RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008

24.3.2010 - (C7‑0185/2009 – 2009/2116(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur għal opinjoni: Véronique Mathieu

Proċedura : 2009/2116(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0069/2010
Testi mressqa :
A7-0069/2010
Testi adottati :

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0185/2009 – 2009/2116(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[1],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7‑0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol[3], u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0069/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0185/2009 – 2009/2116(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[5],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7‑0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol[7], u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[8], u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0069/2010),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0185/2009 – 2009/2116(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[9],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7‑0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol[11], u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0069/2010),

A. billi l-Qorti tal-Awdituri (minn hawn 'il quddiem "il-Qorti") indikat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,

B.  billi fit-23 ta’ April 2009 l-Parlament ta l-kwittanza lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2007[13] u billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu mehmuża mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza, il-Parlament ġibed l-attenzjoni, inter alia, għall-fatt li l-Qorti ħarġet dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni pożittiva u li m’għamlet l-ebda kumment;

1.  jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008 kien skont il-liġi u regolari;

Prestazzjoni

2.  Jifraħ lill-Aġenzija talli tejbet b’mod konsiderevoli l-ġestjoni finanzjarja tagħha waqt dawn l-aħħar tliet snin; iħeġġeġ lill-Aġenzija biex tkompli timpenja ruħha biex tassigura l-ogħla kwalità f’dak li għandu x’jaqsam mal-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-kontroll baġitarji;

3.  Jifraħ, b’mod partikulari, lill-Aġenzija għat-tlestija tal-Fażijiet I u II tal-Istħarriġ Ewropew tal-Intrapriżi dwar ir-Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER), għall-ħolqien ta’ netwerk ta’ organizzazzjonijiet Ewropej li jistgħu jipprovdu inċentivi ekonomiċi fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol, u għall-ħolqien ta’ bażi tad-data tar-riżorsi għall-evalwazzjoni tar-riskji għall-kampanja Postijiet tax-Xogħol li jġibu 'l quddiem is-Saħħa tal-2008/2009;

4.  Jitlob lill-Aġenzija biex, fit-tabella tagħha li għandha tinhemeż mar-rapport li jmiss tal-Qorti tal-Awdituri, tippreżenta paragun bejn l-operazzjonijiet li wettqet matul is-sena ta’ kwittanza eżaminata u dawk li wettqet waqt is-sena finanzjarja preċedenti, sabiex l-awtorità ta’ kwittanza tkun tista’ tevalwa aħjar il-prestazzjoni tal-Aġenzija minn sena għall-oħra;

Governanza tal-Aġenzija

5.  Jikkunsidra bħala mhux insinifikanti l-ispejjeż fissi ta’ governanza tal-Aġenzija, minħabba li għandha Bord ta’ Amministrazzjoni ta' 84 membru u timpjega 64 membru tal-persunal (ċifri għas-sena finanzjarja 2008);

Spejjeż operattivi trasferiti għas-sena ta' wara

6.  Jieħu nota li l-Aġenzija ttrasferiet EUR 3 400 000 għas-sena ta’ wara (iġifieri 44% tal-infiq operattiv) li minnhom EUR 1 000 000 jikkonċernaw impenji li kellhom x’jaqsmu kompletament mas-sena finanzjarja 2009; jenfasizza, barra minn hekk, li din is-sitwazzjoni mhijiex konformi mal-prinċipju tal-annwalità; jitlob, għaldaqstant, li l-approprjazzjonijiet isiru skont il-ġestjoni baġitarja ekonomika li tikkorrispondi mal-ħtiġijiet reali; jinnota, madankollu, li t-tweġiba tal-Aġenzija li affermat li l-komplessità tal-proġetti kellha l-konsegwenza li biex jitlestew ittieħed ħafna iktar ħin minn dak li ġie previst fil-bidu; jifraħ lill-Aġenzija madankollu talli tejbet il-kontroll u l-ippjanar tal-infiq operattiv tagħha sabiex tevita li jiġu impenjati fondi sinifikattivi fi tmiem is-sena;

Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti

7.  Jinnota l-irregolarità li identifikat il-Qorti għal proċedura għall-għoti ta’ kuntratti (l-użu ta’ kuntratt qafas oltre l-valur massimu tiegħu); b’mod partikulari, jenfasizza li l-Aġenzija kellha tniedi proċedura ġdida għall-għoti ta’ kuntratti bil-għan li jiġi stabbilit kuntratt qafas ġdid; jinnota madankollu l-ġustifikazzjoni tal-Aġenzija, li tenfasizza l-bżonn li jitkompla jintuża dan il-kuntratt qafas bl-għan li tiġi sostitwita s-sistema ta’ sussidji mingħajr ma jkun hemm impatti negattivi fuq l-attivitajiet tal-Aġenzija;

8.   Jistenna li l-Aġenzija ssolvi l-problema tal-użu ta’ kuntratt ta’ qafas għall-akkwist pubbliku lil hinn mill-valur massimu tiegħu, sabiex jingħata effett lil-liġi tal-baġit Ewropea;

Ir-riżorsi umani

9.  Jinnota li, skont ir-Rapport dwar l-Attivitajiet għall-2008, fi tmiem is-sena l-Aġenzija kienet tħaddem magħha 64 impjegat.

Verifika interna

10. Jirrikonoxxi li l-Aġenzija implimentat 19 mit-33 rakkomandazzjoni li għamel is-Servizz tal-Verifika Interna mill-2006; Jinnota li, mill-14 li għadhom ma ġewx implimentati, 6 huma meqjusa bħala importanti ħafna u jikkonċernaw il-ġestjoni ta' dak li jistennew il-persuni interessati u l-implimentazzjoni ta’ ċerti standards ta’ kontroll intern (i.e. l-ittrattar ta’ problemi bil-fajls individwali, ir-rapport anwali dwar il-kontroll intern u l-promozzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll intern);

11. Jinnota li twettaq eżerċizzju għall-valutazzjoni tar-riskji fl-aħħar tliet xhur tal-2008 biex jiġu stabbiliti l-prijoritajiet tal-verifika u l-pjan ta’ verifika tas-Servizz tal-Verifika Interna għat-tliet snin li jmiss;

oo   o

12. Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħra ta' natura orizzontali, li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni tiegħu ta' kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' xx ta' April 2010[14] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

25.2.2010

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0187/2009 - 2009/2116(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Ingeborg Gräßle

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-Kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jiġbed l-attenzjoni għall-konferma tal-Qorti tal-Awdituri li l-għeluq tal-kontijiet fi tmiem is-sena b'bilanċ ta' EUR 14,9 miljun jikkorrispondi għas-sitwazzjoni reali tal-Aġenzija fil-31 ta' Diċembru 2008 u li l-proċeduri u l-flussi tal-likwiditá għal din is-sena finanzjarja huma konformi mar-regoli finanzjarji tal-Aġenzija;

2.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008 kien skont il-liġi u regolari;

3.  Jinnota s-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar it-trasferiment ta' EUR 3 400 000 u t-tnaqqis artifiċjali konsegwenti tal-bilanċ baġitarju, u b'hekk it-tnaqqis fil-livell tar-restituzzjoni lill-baġit Komunitarju; jitlob, għaldaqstant, li l-approprjazzjonijiet isiru skont il-ġestjoni baġitarja ekonomika li tikkorrispondi mal-ħtiġijiet reali; jifraħ bil-fatt li saru aktar sforzi biex ikun jista' jiġi żgurat li fil-ġejjieni jitħarsu l-prinċipji tal-annwalità u tal-ġestjoni baġitarja ekonomika, b’mod speċifiku l-impenn li ma jibqgħux jiġu impenjati fondi sinifikanti fl-aħħar tas-sena;

4.  Jistenna li l-Aġenzija ssolvi l-problema tal-użu ta’ kuntratt ta’ qafas għall-akkwist pubbliku lil hinn mill-valur massimu tiegħu, sabiex jingħata effett lil-leġiżlazzjoni baġitarja Ewropea;

5.  jinnota li, skont ir-Rapport dwar l-Attivitajiet għall-2008, fi tmiem is-sena l-Aġenzija kienet tħaddem magħha 64 impjegat.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

22.2.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Milan Cabrnoch, David Casa, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Sergio Gaetano Cofferati, Marije Cornelissen, Tadeusz Cymański, Frédéric Daerden, Karima Delli, Proinsias De Rossa, Frank Engel, Sari Essayah, Richard Falbr, Marian Harkin, Roger Helmer, Nadja Hirsch, Danuta Jazłowiecka, Martin Kastler, Ádám Kósa, Jean Lambert, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Elizabeth Lynne, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Vilija Blinkevičiūtė, Marielle Gallo, Joe Higgins, Ria Oomen-Ruijten, Evelyn Regner, Birgit Sippel

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Jorgo Chatzimarkakis, Ryszard Czarnecki, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Martin Häusling, Ville Itälä, Iliana Ivanova, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Christel Schaldemose, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Zuzana Brzobohatá, Esther de Lange, Christofer Fjellner, Ivailo Kalfin, Véronique Mathieu, Olle Schmidt, Derek Vaughan

  • [1]  ĠU C 304, 15.12.2009, p. 49.
  • [2]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [3]  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.
  • [4]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [5]  ĠU C 304, 15.12.2009, p. 49.
  • [6]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [7]  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.
  • [8]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [9]  ĠU C 304, 15.12.2009, p. 49.
  • [10]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [11]  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.
  • [12]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [13]  ĠU L 255, 26.9.2009, p. 195.
  • [14]  Testi adottati, P7_TA-PROV(2010)...