RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr

26.3.2010 - (COM(2009)0482 – C7‑0161/2009 – 2009/0131(COD)) - ***I

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Brian Simpson


Proċedura : 2005/0167(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0101/2010
Testi mressqa :
A7-0101/2010
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr

(COM(2009)0482 – C7‑0161/2009 – 2009/0131(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)482),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0161/2009),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0101/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni wara l-ewwel qari kif qiegħda mniżżla hawn taħt;

2. Jieħu nota tad-dijarazzjonijiet mehmuża ma’ dan l-abbożż ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjoni lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi estendiet l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ ċerti ftehim internazzjonali biex ikopru t-traffiku nazzjonali bl-iskop li jiġu uniformizzati l-kundizzjonijiet li taħthom jiġu trasportati oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija u fuq passaġġi tal-ilma interni madwar il-Komunità.

(3) Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi estendiet l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' ċerti ftehimiet internazzjonali biex ikopru t-traffiku nazzjonali bl-iskop li jiġu armonizzati l-kundizzjonijiet li taħthom jiġu trasportati oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija u fuq passaġġi tal-ilma interni madwar l-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha tapplika fit-test kollu.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Spezzjonijiet perjodiċi u kontrolli eċċezzjonali ta’ apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr għandhom isiru b’konformità mal-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE u ma’ din id-Direttiva biex jiżguraw konformità kontinwa mar-rekwiżiti ta’ sikurezza stipulati fihom.

(11) Spezzjonijiet perjodiċi, spezzjonijiet intermedji u kontrolli eċċezzjonali ta' apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr għandhom isiru b'konformità mal-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE u ma' din id-Direttiva biex jiżguraw konformità kontinwa mar-rekwiżiti ta' sikurezza stipulati fihom.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 12 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr li kien tqiegħed fis-suq qabel id-data ta' implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/36/KE u li ma kienx suġġett għal evalwazzjoni mill-ġdid tal-konformità.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Apparat ta’ pressjoni trasportabbli eżistenti li għad ma ġiex evalwat għall-konformità mad-Direttiva 1999/36/KE għandu jiġi evalwat mill-ġdid u mmarkat skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva biex tiġi indikata l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti ta' sikurezza u biex jiġu żgurati il-moviment ħieles u l-użu tiegħu.

(13) Jekk apparat ta' pressjoni trasportabbli eżistenti li għad ma ġiex evalwat għall-konformità mad-Direttiva 1999/36/KE se jibbenefika mill-moviment ħieles u l-użu ħieles tiegħu, dan għandu jkun suġġett għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-konformità.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) L-Istati Membri għandhom ikunu f’pożizzjoni li jieħdu miżuri biex jillimitaw jew jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ tagħmir f’każijiet fejn dan jippreżenta riskji ta’ sikurezza f’ċertu ċirkustanzi speċifiċi.

(18) L-Istati Membri għandhom ikunu f'pożizzjoni li jieħdu miżuri biex jillimitaw jew jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq u l-użu ta' tagħmir f'każijiet fejn dan jippreżenta riskji ta' sikurezza f'ċertu ċirkustanzi speċifiċi, inkluż meta t-tagħmir ikun konformi mad-Direttiva 2008/68/KE u ma' din id-Direttiva.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 18 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Il-Kummissjoni għandha tfassal linji gwida speċifiċi biex tiffaċilita l-implimentazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet tekniċi ta’ din id-Direttiva, filwaqt li tqis ir-riżultati tal-iskambju tal-esperjenza kif inhu previst fl-Artikoli 28 u 29.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni.

imħassar

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) B’mod partikolari l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta l-Anessi għall-progress xjentifiku u tekniku. Minħabba li dawk il-miżuri għandhom kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma ddisinjati sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia, billi jżidu miegħu elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(20) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE rigward ċerti emendi tal-Annessi. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fuq il-livell tal-esperti

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 21 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) F'konformità mal-paragrafu 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet, l-Istati Membri huma mħeġġa biex ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom stess li, sa fejn ikun possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom, u biex jagħmluhom pubbliċi.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr ġdid kif speċifikat fl-Artikolu 2(1), immarkat bil-marki ta’ konformità li għalihom qed jiġi provdut f’din id-Direttiva jew fid-Direttivi 84/525/KEE, 84/526/KEE, 84/527/KEE jew 99/36/KE, għall-iskopijiet tal-ispezzjonijiet perjodiċi, il-kontrolli eċċezzjonali u l-użu tagħhom;

(b) apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr ġdid kif speċifikat fl-Artikolu 2(1), immarkat bil-marki ta' konformità li għalihom qed jiġi provdut f'din id-Direttiva jew fid-Direttivi 84/525/KEE, 84/526/KEE, 84/527/KEE jew 99/36/KE, għall-iskopijiet tal-ispezzjonijiet perjodiċi, l-ispezzjonijiet intermedji, il-kontrolli eċċezzjonali u l-użu tagħhom;

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Article 2 - paragraph 1 - point a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-kontenituri kollha tal-pressa, il-valvoli tagħhom u aċċessorji oħra meta xierqa, kif stabbilit fil-Kapitolu 6.2 tal-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE,

(a) il-kontenituri kollha tal-pressa, il-valvoli tagħhom u aċċessorji oħra meta xierqa, kif inhu kopert fil-Kapitolu 6.2 tal-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE,

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tankijiet, vetturi/karrijiet tal-batteriji u kontenituri tal-gass ta' elementi multipli (MEGCs), il-valvoli tagħhom u aċċessorji oħra meta xierqa, kif inhu stabbilit fil-Kapitolu 6.8 tal-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE, meta l-apparat imniżżel taħt (a) jew (b) jintuża skont dawk l-Annessi għat-trasport ta' gassijiet tal-Klassi 2, bl-eċċezzjoni ta' gassijiet jew artikoli bin-numri 6 u 7 fil-kodiċi ta' klassifikazzjoni, u għat-trasport tas-sustanzi perikolużi ta' klassijiet oħra speċifikati fl-Anness I ta' din id-Direttiva;

(b) tankijiet, vetturi/karrijiet tal-batteriji u kontenituri tal-gass ta' elementi multipli (MEGCs), il-valvoli tagħhom u aċċessorji oħra meta xierqa, kif inhu kopert fil-Kapitolu 6.8 tal-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE, meta l-apparat imniżżel taħt (a) jew (b) jintuża skont dawk l-Annessi għat-trasport ta' gassijiet tal-Klassi 2, bl-eċċezzjoni ta' gassijiet jew artikoli bin-numri 6 u 7 fil-kodiċi ta' klassifikazzjoni, u għat-trasport tas-sustanzi perikolużi ta' klassijiet oħra speċifikati fl-Anness I ta' din id-Direttiva;

 

Apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr għandu jinftiehem bħala li jinkludi kartriġis tal-gass (NU Nru 2037) u li jeskludi ajrusols (NU Nru 1950), kontenituri krijoġeniċi miftuħa, ċilindri tal-gass għal apparat għat-teħid tan-nifs, apparat tat-tifi tan-nar (NU Nru 1044), apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr eżentat skont 1.1.3.2 tal-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE u apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr eżentat mir-regoli għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ skont id-dispożizzjonijiet speċjali fil-punt 3.3 tal-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

14. “operaturi ekonomiċi” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur, id-distributur, is-sid jew l-operatur li jaġixxi fl-iżvolġiment ta' attività kummerċjali, kemm jekk bil-ħlas kif ukoll b’xejn;

14. “operaturi ekonomiċi” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur, id-distributur, is-sid jew l-operatur li jaġixxi fl-iżvolġiment ta' attività kummerċjali jew tas-servizz pubbliku, kemm jekk bil-ħlas kif ukoll b'xejn;

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

17. “evalwazzjoni mill-ġdid tal-konformità” tfisser il-proċedura li tintuza, fuq talba tas-sid, għall-evalwazzjoni sussegwenti tal-konformità tal-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr manifatturat u mqiegħed fis suq qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 1999/36/KE;

17. “evalwazzjoni mill-ġdid tal-konformità” tfisser il-proċedura li tintuza, fuq talba tas-sid jew tal-operatur, għall-evalwazzjoni sussegwenti tal-konformità tal-apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr manifatturat u mqiegħed fis suq qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 1999/36/KE;

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 18 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

18a. “spezzjoni intermedja” tfisser il-kontroll li jsir fi żmien intermedju u l-proċeduri li jirregolaw l-ispezzjoni intermedja skont kif stipulat fl-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE;

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

21. “akkreditazzjoni” tfisser ċertifikazzjoni minn korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni li turi li entità notifikata tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fit-tieni paragrafu ta' 1.8.6.4 tal-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE;

21. “akkreditazzjoni” tfisser ċertifikazzjoni minn korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni li turi li entità notifikata tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fit-tieni paragrafu ta' 1.8.6.8 tal-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE;

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - l-aħħar paragrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr għandu jinftiehem bħala li jinkludi kartriġis tal-gass (NU Nru 2037) u li jeskludi ajrusols (NU Nru 1950), kontenituri krijoġeniċi miftuħa, ċilindri tal-gass għal apparat għat-teħid tan-nifs, apparat tat-tifi tan-nar (NU Nru 1044), apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr eżentat skont 1.1.3.2 tal-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE u apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr eżentat mir-regoli għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ skont id-dispożizzjonijiet speċjali fil-punt 3.3 tal-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE.

imħassar

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 - paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Manifatturi li jaħsbu jew li għandhom raġuni biex jaħsbu li l-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr li qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi mal-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE u ma’ din id-Direttiva għandhom immedjatament jieħdu l-passi korrettivi meħtieġa biex iqiegħedu f’konformità l-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr, li jneħħuh mis-suq jew isejħuh lura, jekk hemm bżonn. Barra minn hekk, fejn apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinformaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn għamlu -l-apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr disponibbli dwar dan minnufiħ, u għandhom jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar miżuri korrettivi li setgħu ttieħdu.

4. Manifatturi li jaħsbu jew li għandhom raġuni biex jaħsbu li l-apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr li qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi mal-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE jew ma' din id-Direttiva għandhom immedjatament jieħdu l-passi korrettivi meħtieġa biex iqiegħedu f'konformità l-apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr, li jneħħuh mis-suq jew isejħuh lura, jekk hemm bżonn. Barra minn hekk, fejn apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinformaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn għamlu -l-apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr disponibbli dwar dan minnufiħ, u għandhom jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar miżuri korrettivi li setgħu ttieħdu.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 - paragrafu 1 - subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-obbligi stipulati fl-Artikolu 4(1) u t-tħejjija ta’ dokumentazzjoni teknika ma għandhiex tifforma parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

L-obbligi stipulati fl-Artikolu 4(1) u (2) u t-tħejjija ta' dokumentazzjoni teknika ma għandhiex tifforma parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 - paragrafu 2 - punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) iżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali għal perjodu ta' mill-inqas 20 sena mid-data ta' manifattura tal-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr;

(a) iżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali għal ta' mill-inqas il-perjodu speċifikat fl-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE għall-manifatturi;

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 - paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Importaturi għandhom, għal perjodu ta' mill-inqas 20 sena mid-data ta' manifattura tal-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr, iżommu kopja tad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tista’ tiġi magħmula disponibbli lil dawk l-awtoritajiet fuq talba tagħhom.

6. Importaturi għandhom, għal ta' mill-inqas il-perjodu speċifikat fl-Annessi għad-Direttiva 2009/68/KE għall-manifatturi, iżommu kopja tad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tista' tiġi magħmula disponibbli lil dawk l-awtoritajiet fuq talba tagħhom.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 - paragrafu 1 - subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li l-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE jew ma' din id-Direttiva, huwa ma għandux iqiegħed l-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr fis-suq sakemm dan ma jkunx sar konformi. Barra minn hekk, jekk l-apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr jippreżenta riskju, id-distributur huwa obbligat li jinforma lill-manifattur jew lill-importatur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li l-apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE jew ma' din id-Direttiva, huwa ma għandux iqiegħed l-apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr fis-suq sakemm dan ma jkunx sar konformi. Barra minn hekk, jekk l-apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr jippreżenta riskju, id-distributur huwa obbligat li jinforma lill-manifattur jew lill-importatur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 - paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal individwi privati li għandhom l-intenzjoni li jużaw jew li qegħdin jużaw l-apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr għall-użu personali jew domestiku tagħhom jew għall-attivitajiet sportivi jew fiż-żmien liberu tagħhom.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq, jidentifikaw lilha dawn li ġejjin għall-perjodu stipulat fl-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE

Operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq, jidentifikaw lilha dawn li ġejjin għal perjodu ta' mill-inqas 10 snin.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr imsemmi fl-Artikolu 1(2) (a) għandu jissodisfa l-evalwazzjoni tal-konformità rilevanti, spezzjoni perjiodika u rekwiżiti ta’ kontroll eċċezzjonali stipulati fl-Annessi għad-Direttivi 2008/68/KE u Kapitoli 3 u 4 ta’ din id-Direttiva.

1. L-apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr imsemmi fl-Artikolu 1(2) (a) għandu jissodisfa l-evalwazzjoni tal-konformità rilevanti, spezzjoni perjodika, spezzjoni intermedja u rekwiżiti ta' kontroll eċċezzjonali stipulati fl-Annessi għad-Direttivi 2008/68/KE u Kapitoli 3 u 4 ta' din id-Direttiva.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr imsemmi fl-Artikolu 1(2) (b) għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tad-dokumentazzjoni li skontha jkun ġie manifatturat. L-apparat għandu jiġi suġġett għal spezzjonijiet perjodiċi u kontrolli eċċezzjonali u għar-rekwiżiti tal-Kapitoli 3 u 4 ta’ din id-Direttiva.

2. L-apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr imsemmi fl-Artikolu 1(2) (b) għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tad-dokumentazzjoni li skontha jkun ġie manifatturat. L-apparat għandu jiġi suġġett għal spezzjonijiet perjodiċi, spezzjonijiet intermedji u kontrolli eċċezzjonali skont l-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE u għar-rekwiżiti tal-Kapitoli 3 u 4 ta' din id-Direttiva.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Ċertifikati ta’ evalwazzjoni tal-konformità u ċertifikati ta’ evalwazzjoni mill-ġdid u rapporti dwar spezzjonijiet perjodiċi u kontrolli eċċezzjonali maħruġa minn entità notifikata għandhom ikunu validi fl-Istati Membri kollha.

3. Ċertifikati ta' evalwazzjoni tal-konformità u ċertifikati ta' evalwazzjoni mill-ġdid u rapporti dwar spezzjonijiet perjodiċi, spezzjonijiet intermedji u kontrolli eċċezzjonali maħruġa minn entità notifikata għandhom ikunu validi fl-Istati Membri kollha.

Evalwazzjoni tal-konformità tista’ ssir separatament għal partijiet ta’ apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr li jiżżarmaw.

Evalwazzjoni tal-konformità tista' ssir separatament għal partijiet ta' apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr u li jista' jerġa' jimtela li jiżżarmaw.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 - paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Partijiet li jiżżarmaw li għandhom funzjoni ta’ sikurezza diretta għandhom ikunu mmarkati bil-marka Pi.

6. Partijiet li jiżżarmaw ta' apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr u li jista' jerġa' jimtela li għandhom funzjoni ta' sikurezza diretta għandhom ikunu mmarkati bil-marka Pi.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 - paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-marka Pi għandha titwaħħal b’mod permanenti u li tibqa’ viżibbli u leġġibli fuq l-apparat ta’ pressa trasportabbli jew fuq il-pjanċa ta’ informazzjoni kif ukoll fuq partijiet ta' tagħmir ta’ pressa trasportabbli li jiżżarmaw li għandhom funzjoni diretta ta’ sikurezza.

4. Il-marka Pi għandha titwaħħal b'mod permanenti u li tibqa' viżibbli u leġġibli fuq l-apparat ta' pressa trasportabbli jew fuq il-pjanċa ta' informazzjoni kif ukoll fuq partijiet ta' tagħmir ta' pressa trasportabbli li jista' jerġa' jimtela li jiżżarmaw li għandhom funzjoni diretta ta' sikurezza.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 - paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-marka Pi għandha ttitwaħħal qabel ma tagħmir ta’ pressa trasportabbli ġdid jew partijiet ġodda ta' tagħmir ta’ pressa trasportabbli li jiżżarmaw li għandhom funzjoni diretta ta’ sikurezza jitqiegħdu fis-suq.

5. Il-marka Pi għandha ttitwaħħal qabel ma tagħmir ta' pressa trasportabbli ġdid jew partijiet ġodda ta' tagħmir ta' pressa trasportabbli li jista' jerġa' jimtela li jiżżarmaw li għandhom funzjoni diretta ta' sikurezza jitqiegħdu fis-suq.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 - paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-marka tad-data tal-ispezzjoni perjodika għandha tiġi segwita min-numru ta’ identifikazzjoni tal-entità notifikata responsabbli għall-ispezzjoni perjodika.

7. Il-marka tad-data tal-ispezzjoni perjodika jew, fejn xieraq, l-ispezzjoni intermedja għandha tiġi akkumpanjata min-numru ta' identifikazzjoni tal-entità notifikata responsabbli għall-ispezzjoni perjodika.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 - paragrafu 2 - punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) tal-attivitajiet relatati mal-evalwazzjoni tal-konformità u l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-konformità;

(a) tal-attivitajiet relatati mal-evalwazzjoni tal-konformità, l-ispezzjoni perjodika, l-ispezzjoni intermedja, kontrolli eċċezzjonali u l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-konformità;

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Article 21 - paragraph 2 - point b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tal-proċeduri relatati ma’ a) imsemmija hawn fuq inkluż l-ispezzjoni perjodika, il-kontrolli eċċezzjonali u l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-konformità;

(b) tal-proċeduri relatati ma' a) imsemmija hawn fuq;

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha relatati mal-evalwazzjoni tal-konformità, l-ispezzjoni perjodika u l-attivitajiet relatati mal-kontrolli eċċezzjonali, il-proċeduri li ntużaw, l-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr ikkonċernat u ċ-ċertifikazzjoni ta’ kompetenza rilevanti.

3. In-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 21(2).

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Entitajiet notifikati għandhom jagħmlu evalwazzjonijiet tal-konformità, spezzjonijiet perjodiċi u kontrolli eċċezzjonali b’konformità mal-kundizzjonijiet tan-notifika tagħhom u mal-proċeduri ta’ evalwazzjoni tal-konformità stipulati fl-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE.

1. Entitajiet notifikati għandhom jagħmlu evalwazzjonijiet tal-konformità, spezzjonijiet perjodiċi, spezzjonijiet intermedji u kontrolli eċċezzjonali b'konformità mal-kundizzjonijiet tan-notifika tagħhom u mal-proċeduri stipulati fl-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 - paragrafu 1 - punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) kwalunkwe talba għal informazzjoni li rċevew minn awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet ta’ evalwazzjoni ta' konformità;

(c) kwalunkwe talba għal informazzjoni dwar attivitajiet li saru li rċevew minn awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq;

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 - paragrafu 1 - punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) fuq talba, attivitajiet ta’ evalwazzjoni tal-konformità li saru fl-ambitu tan-notifika tagħhom u kwalunkwe attività oħra li saret, inklużi attivitajiet transkonfinali u ta’ subappaltar.

(d) fuq talba, attivitajiet li saru fl-ambitu tan-notifika tagħhom u kwalunkwe attività oħra li saret, inklużi attivitajiet transkonfinali u ta' subappaltar.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Entitajiet notifikati għandhom jipprovdu lill-entitajiet l-oħra notifikati skont din id-Direttiva li jiżvolġu attivitajiet ta’ evalwazzjoni tal-konformità, spezzjonijiet perjodiċi u kontrolli eċċezzjonali simili li jkopru l-istess apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr b’informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet relatati ma’ riżultati ta’ evalwazzjoni negattivi u, jekk jintalbu, riżultati ta’ evalwazzjoni pożittivi.

2. Entitajiet notifikati għandhom jipprovdu lill-entitajiet l-oħra notifikati skont din id-Direttiva li jiżvolġu attivitajiet ta' evalwazzjoni tal-konformità, spezzjonijiet perjodiċi, spezzjonijiet intermedji u kontrolli eċċezzjonali simili li jkopru l-istess apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr b'informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet relatati ma' riżultati ta' evalwazzjoni negattivi u, jekk jintalbu, riżultati ta' evalwazzjoni pożittivi.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni ta’ skambju ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri nazzjonali responsabbli għall-

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni ta' skambju ta' esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri nazzjonali responsabbli skont din id-Direttiva għall-

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 31 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn, wara li tkun tlestiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30(3) u (4), isiru oġġezzjonijiet kontra miżura nazzjonali ta’ Stat Membru jew fejn il-Kummissjoni tqis li l-miżura nazzjonali tkun kontra d-dritt Komunitarju, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri u mal-operatur(i) ekonomiku/ċi rilevanti u għandha tagħmel evalwazzjoni tal-miżura nazzjonali. Fuq il-bażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.

1. Fejn, wara li tkun tlestiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30(3) u (4), isiru oġġezzjonijiet kontra miżura nazzjonali ta' Stat Membru jew fejn il-Kummissjoni tqis li l-miżura nazzjonali tkun kontra att tal-Unjoni legalment vinkolanti, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri u mal-operatur(i) ekonomiku/ċi rilevanti u għandha tagħmel evalwazzjoni tal-miżura nazzjonali. Fuq il-bażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 33 - paragrafu 1 - punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-marka Pi ġiet imwaħħla bi ksur tal-Artikolu 12, l-Artikolu 13 jew l-Artikolu 14.

(a) il-marka Pi ġiet imwaħħla bi ksur tal-Artikolu 12, l-Artikolu 13, l-Artikolu 14 jew l-Artikolu 15.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 33 - paragrafu 1 - punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ma kienx hemm konformità mal-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE.

(d) ma kienx hemm konformità mal-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE u ma' din id-Direttiva.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista’ tadatta l-Annesi ta’ din id-Direttiva skont il-progress xjentifiku u tekniku, b’mod partikulari billi tikkunsidra l-emendi tal-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE. Dawk il-miżuri, maħsuba sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 36(2).

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE rigward l-emendi għall-Annessi ta' din id-Direttiva skont il-progress xjentifiku u tekniku, b'mod partikulari billi tikkunsidra l-emendi tal-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE

 

Għall-atti delegati msemmija f'dan l-Artikolu, għandhom japplikaw il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 36, 36a u 36b.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 - titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kumitat

Eżerċizzju tad-delega

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għat-trasport ta' oġġetti perikolużi stabbilit skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2008/68/KE.

1. Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 35 għandha tkun ikkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien mhux determinat.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

2. Meta tadotta att delegat, fl-istess ħin il-Kummissjoni għandha tavża lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’dan.

Il-perjodi previsti fl-Artikolu 5a(3)(c), u (4)(b) u (e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta’ xahar, ta’ xagħrejn u ta’ tliet xhur rispettivament.

 

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 - paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Is-setgħa li tadotta atti delegati qed tiġi konferita lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 36a u 36b.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 36a

 

Revoka tad-delega

 

1. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 35 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

 

2. L-istituzzjoni li tkun bdiet il-proċedura interna għad-deċiżjoni dwar jekk għandhiex tiġi rrevokata d-delega tas-setgħat, għandha timpenja ruħha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed deċiżjoni finali, b’indikazzjoni tad-delega tas-setgħat li tista’ tkun suġġetta għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal dan.

 

 

3. Id-deċiżjoni għal revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 36b

 

Oġġezzjonijiet għal atti delegati

 

1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat fi żmien tliet xhur mid-data ta' notifika.

Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż għal xahrejn.

 

2. Jekk, meta jiskadi dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ fid-data stipulata fih.

L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.

 

3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat, dan m'għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet tal-oġġezzjoni għall-att delegat.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ċertifikati ta’ approvazzjoni mill-KEE għal apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr maħruġa skont id-Direttivi 84/525/KEE, 84/526/KEE u 84/527/KEE u ċertifikati tal-eżami tal-iddisinjar tat-tip KE maħruġa skont id-Direttiva 1999/36/KE għandhom jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti maċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni tat-tip imsemmija fl-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE.

1. Ċertifikati ta' approvazzjoni mill-KEE għal apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr maħruġa skont id-Direttivi 84/525/KEE, 84/526/KEE u 84/527/KEE u ċertifikati tal-eżami tal-iddisinjar tat-tip KE maħruġa skont id-Direttiva 1999/36/KE għandhom jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti maċ-ċertifikati ta' approvazzjoni tat-tip imsemmija fl-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE u għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar rikonoxximent li jsir fi żmien limitat tal-approvazzjonijiet tat-tip stipulati f'dawk l-Annessi.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 38a

 

Obbligi tal-Istati Membri

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi kkonċernati jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati fil-Kapitoli 2 u 5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw wkoll li l-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa jittieħdu rigward l-Artikoli 12-15 fil-Kapitolu 3.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2011. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-disposizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-disposizzjonijiet ma’ din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2011. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Anness I – NU Nru 1790

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

AĊIDU IDROFLWORIKU, SOLUZZJONI, B’KONTENUT TA’ AĊIDU IDROFLWORIKU OGĦLA MINN 85 %

AĊIDU IDROFLWORIKU, B'KONTENUT OGĦLA MINN 85 % FLWORIDU TAL-IDROĠENU

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Anness III - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-metodu li għandu jintuża biex jiġi żgurat li l-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr msemmi fl-Artikolu 1 (2) (c) manifatturat u mdaħħal fis-servizz qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 1999/36/KE huwa konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE kif applikabbli fil-ħin ta’ evalwazzjoni mill-ġdid għandu jkun kif stipulat f’dan l-Anness.

1. Il-metodu li għandu jintuża biex jiġi żgurat li l-apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr msemmi fl-Artikolu 1 (2) (c) manifatturat u mdaħħal fis-servizz qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 1999/36/KE huwa konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE u d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva kif applikabbli fil-ħin ta' evalwazzjoni mill-ġdid għandu jkun kif stipulat f'dan l-Anness.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Anness III - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-sid jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jew il-pussessur għandu jqiegħed għad-disposizzjoni ta' entità notifikata konformi man-NE ISO/IEC 17020:2004 tip A l-informazzjoni dwar l-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr li tippermetti lil dik l-entità li tidentifika l-apparat b’mod preċiż (oriġini, regoli ta' disinn u, għal ċilindri tal-aċitilena, dettalji tal-massa poruża). L-informazzjoni għandha tinkludi, fejn hu xieraq, kwalunkwe restrizzjonijiet preskritti dwar l-użu u noti dwar danni possibbli jew tiswijiet li jkunu saru.

2. Is-sid jew l-operatur għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni ta' entità notifikata konformi man-NE ISO/IEC 17020:2004 tip A, notifikata dwar l-evalwazzjoni mill-ġdid dwar il-konformità, l-informazzjoni dwar l-apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr li tippermetti lil dik l-entità li tidentifika l-apparat b'mod preċiż (oriġini, regoli ta' disinn u, għal ċilindri tal-aċitilena, dettalji tal-massa poruża). L-informazzjoni għandha tinkludi, fejn hu xieraq, kwalunkwe restrizzjonijiet preskritti dwar l-użu u noti dwar danni possibbli jew tiswijiet li jkunu saru.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Anness III - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-entità notifikata tat-tip A għandha tiċċekkja jekk l-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr jiggarantixxix mill-inqas l-istess grad ta’ sikurezza li jiggarantixxi l-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr msemmi fl-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE. L-evalwazzjoni għandha ssir fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta skont il-punt 2 u, fejn hu xieraq, ta' spezzjonijiet oħra.

3. L-entità notifikata tat-tip A, notifikata għall-evalwazzjoni mill-ġdid dwar il-konformità, għandha tiċċekkja jekk l-apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr jiggarantixxix mill-inqas l-istess grad ta' sikurezza li jiggarantixxi l-apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr msemmi fl-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE. L-evalwazzjoni għandha ssir fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 2 u, fejn hu xieraq, ta' spezzjonijiet oħra.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Anness III - paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn kontenituri tal-pressa ġew manifatturati f’serje, Stati Membri jistgħu jawtorizzaw l-evalwazzjoni tal-konformità ta’ kontenituri tal-pressa individwali, inklużi l-valvoli tagħhom u aċċessorji oħra wżati għat-trasport, li għandha ssir minn entità notifikata konformi ma' NE ISO/IEC 17020:2004 Tip B bil-kundizzjoni li konformità ta’ dan it-tip ġiet evalwata minn entità notifikata tat-tip A skont kif stipulat f’paragrafu 3.

imħassar

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Anness III - paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Jekk ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4 huma sodisfaċenti, l-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr jiġi suġġett għall-ispezzjoni perjodika prevista fl-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE u l-marka Pi għandha tiġi applikata mill-entità notifikata responsabbli għall-ispezzjoni perjodika skont kif stipulat mill-Artikolu 14 (1) – (5). Il-marka Pi għandha tiġi segwita min-numru ta’ identifikazzjoni tal-entità notifikata tat-tip A responsabbli għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-konformità u, jekk differenti, min-numru ta’ identifikazzjoni tal-entità notifikanti responsabbli għall-ispezzjoni perjodika.

5. Jekk ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet huma sodisfaċenti, l-apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr jiġi suġġett għall-ispezzjoni perjodika prevista fl-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE. Jekk ir-rekwiżiti ta' dik l-ispezzjoni perjodika jintlaħqu l-marka Pi għandha tiġi applikata taħt is-sorveljanza ta' jew mill-entità notifikata responsabbli għall-ispezzjoni perjodika skont kif stipulat mill-Artikolu 14 (1) – (5). Il-marka Pi għandha tiġi segwita min-numru ta' identifikazzjoni tal-entità notifikata responsabbli għall-ispezzjoni perjodika.

 

L-entità notifikata responsabbli għall-ispezzjoni perjodika għandha toħroġ ċertifikat ta' evalwazzjoni mill-ġdid skont il-paragrafu 6.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Anness III - paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Fejn il-kontenituri tal-pressa jiġu manifatturati f'serje, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-konformità ta' kontenituri ta' pressa individwali, inklużi l-valvoli tagħhom u l-aċċessorji l-oħra użati għat-trasport, li għandha titwettaq minn entità notifikata għall-ispezzjoni perjodika ta' kontenituri tal-pressa rilevanti li jistgħu jinġarru l-konformità tat-tip tagħhom tkun diġà ġiet valutata skont il-paragrafu 3 minn entità notifikata tat-tip A, responsabbli għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-konformità, u ċertifikat ta' evalwazzjoni mill-ġdid tat-tip li jkun nħareġ. Il-marka Pi għandha tiġi segwita min-numru ta' identifikazzjoni tal-entità notifikata responsabbli għall-ispezzjoni perjodika.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Anness III - paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Għandu jinħareġ ċertifikat ta’ evalwazzjoni mill-ġdid.

Fejn il-proċedura deskritta f’paragrafu 4 tiġi applikata l-entità notifikata tat-tip A għandha toħroġ iċ-ċertifikat ta’ evalwazzjoni mill-ġdid li jinkludi mill-inqas:

6. Fil-każijiet l-oħra kollha l-entità notifikata responsabbli għall-ispezzjoni perjodika għandha toħroġ iċ-ċertifikat ta' evalwazzjoni mill-ġdid li jinkludi mill-inqas:

(a) l-identifikazzjoni tal-entità notifikata;

(a) l-identifikazzjoni tal-entità notifikata li toħroġ iċ-ċertifikat, u, jekk tkun differenti, in-numru ta' identifikazzjoni tal-entità notifikata responsabbli tat-tip A għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-konformità skont il-paragrafu 3;

(b) l-isem u l-indirizz tal-manifattur u l-pussessur tal-approvazzjoni tat-tip oriġinali tal-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr li qed jiġi evalwat mill-ġdid meta l-pussessur mhuwiex il-manifattur;

(b) l-isem u l-indirizz tas-sid jew l-operatur speċifikat fil-paragrafu 2;

 

(c) fil-każ ta' applikazzjoni tal-proċedura fil-paragrafu 5a, id-data li tidentifika ċ-ċertifikat tal-evalwazzjoni mill-ġdid tat-tip;

(c) l-informazzjoni għall-identifikazzjoni tal-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr li huwa parti mis-serje; kif ukoll

 

(d) l-informazzjoni għall-identifikazzjoni tal-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr li fuqu twaħħlet il-marka Pi inkluż mill-inqas in-numru jew numri ta’ identifikazzjoni; kif ukoll

(d) id-data tal-ħruġ.

(e) id-data tal-ħruġ.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Anness III - paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Fil-każijiet l-oħra kollha l-entità notifikata responsabbli għall-ispezzjoni perjodika għandha toħroġ ċertifikat ta’ evalwazzjoni mill-ġdid li jinkludi mill-inqas:

 

7. Għandu jinħareġ ċertifikat ta' evalwazzjoni mill-ġdid tat-tip.

 

Fejn il-proċedura deskritta f'paragrafu 5a tiġi applikata l-entità tat-tip A, responsabbli għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-konformità, għandha toħroġ iċ-ċertifikat ta' evalwazzjoni mill-ġdid li jinkludi mill-inqas:

(a) l-identifikazzjoni tal-entità notifikata;

(a) l-identifikazzjoni tal-entità notifikata li toħroġ iċ-ċertifikat;

(b) l-isem u l-indirizz tas-sid jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jew il-pussessur imsemmi f’paragrafu 2;

 

(b) l-isem u l-indirizz tal-manifattur u l-pussessur tal-approvazzjoni tat-tip oriġinali tal-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr li qed jiġi evalwat mill-ġdid meta l-pussessur mhuwiex il-manifattur;

(c) l-informazzjoni għall-identifikazzjoni tal-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr li fuqu twaħħlet il-marka Pi inkluż mill-inqas in-numru jew numri ta’ identifikazzjoni; kif ukoll

(c) l-informazzjoni għall-identifikazzjoni tal-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr li huwa parti mis-serje; kif ukoll

(d) id-data tal-ħruġ.

(d) id-data tal-ħruġ,

 

(e) il-kliem: “dan iċ-ċertifikat ma jawtorizzax il-manifattura tal-apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr jew il-partijiet tiegħu”.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Anness III - paragrafu 7 – l-aħħar parti

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Billi jwaħħal jew ikollu l-marka Pi mwaħħla f'ismu, il-manifattur jew operatur juri li qed jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr flimkien mar-rekwiżiti applikabbli stipulati fl-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE u f'din id-Direttiva kif applikabbli fil-ħin li ssir l-evalwazzjoni mill-ġdid.

imħassar

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Anness III - paragrafu 7 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. Billi jwaħħal jew ikollu l-marka Pi mwaħħla f'ismu, il-manifattur jew operatur juri li qed jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr flimkien mar-rekwiżiti applikabbli stipulati fl-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE u f'din id-Direttiva kif applikabbli fil-ħin li ssir l-evalwazzjoni mill-ġdid.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Anness III - paragrafu 7 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. Fejn xieraq, għandhom jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Anness II (2) u għandha titwaħħal ukoll il-marka tat-temperatura stabbilita f'dak l-Anness.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Annex to the draft legislative resolution

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-Artikolu 290 tat-TFUE

 

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiddikjaraw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu bla ħsara għal kwalunkwe pożizzjoni futura tal-istituzzjonijiet rigward l-implimentazzjoni tal-Arikolu 290 tat-TFUE jew atti leġiżlattivi individwali li jkun fihom dispożizzjonijiet bħal dawn.

 

 

 

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni rigward in-notifika tal-atti delegati

 

 

 

Il-Kummissjoni Ewropea tinnota li ħlief f’każijiet fejn l-att leġiżlattiv jipprovdi għal proċedura ta’ urġenza, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iqisu li n-notifika ta’ atti delegati għandha tqis il-perjodi meta l-istituzzjonijiet jagħlqu għall-vaganzi (xitwa, sajf u elezzjonijiet Ewropej), sabiex ikun assigurat li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jeżerċitaw il-prerogattivi tagħhom fil-limiti ta' żmien stipulati fl-atti leġiżlattivi rilevanti u jkunu lesti jaġixxu skont il-ħtieġa.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta tal-Kummissjoni

It-trasport ta' apparat ta' pressjonim bħal tankijiet, kontenituri u ċilindri hu rregolat bid-Direttiva 1999/36/KE. Id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti ta' sikurezza għat-trasport bil-vetturi u bil-ferroviji. Barra minn hekk, id-Direttiva tiżgura l-moviment ħieles ta' apparat bħal dan fi ħdan il-Komunità, inkluż it-tqegħid tiegħu fis-suq, billi tistabbilixxi normi komuni għat-tfassil, il-kostruzzjoni u l-kontrolli sussegwenti.

Ċerti dispożizzjonijiet tekniċi tad-Direttiva eżistenti mhumiex konformi mar-regoli internazzjonali dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi li, barra minn hekk, ġew estiżi għal-leġiżlazzjoni Komunitarja fid-Direttiva 2008/68/KE dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija u fuq passaġġi tal-ilma interni, li ġiet adottata reċentement. Għalhekk, il-Kummissjoni ressqet proposta għal reviżjoni tad-Direttiva, li tħassar id-Direttiva eżistenti dwar l-apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr u għadd ta' Direttivi relatati oħra.

Il-proposta ma tinvolvix tibdil sustanzjali għall-qafas regolatorju eżistenti rigward l-ambitu u d-dispożizzjonijiet ewlenin. L-għan l-iktar importanti huwa li jitneħħew l-inkonsistenzi msemmija hawn fuq billi r-rekwiżiti tekniċi jsiru konformi mar-regoli internazzjonali dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi. Barra minn hekk, għandha l-għan li tissemplifika u tallinja ċerti dispożizzjonijiet, b'mod partikolari dawk marbuta mal-proċeduri ta' evalwazzjoni tal-konformità. Fl-aħħar, rigward l-użu tal-apparat għal operazzjonijiet ta' trasport fis-suq intern, il-proposta tinkorpora dispożizzjonijiet tal-hekk imsejjaħ “Regolament tal-Qafas Leġiżlattiv Ġdid” (765/2008/KE), li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti fis-suq uniku Ewropew.

Il-Kunsill

Wara li kkunsidra l-proposta fuq diversi okkażjonijiet, il-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill ressaq abbozz ta' test, li b'mod ġenerali jikkorrispondi mat-test propost mill-Kummissjoni, u jintroduċi biss xi modifiki. Dawn jikkonċernaw, fost oħrajn:

· Kjarifika tad-definizzjoni ta' “apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr”;

· L-inklużjoni ta' referenzi meħtieġa għall-“ispezzjonijiet intermedji”;

· Kjarifiki dwar l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-konformità ta' apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr eżistenti li ma kienx ġie evalwat skont id-Direttiva eżistenti;

· Il-possibbiltà li l-Istati Membri jillimitaw jew jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq u l-użu ta' apparat f'każijiet fejn, f'ċerti ċirkostanzi, dan ikun ta' riskju għas-sikurezza;

· Dispożizzjoni li teżenta lill-individwi privati mill-obbligi ta' sidien ta' apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr f'dak li għandu x'jaqsam mal-użu privat jew għall-attivitajiet fil-ħin liberu;

Barra minn hekk, il-Kunsill biddel il-proċedura għall-adattament tal-Annessi sabiex isiru konformi mad-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar il-komitoloġija wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona (“atti delegati”) .

L-evalwazzjoni tar-Rapporteur

Ir-rapporteur jappoġġa l-għanijiet segwiti fir-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Apparat li Jista' Jinġarr (TPED) u jemmen li wara li tiġi adottata, il-proposta se tiżgura livell għoli ta' sikurezza għall-apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr u l-utenti tiegħu. Barra minn hekk, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-komitoloġija, ir-rapporteur jilqa' l-kjarifiki ta' hawn fuq b'suġġeriment tal-Kunsill, li huma riflessi fl-emendi proposti fl-abbozz tar-rapport tiegħu. Għalhekk, l-emendi jikkorrispondu għall-abbozz tat-test tal-Kunsill ħlief rigward it-tliet punti li ġejjin:

· L-ewwel nett, qed jiġi propost li jinbidel il-kliem fil-Premessa 13 dwar l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-konformità billi tiddaħħal referenza għal “użu ħieles” sabiex ikun ċar li evalwazzjoni mill-ġdid mhijiex meħtieġa f'każijiet fejn l-apparat eżistenti jintuża biss fuq bażi nazzjonali jew reġjonali (ara l-emenda 4).

· It-tieni punt hu li r-rapporteur jipproponi Premessa 18a ġdida li tistieden lill-Kummissjoni biex tressaq linji gwida li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet, kif inhu diġà previst fid-Direttiva eżistenti.

· Fl-aħħar nett, fejn jidħlu d-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar il-komitoloġija, ir-rapporteur introduċa modifiki skont parir orizzontali mis-servizzi legali tal-Parlament, li għandhom l-għan li jżommu l-prerogattivi tal-Parlament u li jiġu sodisfati r-rekwiżiti proċedurali rigward ir-revoka tad-delega tas-setgħat lill-Kummissjoni kif ukoll l-oġġezzjonijiet għall-atti delegati.

Konklużjoni

Ir-rapporteur jipprevedi li sakemm tinstab soluzzjoni orizzontali bejn l-istituzzjonijiet rigward il-kliem tad-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar il-komitoloġija, id-dossier għandu jiġi konkluż malajr kemm jista' jkun bi qbil fl-ewwel qari. Għalhekk, il-Kumitat huwa mistieden jadotta r-rapport mingħajr iktar emendi u jagħti mandat lir-rapporteur biex jidħol fin-negozjati mal-Kunsill dwar dan.

PROCEDURE

Title

Transportable pressure equipment

References

COM(2009)0482 – C7-0161/2009 – 2009/0131(COD)

Date submitted to Parliament

18.9.2009

Committee responsible

       Date announced in plenary

TRAN

7.10.2009

Rapporteur(s)

       Date appointed

Brian Simpson

5.10.2009

 

 

Discussed in committee

23.2.2010

22.3.2010

 

 

Date adopted

23.3.2010

 

 

 

Result of final vote

+:

–:

0:

35

0

2

Members present for the final vote

Magdalena Alvarez, Georges Bach, Michael Cramer, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Hella Ranner, Vilja Savisaar, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Dirk Sterckx, Silvia-Adriana Ţicău, Georgios Toussas, Giommaria Uggias, Thomas Ulmer, Peter van Dalen, Dominique Vlasto, Artur Zasada, Roberts Zīle

Substitute(s) present for the final vote

Zigmantas Balčytis, Philip Bradbourn, Isabelle Durant, Tanja Fajon, Ádám Kósa, Dominique Riquet, Laurence J.A.J. Stassen, Sabine Wils, Corien Wortmann-Kool, Janusz Władysław Zemke