RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva 2004/67/KE

29.3.2010 - (COM(2009)0363 – C7-0097/2009 – 2009/0108(COD)) - ***I

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Alejo Vidal-Quadras


Proċedura : 2009/0108(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0112/2010

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva 2004/67/KE

(COM(2009)0363 – C7‑0097/2009 – 2009/0108(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0363 ),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0097/2009),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata "Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa" (COM(2009)0665),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294 (3) u l-Artikolu 194 (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0112/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif stabbilita hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-konsum tal-gass fl-Ewropa żdied rapidament matul l-aħħar għaxar snin. Bil-produzzjoni domestika li dejjem qed tonqos, l-importazzjoni tal-gass żdiedet saħansitra iżjed malajr, b'hekk ħolqot dipendenza akbar fuq l-importazzjoni u l-ħtieġa li jiġu indirizzati aspetti tas-sigurtà tal-provvista.

(2) Il-konsum tal-gass fl-Ewropa żdied rapidament matul l-aħħar għaxar snin. Bil-produzzjoni domestika li dejjem qed tonqos, l-importazzjoni tal-gass żdiedet saħansitra iżjed malajr, b'hekk ħolqot dipendenza akbar fuq l-importazzjoni u l-ħtieġa li jiġu indirizzati aspetti tas-sigurtà tal-provvista. Xi Stati Membri, minħabba d-dominanza tal-gass naturali fit-taħlita tal-enerġija tagħhom, isibu ruħhom "iżolati" minħabba d-dipendenza għolja mill-importazzjoni tal-gass minn pajjiżi terzi u n-nuqqas ta' konnessjonijiet infrastrutturali mal-bqija tal-Unjoni.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Madankollu, skont il-miżuri attwali relatati mas-sigurtà tal-provvista tal-gass, li ttieħdu fil-livell Komunitarju, l-Istati Membri għadhom igawdu marġni wiesa' ta' diskrezzjoni dwar l-għażla tal-miżuri. Fejn is-sigurtà tal-provvista ta' Stat Membru tkun mhedda, bla dubju hemm riskju li miżuri żviluppati b'mod unilaterali minn dak l-Istat Membru jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass. Esperjenzi riċenti wrew kemm dak ir-riskju huwa reali. Sabiex is-suq intern tal-gass ikun jista' jiffunzjona anki meta jkun hemm skarzezza fil-provvista, huwa meħtieġ li jkun hemm provvediment għal reazzjoni aktar ikkoordinata għal kriżijiet tal-provvista, kemm fejn tidħol azzjoni preventiva kif ukoll ir-reazzjoni għal xkiel konkret fil-provvista.

(4) Madankollu, skont il-miżuri attwali relatati mas-sigurtà tal-provvista tal-gass, li ttieħdu fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri għadhom igawdu marġni wiesa' ta' diskrezzjoni dwar l-għażla tal-miżuri. Fejn is-sigurtà tal-provvista ta' Stat Membru tkun mhedda, bla dubju hemm riskju li miżuri żviluppati b'mod unilaterali minn dak l-Istat Membru jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass u s-sigurtà ta' klijenti protetti, fosthom dawk vulnerabbli. Esperjenzi riċenti wrew kemm dak ir-riskju huwa reali. Sabiex is-suq intern tal-gass ikun jista' jiffunzjona anki meta jkun hemm skarzezza fil-provvista, huwa meħtieġ li jkun hemm provvediment għal solidarjetà u koordinazzjoni fir-reazzjoni għal kriżijiet tal-provvista, kemm fejn tidħol azzjoni preventiva kif ukoll ir-reazzjoni għal xkiel konkret fil-provvista.

Ġustifikazzjoni

Jitqies li l-kunċett tal-ħarsien tal-konsumatur u s-solidarjetà għadu ma ddaħħalx bi sħiħ f'din il-proposta. Peress li dan ir-regolament jikkonċerna s-sigurtà tal-provvista tal-gass, huwa importanti ħafni li jitqiesu l-ħarsien tal-konsumatur u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri għat-tħejjija ta' reazzjoni għax-xkiel tal-provvista.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Ir-rotot u s-sorsi tal-gass għall-Komunità għandhom isostnu s-sigurtà tal-provvista tal-Komunità kollha kif ukoll tal-Istati Membri individwalment. Fil-ġejjieni s-sigurtà tal-provvista se tiddependi fuq l-evoluzzjoni tat-taħlita tal-fjuwils, l-iżvilupp tal-produzzjoni fil-Komunità u fil-pajjiżi terzi li jfornu lill-Komunità, l-investimenti fil-faċilitajiet tal-ħżin u r-rotot fil-Komunità u lil hinn minnha, fosthom il-faċilitajiet tal-Gass Naturali Likwifikat.

(5) Id-diversifikazzjoni tar-rotot u s-sorsi tal-gass għall-Unjoni hija essenzjali biex ittejjeb is-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni kollha kif ukoll tal-Istati Membri individwalment. Fil-ġejjieni s-sigurtà tal-provvista se tiddependi fuq l-evoluzzjoni tat-taħlita tal-fjuwils, l-iżvilupp tal-produzzjoni fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi li jfornu lill-Unjoni, l-investimenti fil-faċilitajiet tal-ħżin u fid-diversifikazzjoni tar-rotot u s-sorsi tal-provvista fl-Unjoni u lil hinn minnha, fosthom il-faċilitajiet tal-Gass Naturali Likwifikat. Għalhekk jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jippromwovu diversifikazzjoni bħal din għat-tul.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Biex jitnaqqas l-impatt ta' kriżijiet potenzjali kkawżati mill-qtugħ tal-provvisti tal-gass, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw strateġija komuni biex jiżguraw id-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija u r-rotot tat-twassil tal-gass u s-sorsi tal-provvista. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, flimkien mal-awtoritajiet rilevanti fil-livell tal-Unjoni u fil-livell nazzjonali, għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura t-tlestija rapida tal-proġetti eżistenti approvati mill-Unjoni għad-diversifikazzjoni tar-rotot tat-twassil tal-gass u s-sorsi tal-provvista filwaqt li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għas-sigurtà tal-provvista.

Ġustifikazzjoni

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Xkiel maġġuri fil-provvista tal-gass għall-Komunità jista' jaffettwa lill-Istati Membri kollha u lill-Partijiet Kontraenti fit-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija u jwassal għal ħsarat ekonomiċi gravi fl-ekonomija tal-Komunità. Bl-istess mod ix-xkiel fil-provvista tal-gass jista' jkollu impatti soċjali gravi partikolarment fuq gruppi vulnerabbli ta' klijenti.

(6) Xkiel maġġuri fil-provvista tal-gass għall-Unjoni jista' jkollu impatt fuq l-interessi strateġiċi tal-Unjoni u jista' jaffettwa lill-Istati Membri kollha u lill-Partijiet Kontraenti fit-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija u jwassal għal ħsara ekonomika gravi fl-ekonomija tal-Unjoni, kif ukoll jolqot indirettament lis-setturi sussidjarji. Bl-istess mod ix-xkiel fil-provvista tal-gass jista' jkollu impatti soċjali gravi partikolarment fuq gruppi vulnerabbli ta' klijenti.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Għas-sostenibilità fit-tul tas-suq tal-gass tal-Unjoni, hu essenzjali li l-miżuri li jittieħdu biex tiġi ssalvagwardata s-sigurtà tal-provvista tal-gass ma jgħawġux b'mod mhux xieraq il-kompetizzjoni jew il-funzjonament effikaċi tas-suq intern.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-waqfien tal-akbar infrastruttura tal-gass jew tas-sors tal-provvista tal-gass, l-hekk imsejjaħ prinċipju N-1, huwa possibbiltà reali. L-użu tal-waqfien ta' din l-infrastruttura jew sors tal-provvista tal-gass bħala livell ta' referenza għal dak li l-Istati Membri għandhom ikunu f'pożizzjoni li jikkumpensaw, huwa punt ta' tluq validu għall-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista tal-gass tagħhom.

(8) Il-waqfien tal-akbar infrastruttura tal-gass jew tas-sors tal-provvista tal-gass, l-hekk imsejjaħ prinċipju N-1, huwa possibbiltà reali. L-użu tal-waqfien ta' din l-infrastruttura bħala livell ta' referenza għal dak li l-Istati Membri għandhom ikunu f'pożizzjoni li jikkumpensaw, huwa punt ta' tluq validu għal analiżi tas-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' kull Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

Ir-regola N-1, kif iddefinita fir-regolament, tirrigwarda biss l-infrastrutturi.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Infrastruttura suffiċjenti għall-gass fi Stat Membru u madwar il-Komunità hija essenzjali sabiex jiġu indirizzati l-interruzzjonijiet fil-provvista. Kriterji komuni minimi dwar is-sigurtà tal-provvista tal-gass għandhom jiżguraw kundizzjonijiet indaqs għas-sigurtà tal-provvista tal-gass u għandhom joħolqu inċentivi sinifikanti biex tinbena l-infrastruttura meħtieġa u biex jitjieb il-livell ta' tħejjija f'każ ta' kriżi. Miżuri min-naħa tad-domanda, bħal ma huwa l-bdil tal-fjuwil, jista' jkollhom rwol importanti fl-iżgurar tas-sigurtà tal-enerġija meta dawn ikunu jistgħu jiġu applikati malajr u jnaqqsu b'mod konsiderevoli d-domanda b'reazzjoni għal xkiel fil-provvista.

(9) Infrastruttura suffiċjenti u diversifikata għall-gass fl-Istati Membri, b'mod partikulari f'reġjuni li huma iżolati mis-sorsi tal-provvista tal-enerġija, hija essenzjali sabiex jiġu indirizzati l-interruzzjonijiet fil-provvista. Kriterji komuni minimi dwar is-sigurtà tal-provvista tal-gass għandhom jiżguraw kundizzjonijiet indaqs għas-sigurtà tal-provvista tal-gass filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali jew reġjonali u għandhom joħolqu inċentivi sinifikanti biex tinbena l-infrastruttura meħtieġa u biex jitjieb il-livell ta' tħejjija f'każ ta' kriżi. Miżuri min-naħa tad-domanda, bħal ma huwa l-bdil tal-fjuwil, jista' jkollhom rwol importanti fl-iżgurar tas-sigurtà tal-enerġija meta dawn ikunu jistgħu jiġu applikati malajr u jnaqqsu b'mod konsiderevoli d-domanda b'reazzjoni għal xkiel fil-provvista. Għandu jiġi osservat, madankollu, li l-qlib għall-fjuwils fossili jirriżulta f’emissjonijiet ogħla ta' gassijiet b'effett ta' serra. L-użu effiċjenti tal-enerġija bħala miżura min-naħa tad-domanda għandu jkompli jiġi promoss. L-impatt ambjentali tal-miżuri tan-naħat tad-domanda u tal-provvista proposti għandu jitqies kif jixraq, u għandha tingħata preferenza lill-miżuri li jkollhom l-inqas impatt fuq l-ambjent. Kull investiment fl-infrastruttura għandu jsir b'osservanza xierqa għall-ambjent u għal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-investimenti f'infrastruttura ġdida tal-gass għandhom jiġu promossi bil-qawwa. Għandhom isaħħu s-sigurtà tal-provvista tal-gass filwaqt li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass naturali. Meta investiment infrastrutturali jkun ta' tip transkonfinali, l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija stabbilita bir-Regolament (KE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("ACER") u n-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistema tat-Trażmissjoni tal-Gass ("ENTSO-G") għandhom ikunu involuti mill-qrib ħalli jqisu aħjar l-implikazzjonijiet transkonfinali.

(10) L-investimenti f'infrastruttura ġdida tal-gass għandhom jiġu promossi bil-qawwa u għandhom isiru biss wara li tkun saret valutazzjoni xierqa tal-impatt ambjentali. Infrastruttura ġdida bħal din għandha ssaħħaħ is-sigurtà tal-provvista tal-gass filwaqt li tiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass naturali. L-investimenti, bħala kwistjoni ta' prinċipju fundamentali, għandhom isiru mill-impriżi u jkunu bbażati fuq inċentivi ekonomiċi. L-integrazzjoni tal-gass minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu fl-infrastruttura tan-netwerk tal-gass għandha tiġi ffaċilitata. Meta investiment infrastrutturali jkun ta' tip transkonfinali, l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 ("ACER") u n-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistema tat-Trażmissjoni tal-Gass ("ENTSO-G") għandhom ikunu involuti mill-qrib ħalli jqisu aħjar l-implikazzjonijiet transkonfinali.

_______________

1 ĠU L 211, 14.8.2009, p.1.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 10 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Il-bini ta' infrastrutturi transkonfinali ġodda meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi ta' mill-inqas 10% tal-kapaċità tal-interkonnessjonijiet tal-elettriku u l-gass sal-2010 kif mitlub fil-konklużjonijiet tal-Presidenza ta' Marzu 2007 għandu jkun ta' prijorità.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 10 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b) Fejn hemm bżonn ta’ interkonnessjonijiet transkonfinali ġodda jew li dawk eżistenti jiġu estiżi, f'fażi bikrija għandha sseħħ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri kkonċernati, l-Awtoritajiet Kompetenti u, fil-każ li ma jkunux l-Awtoritajiet Kompetenti, l-awtoritajiet regolatorji.

Ġustifikazzjoni

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 10 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10c) Hu importanti li jiġu stabbiliti ftehimiet minn qabel bejn is-sistemi li huma diġà interkonnessi rigward il-bilanċ u l-provvista sabiex, f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, jiġi ggarantit l-aħjar użu tal-interkonnessjonijiet disponibbli.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Sorsi differenti ta' finanzjament Komunitarju huma disponibbli biex jgħinu lill-Istati Membri jiffinanzjaw l-investiment meħtieġ fil-produzzjoni u l-infrastruttura indiġena, speċjalment self u garanziji mill-Bank Ewropew tal-Investiment jew finanzjament mill-fondi reġjonali, strutturali jew ta' koeżjoni. Il-Bank Ewropew tal-Investiment kif ukoll l-istrumenti esterni tal-Komunità bħall-ENPI, l-IPA u d-DCI jistgħu wkoll jiffinanzjaw azzjonijiet f'pajjiżi terzi sabiex titjieb is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija.

(11) Sorsi differenti ta' finanzjament tal-Unjoni huma disponibbli biex jgħinu lill-Istati Membri jiffinanzjaw l-investiment meħtieġ fil-produzzjoni, fl-infrastruttura u f'miżuri ta' effiċjenza enerġetika fil-livell reġjonali u lokali, speċjalment self u garanziji mill-Bank Ewropew tal-Investiment jew finanzjament mill-fondi reġjonali, strutturali jew ta' koeżjoni.

Ġustifikazzjoni

L-investimenti f'konsum ta' enerġija aktar effiċjenti u f'sorsi alternattivi ta' enerġija mhux biss jgħinu fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, iżda jnaqqsu wkoll id-dipendenza mill-importazzjonijiet tal-gass u l-investiment fir-reazzjonijiet għall-kriżijiet.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Dan ir-Regolament għandu jippermetti lill-impriżi tal-gass naturali u lill-klijenti jserrħu fuq il-mekkaniżmi tas-suq għall-itwal żmien possibbli meta jkunu qed jaffrontaw xkiel. Għandu wkoll jipprovdi għall-mekkaniżmi ta' emerġenza biex jintużaw meta s-swieq ma jiqbgħux f'pożizzjoni li jindirizzaw kif xieraq xkiel fil-provvista tal-gass. Anki waqt Emerġenza, l-istrumenti abbażi tas-suq għandhom jingħataw prijorità sabiex jittaffew l-effetti tax-xkiel fil-provvista.

(12) Dan ir-Regolament għandu jippermetti lill-impriżi tal-gass naturali u lill-klijenti jserrħu fuq il-mekkaniżmi tas-suq għall-itwal żmien possibbli meta jkunu qed jaffrontaw xkiel. Għandu wkoll jipprovdi għall-mekkaniżmi ta' emerġenza biex jintużaw meta s-swieq weħidhom ma jibqgħux f'pożizzjoni li jindirizzaw kif xieraq xkiel fil-provvista tal-gass. Anki waqt Emerġenza, l-istrumenti abbażi tas-suq għandhom jingħataw prijorità sabiex jittaffew l-effetti tax-xkiel fil-provvista.

Ġustifikazzjoni

Matul l-ewwel żewġ stadji tal-kriżi s-suq ikun mistenni bis-sħiħ li jsolvi problema, iżda waqt kriżi reali/emerġenza, meta l-mekkaniżmi tas-suq waħedhom ma jkunux biżżejjed biex ilaħħqu mal-kriżi, l-Istati Membri għandhom ikunu involuti wkoll. Il-mekkaniżmi msejsa fuq is-suq u l-mekkaniżmi li mhumiex imsejsa fuq is-suq jistgħu joperaw ħdejn xulxin fil-fażi tal-Emerġenza.

Emenda   15

Proposta għal regolament

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) L-investiment tal-UE fl-infrastruttura u fil-produzzjoni rinnovabbli għandu jiġi appoġġat mill-isforzi tal-Istati Membri u l-Kummissjoni biex, b'kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, tiġi promossa fi ħdan il-viċinat tal-UE l-estensjoni tal-prinċipji u l-istandards tas-suq intern kif stipulat fit-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-estensjoni tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija, li tinkludi l-Unjoni u l-pajjiżi tax-xlokk tal-Ewropa, għal pajjiżi terzi oħrajn, skont kif jixraq, u l-ħolqien ta’ swieq reġjonali ġodda tal-enerġija msawra fuqha, bħall-komunità Ewro-Mediterranja tal-enerġija, biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) B'segwitu għall-adozzjoni tat-tielet pakkett dwar is-suq intern tal-enerġija, dispożizzjonijiet ġodda se japplikaw għas-settur tal-gass u joħolqu rwoli u responsabbiltajiet ċari għall-Istati Membri, ir-regolaturi, l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u l-ACER, kif ukoll itejbu t-trasparenza tas-suq għall-benefiċċju tal-funzjonament tajjeb tiegħu u tas-sigurtà tal-provvista.

(13) B'segwitu għall-adozzjoni tat-tielet pakkett dwar is-suq intern tal-enerġija, dispożizzjonijiet ġodda se japplikaw għas-settur tal-gass u joħolqu rwoli u responsabbiltajiet ċari għall-Istati Membri, ir-regolaturi, l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u l-ACER, kif ukoll itejbu t-trasparenza tas-suq għall-benefiċċju tal-funzjonament tajjeb tiegħu, tas-sigurtà tal-provvista u tal-protezzjoni tal-klijenti.

Ġustifikazzjoni

Jitqies li l-kunċett tal-ħarsien tal-konsumatur u s-solidarjetà għadu ma ddaħħalx bi sħiħ f'din il-proposta. Peress li dan ir-regolament jikkonċerna s-sigurtà tal-provvista tal-gass, huwa importanti ħafni li jitqiesu l-ħarsien tal-konsumatur u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri għat-tħejjija ta' reazzjoni għax-xkiel tal-provvista.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Il-kompletar tas-suq intern tal-gass u l-kompetizzjoni effikaċi fis-suq joffru lill-Komunità l-ogħla livell ta' sigurtà tal-provvista għall-Istati Membri kollha, sakemm is-suq jitħalla jaħdem bis-sħiħ f'każ ta' xkiel tal-provvista li taffettwa parti mill-Komunità, ikun xi jkun il-kaġun tal-ixkiel. Għal dan il-għan huwa meħtieġ approċċ komprensiv u effikaċi komuni għas-sigurtà tal-provvista, partikolarment permezz ta' politiki trasparenti u mhux diskriminatorji kompatibbli mar-rekwiżiti tas-suq, li jevita tgħawwiġ fis-suq kif ukoll jevita li jdgħajjef ir-reazzjonijiet tas-suq għax-xkiel.

(14) Il-kompletar tas-suq intern tal-gass u l-kompetizzjoni effikaċi fis-suq joffru lill-Unjoni l-ogħla livell ta' sigurtà tal-provvista għall-Istati Membri kollha, sakemm is-suq jitħalla jaħdem bis-sħiħ f'każ ta' xkiel tal-provvista li taffettwa parti mill-Unjoni, ikun xi jkun il-kaġun tal-ixkiel. Għal dan il-għan huwa meħtieġ approċċ komprensiv u effikaċi komuni għas-sigurtà tal-provvista, partikolarment politiki ta' trasparenza, solidarjetà u mhux diskriminatorji kompatibbli mal-funzjonament tas-suq intern, li jevita tgħawwiġ fis-suq kif ukoll jevita li jdgħajjef ir-reazzjonijiet tas-suq għax-xkiel.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tiċċara li l-politiki għandhom ikunu kompatibbli mal-funzjonament tas-suq intern u mhux mar-"rekwiżiti" tas-suq.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Id-definizzjoni eżatta tal-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-impriżi tal-gass naturali u l-Awtoritajiet Kompetenti kollha hija għalhekk kruċjali biex ma jiqafx il-funzjonament tas-suq intern, partikolarment waqt xkiel fil-provvista u f'sitwazzjonijiet ta' kriżi.

(15) Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet għandhom ikunu stabbiliti b'mod li jiżguraw li jiġi osservat approċċ fuq tliet livelli li l-ewwel jinvolvi l-impriżi rilevanti u l-industrija, imbagħad l-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew reġjonali, u wara l-Unjoni. Fil-każ ta' xkiel fil-provvista, il-parteċipanti fis-suq għandhom jingħataw opportunità suffiċjenti biex jirreaġixxu għas-sitwazzjoni permezz ta' miżuri bbażati fis-suq bħal dawk elenkati fl-Anness II. Jekk ir-reazzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq ma jkunux adegwati, l-Istati Membri u l-Awtoritajiet Kompetenti tagħhom għandhom jieħdu miżuri bħal dawk elenkati fl-Anness III biex jitneħħew jew jittaffew l-effetti tax-xkiel fil-provvista. Fil-każ biss li dawn il-miżuri ma jkunux adegwati, għandhom jittieħdu miżuri fil-livell reġjonali jew tal-Unjoni biex jitneħħew jew jittaffew l-effetti tax-xkiel fil-provvista. Is-soluzzjonijiet reġjonali għandhom jieħdu preċedenza fuq l-azzjoni tal-Unjoni, kemm jista' jkun.

Ġustifikazzjoni

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Standards tas-sigurtà tal-provvista armonizzati biżżejjed li jkopru mill-anqas is-sitwazzjoni li ppreżentat ruħha f'Jannar 2009 u jqisu d-differenzi bejn l-Istati Membri, għandhom jiġu ddefiniti mingħajr ma jiġu imposti piżijiet mhux raġonevoli u sproporzjonati fuq l-impriżi tal-gass naturali fosthom dawk ġodda u dawk żgħar.

(16) Standards tas-sigurtà tal-provvista armonizzati biżżejjed li jkopru mill-anqas is-sitwazzjoni li ppreżentat ruħha f'Jannar 2009 u jqisu d-differenzi bejn l-Istati Membri, għandhom jiġu ddefiniti, billi jitqiesu l-obbligi tas-servizz pubbliku u l-miżuri ta' protezzjoni tal-klijenti kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali1 mingħajr ma jiġu imposti piżijiet mhux raġonevoli u sproporzjonati fuq l-impriżi tal-gass naturali, fosthom dawk ġodda u dawk żgħar, kif ukoll fuq l-utenti finali.

 

_____

1 ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94.

Ġustifikazzjoni

L-utenti aħħarin il-kbar għandhom kapaċità sostanzjali li jagħtu kontribut biex jindirizzaw is-sitwazzjonijiet ta' emerġenza, i.e. permezz tal-kapaċitajiet tagħhom ta' tibdil. Għalhekk m'għandux jintefa' piż fuq kontribut potenzjali bħal dan.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Huwa essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq li l-investimenti neċessarji fil-produzzjoni u l-infrastrutturi indiġeni, bħall-interkonnessjonijiet, it-tagħmir li jippermetti flussi fiżiċi bidirezzjonali fis-sistemi tal-pajpijiet, il-ħżin u l-faċilitajiet tal-gassifikazzjoni mill-ġdid tal-LNG, jitwettqu fil-ħin mill-impriżi tal-gass naturali minħabba l-possibbiltà ta' xkiel fil-provvista bħal ma seħħ f'Jannar 2009.

(17) Huwa essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq li l-investimenti neċessarji fil-produzzjoni u l-infrastrutturi indiġeni, bħall-interkonnessjonijiet, b'mod partikolari dawk li jipprovdu aċċess għan-netwerk tal-gass tal-UE, it-tagħmir li jippermetti flussi fiżiċi bidirezzjonali fis-sistemi tal-pajpijiet, il-ħżin u l-faċilitajiet tal-gassifikazzjoni mill-ġdid tal-LNG, jitwettqu fil-ħin mill-impriżi tal-gass naturali minħabba l-possibbiltà ta' xkiel fil-provvista bħal ma seħħ f'Jannar 2009. Fil-każ li l-interkonnessjonijiet neċessarji ma jkunux finanzjarjament vijabbli għall-impriżi tal-gass, iżda jkollhom valur miżjud ċar f'termini ta' sigurtà tal-provvista tal-gass, il-Kummissjoni għandha tipproponi inċentivi finanzjarji xierqa biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu fiżikament konnessi man-netwerk tal-gass tal-UE.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Huwa importanti li l-provvista tal-gass ma tiqafx, partikolarment għall-klijenti domestiċi, kif ukoll għal klijenti protetti oħra bħall-iskejjel u l-isptarijiet, f'każijiet fejn is-suq ma jkunx jista' ikompli jfornihom. Huwa essenzjali li l-miżuri li għandhom jittieħdu matul kriżi jkunu ddefiniti minn qabel kwalunkwe kriżi.

(18) Huwa importanti li l-provvista tal-gass ma tiqafx, partikolarment għall-klijenti domestiċi, kif ukoll għal għadd limitat ta' klijenti addizzjonali, b'mod speċjali klijenti li jagħtu servizzi pubbliċi importanti, li jistgħu jiġu ddefiniti mill-Istati Membri kkonċernati, f'każijiet fejn is-suq ma jkunx jista' jkompli jfornihom. Huwa essenzjali li l-miżuri li għandhom jittieħdu matul kriżi jkunu ddefiniti minn qabel kwalunkwe kriżi.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) L-aspetti tas-sigurtà tal-provvista tal-ippjanar fit-tul tal-investimenti f'kapaċitajiet transkonfinali u infrastrutturi oħra suffiċjenti li jiżguraw li s-sistema tkun kapaċi tiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista u tissodisfa domandi raġonevoli, huma indirizzati mid-Direttiva .../…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE]. Jista' jkun meħtieġ perjodu tranżizzjonali ħalli jkunu jistgħu jsiru l-investimenti neċessarji qabel jintlaħqu l-istandards tas-sigurtà tal-provvista. Il-pjan fuq għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk, imfassal mill-ENTSO-G u ssorveljat mill-ACER, huwa għodda fundamentali biex jiġu identifikati l-investimenti meħtieġa fil-livell Komunitarju.

(20) L-aspetti tas-sigurtà tal-provvista tal-ippjanar fit-tul tal-investimenti f'kapaċitajiet transkonfinali u infrastrutturi oħra suffiċjenti li jiżguraw li s-sistema tkun kapaċi tiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista u tissodisfa domandi raġonevoli, huma indirizzati mid-Direttiva 2009/73/KE. Jista' jkun meħtieġ perjodu tranżizzjonali ħalli jkunu jistgħu jsiru l-investimenti neċessarji qabel jintlaħqu l-istandards tas-sigurtà tal-provvista. Il-pjan fuq għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk, imfassal mill-ENTSO-G u ssorveljat mill-ACER, huwa għodda fundamentali biex jiġu identifikati l-investimenti meħtieġa fil-livell tal-Unjoni biex jiġu implimentati r-rekwiżiti tal-infrastruttura stabbiliti f'dan ir-Regolament u biex issir valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' tħejjija f'każ ta' xkiel fil-provvista, għandhom jiġu stabbiliti Pjanijiet ta' Emerġenza mill-impriżi kollha tal-gass naturali flimkien mal-Awtoritajiet Kompetenti. Dawn il-pjanijiet għandhom ikunu konsistenti ma' xulxin. Il-kontenut tagħhom għandu jsegwi l-aħjar prattiki fost il-pjanijiet eżistenti u għandu jiddefinixxi rwoli u responsabbiltajiet ċari għall-impriżi tal-gass naturali u l-Awtoritajiet Kompetenti kollha konċernati. Għandhom jiġu stabbiliti pjanijiet konġunti ta' emerġenza fil-livell reġjonali kull fejn possibbli u neċessarju.

(22) Sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' tħejjija f'każ ta' xkiel fil-provvista, għandhom jiġu stabbiliti Pjanijiet ta' Emerġenza mill-Awtoritajiet Kompetenti, wara konsultazzjoni mal-impriżi tal-gass naturali. Dawn il-pjanijiet għandhom ikunu konsistenti ma' xulxin fil-livell nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni. Il-kontenut tagħhom għandu jsegwi l-aħjar prattiki fost il-pjanijiet eżistenti u għandu jiddefinixxi rwoli u responsabbiltajiet ċari għall-impriżi tal-gass naturali u l-Awtoritajiet Kompetenti kollha konċernati. Għandhom jiġu stabbiliti pjanijiet konġunti ta' emerġenza fil-livell reġjonali kull fejn possibbli u neċessarju.

Ġustifikazzjoni

L-approċċ fuq tliet livelli definit fid-Direttiva tal-2004 sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista (I: il-kumpaniji; II: L-Istati Membri; III: il-Kummissjoni), m'għadux rifless b'mod ċar fl-abbozz tar-Regolament. Dan il-prinċipju għandu jerġa' jiddaħħal fl-abbozz tar-Regolament. L-Awtoritajiet Kompetenti huma responsabbli biex jistabbilixxi l-pjanijiet iżda għandhom jikkonsultaw mal-impriżi tal-gass naturali.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Sabiex tissaħħaħ is-solidarjetà bejn l-Istati Membri f'każ ta' Emerġenza Komunitarja u partikolarment sabiex jiġu megħjuna l-Istati Membri li huma esposti għal kundizzjonijiet ġeografiċi u ġeoloġiċi anqas favorevoli, l-Istati Membri għandhom joħolqu miżuri speċifiċi ħalli juru solidarjetà, fosthom miżuri bħal ftehimiet kummerċjali bejn impriżi tal-gass, mekkaniżmi ta' kumpens, esportazzjonijiet akbar ta' gass jew rilaxx akbar mill-ħażniet. Miżuri ta' solidarjetà jistgħu jkunu partikolarmenti xierqa bejn l-Istati Membri li għalihom il-Kummissjoni tirrakkomanda l-istabbiliment ta' azzjonijiet konġunti preventivi jew ta' pjanijiet ta' emerġenza fil-livell reġjonali.

(23) Sabiex tissaħħaħ is-solidarjetà bejn l-Istati Membri f'każ ta' Emerġenza fl-Unjoni u partikolarment sabiex jiġu megħjuna l-Istati Membri li huma esposti għal kundizzjonijiet ġeografiċi u ġeoloġiċi anqas favorevoli, l-Istati Membri għandhom joħolqu miżuri ħalli juru solidarjetà. L-impriżi tal-gass naturali għandhom ifasslu miżuri bħal ftehimiet kummerċjali, li jistgħu jinkludu esportazzjonijiet akbar ta' gass jew rilaxx akbar mill-ħażniet. Huwa importanti li titħeġġeġ il-konklużjoni ta' arranġamenti preċedenti bejn l-impriżi tal-gass naturali. L-impriżi tal-gass naturali għandhom dejjem jiġu kkumpensati b'mod ġust u ekwu għal kwalunkwe miżura li jintalbu jieħdu fit-tħejjija għal sitwazzjoni ta' emerġenza. Miżuri ta' solidarjetà jistgħu jkunu partikolarmenti xierqa bejn l-Istati Membri li għalihom il-Kummissjoni tirrakkomanda l-istabbiliment ta' azzjonijiet konġunti preventivi jew ta' pjanijiet ta' emerġenza fil-livell reġjonali.

Ġustifikazzjoni

L-approċċ fuq tliet livelli definit fid-Direttiva tal-2004 sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista (I: il-kumpaniji; II: L-Istati Membri; III: il-Kummissjoni), m'għadux rifless b'mod ċar fl-abbozz tar-Regolament. Dan il-prinċipju għandu jerġa' jiddaħħal fl-abbozz tar-Regolament.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Peress li provvisti tal-gass minn pajjiżi terzi huma ċentrali għas-sigurtà tal-provvista tal-gass tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjonijiet fir-rigward ta' pajjiżi terzi, billi taħdem mal-pajjiżi produtturi u ta' tranżitu dwar arranġementi sabiex jiġu ġestiti s-sitwazzjonijiet ta' kriżi u sabiex jiġi żgurat fluss stabbli għall-Komunità. Il-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tuża task force sabiex timmonitorja l-flussi tal-gass f'sitwazzjonijiet ta' kriżi fil-pajjiżi terzi involuti li mhumiex fil-Komunità, u b'konsultazzjoni magħhom, u fejn il-kriżi tinħoloq minħabba diffikultajiet f'pajjiż terz, li tieħu rwol ta' medjazzjoni u faċilitazzjoni.

(30) Peress li provvisti tal-gass minn pajjiżi terzi huma ċentrali għas-sigurtà tal-provvista tal-gass tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tikkoordina azzjonijiet ta' emerġenza fir-rigward ta' pajjiżi terzi, billi taħdem mal-pajjiżi produtturi u ta' tranżitu dwar arranġementi sabiex jiġu ġestiti s-sitwazzjonijiet ta' kriżi u sabiex jiġi żgurat fluss stabbli għall-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tkun intitolata titlob l-użu ta' task force sabiex timmonitorja l-flussi tal-gass f'sitwazzjonijiet ta' kriżi fil-pajjiżi terzi involuti li mhumiex fl-Unjoni, u b'konsultazzjoni magħhom, u fejn il-kriżi tinħoloq minħabba diffikultajiet f'pajjiż terz, li tieħu rwol ta' medjazzjoni u faċilitazzjoni permezz tal-Kummissarju għall-Enerġija u l-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà.

Ġustifikazzjoni

Ir-Rappreżentant Għoli/Viċi-President u l-Kummissarju għall-Enerġija għandhom ikunu assoċjati f'kull stadju tal-implimentazzjoni tar-Regolament. Huma għandhom. b'mod partikulari, ikunu responsabbli mill-medjazzjoni u n-negozjati ma' pajjiżi terzi u mar-rappreżentanti tal-industrija f'isem l-Istati Membri waqt sitwazzjoni ta' kriżi. Il-Kummissarju għall-Enerġija b'mod partikulari għandu jikkoordina l-attivitajiet tal-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass li għandu jiġi kkonsultat f'każ ta' sitwazzjoni ta' kriżi b'mod obbligatorju.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 30 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a) Skont it-termini ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iżidu l-monitoraġġ tagħhom tas-sigurtà tal-provvisti tal-gass minn pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni għandha tikkoordina s-sistemi ta’ soluzzjoni tat-tilwim ma’ pajjiżi terzi u tintensifika d-djalogu enerġetiku, inter alia fir-rigward tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija u tat-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija.

Ġustifikazzjoni

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 30 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a) Il-kuntratti li jirrigwardaw il-provvisti tal-gass minn pajjiżi terzi ma għandux ikollhom dispożizzjonijiet li jiksru r-regoli tas-suq intern tal-UE, b'mod partikolari r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni mill-ġdid jew il-klawsoli li għandhom l-istess effett bħal dawk li jissejħu "klawsoli ta' destinazzjoni".

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 31 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(31a) L-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jagħtu prijorità partikolari lill-proġett tas-sistema ta’ pajpijiet tal-gass Nabucco.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri bl-għan li jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb u kontinwu tas-suq intern tal-gass billi jipprovdu għal definizzjoni u attribuzzjoni ċari tar-responsabbiltajiet u għal koordinazzjoni tar-reazzjoni fil-livell tal-Istati Membri u l-Komunità kemm fir-rigward tal-azzjoni preventiva kif ukoll tar-reazzjoni għal xkiel konkret fil-provvista.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri bl-għan li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass billi jiżguraw l-funzjonament tajjeb u kontinwu tas-suq intern tal-gass u jistabbilixxu miżuri eċċezzjonali li jiġu implimentati meta s-suq ma jkunx jista' jwassal il-provvisti tal-gass meħtieġa billi jipprovdu għal definizzjoni u attribuzzjoni ċari tar-responsabbiltajiet u għal koordinazzjoni tar-reazzjoni permezz ta' proċeduri trasparenti fil-livell tal-impriżi tal-gass naturali, tal-Istati Membri, tar-reġjuni kkonċernati u tal-Unjoni kemm fir-rigward tal-azzjoni preventiva kif ukoll tar-reazzjoni għal xkiel konkret fil-provvista jew riskju serju ta' dan ix-xkiel fi spirtu ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) "klijenti protetti" tfisser il-klijenti domestiċi kollha li diġà huma konnessi ma' netwerk tad-distribuzzjoni tal-gass, u jekk l-Istat Membru konċernat jiddeċiedi hekk, tista' tinkludi wkoll l-impriżi żgħar u ta' daqs medju, l-iskejjel u l-isptarijiet sakemm dawn diġà huma konnessi ma' netwerk tad-distribuzzjoni tal-gass;

(1) "klijenti protetti" tfisser il-klijenti domestiċi kollha li huma konnessi ma' netwerk tad-distribuzzjoni tal-gass;

Ġustifikazzjoni

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) "Awtorità Kompetenti" tfisser l-awtorità regolatorja nazzjonali jew l-awtorità nazzjonali tal-gvern maħtura mill-Istati Membri biex tkun responsabbli għas-sigurtà tal-provvista tal-gass. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-għażla tal-Istati Membri li jallokaw ċerti responsabbiltajiet f'dan ir-Regolament lil awtoritajiet oħra minflok lill-Awtorità Kompetenti. Dawn ir-responsabbiltajiet għandhom jitwettqu taħt is-superviżjoni tal-Awtorità Kompetenti u għandhom ikunu speċifikati fil-pjanijiet imsemmija fl-Artikolu 4.

(2) "Awtorità Kompetenti" tfisser l-awtorità regolatorja jew l-awtorità nazzjonali tal-gvern maħtura minn kull Stat Membru biex tkun responsabbli għas-sigurtà tal-provvista tal-gass u biex tinforza u timplimenta l-miżuri u l-Pjanijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-għażla tal-Istati Membri li jallokaw ċerti responsabbiltajiet f'dan ir-Regolament lil awtoritajiet oħra minflok lill-Awtorità Kompetenti. Dawn ir-responsabbiltajiet għandhom jitwettqu taħt is-superviżjoni tal-Awtorità Kompetenti u għandhom ikunu speċifikati fil-pjanijiet imsemmija fl-Artikolu 4.

Ġustifikazzjoni

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-sigurtà tal-provvista tal-gass hija responsabbiltà tal-impriżi tal-gass naturali, l-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri, il-klijenti industrijali tal-gass, u l-Kummissjoni, fl-oqsma tar-responsabbiltà rispettivi tagħhom. Teħtieġ livell għoli ta' kooperazzjoni bejniethom.

1. Is-sigurtà tal-provvista tal-gass u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern huma responsabbiltà kondiviża tal-impriżi tal-gass naturali, l-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri, il-klijenti industrijali tal-gass, u l-Kummissjoni, fl-oqsma tar-responsabbiltà rispettivi tagħhom. Dan jeħtieġ livell għoli ta' kooperazzjoni bejniethom.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull Stat Membru għandu jaħtar Awtorità Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sigurtà tal-provvista tal-gass ipprovduti f'dan ir-Regolament. Il-miżuri għandhom jinkludu valutazzjoni biennali tar-riskju, l-istabbiliment tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Preventiva, l-istabbiliment tal-Pjan ta' Emerġenza, u l-monitoraġġ kontinwu tas-sigurtà tal-provvista tal-gass fil-livell nazzjonali. L-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jikkooperaw flimkien ħalli jipprevjenu xkiel fil-provvista u jillimitaw l-effetti ħżiena f'każ li dan iseħħ.

2. Kull Stat Membru għandu jaħtar b'mod trasparenti Awtorità Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sigurtà tal-provvista tal-gass skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Il-miżuri għandhom jinkludu valutazzjoni biennali tar-riskji, fosthom tar-riskji ġeopolitiċi, l-istabbiliment tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Preventiva, l-istabbiliment tal-Pjan ta' Emerġenza, u l-monitoraġġ kontinwu tas-sigurtà tal-provvista tal-gass fil-livell nazzjonali. Fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tkunx l-Awtorità Kompetenti, l-awtorità regolatorja għandha tkun involuta formalment fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri. L-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jikkooperaw flimkien ħalli jipprevjenu xkiel fil-provvista u jillimitaw l-effetti ħżiena f'każ li dan iseħħ.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-miżuri biex tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-gass għandhom ikunu ddefiniti sew, trasparenti, proporzjonati, mhux diskriminatorji, verifikabbli u ma għandhomx jgħawwġu bla bżonn il-kompetizzjoni u l-funzjonament effikaċi tas-suq intern.

5. Il-miżuri biex tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-gass għandhom ikunu ddefiniti sew, trasparenti, proporzjonati, mhux diskriminatorji, verifikabbli u ma għandhomx jgħawwġu bla bżonn il-kompetizzjoni u l-funzjonament effikaċi tas-suq intern. Il-Kummissjoni, flimkien mal-Awtorità Kompetenti, għandha tiżgura li ma jkunx hemm klawsoli li jkollhom l-effett ta' klawsoli ta' destinazzjoni fil-kuntratti għall-gass naturali konklużi bejn l-Istati Membri jew l-impriżi tagħhom tal-gass naturali u pajjiżi terzi. Dan huwa bla ħsara għall-kompetenzi tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3a

 

Is-sigurtà fit-tul tal-miżuri ta’ provvista

 

1. Sa mhux aktar tard minn ...*, il-Kummissjoni għandha, bħala element fl-iżvilupp ta' strateġija għall-provvista fit-tul, tippreżenta rapport dwar l-istrumenti u l-miżuri biex tiżdied id-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista tal-gass għall-Unjoni u r-rotot tal-provvista fl-Unjoni. Ir-rapport għandu jinkludi proposti għall-Istati Membri differenti dwar l-attivitajiet u l-miżuri biex tittejjeb is-sigurtà tal-provvista tal-gass. B'mod partikolari, għandu jinkludi valutazzjoni tar-rwol tal-installazzjonijiet LNG u ma' din għandha tingħata stampa ġenerali tal-kapaċitajiet ta' ħażna tal-gass fi Stati Membri differenti.

 

Barra minn hekk, ir-rapport għandu jagħmel valutazzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali eżistenti (kif stabbilit fl-Artikoli 4(3) u 4(4) u fl-Anness IIIa) u jinkludi rakkomandazzjonijiet għal titjib fil-pjanijiet ta' azzjoni konġunti ta' prevenzjoni u ta' emerġenza. Kull kooperazzjoni reġjonali għall-iskop tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, kif imsemmi fl-Artikoli 4(3) u 4(4), għandha titmexxa mill-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri, bl-involviment tal-impriżi tal-gass naturali, l-awtoritajiet regolatorji u l-konsumaturi industrijali u b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni. Kooperazzjoni reġjonali bħal din għandha tippromwovi l-prinċipji ġenerali tas-solidarjetà Ewropea, u ma għandhiex tidħol f'kunflitt magħhom.

 

2. L-Unjoni għandha taħdem flimkien ma' pajjiżi terzi ta' provvista u ta' tranżitu biex jinqasmu l-aħjar prattiki fl-effiċjenza enerġetika, pereżempju fil-qafas tal-ftehimiet eżistenti ta' kooperazzjoni fl-enerġija, bħat-Trattat tal-Karta dwar l-Enerġija.

 

_______________

* ĠU: sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sa mhux aktar tard [mill-31 ta' Marzu 2011; 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ], l-Awtorità Kompetenti, wara konsultazzjoni mal-impriżi tal-gass naturali, l-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti domestiċi u industrijali, u mal-awtorità regolatorja, meta din ma tkunx l-Awtorità Kompetenti, għandha tistabbilixxi:

1. Sa mhux aktar tard [minn XX xahar 2011;12-il xahar mid-dħul fis-seħħ], l-Awtorità Kompetenti, wara konsultazzjoni mal-impriżi tal-gass naturali, l-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti domestiċi u industrijali, għandha tistabbilixxi:

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Meta l-awtorità regolatorja ma tkunx l-Awtorità Kompetenti, hi għandha tkun involuta formalment fil-proċessi tat-twaqqif tal-Pjan ta' Azzjoni Preventiva u l-Pjan ta' Emerġenza. L-Awtorità Kompetenti għandha tqis bis-sħiħ il-valutazzjonijiet magħmula mill-awtorità regolatorja sakemm dawn jirreferu għal kwistjonijiet regolatorji marbuta man-netwerk, b'mod partikolari dwar l-iżvilupp tal-valutazzjoni tal-impatt rigward it-twettiq tal-istandards tal-infrastruttura skont l-Artikolu 6 fir-rigward tal-approvazzjoni futura tat-tariffi u l-konsistenza mal-pjanijiet ta' żvilupp tan-netwerk.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Qabel jadottaw dawn il-Pjanijiet l-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jaqsmu l-informazzjoni u jikkonsulatw lil xulxin u lill-Kummisjoni biex jiżguraw li l-Pjanijiet u l-miżuri tagħhom huma konsistenti ma' xulxin fil-livell reġjonali xieraq. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom tal-anqas ikopru l-interkonnessjonijiet, il-provvisti transkonfinali, il-ħażniet transkonfinali u l-kapaċità fiżika għat-trasport tal-gass fiż-żewġ direzzjonijiet.

2. Qabel jadottaw dawn il-Pjanijiet l-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jaqsmu l-informazzjoni u jikkonsulatw lil xulxin u lill-Kummisjoni biex jiżguraw li l-Pjanijiet u l-miżuri tagħhom huma konsistenti ma' xulxin fil-livell reġjonali xieraq. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom tal-anqas ikopru l-interkonnessjonijiet eżistenti u dawk meħtieġa fil-futur, b’mod partikolari dawk li jipprovdu aċċess għan-netwerk tal-gass tal-UE, il-provvisti transkonfinali, l-aċċess għall-ħażniet transkonfinali u l-kapaċità fiżika għat-trasport tal-gass fiż-żewġ direzzjonijiet. Il-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass jista' jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni u għandu jiġi mgħarraf bir-riżultati tal-konsultazzjonijiet.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Matul il-proċess imsemmi fil-paragrafu 2 il-Kummissjoni tista' tirrakkomanda f'liema livell reġjonali għandhom isiru l-iskambju tal-informazzjoni u l-konsultazzjonijiet. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni man-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistema tat-Trażmissjoni tal-Gass ("ENTSO-G") u l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija ("ACER"), tista' wkoll tirrakkomanda l-istabbiliment ta' Pjan konġunt fil-livell reġjonali.

3. Matul il-proċess imsemmi fil-paragrafu 2 il-Kummissjoni tista' tirrakkomanda f'liema livell reġjonali għandhom isiru l-iskambju tal-informazzjoni u l-konsultazzjonijiet. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni man-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistema tat-Trażmissjoni tal-Gass ("ENTSO-G") u l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija ("ACER") u l-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass, tista' wkoll tirrakkomanda l-istabbiliment ta' Pjan konġunt fil-livell reġjonali, filwaqt li jiġu ddefiniti r-reġjuni fid-dawl tal-infrastruttura rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass naturali.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri jistgħu wkoll jiddeċiedu li jistabbilixxu Pjanijiet konġunti fil-livell reġjonali, minflok Pjanijiet nazzjonali separati jew b'żieda magħhom.

4. L-Istati Membri jistgħu wkoll jiddeċiedu li jistabbilixxu Pjanijiet konġunti fil-livell reġjonali, b'żieda ma' Pjanijiet nazzjonali separati. Fil-każ ta' Pjanijiet konġunti fil-livell reġjonali, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jadottaw u jippubblikaw il-Pjanijiet u għandhom jaħdmu biex jikkonkludu ftehimiet intergovernattivi biex japprovaw formalment il-kooperazzjoni reġjonali.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Awtorità Kompetenti għandha tippubblika l-Pjanijiet tagħha, fosthom il-verżjonijiet emendati skont il-paragrafu 6, u tinnotifikahom lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

5. L-Awtorità Kompetenti għandha, filwaqt li tosserva l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni sensittiva, tippubblika l-Pjanijiet tagħha, fosthom il-verżjonijiet emendati skont il-paragrafu 6, u għandha tinnotifikahom lill-Kummissjoni u tgħarraf lill-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass mingħajr dewmien.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Fi żmien sitt xhur wara n-notifika tal-Pjanijiet mill-Awtoritajiet Kompetenti, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Pjanijiet tal-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ENTSO-G, l-ACER, il-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass u lill-partijiet interessati konċernati l-oħra dwar dawn il-pjanijiet. Meta l-Kummissjoni tqis li Pjan mhux effikaċi biex itaffi r-riskji kif identifikati fil-valutazzjoni tar-riskji jew mhux konsistenti max-xenarji tar-riskji jew mal-Pjanijiet tal-Istati Membri l-oħra, jew li ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew ma' dispożizzjonijiet oħra tal-liġi Komunitarja, għandha titlob reviżjoni tal-Pjan.

6. Fi żmien sitt xhur wara n-notifika tal-Pjanijiet mill-Awtoritajiet Kompetenti, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Pjanijiet tal-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ENTSO-G, l-ACER, il-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass u lill-partijiet interessati konċernati l-oħra dwar dawn il-pjanijiet u tqis l-opinjoni tagħhom kif jixraq. Meta l-Kummissjoni tqis li Pjan mhux effikaċi biex itaffi r-riskji kif identifikati fil-valutazzjoni tar-riskji jew mhux konsistenti max-xenarji tar-riskji jew mal-Pjanijiet tal-Istati Membri l-oħra, jew li ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew ma' dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni, għandha titlob reviżjoni tal-Pjan.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Fejn l-Istati Membri għandhom obbligi rigward is-servizz pubbliku eżistenti li jkollhom x'jaqsmu mas-sigurtà tal-provvista, l-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jippubblikawhom mhux aktar tard minn xahrejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u jaġġornawhom skont il-ħtieġa, wara l-adozzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Preventiva u ta' Emerġenza tagħhom.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 6 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6b. L-Awtorità Kompetenti għandha tirrevedi l-Pjan ta' Azzjoni Preventiva u l-Pjan ta' Emerġenza kull sentejn fuq il-bażi ta' valutazzjonijiet mibdula tar-riskji li jolqtu s-sigurtà tal-provvista tal-gass imsemmija fl-Artikolu 8.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Pjan ta' Azzjoni Preventiva għandu jkun fih:

1. Il-Pjan ta' Azzjoni Preventiva, fil-livell nazzjonali u reġjonali, għandu jkun fih:

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-miżuri biex jiġu ssodisfati l-istandards tal-infrastruttura u l-provvista, kif stipulati fl-Artikoli 6 u 7; dawn il-miżuri għandhom jinkludu tal-anqas l-ippjanar biex jintlaħaq l-istandard N-1, il-volumi u l-kapaċitajiet meħtieġa għall-forniment tal-klijenti protetti fil-perjodi ta' domanda għolja ddefiniti, il-miżuri min-naħa tad-domanda u l-obbligi imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali u entitajiet rilevanti oħra;

(a) il-miżuri biex jiġu ssodisfati l-istandards tal-infrastruttura u l-provvista, kif stipulati fl-Artikoli 6 u 7; dawn il-miżuri għandhom jinkludu tal-anqas l-ippjanar biex jintlaħaq l-istandard N-1 u l-informazzjoni dwar l-ippjanar biex jintlaħqu l-volumi u l-kapaċitajiet li, skont il-valutazzjoni tar-riskju, huma meħtieġa għall-forniment tal-klijenti protetti fil-perjodi ta' domanda għolja ddefiniti, il-miżuri min-naħa tad-domanda u d-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista, l-obbligi imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali u entitajiet rilevanti oħra;

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 –punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-valutazzjoni tar-riskju kif stipulat fl-Artikolu 8;

(b) ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju kif stipulat fl-Artikolu 8;

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) fejn l-Istat Membru hekk jiddeċiedi fuq il-bażi tal-valutazzjoni tar-riskji stipulata fl-Artikolu 8, deskrizzjoni tal-obbligi għall-forniment tal-klijenti, għajr dawk iddefiniti fl-Artikolu 2(1), li huma konnessi man-netwerk tad-distribuzzjoni tal-gass u li jagħtu servizzi pubbliċi importanti bħall-iskejjel u l-isptarijiet. Dawk l-obbligi ma għandhomx jaffettwaw l-abbiltà tagħhom li jfornu lill-klijenti protetti fil-każ ta' kriżi kif iddefinit fl-Artikolu 7. Dawk l-obbligi addizzjonali ma għandhomx jiġu f'kunflitt mal-prinċipji ta' solidarjetà Ewropea jew reġjonali għal pajjiżi bi problemi ta' provvista;

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db) il-mekkaniżmi użati għall-kooperazzjoni mal-Istati Membri l-oħra għat-tħejjija tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva reġjonali;

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Pjan ta' Azzjoni Preventiva, partikolarment l-azzjonijiet biex jintlaħaq l-istandard tal-infrastruttura kif stipulat fl-Artikolu 6, għandu jkun ibbażat fuq u konsistenti mal-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk li għandu jitfassal mill-ENTSO-G.

2. Il-Pjan ta' Azzjoni Preventiva għandu jkun ibbażat fuq il-pjan ta' żvilupp tan-netwerk ta' għaxar snin li għandu jsir mill-ENTSO-G, u jkun konsistenti miegħu. B'mod partikolari, l-azzjonijiet biex jintlaħaq l-istandard tal-infrastruttura kif stipulat fl-Artikolu 6, għandhom ikunu jorbtu fuq l-operaturi tas-sistemi.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Pjan ta' Azzjoni Preventiva għandu jqis l-effikaċja ekonomika, l-effetti fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija u l-impatt ambjentali.

3. Il-Pjan ta' Azzjoni Preventiva għandu jkun ibbażat primarjament fuq miżuri tas-suq, u għandu jqis l-impatt ekonomiku u l-effikaċja u l-effiċjenza tal-miżuri adottati, l-effetti tagħhom fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija, l-impatt fuq il-konsumaturi, l-impatt ambjentali u sitwazzjonijiet u żviluppi internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari fil-pajjiżi ewlenin ta' provvista u ta' tranżitu.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa pjan ta' azzjoni preventiva tal-UE li jibni fuq il-pjanijiet kollha nazzjonali u reġjonali, li jidentifika s-sitwazzjonijiet possibbli ta' kriżi u l-aktar miżuri effiċjenti biex jittaffew kriżijiet bħal dawn, biex tiġi ggarantita l-koordinazzjoni effiċjenti tal-azzjonijiet f'emerġenza tal-Unjoni.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sa mhux aktar tard [mill-31 ta' Marzu 2014; tliet snin wara d-dħul fis-seħħ], l-Awtorità Kompetenti għandha tiżgura li fil-każ ta' xkiel fl-akbar infrastruttura tal-provvista tal-gass, l-infrastruttura li tibqa' (N-1) ikollha l-kapaċità li tforni l-volum neċessarju ta' gass biex tissodisfa d-domanda totali għall-gass taż-żona kkalkulata matul perjodu ta' sittin jum ta' domanda eċċezzjonalment għolja għall-gass matul l-iksaħ perjodu li statistikament iseħħ kull għoxrin sena.

1. Sa mhux aktar tard [mill-31 ta' Marzu 2014; tliet snin wara d-dħul fis-seħħ], l-Awtorità Kompetenti għandha tiżgura li fil-każ ta' xkiel fl-akbar infrastruttura tal-provvista tal-gass, l-infrastruttura li tibqa' (N-1) ikollha l-kapaċità teknika biex tissodisfa d-domanda totali għall-gass ta' kuljum taż-żona kkalkulata matul jum ta' domanda eċċezzjonalment għolja għall-gass li statistikament iseħħ darba kull għoxrin sena.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Skont ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 4(3) jew fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(4), l-obbligu stipulat fil-paragrafu 1 jista' jiġi ssodisfat fil-livell reġjonali. L-istandard N-1 għandu wkoll jitqies li ġie rispettat meta l-Awtorità Kompetenti turi fil-Pjan ta' Azzjoni Preventiva msemmi fl-Artikolu 5 li xkiel fil-provvista jista' jiġi kkumpensat biżżejjed u fil-ħin b'miżuri min-naħa tad-domanda.

2. Skont ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 4(3) jew fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(4), l-obbligu stipulat fil-paragrafu 1 jista' jiġi ssodisfat fil-livell reġjonali. L-istandard N-1 għandu wkoll jitqies li ġie rispettat meta l-Awtorità Kompetenti turi fil-Pjan ta' Azzjoni Preventiva msemmi fl-Artikolu 5 li xkiel fil-provvista jista' jiġi kkumpensat biżżejjed u fil-ħin b'miżuri xierqa min-naħa tad-domanda li jkunu bbażati fuq is-suq.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għandha tintuża l-metodoloġija għall-kalkolu tal-istandard N-1 kif ipprovdut fl-Anness I. Għandha titqies il-konfigurazzjoni tan-netwerk u l-flussi attwali tal-gass kif ukoll il-preżenza ta' kapaċitajiet tal-produzzjoni u l-ħżin. Fejn meħtieġ iż-żona kkalkulata kif imsemmija fl-Anness I għandha tiġi estiża għal-livell reġjonali xieraq.

3. Għandha tintuża l-metodoloġija għall-kalkolu tal-istandard N-1 kif ipprovdut fl-Anness I. Għandha titqies il-konfigurazzjoni tan-netwerk u l-flussi attwali tal-gass kif ukoll il-preżenza ta' kapaċitajiet tal-produzzjoni u l-ħżin. Fejn meħtieġ iż-żona kkalkulata kif imsemmija fl-Anness I u kif definita mill-Awtorità Kompetenti wara konsultazzjoni mal-impriżi rilevanti tal-gass naturali għandha tiġi estiża għal-livell reġjonali xieraq.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. In-nuqqas ta’ aċċess għan-netwerk integrat tal-gass tal-UE u d-dipendenza minn fornitur tal-gass uniku ta' pajjiż terz għandhom jitqiesu bħala nuqqas ta' konformità mal-istandard N-1.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Kull Awtorità Kompetenti għandha tirrapporta lill-Kummissjoni mingħajr dewmien kwalunkwe nuqqas ta' konformità mal-istandard N-1.

4. Kull Awtorità Kompetenti għandha, wara li tikkonsulta l-impriżi rilevanti tal-gass naturali, tirrapporta lill-Kummissjoni mingħajr dewmien kwalunkwe nuqqas ta' konformità mal-istandard N-1.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jippermettu kapaċità fiżika permanenti għat-trasport tal-gass fiż-żewġ direzzjonijiet fl-interkonessjonijiet kollha fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ħlief f'każijiet fejn fuq talba tal-Awtorità Kompetenti, il-Kummissjoni tiddeċiedi li ż-żieda ta' kapaċità ta' fluss bidirezzjonali ma ssaħħaħx is-sigurtà tal-provvista ta' kwalunkwe Stat Membru. Din id-deċiżjoni tista' tiġi eżaminata mill-ġdid jekk jinbidlu ċ-ċirkustanzi. Il-livell tal-kapaċità bidirezzjonali tal-fluss għandha tintlaħaq b'mod ekonomikament effikaċi u tal-anqas tqis il-kapaċità meħtieġa biex jintlaħaq l-istandard tal-provvista stipulat fl-Artikolu 7. Fi żmien dak il-perjodu ta' sentejn, l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni tal-gass għandu jadatta l-funzjonament tas-sistema sħiħa tat-trażmissjoni ħalli jippermetti flussi bidirezzjonali tal-gass.

5. Bla ħsara għall-paragrafu 5a, fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-operaturi u s-sidien tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jippermettu kapaċità fiżika permanenti għat-trasport tal-gass fiż-żewġ direzzjonijiet fl-interkonnessjonijiet kollha, ħlief għal dawk li jgħaqqdu l-faċilitajiet ta' produzzjoni tal-UE, il-faċilitajiet tal-gass naturali likwifikat (LNG) jew il-punti ta' interkonnessjoni man-netwerks ta' distribuzzjoni. Il-livell tal-kapaċità bidirezzjonali tal-fluss għandu jintlaħaq b'mod ekonomikament effiċjenti, filwaqt li l-aspetti li mhumiex strettament ekonomiċi, bħas-sigurtà tal-provvista u l-kontribut għas-suq intern, jitqiesu bħala parti mill-valutazzjoni u tal-anqas iqis il-kapaċità meħtieġa biex jintlaħaq l-istandard tal-provvista stipulat fl-Artikolu 7. L-Awtoritajiet Kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li ssir reviżjoni tal-valutazzjoni tal-interkonnessjonijiet regolarment jekk jinbidlu ċ-ċirkostanzi, b'mod partikolari permezz tal-aġġornament tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva nazzjonali u reġjonali. Fejn ikunu jinħtieġu investimenti addizzjonali aktar 'l isfel fis-sistema ta' trażmissjoni, il-paragrafu 7 għandu japplika wkoll għal dawk l-investimenti. Fi żmien dak il-perjodu ta' sentejn, l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni tal-gass għandu jadatta l-funzjonament tas-sistema sħiħa tat-trażmissjoni ħalli jippermetti flussi bidirezzjonali tal-gass.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. L-Awtoritajiet Kompetenti jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni toħroġ deċiżjoni għall-eżenzjoni ta’ interkonnessjoni speċifika mill-obbligu tal-flussi bidirezzjonali skont il-paragrafu 5. Il-Kummissjoni tista' tagħti l-eżenzjoni, jekk il-fatt li jkun hemm kapaċità ta’ flussi bidirezzjonali ma jsaħħaħx b’mod sinifikanti s-sigurtà tal-provvista ta’ xi wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, jew jekk l-ispejjeż għall-investiment ikunu ta’ piż aktar sinifikanti mill-benefiċċji prospettivi għas-sigurtà tal-provvista f'xi wieħed minn dawk l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tqis b'importanza kbira r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-Awtorità Kompetenti skont l-Artikolu 8(1). Tista' ssir reviżjoni ta' dawn id-deċiżjonijiet jekk jinbidlu ċ-ċirkustanzi.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe infrastruttura ġdida tat-trażmissjoni tipprovdi għas-sigurtà tal-provvista permezz ta' għadd suffiċjenti ta' punti ta' dħul u ħruġ, u tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' infrastruttura konnessa tajjeb.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe infrastruttura ġdida tat-trażmissjoni tipprovdi għas-sigurtà tal-provvista permezz ta' għadd suffiċjenti ta' punti ta' dħul u ħruġ, u tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' infrastruttura konnessa tajjeb. Huma għandhom jiżguraw ukoll li l-kapaċità tad-dħul u n-netwerks ta' trażmissjoni nazzjonali jkunu kapaċi jadattaw il-flussi tal-gass nazzjonali għas-sitwazzjonijiet ta' xkiel fl-infrastruttura tal-provvista tal-gass identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju, permezz, inter alia, tat-tneħħija ta' ostakli interni.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali għandhom iqisu l-ispejjeż tal-issodisfar tal-istandard N-1 u l-ispejjeż biex il-kapaċità fiżika permanenti tkun tista' tittrasporta gass fiż-żewġ direzzjonijiet meta japprovaw it-tariffi f'konformità mal-Artikolu 41(8) tad-Direttiva [.../...KE]. Fil-każ ta' spejjeż imġarrba f'aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri konċernati għandhom jiddeċiedu flimkien dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż. Għandu japplika l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru .../….

7. L-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali għandhom jintroduċu l-inċentivi xierqa u jqisu l-ispejjeż imġarrba b'mod effiċjenti tal-issodisfar tal-istandard N-1 u l-ispejjeż biex il-kapaċità fiżika permanenti tkun tista' tittrasporta gass fiż-żewġ direzzjonijiet meta japprovaw it-tariffi jew il-metodoloġiji tagħhom b'mod trasparenti u ddettaljat, f'konformità mal-Artikolu 41(8) tad-Direttiva 2009/73/KE. Fil-każ ta' spejjeż imġarrba f'aktar minn Stat Membru wieħed jew fi Stat Membru wieħed għall-benefiċċju ta' Stati Membri oħrajn, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri konċernati għandhom jiddeċiedu flimkien dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż qabel ma tittieħed xi deċiżjoni dwar l-investiment. Kull deċiżjoni bħal din dwar investiment għandha tkun suġġetta għall-approvazzjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali rigward l-ispejjeż li ġġib magħha u l-allokazzjoni ta' dawn l-ispejjeż fost l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kollha kkonċernati. Għandu jitqies il-proporzjon mill-investiment li minnu jgawdi kull Stat Membru fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista fil-kuntest tal-allokazzjoni tal-ispejjeż fost dawk l-Istati Membri. Għandu japplika l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 7 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. Fir-rigward tal-ispejjeż imġarrba f'aktar minn Stat Membru wieħed jew fi Stat Membru wieħed għall-benefiċċju ta' Stati Membri oħra, il-Kummissjoni tista' tipproponi strumenti xierqa tal-UE għall-finanzjament tal-interkonnessjonijiet. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu każ b'każ, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari n-nuqqas tal-vijabbiltà finanzjarja tal-interkonnessjoni u l-valur miżjud ċar f'termini ta' sigurtà tal-provvista tal-gass għal xi wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, jew għal aktar minn wieħed.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtorità Kompetenti għandha tieħu miżuri biex tiżgura l-forniment tal-gass lill-klijenti protetti tal-Istat Membru f'każ ta':

1. L-Awtorità Kompetenti għandha tesiġi li l-impriżi tal-provvista tal-gass jieħdu miżuri biex jiżguraw il-forniment tal-gass lill-klijenti protetti tal-Istat Membru f'każ ta':

a) temperaturi estremament kesħin matul perjodu ta' sebat ijiem bl-ogħla valur li statistikament iseħħ darba kull għoxrin sena; kif ukoll

a) temperaturi estremi matul perjodu ta' sebat ijiem bl-ogħla valur li statistikament iseħħ darba kull għoxrin sena; kif ukoll

b) kwalunkwe perjodu ta' sittin jum ta' domanda eċċezzjonalment għolja għall-gass matul perjodi bl-iksaħ temp li statistikament iseħħ kull għoxrin sena.

b) kwalunkwe perjodu ta' ħamsa u erbgħin jum ta' domanda eċċezzjonalment għolja għall-gass matul perjodi bl-iksaħ temp li statistikament iseħħ kull għoxrin sena.

Ġustifikazzjoni

L-itwal kriżi li qatt ġiet esperjenzata damet ġimagħtejn bejn wieħed u ieħor. Fin-nuqqas ta’ valutazzjoni ekonomika soda tal-ispejjeż u l-benefiċċji għas-suq, jista’ jintuża perjodu aqsar ta’ tletin jum fir-regolament sabiex jiġu evitati spejjeż sproporzjonati għall-klijenti u t-tixkil tal-kompetittività tal-gass bħala fjuwil b'livell baxx ta’ karbonju. Fl-40 sena li bejn wieħed u ieħor għaddew minn mindu nbniet l-infrastruttura l-kbira għat-trażmissjoni tal-gass naturali lejn l-Ewropa, l-unika interruzzjoni ewlenija tal-provvista damet 13-il jum.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Awtorità Kompetenti għandha tieħu miżuri biex tiżgura l-forniment tal-gass lill-klijenti protetti għal perjodu ta' sittin jum anki fil-każ ta' Emergenza kif iddefinita fl-Artikolu 9(2). L-Awtorità Kompetenti għandha tibqa' tagħmel ħilitha, għat-tul taż-żmien kollu meħtieġ, sabiex ma twaqqafx il-forniment lill-klijenti protetti.

2. L-Awtorità Kompetenti għandha tesiġi li l-impriżi tal-provvista tal-gass jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw il-forniment tal-gass lill-klijenti protetti għal perjodu ta' ħamsa u erbgħin jum anki fil-każ ta' Emergenza kif iddefinita fl-Artikolu 9(2). Wara ħamsa u erbgħin jum, jew f'kundizzjonijiet aktar serji minn dawk iddefiniti fil-paragrafu 1, l-Awtorità Kompetenti u l-impriżi tal-provvista tal-gass għandhom jibqgħu jagħmlu ħilithom kemm jistgħu sabiex ma jwaqqfux il-forniment lill-klijenti protetti.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Awtorità Kompetenti għandha tippermetti lill-impriżi tal-gass naturali li jilħqu dawn il-kriterji fuq livell reġonali jew Komunitarju u ma għandhiex tesiġi li dawn l-istandards jintlaħqu abbażi tal-infrastruttura li tinsab fit-territorju tagħha biss.

4. L-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jippermettu lill-impriżi tal-gass naturali li jilħqu dawn il-kriterji fuq livell reġjonali jew tal-Unjoni u ma għandhomx jesiġu li dawn l-istandards jintlaħqu abbażi tal-infrastruttura li tinsab fit-territorju tagħhom biss.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Il-faċilitajiet tal-produzzjoni mitluba li ma jwaqqfux il-provvisti (bħal impjanti tal-enerġija, raffineriji, faċilitajiet tal-ħżin tal-gass) għandhom ikunu jistgħu joperaw bl-anqas xkiel possibli sabiex jiggarantixxu provvisti ta' gass naturali, elettriku u sħana. Il-valuri tal-limitu preskritti jistgħu jinqabżu b’ammont li għad irid jiġi ddefinit. Il-modifika tal-kundizzjonijiet imposti mil-leġiżlazzjoni tal-ilma għandha tiġi permessa sa miżura li għad trid tiġi ddefinita. F'dan ir-rigward, il-perikli għall-ambjent għandhom jiġu evitati.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) tqis iċ-ċirkustanzi nazzjonali u reġjonali rilevanti kollha;

b) tqis iċ-ċirkustanzi nazzjonali u reġjonali rilevanti kollha, fosthom l-użu tal-gass għall-provvista tal-elettriku u tat-tisħin distrettwali għall-klijenti protetti kif ukoll l-operazzjonijiet ta' industriji li huma partikolarment sensittivi għall-varjazzjonijiet fil-provvista, ix-xejriet tal-konsum, l-interkonnettività mas-suq intern u t-tħassib dwar is-sikurezza;

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta bis-sħiħ ir-riskji għas-sigurtà tal-provvista tal-gass fil-livell tal-Unjoni u tadotta u tippubblika rapport li għandu jiġi ppreżentat lill-Awtoritajiet Kompetenti, il-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass, l-ACER, l-ENTSO-G u l-Parlament Ewropew.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Fil-valutazzjoni tar-riskju, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw, fuq il-bażi ta' analiżi teknika u ekonomika, l-obbligi għall-forniment tal-klijenti, għajr dawk iddefiniti fl-Artikolu 2(1), li jkunu diġà konnessi man-netwerk tad-distribuzzjoni tal-gass u li jagħtu servizzi pubbliċi importanti, bħall-iskejjel u l-isptarijiet. Dawk l-obbligi ma għandhomx jolqtu l-kapaċità tagħhom li jfornu lill-klijenti protetti fil-każ ta' kriżi kif iddefinit fl-Artikolu 7. Dawk l-obbligi addizzjonali ma għandhomx jidħlu f'kunflitt mal-prinċipji ta' solidarjetà Ewropea jew reġjonali għal pajjiżi bi problemi ta' provvista.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c. Wara r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 4(3) jew fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(4), il-valutazzjoni tar-riskju għandha ssir ukoll fil-livell reġjonali.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-impriżi tal-gass naturali, l-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti domestiċi u industrijali, u l-awtorità regolatorja, meta din ma tkunx l-Awtorità Kompetenti, għandhom jikkooperaw u jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja għall-valutazzjoni tar-riskji.

2. L-impriżi tal-gass naturali, l-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti domestiċi u industrijali tal-gass, u l-awtorità regolatorja, meta din ma tkunx l-Awtorità Kompetenti, għandhom jikkooperaw mal-Awtorità Kompetenti u jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja għall-valutazzjoni tar-riskji, fosthom ir-riskji ġeopolitiċi.

 

 

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-valutazzjoni tar-riskji għandha tiġi rrepetuta kull sentejn qabel it-30 ta' Settembru ta' dik is-sena.

3. Il-valutazzjonijiet tar-riskji msemmija fil-paragrafi 1 u 1a għandhom jiġu ripetuti kull sentejn qabel it-30 ta' Settembru ta' dik is-sena.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Pjan tal-Emerġenza għandu:

1. Il-Pjanijiet tal-Emerġenza nazzjonali u reġjonali għandhom:

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Jiddefinixxi r-rwol u r-responsabbiltajiet tal-impriżi tal-gass naturali u tal-klijenti industrijali, u l-interazzjoni tagħhom mal-Awtoritajiet Kompetenti u fejn xieraq mal-awtorità regolatorja;

(2) Jiddefinixxi r-rwol u r-responsabbiltajiet tal-parteċipanti rilevanti kollha fis-swieq, filwaqt li jitqiesu l-punti differenti safejn jistgħu jintlaqtu fil-każ ta' xkiel fil-provvista tal-gass, u jiddefinixxi l-interazzjoni tagħhom mal-Awtoritajiet Kompetenti u fejn xieraq mal-awtorità regolatorja;

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Jiddefinixxi r-rwol u r-responabbiltajiet tal-Awtorità Kompetenti;

(3) Jiddefinixxi r-rwol u r-responabbiltajiet tal-Awtorità Kompetenti u tal-awtoritajiet l-oħrajn li jkunu ġew allokati l-kompiti kif imsemmi fil-punt (2) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2;

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Jidentifika l-kontribut tal-miżuri mhux abbażi tas-suq ippjanati jew li għandhom jiġu implimentati għal-livell tal-Emerġenza elenkati fl-Anness III u jivvaluta sa fejn huwa meħtieġ l-użu tal-miżuri mhux abbażi tas-suq sabiex tiġi indirizzata l-kriżi, jivvaluta l-effetti tagħhom u jiddefinixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tagħhom;

(7) Jidentifika l-kontribut u l-mertu relattiv tal-miżuri mhux abbażi tas-suq ippjanati jew li għandhom jiġu implimentati għal-livell tal-Emerġenza elenkati fl-Anness III u jivvaluta sa fejn huwa meħtieġ l-użu tal-miżuri mhux abbażi tas-suq sabiex tiġi indirizzata l-kriżi, jivvaluta l-effetti tagħhom u jiddefinixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tagħhom. Il-miżuri mhux abbażi tas-suq għandhom jintużaw biss meta l-mekkaniżmi abbażi tas-suq weħidhom ma jkunux jistgħu jiżguraw iktar il-provvisti għall-klijenti protetti;

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Jiddeskrivi l-mekkaniżmi użati għall-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra għal kull livell ta' kriżi;

(8) Jiddeskrivi l-mekkaniżmi użati u r-rwoli tal-parteċipanti fis-swieq fir-rigward tal-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra għal kull livell ta' kriżi;

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Jelenka l-azzjonijiet iddefiniti minn qabel biex ikun hemm disponibbiltà ta' gass f'każ ta' Emerġenza, fosthom il-mekkaniżmi ta' kumpens u l-ftehimiet kummerċjali bejn il-partijiet involuti f'dawn l-azzjonijiet. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jinvolvu ftehimiet transkonfinali bejn l-Istati Membri u/jew l-impriżi tal-gass naturali.

(10) Jistabbilixxi lista tal-azzjonijiet iddefiniti minn qabel, definiti b'kooperazzjoni mill-qrib mal-parteċipanti fis-swieq, biex ikun hemm disponibbiltà ta' gass f'każ ta' Emerġenza, filwaqt li jitqiesu l-mekkaniżmi ta' kumpens u l-ftehimiet kummerċjali bejn il-partijiet involuti f'dawn l-azzjonijiet. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jinvolvu ftehimiet transkonfinali bejn l-Istati Membri u/jew l-impriżi tal-gass naturali.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa Pjan ta' Emerġenza tal-Unjoni li jidentifika l-inkonsistenzi li jista' jkun hemm bejn il-pjanijiet nazzjonali u reġjonali kif ukoll il-miżuri ta' koordinazzjoni li jistgħu jittieħdu mill-Kummissjoni waqt emerġenza tal-Unjoni. Għandha tiddeskrivi wkoll il-mekkaniżmi użati biex jattivaw il-medjazzjoni ma' pajjiżi terzi.

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Livell ta' twissija bikrija (Twissija Bikrija): Meta jkun hemm informazzjoni konkreta, serja u affidabbli, possibbilment imqanqla mill-Mekkaniżmu ta' Twissija Bikrija, li jista' jseħħ avveniment li jiddeterjora l-kundizzjonijiet tal-provvista;

(1) Livell ta' twissija bikrija (Twissija Bikrija): meta informazzjoni konkreta, serja u affidabbli, possibbilment imqanqla mill-Mekkaniżmu ta' Twissija Bikrija, tissuġġerixxi li l-kundizzjonijiet tal-provvista jistgħu jiħżienu fi żmien qasir. Is-suq huwa mistenni jsolvi l-problema mingħajr l-intervent tal-Awtorità Kompetenti;

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Livell tal-Alert (Alert): meta jseħħ xkiel fil-provvista jew isseħħ domanda eċċezzjonalment għolja iżda s-suq ikun għadu jista' jsolvi s-sitwazzjoni mingħajr l-intervent tal-Awtorità Kompetenti;

(2) Livell tal-Alert (Alert): xkiel fil-provvista jew domanda eċċezzjonalment għolja, li d-daqs tagħhom għad ma jkunx jeħtieġ dikjarazzjoni ta' Emerġenza skont il-punt (3). Is-suq huwa mistenni jsolvi l-problema mingħajr l-intervent tal-Awtorità Kompetenti;

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Livell tal-Emerġenza (Emerġenza): meta sseħħ domanda eċċezzjonalment għolja jew meta jseħħ xkiel fil-provvista permezz jew mingħand l-akbar infrastruttura jew sors u jkun hemm riskju kredibbli li l-istandard tal-forniment lill-klijenti protetti ma jistax jintlaħaq aktar bi strumenti abbażi tas-suq waħedhom.

(3) Livell tal-Emerġenza (Emerġenza): xkiel fil-provvista jew domanda eċċezzjonalment għolja meta l-mekkaniżmi bbażati fis-suq weħidhom ma jibqgħux biżżejjed biex jiġu żgurati l-provvisti lill-klijenti protetti. L-Awtorità Kompetenti hija meħtieġa tindaħal fil-qafas tal-Pjan ta' Emerġenza. Il-mekkaniżmi abbażi tas-suq u l-mekkaniżmi mhux abbażi tas-suq jistgħu joperaw flimkien f'din il-fażi.

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Pjan tal-Emerġenza għandu jiżgura li l-aċċess transkonfinali għall-faċilitajiet tal-ħażna jibqa' miftuħ f'każ ta' emerġenza wkoll. Il-Pjan ta' Emerġenza ma għandu jdaħħal l-ebda miżura li tirrestrinġi bla bżonn il-fluss transkonfinali tal-gass.

3. L-Awtoritajiet Kompetenti fil-Pjan ta' Emerġenza għandhom jiżguraw li l-aċċess transkonfinali għall-faċilitajiet tal-ħażna jibqa' miftuħ f'każ ta' emerġenza wkoll. L-Istati Membri u l-Awtoritajiet Kompetenti ma għandhom idaħħlu l-ebda miżura li tirrestrinġi bla bżonn il-fluss transkonfinali tal-gass.

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Pjan ta' Emerġenza għandu jidentifika wkoll il-miżuri u l-azzjonijiet meħtieġa li għandhom jittieħdu biex jittaffa l-impatt ta’ xkiel fil-provvista tal-gass fuq il-provvista tal-elettriku ġġenerata mill-gass u fuq it-tisħin distrettwali lill-klijenti protetti.

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Awtorità Kompetenti għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni u tipprovdilha l-informazzjoni neċessarja kollha meta tiddikjara kwalunkwe mil-livelli tal-kriżi. Fil-każ ta' emerġenza li tista' tirriżulta f'sejħa għall-għajnuna mill-UE u l-Istati Membri tagħha, l-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru konċernat għandha mingħajr dewmien tinnotifika liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ u l-Informazzjoni tal-Protezzjoni Ċivili tal-Kummissjoni.

4. L-Awtorità Kompetenti għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni u tipprovdilha l-informazzjoni neċessarja kollha meta tiddikjara kwalunkwe wieħed mil-livelli tal-kriżi, b'mod partikolari tagħrif dwar l-azzjonijiet li tkun biħsiebha tieħu. L-Awtorità Kompetenti għandha ssegwi l-azzjonijiet definiti minn qabel, kif iddefiniti fil-Pjan ta' Emerġenza tagħha. Fil-każ ta' emerġenza li tista' tirriżulta f'sejħa għall-għajnuna mill-UE u l-Istati Membri tagħha, l-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru konċernat għandha mingħajr dewmien tinnotifika liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ u l-Informazzjoni tal-Protezzjoni Ċivili tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' tlaqqa' l-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass.

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Fejn il-Kummissjoni tiġi nnotifikata mill-Awtorità Kompetenti li livell ta' twissija bikrija jkun ġie ddikjarat fi Stat Membru jew fejn theddida ta' xkiel fil-provvisti tal-gass jista' jkollha dimensjoni ġeopolitika ċara, l-Unjoni, irrappreżentata fl-ogħla livell, għandha tieħu azzjonijiet diplomatiċi xierqa filwaqt li tqis ir-rwol speċjali mogħti mit-Trattat ta' Lisbona lill-Viċi President/ir-Rappreżentant Għoli.

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta l-Awtorità Kompetenti tiddikjara Emerġenza għandha ssegwi l-azzjonijiet iddefiniti minn qabel kif iddefiniti fil-Pjan tal-Emerġenza u għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni partikolarment bl-azzjonijiet li biħsiebha tieħu skont l-Artikolu 9(1). Il-Kummissjoni tista' tlaqqa' l-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass.

imħassar

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni għandha tivverifika fi żmien ġimgħa jekk id-dikjarazzjoni ta' Emerġenza hijiex iġġustifikata u jekk timponix piż bla bżonn fuq l-impriżi tal-gass naturali u fuq il-funzjonament tas-suq intern. Il-Kummissjoni tista', partikolarment, titlob lill-Awtorità Kompetenti biex timmodifika l-miżuri li jimponu piż żejjed fuq l-impriżi tal-gass naturali u biex tirtira d-dikjarazzjoni tagħha ta' Emerġenza jekk il-Kummissjoni tqis li ma tkunx għadha ġġustifikata.

6. Il-Kummissjoni għandha tivverifika fi żmien tlett ijiem jekk id-dikjarazzjoni ta' Emerġenza tissodisfax il-kriterji indikati fil-paragrafu 2 u jekk timponix piż bla bżonn fuq l-impriżi tal-gass naturali u fuq il-funzjonament tas-suq intern.

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Jekk l-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru f'Emerġenza tiddeċiedi eċċezzjonalment li tieħu miżuri li ma jkunux stipulati fil-Pjanijiet, il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk dan ikunx iġġustifikat. Il-Kummissjoni tista' tieħu l-parir tal-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass dwar din il-kwistjoni.

Emenda  90

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6b. Il-Kummissjoni tista', b'mod partikolari, titlob lill-Awtorità Kompetenti timmodifika l-miżuri li jimponu piż żejjed fuq l-impriżi tal-gass naturali u tirtira d-dikjarazzjoni ta' Emerġenza jekk il-Kummissjoni tqis li ma tkunx iġġustifikata jew li ma tkunx għadha ġġustifikata.

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6c. Miżuri mhux ibbażati fuq is-suq imposti fuq impriżi tal-gass naturali fil-każ ta' emerġenza, inklużi fil-livell reġjonali jew tal-Unjoni, għandhom jiżguraw kumpens ġust u ekwu favur l-impriżi tal-gass naturali milquta minn miżuri bħal dawn.

Emenda  92

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6 d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6d. Il-Pjan ta' Emerġenza għandu jiġi aġġornat kull sentejn fuq il-bażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskji msemmija fl-Artikolu 8.

Ġustifikazzjoni

Emenda  93

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni tista' tiddikjara Emerġenza Komunitarja fuq talba ta' Awtorità Kompetenti waħda jew meta l-Komunità titlef aktar minn 10 % tal-importazzjoni ta' kuljum tal-gass mingħand pajjiżi terzi kif ikkalkulat mill-ENTSO-G. Għandha tiddikjara Emerġenza Komunitarja meta tal-inqas Awtorità Kompetenti waħda tkun iddikjarat Emerġenza wara l-verifika skont l-Artikolu 9(6). Tista' tiddikjara Emerġenza Komunitarja għal reġjuni ġeografiċi speċifiċi affettwati li jkunu jinkludu aktar minn Stat Membru wieħed.

1. Il-Kummissjoni tista' tiddikjara Emerġenza tal-Unjoni fuq talba ta’ Awtorità Kompetenti waħda. Għandha tiddikjara Emerġenza tal-Unjoni meta tal-inqas Awtorità Kompetenti waħda tkun iddikjarat Emerġenza wara l-verifika skont l-Artikolu 9(6) jew meta l-Unjoni titlef iżjed minn 20% tal-importazzjoni tal-gass tagħha ta' kuljum minn pajjiżi terzi skont il-kalkoli tal-ENTSO-G. Għandha tiddikjara Emerġenza tal-Unjoni għal reġjuni ġeografiċi speċifiċi affettwati, definiti skont l-Anness IIIa jew l-Artikoli 4(3) u 4(4), li jkunu jinkludu aktar minn Stat Membru wieħed fejn Awtorità Kompetenti waħda mir-reġjun ikkonċernat tkun iddikjarat emerġenza jew fejn ir-reġjun ġeografiku affettwat jitlef iżjed minn 10% tal-importazzjoni tal-gass tiegħu ta' kuljum minn pajjiżi terzi skont il-kalkoli tal-ENTSO-G.

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. F'Emerġenza Komunitarja, il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjonijiet tal-Awtoritajiet Kompetenti. Partikolarment il-Kummissjoni għandha tiżgura l-iskambju tal-informazzjoni, tiżgura l-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjonijiet fil-livell tal-Istati Membri u reġjonali b'relazzjoni mal-livell Komunitarju, u tikkoordina l-azzjonijiet fir-rigward ta' pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni tista' tlaqqa' grupp għall-ġestjoni tal-kriżi magħmul partikolarment minn rappreżentanti tal-industrija u l-Istati Membri konċernati mill-Emerġenza.

3. F'Emerġenza tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjonijiet tal-Awtoritajiet Kompetenti. Partikolarment il-Kummissjoni għandha tiżgura l-iskambju tal-informazzjoni, tiżgura l-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjonijiet fil-livell tal-Istati Membri u reġjonali b'relazzjoni mal-livell tal-Unjoni, u tikkoordina l-azzjonijiet fir-rigward ta' pajjiżi terzi bl-awspiċi tal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli, u l-Kummissarju għall-Enerġija. Il-Kummissjoni għandha tlaqqa' grupp għall-ġestjoni tal-kriżi magħmul partikolarment minn rappreżentanti tal-industrija u l-Istati Membri konċernati mill-Emerġenza. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass ikun mgħarraf regolarment bil-ħidma tal-grupp għall-ġestjoni tal-kriżijiet.

Emenda  95

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta l-Kummissjoni tqis li f'Emerġenza Komunitarja, azzjoni meħuda minn Awtorità Kompetenti jew impriżi tal-gass naturali mhijiex xierqa biex tindirizza l-Emerġenza, jew li tipperikola serjament is-sitwazzjoni fi Stat Membru ieħor, il-Kummissjoni għandha tesiġi li l-Awtorità Kompetenti jew l-impriża tal-gass naturali biex tbiddel l-azzjoni tagħha.

4. Meta l-Kummissjoni tqis li f'Emerġenza tal-Unjoni, azzjoni meħuda minn Awtorità Kompetenti jew impriżi tal-gass naturali mhijiex xierqa biex tindirizza l-Emerġenza, jew li tipperikola serjament is-sitwazzjoni fi Stat Membru ieħor, il-Kummissjoni għandha tesiġi li l-Awtorità Kompetenti jew l-impriża tal-gass naturali tbiddel l-azzjoni tagħha, filwaqt li tgħarrafha bir-raġunijiet għaliex tqis li l-Awtorità Kompetenti jew l-impriża tal-gass naturali għandha tagħmel dan.

Fi żmien tlett ijiem min-notifika tat-talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità Kompetenti konċernata għandha temenda l-azzjoni tagħha u tinnotifika lill-Kummissjoni jew għandha tispjega lill-Kummissjoni għalfejn ma taqbilx mat-talba. F'dak il-każ, il-Kummissjoni tista' temenda jew tirtira t-talba tagħha.

Fi żmien tlett ijiem minn dik in-notifika, l-Awtorità Kompetenti konċernata għandha temenda l-azzjoni tagħha u tinnotifika lill-Kummissjoni jew għandha tibgħat tweġiba ssostanzjata kif jixraq bir-raġuni għaliex tqis li l-azzjoni inkwistjoni hija ġġustifikata. F'dak il-każ, il-Kummissjoni tista' temenda jew tirtira t-talba tagħha.

Jekk, fi żmien tlett ijiem il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma temendax jew ma tirtirax it-talba tagħha, l-Awtorità Kompetenti għandha tikkonforma mat-talba tal-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Jekk, fi żmien tlett ijiem, il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma temendax jew ma tirtirax it-talba tagħha, għandha tgħarraf lill-Awtorità Kompetenti bir-raġuni għaliex tqis li l-ġustifikazzjoni ma tkunx aċċettabbli. F'ċirkostanzi bħal dawn, l-Awtorità Kompetenti għandha tikkonforma mat-talba tal-Kummissjoni mingħajr dewmien. It-talba tal-Kummissjoni għandha tispeċifika l-miżuri rakkomandati li għandhom jittieħdu mill-Awtorità Kompetenti bil-għan li s-suq intern tal-gass jerġa' jibda jiffunzjona.

 

Il-Kummissjoni għandha żżomm il-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass mgħarraf matul il-proċess kollu.

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Awtorità Kompetenti jew l-impriża tal-gass naturali fl-ebda ħin ma għandhom idaħħlu miżuri li jirrestrinġu l-fluss tal-gass fis-suq intern.

5. L-Istati Membri, l-Awtoritajiet Kompetenti jew l-impriżi tal-gass naturali fl-ebda ħin ma għandhomx idaħħlu miżuri li jirrestrinġu l-fluss tal-gass fis-suq intern.

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni għandha tistabbillixxi lista permanenti ta' riżerva għal task force ta' monitoraġġ li tikkonsisti minn esperti industrijali u rappreżentanti tal-Kummissjoni. Din it-task force ta' monitoraġġ tista' tintuża meta meħtieġ u għandha timmonitorja u tirrapporta dwar il-flussi tal-gass fil-Komunità u lil hinn minnha, b'kooperazzjoni mal-pajjiżi fornituri u ta' tranżitu.

7. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta l-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass, għandha tistabbillixxi lista permanenti ta' riżerva għal task force ta' monitoraġġ li tikkonsisti minn esperti industrijali u rappreżentanti tal-Kummissjoni. Din it-task force ta' monitoraġġ tista' tintuża meta meħtieġ u għandha timmonitorja u tirrapporta dwar il-flussi tal-gass fl-Unjoni u lil hinn minnha, b'kooperazzjoni mal-pajjiżi fornituri u ta' tranżitu.

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass huwa stabbilit biex jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-miżuri li jikkonċernaw is-sigurtà tal-provvista. Il-Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Awtoritajiet Kompetenti, l-ACER, l-ENTSO-G u entitajiet rappreżentattivi tal-industrija konċernata u l-klijenti rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-għamla tal-Grupp ħalli tiżgura r-rappreżentanza tiegħu u għandha tippresedi l-istess Grupp. Il-Grupp għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tiegħu.

1. Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass huwa stabbilit biex jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-miżuri li jikkonċernaw is-sigurtà tal-provvista. Il-Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Awtoritajiet Kompetenti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fejn dawn ma jkunux l-Awtoritajiet Kompetenti, l-ACER, l-ENTSO-G u entitajiet rappreżentattivi tal-industrija konċernata u l-klijenti rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-għamla tal-Grupp ħalli tiżgura r-rappreżentanza tiegħu u għandha tippresedi l-istess Grupp. Il-Grupp għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tiegħu.

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass għandu jassisti lill-Kummissjoni partikolarment dwar kwistjonijiet marbuta ma':

2. Skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass għandu jikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni partikolarment dwar kwistjonijiet marbuta ma':

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet;

(g) l-implimentazzjoni u r-reviżjoni tal-Pjanijiet ta' Prevenzjoni u ta' Emerġenza;

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tlaqqa' l-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass fuq bażi regolari.

3. Il-Kummissjoni għandha tlaqqa' l-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass fuq bażi regolari u taqsam it-tagħrif li jirċievu l-Awtoritajiet Kompetenti filwaqt li tiżgura l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tkun sensittiva għall-kummerċ.

 

3a. Il-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass għandu jikkontribwixxi għad-definizzjoni tar-reġjuni skont l-Artikoli 4(3) u 4(4).

 

Sabiex ikun hemm solidarjetà fil-livell reġjonali, il-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass għandu joħloq subgruppi speċifiċi li jindirizzaw kwistjonijiet ta' sigurtà tal-provvista fil-livell reġjonali.

Emenda  102

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Awtorità Kompetenti matul l-Emerġenza għandu jkollha partikolarment l-informazzjoni li ġejja disponibbli kuljum:

1. Minn ...1, l-Awtorità Kompetenti matul l-Emerġenza għandu jkollha partikolarment l-informazzjoni li ġejja disponibbli kuljum:

 

----------------------------------------------------1 ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda  103

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-fluss tal-gass fis-siegħa fil-punti transkonfinali tad-dħul u l-ħruġ kif ukoll fil-punti kollha li jgħaqqdu faċilità tal-produzzjoni man-netwerk, il-ħażna u l-LNG f'mcm/d;

(b) il-fluss tal-gass fis-siegħa fil-punti transkonfinali tad-dħul u l-ħruġ kif ukoll fil-punti kollha li jgħaqqdu n-netwerk ma' faċilità tal-produzzjoni, ma' faċilità tal-ħażna jew ma' terminal tal-LNG f'mcm/h;

Emenda  104

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-perjodu, espress f'jiem, li matulu huwa possibbli li jiġi żgurat il-forniment lill-klijenti protetti

(c) il-perjodu, espress f'jiem, li matulu huwa mistenni li l-provvista tal-gass lill-klijenti protetti tista' tkun iggarantita.

Emenda  105

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Wara Emerġenza, l-Awtorità Kompetenti għandha mingħajr dewmien tipprovdi lill-Kummissjoni b'valutazzjoni dettaljata tal-Emerġenza u l-effikaċja tal-miżuri implimentati, fosthom il-valutazzjoni tal-impatt ekonomiku tal-Emerġenza, l-impatt tal-bdil tal-fjuwil fuq il-livelli tal-emissjonijiet, l-impatt fuq is-settur tal-elettriku u l-għajnuna pprovduta lil u/jew riċevuta mingħand il-Komunità u l-Istati Membri tagħha.

5. Wara Emerġenza, l-Awtorità Kompetenti għandha mingħajr dewmien tipprovdi lill-Kummissjoni b'valutazzjoni dettaljata tal-Emerġenza u l-effikaċja tal-miżuri implimentati, fosthom il-valutazzjoni tal-impatt ekonomiku tal-Emerġenza, l-impatt tal-bdil tal-fjuwil fuq il-livelli tal-emissjonijiet, l-impatt fuq is-settur tal-elettriku u l-għajnuna pprovduta lil u/jew riċevuta mingħand l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

 

Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-valutazzjonijiet tal-Awtoritajiet Kompetenti u tgħarraf lill-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u l-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass bir-riżultati tagħha, f'forma aggregata.

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) L-impriżi tal-gass naturali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-dettalji li ġejjin tal-kuntratti konklużi ma' fornituri minn pajjiżi terzi:

b) L-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-dettalji li ġejjin tal-kuntratti konklużi mill-impriżi tal-gass naturali tal-Istati Membri rispettivi tagħhom ma' fornituri minn pajjiżi terzi f'format aggregat u f'forma li tagħti l-informazzjoni meħtieġa biex il-Kummissjoni tkun tista' taġixxi:

Emenda  107

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sabiex l-Awtorità Kompetenti tkun tista' tissodisfa l-obbligi tagħha skont dan il-paragrafu, l-impriżi tal-gass naturali għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Awtorità Kompetenti għall-aggregazzjoni.

 

L-Awtorità Kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità ta' din l-infomazzjoni.

Emenda  108

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Barra mill-obbligi tal-monitoraġġ u r-rappurtar pprovduti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar il-Gass, l-Awtorità Kompetenti għandha tippubblika u tressaq għand il-Kummissjoni rapport sal-31 ta' Lulju ta' kull sena li jkun fih id-dejta li ġejja:

1. Barra mill-obbligi tal-monitoraġġ u r-rappurtar pprovduti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar il-Gass, l-Awtorità Kompetenti għandha tressaq għand il-Kummissjoni rapport sal-31 ta' Lulju ta' kull sena li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a) kalkolu tal-indikatur N-1 u d-dejta meħtieġa għal dan il-kalkolu, il-progress li sar fl-investimenti meħtieġa biex tlaħħaq ma' N-1, id-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom skont il-pajjiż waqt l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijet ġodda alternattivi;

(a) kalkolu tal-indikatur N-1 u l-informazzjoni meħtieġa għal dan il-kalkolu;

(b) l-ammonti annwali, it-tul taż-żmien u l-pajjiż fornitur koperti mill-kuntratti tal-importazzjoni tal-provvista tal-gass;

(b) f'format aggregat, l-ammonti annwali, it-tul taż-żmien u l-pajjiż fornitur koperti mill-kuntratti tal-importazzjoni tal-provvista tal-gass;

(c) il-kapaċità massima tal-interkonnessjoni ta' kull punt ta' dħul u ħruġ fis-sistemi tal-gass u 'l barra minnhom;

(c) il-kapaċità massima tal-interkonnessjoni ta' kull punt ta' dħul u ħruġ fis-sistemi tal-gass u 'l barra minnhom;

(d) l-elementi ewlenin tal-ftehimiet intergovernattivi rilevanti konklużi ma' pajjiżi terzi.

(d) l-elementi ewlenin tal-ftehimiet intergovernattivi rilevanti konklużi ma' pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

Il-komunikazzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali tista' tagħmel danni serji lill-interessi kummerċjali tal-impriżi, idgħajfu l-implimentazzjoi tal-kuntratti, twassal tfixkil fis-suq u tkun ta' dannu għas-sigurtà tal-provvistà (b'mod partikulari fir-rigward tal-bżonn li jiġu preservati l-poteri ta' negozjar tal-fornituri tal-gass tal-UE matul in-negozjati mal-produtturi esterni).

Emenda  109

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Awtoritajiet Kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-infomazzjoni kummerċjalment sensittiva.

2. L-Awtoritajiet Kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw f'kull ħin il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva ppreżentata lilhom fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda  110

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema ta’ monitoraġġ u rappurtar kontinwi dwar is-sigurtà tal-provvista tal-gass, li għandha tinkludi l-miżuri li ġejjin:

 

(a) it-tħejjija ta' rapporti annwali dwar l-osservanza tar-regoli li jirregolaw is-suq intern fis-settur tal-enerġija, b'mod partikolari rigward it-trasparenza u l-konformità mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE minn kumpaniji ta’ pajjiżi terzi, b'mod speċjali l-fornituri ewlenin, flimkien mas-sussidjarji kollha tagħhom;

 

(b) il-valutazzjoni tal-impatt tal-kumpaniji tal-enerġija, integrati vertikalment, minn pajjiżi terzi fuq is-suq intern u l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ reċiproċità;

 

(c) l-applikazzjoni ta' miżuri xierqa mfassla biex ma jitħalliex li jsir investiment bla rażan minn kumpaniji statali barranin fis-settur tal-enerġija tal-Unjoni, b’mod partikolari n-netwerks ta’ trażmissjoni tal-gass u l-elettriku;

 

(d) il-monitoraġġ tal-kuntratti għall-gass naturali konklużi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi rigward il-konformità tagħhom mar-regoli tas-suq intern tal-UE. Il-Kummissjoni għandha tinforza l-abolizzjoni tal-klawsoli kollha li jkollhom l-effett ta’ klawsola ta’ destinazzjoni safejn huma pprojbiti mil-liġi tal-UE.

Emenda  111

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Monitoraġġ

Monitoraġġ mill-Kummissjoni Ewropea

 

Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ u rappurtar kontinwu dwar is-sigurtà tal-miżuri tal-provvista tal-gass, inkluż il-monitoraġġ tal-kuntratti għall-provvista tal-gass konklużi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu konformi mar-regoli tas-suq intern tal-UE, mas-sigurtà tal-provvista u mal-liġi tal-kompetizzjoni.

Sa [...] il-Kummissjoni, wara li tkun ivvalutat il-Pjanijiet nnotifikati u wara li tikkonsulta mal-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass, għandha tikkonkludi dwar mezzi possibbli biex titjieb is-sigurtà tal-provvista fil-livell Komunitarju u għandha tirrapporta għand il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi, fejn xieraq, rakkomandazzjonijiet għat-titjib ta' dan ir-Regolament.

Sa [...] il-Kummissjoni, wara li tkun ivvalutat il-Pjanijiet nnotifikati u wara li tikkonsulta mal-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass, għandha tikkonkludi dwar mezzi possibbli biex titjieb is-sigurtà tal-provvista fil-livell tal-Unjoni u għandha tirrapporta għand il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Sabiex l-Istati Membri li ma jkollhomx l-infrastruttura jkunu jistgħu jilħqu l-istandard N-1, il-Kummissjoni għandha timmonitorja r-riżultati miksuba fl-interkonnettività tas-suq u, wara li tikkonsulta l-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass, tipproponi strumenti possibbli għat-titjib tas-suq. Ir-rapport għandu jinkludi, fejn xieraq, rakkomandazzjonijiet għat-titjib ta' dan ir-Regolament.

Emenda  112

Proposta għal regolament

Artikolu 14 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Il-proġett tas-sistema tal-pajpijiet tal-gass Nabucco

 

L-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jagħtu prijorità partikolari lill-proġett tas-sistema tal-pajpijiet tal-gass Nabucco fir-rigward tal-profil politiku u l-finanzjament tiegħu.

Ġustifikazzjoni

F'regolament li jikkonċerna s-sigurtà tal-provvista tal-gass, id-diversifikazzjoni tal-provvista tal-gass għandu jkollha rwol importanti. F'dan il-kuntest, il-proġett Nabucco għal sistema ta’ pajpijiet għall-gass jista' joffri alternattiva għas-sorsi attwali tal-gass għall-Unjoni Ewropea.

Emenda  113

Proposta għal regolament

Anness I

 

Test propost mill-Kummissjoni

ANNESS I: KALKOLU TAL-INDIKATUR N-1

 

1. Kalkolu tal-indikatur N-1

 

L-indikatur N-1 jiddeskrivi l-ħila tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-gass[1] biex tforni l-gass għad-domanda massima f'żona kkalkulata f'każ ta' xkiel fl-akbar infrastruttura.

 

"Iż-żona kkalkulata" tfisser żona ġeografika li għaliha tiġi kkalkulata l-applikazzjoni tal-indikatur N-1.

 

Il-kapaċità teknika[2] tal-infrastruttura tal-provvista tal-gass kollha li tibqa' disponibbli fil-każ ta' xkiel fl-akbar infrastruttura għandha tal-anqas tkun daqs id-domanda għall-gass taż-żona kkalkulata matul perjodu ta' sittin jum ta' domanda eċċezzjonalment għolja għall-gass matul l-iksaħ perjodu li statistikament iseħħ kull għoxrin sena.

 

L-indikatur N-1, ikkalkulat skont il-formula ta' hawn taħt, għandu jkun tal-anqas ekwivalenti għal 100%.

 

IPm+Pm+Sm+LNGm – Im -Tout

N-1[%] = --------------------------------------------- * 100, N-1 ≥ 100%

.Dmax

 

Definizzjonijiet meħtieġa għall-kalkolu tal-indikatur N-1:

 

Definizzjonijiet min-naħa tal-provvista

 

IPm - Kapaċità teknika massima tas-sistemi tal-pajpijiet tal-importazzjoni (mcm/d) tfisser is-somma tal-kapaċità teknika massima tas-sistemi tal-pajpijiet tal-gass li jfornu l-gass liż-żona kkalkulata.

 

Pm - Kapaċità produttiva massima (mcm/d) tfisser is-somma tar-rati massimi possibbli tal-produzzjoni taż-żona kkalkulata mill-faċilitajiet kollha tal-produzzjoni tal-gass filwaqt li jitqiesu l-elementi kritiċi bħall-irkupru tad-depożiti (field recovery);

 

Sm - Kapaċità ta' kunsinna waqt kriżi (mcm/d) tfisser ir-rata massima ta' forniment mill-ħażniet kollha fiż-żona kkalkulata li tista' tiġi sostnuta matul is-sittin jum kollha tal-perjodu tax-xkiel. Din ir-rata tista' tiġi stabbilita b'taħlita ta' rati ta' forniment ta' diversi tipi ta' ħażniet taż-żona kkalkulata użati matul il-perjodu ta' sittin jum.

 

LNGm – Kapaċità massima tal-faċilità tal-LNG (mcm/d) tfisser is-somma tal-kapaċitajiet massimi possibbli tat-terminali kollha tal-LNG għal-likwifikazzjoni tal-gass naturali jew l-importazzjoni, il-ħatt, is-servizzi anċillari, il-ħżin temporanju u l-gassifikazzjoni mill-ġdid tal-LNG, filwaqt li jitqiesu l-elementi kritiċi bħad-disponibbiltà tal-kapaċitajiet massimi tal-bastimenti u l-ħżin u l-kapaċità teknika tal-bgħit lejn is-sistema, għall-forniment ta' gass matul perjodu ta' 60 jum liż-żona kkalkulata.

 

Im - Kapaċità tal-akbar infrastruttura tal-gass (mcm/d), li tforni ż-żona kkalkulata bl-akbar sehem ta' gass.

 

Fejn iż-żona kkalkulata tipprovdi kapaċità ta' trażmissjoni minn aktar minn pajp jew punt tad-dħul wieħed u ma tkunx l-akbar infrastruttura (Ipm ≠ Im), il-kapaċità ta' trażmissjoni li tibqa' taż-żona kkalkulata jeħtiġilha wkoll titnaqqas min-numeratur.

 

Tout - Kapaċità ta' trażmissjoni 'l barra (mcm/d) hija s-somma tal-kapaċità teknika li tibqa' għat-trażmissjoni tal-gass minn ġoż-żona kkalkulata f'każ ta' xkiel fl-akbar infrastruttura.

 

Kalkolu tad-domanda

 

Dmax - tfisser kapaċità għall-forniment tad-domanda rilevanti ta' gass kuljum taż-żona kkalkulata li hija relatata mal-iksaħ jum b'domanda eċċezzjonalment għolja għall-gass li statistikament iseħħ kull għoxrin sena.

Emenda

ANNESS I: KALKOLU TAL-FORMULA N-1

 

1. Definizzjoni tal-formula N-1

 

Il-formula N-1 tiddeskrivi l-abilità tal-kapaċità teknika tal-infrastruttura tal-gass[3] li tissodisfa d-domanda totali għall-gass fiż-żona kkalkulata fil-każ ta' xkiel fl-akbar infrastruttura unika tal-gass matul jum ta' domanda eċċezzjonalment għolja li statistikament iseħħ darba kull għoxrin sena.

 

L-infrastruttura tal-gass tinkludi n-netwerk tat-trażmissjoni tal-gass naturali kif ukoll il-faċilitajiet tal-produzzjoni, tal-LNG u tal-ħżin konnessi maż-żona kkalkulata.

 

Il-kapaċità teknika[4] tal-infrastruttura tal-provvista tal-gass kollha li tibqa' disponibbli fil-każ ta' xkiel fl-akbar infrastruttura unika tal-gass għandha tal-anqas tkun daqs is-somma tat-total tad-domanda għall-gass ta' kuljum taż-żona kkalkulata matul jum ta' domanda eċċezzjonalment għolja li statistikament iseħħ darba kull għoxrin sena.

 

Ir-riżultati tal-formula N-1, kif ikkalkulati skont il-formula ta' hawn taħt, għandu jkun tal-anqas ekwivalenti għal 100%.

 

 

2. Metodu tal-kalkolu tal-formula N-1

 

 

 

3. Definizzjonijiet tal-parametri tal-formula N-1:

 

"Iż-żona kkalkulata" tfisser żona ġeografika li għaliha tiġi kkalkulata l-formula N-1. Iż-żona kkalkulata tista' tirreferi għal-livell nazzjonali jew reġjonali.

 

 

Definizzjonijiet min-naħa tad-domanda

 

Dmax - tfisser id-domanda totali ta' gass kuljum (f'mcm/d) taż-żona kkalkulata f'jum b'domanda eċċezzjonalment għolja li statistikament iseħħ darba kull għoxrin sena.

 

 

Definizzjonijiet min-naħa tal-provvista

EPm - Kapaċità teknika tal-punti ta' dħul (f'mcm/d) tfisser is-somma tal-kapaċità teknika, inkluża l-kapaċità reversibbli, tal-punti kollha ta' dħul li kapaċi jfornu l-gass liż-żona kkalkulata;

 

Pm - Kapaċità produttiva massima (f'mcm/d) tfisser is-somma tal-kapaċità massima ta' produzzjoni ta' kuljum mill-faċilitajiet kollha tal-produzzjoni tal-gass għall-punti ta' dħul fiż-żona kkalkulata;

 

Sm - Il-kapaċità ta' kunsinna waqt kriżi (f'mcm/d) tfisser is-somma tal-kapaċità massima tal-forniment ta' kuljum tal-faċilitajiet kollha ta' ħażna fiż-żona kkalkulata, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiki fiżiċi rispettivi tagħhom;

 

LNGm - Kapaċità massima tal-faċilità tal-LNG (f'mcm/d) tfisser is-somma tal-kapaċitajiet tekniċi massimi tal-bgħit ta' kuljum fil-faċilitajiet kollha tal-LNG fiż-żona kkalkulata, filwaqt li jitqiesu elementi kritiċi bħall-ħatt, is-servizzi anċillari, il-ħżin temporanju u l-gassifikazzjoni mill-ġdid tal-LNG, kif ukoll il-kapaċità teknika tal-bgħit lejn is-sistema;

 

Im - Il-kapaċità teknika tal-akbar infrastruttura tal-gass (f'mcm/d) bl-ogħla kapaċità unika ta' provvista għaż-żona kkalkulata.

Emenda  114

Proposta għal regolament

Anness II – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-iżvilupp tal-Pjanijiet Preventivi u tal-Emerġenza l-Awtorità Kompetenti għandha tqis il-lista tal-miżuri indikattivi u mhux eżawrjenti li ġejja:

Fl-iżvilupp tal-Pjanijiet Preventivi u tal-Emerġenza l-Awtorità Kompetenti għandha tqis il-lista tal-miżuri indikattivi u mhux eżawrjenti stipulata f'dan l-Anness. L-Awtorità Kompetenti, meta tkun qed tiżviluppa l-Pjanijiet ta' Prevenzjoni u ta' Emerġenza, għandha tqis kif jixraq l-impatt ambjentali tal-miżuri proposti u għandha tagħti preferenza, sa fejn ikun possibbli, lil dawk il-miżuri li jħallu l-inqas impatt fuq l-ambjent.

Emenda  115

Proposta għal regolament

Anness II – titolu ‘Min-naħa tal-provvista’ – bulit 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

· Faċilitar tal-integrazzjoni tal-gass minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu fl-infrastruttura tan-netwerk tal-gass

Emenda  116

Proposta għal regolament

Anness II – lista 2 "Min-naħa tal-provvista" – bulit 10 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

 

 

 

 

 

• UGS (kummerċjali u strateġiku)

Ġustifikazzjoni

L-abbozz ta' regolament attwali jiffoka fuq is-sigurtà tal-provvista permezz ta' żewġ modi differenti: Standard tal-Infrastruttura (N-1) u Standard tal-Provvista. Miżuri dwar l-Infrastruttura, il-Provvista u d-Domanda huma għodod adegwati biex tiġi indirizzata s-sigurtà tal-provvista.

Emenda  117

Proposta għal regolament

Anness III a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ANNESS IIIa:

 

KOOPERAZZJONI REĠJONALI

 

Skont l-Artikolu 194 TFUE u kif enfasizzat fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, il-kooperazzjoni reġjonali hija espressjoni importanti tal-prinċipju tas-solidarjetà u hija wkoll kunċett fundamentali ta' dan ir-Regolament. Il-kooperazzjoni reġjonali hija meħtieġa b'mod partikolari għall-istabbiliment tal-valutazzjoni tar-riskju (Artikolu 8), il-Pjanijiet ta' Azzjoni Preventiva u ta' Emerġenza (Artikoli 4, 5 u 9), l-infrastruttura u l-istandards tal-provvista (Artikoli 6 u 7) u d-dispożizzjonijiet għar-risponsi ta' emerġenza tal-Unjoni u reġjonali (Artikolu 10).

 

Il-kooperazzjoni reġjonali skont dan ir-Regolament tibni fuq il-kooperazzjoni reġjonali eżistenti li tinvolvi l-impriżi tal-gass naturali, l-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex ittejjeb, fost għanijiet oħra, is-sigurtà tal-provvista u l-integrazzjoni tas-suq intern tal-enerġija, bħat-tlett iswieq tal-gass Reġjonali taħt l-Inizjattiva Reġjonali tal-Gass, il-Pjattaforma tal-Gass tal-Forum Pentalaterali, il-Grupp ta' Livell Għoli tas-Suq Baltiku tal-Enerġija u l-Pjan ta' Interkonnessjoni, u l-Grupp ta' Koordinazzjoni tas-Sigurtà tal-Provvista tal-Komunità tal-Enerġija. Madankollu, ir-rekwiżiti speċifiċi tas-sigurtà tal-provvista aktarx li jrawmu oqfsa ġodda ta' kooperazzjoni, u l-oqsma eżistenti ta' kooperazzjoni se jkollhom jiġu adattati biex jiggarantixxu l-aqwa effiċjenza.

 

Billi s-swieq kulma jmorru qegħdin isiru aktar interkonnessi u interdipendenti, u fid-dawl tat-twettiq tas-suq intern tal-gass, il-kooperazzjoni tal-pajjiżi li ġejjin, fost l-oħrajn, tista' ttejjeb is-sigurtà individwali u kollettiva tagħhom tal-provvista tal-gass:

 

- il-Polonja u t-tliet Stati Baltiċi,

 

- il-Peniżola Iberika (Spanja, il-Portugall) u Franza,

 

- l-Irlanda u r-Renju Unit,

 

- il-Bulgarija, il-Greċja, ir-Rumanija

 

- id-Danimarka u l-Isvezja,

 

- is-Slovenja, l-Italja, l-Awstrija, l-Ungerija, ir-Rumanija,

 

- il-Polonja u l-Ġermanja,

 

- Franza, il-Ġermanja, il-Belġju, il-Pajjiżi Baxxi u l-Lussemburgu, diġà organizzati fil-Forum Pentalaterali,

 

- oħrajn.

 

Il-kooperazzjoni reġjonali bejniethom għandha tkun estiża biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien, [.] b'mod partikolari fil-każ tal-gżejjer tal-enerġija, partikolarment bil-għan li jittejbu l-interkonnessjonijiet. L-Istati Membri jista' jkollhom sehem fi gruppi differenti ta' kooperazzjoni.

 

Il-parteċipanti diversi msemmija fl-Artikolu 3 għandhom jikkooperaw fil-livell reġjonali fl-oqsma rispettivi tagħhom ta' attivitajiet u kompetenza. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, il-kooperazzjoni reġjonali tibda u tiġi stabbilita formalment mill-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni li għandha tgħarraf lill-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass. Ir-riżultati operattivi ta' din il-kooperazzjoni reġjonali, bħal Pjan konġunt ta' Azzjoni Preventiva u/jew Pjan konġunt ta' Emerġenza, se jkunu soġġetti għall-adozzjoni formali u l-pubblikazzjoni kif ukoll għal monitoraġġ kontinwu mill-Awtoritajiet Kompetenti kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tkun ikkonsultata u għandha tgħarraf lill-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass.

  • [1]  L-Abbozz ta' Regolament (KE) Nru …/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 l-Artikolu 2(18) "kapaċità teknika" tfisser il-kapaċità kostanti massima li l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jista' joffri lill-utenti tan-network, b'kont meħud tal-integrità tas-sistema u tar-rekwiżiti operattivi tan-network ta' trażmissjoni.
  • [2]  
  • [3]  L-Abbozz ta' Regolament (KE) Nru …/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 l-Artikolu 2(18) "kapaċità teknika" tfisser il-kapaċità kostanti massima li l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jista' joffri lill-utenti tan-network, b'kont meħud tal-integrità tas-sistema u tar-rekwiżiti operattivi tan-network ta' trażmissjoni.
  • [4]  

NOTA SPJEGATTIVA

I. Daħla

Sett sħiħ ta' miżuri dwar politiki Ewropej, li l-aktar joħorġu mill-Komunikazzjoni dwar il-"Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa" ta' Jannar 2007[1], jikkostitwixxi tweġiba għall-isfida tas-sigurtà fil-provvista tal-enerġija. Fis-settur tal-gass, barra mid-Direttiva 2004/67/KE, hemm qafas regolatorju sħiħ dwar l-infrastrutturi u l-interkonnessjonijiet li jikkontribwixxi b'mod indirett għal dan il-għan permezz ta' (i) linji ta' gwida dwar In-Netwerks Trans-Ewropej tal-Enerġija ("Proġetti TEN-E")[2], u (ii) dak magħruf bħala "It-tielet pakkett tal-enerġija dwar is-suq intern tal-elettriku u tal-gass", adottat f'Ġunju 2009. Il-miżuri leġiżlattivi adottati għall-integrazzjoni tas-suq tal-gass, bl-istabbiliment ta' regoli dwar l-aċċess ta' terzi persuni għall-ħażniet tal-gass u għall-faċilitajiet tal-gass naturali likwifikat u dwar it-trasparenza rigward ir-riżervi tal-gass[3], għandhom jikkontribwixxu biex titrawwem is-sigurtà tal-enerġija. Bl-istess mod, il-Parlament qies li l-promozzjoni tas-solidarjetà reġjonali, l-iżvilupp tal-interkonnessjonijiet tal-gass permezz ta' pjan ta' żvilupp ta' 10 snin għan-netwerks, kif ukoll proċess b'saħħtu ta' armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-aċċess tan-netwerks permezz tal-kooperazzjoni tal-operaturi tas-sistema ta' trasport kienu l-punti ewlenin fil-pakkett leġiżlattiv[4].

L-aspetti internazzjonali tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija kienu ttrattati wkoll permezz ta' riżoluzzjonijiet[5] li jisħqu fuq il-ħtieġa li tkompli tiġi żviluppata strateġija komuni dwar l-enerġija għall-Ewropa li tinkorpora l-produtturi, id-distributuri u l-konsumaturi, li titkellem "b'vuċi waħda" u li toħloq sistema tal-enerġija trasparenti u sostenibbli li ssaħħaħ id-diversità reġjonali tal-provvisti tal-enerġija. Il-Parlament ħeġġeġ bil-qawwa l-iżvilupp ta' "Pjan ta' azzjoni tal-UE dwar is-sigurtà tal-enerġija u s-solidarjetà", li jkun jinkludi l-analiżi tal-mekkaniżmi ta' rispons għall-kriżijiet.

F'dan il-kuntest, ir-rapporteur jilqa' l-proposta għal regolament dwar is-sigurtà tal-provvista tal-gass li jħassar id-Direttiva 2004/67/KE billi hija biċċa leġiżlazzjoni li tassew tagħti tweġiba għall-problema reali li qiegħda tħabbat wiċċha magħha l-Unjoni. Dan deher biċ-ċar waqt il-kriżi tal-gass bejn ir-Russja u l-Ukraina x-xitwa li għaddiet meta miljuni ta' ċittadini Ewropej u l-ekonomija tagħna batew bil-kbir. F'dan is-sens, il-Parlament Ewropew, permezz tar-riżoluzzjonijiet imsemmija aktar 'il fuq talab inizjattiva bħal din u r-rapporteur hu konvint li l-Membri se jagħtu kontribut sinifikanti fix-xhur li ġejjin.

Hu ta' fehma soda li l-implimentazzjoni sħiħa u bil-ħeffa ta' dan ir-regolament, flimkien mal-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern tal-enerġija, mhux biss se tnaqqas b'mod sinifikanti l-vulnerabilità tal-UE għat-tfixkil estern għall-provvista, iżda wkoll se ssaħħaħ is-sehem minn ta' quddiem tal-kumpaniji tal-gass Ewropej fid-dinja u l-pożizzjoni ġeopolitika tal-Unjoni bħala parteċipant globali strateġiku.

II. Xi punti ewlenin identifikati mir-rapporteur

1. Kwistjonijiet indirizzati fl-abbozz tar-rapport

Ir-rapporteur iqis li hemm xi ttejjeb f'bosta punti tal-proposta għal regolament u għalhekk ippropona xi emendi fl-oqsma li ġejjin:

a. Is-sehem tal-kumpaniji

Filwaqt li l-premessi u l-valutazzjoni tal-impatt jagħmluha ċara li hemm tliet passi x'jittieħdu biex wieħed jaffronta kriżi (1. is-suq, 2. l-Istati Membri, 3. il-Komunità) is-sehem tal-impriżi bħal jgħosfor fit-test legali u għalhekk dan għandu jissaħħaħ fit-test f'bosta oqsma, b'mod partikolari rigward is-sehem tal-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass u fl-artikolu dwar it-tliet livelli ta' allarm.

b. Flussi fid-direzzjoni opposta

It-test attwali jipproponi li l-interkonnetturi kollha għandhom ikunu mgħammra bil-kapaċità ta' flussi fid-direzzjoni opposta. Ir-rapporteur huwa tal-fehma li dan il-provvediment jippretendi wisq kemm f'termini ekonomiċi kif ukoll f'dik li hi sigurtà ta' provvista. M'hemmx għalfejn, pereżempju, li l-interkonnetturi tal-pajjiżi li huma fornituri jkollhom flussi fid-direzzjoni opposta. L-Awtoritajiet Kompetenti fil-livell nazzjonali u l-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass, fil-livell tal-UE, għandhom jiddeterminaw dawk l-interkonnetturi fejn il-kapaċità ta' flussi fid-direzzjoni opposta tkun effiċjenti fin-nefqa u tkun tirrappreżenta valur miżjud għas-sigurtà tal-provvista fi żminijiet ta' kriżi.

c. Pjanijiet ta' prevenzjoni u ta' emerġenza

Ir-rapporteur hu tal-fehma li, bħall-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa wkoll pjanijiet ta' prevenzjoni u ta' emerġenza fil-livell tal-UE sabiex tkun tista' timmaniġġa aħjar is-sitwazzjonijiet fejn tkun ġiet iddikjarata emerġenza tal-Unjoni.

d. Emerġenza tal-Unjoni

It-test attwali jistabbilixxi tnaqqis ta' 10% fil-provvista importata bħala l-limitu minimu biex tiġi ddikjarata Emerġenza tal-Unjoni. Madankollu, ir-rapporteur hu tal-fehma li dan il-limitu minimu ma jkoprix għadd ta’ sitwazzjonijiet fejn Stat Membru jista' jkollu kriżi ta' xkiel ta’ 100% fil-provvista tal-gass tiegħu iżda fl-istess ħin ma jasalx għal 10% fil-livell tal-UE. Għal din ir-raġuni, huwa saħħaħ id-dispożizzjonijiet fl-artikolu li jikkonċerna l-possibilità li tiġi ddikjarata Emerġenza tal-Unjoni għal żona ġeografika definita. Dan jista' jinvolvi xi mekkaniżmu tal-Unjoni ta' solidarjetà, li madankollu jkollu jiġi implimentat fil-livell reġjonali.

e. Il-qsim tal-ispejjeż għal investimenti transnazzjonali ġodda fl-infrastrutturi

Il-biċċa l-kbira tal-Membri esprimew tħassib dwar l-ispejjeż għall-bini jew għat-titjib ta' infrastrutturi ġodda. Dan hu importanti b'mod partikolari billi l-implimentazzjoni ta' dan ir-regolament f'bosta sitwazzjonijiet jimplika l-bini fi Stat Membru biex jitgawda minn Stati Membri oħrajn. It-tielet pakkett għas-suq intern tal-enerġija diġà jipprevedi mekkaniżmi għas-suġġett speċifiku tal-interkonnessjonijiet transkonfinali. F'dan ir-rigward, ir-rapporteur hu tal-fehma li dawn il-mekkaniżmi jistgħu jintużaw ukoll għal tipi oħrajn ta' infrastrutturi bħall-flussi fid-direzzjoni opposta. Huwa espliċitament jinkludi referenza għall-prinċipju ta' proporzjonalità fil-qsim tal-ispejjeż relatat mal-benefiċċji tas-sigurtà tal-provvista.

f. Miżuri mhux abbażi tas-suq

F'bosta okkażjonijiet ir-rapporteur esprima x-xewqa tiegħu biex il-limiti ta' meta l-Istati Membri jintervjenu fis-suq isiru aktar espliċiti. Filwaqt li jirrikonoxxi li dawn il-miżuri jistgħu jittieħdu biss f'ċirkostanzi estremi, jista' jkun hemm konsegwenzi fi żmien qasir jew medju għall-funzjonament xieraq tas-suq jekk il-miżuri jkunu infurzati mill-awtoritajiet kompetenti. Għalhekk hu enfasizza fil-partijiet rilevanti tat-test li l-mekkaniżmi li mhumiex abbażi tas-suq għandhom jintużaw biss bħala l-aħħar mezz.

g. L-iskambju tal-informazzjoni

Ir-rapporteur hu ta' fehma soda li sabiex jittieħdu l-miżuri xierqa fi żmien ta' emerġenza, l-awtoritajiet rilevanti kollha, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Komunitarju, għandu jkollhom l-informazzjoni meħtieġa. Madankollu, tagħrif ta' sensittività kummerċjali għandu jkun ittrattat b'attenzjoni kbira billi kull kixfa ta' tagħrif kunfidenzjali tista' toħloq problemi serji għall-impriżi tal-gass, kemm fl-Unjoni kif ukoll 'il barra minnha. Għal din ir-raġuni, hu qiegħed jipproponi li din l-informazzjoni għandha tkun iċċentralizzata fil-livell nazzjonali, u għandha tintbagħat lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet kompetenti f'sura aggregata.

h. Is-sehem tas-settur tal-elettriku

Ir-rapporteur jirrikonoxxi li fil-pajjiżi fejn id-djar fil-biċċa l-kbira jieħdu l-provvista tal-elettriku permezz tal-ġenerazzjoni mill-gass, għandhom jittieħdu azzjonijiet konkreti sabiex jiġi żgurat li l-klijenti protetti ma jbatux minn xi blakawt waqt kriżi. F'dan is-sens, huwa jinkludi dan l-element biex ikunu jistgħu jsiru l-valutazzjonijiet tar-riskji u l-pjanijiet ta' emerġenza.

i. Kwistjonijiet oħrajn

Ir-rapporteur jipproponi artikolu ġdid dwar il-miżuri fit-tul għas-sigurtà tal-provvista tal-gass meta l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar il-modi possibbli ta' diversifikazzjoni, fil-livell tal-Unjoni, tas-sorsi ġeografiċi u tar-rotot għall-UE kif ukoll biex jiġi vvalutat bis-sħiħ is-sehem tal-installazzjonijiet LNG. Huwa jsaħħaħ ukoll partijiet tat-test b'referenzi għall-importanza li tinkiseb żieda fil-kapaċità tal-interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri.

Hu tal-fehma wkoll li t-test attwali jistipula wkoll azzjonijiet preventivi għal għadd limitat ta' sitwazzjonijiet u li għandu jippermetti aktar flessibilità fil-każ li l-kriżi titwal jew tvarja fl-intensità.

2. Kwistjonijiet li l-abbozz tar-rapport ma jaħsibx għalihom f'din il-fażi tal-proċedura

Ir-rapporteur għażel li ma jindirizzax żewġ kwistjonijiet partikolari fl-abbozz tar-rapport billi huwa tal-fehma li, minħabba li huma kumplessi, għandu jkun hemm diskussjonijiet fil-fond mal-Membri dwarhom. Madankollu, jixtieq ifisser dak li jixtieq jasal għalih fit-test finali dwar dawn il-kwistjonijiet.

a. Definizzjoni ta' "klijenti protetti"

Id-definizzjoni attwali fit-test hija vaga wisq, għalkemm fl-istess waqt hija dejqa wisq. Vaga wisq għax il-possibilità li jiġu inklużi SMEs marbuta man-netwerk tal-gass tiftaħ il-bieb biex f'din il-kategorija jidħlu setturi li m'għandhomx jitqiesu bħala essenzjali fi żmien ta' kriżi. Fl-istess ħin hija dejqa wisq għax telenka biss "skejjel u sptarijiet" bħala l-eċċezzjonijiet possibbli iżda mhux servizzi essenzjali oħrajn bħall-istazzjonijiet tat-tifi tan-nar, pereżempju. Ir-rapporteur hu tal-fehma li billi din id-definizzjoni hija kruċjali biex jiġu determinati l-livelli tal-istandard ta' provvista kif stabbiliti fl-Artikolu 7, it-test għandu jippermetti xi sura ta' flessibilità biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jaġġustaw għaċ-ċirkostanzi nazzjonali tagħhom bi kriterji definiti b'mod ċar. F'dan is-sens, hu jaħseb li jeħtieġ li t-test finali kif miftiehem fil-Parlament għandu jillimita lil dawk li jistgħu jidħlu f'din il-kategorija għal setturi speċifiċi jew parteċipanti li huma essenzjali sabiex jiġu ggarantiti, pereżempju, is-sigurtà nazzjonali u s-saħħa pubblika. Li kieku kellna ndaħħlu lista limitata ta' setturi, inkunu qegħdin nissugraw li nħallu barra setturi importanti, u għalhekk ikun aktar xieraq li jkun hemm lista ta' kriterji definita b'mod ċar.

b. L-istandard tal-infrastruttura (N-1)

Ir-rapporteur jaħseb li din hija kwistjoni teknika ħafna li għad mhijiex ċara. Bosta parteċipanti interessati minn sfondi differenti għalkollox urew dubji dwar l-effikaċja tal-istandard N-1 kif imniżżel fit-test tal-Kummissjoni. Billi dan huwa wieħed mill-mekkaniżmi tar-regolament, jixtieq ikollu aktar ħin biex jistudjah sabiex ikun jista' jagħmel proposta solida permezz ta' emendi biex l-istandard N-1 ikun kemm jista' jkun ta' min jorbot fuqu.

Ir-rapporteur huwa tal-fehma li l-istandard N-1 għandu jkun l-element ewlieni tas-sussidjarjetà tar-regolament sabiex ikun jgħodd għaċ-ċirkostanzi nazzjonali kollha li jistgħu jseħħu. Tabilħaqq, għalkemm pajjiż jista' ma jkollux "Skor N-1" tajjeb, fl-istess ħin jista' jkun li qtugħ fil-provvista tal-gass ikollu impatt żgħir fuq is-suq jew it-taħlita tal-enerġija tiegħu billi ma jkunx jiddependi ħafna mill-gass. L-Istati Membri għandu jkollhom il-flessibilità li jiddeċiedu kif jaffrontaw kriżi fil-provvista tal-gass, kemm jekk ikunu jridu jżidu l-infrastruttura tal-gass u kemm jekk ikunu jridu jkomplu jiżviluppaw il-produzzjoni indiġena tal-enerġija tagħhom. Dawn mhumiex ħlief żewġ eżempji ta' kif jistgħu jaslu għal dan. Huwa jappoġġa bis-sħiħ l-idea tal-istandard iżda hu tal-fehma li l-Membri jeħtieġu aktar żmien biex jeżaminaw id-dettalji ta' dan l-aspett importanti tar-regolament.

  • [1]  COM(2007)001.
  • [2]  Deċiżjoni 1364/2006, ĠU L 262, 22.09.2006, p. 1-23
  • [3]  Id-Direttiva 2009/73/KE tat-13 ta' Lulju 2009 dwar regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE, ĠU L 211, 14.08.2009, p. 94, ĠU L 211, 14.08.2009, p. 36
  • [4]  Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005, ĠU L 211, 14.08.2009, p.36
  • [5]  Riżoluzzjoni tal-PE tat-3 ta' Frar 2009 dwar it-Tieni Reviżjoni Strateġika tal-Enerġija (2008/2239(INI)), T6-038/2009
    Riżoluzzjoni tal-PE tas-17 ta' Settembru 2009 dwar L-aspetti esterni tas-sigurtà tal-enerġija, T7-0021/2009

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (2.2.2010)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta ghal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva 2004/67/KE
(COM(2009)0363 – C7-0097/2009 – 2009/0108(COD))

Rapporteur: Jacek Saryusz-Wolski

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

F’dawn l-aħħar snin, l-Istati Membri tal-UE ripetutament esperjenzaw xkiel fil-provvista tal-gass. It-tilwima bejn ir-Russja u l-Ukraina dwar il-provvista tal-gass ta’ Jannar 2009 għal darba oħra wriet li d-dipendenza tal-UE, li dejjem qiegħda tikber fuq provvisti tal-enerġija esterni, l-aktar minn pajjiżi li mhumiex demokratiċi u li mhumiex stabbli, tista’ tipperikola l-interessi ekonomiċi u politiċi għal żmien twil tal-Istati Membri. Il-vulnerabilità fil-qasam tal-enerġija tal-UE tirrikjedi l-applikazzjoni ta’ politika komprensiva dwar l-enerġija li tgħaqqad l-aspetti interni u d-dimensjonijiet esterni.

Is-sigurtà tal-enerġija għandha titqies bħala komponent essenzjali tas-sigurtà ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, l-iżgurar tas-salvagwardja tal-provvista tal-gass fil-Komunità b’mod partikolari waqt sitwazzjonijiet ta’ kriżi, huwa għan strateġiku. F’dan ir-rigward, l-istabbiliment bil-quddiem ta’ pjanijiet nazzjonali, li jinkludu miżuri preventivi u urġenti għandu jintlaqa’ sakemm dawn il-pjanijiet jiġu koordinati f’livell Komunitarju. Għal żmien medju, il-preżenza ta’ suq intern kbir u kompetittiv mgħammar b’interkonnessjonijiet u infrastrutturi żviluppati ħafna għandha titqies bħala l-aktar protezzjoni effikaċi kontra x-xkiel fil-provvista tal-gass.

Madankollu, il-politika tas-sigurtà tal-enerġija tal-UE għandha tippermetti li l-Unjoni mhux biss tirreaġixxi għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi, iżda tantiċipahom ukoll. Għalhekk, il-miżuri kollha li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-enerġija għandhom jiġu kkomplementati b’diplomazija proattiva fir-rigward tal-enerġija mmirata biex tissaħħaħ il-koperazzjoni ma’ pajjiżi produtturi, dawk ta’ tranżitu u dawk li huma konsumaturi kbar fi spirtu ta’ reċiproċità.

Ir-Rapporteur għall-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jilqa’ l-Proposta għal Regolament li jħassar id-Direttiva 2004/67/KE. Madankollu, ir-Rapporteur, iqis li għandu jkun hemm titjib sabiex tiġi ssodisfata l-ħtieġa għal approċċ komprensiv dwar is-sigurtà tal-enerġija tal-UE. Huwa jipproponi emendi fuq il-linji li ġejjin:

-    Il-Proposta għandha titqies fid-dawl tal-ambjent legali ġdid kif stabbilit fit-Trattat ta’ Lisbona li fl-artikolu 176 A tiegħu jistipula li “il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija għandha timmira li, fi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri, tassigura s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni”. Ir-Rapporteur iqis li din is-solidarjetà hija vitali għall-bini ta’ politika komuni tal-UE dwar l-enerġija u jemmen li għandha tiġi żviluppata kemm b’mod intern u kemm estern f’livell politiku fi djalogu ma’ pajjiżi terzi f'sitwazzjonijiet ta’ kriżi fil-provvista u anke meta ma jkunx hemm kriżijiet.

-    Ir-responsabilità għas-sigurtà tal-provvisti tal-gass għandha tiġi żgurata f’livell Komunitarju wkoll. Għalhekk għandhom jitħejjew Pjanijiet Preventivi u ta’ Emerġenza tal-Komunità min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea abbażi ta’ pjanijiet nazzjonali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha r-responsabilità speċjali li timmonitorja l-applikazzjoni tar-regoli li jmexxu s-suq intern fis-settur tal-enerġija minn kumpaniji ta’ pajjiżi terzi.

-    Ir-Rappreżentant Għoli/Viċi President għandu jiġi inkluż f’kull stadju tal-implimentazzjoni tar-Regolament. Huwa b’mod partikolari għandu jkun responsabbli għall-medjazzjoni u n-negozjar ma’ pajjiżi terzi f’isem l-Istati Membri f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi.

-    Biex ma jkunx hemm xkiel mhux mistenni fil-provvista tal-gass, l-Unjoni Ewropea għandha tistabbilixxi, flimkien mal-pajjiżi tagħha ta’ tranżitu u ta’ provvista, mekkaniżmu ta’ twissija bikrija bl-appoġġ ta' garanziji politiċi ċari. Kull ftehim dwar il-kummerċ, ta’ assoċjazzjoni u sħubija u ta' koperazzjoni fil-futur bejn l-UE u pajjiżi ta’ provvista jew tranżitu għandha tinkludi “klawsola dwar is-sigurtà tal-enerġija” li tistabbilixxi kodiċi ta’ kondotta u li tindika miżuri li għandhom jittieħdu f’sitwazzjoni ta’ emerġenza.

-    Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li testendi l-Komunità tal-Enerġija Ewropea skont id-dispożizzjonijiet tal-Karta tal-Enerġija għal pajjiżi terzi u li toħloq swieq reġjonali tal-enerġija ġodda, kif ukoll li tkompli tagħti l-appoġġ tagħha b’mod attiv għat-twaqqif ta’ suq tal-enerġija Ewro-Mediterranju integrat.

-    Kull strateġija dwar is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fit-terminu medju u twil tirrikjedi diversifikazzjoni ikbar ta’ fornituri, sorsi ta’ provvista u rotot ta’ provvista. Din l-istrateġija għandha tinvolvi lill-pajjiżi terzi kkonċernati, b’mod partikolari dawk koperti mill-Politika Ewropea tal-Pajjiżi Ġirien. L-investimenti tal-Komunità għandhom ikunu ffukati, bħala prijorità, fuq infrastrutturi kritiċi li jistgħu jikkontribwixxu għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-konsum tal-gass fl-Ewropa żdied rapidament matul l-aħħar għaxar snin. Bil-produzzjoni domestika li dejjem qed tonqos, l-importazzjoni tal-gass żdiedet saħansitra iżjed malajr, b'hekk ħolqot dipendenza akbar fuq l-importazzjoni u l-ħtieġa li jiġu indirizzati aspetti tas-sigurtà tal-provvista.

(2) Il-konsum tal-gass fl-Ewropa żdied rapidament matul l-aħħar għaxar snin. Bil-produzzjoni domestika li dejjem qed tonqos, l-importazzjoni tal-gass żdiedet saħansitra iżjed malajr, b'hekk ħolqot dipendenza akbar fuq l-importazzjoni u l-ħtieġa li jiġu indirizzati aspetti tas-sigurtà tal-provvista. Xi Stati Membri, minħabba d-dominanza tal-gass naturali fit-taħlita tal-enerġija, isibu ruħhom "iżolati" minħabba d-dipendenza għolja mill-importazzjoni tal-gass minn pajjiżi terzi u n-nuqqas ta' konnessjonijiet infrastrutturali mal-bqija tal-UE.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 4 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol ċentrali li għandha l-kooperazzjoni internazzjonali sabiex tkun żgurata s-sigurtà fil-provvista tal-gass għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE, il-politiki u l-Pjanijiet ta' Azzjoni rilevanti kollha tal-UE għandhom ikunu msejsin fuq il-prinċipju tar-rispett reċiproku lejn il-pajjiżi terzi involuti; għall-problemi li jistgħu jinqalgħu permezz tad-djalogu politiku u n-negozjati.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Sorsi differenti ta' finanzjament Komunitarju huma disponibbli biex jgħinu lill-Istati Membri jiffinanzjaw l-investiment meħtieġ fil-produzzjoni u l-infrastruttura indiġena, speċjalment self u garanziji mill-Bank Ewropew tal-Investiment jew finanzjament mill-fondi reġjonali, strutturali jew ta' koeżjoni. Il-Bank Ewropew tal-Investiment kif ukoll l-istrumenti esterni tal-Komunità bħall-ENPI, l-IPA u d-DCI jistgħu wkoll jiffinanzjaw azzjonijiet f'pajjiżi terzi sabiex titjieb is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija.

(11) Sorsi differenti ta' finanzjament Komunitarju huma disponibbli biex jgħinu lill-Istati Membri jiffinanzjaw l-investiment meħtieġ fil-produzzjoni u l-infrastruttura indiġena, speċjalment self u garanziji mill-Bank Ewropew tal-Investiment ("BEI") u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp ("BERI") jew finanzjament mill-fondi reġjonali, strutturali jew ta' koeżjoni. Il-BEI, il-BERI kif ukoll l-istrumenti esterni tal-Komunità bħall-ENPI, l-IPA u d-DCI jistgħu wkoll jiffinanzjaw azzjonijiet f'pajjiżi terzi (partikolarment il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat) sabiex titjieb is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija.

 

Emenda   4

Proposta għal regolament

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) L-investiment tal-UE fl-infrastruttura u fil-produzzjoni rinnovabbli għandu jiġi appoġġat mill-isforzi tal-Istati Membri u l-Kummissjoni biex, b'koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, tiġi promossa fi ħdan il-viċinat tal-UE l-estensjoni tal-prinċipji u l-istandards tas-suq intern kif stipulat fit-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-estensjoni tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija, li tinkludi lill-UE u l-pajjiżi tax-xlokk tal-Ewropa, għal pajjiżi terzi oħra, skont kif jixraq, u l-ħolqien ta’ swieq reġjonali tal-enerġija ġodda msawra fuqha, bħal komunità Ewro-Mediterranja tal-enerġija, biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Sabiex tissaħħaħ is-solidarjetà bejn l-Istati Membri f'każ ta' Emerġenza Komunitarja u partikolarment sabiex jiġu megħjuna l-Istati Membri li huma esposti għal kundizzjonijiet ġeografiċi u ġeoloġiċi anqas favorevoli, l-Istati Membri għandhom joħolqu miżuri speċifiċi ħalli juru solidarjetà, fosthom miżuri bħal ftehimiet kummerċjali bejn impriżi tal-gass, mekkaniżmi ta' kumpens, esportazzjonijiet akbar ta' gass jew rilaxx akbar mill-ħażniet. Miżuri ta' solidarjetà jistgħu jkunu partikolarmenti xierqa bejn l-Istati Membri li għalihom il-Kummissjoni tirrakkomanda l-istabbiliment ta' azzjonijiet konġunti preventivi jew ta' pjanijiet ta' emerġenza fil-livell reġjonali.

(23) Sabiex tissaħħaħ is-solidarjetà bejn l-Istati Membri f'każ ta' Emerġenza Komunitarja u partikolarment sabiex jiġu megħjuna l-Istati Membri li huma esposti għal kundizzjonijiet ġeografiċi, ġeopolitiċi jew ġeoloġiċi anqas favorevoli, l-Istati Membri għandhom joħolqu miżuri speċifiċi ħalli juru solidarjetà kif stipulati fit-Trattat ta' Lisbona, fosthom miżuri bħal ftehimiet kummerċjali bejn impriżi tal-gass, mekkaniżmi ta' kumpens, il-bini ta' junctions tekniċi, esportazzjonijiet akbar ta' gass jew rilaxx akbar mill-ħażniet. Miżuri ta' solidarjetà jistgħu jkunu partikolarmenti xierqa bejn l-Istati Membri li għalihom il-Kummissjoni tirrakkomanda l-istabbiliment ta' pjanijiet ta' prevenzjoni jew ta' pjanijiet ta' emerġenza konġunti fil-livell reġjonali.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Peress li provvisti tal-gass minn pajjiżi terzi huma ċentrali għas-sigurtà tal-provvista tal-gass tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjonijiet fir-rigward ta' pajjiżi terzi, billi taħdem mal-pajjiżi produtturi u ta' tranżitu dwar arranġementi sabiex jiġu ġestiti s-sitwazzjonijiet ta' kriżi u sabiex jiġi żgurat fluss stabbli għall-Komunità. Il-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tuża task force sabiex timmonitorja l-flussi tal-gass f'sitwazzjonijiet ta' kriżi fil-pajjiżi terzi involuti li mhumiex fil-Komunità, u b'konsultazzjoni magħhom, u fejn il-kriżi tinħoloq minħabba diffikultajiet f'pajjiż terz, li tieħu rwol ta' medjazzjoni u faċilitazzjoni.

(30) Peress li l-provvisti tal-gass minn pajjiżi terzi huma ċentrali għas-sigurtà tal-provvista tal-gass tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tinkludi “klawsola għas-sigurtà tal-enerġija” fil-ftehimiet ta’ kummerċ, assoċjazzjoni, sħubija u koperazzjoni mal-pajjiżi produtturi u ta' tranżitu. Din il-"klawsola għas-sigurtà tal-enerġija" għandha tistipula miżuri biex tipprevjeni l-kriżijiet ta' provvista jew biex tgħin ħalli jingħelbu. Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjonijiet fir-rigward ta' pajjiżi terzi, billi taħdem mal-pajjiżi produtturi u ta' tranżitu dwar arranġementi sabiex jiġu ġestiti s-sitwazzjonijiet ta' kriżi u sabiex jiġi żgurat fluss stabbli ta’ gass għall-Komunità kollha kemm hi u għal kull Stat Membru milqut minn sitwazzjoni ta' kriżi. Il-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tuża task force sabiex timmonitorja l-flussi tal-gass f'sitwazzjonijiet ta' kriżi fil-pajjiżi terzi involuti li mhumiex fil-Komunità, u b'konsultazzjoni magħhom, u fejn il-kriżi tinħoloq minħabba diffikultajiet f'pajjiż terz, li tieħu rwol ta' medjazzjoni u faċilitazzjoni permezz tal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, b’kollaborazzjoni mill-qrib mad-detenturi tal-portafolli rilevanti fi ħdan il-kulleġġ tal-Kummissarji.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri bl-għan li jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb u kontinwu tas-suq intern tal-gass billi jipprovdu għal definizzjoni u attribuzzjoni ċari tar-responsabbiltajiet u għal koordinazzjoni tar-reazzjoni fil-livell tal-Istati Membri u l-Komunità kemm fir-rigward tal-azzjoni preventiva kif ukoll tar-reazzjoni għal xkiel konkret fil-provvista.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri bl-għan li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb u kontinwu tas-suq intern tal-gass, u sabiex jiġu stabbiliti miżuri eċċezzjonali biex jiġu implimentati meta s-suq ma jkunx jista’ jkompli jforni l-provvista meħtieġa ta’ gass, billi jipprovdu għal definizzjoni u attribuzzjoni ċari tar-responsabbiltajiet u għal koordinazzjoni tar-reazzjoni fil-livell tal-Istati Membri u l-Komunità kemm fir-rigward tal-azzjoni preventiva kif ukoll tar-reazzjoni għal xkiel konkret fil-provvista jew għal theddidiet serji għall-provvista tal-gass, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull Stat Membru għandu jaħtar Awtorità Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sigurtà tal-provvista tal-gass ipprovduti f'dan ir-Regolament. Il-miżuri għandhom jinkludu valutazzjoni biennali tar-riskju, l-istabbiliment tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Preventiva, l-istabbiliment tal-Pjan ta' Emerġenza, u l-monitoraġġ kontinwu tas-sigurtà tal-provvista tal-gass fil-livell nazzjonali. L-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jikkooperaw flimkien ħalli jipprevjenu xkiel fil-provvista u jillimitaw l-effetti ħżiena f'każ li dan iseħħ.

2. Kull Stat Membru għandu jaħtar Awtorità Kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sigurtà tal-provvista tal-gass ipprovduti f'dan ir-Regolament. Il-miżuri għandhom jinkludu valutazzjoni biennali tar-riskju, fosthom il-valutazzjoni tar-riskji ġeopolitiċi, l-istabbiliment tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Preventiva, l-istabbiliment tal-Pjan ta' Emerġenza, u l-monitoraġġ kontinwu tas-sigurtà tal-provvista tal-gass fil-livell nazzjonali. L-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jikkooperaw flimkien ħalli jipprevjenu xkiel fil-provvista u jillimitaw l-effetti ħżiena f'każ li dan iseħħ.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament. Il-miżuri għandhom jinkludu l-valutazzjoni biennali tar-riskji, il-monitoraġġ kontinwu tas-sigurtà tal-provvista tal-gass, kif ukoll l-istabbiliment tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Preventiva u ta' Emerġenza fil-livell Komunitarju.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Is-sigurtà fit-tul tal-miżuri ta’ provvista

 

1. Skont it-termini ta’ dan ir-Regolament u wara li jikkunsidraw l-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom itejbu l-monitoraġġ tagħhom tas-sigurtà tal-provvista tal-gass minn pajjiżi terzi u għandhom jipproponu miżuri speċifiċi ta' emerġenza f'każ li jkun hemm l-interruzzjoni tal-provvista. Il-Kummissjoni għandha tikkoordina s-sistemi ta’ soluzzjoni tat-tilwim ma’ pajjiżi terzi u tintensifika d-djalogu dwar l-enerġija, inter alia fil-kuntest tal-Karta tal-Enerġija u tal-Komunità tal-Enerġija.

 

2. Il-Kummissjoni għandha tħejji l-bażi għal Mekkaniżmu ta’ Twissija Bikrija fis-settur tal-gass li għandu jitwaqqaf bi ftehimiet bilaterali bejn l-UE u pajjiżi terzi. Dan il-mekkaniżmu għandu jipprovdi għal valutazzjoni bikrija tar-riskji potenzjali marbutin mal-provvista u d-domanda għall-gass naturali kif ukoll għall-prevenzjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, u għal reazzjoni rapida għall-istess sitwazzjonijiet, jew għal kull theddida ta’ sitwazzjonijiet bħal dawn.

 

3. Sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jkun fih il-miżuri regolatorji proposti li jistgħu jiġu implimentati biex ikunu ddiversifikati, f’livell Komunitarju, l-għejun ġeografiċi tal-gass u r-rotot tal-provvista fl-UE. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-irwol tal-istallazzjonijiet LNG li jistgħu jgħinu fid-diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija. Għandha tingħata stampa sħiħa tal-kapaċitajiet ta' ħżin tal-gass fl-Istati Membri differenti.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – intestatura

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Stabbiliment ta' Pjan ta' Azzjoni Preventiva u ta' Pjan ta' Emerġenza

Stabbiliment ta' Pjan ta' Azzjoni Preventiva u ta' Pjan ta' Emerġenza f’livell nazzjonali, Komunitarju u reġjonali

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Qabel jadottaw dawn il-Pjanijiet l-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jaqsmu l-informazzjoni u jikkonsulatw lil xulxin u lill-Kummisjoni biex jiżguraw li l-Pjanijiet u l-miżuri tagħhom huma konsistenti ma' xulxin fil-livell reġjonali xieraq. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom tal-anqas ikopru l-interkonnessjonijiet, il-provvisti transkonfinali, il-ħażniet transkonfinali u l-kapaċità fiżika għat-trasport tal-gass fiż-żewġ direzzjonijiet.

2. Qabel jadottaw dawn il-Pjanijiet l-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jaqsmu l-informazzjoni u jikkonsulatw lil xulxin u lill-Kummisjoni biex jiżguraw li l-Pjanijiet u l-miżuri tagħhom huma konsistenti ma' xulxin fil-livell reġjonali u Komunitarju xieraq. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom tal-anqas ikopru l-interkonnessjonijiet, il-provvisti transkonfinali, il-ħażniet transkonfinali u l-kapaċità fiżika għat-trasport tal-gass fiż-żewġ direzzjonijiet kif ukoll is-sistemi ta’ provvista transreġjonali u transkonfinali tal-gass u l-faċilitajiet ta’ ħżin, il-pjattaformi u t-tagħmir indikati minnhom.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Sa mhux aktar tard *..., il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Pjan Komunitarju ta’ Azzjoni Preventiva u Pjan Komunitarju ta’ Emerġenza li jkunu jinkludu l-miżuri li għandhom jittieħdu fil-livell Komunitarju.

 

___________

*30 ta' Settembru 2011 jew 18-il xahar mid-dħul fis-seħħ

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Pjan ta' Azzjoni Preventiva għandu jqis l-effikaċja ekonomika, l-effetti fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija u l-impatt ambjentali.

3. Il-Pjan ta' Azzjoni Preventiva għandu jqis l-effiċjenza skont in-nefqa, l-effikaċja ekonomika, l-effetti fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija, l-impatt ambjentali u l-iżviluppi internazzjonali rilevanti kollha, b’mod partikulari fil-pajjiżi ewlenin ta’ provvista u ta’ tranżitu.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali għandhom iqisu l-ispejjeż tal-issodisfar tal-istandard N-1 u l-ispejjeż biex il-kapaċità fiżika permanenti tkun tista' tittrasporta gass fiż-żewġ direzzjonijiet meta japprovaw it-tariffi f'konformità mal-Artikolu 41(8) tad-Direttiva [.../...KE]. Fil-każ ta' spejjeż imġarrba f'aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri konċernati għandhom jiddeċiedu flimkien dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż. Għandu japplika l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru .../…

7. L-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali għandhom iqisu kif jixraq l-ispejjeż tal-issodisfar tal-istandard N-1 u l-ispejjeż biex il-kapaċità fiżika permanenti tkun tista' tittrasporta gass fiż-żewġ direzzjonijiet meta japprovaw it-tariffi, b'mod trasparenti u ddettaljat li jirrifletti l-ispejjeż mġarrba b'mod ċar u identifikabbli u f'konformità mal-Artikolu 41(8) tad-Direttiva [.../...KE]. Fil-każ ta' spejjeż imġarrba f'aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri konċernati u l-ACER għandhom jiddeċiedu flimkien dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż. Għandu japplika l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru .../…

Ġustifikazzjoni

Il-kostijiet inkorsi biex tkun implimentata s-sigurtà tal-istandards tal-provvista u tal-infrastruttura għandhom jgħaddu f’tariffi nazzjonali u transkonfinali bl-aktar mod trasparenti u ċar. Il-kost għandu jkun allokat b’mod ġust bejn is-sistemi li jimplimentaw dawk il-miżuri u l-benefiċjarji tagħhom.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 –punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) tqis iċ-ċirkustanzi nazzjonali u reġjonali rilevanti kollha;

b) tqis iċ-ċirkustanzi nazzjonali, reġjonali u internazzjonali rilevanti kollha;

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-impriżi tal-gass naturali, l-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti domestiċi u industrijali, u l-awtorità regolatorja, meta din ma tkunx l-Awtorità Kompetenti, għandhom jikkooperaw u jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja għall-valutazzjoni tar-riskji.

2. L-impriżi tal-gass naturali, l-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti domestiċi u industrijali, u l-awtorità regolatorja, meta din ma tkunx l-Awtorità Kompetenti, għandhom jikkooperaw u jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja għall-valutazzjoni tar-riskji, inklużi r-riskji ġeopolitiċi.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-valutazzjoni tar-riskji għandha tiġi rrepetuta kull sentejn qabel it-30 ta' Settembru ta' dik is-sena.

3. Il-valutazzjoni tar-riskji għandha tiġi rrepetuta kull sentejn qabel it-30 ta' Settembru ta' dik is-sena. Il-valutazzjoni Komunitarja għandha tiġi riveduta fil-każ ta’ riskju sinifikattiv u mhux mistenni.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 8 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Jiddeskrivi l-mekkaniżmi użati biex tiġi attivata l-medjazzjoni mal-pajjiżi terzi kkonċernati;

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Livell tal-Emerġenza (Emerġenza): meta sseħħ domanda eċċezzjonalment għolja jew meta jseħħ xkiel fil-provvista permezz jew mingħand l-akbar infrastruttura jew sors u jkun hemm riskju kredibbli li l-istandard tal-forniment lill-klijenti protetti ma jistax jintlaħaq aktar bi strumenti abbażi tas-suq waħedhom.

(3) Livell tal-Emerġenza (Emerġenza): meta sseħħ domanda eċċezzjonalment għolja jew meta jseħħ xkiel fil-provvista permezz jew mingħand l-akbar infrastruttura jew sors u jkun hemm riskju kredibbli li l-istandard tal-forniment lill-klijenti protetti ma jistax jintlaħaq aktar bi strumenti abbażi tas-suq waħedhom.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Fejn il-Kummissjoni tkun innotifikata mill-Awtorità Kompetenti li ġie ddikjarat livell ta' twissija bikrija fi Stat Membru għal raġunijiet ġeopolitiċi, jew fejn jingħata sinjal ta' theddida ta' xkiel fil-provvisti tal-gass minħabba raġunijiet ġeopolitiċi, possibilment mill-Mekkaniżmu ta’ Twissija Bikrija, il-Komunità, rappreżentata mill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandha tieħu l-azzjonijiet diplomatiċi xierqa. L-azzjoni meħuda mill-Viċi President/ir-Rappreżentant Għoli ma għandhiex taffettwa l-funzjonament tas-suq intern.

Ġustifikazzjoni

Huwa neċessarju li tittieħed l-azzjoni diplomatika rilevanti fil-konfront ta’ pajjiżi terzi li jissupplixxu l-gass jew huma pajjiżi ta’ tranżitu fl-aktar stadju bikri possibbli kulfejn ikun hemm theddida ta’ interruzzjoni tal-provvisti tal-gass minħabba raġunijiet ġeopolitiċi. Dawn l-azzjonijiet ma għandhomx jaffettwaw il-funzjonanment tas-suq intern.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni għandha tivverifika fi żmien ġimgħa jekk id-dikjarazzjoni ta' Emerġenza hijiex iġġustifikata u jekk timponix piż bla bżonn fuq l-impriżi tal-gass naturali u fuq il-funzjonament tas-suq intern. Il-Kummissjoni tista', partikolarment, titlob lill-Awtorità Kompetenti biex timmodifika l-miżuri li jimponu piż żejjed fuq l-impriżi tal-gass naturali u biex tirtira d-dikjarazzjoni tagħha ta' Emerġenza jekk il-Kummissjoni tqis li ma tkunx għadha ġġustifikata.

6. Il-Kummissjoni għandha tivverifika fi żmien tlett ijiem jekk id-dikjarazzjoni ta' Emerġenza tissodisfax il-kriterji indikati fil-paragrafu 2 u jekk timponix piż bla bżonn fuq l-impriżi tal-gass naturali u fuq il-funzjonament tas-suq intern. Il-Kummissjoni tista', partikolarment, titlob lill-Awtorità Kompetenti biex timmodifika l-miżuri li jimponu piż żejjed fuq l-impriżi tal-gass naturali u biex tirtira d-dikjarazzjoni tagħha ta' Emerġenza jekk il-Kummissjoni tqis li ma tkunx għadha ġġustifikata.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni tista' tiddikjara Emerġenza Komunitarja fuq talba ta' Awtorità Kompetenti jew meta l-Komunità titlef aktar minn 10 % tal-importazzjoni ta' kuljum tal-gass mingħand pajjiżi terzi kif ikkalkulat mill-ENTSO-G. Għandha tiddikjara Emerġenza Komunitarja meta tal-inqas Awtorità Kompetenti waħda tkun iddikjarat Emerġenza wara l-verifika skont l-Artikolu 9(6). Tista' tiddikjara Emerġenza Komunitarja għal reġjuni ġeografiċi speċifiċi affettwati li jkunu jinkludu aktar minn Stat Membru wieħed.

1. Il-Kummissjoni għandha tiddikjara Emerġenza Komunitarja fuq talba ta' Awtorità Kompetenti jew meta l-Komunità titlef ammont sostanzjali tal-importazzjoni ta' kuljum tal-gass mingħand pajjiżi terzi kif ikkalkulat mill-ENTSO-G. Għandha tiddikjara Emerġenza Komunitarja meta tal-inqas Awtorità Kompetenti waħda tkun iddikjarat Emerġenza wara l-verifika skont l-Artikolu 9(6). Għandha tiddikjara Emerġenza Komunitarja għal reġjuni ġeografiċi speċifiċi affettwati li jkunu jinkludu aktar minn Stat Membru wieħed.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. F'Emerġenza Komunitarja, il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjonijiet tal-Awtoritajiet Kompetenti. Partikolarment il-Kummissjoni għandha tiżgura l-iskambju tal-informazzjoni, tiżgura l-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjonijiet fil-livell tal-Istati Membri u reġjonali b'relazzjoni mal-livell Komunitarju, u tikkoordina l-azzjonijiet fir-rigward ta' pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni tista' tlaqqa' grupp għall-ġestjoni tal-kriżi magħmul partikolarment minn rappreżentanti tal-industrija u l-Istati Membri konċernati mill-Emerġenza.

3. F'Emerġenza Komunitarja, il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjonijiet tal-Awtoritajiet Kompetenti. Partikolarment il-Kummissjoni għandha tiżgura l-iskambju tal-informazzjoni, tiżgura l-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjonijiet fil-livell tal-Istati Membri u reġjonali b'relazzjoni mal-livell Komunitarju, u tikkoordina l-azzjonijiet fir-rigward ta' pajjiżi terzi permezz tal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli. Il-Kummissjoni tista' tlaqqa' grupp għall-ġestjoni tal-kriżi magħmul partikolarment minn rappreżentanti tal-industrija u l-Istati Membri konċernati mill-Emerġenza.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni għandha tistabbillixxi lista permanenti ta' riżerva għal task force ta' monitoraġġ li tikkonsisti minn esperti industrijali u rappreżentanti tal-Kummissjoni. Din it-task force ta' monitoraġġ tista' tintuża meta meħtieġ u għandha timmonitorja u tirrapporta dwar il-flussi tal-gass fil-Komunità u lil hinn minnha, b'kooperazzjoni mal-pajjiżi fornituri u ta' tranżitu.

7. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista permanenti ta' riżerva għal task force ta' monitoraġġ li tikkonsisti minn esperti industrijali u rappreżentanti tal-Kummissjoni u membri tal-istaff tal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli. Din it-task force ta' monitoraġġ tista' tintuża meta meħtieġ u għandha timmonitorja u tirrapporta dwar il-flussi tal-gass fil-Komunità u lil hinn minnha, b'kooperazzjoni mal-pajjiżi fornituri u ta' tranżitu.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) L-Istati Membri għandhom jissottomettu għand il-Kummissjoni l-ftehimiet intergovernattivi eżistenti milħuqa ma' pajjiżi terzi li għandhom impatt fuq l-iżvilupp tal-infrastrutturi u l-provvisti tal-gass; qabel jikkonkludu ftehimiet intergovernattivi ġodda, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni ħalli jivvalutaw il-konformità tagħhom mal-leġiżlazzjoni tas-suq intern;

a) L-Istati Membri għandhom jissottomettu għand il-Kummissjoni l-ftehimiet intergovernattivi eżistenti milħuqa ma' pajjiżi terzi li għandhom impatt fuq l-iżvilupp tal-infrastrutturi u l-provvisti tal-gass; qabel jikkonkludu ftehimiet intergovernattivi ġodda, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u jikkonsultaw magħha ħalli jivvalutaw il-konformità tagħhom mal-leġiżlazzjoni tas-suq intern, kif ukoll l-implikazzjonijiet għas-sigurtà tal-enerġija nazzjonali u Komunitarja, inkluża l-protezzjoni tal-infrastruttura kritika tal-enerġija, u r-riskji ġeopolitiċi;

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema ta’ monitoraġġ u rrappurtar kontinwi tas-sigurtà tal-provvista tal-gass, inklużi l-miżuri li ġejjin:

 

(a) it-tħejjija ta’ rapporti annwali dwar l-osservanza tar-regoli tas-suq intern fis-settur tal-enerġija, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasparenza u l-konformità mal-liġi tal-UE dwar il-kompetizzjoni minn kumpaniji ta' pajjiżi terzi, speċjalment il-fornituri ewlenin, flimkien mas-sussidjarji kollha tagħhom;

 

(b) il-valutazzjoni tal-impatt fuq is-suq intern tal-kumpaniji tal-enerġija integrati vertikalment minn pajjiżi terzi u l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' reċiproċità;

 

(c) l-applikazzjoni tal-miżuri xierqa mfassla biex jitwaqqaf l-investiment bla rażan minn kumpaniji statali barranin fis-settur tal-enerġija tal-UE, b’mod partikulari n-netwerks ta’ trażmissjoni

tal-gass u l-elettriku;

 

(d) il-monitoraġġ tal-kuntratti għall-gass naturali konklużi bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi rigward il-konformità tagħhom mar-regoli tas-suq intern tal-UE. Il-Kummissjoni għandha tinforza l-abolizzjoni tal-klawsoli kollha li għandhom l-effett ta’ klawsola ta’ destinazzjoni safejn huma pprojbiti mil-liġi tal-UE.

PROĊEDURA

Titolu

Is-sigurtà tal-provvista tal-gass

Referenzi

COM(2009)0363 – C7-0097/2009 – 2009/0108(COD)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

11.11.2009

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Jacek Saryusz-Wolski

21.10.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

26.1.2010

 

 

 

Data tal-adozzjoni

27.1.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Sir Robert Atkins, Frieda Brepoels, Elmar Brok, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Marietta Giannakou, Takis Hadjigeorgiou, Heidi Hautala, Richard Howitt, Anna Ibrisagic, Jelko Kacin, Ioannis Kasoulides, Tunne Kelam, Maria Eleni Koppa, Eduard Kukan, Ryszard Antoni Legutko, Krzysztof Lisek, Sabine Lösing, Willy Meyer, Francisco José Millán Mon, Alexander Mirsky, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Norica Nicolai, Kristiina Ojuland, Ria Oomen-Ruijten, Alojz Peterle, Mirosław Piotrowski, Bernd Posselt, Cristian Dan Preda, Libor Rouček, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Nikolaos Salavrakos, Jacek Saryusz-Wolski, Werner Schulz, Ernst Strasser, Hannes Swoboda, Zoran Thaler, Johannes Cornelis van Baalen, Geoffrey Van Orden, Kristian Vigenin, Graham Watson

Sostituti (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marije Cornelissen, Lorenzo Fontana, Jaromír Kohlíček, Georgios Koumoutsakos, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Marietje Schaake, György Schöpflin, Alf Svensson, Konrad Szymański, Ivo Vajgl

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (29.1.2010)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva 2004/67/KE
(COM(2009)0363 – C7‑0097/2009 – 2009/0108(COD))

Rapporteur: Nikolaos Chountis

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Dan ir-Regolament se jħassar id-Direttiva 2004/67/KE attwali, li daż-żmien m’għadhiex meqjusa bħala adatta biex tiġi assigurata l-ġestjoni tal-gass naturali fl-Unjoni Ewropea, f’kuntest milqut minn dipendenza dejjem tikber mill-Istati Membri fir-rigward tal-importazzjoni tal-gass, minn żieda ta' riskji marbuta mal-forniment u mat-tranżitu minn pajjiżi terzi, kif ukoll minn żieda ta' flussi tal-gass flimkien ma’ żvilupp tas-suq intern tal-gass.

Permezz ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni qed tipproponi li tiddefinixxi b’mod ċar ir-rwoli li għandhom rispettivament is-settur tal-gass, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Komunitarji sabiex jirranġaw it-taqlib fil-qasir u fit-tul li jaffettwa l-provvista tal-gass. Il-Kummissjoni għażlet it-triq ta’ regolament bħala preferenza fuq direttiva minħabba li jista’ jiġi applikat b’mod immedjat u ta’ malajr mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-intrapriżi li joperaw fis-settur tal-gass naturali, imma anke biex ir-regoli u l-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-regolament ikunu ċari u koerenti fil-Komunità kollha kemm hi.

L-għan prinċipali tal-proposta huwa li tiżdied is-sigurtà tal-provvista tal-gass billi jinħolqu l-inċentivi għall-investiment fl-interkonnessjonijiet neċessarji biex jintlaħaq l-indikatur N-1, kif ukoll flussi fid-direzzjoni opposta. Il-kapaċità teknika tal-infrastruttura tal-provvista tal-gass kollha li tibqa' disponibbli fil-każ ta' xkiel fl-akbar infrastruttura għandha tal-anqas tkun daqs id-domanda għall-gass taż-żona kkalkulata matul perjodu ta' sittin jum ta' domanda eċċezzjonalment għolja matul l-iksaħ perjodu li statistikament iseħħ kull għoxrin sena.

Ir-regolament li qed jiġi propost jiffoka fuq a) id-dispożizzjonijiet intenzjonati biex l-intrapriżi tal-gass naturali jkunu jistgħu jfornu lill-klijenti tagħhom fil-Komunità kollha għall-itwal żmien possibbli u mingħajr restrizzjoni fil-livell nazzjonali, b) il-possibilità li jsir rikors għal miżuri mhux ibbażati fuq is-suq, deċiżi mill-awtorità kompetenti, bħala l-aħħar rikors f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza meta l-miżuri kollha bbażati fuq is-suq ikunu ġew eżawriti, u ċ) ir-rwol aktar b’saħħtu mogħti lill-Kummissjoni sabiex tkun tista’ tiggarantixxi funzjonament normali tas-suq intern.

Ir-rapporteur jaqbel mal-isforzi li qed tagħmel il-Kummissjoni biex tistabbilixxi regolament li jiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni Ewropea ta’ gass naturali, speċifikament wara l-kriżi li nqalgħet dan l-aħħar bejn ir-Russja u l-Ukrajna, li wasslet għal problemi gravi fil-provvista ta' gass għall-Istati Membri. Jikkunsidra wkoll li l-koordinazzjoni fil-livell Komunitarju tal-azzjonijiet intenzjonati biex jiggarantixxu l-provvista ta’ gass naturali hi pass fid-direzzjoni t-tajba.

Ir-rapporteur iqis li l-awtorità kompetenti għandha tingħata responsabilitajiet aktar b’saħħithom sabiex tiġi garantita s-sigurtà tal-provvista ta’ gass naturali, imma ma jaqbilx mar-rwol konsiderevoli li ngħata lill-intrapriżi privati responsabbli għall-provvista ta’ gass naturali fil-perjodi ta’ kriżi, speċifikament fir-rigward tal-politiki ta’ tariffi tagħhom.

Għaldaqstant jinsab inkwetat dwar liema miżuri qed jiġu previsti mir-regolament propost sabiex l-intrapriżi privati responsabbli għall-provvista ta’ gass naturali fil-perjodi ta’ kriżi ma jimplimentawx politiki ta’ tariffi b’intenzjonijiet ta’ qligħ.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Għas-sostenibilità fit-tul tas-suq tal-gass tal-UE, hu essenzjali li l-miżuri li jittieħdu biex tiġi ssalvagwardata s-sigurtà tal-provvista tal-gass ma jgħawġux b'mod mhux xieraq il-kompetizzjoni jew il-funzjonament effikaċi tas-suq intern.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Sabiex tissaħħaħ is-solidarjetà bejn l-Istati Membri f'każ ta' Emerġenza Komunitarja u partikolarment sabiex jiġu megħjuna l-Istati Membri li huma esposti għal kundizzjonijiet ġeografiċi u ġeoloġiċi anqas favorevoli, l-Istati Membri għandhom joħolqu miżuri speċifiċi ħalli juru solidarjetà, fosthom miżuri bħal ftehimiet kummerċjali bejn impriżi tal-gass, mekkaniżmi ta' kumpens, esportazzjonijiet akbar ta' gass jew rilaxx akbar mill-ħażniet. Miżuri ta' solidarjetà jistgħu jkunu partikolarmenti xierqa bejn l-Istati Membri li għalihom il-Kummissjoni tirrakkomanda l-istabbiliment ta' azzjonijiet konġunti preventivi jew ta' pjanijiet ta' emerġenza fil-livell reġjonali.

(23) Sabiex tissaħħaħ is-solidarjetà bejn l-Istati Membri f'każ ta' Emerġenza tal-Unjoni u partikolarment sabiex jiġu megħjuna l-Istati Membri li huma esposti għal kundizzjonijiet ġeografiċi u ġeoloġiċi anqas favorevoli, l-Istati Membri għandhom joħolqu miżuri speċifiċi ħalli juru solidarjetà, kif hemm stipulat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fosthom miżuri bħal ftehimiet kummerċjali bejn impriżi tal-gass, mekkaniżmi ta' kumpens, esportazzjonijiet akbar ta' gass jew rilaxx akbar mill-ħażniet. Miżuri ta' solidarjetà jistgħu jkunu partikolarmenti xierqa bejn l-Istati Membri li għalihom il-Kummissjoni tirrakkomanda l-istabbiliment ta' azzjonijiet konġunti preventivi jew ta' pjanijiet ta' emerġenza fil-livell reġjonali.

Ġustifikazzjoni

Fl-1 ta’ Diċembru, daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona u l-UE issa qed topera b'bażi legali ġdida. Għaldaqstant hemm bżonn li jitfakkar li l-Artikolu 176A tat-Trattat ta’ Lisbona jgħid: “...il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija għandha timmira li, fi spirtu ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri [...] tassigura s-sigurtà tal-provvista tal-energija fl-Unjoni...”.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 31 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(31a) L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom jagħtu prijorità partikolari lill-proġett tas-sistema ta’ pajpijiet tal-gass Nabucco.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri bl-għan li jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb u kontinwu tas-suq intern tal-gass billi jipprovdu għal definizzjoni u attribuzzjoni ċari tar-responsabbiltajiet u għal koordinazzjoni tar-reazzjoni fil-livell tal-Istati Membri u l-Komunità kemm fir-rigward tal-azzjoni preventiva kif ukoll tar-reazzjoni għal xkiel konkret fil-provvista.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri bl-għan li jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb u kontinwu tas-suq intern tal-gass, u miżuri eċċezzjonali li għandhom jiġu implimentati meta s-suq ma jkunx jista’ jipprovdi l-provvista meħtieġa tal-gass, billi jipprevedi definizzjoni u attribuzzjoni ċari tar-responsabbiltajiet u għal koordinazzjoni tar-reazzjoni fil-livell tal-Istati Membri u l-Unjoni kemm fir-rigward tal-azzjoni preventiva kif ukoll tar-reazzjoni għal xkiel konkret fil-provvista, bi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Fl-1 ta’ Diċembru, daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona u l-UE issa qed topera b'bażi legali ġdida. Għaldaqstant hemm bżonn li jitfakkar li l-Artikolu 176A tat-Trattat ta’ Lisbona jgħid: “...il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija għandha timmira li, fi spirtu ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri [...] tassigura s-sigurtà tal-provvista tal-energija fl-Unjoni...”.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) "klijenti protetti" tfisser il-klijenti domestiċi kollha li diġà huma konnessi ma' netwerk tad-distribuzzjoni tal-gass, u jekk l-Istat Membru konċernat jiddeċiedi hekk, tista' tinkludi wkoll l-impriżi żgħar u ta' daqs medju, l-iskejjel u l-isptarijiet sakemm dawn diġà huma konnessi ma' netwerk tad-distribuzzjoni tal-gass;

(1) "klijenti protetti" tfisser il-klijenti domestiċi kollha li diġà huma konnessi ma' netwerk tad-distribuzzjoni tal-gass, u jekk l-Istat Membru konċernat jiddeċiedi hekk, wara li Stat Membru jwettaq valutazzjoni tar-riskji u l-impatt skont l-Artikolu 8 billi titqies il-fattibilità teknika u evalwazzjoni tal-ispejjeż kollha u l-benefiċċji, tista' tinkludi wkoll l-impriżi żgħar u ta' daqs medju, l-iskejjel u l-isptarijiet sakemm dawn diġà huma konnessi ma' netwerk tad-distribuzzjoni tal-gass;

Ġustifikazzjoni

Il-“konsumaturi domestiċi”, bħala klijenti protetti, għandhom ikomplu jiġu forniti waqt kriżi tal-gass. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jmur oltre l-konsumaturi domestiċi bħala klijenti protetti, din id-deċiżjoni għandha, madankollu, tkun ibbażata fuq valutazzjoni soda tal-impatt li tevalwa wkoll l-ispejjeż u l-benefiċċji għas-suq, peress li definizzjoni estiża ta’ dan it-tip tista’ toħloq spejjeż sinifikanti li jridu jiġġarbu mill-klijenti finali.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-sigurtà tal-provvista tal-gass hija responsabbiltà tal-impriżi tal-gass naturali, l-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri, il-klijenti industrijali tal-gass, u l-Kummissjoni, fl-oqsma tar-responsabbiltà rispettivi tagħhom. Teħtieġ livell għoli ta' kooperazzjoni bejniethom.

1. Is-sigurtà tal-provvista tal-gass hija responsabbiltà tal-impriżi tal-gass naturali, l-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri, il-klijenti industrijali tal-gass, u l-Kummissjoni, fl-oqsma tar-responsabbiltà rispettivi tagħhom. Jeħtieġ livell għoli ta' kooperazzjoni bejniethom u huwa essenzjali li jkun hemm trasparenza u skambju effiċjenti ta' informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Billi l-kwistjoni tal-provvista tal-gass hija kwistjoni politiċizzata, għandna bżonn approċċ unifikat għal din fl-UE.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sa mhux aktar tard [mill-31 ta' Marzu 2011; 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ], l-Awtorità Kompetenti, wara konsultazzjoni mal-impriżi tal-gass naturali, l-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti domestiċi u industrijali, u mal-awtorità regolatorja, meta din ma tkunx l-Awtorità Kompetenti, għandha tistabbilixxi:

1. Sa ...*, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tar-riskji u l-impatt imwettqa skont l-Artikolu 8, l-Awtorità Kompetenti, wara konsultazzjoni mal-impriżi tal-gass naturali, l-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti domestiċi u industrijali, u mal-awtorità regolatorja, meta din ma tkunx l-Awtorità Kompetenti, għandha tistabbilixxi:

 

* ĠU jekk jogħġobkom daħħlu d-data: 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Għandha ssir valutazzjoni tar-riskji u tal-impatt minn kull Stat Membru meta jiġu ppreparati azzjoni preventiva u pjanijiet ta' emerġenza bbażati fuq metodoloġija komuni tal-UE, li tippermetti li l-Istati Membri, fejn hu xieraq, iqisu ċ-ċirkustanzi nazzjonali partikolari.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Matul il-proċess imsemmi fil-paragrafu 2 il-Kummissjoni tista' tirrakkomanda f'liema livell reġjonali għandhom isiru l-iskambju tal-informazzjoni u l-konsultazzjonijiet. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni man-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistema tat-Trażmissjoni tal-Gass ("ENTSO-G") u l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija ("ACER"), tista' wkoll tirrakkomanda l-istabbiliment ta' Pjan konġunt fil-livell reġjonali.

3. Matul il-proċess imsemmi fil-paragrafu 2 il-Kummissjoni tista' tirrakkomanda f'liema livell reġjonali għandhom isiru l-iskambju tal-informazzjoni u l-konsultazzjonijiet. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni man-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistema tat-Trażmissjoni tal-Gass ("ENTSO-G") u l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija ("ACER") u l-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass, tista' wkoll tirrakkomanda l-istabbiliment ta' pjan konġunt fil-livell reġjonali.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Fi żmien sitt xhur wara n-notifika tal-Pjanijiet mill-Awtoritajiet Kompetenti, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Pjanijiet tal-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ENTSO-G, l-ACER, il-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass u lill-partijiet interessati konċernati l-oħra dwar dawn il-pjanijiet. Meta l-Kummissjoni tqis li Pjan mhux effikaċi biex itaffi r-riskji kif identifikati fil-valutazzjoni tar-riskji jew mhux konsistenti max-xenarji tar-riskji jew mal-Pjanijiet tal-Istati Membri l-oħra, jew li ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew ma' dispożizzjonijiet oħra tal-liġi Komunitarja, għandha titlob reviżjoni tal-Pjan.

6. Fi żmien sitt xhur wara n-notifika tal-pjanijiet mill-Awtoritajiet Kompetenti, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjanijiet tal-Istati Membri kollha kif ukoll il-pjanijiet reġjonali konġunti kollha. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ENTSO-G, l-ACER, il-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass u lill-partijiet interessati konċernati l-oħra dwar dawn il-pjanijiet. Meta l-Kummissjoni tqis li pjan mhux effikaċi biex itaffi r-riskji kif identifikati fil-valutazzjoni tar-riskji jew mhux konsistenti max-xenarji tar-riskji jew mal-pjanijiet tal-Istati Membri l-oħra jew ma' pjanijiet reġjonali oħrajn, jew li ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew ma' dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni Ewropea, għandha titlob reviżjoni tal-pjan.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Pjan ta' Azzjoni Preventiva għandu jqis l-effikaċja ekonomika, l-effetti fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija u l-impatt ambjentali.

3. Il-Pjan ta' Azzjoni Preventiva għandu jqis l-effiċjenza skont in-nefqa, l-effikaċja ekonomika, il-kompetizzjoni ġusta, l-effetti fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija u l-impatt ambjentali.

Ġustifikazzjoni

L-idea tal-effiċjenza fil-kuntest tal-ispiża tiddefinixxi aħjar li l-Pjan ta' Azzjoni Preventiva għandu jqis il-fatt li l-għan għandu jintlaħaq bl-iktar spiża baxxa.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sa mhux aktar tard [mill-31 ta' Marzu 2014; tliet snin wara d-dħul fis-seħħ], l-Awtorità Kompetenti għandha tiżgura li fil-każ ta' xkiel fl-akbar infrastruttura tal-provvista tal-gass, l-infrastruttura li tibqa' (N-1) ikollha l-kapaċità li tforni l-volum neċessarju ta' gass biex tissodisfa d-domanda totali għall-gass taż-żona kkalkulata matul perjodu ta' sittin jum ta' domanda eċċezzjonalment għolja għall-gass matul l-iksaħ perjodu li statistikament iseħħ kull għoxrin sena.

1. Sa ...*, l-Awtorità Kompetenti għandha tiżgura li fil-każ ta' xkiel fil-flussi fl-akbar punt ta' dħul tat-trażmissjoni tal-gass, l-infrastruttura disponibbli (N-1) ikollha l-kapaċità li tforni l-volum neċessarju ta' gass biex tissodisfa d-domanda għall-gass tal-klijenti protetti fiż-żona kkalkulata matul jum ta' domanda eċċezzjonalment għolja għall-gass matul l-iksaħ perjodu li statistikament iseħħ kull għoxrin sena.

 

* ĠU jekk jogħġobkom daħħlu d-data: 6 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

The deadline of 3 years proposed in the draft regulation is unrealistic. Significant investments in new infrastructure to meet N-1, as will have to be carried out in particular in Central and South-Eastern European countries, require at least 5 to 6 years, depending on their scope. Article 6 paragraph 1 will generate huge investment needs in new capacities and as a result increasing prices for final customers, if not restricted to the absolutely necessary. In order to be consistent with the supply standard in Article 7, the N-1 rule should reflect the gas demand of the protected customers only.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jippermettu kapaċità fiżika permanenti għat-trasport tal-gass fiż-żewġ direzzjonijiet fl-interkonessjonijiet kollha fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ħlief f'każijiet fejn fuq talba tal-Awtorità Kompetenti, il-Kummissjoni tiddeċiedi li ż-żieda ta' kapaċità ta' fluss bidirezzjonali ma ssaħħaħx is-sigurtà tal-provvista ta' kwalunkwe Stat Membru. Din id-deċiżjoni tista' tiġi eżaminata mill-ġdid jekk jinbidlu ċ-ċirkustanzi. Il-livell tal-kapaċità bidirezzjonali tal-fluss għandha tintlaħaq b'mod ekonomikament effikaċi u tal-anqas tqis il-kapaċità meħtieġa biex jintlaħaq l-istandard tal-provvista stipulat fl-Artikolu 7. Fi żmien dak il-perjodu ta' sentejn, l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni tal-gass għandu jadatta l-funzjonament tas-sistema sħiħa tat-trażmissjoni ħalli jippermetti flussi bidirezzjonali tal-gass.

5. Jekk ikun hemm bżonn skont il-valutazzjoni tar-riskji u tal-impatt imwettqa skont l-Artikolu 8, waqt li jitqiesu l-fattibilità teknika u analiżi tal-ispejjeż meta mqabbla mal-benefiċċji, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom, sa ...*, jippermettu kapaċità fiżika permanenti għat-trasport tal-gass fiż-żewġ direzzjonijiet f'dawk l-interkonnessjonijiet fejn iż-żieda ta' kapaċità ta' fluss bidirezzjonali ssaħħaħ is-sigurtà tal-provvista, b'mod partikolari matul emerġenza. Din il-valutazzjoni tista' tiġi eżaminata mill-ġdid jekk jinbidlu ċ-ċirkustanzi. Fi żmien dak il-perjodu ta' tliet snin, l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni tal-gass għandu, skont il-valutazzjoni tar-riskju u tal-impatt magħmula skont l-Artikolu 8, billi jitqiesu l-fattibilità teknika u l-evalwazzjoni tal-ispejjeż kollha u l-benefiċċji, jadatta l-funzjonament tas-sistema sħiħa tat-trażmissjoni ħalli jippermetti flussi bidirezzjonali tal-gass.

 

* ĠU jekk jogħġobkom daħħlu d-data: tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

M’għandhiex tiġi rikjesta l-impożizzjoni ta’ kapaċità fiżika permanenti għat-trasport tal-gass fiż-żewġ direzzjonijiet fl-interkonnessjonijiet kollha mingħajr l-ewwel jiġi vvalutat jekk huwiex teknikament u/jew ekonomikament possibbli jew xieraq f'ċirkustanzi individwali. Hemm bżonn ta’ valutazzjoni minn qabel tar-riskji u tal-impatt sabiex jiġu evitati spejjeż mhux meħtieġa li jkollhom jiġġarbu mill-klijenti finali.

Il-perjodu ta' sentejn biex ikun hemm il-kapaċità fiżika permanenti jista' jintlaħaq biss jekk huma meħtieġa bidliet żgħar fl-infrastruttura. Bidliet ikbar, eż. l-installazzjoni ta' makkinarju ġdid għall-kompressjoni, jieħdu iktar żmien.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Awtorità Kompetenti għandha tieħu miżuri biex tiżgura l-forniment tal-gass lill-klijenti protetti tal-Istat Membru f'każ ta':

1. L-Awtorità Kompetenti għandha tesiġi li l-impriżi tal-provvista jiżguraw il-forniment tal-gass lill-klijenti protetti tal-Istat Membru f'każ ta':

Ġustifikazzjoni

It should be a primary obligation of the supply undertakings to ensure supply standards. The supply standard causes additional costs to be borne by the protected customers. The period to be covered by the supply standard should not be longer than absolutely necessary to avoid disproportionate costs and hampering of the competitiveness of gas as a low carbon fuel. In the last approx. 40 years since the large infrastructure for transmission of natural gas to Europe was built, the only major supply interruption lasted 13 days. A period of thirty days for the supply standard would therefore be more than sufficient to cover all eventualities and would decrease costs significantly. A thirty day period also seems long enough to restore gas supplies or implement additional measures, such as supplies via reverse flows.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) kwalunkwe perjodu ta' sittin jum ta' domanda eċċezzjonalment għolja għall-gass matul perjodi bl-iksaħ temp li statistikament iseħħ kull għoxrin sena.

b) kwalunkwe perjodu ta' tletin jum ta' domanda eċċezzjonalment għolja għall-gass matul perjodi bl-iksaħ temp li statistikament iseħħ kull għoxrin sena.

Ġustifikazzjoni

It should be a primary obligation of the supply undertakings to ensure supply standards. The supply standard causes additional costs to be borne by the protected customers. The period to be covered by the supply standard should not be longer than absolutely necessary to avoid disproportionate costs and hampering of the competitiveness of gas as a low carbon fuel. 40 years since the large infrastructure for transmission of natural gas to Europe was built, the only major supply interruption lasted 13 days. A period of thirty days for the supply standard would therefore be more than sufficient to cover all eventualities and would decrease costs significantly. A thirty day period also seems long enough to restore gas supplies or implement additional measures, such as supplies via reverse flows.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Awtorità Kompetenti għandha tieħu miżuri biex tiżgura l-forniment tal-gass lill-klijenti protetti għal perjodu ta' sittin jum anki fil-każ ta' Emergenza kif iddefinita fl-Artikolu 9(2). L-Awtorità Kompetenti għandha tibqa' tagħmel ħilitha, għat-tul taż-żmien kollu meħtieġ, sabiex ma twaqqafx il-forniment lill-klijenti protetti.

2. L-Awtorità Kompetenti għandha tesiġi li l-impriżi tal-provvista jiżguraw il-forniment tal-gass lill-klijenti protetti għal perjodu ta' tletin jum anki fil-każ ta' Emergenza kif iddefinita fl-Artikolu 9(2). L-impriżi tal-provvista li jikkooperaw mal-Awtorità Kompetenti, għandhom jibqgħu jagħmlu ħilithom, għat-tul taż-żmien kollu possibbli skont is-sigurtà tal-miżuri tal-provvista tal-gass ibbażata fuq is-suq, sabiex ma jwaqqfux il-forniment lill-klijenti protetti.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun obbligu primarju tal-impriżi tal-provvista li jiżguraw l-istandards tal-provvista. Perjodu ta' tletin jum inaqqas l-ispejjeż tal-klijenti, ara l-Artikolu 7(1).

Is-suq għandu jopera għal kemm ikun possibbli u l-mekkaniżmi bbażati fuq is-suq għandhom jiżviluppaw l-għodda fiżika u kuntrattwali biex ma jitwaqqfux il-provvisti għall-klijenti protetti.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-obbligi imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali biex jissodisfaw l-istandard tal-provvista kif stipulat fil-paragrafu 1 u 2 ma għandhomx ikunu diskriminatorji u ma għandhomx jimponu piż bla bżonn fuq l-impriżi l-ġodda fis-suq u fuq impriżi żgħar.

3. L-obbligi imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali biex jissodisfaw l-istandard tal-provvista kif stipulat fil-paragrafu 1 u 2 ma għandhomx ikunu diskriminatorji u ma għandhomx jimponu piż bla bżonn fuq dawk l-impriżi.

Ġustifikazzjoni

L-objettivi tal-abbozz tar-Regolament jistgħu jintlaħqu biss jekk ir-rwol u r-responsabilitajiet ta' kull attur ikunu definiti b'mod ċar ibbażat fuq standards li japplikaw għall-parteċipanti kollha fis-suq bl-istess livell, inklużi l-impriżi l-ġodda fis-suq u l-impriżi żgħar.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sa mhux aktar tard [mit-30 ta' Settembru 2010; sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ] kull Awtorità Kompetenti għandha tivvaluta bis-sħiħ ir-riskji li jaffettwaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Istat Membru tagħha billi:

1. Sa ...*, kull Awtorità Kompetenti għandha twettaq valutazzjoni tar-riskji u tal-impatt li għandha tkun il-bażi għal:

a) tuża l-istandards speċifikati fl-Artikoli 6 u 7;

a) it-twaqqif tal-profil tar-riskju tal-Istat Membru konċernat waqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi nazzjonali u reġjonali rilevanti kollha;

b) tqis iċ-ċirkustanzi nazzjonali u reġjonali rilevanti kollha;

b) it-twaqqif tal-Pjan ta' Azzjoni Preventiva tal-Istat Membru konċernat;

c) tissimula diversi xenarji ta' domanda eċċezzjonalment għolja u xkiel fil-provvista, bħal ħsara fl-infrastrutturi ewlenin tat-trażmissjoni, il-ħażniet, it-terminals tal-LNG u x-xkiel fil-forniment mingħand fornituri minn pajjiżi terzi;

c) it-twaqqif tal-Pjan ta' Emerġenza tal-Istat Membru konċernat;

 

d) l-identifikazzjoni tal-interazzjoni u l-korrelazzjoni tar-riskji ma' Stati Membri oħra.

L-evalwazzjoni tar-riskju u tal-impatt għandha tkun bbażata fuq l-istandards imsemmija fl-Artikoli 6 u 7 u għandha tinkludi s-simulazzjoni ta' diversi xenarji ta' domanda eċċezzjonalment għolja u/jew xkiel fil-provvista, bħal ħsara fl-infrastrutturi ewlenin tat-trażmissjoni, il-ħażniet, it-terminals tal-LNG u x-xkiel fil-forniment mingħand produtturi minn pajjiżi terzi. Għandhom jitqiesu l-interazzjoni u l-korrelazzjoni tar-riskji ma' Stati Membri oħra.

 

* ĠU jekk jogħġobkom daħħlu d-data: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

The deadline for the risk and impact assessment according to Article 8 paragraph 1 should be the same as in Article 4 paragraph 1. The proposed Regulation sets up strong structural obligations for Member States, as for instance the N-1 rule for infrastructure standard or binding provisions relating to reverse flows. It is necessary to carefully assess the measures proposed in order to avoid that new capacities would remain unused, generating sunk costs and leading to price increases for final customers and impeding the competitiveness of the gas industry as a whole. A risk and impact assessment should therefore be carried out by each Member State in accordance with a common methodology, whilst allowing the Member State to take into account particular national circumstances and specificities where appropriate. The results shall be reflected in preventive action and emergency plans. Similar plans could also be prepared at the regional level.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-valutazzjoni tar-riskji u tal-impatt għandha tqis il-fattibilità teknika u analiżi tal-ispejjeż meta mqabbla mal-benefiċċji. Dan għandu, b'mod partikolari, ikun il-każ qabel kwalunkwe estensjoni potenzjali fil-livell nazzjonali tal-ambitu tal-klijenti protetti oltre l-klijenti domestiċi.

Ġustifikazzjoni

The deadline for the risk and impact assessment according to Article 8 paragraph 1 should be the same as in Article 4 paragraph 1. The proposed Regulation sets up strong structural obligations for Member States, as for instance the N-1 rule for infrastructure standard or binding provisions relating to reverse flows. It is necessary to carefully assess the measures proposed in order to avoid that new capacities would remain unused, generating sunk costs and leading to price increases for final customers and impeding the competitiveness of the gas industry as a whole. A risk and impact assessment should therefore be carried out by each Member State in accordance with a common methodology, whilst allowing the Member State to take into account particular national circumstances and specificities where appropriate. The results shall be reflected in preventive action and emergency plans. Similar plans could also be prepared at the regional level.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. B’segwitu għal rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni bi qbil mal-Artikolu 4(3), jew fil-każ li jitwaqqaf pjan reġjonali konġunt skont l-Artikolu 4(4), l-obbligi stipulati f'dan l-Artikolu jistgħu jiġu ssodisfati fil-livell reġjonali.

Ġustifikazzjoni

The deadline for the risk and impact assessment according to Article 8 paragraph 1 should be the same as in Article 4 paragraph 1. The proposed Regulation sets up strong structural obligations for Member States, as for instance the N-1 rule for infrastructure standard or binding provisions relating to reverse flows. It is necessary to carefully assess the measures proposed in order to avoid that new capacities would remain unused, generating sunk costs and leading to price increases for final customers and impeding the competitiveness of the gas industry as a whole. A risk and impact assessment should therefore be carried out by each Member State in accordance with a common methodology, whilst allowing the Member State to take into account particular national circumstances and specificities where appropriate. The results shall be reflected in preventive action and emergency plans. Similar plans could also be prepared at the regional level.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Sa ...*, kull pjan reġjonali konġunt skont l-Artikolu 4(4) għandu jinkludi valutazzjoni komprensiva tar-riskji għas-sigurtà tal-provvista tal-gass fir-reġjun tiegħu, waqt li jitqiesu l-valutazzjonijiet tar-riskji li jkunu tfasslu qabel mill-Istati Membri parteċipanti.

 

* ĠU jekk jogħġobkom daħħlu d-data: disa’ xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Sa ...*, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni komprensiva tar-riskji għas-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Unjoni Ewropea, waqt li jitqiesu il-valutazzjonijiet tar-riskji li jkunu tfasslu qabel mill-Istati Membri u kwalunkwe pjanijiet reġjonali konġunti.

 

* ĠU jekk jogħġobkom daħħlu d-data: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Jidentifika l-kontribut tal-miżuri mhux abbażi tas-suq ippjanati jew li għandhom jiġu implimentati għal-livell tal-Emerġenza elenkati fl-Anness III u jivvaluta sa fejn huwa meħtieġ l-użu tal-miżuri mhux abbażi tas-suq sabiex tiġi indirizzata l-kriżi, jivvaluta l-effetti tagħhom u jiddefinixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tagħhom;

(7) Jidentifika l-kontribut tal-miżuri mhux abbażi tas-suq ippjanati jew li għandhom jiġu implimentati għal-livell tal-Emerġenza elenkati fl-Anness III, fuq il-bażi ta' analiżi tal-ispejjeż meta mqabbla mal-benefiċċji, jivvaluta sa fejn huwa meħtieġ l-użu tal-miżuri mhux abbażi tas-suq sabiex tiġi indirizzata l-kriżi, u wara li tkun ġiet eżawrita kull soluzzjoni oħra biss sabiex tiġi salvagwardata l-kontinwità tal-provvista tal-gass, jivvaluta l-effetti tagħhom u jiddefinixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tagħhom;

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)Livell ta' twissija bikrija (Twissija Bikrija): Meta jkun hemm informazzjoni konkreta, serja u affidabbli, possibbilment imqanqla mill-Mekkaniżmu ta' Twissija Bikrija, li jista' jseħħ avveniment li jiddeterjora l-kundizzjonijiet tal-provvista;

(1)Livell ta' twissija bikrija (Twissija Bikrija): informazzjoni konkreta, serja u affidabbli tissuġġerixxi li l-kundizzjonijiet tal-provvista jistgħu jiddeterjoraw f'tul ta' żmien qasir. Is-suq huwa mistenni li jsolvi l-problema mingħajr l-intervent tal-Awtorità Kompetenti;

Ġustifikazzjoni

Each crisis level should be explained in detail and clearly distinguished one from the other to avoid any confusion in the event of an emergency. The three-level-approach defined in Directive 2004/67/EC to ensure security of supply (I: companies; II: Member States; III: the Commission), is no longer clearly reflected in the draft Regulation. This principle should be reinstated in the draft Regulation. During the first two crisis stages, the market is fully expected to solve the problem, but during a real crisis/emergency, when market mechanisms alone are insufficient to cope with the crisis, the Member States should be involved.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni għandha tivverifika fi żmien ġimgħa jekk id-dikjarazzjoni ta' Emerġenza hijiex iġġustifikata u jekk timponix piż bla bżonn fuq l-impriżi tal-gass naturali u fuq il-funzjonament tas-suq intern. Il-Kummissjoni tista', partikolarment, titlob lill-Awtorità Kompetenti biex timmodifika l-miżuri li jimponu piż żejjed fuq l-impriżi tal-gass naturali u biex tirtira d-dikjarazzjoni tagħha ta' Emerġenza jekk il-Kummissjoni tqis li ma tkunx għadha ġġustifikata.

6. Il-Kummissjoni għandha tivverifika fi żmien tlett ijiem jekk id-dikjarazzjoni ta' Emerġenza tissodisfax il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2(3) u jekk timponix piż bla bżonn fuq l-impriżi tal-gass naturali u fuq il-funzjonament tas-suq intern. Il-Kummissjoni tista', partikolarment, titlob lill-Awtorità Kompetenti biex timmodifika l-miżuri li jimponu piż żejjed fuq l-impriżi tal-gass naturali u biex tirtira d-dikjarazzjoni tagħha ta' Emerġenza jekk il-Kummissjoni tqis li ma tkunx għadha ġġustifikata.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li jitnaqqas iż-żmien pjanat għax il-konsegwenzi ta' kriżi tal-enerġija huma ta' spiss diġà viżibbli wara ftit ġranet u jistgħu diġà jkollhom effett negattiv fuq l-ekonomija.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Il-Pjanijiet ta' Emerġenza għandhom jiġu aġġornati kull sentejn.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni tista' tiddikjara Emerġenza Komunitarja fuq talba ta' Awtorità Kompetenti jew meta l-Komunità titlef aktar minn 10 % tal-importazzjoni ta' kuljum tal-gass mingħand pajjiżi terzi kif ikkalkulat mill-ENTSO-G. Għandha tiddikjara Emerġenza Komunitarja meta tal-inqas Awtorità Kompetenti waħda tkun iddikjarat Emerġenza wara l-verifika skont l-Artikolu 9(6). Tista' tiddikjara Emerġenza Komunitarja għal reġjuni ġeografiċi speċifiċi affettwati li jkunu jinkludu aktar minn Stat Membru wieħed.

1. Il-Kummissjoni tista' tiddikjara Emerġenza tal-Unjoni fuq talba ta' Awtorità Kompetenti jew meta l-Unjoni titlef aktar minn 10% tal-importazzjoni ta' kuljum tal-gass mingħand pajjiżi terzi – li tammonta għall-konsum ta' kuljum ta' ċerti Stati Membri – kif ikkalkulat mill-ENTSO-G. Għandha tiddikjara Emerġenza tal-Unjoni meta tal-inqas Awtorità Kompetenti waħda tkun iddikjarat Emerġenza wara l-verifika skont l-Artikolu 9(6). Tista' tiddikjara Emerġenza tal-Unjoni għal reġjuni ġeografiċi speċifiċi affettwati li jkunu jinkludu aktar minn Stat Membru wieħed.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li jitfakkar li tnaqqis ta' 10% fl-importazzjoni tal-gass ta' kuljum huwa diġà d-daqs tal-konsum tal-gass ta' kuljum ta' Stat Membru iżgħar, għalhekk huwa importanti li jinżamm il-limitu ta' 10%.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet;

(g) Il-Pjanijiet ta' Azzjoni Preventiva u l-Pjanijiet ta' Emerġenza u l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fihom;

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Awtoritajiet Kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-infomazzjoni kummerċjalment sensittiva.

3. L-Awtoritajiet Kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu struttura biex jiżguraw il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Monitoraġġ

Monitoraġġ mill-Kummissjoni ٱ

Sa [...] il-Kummissjoni, wara li tkun ivvalutat il-Pjanijiet nnotifikati u wara li tikkonsulta mal-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass, għandha tikkonkludi dwar mezzi possibbli biex titjieb is-sigurtà tal-provvista fil-livell Komunitarju u għandha tirrapporta għand il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi, fejn xieraq, rakkomandazzjonijiet għat-titjib ta' dan ir-Regolament.

Sa [...] il-Kummissjoni, wara li tkun ivvalutat il-pjanijiet nnotifikati u wara li tikkonsulta mal-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass, għandha tikkonkludi dwar mezzi possibbli biex titjieb is-sigurtà tal-provvista fil-livell tal-Unjoni u dwar il-bżonn li titwettaq valutazzjoni tar-riskji u li jiġu stabbiliti Pjan ta’ Azzjoni Preventiva u Pjan ta’ Emerġenza fil-livell tal-Unjoni u għandha tirrapporta għand il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi, fejn xieraq, rakkomandazzjonijiet għat-titjib ta' dan ir-Regolament.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ir-rapport għandu jinkludi wkoll analiżi SWOT li titratta r-responsabilità għall-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament biex tiġi ssalvagwardjata s-sigurtà tal-provvista tal-gass. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk dik ir-responsabilità għandhiex tiġi konferita fuq il-Grupp tar-Regolaturi tal-Enerġija Ewropew (ERGEG) iżjed milli fuq l-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 14 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Il-proġett tas-sistema ta’ pajpijiet tal-gass Nabucco

 

L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom jagħtu prijorità partikolari lill-proġett tas-sistema ta’ pajpijiet tal-gass Nabucco fir-rigward tal-profil politiku u l-iffinanzjar tiegħu.

Ġustifikazzjoni

F'regolament li jikkonċerna s-sigurtà tal-provvista tal-gass, id-diversifikazzjoni tal-provvista tal-gass għandu jkollha rwol importanti. F'dan il-kuntest, il-proġett Nabucco għal sistema ta’ pajpijiet għall-gass jista' joffri alternattiva għas-sorsi attwali tal-gass għall-Unjoni Ewropea.

PROĊEDURA

Titolu

Is-sigurtà tal-provvista tal-gass

Referenzi

COM(2009)0363 – C7-0097/2009 – 2009/0108(COD)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

14.9.2009

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Nikolaos Chountis

20.10.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

2.12.2009

21.1.2010

 

 

Data tal-adozzjoni

27.1.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Pascal Canfin, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Rachida Dati, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Vicky Ford, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Enikő Győri, Liem Hoang Ngoc, Othmar Karas, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Werner Langen, Astrid Lulling, Arlene McCarthy, Íñigo Méndez de Vigo, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells

Sostituti (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Sophie Briard Auconie, Danuta Jazłowiecka, Arturs Krišjānis Kariņš, Philippe Lamberts

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (29.1.2010)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta ghal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva 2004/67/KE
(COM(2009)0363 – C7‑0097/2009 – 2009/0108(COD))

Rapporteur: Bogusław Sonik

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fost il-fjuwils fossili kollha l-gass huwa l-inqas fjuwil li jagħmel CO2, u bħala tali, għandu sehem ewlieni fit-tranżizzjoni tal-Ewropa lejn sistema ta' enerġija b'livell baxx ta' karbonju. Illum, kwart tal-konsum tal-enerġija primarja tal-Ewropa jikkonsisti f’gass, u kważi 60% tal-gass huwa importat.[1] Għalkemm il-miri għall-2020 tal-UE għall-għejun tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ser jikkontribwixxu biex iż-żieda fid-domanda għall-gass tiġi stabbilizzata, it-tnaqqis fil-produzzjoni domestika xorta jwassal għal sitwazzjoni fejn id-dipendenza tal-UE fuq l-importazzjoni tal-gass tistaġna jew saħansitra tkompli tiżdied. Il-kriżijiet tal-gass bejn ir-Russja u l-Ukraina f'Jannar 2009, fejn 30% tal-importazzjoni tal-Ewropa inqatgħet għal ġimgħatejn, uriet biċ-ċar li fiċ-ċirkustanzi preżenti ta' dipendenza dejjem akbar fuq l-importazzjoni u ta' riskju dejjem akbar f'dik li hi provvista u ġarr, id-Direttiva attwali dwar is-sigurtà tal-provvista tal-gass[2] m’għadhiex suffiċjenti u jeħtieġ li tiġi riveduta. Barra minn hekk irridu nenfasizzaw li għal xi wħud mill-Istati Membri, ix-xkiel fil-provvista f’Jannar 2009 żamm wieqaf il-100% tal-importazzjoni tagħhom tal-gass mir-Russja u għad hemm Stat Membru li s-sitwazzjoni tiegħu wara l-qtugħ fil-provvista tal-gass għadha ma qagħditx.

Dawk iċ-ċirkustanzi juruna għalkollox li l-proċess tal-bini ta’ suq intern tal-enerġija li jkun liberallizzat kompletament għadu mhux komplut u li hemm ħtieġa urġenti li jiġu stabbiliti miżuri li jsaħħu s-sigurtà tal-provvista tal-gass ġo l-UE.

Rigward kwistjonijiet ambjentali, ir-rapporteur għal opinjoni hu tal-fehma li s-sigurtà tal-provvista trid tiġi rikonċiljata mal-ħarsien ambjentali biex l-Ewropa tkun ipprovduta l-enerġija fuq bażi sostenibbli:

§ L-impatt ambjentali tal-miżuri proposti mil-lat ta’ provvista u domanda għandhom jitqiesu kif jixraq. Anke f’sitwazzjoni ta’ emerġenza għandha tingħata preferenza lill-miżuri li jkollhom l-inqas impatt fuq l-ambjent.

§ Għandu jiġi nnutat li qlib mill-gass għall-fjuwils jirrużulta f’aktar emissjonijiet ta' gassijiet serra meta l-gass jiġi sostitwit minn pereżempju faħam jew żejt użat bħala fjuwil.

§ L-iffrankar tal-enerġija u l-effiċjenza enerġetika għandhom irwol ċentrali fil-prevenzjoni tal-kriżijiet u biex il-ħsara tagħhom tittaffa, għalhekk miżuri bħal dawn għandhom jiġu enfasizzati aktar. F’dan ir-rigward għandha tingħata attenzjoni partikulari lin-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar dak li hu msejjaħ il-pakkett tal-effiċjenza enerġetika, jiġifieri l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini[3] u l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra[4].

§ L-irwol tal-għejun tal-enerġija indiġeni sostenibbli għandu jkun enfasizzat aħjar. L-integrazzjoni tal-gass minn għejun rinnovabbli tal-enerġija fl-infrastruttura tan-netwerk tal-gass għandha tiġi ffaċilitata.

§ L-introduzzjoni ta’ infrastruttura ġdida tal-enerġija għandha ssir wara li tkun saret valutazzjoni xierqa tal-impatt ambjentali meta dan ikun meħtieġ minn leġiżlazzjoni speċifika b’mod partikulari mid-Direttiva 2001/42/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, u bir-rispett li jixraq lill-ambjent u b’mod partikulari liż-żoni ta’ natura mħarsa skont Natura 2000.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-waqfien tal-akbar infrastruttura tal-gass jew tas-sors tal-provvista tal-gass, l-hekk imsejjaħ prinċipju N-1, huwa possibbiltà reali. L-użu tal-waqfien ta' din l-infrastruttura jew sors tal-provvista tal-gass bħala livell ta' referenza għal dak li l-Istati Membri għandhom ikunu f'pożizzjoni li jikkumpensaw, huwa punt ta' tluq validu għall-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista tal-gass tagħhom.

(8) Il-waqfien tal-akbar infrastruttura tal-gass, l-hekk imsejjaħ prinċipju N-1, huwa possibbiltà reali. L-użu tal-waqfien ta' din l-infrastruttura bħala livell ta' referenza għal dak li l-Istati Membri għandhom ikunu f'pożizzjoni li jikkumpensaw, huwa punt ta' tluq validu għall-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista tal-gass tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Il-kriżi tal-gass fil-bidu tas-sena 2009 wriet li l-impriżi huma f’pożizzjoni li jiggarantixxu l-provvista anke fil-każ ta’ waqfien ta’ xi sors ta’ provvista tal-gass.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Infrastruttura suffiċjenti għall-gass fi Stat Membru u madwar il-Komunità hija essenzjali sabiex jiġu indirizzati l-interruzzjonijiet fil-provvista. Kriterji komuni minimi dwar is-sigurtà tal-provvista tal-gass għandhom jiżguraw kundizzjonijiet indaqs għas-sigurtà tal-provvista tal-gass u għandhom joħolqu inċentivi sinifikanti biex tinbena l-infrastruttura meħtieġa u biex jitjieb il-livell ta' tħejjija f'każ ta' kriżi. Miżuri min-naħa tad-domanda, bħal ma huwa l-bdil tal-fjuwil, jista' jkollhom rwol importanti fl-iżgurar tas-sigurtà tal-enerġija meta dawn ikunu jistgħu jiġu applikati malajr u jnaqqsu b'mod konsiderevoli d-domanda b'reazzjoni għal xkiel fil-provvista.

(9) Infrastruttura suffiċjenti għall-gass fi Stat Membru u madwar il-Komunità hija essenzjali sabiex jiġu indirizzati l-interruzzjonijiet fil-provvista. Kriterji komuni minimi dwar is-sigurtà tal-provvista tal-gass għandhom jiżguraw kundizzjonijiet indaqs għas-sigurtà tal-provvista tal-gass u għandhom joħolqu inċentivi sinifikanti biex tinbena l-infrastruttura meħtieġa u biex jitjieb il-livell ta' tħejjija f'każ ta' kriżi. Miżuri min-naħa tad-domanda, bħal ma huwa l-bdil tal-fjuwil, jista' jkollhom rwol importanti fl-iżgurar tas-sigurtà tal-enerġija meta dawn ikunu jistgħu jiġu applikati malajr u jnaqqsu b'mod konsiderevoli d-domanda b'reazzjoni għal xkiel fil-provvista. Għandu jiġi nnutat, madankollu, li qlib għall-fjuwils fossili jirrużulta f’emissjonijiet ogħla ta' gassijiet serra. L-użu effiċjenti tal-enerġija bħala miżura min-naħa tad-domanda għandu jkompli jiġi promoss aktar. L-impatt ambjentali tal-miżuri proposti rigward in-naħa tad-domanda u l-provvista għandu jitqies kif jixraq u għandha tingħata preferenza lill-miżuri li għandhom l-inqas impatt fuq l-ambjent. Kull investiment fl-infrastruttura għandu jsir bir-rispett li jixraq għall-ambjent u għall-acquis communautaire relatat.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-investimenti f'infrastruttura ġdida tal-gass għandhom jiġu promossi bil-qawwa. Għandhom isaħħu s-sigurtà tal-provvista tal-gass filwaqt li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass naturali. Meta investiment infrastrutturali jkun ta' tip transkonfinali, l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija stabbilita bir-Regolament (KE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("ACER") u n-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistema tat-Trażmissjoni tal-Gass ("ENTSO-G") għandhom ikunu involuti mill-qrib ħalli jqisu aħjar l-implikazzjonijiet transkonfinali.

(10) L-investimenti f'infrastruttura ġdida tal-gass għandhom jiġu promossi bil-qawwa u għandhom isiru biss wara li tkun saret valutazzjoni xierqa tal-impatt ambjentali. Din l-infrastruttura ġdida għandha ssaħħaħ is-sigurtà tal-provvista tal-gass filwaqt li tiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass naturali. L-investimenti, bħala kwistjoni ta' prinċipju fundamentali, għandhom isiru min-naħa tal-impriżi u jkunu bbażati fuq inċentivi ekonomiċi. L-integrazzjoni tal-gass minn għejun rinnovabbli tal-enerġija fl-infrastruttura tan-netwerk tal-gass għandha tiġi ffaċilitata. Meta investiment infrastrutturali jkun ta' tip transkonfinali, l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija stabbilita bir-Regolament (KE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("ACER") u n-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistema tat-Trażmissjoni tal-Gass ("ENTSO-G") għandhom ikunu involuti mill-qrib ħalli jqisu aħjar l-implikazzjonijiet transkonfinali.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Sorsi differenti ta' finanzjament Komunitarju huma disponibbli biex jgħinu lill-Istati Membri jiffinanzjaw l-investiment meħtieġ fil-produzzjoni u l-infrastruttura indiġena, speċjalment self u garanziji mill-Bank Ewropew tal-Investiment jew finanzjament mill-fondi reġjonali, strutturali jew ta' koeżjoni. Il-Bank Ewropew tal-Investiment kif ukoll l-istrumenti esterni tal-Komunità bħall-ENPI, l-IPA u d-DCI jistgħu wkoll jiffinanzjaw azzjonijiet f'pajjiżi terzi sabiex titjieb is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija.

(11) Sorsi differenti ta' finanzjament Komunitarju huma disponibbli biex jgħinu lill-Istati Membri jiffinanzjaw l-investiment meħtieġ fil-produzzjoni, l-infrastruttura u l-miżuri ta' effiċjenza enerġetika indiġeni, speċjalment self u garanziji mill-Bank Ewropew tal-Investiment jew finanzjament mill-fondi reġjonali, strutturali jew ta' koeżjoni. Il-Bank Ewropew tal-Investiment kif ukoll l-istrumenti esterni tal-Komunità bħall-ENPI, l-IPA u d-DCI jistgħu wkoll jiffinanzjaw azzjonijiet f'pajjiżi terzi sabiex titjieb is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Il-finanzjament mill-Komunità huwa partikolarment importanti biex tittejjeb l-interkonnettività tar-reġjuni u l-Istati Membri li huma kkunsidrati bħala “gżejjer tal-enerġija”.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Id-definizzjoni eżatta tal-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-impriżi tal-gass naturali u l-Awtoritajiet Kompetenti kollha hija għalhekk kruċjali biex ma jiqafx il-funzjonament tas-suq intern, partikolarment waqt xkiel fil-provvista u f'sitwazzjonijiet ta' kriżi.

(15) Id-definizzjoni eżatta tar-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-impriżi tal-gass naturali, l-Awtoritajiet Kompetenti kollha kif ukoll tal-Kummissjoni hija għalhekk kruċjali biex ma jiqafx il-funzjonament tas-suq intern, partikolarment waqt xkiel fil-provvista u f'sitwazzjonijiet ta' kriżi.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' tħejjija f'każ ta' xkiel fil-provvista, għandhom jiġu stabbiliti Pjanijiet ta' Emerġenza mill-impriżi kollha tal-gass naturali flimkien mal-Awtoritajiet Kompetenti. Dawn il-pjanijiet għandhom ikunu konsistenti ma' xulxin. Il-kontenut tagħhom għandu jsegwi l-aħjar prattiki fost il-pjanijiet eżistenti u għandu jiddefinixxi rwoli u responsabbiltajiet ċari għall-impriżi tal-gass naturali u l-Awtoritajiet Kompetenti kollha konċernati. Għandhom jiġu stabbiliti pjanijiet konġunti ta' emerġenza fil-livell reġjonali kull fejn possibbli u neċessarju.

(22) Sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' tħejjija f'każ ta' xkiel fil-provvista, għandhom jiġu stabbiliti Pjanijiet ta' Emerġenza mill-impriżi kollha tal-gass naturali flimkien mal-Awtoritajiet Kompetenti. Dawn il-pjanijiet għandhom ikunu konsistenti ma' xulxin fil-livell nazzjonali, reġjonali u Komunitarju. Il-kontenut tagħhom għandu jsegwi l-aħjar prattiki fost il-pjanijiet eżistenti u għandu jiddefinixxi rwoli u responsabbiltajiet ċari għall-impriżi tal-gass naturali u l-Awtoritajiet Kompetenti kollha konċernati. Għandhom jiġu stabbiliti pjanijiet konġunti ta' emerġenza fil-livell reġjonali kull fejn possibbli u neċessarju.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Sabiex tissaħħaħ is-solidarjetà bejn l-Istati Membri f'każ ta' Emerġenza Komunitarja u partikolarment sabiex jiġu megħjuna l-Istati Membri li huma esposti għal kundizzjonijiet ġeografiċi u ġeoloġiċi anqas favorevoli, l-Istati Membri għandhom joħolqu miżuri speċifiċi ħalli juru solidarjetà, fosthom miżuri bħal ftehimiet kummerċjali bejn impriżi tal-gass, mekkaniżmi ta' kumpens, esportazzjonijiet akbar ta' gass jew rilaxx akbar mill-ħażniet. Miżuri ta' solidarjetà jistgħu jkunu partikolarmenti xierqa bejn l-Istati Membri li għalihom il-Kummissjoni tirrakkomanda l-istabbiliment ta' azzjonijiet konġunti preventivi jew ta' pjanijiet ta' emerġenza fil-livell reġjonali.

23) Sabiex tissaħħaħ is-solidarjetà bejn l-Istati Membri f'każ ta' Emerġenza Komunitarja u partikolarment sabiex jiġu megħjuna l-Istati Membri li huma esposti għal kundizzjonijiet ġeografiċi u ġeoloġiċi anqas favorevoli, pereżempju l-Istati Membri li huma “gżejjer tal-enerġija”, l-Istati Membri għandhom joħolqu miżuri speċifiċi ħalli juru solidarjetà, kif hemm imsemmi fl-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fosthom miżuri bħal ftehimiet kummerċjali bejn impriżi tal-gass, mekkaniżmi ta' kumpens, esportazzjonijiet akbar ta' gass jew rilaxx akbar mill-ħażniet. Miżuri ta' solidarjetà jistgħu jkunu partikolarmenti xierqa bejn l-Istati Membri li għalihom il-Kummissjoni tirrakkomanda l-istabbiliment ta' azzjonijiet konġunti preventivi jew ta' pjanijiet ta' emerġenza fil-livell reġjonali. Għandhom jiġu promossi l-ftehimiet kummerċjali bejn l-impriżi, ibbażati fuq l-istabbiliment ta’ pjanijiet konġunti ta’ azzjoni preventiva u ta' emerġenza.

Ġustifikazzjoni

M’għandhomx jiġu stabbiliti rekwiżiti vinkolanti fir-rigward tal-possibilità ta’ miżuri ta’ solidarjetà jew arranġamenti ta’ kumpens.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri bl-għan li jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb u kontinwu tas-suq intern tal-gass billi jipprovdu għal definizzjoni u attribuzzjoni ċari tar-responsabbiltajiet u għal koordinazzjoni tar-reazzjoni fil-livell tal-Istati Membri u l-Komunità kemm fir-rigward tal-azzjoni preventiva kif ukoll tar-reazzjoni għal xkiel konkret fil-provvista.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri bl-għan li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass billi jiżguraw l-funzjonament tajjeb u kontinwu tas-suq intern tal-gass u billi jistabbilixxu miżuri eċċezzjonali li jridu jiġu implimentati meta s-suq ma jkunx jista’ jwassal aktar il-provvisti tal-gass meħtieġa billi jipprovdi għal definizzjoni u attribuzzjoni ċari tar-responsabbiltajiet u għal koordinazzjoni tar-reazzjoni fil-livell tal-Istati Membri u l-Komunità kemm fir-rigward tal-azzjoni preventiva kif ukoll tar-reazzjoni għal waqfien konkret fil-provvista jew theddidiet serji u li jitwemmnu ta' waqfien bħal dan, fl-ispirtu tas-solidarjetà bejn l-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Waqfien konkret tal-provvista m’għandux ikun l-unika raġuni għal reazzjoni; anke theddidiet serji u li jitwemmnu ta' waqfien għandhom iġiegħlu li ssir reazzjoni. L-ispirtu ta’ solidarjetà għandu jiġi enfasizzat fir-Regolament, skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2009.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) "klijenti protetti" tfisser il-klijenti domestiċi kollha li diġà huma konnessi ma' netwerk tad-distribuzzjoni tal-gass, u jekk l-Istat Membru konċernat jiddeċiedi hekk, tista' tinkludi wkoll l-impriżi żgħar u ta' daqs medju, l-iskejjel u l-isptarijiet sakemm dawn diġà huma konnessi ma' netwerk tad-distribuzzjoni tal-gass;

(1) "klijenti protetti" tfisser il-klijenti domestiċi kollha li diġà huma konnessi ma' netwerk tad-distribuzzjoni tal-gass, u jekk l-Istat Membru konċernat jiddeċiedi hekk, tista' tinkludi wkoll klijenti oħrajn, bħall-impriżi żgħar u ta' daqs medju, l-iskejjel u l-isptarijiet kif ukoll istituzzjonijiet oħrajn li jipprovdu servizzi pubbliċi mediċi, soċjali u edukattivi sakemm dawn diġà huma konnessi ma' netwerk tad-distribuzzjoni tal-gass;

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jiddefinixxu l-lista tal-klijenti protetti fil-livell tal-leġiżlazzjoni nazzjonali skont il-ħtiġijiet tagħhom u jkomplu jestendu l-ambitu tal-konsumaturi protetti jekk jidhrilhom li dan ikun meħtieġ.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-miżuri li jaqgħu fil-kompetenza tagħha li huma pprovduti f’dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri għandhom jinkludu, b’mod partikolari, il-valutazzjoni annwali tar-riskji msemmija fl-Artikolu 8(1a) u l-monitoraġġ kontinwu tas-sigurtà tal-provvista tal-gass fil-livell Komunitarju.

Ġustifikazzjoni

Minħabba n-natura transkonfinali tal-kriżijiet tal-gass, anke l-prevenzjoni u t-tħejjija għandhom jiġu organizzati fil-livell tal-Kummissjoni/Komunità.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sa mhux aktar tard [mill-31 ta' Marzu 2011; 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ], l-Awtorità Kompetenti, wara konsultazzjoni mal-impriżi tal-gass naturali, l-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti domestiċi u industrijali, u mal-awtorità regolatorja, meta din ma tkunx l-Awtorità Kompetenti, għandha tistabbilixxi:

1. Sa mhux aktar tard [mill-31 ta' Marzu 2011; 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ], l-Awtorità Kompetenti, wara konsultazzjoni mal-impriżi tal-gass naturali, l-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti domestiċi, il-klijenti industrijali u parteċipanti interessati oħrajn, u mal-awtorità regolatorja, meta din ma tkunx l-Awtorità Kompetenti, u skont il-paragrafu 2, għandha tistabbilixxi:

Ġustifikazzjoni

Minħabba n-natura transkonfinali tal-kriżijiet tal-gass, il-prevenzjoni tal-kriżijiet u t-tħejjija għalihom għandhom jiġu kkoordinati aħjar fil-livell Komunitarju. L-obbligu li jiġu kkonsultati l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u l-Kummissjoni għandu jkompli jiġi enfasizzat.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Qabel jadottaw dawn il-Pjanijiet l-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jaqsmu l-informazzjoni u jikkonsulatw lil xulxin u lill-Kummisjoni biex jiżguraw li l-Pjanijiet u l-miżuri tagħhom huma konsistenti ma' xulxin fil-livell reġjonali xieraq. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom tal-anqas ikopru l-interkonnessjonijiet, il-provvisti transkonfinali, il-ħażniet transkonfinali u l-kapaċità fiżika għat-trasport tal-gass fiż-żewġ direzzjonijiet.

2. Qabel jadottaw dawn il-Pjanijiet l-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jaqsmu l-informazzjoni u jikkonsulatw lil xulxin u lill-Kummisjoni biex jiżguraw li l-Pjanijiet u l-miżuri tagħhom huma konsistenti ma' xulxin fil-livell reġjonali u Komunitarju xieraq. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom tal-anqas ikopru l-interkonnessjonijiet, il-provvisti transkonfinali, il-ħażniet transkonfinali u l-kapaċità fiżika għat-trasport tal-gass fiż-żewġ direzzjonijiet kif ukoll restrizzjonijiet kuntrattwali għall-forniment ta' provvisti transkonfinali. Waqt li jkunu għaddejjin il-konsultazzjonijiet, il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva għandha tkun salvagwarjata.

Ġustifikazzjoni

Minħabba n-natura transkonfinali tal-kriżijiet tal-gass, anke l-prevenzjoni tal-kriżijiet u t-tħejjija għalihom għandhom jiġu organizzati fil-livell Komunitarju. L-awtorità kompetenti f’din il-materja għandha tkun il-Kummissjoni Ewropea.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Matul il-proċess imsemmi fil-paragrafu 2 il-Kummissjoni tista' tirrakkomanda f'liema livell reġjonali għandhom isiru l-iskambju tal-informazzjoni u l-konsultazzjonijiet. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni man-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistema tat-Trażmissjoni tal-Gass ("ENTSO-G") u l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija ("ACER"), tista' wkoll tirrakkomanda l-istabbiliment ta' Pjan konġunt fil-livell reġjonali.

3. Matul il-proċess imsemmi fil-paragrafu 2 il-Kummissjoni tista' tirrakkomanda f'liema livell reġjonali għandhom isiru l-iskambju tal-informazzjoni u l-konsultazzjonijiet. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni man-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistema tat-Trażmissjoni tal-Gass ("ENTSO-G") u l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija ("ACER") jekk ikun meħtieġ, tista' wkoll tirrakkomanda jew titlob l-istabbiliment ta' Pjan konġunt fil-livell reġjonali.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-miżuri biex jiġu ssodisfati l-istandards tal-infrastruttura u l-provvista, kif stipulati fl-Artikoli 6 u 7; dawn il-miżuri għandhom jinkludu tal-anqas l-ippjanar biex jintlaħaq l-istandard N-1, il-volumi u l-kapaċitajiet meħtieġa għall-forniment tal-klijenti protetti fil-perjodi ta' domanda għolja ddefiniti, il-miżuri min-naħa tad-domanda u l-obbligi imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali u entitajiet rilevanti oħra;

(a) il-miżuri biex jiġu ssodisfati l-istandards tal-infrastruttura u l-provvista, kif stipulati fl-Artikoli 6 u 7; dawn il-miżuri għandhom jinkludu tal-anqas l-ippjanar biex jintlaħaq l-istandard N-1, il-volumi u l-kapaċitajiet meħtieġa għall-forniment tal-klijenti protetti fil-perjodi ta' domanda għolja ddefiniti filwaqt li jkunu konformi mad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent1 u d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent2, il-miżuri min-naħa tad-domanda u l-obbligi imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali u entitajiet rilevanti oħra;

 

1. ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30.

 

2. ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sa mhux aktar tard [mill-31 ta' Marzu 2014; tliet snin wara d-dħul fis-seħħ], l-Awtorità Kompetenti għandha tiżgura li fil-każ ta' xkiel fl-akbar infrastruttura tal-provvista tal-gass, l-infrastruttura li tibqa' (N-1) ikollha l-kapaċità li tforni l-volum neċessarju ta' gass biex tissodisfa d-domanda totali għall-gass taż-żona kkalkulata matul perjodu ta' sittin jum ta' domanda eċċezzjonalment għolja għall-gass matul l-iksaħ perjodu li statistikament iseħħ kull għoxrin sena.

1. Sal- [31 ta' Marzu 2016; ħames snin wara d-dħul fis-seħħ], l-Awtorità Kompetenti għandha tiżgura li fil-każ ta' xkiel fl-akbar infrastruttura tal-provvista tal-gass, l-infrastruttura li tibqa' (N-1) ikollha l-kapaċità li tforni l-volum neċessarju ta' gass biex tissodisfa d-domanda totali għall-gass taż-żona kkalkulata matul perjodu ta' sittin jum ta' domanda eċċezzjonalment għolja għall-gass matul l-iksaħ perjodu li statistikament iseħħ kull għoxrin sena.

Ġustifikazzjoni

Mil-lat tekniku, huwa impossibbli li tintroduċi l-infrastruttura meħtieġa u li tadatta sistemi sħaħ ta’ trażmissjoni fi tliet snin.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jippermettu kapaċità fiżika permanenti għat-trasport tal-gass fiż-żewġ direzzjonijiet fl-interkonessjonijiet kollha fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ħlief f'każijiet fejn fuq talba tal-Awtorità Kompetenti, il-Kummissjoni tiddeċiedi li ż-żieda ta' kapaċità ta' fluss bidirezzjonali ma ssaħħaħx is-sigurtà tal-provvista ta' kwalunkwe Stat Membru. Din id-deċiżjoni tista' tiġi eżaminata mill-ġdid jekk jinbidlu ċ-ċirkustanzi. Il-livell tal-kapaċità bidirezzjonali tal-fluss għandha tintlaħaq b'mod ekonomikament effikaċi u tal-anqas tqis il-kapaċità meħtieġa biex jintlaħaq l-istandard tal-provvista stipulat fl-Artikolu 7. Fi żmien dak il-perjodu ta' sentejn, l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni tal-gass għandu jadatta l-funzjonament tas-sistema sħiħa tat-trażmissjoni ħalli jippermetti flussi bidirezzjonali tal-gass.

5. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jippermettu kapaċità fiżika permanenti għat-trasport tal-gass fiż-żewġ direzzjonijiet fl-interkonessjonijiet kollha fi żmien erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ħlief f'każijiet fejn fuq talba tal-Awtorità Kompetenti, il-Kummissjoni tiddeċiedi li ż-żieda ta' kapaċità ta' fluss bidirezzjonali ma ssaħħaħx is-sigurtà tal-provvista ta' kwalunkwe Stat Membru. Din id-deċiżjoni tista' tiġi eżaminata mill-ġdid jekk jinbidlu ċ-ċirkustanzi. Il-livell tal-kapaċità bidirezzjonali tal-fluss għandha tintlaħaq b'mod ekonomikament effikaċi u tal-anqas tqis il-kapaċità meħtieġa biex jintlaħaq l-istandard tal-provvista stipulat fl-Artikolu 7. Fi żmien dak il-perjodu ta' erba' snin, l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni tal-gass għandu jadatta l-funzjonament tas-sistema tat-trażmissjoni ħalli jippermetti flussi bidirezzjonali tal-gass. L-operatur tat-trażmissjoni tal-gass għandu jtejjeb l-infrastruttura sabiex jiżgura li l-ħruġ tal-metanu mis-sistema tal-pajpijiet u mill-impjanti tal-kompressuri jiġu minimizzati.

Ġustifikazzjoni

Mil-lat tekniku, huwa impossibbli li jiġu adattati sistemi sħaħ ta’ trażmissjoni bil-għan li jkunu jistgħu jseħħu flussi bidirezzjonali.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali għandhom iqisu l-ispejjeż tal-issodisfar tal-istandard N-1 u l-ispejjeż biex il-kapaċità fiżika permanenti tkun tista' tittrasporta gass fiż-żewġ direzzjonijiet meta japprovaw it-tariffi f'konformità mal-Artikolu 41(8) tad-Direttiva [.../...KE].Fil-każ ta' spejjeż imġarrba f'aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri konċernati għandhom jiddeċiedu flimkien dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż. Għandu japplika l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru .../…

7. L-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali għandhom iqisu l-ispejjeż tal-issodisfar tal-istandard N-1 u l-ispejjeż biex il-kapaċità fiżika permanenti tkun tista' tittrasporta gass fiż-żewġ direzzjonijiet meta japprovaw it-tariffi f'konformità mal-Artikolu 41(8) tad-Direttiva [.../...KE]. Fil-każ ta' spejjeż imġarrba f'aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri konċernati għandhom jiddeċiedu flimkien dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż. Għandu japplika l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru .../… Għandha tiġi eżaminata l-possibilità li jsir kofinanzjament għat-titjib tal-interkonnettività minn fondi Komunitarji, speċjalment għar-reġjuni li huma kkunsidrati bħala "gżejjer tal- enerġija".

Emenda 18

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sa mhux aktar tard [mit-30 ta' Settembru 2010; sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ] kull Awtorità Kompetenti għandha tivvaluta bis-sħiħ ir-riskji li jaffettwaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Istat Membru tagħha billi:

1. Sa mhux aktar tard [mit-30 ta' Settembru 2010; sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ] kull Awtorità Kompetenti għandha tivvaluta r-riskji li jaffettwaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Istat Membru tagħha billi:

Ġustifikazzjoni

Dan ir-rekwiżit biex jiġu vvalutati bir-reqqa r-riskji, lill-Awtoritajiet Kompetenti se jissarfilhom f'burokrazija u xogħol amministrattiv li m'għandhomx jiġu sottovalutati, madankollu ma jidhirx ċar jekk l-informazzjoni tistax fil-fatt ittajjeb is-sitwazzjoni fil-każ ta' emerġenza Komunitarja.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Sat-[30 ta' Marzu 2011; 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ] il-Kummissjoni għandha tivvaluta bir-reqqa r-riskji li jaffettwaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass fil-Kommunità (Valutazzjoni Komunitarja) billi tqis, b’mod partikulari, il-valutazzjonijiet tar-riskji magħmula minn kull Stat Membru u ċ-ċirkustanzi internazzjonali rilevanti kollha.

Ġustifikazzjoni

Valur miżjud tal-valutazzjoni tar-riskji fil-livell Komunitarju. Kemm il-valutazzjoni tar-riskji “nazzjonali” u kemm dik Komunitarja għandhom jiġu riveduti meta jseħħ xi riskju sinifikanti jew mhux mistenni.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-impriżi tal-gass naturali, l-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti domestiċi u industrijali, u l-awtorità regolatorja, meta din ma tkunx l-Awtorità Kompetenti, għandhom jikkooperaw u jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja għall-valutazzjoni tar-riskji.

2. L-impriżi tal-gass naturali, l-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti domestiċi, industrijali u ta' parteċipanti interessati oħrajn, u l-awtorità regolatorja, meta din ma tkunx l-Awtorità Kompetenti, għandhom jikkooperaw u jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja għall-valutazzjoni tar-riskji.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-valutazzjoni tar-riskji għandha tiġi rrepetuta kull sentejn qabel it-30 ta' Settembru ta' dik is-sena.

3. Il-valutazzjoni tar-riskji għandha tiġi rrepetuta kull sena qabel it-30 ta' Settembru.

Ġustifikazzjoni

Il-valutazzjoni tar-riskji trid tiġi rripetuta b'mod aktar regolari bil-għan li wieħed jipprevedi aħjar u jkun imħejji aħjar għal xi kriżi.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Livell tal-Emerġenza (Emerġenza): meta sseħħ domanda eċċezzjonalment għolja jew meta jseħħ xkiel fil-provvista permezz jew mingħand l-akbar infrastruttura jew sors u jkun hemm riskju kredibbli li l-istandard tal-forniment lill-klijenti protetti ma jistax jintlaħaq aktar bi strumenti abbażi tas-suq waħedhom.

(3) Livell tal-Emerġenza (Emerġenza): meta sseħħ domanda eċċezzjonalment għolja jew meta jseħħ xkiel fil-provvista permezz jew mingħand l-akbar infrastruttura jew sors jew ikun hemm riskju kredibbli li l-istandard tal-forniment lill-klijenti protetti ma jistax jintlaħaq aktar bi strumenti abbażi tas-suq waħedhom.

Ġustifikazzjoni

Ir-raġuni għall-implimentazzjoni ta’ reazzjonijiet ta’ emerġenza għandha tkun aktar flessibbli.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Awtorità Kompetenti għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni u tipprovdilha l-informazzjoni neċessarja kollha meta tiddikjara kwalunkwe mil-livelli tal-kriżi. Fil-każ ta' emerġenza li tista' tirriżulta f'sejħa għall-għajnuna mill-UE u l-Istati Membri tagħha, l-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru konċernat għandha mingħajr dewmien tinnotifika liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ u l-Informazzjoni tal-Protezzjoni Ċivili tal-Kummissjoni.

4. L-Awtorità Kompetenti għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni u tipprovdilha l-informazzjoni neċessarja kollha meta tiddikjara l-livell ta' alert jew ta' emerġenza. Fil-każ ta' emerġenza li tista' tirriżulta f'sejħa għall-għajnuna mill-UE u l-Istati Membri tagħha, l-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru konċernat għandha mingħajr dewmien tinnotifika liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ u l-Informazzjoni tal-Protezzjoni Ċivili tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Huwa biss fil-livelli ta’ alert u emerġenza li l-Istati Membri u l-UE għandhom il-kompitu li jġibu s-sigurtà tal-provvista għal li kienet. Waqt il-livell tat-twissija bikrija, hija r-responsabilità tal-impriżi li jirrimedjaw il-waqfien tal-provvista.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta l-Awtorità Kompetenti tiddikjara Emerġenza għandha ssegwi l-azzjonijiet iddefiniti minn qabel kif iddefiniti fil-Pjan tal-Emerġenza u għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni partikolarment bl-azzjonijiet li biħsiebha tieħu skont l-Artikolu 9(1). Il-Kummissjoni tista' tlaqqa' l-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass.

5. Meta l-Awtorità Kompetenti tiddikjara Emerġenza għandha ssegwi l-azzjonijiet iddefiniti minn qabel kif iddefiniti fil-Pjan tal-Emerġenza u għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni partikolarment bl-azzjonijiet li biħsiebha tieħu skont l-Artikolu 9(1). Il-Kummissjoni għandha tlaqqa' l-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass.

Ġustifikazzjoni

Hemm il-ħtieġa li l-kompetenzi tal-Kummissjoni Ewropea f’dak li hu immaniġġjar tal-kriżijiet fil-livell ta’ emerġenzi Komunitarji jsiru aktar preċiżi.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni għandha tivverifika fi żmien ġimgħa jekk id-dikjarazzjoni ta' Emerġenza hijiex iġġustifikata u jekk timponix piż bla bżonn fuq l-impriżi tal-gass naturali u fuq il-funzjonament tas-suq intern. Il-Kummissjoni tista', partikolarment, titlob lill-Awtorità Kompetenti biex timmodifika l-miżuri li jimponu piż żejjed fuq l-impriżi tal-gass naturali u biex tirtira d-dikjarazzjoni tagħha ta' Emerġenza jekk il-Kummissjoni tqis li ma tkunx għadha ġġustifikata.

6. Il-Kummissjoni għandha tivverifika fi żmien tlett ijiem tal-kalendarju jekk id-dikjarazzjoni ta' Emerġenza hijiex iġġustifikata u jekk timponix piż bla bżonn fuq l-impriżi tal-gass naturali u fuq il-funzjonament tas-suq intern. Il-Kummissjoni tista', partikolarment, titlob lill-Awtorità Kompetenti biex timmodifika l-miżuri li jimponu piż żejjed fuq l-impriżi tal-gass naturali u biex tirtira d-dikjarazzjoni tagħha ta' Emerġenza jekk il-Kummissjoni tqis li ma tkunx għadha ġġustifikata.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni tista' tiddikjara Emerġenza Komunitarja fuq talba ta' Awtorità Kompetenti jew meta l-Komunità titlef aktar minn 10 % tal-importazzjoni ta' kuljum tal-gass mingħand pajjiżi terzi kif ikkalkulat mill-ENTSO-G. Għandha tiddikjara Emerġenza Komunitarja meta tal-inqas Awtorità Kompetenti waħda tkun iddikjarat Emerġenza wara l-verifika skont l-Artikolu 9(6). Tista' tiddikjara Emerġenza Komunitarja għal reġjuni ġeografiċi speċifiċi affettwati li jkunu jinkludu aktar minn Stat Membru wieħed.

1. Il-Kummissjoni għandha tiddikjara Sejħa ta’ Alert Komunitarja fuq talba ta’ Awtorità Kompetenti waħda. Il-Kummissjoni għandha tiddikjara Emerġenza Komunitarja fuq talba ta' Awtorità Kompetenti jew meta l-Komunità titlef aktar minn 10 % tal-importazzjoni tagħha ta' kuljum tal-gass mingħand pajjiżi terzi minbarra membri taż-Żona Ekonomika Ewropea kif ikkalkulat mill-ENTSO-G. Għandha tiddikjara wkoll Emerġenza Komunitarja meta aktar minn Awtorità Kompetenti waħda tkun iddikjarat Emerġenza wara verifika skont l-Artikolu 9(6). Tista' tiddikjara Emerġenza Komunitarja għal reġjuni ġeografiċi speċifiċi affettwati li jkunu jinkludu aktar minn Stat Membru wieħed.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tlaqqa' l-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass hekk kif tiddikjara Emerġenza Komunitarja.

2. Il-Kummissjoni għandha tlaqqa' l-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass hekk kif tiddikjara Sejħa ta' Alert Komunitarja jew Emerġenza Komunitarja.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. F’Sejħa ta’ Alert Komunitarja l-Kummissjoni għandha titlob lill-Awtoritajiet Kompetenti biex jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom bil-għan li jegħlbu xi waqfien fil-provvista jew xi domanda li tkun eċċezzjonalment qawwija.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. F'Emerġenza Komunitarja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jingħalaqx l-aċċess transkonfinali għall-faċilitajiet tal-ħżin u ma għandhom idaħħlu l-ebda dispożizzjoni legali li tirrestrinġi bla bżonn il-fluss tal-gass lejn is-swieq affettwati.

6. F'Emerġenza Komunitarja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jingħalaqx l-aċċess transkonfinali għall-faċilitajiet tal-ħżin u ma għandhom idaħħlu l-ebda dispożizzjoni legali li tirrestrinġi bla bżonn il-fluss tal-gass lejn is-swieq affettwati. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri bil-għan li żżomm għaddej il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, b’mod partikulari f'każijiet ta’ waqfien fil-provvista u f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6 – punt b – inċiż 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- Restrizzjonijiet kuntrattwali fuq ir-riesportazzjoni.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Anness II – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-iżvilupp tal-Pjanijiet Preventivi u tal-Emerġenza l-Awtorità Kompetenti għandha tqis il-lista tal-miżuri indikattivi u mhux eżawrjenti li ġejja:

Fl-iżvilupp tal-Pjanijiet Preventivi u tal-Emerġenza l-Awtorità Kompetenti għandha tqis il-lista tal-miżuri indikattivi u mhux eżawrjenti stipulata f'dan l-Anness: L-Awtorità Kompetenti, meta tkun qed tiżviluppa l-Pjanijiet ta' Prevenzjoni u ta' Emerġenza, għandha tqis kif jixraq l-impatt ambjentali tal-miżuri proposti u għandha tagħti preferenza, kemm jista’ jkun possibbli, lil dawk il-miżuri li jkollhom l-inqas impatt fuq l-ambjent.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Anness II – titolu ‘Min-naħa tal-provvista’ – bulit 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

· Faċilitar tal-integrazzjoni tal-gass minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu fl-infrastruttura tan-netwerk tal-gass

Emenda 33

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-iżvilupp tal-Pjanijiet Preventivi u tal-Emerġenza l-Awtorità Kompetenti għandha tqis il-kontribut tal-miżuri li ġejjin f'każ ta' Emerġenza biss:

Fl-iżvilupp tal-Pjanijiet Preventivi u tal-Emerġenza l-Awtorità Kompetenti għandha tqis il-kontribut tal-lista mhux eżawrjenti ta' miżuri li ġejja f'każ ta' Emerġenza biss:

Ġustifikazzjoni

Fit-tfassil ta’ Pjanijiet Preventivi u tal-Emerġenza m’għandhomx jiġu preskritti miżuri obbligatorji.

PROĊEDURA

Titolu

Is-sigurtà tal-provvista tal-gass

Referenzi

COM(2009)0363 – C7-0097/2009 – 2009/0108(COD)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

14.9.2009

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Bogusław Sonik

15.9.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

1.12.2009

 

 

 

Data tal-adozzjoni

27.1.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

52

0

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

János Áder, Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Milan Cabrnoch, Martin Callanan, Nessa Childers, Chris Davies, Bairbre de Brún, Esther de Lange, Bas Eickhout, Edite Estrela, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Sirpa Pietikäinen, Mario Pirillo, Pavel Poc, Vittorio Prodi, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Catherine Soullie, Salvatore Tatarella, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostituti (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian Silviu Buşoi, Bill Newton Dunn, Crescenzio Rivellini, Renate Sommer, Struan Stevenson, Michail Tremopoulos, Anna Záborská

  • [1]  Medja għall-UE ta’ 27, ċifra tal-2007
  • [2]  Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/67/KE tas-26 ta' April 2004 li għandha x'taqsam mal-miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass naturali; ĠU L 127, 29.4.2004, p. 92
  • [3]  2008/0223 (COD)
  • [4]  2008/0221 (COD)

OPINJONI TAL-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (2.12.2009)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta ghal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva 2004/67/KE
(COM(2009)0363– C7‑0097/2009 – 2009/0108(COD))

Rapporteur: Sandra Kalniete

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

F'dawn l-aħħar snin sar ħafna tibdil fis-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Ewropa, b'żieda fid-dipendenza fuq l-importazzjoni kif ukoll fir-riskji tal-provvista u t-tranżitu. Il-kriżi tal-gass tar-Russja u l-Ukraina f'Jannar 2009 wriet li għadhom meħtieġa l-investimenti fl-infrastrutturi madwar l-Ewropa u li iktar integrazzjoni tas-suq ittejjeb is-sigurtà tal-provvista.

L-aspetti tas-sigurtà tal-provvista tal-ippjanar fit-tul ta' investimenti f'kapaċitajiet transkonfinali suffiċjenti u f'infrastrutturi oħra, li jiżguraw il-kapaċità għal żmien twil li s-sistema tkun tista' tiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista u tissodisfa domanda raġjonevoli, huma indirizzati fid-Direttiva 2009/73/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali.

Din il-proposta tixtieq tiżgura li jkun hemm infrastruttura u tħejjija suffiċjenti għall-prevenzjoni u l-kontroll ta' xkiel immedjat fil-provvista tal-gass. Għandha l-għan li tiżgura li s-suq intern tal-gass ikompli jaħdem b'mod effettiv fit-tul kemm jista' jkun waqt ġrajjiet bħal dawn, u li jkun hemm mekkaniżmi ċari għal reazzjoni kkoordinata għal xkiel konkret fil-provvista.

Sabiex ikun hemm reazzjoni iktar effettiva, id-Direttiva 2004/67/KE, li tistabbilixxi għadd ta' miżuri li jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-gass, għandha tiġi sostitwita minn regolament (li fih nnifsu hu iktar effettiv minħabba l-applikabilità diretta tiegħu) li jkun fih standards iktar preċiżi tas-sigurtà tal-provvista u ppjanar għall-emerġenzi.

Minkejja li r-rapporteur għal opinjoni tilqa' l-proposta, hija tal-opinjoni li jista' jkun hemm iktar titjib, partikolarment rigward il-kwistjonijiet tal-ħarsien tal-konsumatur u l-applikazzjoni ta' strumenti abbażi tas-suq waqt kriżi tal-gass. Għalhekk, tipproponi emendi kif ġej:

· Aċċess bi prezz ekonomiku u faċli għall-enerġija għall-konsumaturi kollha Ewropej huwa ta' prijorità għolja għar-rapporteur għal opinjoni. Dan għandu jkun garantit ukoll f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, partikolarment għall-klijenti protetti li l-ambitu tagħhom għandu jkun definit b'mod ċar u pragmatiku. Il-klijenti għandhom ikunu infurmati sew dwar id-dritt tagħhom għal provvista kontinwa waqt kriżi;

· Għal kwalunkwe xkiel fil-provvista għandu jkun hemm reazzjoni progressiva u kkoordinata fuq il-livell tal-impriżi tal-gass, l-Istati Membri u l-Komunità. Filwaqt li s-sigurtà tal-provvista tal-gass hija kompitu maqsum fost dawn l-atturi, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom għandhom jiġu definiti b'mod ċar;

· Strumenti bbażati fis-suq li jirreaġixxu għax-xkiel fil-provvista għandu jkollhom preċedenza ċara fuq il-miżuri kollha mhux ibbażati fis-suq, li għandhom jintużaw biss bħala l-aħħar għażla.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumaturi jitlob lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Madankollu, skont il-miżuri attwali relatati mas-sigurtà tal-provvista tal-gass, li ttieħdu fil-livell Komunitarju, l-Istati Membri għadhom igawdu marġni wiesa' ta' diskrezzjoni dwar l-għażla tal-miżuri. Fejn is-sigurtà tal-provvista ta' Stat Membru tkun mhedda, bla dubju hemm riskju li miżuri żviluppati b'mod unilaterali minn dak l-Istat Membru jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass. Esperjenzi riċenti wrew kemm dak ir-riskju huwa reali. Sabiex is-suq intern tal-gass ikun jista' jiffunzjona anki meta jkun hemm skarzezza fil-provvista, huwa meħtieġ li jkun hemm provvediment għal reazzjoni aktar ikkoordinata għal kriżijiet tal-provvista, kemm fejn tidħol azzjoni preventiva kif ukoll ir-reazzjoni għal xkiel konkret fil-provvista.

(4) Madankollu, skont il-miżuri attwali relatati mas-sigurtà tal-provvista tal-gass, li ttieħdu fil-livell Komunitarju, l-Istati Membri għadhom igawdu marġni wiesa' ta' diskrezzjoni dwar l-għażla tal-miżuri. Fejn is-sigurtà tal-provvista ta' Stat Membru tkun mhedda, bla dubju hemm riskju li miżuri żviluppati b'mod unilaterali minn dak l-Istat Membru jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass u s-sigurtà tal-klijenti protetti, fosthom dawk vulnerabbli. Esperjenzi riċenti wrew kemm dak ir-riskju huwa reali. Sabiex is-suq intern tal-gass ikun jista' jiffunzjona anki meta jkun hemm skarzezza fil-provvista, huwa meħtieġ li jkun hemm provvediment għas-solidarjetà u l-koordinazzjoni fir-reazzjoni għal kriżijiet tal-provvista, kemm fejn tidħol azzjoni preventiva kif ukoll ir-reazzjoni għal xkiel konkret fil-provvista.

Ġustifikazzjoni

Jitqies li l-kunċett tal-ħarsien tal-konsumatur u s-solidarjetà għadu ma ddaħħalx bi sħiħ f'din il-proposta. Peress li dan ir-regolament jikkonċerna s-sigurtà tal-provvista tal-gass, huwa importanti ħafni li jitqiesu l-ħarsien tal-konsumatur u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri għat-tħejjija ta' reazzjoni għax-xkiel tal-provvista.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Xkiel maġġuri fil-provvista tal-gass għall-Komunità jista' jaffettwa lill-Istati Membri kollha u lill-Partijiet Kontraenti fit-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija u jwassal għal ħsarat ekonomiċi gravi fl-ekonomija tal-Komunità. Bl-istess mod ix-xkiel fil-provvista tal-gass jista' jkollu impatti soċjali gravi partikolarment fuq gruppi vulnerabbli ta' klijenti.

(6) Xkiel maġġuri fil-provvista tal-gass għall-Komunità jista' jkollu impatt fuq l-interessi strateġiċi tal-UE u jista' jaffettwa lill-Istati Membri kollha u lill-Partijiet Kontraenti fit-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija u jwassal għal ħsara ekonomika gravi fl-ekonomija tal-Komunità, kif ukoll jaffettwa indirettament lis-setturi sussidjarji. Bl-istess mod ix-xkiel fil-provvista tal-gass jista' jkollu impatti soċjali gravi partikolarment fuq gruppi vulnerabbli ta' klijenti.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Dan ir-Regolament għandu jippermetti lill-impriżi tal-gass naturali u lill-klijenti jserrħu fuq il-mekkaniżmi tas-suq għall-itwal żmien possibbli meta jkunu qed jaffrontaw xkiel. Għandu wkoll jipprovdi għall-mekkaniżmi ta' emerġenza biex jintużaw meta s-swieq ma jiqbgħux f'pożizzjoni li jindirizzaw kif xieraq xkiel fil-provvista tal-gass. Anki waqt Emerġenza, l-istrumenti abbażi tas-suq għandhom jingħataw prijorità sabiex jittaffew l-effetti tax-xkiel fil-provvista.

(12) Dan ir-Regolament għandu jippermetti lill-impriżi tal-gass naturali u lill-klijenti jserrħu fuq il-mekkaniżmi tas-suq għall-itwal żmien possibbli meta jkunu qed jaffrontaw xkiel. Għandu wkoll jipprovdi għall-mekkaniżmi ta' emerġenza biex jintużaw meta s-swieq ma jiqbgħux f'pożizzjoni li jindirizzaw kif xieraq xkiel fil-provvista tal-gass. Anki waqt emerġenza, l-istrumenti abbażi tas-suq għandhom jingħataw prijorità sabiex jittaffew l-effetti tax-xkiel fil-provvista, sakemm l-interess ġenerali tal-konsumaturi fl-Istati Membri kkonċernati ma jkunx affettwat.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) B'segwitu għall-adozzjoni tat-tielet pakkett dwar is-suq intern tal-enerġija, dispożizzjonijiet ġodda se japplikaw għas-settur tal-gass u joħolqu rwoli u responsabbiltajiet ċari għall-Istati Membri, ir-regolaturi, l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u l-ACER, kif ukoll itejbu t-trasparenza tas-suq għall-benefiċċju tal-funzjonament tajjeb tiegħu u tas-sigurtà tal-provvista.

(13) B'segwitu għall-adozzjoni tat-tielet pakkett dwar is-suq intern tal-enerġija, dispożizzjonijiet ġodda se japplikaw għas-settur tal-gass u joħolqu rwoli u responsabbiltajiet ċari għall-Istati Membri, ir-regolaturi, l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u l-ACER, kif ukoll itejbu t-trasparenza tas-suq għall-benefiċċju tal-funzjonament tajjeb tiegħu, tas-sigurtà tal-provvista u tal-protezzjoni tal-klijenti.

Ġustifikazzjoni

Jitqies li l-kunċett tal-ħarsien tal-konsumatur u s-solidarjetà għadu ma ddaħħalx bi sħiħ f'din il-proposta. Peress li dan ir-regolament jikkonċerna s-sigurtà tal-provvista tal-gass, huwa importanti ħafni li jitqiesu l-ħarsien tal-konsumatur u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri għat-tħejjija ta' reazzjoni għax-xkiel tal-provvista

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Il-kompletar tas-suq intern tal-gass u l-kompetizzjoni effikaċi fis-suq joffru lill-Komunità l-ogħla livell ta' sigurtà tal-provvista għall-Istati Membri kollha, sakemm is-suq jitħalla jaħdem bis-sħiħ f'każ ta' xkiel tal-provvista li taffettwa parti mill-Komunità, ikun xi jkun il-kaġun tal-ixkiel. Għal dan il-għan huwa meħtieġ approċċ komprensiv u effikaċi komuni għas-sigurtà tal-provvista, partikolarment permezz ta' politiki trasparenti u mhux diskriminatorji kompatibbli mar-rekwiżiti tas-suq, li jevita tgħawwiġ fis-suq kif ukoll jevita li jdgħajjef ir-reazzjonijiet tas-suq għax-xkiel.

(14) Il-kompletar tas-suq intern tal-gass u l-kompetizzjoni effikaċi fis-suq joffru lill-Komunità l-ogħla livell ta' sigurtà tal-provvista għall-Istati Membri kollha, sakemm is-suq jitħalla jaħdem bis-sħiħ f'każ ta' xkiel tal-provvista li taffettwa parti mill-Komunità, ikun xi jkun il-kaġun tal-ixkiel. Għal dan il-għan huwa meħtieġ approċċ komprensiv u effikaċi komuni għas-sigurtà tal-provvista, partikolarment permezz ta' politiki ta' trasparenza, solidarjetà u mhux diskriminatorji kompatibbli mar-rekwiżiti tas-suq, li jevita tgħawwiġ fis-suq kif ukoll jevita li jdgħajjef ir-reazzjonijiet tas-suq għax-xkiel.

Ġustifikazzjoni

Jitqies li l-kunċett tal-ħarsien tal-konsumatur u s-solidarjetà għadu ma ddaħħalx bi sħiħ f'din il-proposta. Peress li dan ir-regolament jikkonċerna s-sigurtà tal-provvista tal-gass, huwa importanti ħafni li jitqiesu l-ħarsien tal-konsumatur u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri għat-tħejjija ta' reazzjoni għax-xkiel tal-provvista

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Standards tas-sigurtà tal-provvista armonizzati biżżejjed li jkopru mill-anqas is-sitwazzjoni li ppreżentat ruħha f'Jannar 2009 u jqisu d-differenzi bejn l-Istati Membri, għandhom jiġu ddefiniti mingħajr ma jiġu imposti piżijiet mhux raġonevoli u sproporzjonati fuq l-impriżi tal-gass naturali fosthom dawk ġodda u dawk żgħar.

(16) Standards tas-sigurtà tal-provvista armonizzati biżżejjed li jkopru mill-anqas is-sitwazzjoni li ppreżentat ruħha f'Jannar 2009 u jqisu d-differenzi bejn l-Istati Membri, għandhom jiġu ddefiniti, billi jitqiesu l-Obbligi tas-Servizz Pubbliku u l-miżuri ta' ħarsien tal-klijenti kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali1 mingħajr ma jiġu imposti piżijiet mhux raġonevoli u sproporzjonati fuq l-impriżi tal-gass naturali fosthom dawk ġodda u dawk żgħar.

 

_____

1 ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94.

Ġustifikazzjoni

Huwa ta' importanza kbira li jiġi żgurat li l-Istati Membri jwettqu miżuri għall-ħarsien tal-kategoriji differenti kollha tal-klijenti. Obbligi tas-servizz pubbliku, il-ħarsien tal-klijent vulnerabbli, il-ġlieda kontra l-faqar fl-enerġija, il-benessri u s-saħħa taċ-ċittadini jeħtieġu li jitqiesu waqt it-tħejjija ta' pjanijiet strateġiċi għas-sigurtà tal-provvista.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Huwa importanti li l-provvista tal-gass ma tiqafx, partikolarment għall-klijenti domestiċi, kif ukoll għal klijenti protetti oħra bħall-iskejjel u l-isptarijiet, f'każijiet fejn is-suq ma jkunx jista' ikompli jfornihom. Huwa essenzjali li l-miżuri li għandhom jittieħdu matul kriżi jkunu ddefiniti minn qabel kwalunkwe kriżi.

(18) Huwa importanti li l-provvista tal-gass ma tiqafx u tiġi pprovduta mill-Istati Membri, partikolarment għall-klijenti domestiċi, fosthom klijenti vulnerabbli, kif ukoll għal klijenti protetti oħra bħall-iskejjel u l-isptarijiet, f'każijiet fejn is-suq ma jkunx jista' ikompli jfornihom. Huwa essenzjali li l-miżuri li għandhom jittieħdu matul kriżi jkunu ddefiniti minn qabel kwalunkwe kriżi, partikolarment rigward l-Obbligi tas-Servizz Pubbliku u l-miżuri ta' ħarsien tal-klijenti kif imsemmi fid-Direttiva 2009/73/KE, il-prevenzjoni ta' prezzijiet eċċessivi u kumpens għall-klijenti vulnerabbli.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) L-aspetti tas-sigurtà tal-provvista tal-ippjanar fit-tul tal-investimenti f'kapaċitajiet transkonfinali u infrastrutturi oħra suffiċjenti li jiżguraw li s-sistema tkun kapaċi tiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista u tissodisfa domandi raġonevoli, huma indirizzati mid-Direttiva .../…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE]. Jista' jkun meħtieġ perjodu tranżizzjonali ħalli jkunu jistgħu jsiru l-investimenti neċessarji qabel jintlaħqu l-istandards tas-sigurtà tal-provvista. Il-pjan fuq għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk, imfassal mill-ENTSO-G u ssorveljat mill-ACER, huwa għodda fundamentali biex jiġu identifikati l-investimenti meħtieġa fil-livell Komunitarju.

(20) L-aspetti tas-sigurtà tal-provvista tal-ippjanar fit-tul tal-investimenti f'kapaċitajiet transkonfinali u infrastrutturi oħra suffiċjenti li jiżguraw li s-sistema tkun kapaċi tiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista u tissodisfa domandi raġonevoli, huma indirizzati mid-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE]. Il-pjan fuq għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk, imfassal mill-ENTSO-G u ssorveljat mill-ACER, huwa għodda fundamentali biex jiġu identifikati l-investimenti meħtieġa fil-livell Komunitarju. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri kollha għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/73/KE li hija meħtieġa għall-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament jiġu adottati sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm inċentiva għall-Istati Membri sabiex jimplimentaw malajr kemm jista' jkun id-Direttiva tal-Gass li ġiet adottata qabel għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass. Għalhekk, ir-Regolament propost għandu jidħol fis-seħħ biss meta l-Istati Membri kollha jkunu implimentaw id-Direttiva tal-Gass. Inkella jkunu jeżistu żewġ strumenti legali flimkien, bl-infurzabbiltà immedjata tar-Regolament fuq naħa waħda u d-Direttiva tal-Gass li għad trid tiġi implimentata fuq l-oħra. L-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Gass qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament toħloq il-vantaġġ li ma jkun baqa' l-ebda inċertezza legali għall-partijiet interessati kollha, biex b'hekk jiġi ottimizzat is-suq intern.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Sabiex tissaħħaħ is-solidarjetà bejn l-Istati Membri f'każ ta' Emerġenza Komunitarja u partikolarment sabiex jiġu megħjuna l-Istati Membri li huma esposti għal kundizzjonijiet ġeografiċi u ġeoloġiċi anqas favorevoli, l-Istati Membri għandhom joħolqu miżuri speċifiċi ħalli juru solidarjetà, fosthom miżuri bħal ftehimiet kummerċjali bejn impriżi tal-gass, mekkaniżmi ta' kumpens, esportazzjonijiet akbar ta' gass jew rilaxx akbar mill-ħażniet. Miżuri ta' solidarjetà jistgħu jkunu partikolarmenti xierqa bejn l-Istati Membri li għalihom il-Kummissjoni tirrakkomanda l-istabbiliment ta' azzjonijiet konġunti preventivi jew ta' pjanijiet ta' emerġenza fil-livell reġjonali.

(23) Sabiex tissaħħaħ is-solidarjetà bejn l-Istati Membri f'każ ta' Emerġenza Komunitarja u partikolarment sabiex jiġu megħjuna l-Istati Membri li huma esposti għal kundizzjonijiet ġeografiċi u ġeoloġiċi anqas favorevoli, l-Istati Membri għandhom joħolqu miżuri speċifiċi ħalli juru solidarjetà, kif hemm stipulat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fosthom miżuri bħal ftehimiet kummerċjali bejn impriżi tal-gass, mekkaniżmi ta' kumpens, esportazzjonijiet akbar ta' gass jew rilaxx akbar mill-ħażniet. Miżuri ta' solidarjetà jistgħu jkunu partikolarmenti xierqa bejn l-Istati Membri li għalihom il-Kummissjoni tirrakkomanda l-istabbiliment ta' azzjonijiet konġunti preventivi jew ta' pjanijiet ta' emerġenza fil-livell reġjonali.

Ġustifikazzjoni

Ta' min jiftakar li t-Trattat ta' Lisbona titlob li l-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija titwettaq fl-ispirtu tas-solidarjetà.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri bl-għan li jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb u kontinwu tas-suq intern tal-gass billi jipprovdu għal definizzjoni u attribuzzjoni ċari tar-responsabbiltajiet u għal koordinazzjoni tar-reazzjoni fil-livell tal-Istati Membri u l-Komunità kemm fir-rigward tal-azzjoni preventiva kif ukoll tar-reazzjoni għal xkiel konkret fil-provvista.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri bl-għan li jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb u kontinwu tas-suq intern tal-gass billi jipprovdu għal definizzjoni u attribuzzjoni ċari tar-responsabbiltajiet u għal koordinazzjoni tar-reazzjoni fil-livell tal-impriżi tal-gass naturali, tal-Istati Membri u l-Komunità kemm fir-rigward tal-azzjoni preventiva kif ukoll tar-reazzjoni għal xkiel konkret fil-provvista, kif ukoll biex jiġi espress b'mod prattiku l-ispirtu ta' solidarjetà stipulat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Jirrifletti l-ispirtu ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri li għandu jakkompanja kwalunkwe azzjoni f'każ ta' diffikultajiet ta' provvista ta' ċerti prodotti fil-qasam tal-enerġija kif stipulat fit-Trattat ta' Lisbona.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) "klijenti protetti" tfisser il-klijenti domestiċi kollha li diġà huma konnessi ma' netwerk tad-distribuzzjoni tal-gass, u jekk l-Istat Membru konċernat jiddeċiedi hekk, tista' tinkludi wkoll l-impriżi żgħar u ta' daqs medju, l-iskejjel u l-isptarijiet sakemm dawn diġà huma konnessi ma' netwerk tad-distribuzzjoni tal-gass;

(1) "klijenti protetti" tfisser il-klijenti domestiċi kollha, inklużi l-klijenti vulnerabbli, li d-definizzjoni tagħhom titħalla f'idejn l-Istati Membri skont id-Direttiva 2009/73/KE, l-iskejjel u l-isptarijiet sakemm dawn diġà huma konnessi ma' netwerk tad-distribuzzjoni tal-gass, u l-impriżi żgħar u ta' daqs medju sakemm ikunu diġà konnessi ma' netwerk tad-distribuzzjoni tal-gass li saħansitra jkollhom provvista addizzjonali disponibbli;

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sigurtà tal-provvista tal-gass hija responsabbiltà tal-impriżi tal-gass naturali, l-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri, il-klijenti industrijali tal-gass, u l-Kummissjoni, fl-oqsma tar-responsabbiltà rispettivi tagħhom. Teħtieġ livell għoli ta' kooperazzjoni bejniethom.

Is-sigurtà tal-provvista tal-gass hija responsabbiltà tal-impriżi tal-gass naturali, l-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri, il-klijenti industrijali tal-gass, u l-Kummissjoni, fl-oqsma tar-responsabbiltà rispettivi tagħhom. Teħtieġ livell għoli ta' kooperazzjoni u solidarjetà bejniethom.

Ġustifikazzjoni

Jitqies li l-kunċett tal-ħarsien tal-konsumatur u s-solidarjetà għadu ma ddaħħalx bi sħiħ f'din il-proposta. Peress li dan ir-regolament jikkonċerna s-sigurtà tal-provvista tal-gass, huwa importanti ħafni li jitqiesu l-ħarsien tal-konsumatur u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri għat-tħejjija ta' reazzjoni għax-xkiel tal-provvista.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. L-impriżi tal-gass naturali għandhom jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament, partikolarment l-istandard tal-infrastruttura stabbilit fl-Artikolu 6 tiegħu u l-istandard ta' provvista stipulat fl-Artikolu 7 tiegħu.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a. Kull Stat Membru għandu jfittex li juża kemm jista' jkun metodi ta' kunsinna differenti u sorsi ta' provvista ta' gass sabiex tiġi ottimizzata d-disponibbiltà fiżika ta' gass waqt ix-xkiel fil-provvista.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun hemm provvista ta' gass sikur fl-Ewropa u verament suq intern tal-gass, huwa importanti li l-Istati Membri ma jiffokawx biss fuq il-gass iżda wkoll fuq riżorsi oħra tal-enerġija

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-informazzjoni dwar l-Obbligi tas-Servizz Pubbliku rilevanti.

(d) l-informazzjoni dwar l-Obbligi tas-Servizz Pubbliku rilevanti u l-miżuri tal-ħarsien tal-klijent bħal ma huma msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/73/KE, inklużi miżuri nazzjonali li jħarsu l-klijenti minn żidiet eċċessivi fil-prezz.

Ġustifikazzjoni

Huwa meħtieġ li l-Istati membri jiddefinixxu miżuri li jippermettuhom jipproteġu l-klijenti minn żidiet eċċessivi fil-prezz. L-Obbligi tas-Servizz Pubbliku u l-ħarsien tal-klijent għandhom definizzjoni dettaljata fid-Direttiva 2009/73/KE li tista' ssir referenza għalihom hawnhekk

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – kliem tal-bidu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtorità Kompetenti għandha tieħu miżuri biex tiżgura l-forniment tal-gass lill-klijenti protetti tal-Istat Membru f'każ ta':

1. L-awtorità Kompetenti għandha tieħu miżuri biex tiżgura l-forniment tal-gass lill-klijenti protetti, fosthom klijenti vulnerabbli, tal-Istat Membru f'każ ta':

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Awtorità Kompetenti għandha tieħu miżuri biex tiżgura l-forniment tal-gass lill-klijenti protetti għal perjodu ta' sittin jum anki fil-każ ta' Emergenza kif iddefinita fl-Artikolu 9(2). L-Awtorità Kompetenti għandha tibqa' tagħmel ħilitha, għat-tul taż-żmien kollu meħtieġ, sabiex ma twaqqafx il-forniment lill-klijenti protetti.

2. L-Awtorità Kompetenti għandha tieħu miżuri biex tiżgura l-forniment tal-gass lill-klijenti protetti, fosthom klijenti vulnerabbli, għal perjodu ta' sittin jum anki fil-każ ta' Emergenza kif iddefinita fl-Artikolu 9(2). L-Awtorità Kompetenti għandha tibqa' tagħmel ħilitha, għat-tul taż-żmien kollu meħtieġ, sabiex ma twaqqafx il-forniment lill-klijenti protetti, fosthom klijenti vulnerabbli.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Awtorità Kompetenti għandha tiżgura li l-kundizzjonijiet għall-provvisti lill-klijenti protetti huma stabbiliti mingħajr ħsara għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass u bi prezz li jirrispetta l-valur fis-suq tal-bżonn bażiku.

5. L-Awtorità Kompetenti għandha tiżgura li l-kundizzjonijiet għall-provvisti lill-klijenti protetti, fosthom dawk vulnerabbli, huma stabbiliti mingħajr ħsara għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass u bi prezz li jirrispetta l-valur fis-suq tal-bżonn bażiku, filwaqt li jitqies li għandha tintwera solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-Obbligi ta' Servizz Pubbliku rilevanti. F'każ ta' kriżi, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jipprevjenu żidiet eċċessivi fil-prezzijiet tal-gass għall-klijenti protetti, fosthom dawk vulnerabbli.

Ġustifikazzjoni

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti kollha jkunu infurmati dwar l-istandard tal-provvista stipulat fil-paragrafi 1 u 2 u l-miżuri tal-ħarsien tal-klijenti kif imsemmi fid-Direttiva 2009/73/KE. L-Istati Membri għandhom ikopru l-ispejjeż addizzjonali għall-kunsinni meħtieġa lill-klijenti vulnerabbli fil-każ ta' Emerġenza kif definit fl-Artikolu 9(2).

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Jidentifika l-kontribut tal-miżuri mhux abbażi tas-suq ippjanati jew li għandhom jiġu implimentati għal-livell tal-Emerġenza elenkati fl-Anness III u jivvaluta sa fejn huwa meħtieġ l-użu tal-miżuri mhux abbażi tas-suq sabiex tiġi indirizzata l-kriżi, jivvaluta l-effetti tagħhom u jiddefinixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tagħhom;

(7) Jidentifika l-kontribut tal-miżuri mhux abbażi tas-suq ippjanati jew li għandhom jiġu implimentati għal-livell tal-Emerġenza elenkati fl-Anness III u jivvaluta sa fejn huwa meħtieġ l-użu tal-miżuri mhux abbażi tas-suq sabiex tiġi indirizzata l-kriżi, jivvaluta l-effetti tagħhom u jiddefinixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tagħhom; miżuri mhux ibbażati fis-suq għandhom jintużaw biex jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-gass biss bħala l-aħħar għażla;

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni tista' tiddikjara Emerġenza Komunitarja fuq talba ta' Awtorità Kompetenti jew meta l-Komunità titlef aktar minn 10 % tal-importazzjoni ta' kuljum tal-gass mingħand pajjiżi terzi kif ikkalkulat mill-ENTSO-G. Għandha tiddikjara Emerġenza Komunitarja meta tal-inqas Awtorità Kompetenti waħda tkun iddikjarat Emerġenza wara l-verifika skont l-Artikolu 9(6). Tista' tiddikjara Emerġenza Komunitarja għal reġjuni ġeografiċi speċifiċi affettwati li jkunu jinkludu aktar minn Stat Membru wieħed.

1. Il-Kummissjoni għandha tiddikjara Emerġenza Komunitarja meta l-Komunità titlef aktar minn 10 % tal-importazzjoni ta' kuljum tal-gass mingħand pajjiżi terzi kif ikkalkulat mill-ENTSO-G jew, wara l-verifika skont l-Artikolu 9(6), fuq talba ta' Awtorità Kompetenti jew meta iktar minn Awtorità Kompetenti waħda tkun iddikjarat Emerġenza. Tista' tiddikjara Emerġenza Komunitarja għal reġjuni ġeografiċi speċifiċi affettwati li jkunu jinkludu Stat Membru jew aktar minn wieħed.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a. Meta l-Kummissjoni tqis li fil-każ ta' Emerġenza Komunitarja, l-azzjonijiet li jsiru mill-Awtoritajiet Kompetenti jew mill-impriżi tal-gass naturali jkunu insuffiċjenti, il-Kummissjoni għandha d-dritt li taġixxi direttament billi timplimenta l-miżuri mniżżla fl-Annessi II u III sabiex terġa tinbeda l-provvista tal-gass fis-swieq affettwati.

Ġustifikazzjoni

Fil-każ ta' qtugħ fil-provvista tal-gass, jekk l-azzjonijiet meħuda fil-livell nazzjonali jirriżultaw insuffiċjenti, l-indħil tal-Kummissjoni Ewropea jkun milqugħ sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-UE fis-sħuħija tagħha. Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjonijiet tal-impriżi tal-gass naturali u tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali sakemm is-suq jerġa' jibda jaħdem normali. Madankollu, jekk l-azzjonijiet volontarji li jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u l-impriżi tal-gass naturali kkoordinati b'metodu tal-KE juru li ma jkunux effettivi, il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt li bħala l-aħħar għażla tintroduċi miżuri definiti minn qabel b'risponsabbiltà tagħha. Dawk il-miżuri għandhom ikunu limitati b'mod preċiż għal dawk li ma jistgħux jgħaddu mingħajrhom fil-proċess ta' meta s-suq intern jerġa għall-funzjonament normali.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) L-Istati Membri għandhom jissottomettu għand il-Kummissjoni l-ftehimiet intergovernattivi eżistenti milħuqa ma' pajjiżi terzi li għandhom impatt fuq l-iżvilupp tal-infrastrutturi u l-provvisti tal-gass; qabel jikkonkludu ftehimiet intergovernattivi ġodda, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni ħalli jivvalutaw il-konformità tagħhom mal-leġiżlazzjoni tas-suq intern;

a) L-Istati Membri għandhom jissottomettu għand il-Kummissjoni l-ftehimiet intergovernattivi eżistenti milħuqa ma' pajjiżi terzi li għandhom impatt fuq l-iżvilupp tal-infrastrutturi u l-provvisti tal-gass; qabel jikkonkludu ftehimiet intergovernattivi ġodda, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-Kummissjoni ħalli jivvalutaw il-konformità tagħhom mal-leġiżlazzjoni tas-suq intern;

PROĊEDURA

Titolu

Is-sigurtà tal-provvista tal-gass

Referenzi

COM(2009)0363 – C7-0097/2009 – 2009/0108(COD)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

14.9.2009

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Sandra Kalniete

28.9.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

6.10.2009

5.11.2009

1.12.2009

 

Data tal-adozzjoni

2.12.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian Silviu Buşoi, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Jürgen Creutzmann, Christian Engström, Evelyne Gebhardt, Louis Grech, Małgorzata Handzlik, Iliana Ivanova, Philippe Juvin, Sandra Kalniete, Edvard Kožušník, Kurt Lechner, Toine Manders, Tiziano Motti, Gianni Pittella, Mitro Repo, Heide Rühle, Matteo Salvini, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Eva-Britt Svensson, Róża, Gräfin von Thun Und Hohenstein, Kyriacos Triantaphyllides, Emilie Turunen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostituti (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Damien Abad, Liem Hoang Ngoc, Jacek Olgierd Kurski, Emma Mcclarkin, Antonyia Parvanova, Konstantinos Poupakis, Wim van de Camp, Anja Weisgerber, Kerstin Westphal

PROĊEDURA

Titolu

Is-sigurtà tal-provvista tal-gass

Referenzi

COM(2009)0363 – C7-0097/2009 – 2009/0108(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

16.7.2009                                 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

14.9.2009

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

11.11.2009

ECON

14.9.2009

ENVI

14.9.2009

IMCO

14.9.2009

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Alejo Vidal-Quadras

16.9.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

29.9.2009

2.12.2009

4.2.2010

 

Data tal-adozzjoni

18.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

52

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Zoltán Balczó, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Reinhard Bütikofer, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Lena Ek, Ioan Enciu, Adam Gierek, Norbert Glante, Fiona Hall, Jacky Hénin, Romana Jordan Cizelj, Sajjad Karim, Arturs Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Judith A. Merkies, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Michèle Rivasi, Paul Rübig, Amalia Sartori, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Adina-Ioana Vălean, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras, Henri Weber

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Lara Comi, António Fernando Correia De Campos, Rachida Dati, Ilda Figueiredo, Andrzej Grzyb, Jolanta Emilia Hibner, Oriol Junqueras Vies, Ivailo Kalfin, Marian-Jean Marinescu, Vladko Todorov Panayotov, Frédérique Ries, Silvia-Adriana Ţicău, Hermann Winkler

Sostitut (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Britta Reimers

Data tat-tressiq

29.3.2010