RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2008

26.3.2010 - (C7‑0181/2009 – 2009/2110(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Véronique Mathieu

Proċedura : 2009/2110(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0091/2010
Testi mressqa :
A7-0091/2010
Testi adottati :

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0181/2009 – 2009/2110(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru[1],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2010 (5827/2010 - C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[2], u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali[3], u b'mod partikulari l-Artikolu 12a tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[4], u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7–0091/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u li jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0181/2009 - 2009/2110(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru[5],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2010 (5827/2010 - C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[6], u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali[7], u b'mod partikulari l-Artikolu 12a tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[8], u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7–00911/2010),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u li jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0181/2009 - 2009/2110(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru[9],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2010 (5827/2010 - C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10], u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali[11], u b'mod partikulari l-Artikolu 12a tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[12], u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7–0091/2010),

A. billi l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma ta’ min joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.  billi fit-23 ta’ April 2009, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2007[13], u li fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta’ kwittanza inter alia ġibdet l-attenzjoni għall-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-proporzjon għoli ta' trasferimenti trasferimenti u kanċellazzjonijiet, il-ħtieġa li jiġu ffissati objettivi u indikaturi li jistgħu jitkejlu fil-qafas tal-programmi tiegħu u l-ħtieġa li tiġi stabbilita rabta ċara bejn l-objettivi u r-risorsi baġitarji meħtieġa biex jitwettqu,

1.  jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008 kien skont il-liġi u regolari;

Rendiment

2.  Jifraħ lill-Ċentru talli rċieva dikjarazzjoni pożittiva ta' assigurazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri rigward is-sena finanzjarja 2008, mhux biss fir-rigward tal-kontijiet, imma wkoll fir-rigward tat-tranżazzjonijiet li dawn huma bbażati fuqhom; jinnota li ċ-Ċentru għamel progress enormi rigward il-proċedura tal-inventarju sabiex jiġu identifikati, reġistrati u kapitalizzati l-assi, rigward dokumentazzjoni ta' proċeduri ta' kontroll intern f'dak li jirrigwarda l-proċeduri tas-suq pubbliku;

3.  Jerġa' jinsisti fuq l-importanza li ċ-Ċentru jiffissa l-objettivi SMART u l-indikaturi RACER fl-ippjanar tiegħu sabiex jevalwa r-riżultati tiegħu; Jinnota l-fatt, madankollu, li ċ-Ċentru ddikjara li kkunsidra dawn ir-rimarki fl-ippjanar tiegħu għall-2009; jistieden liċ-Ċentru sabiex jikkunsidra l-introduzzjoni tal-Organigramma Gantt fl-ippjanar ta' kull attività operazzjonali tiegħu, hekk li jiġi indikat malajr iż-żmien li jagħmel kull uffiċjal fuq proġett u jiffavorixxi approċċ orizontali lejn il-kisba tar-riżulati;

4.  Jifraħ madankollu liċ-Ċentru li jrid li fl-2010 jdaħħal sistema sperimentali ta' dokumentazzjoni taż-żmien li jagħmel kull uffiċjal fuq proġett taċ-Ċentru;

5.  Jitlob liċ-Ċentru sabiex jippreżenta f'tabella li tidħol fl-anness tar-rapport li jmiss tal-Qorti tal-Awdituri, paragun bejn r-riżultati miksuba tul is-sena ta' kwittanza evalwata u dawk miksuba fis-sena ta' qabel, sabiex l-awtorità ta' kwittanza tkun tista' tevalwa aħjar ir-rendiment taċ-ċentru minn sena għal oħra;

6.  jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu, fir-rigward tal-oqsma relatati trattati, dwar il-kooperazzjoni mill-qrib u t-twaqqif ta’ sinerġiji bejn iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ; jesiġi miż-żewġ Aġenziji rapport dettaljat ta' segwitu dwar il-ftehim ta' kooperazzjoni fir-rapport dwar l-attivitajiet tal-2009.

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

7.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ċ-Ċentru reġa' ttrasferixxa approprjazzjonijiet (25% ta' approprjazzjonijiet ta' ħlasijiet operattivi, jiġifieri 1 400 000 EUR); Jenfasizza li din is-sitwazzjoniji turi kemm hu dgħajjef l-ippjanar u s-segwitu tal-approprjazzjonijiet differenzjati;

Riżorsi umani

8.      Jinnota li ċ-Ċentru jħaddem 128 impjegat u li fl-2009 introduċa sistema għall-kejl tal-prestazzjonijiet; jistenna r-riżultati minn din is-sistema;

Il-verifika interna

9.  Jifraħ liċ-Ċentru talli kien l-ewwel aġenzija li volontarjament għamel verifika pilota dwar il-qafas etiku; jinnota li din il-verifika saret mis-16 sal-20 ta' Frar 2009 minn tim ta' tliet awdituri u li s-Servizz Intern tal-Verifka (IAS) ikkonferma li ċ-Ċentru kien żviluppa qafas etiku tajjeb;

10. Jiirikonoxxi li mill-2006 'l hawn iċ-Ċentru kien implimenta 15-il rakkomandazzjoni mill-20 rakkomandazzjoni tal-IAS; Jinnota li mill-15 li għadhom ma ġewx implimentati, 6 huma meqjusa "importanti ħafna" u jirrigwardaw l-aktar l-immaniġġjar tar-riżorsi umani (pereżempju, ir-rendiment tal-istaff, l-istipular tal-objettivi tal-istaff u l-iffissar tal-irwoli u r-responsabilitajiet tal-Kumitat tal-Persunal); jistenna li jsir progress f'dan il-qasam, li huwa essenzjali għall-immaġni proprja tal-Aġenzija, u jitlob informazzjoni dwar dan;

oo   o

11. Għal osservazzjonijiet oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza, jirreferi għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' xxx ta' April 2010[14] dwar il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

25.2.2010

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0181/2009 - 2009/2110(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Ingeborg Gräßle

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-Kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. jirreferi għall-konferma tal-Qorti tal-Awdituri li l-għeluq tal-kontijiet fi tmiem is-sena b'bilanċ ta' EUR 18,3 miljun jikkorrispondi għas-sitwazzjoni reali tal-Aġenzija fil-31 ta' Diċembru 2008 u li l-proċeduri u l-flussi tal-kontanti għal din is-sena finanzjarja huma konformi mar-regoli finanzjarji tal-Aġenzija;

2. jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008 kien skont il-liġi u regolari;

3. jitlob, fid-dawl tat-trasferiment ta' 25% tal-approprjazzjonijiet ta' ħlas għal riżorsi tal-proġetti, pjanifikazzjoni aħjar u baġit aktar preċiż;

4. jilqa' b'sodisfazzjon it-titjib li sar fis-sorveljanza tal-proġetti u l-għoti tal-kuntratti; jistenna li r-rapport dwar l-attività jagħti l-informazzjoni relatata;

5. mhuwiex kuntent bl-istaġnar fil-qasam tal-ġestjoni tal-persunal, minħabba li l-miri għal din l-attività u l-indikaturi tal-prestazzjoni la kienu orjentati lejn ir-riżultati u lanqas ma setgħu jitkejlu; jistenna li jsir progress f'dan il-qasam, li huwa essenzjali għall-immaġni proprja tal-Aġenzija, u jitlob informazzjoni dwar dan;

6.   jinnota li ċ-Ċentru jħaddem 128 impjegat u li fl-2009 introduċa sistema għall-kejl tal-prestazzjonijiet; jistenna r-riżultati minn din is-sistema;

7.   jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu, fir-rigward tal-oqsma relatati trattati, dwar il-kooperazzjoni mill-qrib u t-twaqqif ta’ sinerġiji bejn iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ; jesiġi miż-żewġ Aġenziji rapport dettaljat ta' segwitu dwar il-ftehim ta' kooperazzjoni fir-rapport dwar l-attivitajiet tal-2009.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

22.2.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Milan Cabrnoch, David Casa, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Sergio Gaetano Cofferati, Marije Cornelissen, Tadeusz Cymański, Frédéric Daerden, Karima Delli, Proinsias De Rossa, Frank Engel, Sari Essayah, Richard Falbr, Marian Harkin, Roger Helmer, Nadja Hirsch, Liisa Jaakonsaari, Danuta Jazłowiecka, Martin Kastler, Ádám Kósa, Jean Lambert, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Elizabeth Lynne, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Vilija Blinkevičiūtė, Marielle Gallo, Joe Higgins, Ria Oomen-Ruijten, Evelyn Regner, Birgit Sippel

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Jorgo Chatzimarkakis, Ryszard Czarnecki, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Martin Häusling, Ville Itälä, Iliana Ivanova, Monica Luisa Macovei, Christel Schaldemose, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Esther de Lange, Christofer Fjellner, Salvador Garriga Polledo, Edit Herczog, Ivailo Kalfin, Véronique Mathieu, Olle Schmidt, Derek Vaughan

  • [1]  ĠU C 304, 15.12.2009, p. 118.
  • [2]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [3]  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.
  • [4]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [5]  ĠU C 304, 15.12.2009, p. 118.
  • [6]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [7]  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.
  • [8]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [9]  ĠU C 304, 15.12.2009, p. 118.
  • [10]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [11]  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.
  • [12]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [13]  ĠU L 255, 26.9.2009, p. 141.
  • [14]  Testi adottati, P7_TA-PROV(2010)...