RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma' simplifikazzjoni ta' ċerti rekwiżiti u ma' ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja

23.3.2010 - (COM(2009)0384 – C7‑0003/2010 – 2009/0107(COD)) - ***I

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Rapporteur: Evgeni Kirilov


Proċedura : 2009/0107(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0055/2010

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma' simplifikazzjoni ta' ċerti rekwiżiti u ma' ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja

(COM(2009)0384 – C7‑0003/2010 – 2009/0107(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0384),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 161 tat-Trattat KE, skont liema artikolu l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0003/2010),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 294(4) u 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–   wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-00552010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif stipulata hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-ambitu tad-dispożizzjoni dwar it-tul ta' żmien tal-operazzjoni għandu jiġi ċċarat. Huwa xieraq li b'mod partikolari jiġu limitati d-dispożizzjonijiet għal dawk l-operazzjonijiet ikkofinanzjati mill-FSE li jaqgħu taħt r-regoli ta' għajnuna statali bl-obbligu li jinżamm l-investiment jew l-impjiegi maħluqa. Barra dan, jeħtieġ li tiġi eskluża l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni għal dawk l-operazzjonijiet fejn, wara li jitlestew, jgħaddu minn tibdil sostanzjali permezz ta' waqfien tal-attività produttiva minħabba falliment mhux b'qerq.

(9) L-ambitu tad-dispożizzjoni dwar it-tul ta' żmien tal-operazzjoni għandu jiġi ċċarat. Huwa xieraq li b'mod partikolari jiġu limitati d-dispożizzjonijiet għal dawk l-azzjonijiet fl-ambitu tal-għajnuna mill-FSE li jaqgħu taħt r-regoli ta' għajnuna statali bl-obbligu li jinżamm l-investiment. Barra dan, jeħtieġ li tiġi eskluża l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni għal dawk l-operazzjonijiet fejn, wara li jitlestew, jgħaddu minn tibdil sostanzjali permezz ta' waqfien tal-attività produttiva minħabba falliment mhux b'qerq.

Emenda  2

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ġunju 2009 dwar "Impenn komuni għall-Impjieg", sabiex jitpatta għal problemi ta' disponibilità ta' flus kontanti li jseħħu fl-Istati Membri bħala riżultat ta' limitazzjonijiet finanzjarji fl-eqqel tal-kriżi u biex titħaffef l-implimentazzjoni ta' miżuri attivi tas-suq tax-xogħol bl-għan li ċ-ċittadini jsibu aktar appoġġ, u b'mod aktar speċifiku, dawk li huma qiegħda jew dawk fir-riskju tal-qgħad, jeħtieġ li għal perjodu ta' żmien limitat jinbidlu d-dispożizzjonijiet dwar il-kalkolu tal-pagamenti interim. Għaldaqstant huwa xieraq li, mingħajr ma jinbidlu l-obbligazzjonijiet ta' kofinanzjar nazzjonali li japplikaw għal programmi operattivi tul il-perjodu kollu ta' pprogrammar, il-Kummissjoni tirrimborża, fejn jitolbu hekk l-Istati Membri, talbiet ta' pagament interim bil-100 % tal-kontribuzzjoni pubblika għal kull assi ta' prijorità fil-programmi operattivi ffinanzjati mill-FSE.

imħassar

Emenda  3

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u meta jitqies l-impatt serju u bla preċedenti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali fuq il-baġits tal-Istati Membri, jinħtieġ pagament addizzjonali bħala prefinanzjament għall-2010 għall-Istati Membri l-aktar milquta mill-kriżi sabiex ikun hemm likwidità regolari u biex jiġu ffaċilitati l-ħlasijiet lill-benefiċjarji matul l-implimentazzjoni tal-programm.

Emenda  4

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Huwa xieraq li tiġi estiża l-iskadenza għall-kalkolu tad-diżimpenn awtomatiku tal-impenn tal-baġit annwali relatat mal-kontribuzzjoni annwali totali tal-2007 sabiex jitjieb l-assorbiment tal-fondi impenjati għal ċerti programmi operattivi. Din il-flessibilità hija meħtieġa minħabba li l-programmi damu biex bdew u ġew approvati aktar tard milli mistenni.

Emenda  5

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 20 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a) Wara, inter alia, it-tibdil fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jirriżulta mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, l-emendi provduti b’dan ir-Regolament ma ddaħħlux fil-ħin biex jipprevjenu l-applikazzjoni tal-Artikolu 93(1) attwali tar-Regolament 1083/2006. Konsegwentament, id-diżimpenji magħmula mill-Kummissjoni iwasslu, skont l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1) (ir-Regolament Finanzjarju) għat-tħassir ta' approprjazzjonijiet tas-sena 2007 li għandhom jinqasmu fuq is-snin finanzjarji 2008 sa 2013, fl-implimentazzjoni tar-regoli introdotti b'dan ir-Regolament. Għalhekk huwa xieraq, bħala miżura tranżitorja, li jkun hemm provvediment għall-possibilità ta’ rikostituzzjoni, skont il-ħtieġa, tal-approprjazzjonijiet għall-iskopijiet tal-implimentazzjoni tar-regoli ta' diżimpenn emendati.

 

1 ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

Emenda  6

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4 – punt a

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) fondi jew skemi ta' inċentiva oħrajn li jipprovdu self, garanziji għal investimenti li jitħallsu lura, jew strumenti ekwivalenti għall-effiċjenza fl-enerġija u l-użu tal-enerġija li tiġġedded fil-bini, inkluż fid-djar fejn teżisti.

(c) fondi jew skemi ta' inċentiv oħrajn li jipprovdu self, garanziji għal investimenti li jitħallsu lura, jew strumenti ekwivalenti għall-effiċjenza fl-enerġija u l-użu tal-enerġija li tiġġedded fil-bini, inkluż fi djar eżistenti.

Emenda  7

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4 – punt b

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 44 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta operazzjonijiet bħal dawn jiġu organizzati permezz ta' fondi ta' investiment, jiġifieri fondi stabbiliti biex jinvestu f'bosta fondi ta' kapital ta' riskju, fondi ta' garanzija, fondi ta' self, fondi ta' żvilupp urban, fondi jew skemi oħra ta' inċentiva li jipprovdu self, garanziji għal investimenti li jitħallsu lura, jew strumenti ekwivalenti għall-effiċjenza fl-enerġija u l-użu tal-enerġija li tiġġedded fil-bini, inklużi djar eżistenti, l-Istat Membru jew l-awtorità amministrattiva għandhom jimplimentawhom permezz ta' waħda jew iżjed mill-forom li ġejjin:

Meta operazzjonijiet bħal dawn jiġu organizzati permezz ta' fondi ta' investiment, jiġifieri fondi stabbiliti biex jinvestu f'bosta fondi ta' kapital ta' riskju, fondi ta' garanzija, fondi ta' self, fondi ta' żvilupp urban, fondi jew skemi oħra ta' inċentiv li jipprovdu self, garanziji għal investimenti li jitħallsu lura, jew strumenti ekwivalenti għall-effiċjenza fl-enerġija u l-użu tal-enerġija li tiġġedded fil-bini, inkluż fi djar eżistenti, l-Istat Membru jew l-awtorità amministrattiva għandhom jimplimentawhom permezz ta' waħda jew iżjed mill-forom li ġejjin:

Emenda  8

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 56 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn kategorija ta' nfiq tiżdied fil-mument tar-reviżjoni ta' programm operattiv imsemmi fl-Artikolu 33, kull nefqa li taqa' taħt din il-kategorija għandha tkun eliġibbli mid-data tas-sottomissjoni lill-Kummissjoni tat-talba għal reviżjoni tal-programm operattiv.

Fejn kategorija ġdida ta' nfiq kif imsemmija fit-Tabella 1 tal-Parti A tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/20061 tiżdied fil-mument tar-reviżjoni ta' programm operattiv imsemmi fl-Artikolu 33 ta’ dan ir-Regolament, kull nefqa li taqa' taħt din il-kategorija għandha tkun eliġibbli mid-data tas-sottomissjoni lill-Kummissjoni tat-talba għal reviżjoni tal-programm operattiv.

 

1 ĠU L 371, 27.12.2006, p. 1.

Emenda  9

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8 – punt a

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 57 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Operazzjonijiet li jirċievu kontribuzzjoni mill-FSE jitqiesu bħala li mhumiex fil-pussess ta' kontribuzzjoni meta biss ikunu suġġetti għal obbligu għaż-żamma ta' investiment skont ir-regoli dwar l-għajnuna statali skont it-tifsira tal-Artikolu 87 tat-Trattat u fejn iġarbu tibdil sostanzjali li jkun ġej mill-waqfien tal-attività produttiva fi ħdan il-perjodu stabbilit f'dawn ir-regoli.

Azzjonijiet li huma fl-ambitu tal-għajnuna mill-FSE jitqiesu bħala li mhumiex fil-pussess ta' kontribuzzjoni meta biss ikunu suġġetti għal obbligu għaż-żamma ta' investiment skont ir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna statali skont it-tifsira tal-Artikolu 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fejn iġarrbu tibdil sostanzjali li jkun ġej mill-waqfien tal-attività produttiva fi ħdan il-perjodu stabbilit f'dawn ir-regoli.

Emenda  10

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8 – punt a

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 57 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-limiti ta' żmien stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għal tliet snin fil-każ taż-żamma ta' investiment jew impjiegi maħluqa mill-SMEs.

L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-limiti ta' żmien stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għal tliet snin fil-każ taż-żamma ta' investiment mill-SMEs.

Emenda  11

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 9

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 67 – paragrafu 2 – punt b – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) ir-rata tal-ammont totali tan-nefqa eliġibbli ċċertifikata mħallsa mill-benefiċjarji u l-finanzjament totali tal-programm inkluż il-finanzjament tal-Komunità u l-kontroparti nazzjonali;

(ii) il-proporzjon bejn l-ammont totali tan-nefqa eliġibbli ċċertifikata mħallsa mill-benefiċjarji u l-finanzjament totali tal-programm inkluż il-finanzjament tal-Komunità u l-kontroparti nazzjonali;

Emenda  12

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 77

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-Artikolu 77 jinbidel b’dan li ġej:

imħassar

"Artikolu 77

Regoli komuni għall-kalkolu ta' ħlasijiet interim u ħlasijiet tal-bilanċ finali

 

1. Il-ħlasijiet interim u l-ħlasijiet tal-bilanċ finali għandhom jiġu kalkolati bl-applikazzjoni tar-rata ta' kofinanzjament stabbilita fid-deċiżjoni dwar il-programm operattiv konċernat għal kull assi ta' prijorità għan-nefqa eliġibbli msemmija taħt dan l-assi ta' prijorità f'kull dikjarazzjoni tan-nefqa ċertifikata mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni.

 

Madankollu l-kontribuzzjoni Komunitarja permezz ta' ħlasijiet interim u ħlasijiet tal-bilanċ finali ma għandhiex tkun ogħla mill-kontribuzzjoni pubblika u l-ammont massimu ta' għajnuna mill-Fondi għal kull assi ta' prijorità kif stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operattiv.

 

2. B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, fil-każ ta' programmi operattivi kkofinanzjati mill-FSE, il-ħlasijiet interim mill-Kummissjoni għal dikjarazzjonijiet ta' nfiq mibgħuta mill-Istati Membri sal-31 ta' Diċembru 2010 jistgħu jsiru, jekk dan jintalab minn Stat Membru biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri kontra l-kriżi, bil-ħlas ta' 100 % tal-kontribuzzjoni pubblika għal kull assi ta' prijorità kif imsemmi taħt din l-assi ta' prijorità fid-dikjarazzjoni ta' nfiq iċċertifikata mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni. Fejn l-Istat Membru jagħżel dan, il-Kummissjoni għandha tapplika din is-sistema għat-talbiet kollha ta' ħlasijiet interim mibgħuta sal-31 ta' Diċembru 2010 għall-programm operattiv imsemmi.

 

Id-differenza bejn l-ammont totali mħallas skont l-ewwel subparagrafu u l-ammont ikkalkolat skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandhiex titqies biex jiġu kkalkolati ħlasijiet interim għal dikjarazzjonijiet ta' nfiq mibgħuta wara l-31 ta' Diċembru 2010. Iżda, din id-differenza għandha titqies għall-fini tad-dispożizzjoni taħt l-Artikolu 79(1) u għall-kalkolu tal-ħlas tal-bilanċ finali."

 

Emenda  13

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 11 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 82 – paragrafu 1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) L-Artikolu 82(1) huwa emendat kif ġej:

 

(a) fit-tieni subparagrafu, jiżdied il-punt li ġej:

 

"(ea) għall-Istati Membri li ngħataw self fl-2009 f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta' Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri1, jew, Stati Membri bi tnaqqis fil-PGD fl-2009 ta’ aktar minn 10% f’termini reali meta mqabbel mal-2008: fl-2010, 2% tal-kontribuzzjoni mill-Fond ta’ Koeżjoni u 4% tal-kontribuzzjoni mill-Fond Soċjali Ewropew għall-programm operattiv.

 

(b) jiżdied is-sottoparagrafu li ġej:

 

"Bl-iskop li jiġu applikati l-kriterji msemmija fil-punt (ea) tat-tieni subparagrafu, iċ-ċifri tal-PGD għandhom ikunu bbażati fuq l-istatistika Komunitarja ppubblikata f’Novembru 20092.

 

1 ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1.”

 

2 Tbassir Ekonimiku Ewropew Ħarifa 2009 (EUROPEAN ECONOMY. Nru 10. 2009. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-KE. Il-Lussemburgu).”

Emenda  14

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 88 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iżda, f'każijiet fejn l-irregolaritajiet f'operazzjonijiet li ġew soġġetti għal dikjarazzjoni ta' għeluq parzjali jinstabu minn kontrolli mwettqa mill-Istat Membru, għandu japplika l-Artikolu 98(2) u (3). Id-dikjarazzjoni ta' nfiq imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi aġġustata skont dan.

Iżda, f'każijiet fejn l-irregolaritajiet f'operazzjonijiet li ġew soġġetti għal dikjarazzjoni ta' għeluq parzjali jinstabu mill-Istat Membru, għandu japplika l-Artikolu 98(2) u (3). Id-dikjarazzjoni ta' nfiq imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi aġġustata skont dan.

Emenda  15

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 12 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 93 – paragrafu 1 u paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) L-Artikolu 93 huwa emendat kif ġej:

 

(a) il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

"1. Il-Kummissjoni għandha awtomatikament tiddiżimpenja kwalunkwe parti tal-ammont ikkalkulat f’konformità mat-tieni subparagrafu fi programm operattiv li ma ntużatx għall-ħlasijiet ta' prefinanzjament jew għall-ħlasijiet interim, jew li għaliha applikazzjoni għall-ħlas ma ntbagħtitx konformement mal-Artikolu 86 sal-31 ta' Diċembru tat-tieni sena wara s-sena tal-impenn tal-baġit taħt il-programm, bl-eċċezzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

 

Għall-iskop tad-diżimpenn awtomatiku, il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-ammont billi tgħodd parti waħda minn sitta tal-impenn baġitarju annwali relatat mal-kontribuzzjoni annwali totali tal-2007 għal kull impenn baġitarju tal-2008 sal-2013."

 

(b) il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 2:

 

"2a. Bħala deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u mill-paragrafu 2, l-iskadenzi għad-diżimpenn awtomatiku m’għandhomx japplikaw għall-impenn baġitarju annwali relatat mal-kontribuzzjoni totali annwali tal-2007.”

Emenda  16

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

Miżuri tranżizzjonali

 

Minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tat-tranżizzjoni għar-regoli ta’ diżimpenn introdotti b’dan ir-Regolament, l-approprjazzjonijiet li ġew ikkanċellati minħabba d-diżimpenji magħmula mill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2007 b'implimentazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 93(1) u tal-Artikolu 97 tar-Regolament 1083/2006, skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Finanzjarju, għandhom jiġu rikostitwiti safejn meħtieġ għall-implimentazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 93(1) tar-Regolament 1083/2006.

Emenda  17

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iżda, il-punti (5) u (7) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta' Awwissu 2006, il-punti (8), (11)(a), (11)(b)(i) u (13) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2007 u l-punti (4), (11)(b)(ii) u (11)(c) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw b'effett mill-10 ta' Ġunju 2009.

Madankollu, il-punti (5) u (7) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta' Awwissu 2006, il-punti (8), (10)(a), (10)(b)(i), (13) u (14) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2007 u l-punti (4), (10)(b)(ii) u (10)(c) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw b'effett mill-10 ta' Ġunju 2009.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (17.3.2010)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma' simplifikazzjoni ta' ċerti rekwiżiti u ma' ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja
(COM(2009)0384 – C7‑0003/2010 – 2009/0107(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Ivars Godmanis

ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

F'Lulju 2009, il-Kummissjoni ressqet proposta ta’ emenda għar-regolament bażiku dwar il-fondi strutturali, ir-Regolament (KE) 1083/2003. L-għan tal-proposta kien li jipprovdi stimolu ekonomiku addizzjonali lil ċerti Stati Membri, li sofrew serjament mill-kriżijiet ekonomiċi. Din ġiet wara l-Pjan ta’ Irkupru Ekonomiku Ewropew, f’kuntest fejn id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tar-regolament bażiku 1083/2006 kienu diġà ġew mibdula fl-2009 sabiex jippermettu aktar flessibilità bi ħlasijiet bil-quddiem.

L-element ewlieni tal-proposta tal-Kummissjoni kien immirat lejn l-indirizzar tal-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja, jiġifieri l-problema ta’ politika ta’ kreditu aktar stretta u r-restrizzjonijiet fuq il-politika baġitarja. Is-soluzzjoni proposta kienet li tiddaħħal opzjoni temporanja għall-Istati Membri li qegħdin isofru minn diffikultajiet serji ta' disponibilità ta’ flus biex ikollhom il-possibilità li jitolbu rimborż ta’ 100% għall-miżuri ta' finanzjament tas-suq tax-xogħol skont il-Fond Soċjali Ewropew, jiġifieri b’deroga mill-prinċipju ta' kofinanzjament. Din l-eċċezzjoni kienet prevista li se tkun applikabbli fl-2009 u l-2010 u kienet mistennija li tagħti spinta lit-taħriġ, lit-tisħiħ tal-ħiliet u lill-provviżjoni ta' apprentistati ta' kwalità għolja. Barra minn hekk il-Kummissjoni ipproponiet għadd ta’ miżuri biex tissemplifika aktar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) 1083/2006.

Il-Kunsill eżamina l-proposta fil-ħarifa 2009 u laħaq pożizzjoni unanima fl-20 ta’ Novembru. Irrifjuta l-idea ta’ 100% ta’ ħlasijiet temporanji, iżda approva kull tibdil ieħor propost mill-Kummissjoni.

Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009 wassal għal bidla fil-proċedura leġiżlattiva għall-benefiċċju tal-Parlament: minflok il-proċedura ta’ kunsens, fejn il-Parlament seta’ biss jgħid iva jew le, il-Parlament kiseb il-jedd li jgħid li jrid fil-kuntest tat-test skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Eżami tal-aspetti baġitarji tal-proposta

Il-Kummissjoni pproponiet għadd ta’ bidliet immirati għas-semplifikazzjoni tar-regoli dwar l-implimentazzjoni tal-fondi strutturali. L-aktar bidliet tanġibbli huma marbuta ma’ proġetti ewlenin, inkluż il-limitu li qed jiġi applikat. Jekk il-proposta tiġi adottata, limitu uniku ta’ EUR 50 miljun se jkun applikabbli għall-proġetti ewlenin kollha (attwalment, hemm limitu separat għall-proġetti ambjentali, EUR 25 miljun). Barra minn hekk, proġetti ewlenin għandhom jiġu protetti wkoll minn diżimpenn awtomatiku. Ħafna mill-bidliet l-oħrajn huma relattivament żgħar, iżda kollha jilqgħu t-talba għas-semplifikazzjoni tal-Parlament, bħal dawk magħmulin fil-konċiljazzjoni tal-baġit f'Novembru 2009. Il-Parlament u l-Kunsill imbagħad adottaw dikjarazzjoni konġunta dwar is-semplifikazzjoni u l-użu aktar immirat tal-Fondi Strutturali. Għalhekk, il-mizuri ta’ semplifikazzjoni proposti mill-Kummissjoni jistgħu jiġu appoġġjati.

Problema aktar kumplessa hi marbuta mal-proposta li jitneħħa, b’mod temporanju, l-obbligu ta’ kofinanzjament għall-programmi operattivi ffinanzjati mill-ESF. Din ma tħalli l-ebda impatt fuq l-approprjazzjonijiet imwiegħda fl-2010, iżda tkabbar b’mod temporanju l-approprjazzjonijiet ta’ ħlas, jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jieħdu l-opportunità ta' rimborż ta’ 100% tal-ħlasijiet interim. Il-proposta ma twassal għall-ebda modifika tal-qafas finanzjarju multiannwali, għaliex il-ħlasijiet “żejda” mill-UE fl-2010 jiġu rkuprati fil-kalkolu tal-ħlas tal-bilanċ finali.

Filwaqt li l-mira ġenerali - il-mobilizzazzjoni tal-fondi strutturali biex jiġu indirizzati aħjar il-kriżijiet ekonomiċi u finanzjarji - hi kompatibbli bis-sħiħ mal-pożizzjoni tal-Parlament, il-metodu propost mill-Kummissjoni għadu dubjuż. L-istatistiċi dwar l-evoluzzjoni tal-ħlasijiet f’fondi strutturali juru differenzi konsiderevoli bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward tal-ESF (ara anness 1). L-istess japplika għas-sottomissjoni tad-deskrizzjonijiet għas-Sistemi ta’ Tmexxija u Kontroll. Id-data disponibbli timplika li aktar milli fil-kofinanzjament, jiġifieri l-kapaċità tal-Istati Membri li jmexxu l-fondi fil-livell nazzjonali, il-problemi jinsabu x’imkien ieħor. Finanzjament temporanju sħiħ mill-UE jmur kontra l-prinċipju ta’ kofinanzjament u jista’ jkabbar ir-riskju ta’ irregolaritajiet. L-ispiża addizzjonali tal-proposta tal-Kummissjoni hi ta’ EUR 4.1 biljun fl-2010. Dan ifisser żieda ta’ 50% fuq il-ħlasijiet tal-ESF ibbaġitjati fl-2010.

Hi sfortuna li l-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludix valutazzjoni tal-impatt. Mhuwiex ċar x’inhuma l-impatti mistennija u x'inhu l-valur addizzjonali tagħhom.

Il-Kunsill diġà rrifjuta l-prinċipju ta’ finanzjament ta’ 100%. Minflok, ippropona l-estensjoni tal-iskadenza għall-kalkolazzjoni tad-diżimpenn awtomatiku tal-impenn annwali tal-baġit marbut mal-kontribuzzjoni annwali totali għall-2007 biex jitjieb l-assorbiment tal-fondi imwiegħda għal ċerti programmi operattivi. Jargumenta li din il-flessibilità hi meħtieġa minħabba bidu aktar bil-mod milli mistenni u dewmien fl-approvazzjoni tal-programmi operattivi.

Barra minn hekk biex itaffi s-sitwazzjoni ekonomika f’pajjiżi l-aktar affettwati b’mod gravi mill-kriżijiet ekonomiċi, il-Kunsill ippropona wkoll li jżid il-ħlasijiet bil-quddiem għall-programmi operazzjoni tal-ESF u għall-Fond ta’ Koeżjoni. L-Istati Membri li ngħataw assistenza finanzjarja fuq perjodu ta’ żmien medju skont ir-Regolament (KE) 332/2002 u l-Istati Membri bi tnaqqis fil-PGD għall-2009 ta’ aktar minn 10% meta mqabbel mal-2008, se jkunu eliġibbli għal prefinanzjament żejjed ta’ 2% mill-Fond ta’ Koeżjoni u ta’ 4% mill-ESF. Din il-proposta tfisser estensjoni tal-ħlasijiet bil-quddiem għall-2010, skont il-kundizzjonijiet imsemmija aktar ‘il fuq. Skont ir-regolament attwali, ma kien previst l-ebda ħlas bil-quddiem għall-2010.

Ir-rapporteur għall-opinjoni jinnota li hemm ħames pajjiżi li se jibbenefikaw mill-propsta tal-Kunsill fuq il-ħlasijiet bil-quddiem (ara anness 2). L-ispiża totali ta’ din il-miżura hi ta’ EUR 0.776 biljun (EUR 0.4 biljun għall-Fond ta’ Koeżjoni u EUR 0.3776 biljun għall-ESF).

Ir-rapporteur għall-opinjoni jikkunsidra li l-approċċ tal-Kunsill jilqa’ t-talbiet tal-Parlament għas-semplifikazzjoni u l-flessibilità. Il-pajjiżi kollha għandhom jibbenefikaw potenzjalment mill-posponiment tad-diżimpenn, iżda dawk il-pajjiżi fl-aktar sitwazzjoni diffiċli għandhom jibbenefikaw minn ħlasijiet bil-quddiem żejda. L-emendi mressqa mir-rapporteur jirriflettu din il-pożizzjoni. Madankollu m’hemmx għalfejn ngħidu li wara l-adozzjoni tal-bażi legali, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta korrispondenti għall-baġit ta’ emenda għall-eżami u l-adozzjoni mill-awtorità baġitarja.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1 a (ġdid)

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1a. Ifakkar fid-dikjarazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2009 dwar approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet u jistieden lill-Kummissjoni biex jekk ikun meħtieġ tressaq baġit ta’ emenda li jkopri l-ħtiġijiet għall-approprijazzjonijiet għall-ħlasijiet addizzjonali għall-2010;

Emenda  2

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1 b (ġdid)

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1b. Jappoġġja l-proposta ta’ antiċipazzjoni ta’ ħlasijiet iżda jenfasizza li għandu jiġi rispettat l-ipprogrammar finanzjarju globali; Ifakkar li l-ammonti finali għall-ħlasijiet tul il-bqija tal-perjodu ta’ programmar għandu jiġi deċiż fil-proċedura baġitarja annwali;

Emenda  3

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1 c (ġdid)

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1c. Jenfasizza li deroga possibli mir-regola N+2 għandha tibqa’ eċċezzjonali u għandha tapplika biss għall-antiċipazzjonijiet ta’ ħlasijiet għall-2007;

Emenda  4

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ġunju 2009 dwar "Impenn komuni għall-Impjieg", sabiex jitpatta għal problemi ta' disponibilità ta' flus kontanti li jseħħu fl-Istati Membri bħala riżultat ta' limitazzjonijiet finanzjarji fl-eqqel tal-kriżi u biex titħaffef l-implimentazzjoni ta' miżuri attivi tas-suq tax-xogħol bl-għan li ċ-ċittadini jsibu aktar appoġġ, u b'mod aktar speċifiku, dawk li huma qiegħda jew dawk fir-riskju tal-qgħad, jeħtieġ li għal perjodu ta' żmien limitat jinbidlu d-dispożizzjonijiet dwar il-kalkolu tal-pagamenti interim. Għaldaqstant huwa xieraq li, mingħajr ma jinbidlu l-obbligazzjonijiet ta' kofinanzjar nazzjonali li japplikaw għal programmi operattivi tul il-perjodu kollu ta' pprogrammar, il-Kummissjoni tirrimborża, fejn jitolbu hekk l-Istati Membri, talbiet ta' pagament interim bil-100 % tal-kontribuzzjoni pubblika għal kull assi ta' prijorità fil-programmi operattivi ffinanzjati mill-FSE.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Il-proposta għat-tneħħija tal-obbligu ta’ kofinanzjament mhijiex aċċettabbli, l-anqas b’mod temporanju, peress li tkabbar ir-riskju ta’ irregolaritajiet u tmur kontra l-prinċipju bażiku ta’ politika strutturali.

Emenda  5

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 77

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-Artikolu 77 jinbidel b’dan li ġej:

imħassar

"Artikolu 77

Regoli komuni għall-kalkolu ta' ħlasijiet interim u ħlasijiet tal-bilanċ finali

 

1. Il-ħlasijiet interim u l-ħlasijiet tal-bilanċ finali għandhom jiġu kalkolati bl-applikazzjoni tar-rata ta' kofinanzjament stabbilita fid-deċiżjoni dwar il-programm operattiv konċernat għal kull assi ta' prijorità għan-nefqa eliġibbli msemmija taħt dan l-assi ta' prijorità f'kull dikjarazzjoni tan-nefqa ċertifikata mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni.

 

Madankollu l-kontribuzzjoni Komunitarja permezz ta' ħlasijiet interim u ħlasijiet tal-bilanċ finali ma għandhiex tkun ogħla mill-kontribuzzjoni pubblika u l-ammont massimu ta' għajnuna mill-Fondi għal kull assi ta' prijorità kif stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operattiv.

 

2. B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, fil-każ ta' programmi operattivi kkofinanzjati mill-FSE, il-ħlasijiet interim mill-Kummissjoni għal dikjarazzjonijiet ta' nfiq mibgħuta mill-Istati Membri sal-31 ta' Diċembru 2010 jistgħu jsiru, jekk dan jintalab minn Stat Membru biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri kontra l-kriżi, bil-ħlas ta' 100 % tal-kontribuzzjoni pubblika għal kull assi ta' prijorità kif imsemmi taħt din l-assi ta' prijorità fid-dikjarazzjoni ta' nfiq iċċertifikata mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni. Fejn l-Istat Membru jagħżel dan, il-Kummissjoni għandha tapplika din is-sistema għat-talbiet kollha ta' ħlasijiet interim mibgħuta sal-31 ta' Diċembru 2010 għall-programm operattiv imsemmi.

 

Id-differenza bejn l-ammont totali mħallas skont l-ewwel subparagrafu u l-ammont ikkalkolat skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandhiex titqies biex jiġu kkalkolati ħlasijiet interim għal dikjarazzjonijiet ta' nfiq mibgħuta wara l-31 ta' Diċembru 2010. Iżda, din id-differenza għandha titqies għall-fini tad-dispożizzjoni taħt l-Artikolu 79(1) u għall-kalkolu tal-ħlas tal-bilanċ finali."

 

Ġustifikazzjoni

Il-proposta għat-tneħħija tal-obbligu ta’ kofinanzjament mhijiex aċċettabbli, l-anqas b’mod temporanju, peress li tkabbar ir-riskju ta’ irregolaritajiet u tmur kontra l-prinċipju bażiku ta’ politika strutturali.

Emenda  6

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 - punt 11 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 82 – paragrafu 1 – punt e a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Fl-Artikolu 82(1), it-tieni subparagrafu, għandu jiżdied il-punt li ġej:

 

"(ea) għall-Istati Membri li ngħataw self fl-2009 f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta' Frar 2002 li jistabbilixxi faċilita' li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri* jew Stati Membri bi tnaqqis fil-PGD fl-2009 ta’ aktar minn 10% f’termini reali meta mqabbel mal-2008: fl-2010, 2% tal-kontribuzzjoni mill-Fond ta’ Koeżjoni u 4% tal-kontribuzzjoni mill-Fond Soċjali Ewropew għall-programm operazzjonali.

 

* ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1.”;

Ġustifikazzjoni

Fi żmien ta’ kriżi finanzjarja qawwija, mhux ġustikat li jitkomplew il-ħlasijiet bil-quddiem tal-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Soċjali lill-pajjiżi li jinsabu f'sitwazzjoni ekonomikament l-aktar vulnerabbli.

Emenda  7

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 - punt 11 b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 82 - paragrafu 1 – subparagrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b) Fl-Artikolu 82(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

“Għall-iskop tal-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-punt (f) tat-tieni subparagrafu, iċ-ċifri tal-PGD għandhom ikunu bbażati fuq l-istatistika Komunitarja ppubblikata f’Novembru 2009 **.

 

** Tbassir Ekonomiku Ewropew Ħarifa 2009 (EUROPEAN ECONOMY. Nru 10 2009. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-KE. Il-Lussemburgu).”

Emenda  8

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 - punt 12 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 93 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) L-Artikolu 93 huwa emendat kif ġej:

 

(a) il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

 

"1. Il-Kummissjoni għandu awtomatikament tiddiżimpenja kwalunkwe parti tal-ammont ikkalkulat f’konformità mat-tieni subparagrafu fi programm operattiv li ma ntużatx għall-ħlasijiet ta' prefinanzjament jew għall-ħlasijiet interim, jew li għaliha applikazzjoni għall-ħlas ma ntbagħtitx konformement mal-Artikolu 86 sal-31 ta' Diċembru tat-tieni sena wara s-sena tal-impenn tal-baġit taħt il-programm, bl-eċċezzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Għall-iskop tad-diżimpenn awtomatiku, il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-ammont billi tgħodd parti waħda minn sitta tal-impenn baġitarju annwali relatat mal-kontribuzzjoni annwali totali tal-2007 għal kull impenn baġitarju tal-2008 sal-2013.”

Ġustifikazzjoni

Il-posponiment tad-diżimpenn awtomatiku marbut mal-impenji magħmula fl-2007 joffri ftit flessibilità f'sitwazzjoni fejn l-approvazzjoni tal-programmi operattivi mxiet aktar bil-mod milli mistenni.

Emenda  9

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 - punt 12 b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 93 - paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b) il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 2:

 

“2a. B'deroga mill-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, u l-paragrafu 2, l-iskadenzi għad-diżimpenn awtomatiku ma għandhomx japplikaw għall-impenn tal-baġit annwali relatat mal-kontribuzzjoni annwali totali tal-2007.”

Ġustifikazzjoni

Il-posponiment tad-diżimpenn awtomatiku marbut mal-impenji magħmula fl-2007 joffri ftit flessibilità f'sitwazzjoni fejn l-approvazzjoni tal-programmi operazzjonali mxiet aktar bil-mod milli mistenni.

Emenda  10

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

Miżuri tranżitorji

 

Sabiex jiġu indirizzati ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tat-tranżizzjoni għar-regoli ta’ diżimpenn introdotti b’dan ir-Regolament, l-approprjazzjonijiet li ġew ikkanċellati minħabba d-diżimpenji magħmula mill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2007 b'implimentazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 93(1) u tal-Artikolu 97 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Finanzjarju, għandhom jiġu rikostitwiti sal-punt neċessarju għall-implimentazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 93(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.

Ġustifikazzjoni

Il-posponiment tad-diżimpenn awtomatiku marbut mal-impenji magħmula fl-2007 joffri ftit flessibilità f'sitwazzjoni fejn l-approvazzjoni tal-programmi operattivi mxiet aktar bil-mod milli mistenni.

ANNESS 1

ANNESS 2

2007-2013

Fond ta' Koeżjoni

 

Fond Soċjali Ewropew

 

Finanzjament tal-UE,

EUR biljun

Kofinanzjament nazzjonali,

EUR biljun

Fondi totali,

EUR biljun

2% tal-finanzjament tal-UE,

EUR biljun

Finanzjament tal-UE,

EUR biljun

 

Kofinanzjament nazzjonali,

EUR biljun

Fondi totali,

EUR biljun

 

4% tal-finanzjament tal-UE,

EUR biljun

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Pajjiżi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-Estonja

1,1

0,2

1,3

0,022

0,4

0,05

0,5

0,016

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-Ungerija

8,6

1,5

10,1

0,172

3,7

0,6

4,3

0,148

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Il-Latvija

1,5

0,5

2

0,03

0,6

0,12

0,7

0,024

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Il-Litwanja

2,3

0,5

2,8

0,046

1

0,2

1,2

0,04

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ir-Rumanija

6,5

1,3

7,8

0,13

3,7

0,7

4,4

0,148

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

20

4

24

0,4

9,4

1,67

11,1

0,376

PROĊEDURA

Titolu

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma' simplifikazzjoni ta' ċerti rekwiżiti u ma' ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja

Referenzi

COM(2009)0384 – C7-0003/2010 – 2009/0107(COD)

Kumitat responsabbli

REGI

Opinjoni minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

18.1.2010

 

 

 

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Ivars Godmanis

21.10.2009

 

 

Data tal-adozzjoni

17.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Damien Abad, Alexander Alvaro, Francesca Balzani, Reimer Böge, Andrea Cozzolino, Jean-Luc Dehaene, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Ingeborg Gräßle, Carl Haglund, Jutta Haug, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Alain Lamassoure, Vladimír Maňka, Barbara Matera, Nadezhda Neynsky, Miguel Portas, Vladimír Remek, Dominique Riquet, László Surján, Daniël van der Stoep, Derek Vaughan, Angelika Werthmann, Jacek Włosowicz

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Paul Rübig, Georgios Stavrakakis

Sostitut(i) skont l-Artikolu 187(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Kozłowski

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (17.3.2010)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma' simplifikazzjoni ta' ċerti rekwiżiti u ma' ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja
(COM(2009)0384 – C7‑0003/2010 – 2009/0107(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Regina Bastos

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fil-kuntest tal-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008 qabel dwar Pjan ta' Rkupru Ekonomiku Ewropew (PREE), li jipprevedi l-bidu ta’ azzjonijiet prijoritarji biex l-ekonomiji Ewropej ikunu jistgħu jaġġustaw b’rata aktar mgħaġġla għall-isfidi preżenti.

Il-Kummissjoni, fil-qafas tal-pakkett ta' rkupru tagħha, diġà pproponiet f'Settembru 2008 u f’Novembru 2008 għadd ta' tibdiliet regolatorji biex tissimplifika r-regoli ta' implimentazzjoni għar-regoli dwar il-politika ta' koeżjoni u biex iżżid il-prefinanzjament (pagamenti bil-quddiem) fil-programmi FEŻR u FSE.

Fit-3 ta' Ġunju 2009, il-Kummissjoni ppreżentat Komunikazzjoni dwar 'Impenn Komuni għall-Impjieg' li fiha ġew proposti miżuri addizzjonali biex jissaħħaħ il-ħolqien tal-impjiegi u jiġu newtralizzati l-effetti tal-kriżi fuq l-impjiegi.

Il-Kummissjoni tqis li hemm bżonn ta’ sforzi ġodda biex tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni tal-fondi tal-Komunità biex jitħaffef il-fluss tal-fondi lejn il-benefiċjarji li huma l-aktar milquta mill-kriżi ekonomika.

Din il-proposta, adottata fit-22 ta’ Lulju 2009, għalhekk tinkludi elementi komplimentari ta' simplifikazzjoni, bl-għan ġenerali li jiġu aċċellerati l-investimenti kofinanzjati fl-Istati Membri u r-reġjuni u biex jiżdied l-impatt tal-fondi fuq l-ekonomija b’mod ġenerali, speċifikament fuq l-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju u fuq l-impjiegi. L-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju huma l-mutur tal-ekonomija Ewropea u l-produtturi prinċipali ta’ tkabbir sostenibbli li joħloq impjiegi numerużi u ta’ kwalità. Fl-UE hemm madwar 23 miljun intrapriża ta’ daqs żgħir u medju, li jirrappreżentaw kważi 99% tal-intrapriżi tal-Unjoni u huma responsabbli għal madwar 75 miljun impjieg. F’ċerti industriji fundamentali, bħal dawk tat-tessuti, tal-bini jew tal-manifattura tal-għamara, l-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju jirrappreżentaw kważi 80% tal-impjiegi.

Wieħed ma jistax jiħad li aktar simplifikazzjoni u kjarifika tar-regoli li jirregolaw il-politika ta' koeżjoni se jkollhom impatt pożittiv fuq ir-ritmu ta' implimentazzjoni tal-programmi, b'mod partikolari billi jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali b’regoli aktar ċari u inqas burokratiċi li jippermettu aktar flessibbiltà biex il-programmi jiġu adattati għall-isfidi l-ġodda.

Din il-proposta tirrikjedi li jiġi emendat ir-Regolament Nru 1083/2006 tal-Kunsill li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali għall-politika ta’ koeżjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 1 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Jenfasizza l-importanza ta’ iktar użu tas-sinerġiji u l-kumplimentaritajiet bejn id-diversi strumenti finanzjarji disponibbli, inklużi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni , il-programm ta’ azzjoni Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, biex jintlaħqu l-miri kumplessi tal-Istrateġija tal-UE għall-2020, li timmira li jintlaħaq tkabbir iktar intelliġenti, soċjalment inklussiv u iktar favur l-ambjent u li tappoġġja b’mod iktar effettiv il-mikroreġjuni l-iktar żvantaġġjati u l-gruppi l-iktar vulnerabbli li jaffaċċjaw żvantaġġi kumplessi u mulitidimesjonali.

Emenda  2

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Sabiex tiġi ffaċilitata l-amminisrrazzjoni tal-finanzjament tal-Komunità, ikun hemm għajnuna biex l-investimenti fl-Istati Membri u r-reġjuni jsiru b'aktar ħeffa u l-impatt tal-fondi fuq l-ekonomija jiżdied, jeħtieġ li r-regoli li jirregolaw il-politika ta' koeżjoni jiġu ssimplifikati aktar.

(2) Sabiex tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni, ikun hemm għajnuna biex l-investimenti fil-livelli kollha tal-gvern – min-nazzjonali sal-lokali – isiru b’aktar ħeffa u biex tingħata spinta lill-impatt tal-fondi fuq l-ekonomija u l-ħolqien ta’ xogħlijiet sostenibbli li jiżguraw il-parteċipazzjoni fis-soċjetà, u fuq dawk li jaġixxu fiha, b’mod partikulari l-iżms, biex b’hekk tingħata spinta lill-impjiegi, jeħtieġ ukoll li r-regoli li jirregolaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, fl-livell tal-Unjoni u f’dak nazzjonali jiġu ssimplifikati aktar.

Emenda  3

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Sabiex jiġi ffaċilitat l-adattament tal-programmi operattivi bħala tweġiba għall-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu analiżi li tiġġustifika r-reviżjoni ta' programm operattiv minflok valutazzjoni

(6) Sabiex jiġi ffaċilitat l-adattament tal-programmi operattivi bħala tweġiba għall-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali u għall-effetti tagħha fuq l-intrapriżi u l-impiegi, l-Istati Membri għandhom jipprovdu analiżi li tiġġustifika r-reviżjoni ta’ programm operattiv minflok valutazzjoni.

Emenda  4

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ġunju 2009 dwar "Impenn komuni għall-Impjieg", sabiex jitpatta għal problemi ta' disponibilità ta' flus kontanti li jseħħu fl-Istati Membri bħala riżultat ta' limitazzjonijiet finanzjarji fl-eqqel tal-kriżi u biex titħaffef l-implimentazzjoni ta' miżuri attivi tas-suq tax-xogħol bl-għan li ċ-ċittadini jsibu aktar appoġġ, u b'mod aktar speċifiku, dawk li huma qiegħda jew dawk fir-riskju tal-qgħad, jeħtieġ li għal perjodu ta' żmien limitat jinbidlu d-dispożizzjonijiet dwar il-kalkolu tal-pagamenti interim. Għaldaqstant huwa xieraq li, mingħajr ma jinbidlu l-obbligazzjonijiet ta' kofinanzjar nazzjonali li japplikaw għal programmi operattivi tul il-perjodu kollu ta' pprogrammar, il-Kummissjoni tirrimborża, fejn jitolbu hekk l-Istati Membri, talbiet ta' pagament interim bil-100 % tal-kontribuzzjoni pubblika għal kull assi ta' prijorità fil-programmi operattivi ffinanzjati mill-FSE.

imħassar

Emenda  5

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Hemm bżonn li l-programmi operattivi jiġu implimentati b’mod preċiż u li l-fondi tal-Unjoni jintużaw b’mod ottimali biex ikun hemm rispons għall-ħtieġa li jiġu implimentati miżuri attivi fis-suq tax-xogħol, bħal taħriġ għal dawk li huma qiegħda, antiċipazzjoni u ġestjoni ta’ miżuri ta’ ristrutturar, aġġornar tal-ħiliet tal-impjegati fir-rigward tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol f’konformità mal-ekonomija, kif ukoll l-għoti ta’ apprendistati ta’ kwalità għolja liż-żgħażagħ. Il-ħtieġa li n-nies ma jispiċċawx qiegħda jew li jkunu jistgħu jsibu xogħol, issir aktar urġenti waqt kriżi ekonomika u finanzjarja.

Emenda  6

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 11 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b) Speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi, meta l-pressjoni fuq is-suq tax-xogħol u l-perikolu ta’ ħaddiema li jispiċċaw bla xogħol jiżdiedu, huwa neċessarju li jkun hemm reazzjoni flessibbli, biex ikun jista’ jingħata appoġġ immirat lejn Stati Membri jew reġjuni individwali milquta b’mod partikulari. Għalhekk huwa importanti li jiġu stabbiliti regoli, li jagħmluha possibbli, li anke fil-futur, il-Fond Soċjali Ewropew jirreaġixxi minnufih biex inaqqas id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi u l-impatti negattivi fuq il-preżervazzjoni u l-ħolqien ta’ postijiet tax-xogħol sostenibbli li jiżguraw il-parteċipazzjoni soċjali.

Emenda  7

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali u fid-dawl tal-impatti kbar u mingħajr preċedent tal-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali fuq il-baġits tal-Istati Membri, hemm bżonn ta’ ħlas addizzjonali ta’ qabel il-finanzjament għall-2010 għal dawk l-Istati Membri jew ir-reġjuni partikulari fl-Istati Membri, li huma milqutin l-agħar mill-kriżi, sabiex tkun tista’ tiġi żgurata likwidità regolari u matul l-implimentazzjoni tal-programmi jkunu jistgħu jingħataw il-pagamenti lill-benefiċjarji.

Emenda  8

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 14 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Id-data ta’ skadenza għall-kalkolu tad-diżimpenn awtomatiku tal-fondi impenjati annwali relatati mal-kontribut annwali totali tal-2007 għandha tiġi estiża, biex ikun jista’ jkun hemm assorbiment aħjar tal-fondi għall-programmi operattivi individwali. Hemm bżonn ta’ flessibilità ta’ dan it-tip, minħabba li l-programmi bdew iktar bil-mod milli kien mistenni u damu ma ġew approvati. Fid-dawl tal-kriżi, għandu jiġi żgurat appoġġ adegwat għall-inizjattivi għall-preżervazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi.

Emenda  9

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 47 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) L-Artikolu 47(1) jinbidel b'dan li ġej:

 

“1. Il-valutazzjonijiet għandhom jimmiraw sabiex itejbu l-kwalità, l-effikaċja u l-konsistenza tal-għajnuna mill-Fondi u l-istrateġija u l-implementazzjoni ta' programmi operattivi fir-rigward tal-problemi strutturali speċifiċi li jaffetwaw l-Istati Membri u r-reġjuni konċernati, filwaqt li jittieħed kont tal-objettiv ta' żvilupp sostenibbli u tal-leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni li tikkonċerna l-impatt ambjentali, inkluż il-proċess ta’ ambjent bla xkiel għall-persuni b’idiżabilità u l-valutazzjoni ambjentali strateġika.”

Ġustifikazzjoni

This modification serves the obligations laid down in Article 16 of the regulation. Article 16 stresses the importance of accessibility for people with disabilities where the regulation indicates that ‘accessibility for disabled persons shall be one of the criteria to be observed in defining operations co-financed by the Funds and to be taken into account during the various stages of implementation’.

This modification also helps implementing the articles 2 (2) and 3 (b) of REGULATION (EC) No 1081/2006 OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL of 5 July 2006 on the European Social Fund and repealing Regulation (EC) No 1784/1999 in order to make Europe a more accessible place for a growing number of ageing and disabled people. This proposal also helps the Member States to prepare themselves for planning, coordinating and eventually implementing their efforts for realizing same standard measures for people with disabilities in the long run with equal basis, with special regards to the UN Convention on the rights of persons with disabilities which already had been adopted by the European Council last November. The needs of people with disabilities are the same wherever live in the European Union and the modification finally serves their ability of mobility as well.

Emenda  10

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 55 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Fl-Artikolu 55(2), is-subparagrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

 

“Fil-kalkolu, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tieħu kont tal-perjodu ta’ referenza xieraq għall-kategorija ta’ investiment konċernata, il-kategorija tal-proġett, il-profitt normalment mistenni mill-kategorija ta’ investiment konċernata, l-applikazzjoni tal-prinċipju li min iniġġes iħallas, u, fejn ikun xieraq, ta’ konsiderazzjonijiet ta’ ekwità marbuta mal-prosperità relattiva tal-Istat Membru konċernat.”

Emenda  11

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 55 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn mhux oġġettivament possibbli li jiġi stmat dħul bil-quddiem, id-dħul nett iġġenerat fi żmien ħames snin mit-tlestija ta' operazzjoni għandu jiġi mnaqqas min-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni.

3. Fejn mhux oġġettivament possibbli jew affidabbli teknikament li jiġi stmat dħul bil-quddiem, id-dħul nett iġġenerat fi żmien ħames snin mit-tlestija ta’ operazzjoni għandu jitnaqqas min-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni.

Emenda  12

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 10

Regolament 1083/2006/KE

Artikolu 77

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-Artikolu 77 jinbidel b’dan li ġej:

imħassar

"Artikolu 77

 

Ir-regoli komuni għall-kalkolu ta' pagamenti interim u pagamenti tal-bilanċ finali

 

1. Il-ħlasijiet interim u l-ħlasijiet tal-bilanċ finali għandhom jiġu kalkolati bl-applikazzjoni tar-rata ta' kofinanzjament stabbilita fid-deċiżjoni dwar il-programm operattiv konċernat għal kull assi ta' prijorità għan-nefqa eliġibbli msemmija taħt dan l-assi ta' prijorità f'kull dikjarazzjoni tan-nefqa ċertifikata mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni.

 

Madankollu l-kontribuzzjoni Komunitarja permezz ta' ħlasijiet interim u ħlasijiet tal-bilanċ finali ma għandhiex tkun ogħla mill-kontribuzzjoni pubblika u l-ammont massimu ta' għajnuna mill-Fondi għal kull assi ta' prijorità kif stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operattiv.

 

2. B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, fil-każ ta' programmi operattivi kkofinanzjati mill-FSE, il-ħlasijiet interim mill-Kummissjoni għal dikjarazzjonijiet ta' nfiq mibgħuta mill-Istati Membri sal-31 ta' Diċembru 2010 jistgħu jsiru, jekk dan jintalab minn Stat Membru biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri kontra l-kriżi, bil-ħlas ta' 100 % tal-kontribuzzjoni pubblika għal kull assi ta' prijorità kif imsemmi taħt din l-assi ta' prijorità fid-dikjarazzjoni ta' nfiq iċċertifikata mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni. Fejn l-Istat Membru jagħżel dan, il-Kummissjoni għandha tapplika din is-sistema għat-talbiet kollha ta' ħlasijiet interim mibgħuta sal-31 ta' Diċembru 2010 għall-programm operattiv imsemmi.

 

Id-differenza bejn l-ammont totali mħallas skont l-ewwel subparagrafu u l-ammont ikkalkolat skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandhiex titqies biex jiġu kkalkolati ħlasijiet interim għal dikjarazzjonijiet ta' nfiq mibgħuta wara l-31 ta' Diċembru 2010. Iżda, din id-differenza għandha titqies għall-fini tad-dispożizzjoni taħt l-Artikolu 79(1) u għall-kalkolu tal-ħlas tal-bilanċ finali."

 

Emenda  13

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 11 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 82 – paragrafu 1 - punt e a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Fl-Artikolu 82 (1) jiżdied il-punt li ġej:

 

“(ea) għall-Istati Membri, li rċevew assistenza fl-2009 skont ir-Regolament (KE) Nru 332/2002 tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta’ pagament tal-Istati Membri1, jew l-Istati Membri li l-Prodott Gross Domestiku tagħhom għall-2009 , fil-verità naqas b’iktar minn 10% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel jew li r-rata ta’ qgħad tagħhom, jew nazzjonalment jew f’reġjuni individwali, telgħet b’iktar minn 3% meta mqabbla mas-sena ta’ qabel, fl-2010 2% tal-kontribut mill-Fondi ta’ Koeżjoni u 4% tal-kontribut mill-Fond Soċjali Ewropew għall-programm operattiv.

 

1 ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1.”

Emenda  14

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 12 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 93 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) L-Artikolu 93(1) jinbidel b'dan li ġej:

 

“1. Il-Kummissjoni għandha awtomatikament tiddiżimpenja kwalunkwe parti tal-ammont ikkalkulat f’konformità mat-tieni subparagrafu fi programm operattiv li ma ntużatx għall-ħlasijiet ta' prefinanzjament jew għall-ħlasijiet interim, jew li għaliha applikazzjoni għall-ħlas ma ntbagħtitx konformement mal-Artikolu 86 sal-31 ta' Diċembru tat-tieni sena wara s-sena tal-impenn tal-baġit taħt il-programm, bl-eċċezzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

 

Għall-finijiet tad-diżimpenn awtomatiku msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-ammont billi żżid wieħed minn sitt partijiet tal-impenji baġitarji annwali relatati mal-kontribut annwali totali tal-2007, mal-impenji baġitarji ta’ kull sena mill-2008 sal-2013."

Ġustifikazzjoni

Il-posponiment tad-diżimpenn awtomatiku relatat mal-impenji li saru fl-2007, jagħti ċerta flessibiltà f’sitwazzjoni fejn l-approvazzjoni tal-programmi operattivi ħadet iktar ħin milli kien mistenni.

Emenda  15

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 - punt 12 b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 93 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b) Fl-Artikolu 93, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “2a.

 

“2a. Bħala deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u mill-paragrafu 2, l-iskadenzi għad-diżimpenn awtomatiku m’għandhomx japplikaw għall-impenn baġitarju annwali relatat mal-kontribut annwali totali tal-2007.”

Ġustifikazzjoni

Il-posponiment tad-diżimpenn awtomatiku relatat mal-impenji li saru fl-2007, jagħti ċerta flessibiltà f’sitwazzjoni fejn l-approvazzjoni tal-programmi operattivi ħadet iktar ħin milli kien mistenni.

Emenda  16

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

 

Miżuri tranżizzjonali

 

Biex jiġu affaċċjati ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tat-tranżizzjoni għar-regoli ta’ diżimpenn introdotti minn dan ir-Regolament, l-approprjazzijiet li tħassru minħabba diżimpenn min-naħa tal-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2007 fl-implimentazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 93(1) u tal-Artikolu 97 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Finanzjarju, għandhom jiġu rikostitwiti sakemm ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 93(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.

Ġustifikazzjoni

Il-posponiment tad-diżimpenn awtomatiku relatat mal-impenji li saru fl-2007, jagħti ċerta flessibiltà f’sitwazzjoni fejn l-approvazzjoni tal-programmi operattivi ħadet iktar ħin milli kien mistenni.

Emenda  17

Proposta għal regolament – att li jemenda

Article 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1b

 

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effett ta’ dan ir-Regolament fuq il-livell tal-ħlasijiet u dwar kemm se tqis il-livell tal-ħlasijiet fl-abbozz tal-baġit tagħha. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jivvaluta wkoll l-effetti ta’ dan ir-Regolament fuq l-impjieg u l-inklużjoni soċjali.

PROĊEDURA

Titolu

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni għal dak li għandu x’jaqsam ma’ simplifikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti u ma’ ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja

Referenzi

COM(2009)0384 – C7-0003/2010 – 2009/0107(COD)

Kumitat responsabbli

REGI

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

18.1.2010

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Regina Bastos

17.9.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

4.3.2010

16.3.2010

 

 

Data tal-adozzjoni

17.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Pervenche Berès, Milan Cabrnoch, David Casa, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Sergio Gaetano Cofferati, Marije Cornelissen, Karima Delli, Proinsias De Rossa, Frank Engel, Sari Essayah, Ilda Figueiredo, Thomas Händel, Marian Harkin, Roger Helmer, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Danuta Jazłowiecka, Patrick Le Hyaric, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Rovana Plumb, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jürgen Creutzmann, Dieter-Lebrecht Koch, Csaba Sógor, Emilie Turunen

PROĊEDURA

Titolu

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni għal dak li għandu x’jaqsam ma’ simplifikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti u ma’ ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja

Referenzi

COM(2009)0384 – C7-0003/2010 – 2009/0107(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

22.7.2009

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

18.1.2010

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

18.1.2010

CONT

18.1.2010

EMPL

18.1.2010

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

CONT

1.10.2009

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Evgeni Kirilov

5.10.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

6.10.2009

4.11.2009

2.12.2009

22.2.2010

Data tal-adozzjoni

18.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Luís Paulo Alves, Charalampos Angourakis, Sophie Auconie, Catherine Bearder, Victor Boştinaru, Philip Bradbourn, Zuzana Brzobohatá, John Bufton, Alain Cadec, Salvatore Caronna, Ricardo Cortés Lastra, Tamás Deutsch, Rosa Estaràs Ferragut, Danuta Maria Hübner, Ian Hudghton, Evgeni Kirilov, Constanze Angela Krehl, Ramona Nicole Mănescu, Riikka Manner, Iosif Matula, Franz Obermayr, Jan Olbrycht, Wojciech Michał Olejniczak, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Monika Smolková, Nuno Teixeira, Michael Theurer, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Kerstin Westphal, Joachim Zeller

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Karima Delli, Ivars Godmanis, Karin Kadenbach, Maurice Ponga, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, László Surján, Sabine Verheyen, Iuliu Winkler

Data tat-tressiq

23.3.2010