Proċedura : 2009/2219(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0312/2010

Testi mressqa :

A7-0312/2010

Dibattiti :

PV 24/11/2010 - 20
CRE 24/11/2010 - 20

Votazzjonijiet :

PV 25/11/2010 - 8.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0434

RAPPORT     
PDF 314kWORD 261k
8 ta' Novembru 2010
PE 445.733v02-00 A7-0312/2010

dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-Ftehimiet ta' Kummerċ Internazzjonali

(2009/2219(INI))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur għal opinjoni: Tokia Saïfi

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
 RIZULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-Ftehimiet ta' Kummerċ Internazzjonali

(2009/2219(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 6 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 153, 191, 207 u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 12, 21, 28, 29, 31 u 32 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Istqarrija Universali dwar il-Jeddijiet tal-Bniedem (1948) u strumenti oħra tan-Nazzjonijiet Uniti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikulari l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (1966) u dak dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (1966), il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Razzjali (1965), il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (1979) u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (1989), id-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni (2007) u d-dokument finali tas-Samit tal-Millenju tan-Nazzjonijiet Uniti tal-20 sat-22 ta' Settembru 2010 fi New York,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Marrakexx li stabbilixxa l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc, u d-Dikjarazzjoni adottata waqt ir-raba' konferenza ministerjali li saret f'Novembru 2001 f'Doha, b'mod partikulari l-Paragrafu 31,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Settembru 1996 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-inklużjoni tar-rispett għall-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem fi ftehimiet bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (COM(1995)0216)(1) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2006 dwar il-klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-ftehimiet tal-Unjoni Ewropea(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2001 dwar it-trasparenza u d-demokrazija fil-kummerċ internazzjonali(3) li appellat lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ biex tirrispetta l-istandards soċjali fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), u lill-UE biex taċċetta d-deċiżjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, inklużi sanzjonijiet b'konnessjoni ma' ksur serju tal-istandards soċjali fundamentali;

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' April 2002 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar is-sehem tal-Unjoni Ewropea fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni fil-pajjiżi terzi (COM(2001)0252)(4),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar id-Dimensjoni Socjali tal-Globalizzazzjoni - il-kontribut ta' politika tal-UE biex igawdi kulħadd (COM(2004)0383),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2005 dwar id-dimensjoni soċjali tal-globalizzazzjoni(5),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2005 dwar l-isfruttament tat-tfal fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, b'enfasi speċjali fuq ix-xogħol tat-tfal(6),

–    wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-14 ta’ Ġunju 2010 dwar it-tħaddim tat-tfal(7),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Ġunju 2006 dwar il-kummerċ ġust u l-iżvilupp(8),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2007 dwar l-Ewropa globalizzata: Aspetti Esterni tal-kompetittività(9) b’risposta għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar “l-Ewropa Globali: Kompetizzjoni Dinjija - Kontribut lill-Istrateġija tal-UE għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi" (COM(2006)0567),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu "Promozzjoni tax-xogħol deċenti ghal kulħadd - Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-aġenda tax-xogħol deċenti għal kulħadd" (COM(2006)0249),

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-NU dwar Impjieg għal Kulħadd u Xogħol Deċenti tal-2006, li tirrikonoxxi l-impjieg sħiħ u produttiv,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Mejju 2007 dwar il-promozzjoni ta' xogħol deċenti għal kulħadd(10), li titlob il-promozzjoni ta’ xogħol deċenti permezz tal-inklużjoni ta' standards soċjali fit-ftehimiet kummerċjali tal-UE, b'mod partikolari l-ftehimiet bilaterali,

–   wara li kkunsidra l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti u l- Patt Globali għall-Impjiegi tal-ILO , addottati b’kunsens dinji fid-19 ta’ Ġunju 2009 waqt il-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol, u d-Dikjarazzjoni tal-ILO tal-2008 dwar il-Ġustizzja Soċjali għal Globalizzazzjoni Ġusta,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968, kif konsolidata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali(11),

–   wara li kkunsidra s-sistema ġeneralizzata ta' preferenzi (GSP), fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2006, li tagħti aċċess bla dazju jew bit-tnaqqis tat-tariffi għal numru ikbar ta' prodotti u tinkludi wkoll inċentiv ġdid għall-pajjiżi vulnerabbli ffaċjati minn bżonnijiet speċifiċi ta’ kummerċ, finanzi jew żvilupp,

–   wara li kkunsidra l-ftehimiet kollha bejn l-Unjoni Ewropea u Stati li mhumiex membri,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Pacifiku (AKP), min-naħa l-waħda, u l-Unjoni Ewropea, minn naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000, u r-reviżjonijiet tiegħu fl-2005 u l-2010,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-ftehimiet dwar sħubija ekonomika mar-reġjuni u l-pajjiżi AKP , u b’mod partikulari dawk tas-26 ta’ Settembru 2002(12), tat-23 ta’ Mejju 2007(13) u tat-12 ta’ Diċembru 2007(14),

–   wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-ambjent bħall-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1987), il-Konvenzjoni ta' Basel dwar il-kontroll tal-moviment barra l-konfini ta' skart perikoluż (1989), il-Protokoll ta' Cartegena dwar il-bijosigurtà (2000) u l-Protokoll ta' Kjoto (1997),

–   wara li kkunsidra l-Kapitolu 13 tal-ftehim ta' kummerċ ħieles iffirmat f'Ottubru 2009 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Korea t'Isfel,

–   wara li kkunsidra l-konklużjoni tan-negozjati bejn l-UE, il-Kolombja u l-Perù meta kien iffirmat il-Ftehim Kummerċjali bejn Bosta Partijiet,

–   wara li kkunsidra s-smigħ dwar ‘L-applikazzjoni ta' standards soċjali u ambjentali fin-negozjati kummerċjali’ li l-Parlament organizza fl-14 ta’ Jannar 2010,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0312/2010),

A. billi r-rabta bejn il-kummerċ, id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali saret parti kbira mir-relazzjonijiet ekonomiċi u ta’ kummerċ u hija integrali għan-negozjati dwar il-kummerċ ħieles,

B.  billi t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u r-riskji ambjentali u soċjali qed isiru dejjem aktar frekwenti, bi ħsara b'mod partikolari għall-intrapriżi u l-ħaddiema li jinsabu fl-Unjoni Ewropea li huma sottomessi għall-osservanza ta' standards soċjali, ambjentali u fiskali ogħla,

C.  billi l-UE, fir-rapporti tagħha mal-pajjiżi terzi, għandha tadotta strateġija kummerċjali bbażata fuq ir-reċiproċità imma din għandha tkun differenzjata skont il-livell ta' żvilupp tas-sieħba kummerċjali tagħha, kemm fir-rigward tat-talbiet tagħha fil-qasam soċjali u ambjentali kif ukoll fir-rigward tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ, biex jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-kompetizzjoni internazzjonali ekwa u ġusta,

D. billi l-fora bilaterali saru l-pjattaforma ewlenija fejn ikunu segwiti dawn l-għanijiet politiċi, tant hu hekk li l-prospettivi għall-istabbiliment ta' regoli multilaterali li jiggvernaw ir-relazzjonijiet bejn il-kummerċ, ix-xogħol jew l-ambjent ġewwa l-qafas tad-WTO ma tantx jippromettu;

E.  billi, madankollu, huwa essenzjali li nippruvaw insibu bilanċ ġdid bejn il-liġi kummerċjali u d-drittijiet fundamentali u li nżidu d-djalogu bejn l-organizzazzjonijiet internazzjonali ewlenin, partikolarment bejn l-ILO u d-WTO, bl-għan ta’ koerenza akbar fil-politiki internazzjonali u tmexxija dinjija aħjar;

F.  billi hemm bosta raġunijiet għall-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fi ftehimiet kummerċjali internazzjonali, mix-xewqa li nistabbilixxu kummerċ ġust u ekwu u kundizzjonijiet indaqs għall-approċċ aktar preskrittiv tad-difiża tal-valuri universali mħaddna mill-UE u l-insegwiment konsistenti tal-politiki Ewropej,

G. billi jfakkar li d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt għall-Iżvilupp tal-1986 tikkonferma li d-"dritt għall-iżvilupp huwa dritt inaljenabbli tal-bniedem li bis-saħħa tiegħu kull persuna umana u l-popli kollha għandhom dritt jipparteċipaw fi, jikkontribwixxu għal u jgawdu mill-iżvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali"; iqis, għaldaqstant, li l-UE għandha obbligu li ma ddgħajjifx dan id-dritt u li anzi tikkontribwixxi biex tintegrah fi ftehimiet internazzjonali u ssegwih bħala linja gwida tal-politiki Ewropej;

H. billi t-Trattat ta' Lisbona jafferma mill-ġdid li l-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea, li minnha l-kummerċ huwa parti integrali, għandha tkun iggwidata mill-istess prinċipji bħal dawk li ispiraw il-ħolqien tagħha; billi l-mudell soċjali Ewropew, li jgħaqqad it-tkabbir ekonomiku sostenibbli ma’ kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien aħjar, jista jservi wkoll bħala mudell għal sieħba oħra; billi l-ftehimiet kummerċjali wkoll iridu jkunu kompatibbli ma' obbligi oħra u ftehimiet internazzjonali li l-partijiet ikunu daħlu fihom, f'konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom,

I.   billi titqies l-importanza li jinżamm il-livell tal-istandards soċjali u ambjentali fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea, u l-osservanza tagħhom mill-intrapriżi barranin li joperaw fis-suq uniku Ewropew,

J.   billi l-inklużjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istandards soċjali u ambjentali fil-ftehimiet kummerċjali tista' żżid il-valur ta’ ftehimiet bħal dawn, li jippermettu aktar interazzjoni mas-soċjetà ċivili u appoġġ akbar għall-istabilità politika u soċjali, u b’hekk jistabbilixxu klima li hija aktar favorevoli għall-kummerċ,

K. billi s-settur tal-kummerċ u l-osservanza tal-istandards dwar id-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll il-kwistjonijiet soċjali u ambjentali huma aspetti importanti fl-assigurazzjoni tal-paċi u tal-prosperità fid-dinja, iżda ma jistgħux jitqiesu bħala s-soluzzjoni tal-problemi kollha li jista' jkun hemm bejn l-istati differenti tad-dinja; billi, madankollu, li l-imblokk f'sitwazzjonijiet politiċi jista’ jingħeleb bit-tisħiħ tar-relazzjonijiet kummerċjali, u b'hekk tiġi żgurata d-definizzjoni tal-interessi komuni, b'mod speċjali fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali, bħala mezz biex jingħelbu l-konflitti,

L.  billi pajjiżi oħra stabilixxew eżempji pożittivi għall-inklużjoni ta' standards soċjali fi ftehimiet kummerċjali,

M.  billi s-sistema ġeneralizzata ta' preferenzi hija kkundizzjonata fir-rigward tal-prinċipji tal-konvenzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards fundamentali tax-xogħol mill-pajjiżi benefiċjarji, u tinkludi sistema speċjali ta' preferenzi tariffarji supplimentari billi s-sistema ġeneralizzata ta' preferenzi għandha l-għan li tippromwovu l-osservanza tal-istandards internazzjonali tax-xogħol permezz ta' preferenzi tariffarji supplimentari, u billi n-nuqqas ta' konformità ma' dawn il-kundizzjonijiet jista' jwassal biex arranġament kummerċjali jkun sospiż sabiex ikunu promossi r-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet internazzonali prinċipali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, il-protezzjoni tal-ambjent u l-governanza tajba; billi n-nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet jista' jwassal biex arranġament kummerċjali jkun sospiż,

1.  Jitlob, konsegwentement, li fi ħdan l-istrateġija kummerċjali futura tal-Unjoni Ewropea, il-kummerċ ma jkunx previst bħala għan fih innifsu, imma bħala għodda li tagħmilha possibbli li jiġu promossi l-valuri u l-interessi kummerċjali Ewropej u wkoll bħala stri,emt għall-kummerċ ġust, sabiex jiġu ġeneralizzati l-inklużjoni u l-implimentazzjoni effettivi tal-istandards soċjali u ambjentali mas-sieħba kummerċjali kollha tal-UE; iqis li l-Unjoni Ewropea għandha tkun gwidata minn approċċ pożittiv, imma wkoll ġuridikament vinkolanti, fin-negozjati tagħha; jenfasizza li l-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar l-iżvilupp sostenibbli, b'mod partikolari fil-ftehimiet bilaterali, huwa ta’ benefiċċju għall-partijiet kollha;

2.  Ifakkar li l-politika kummerċjali hija strument għas-servizz tal-objettivi globali tal-Unjoni Ewropea u li, skont l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-politika kummerċjali tal-Unjoni Ewropea titmexxa "fil-kuntest tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni", u li skont l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, hija għandha tikkontribwixxi b'mod partikolari ''għall-iżvilupp sostenibbli tal-pajneta, għas-solidarjetà u għar-rispett bejn il-popli, għall-kummerċ ħieles u ġust, għall-eliminazzjoni tal-faqar u għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari dawk tat-tfal, kif ukoll għar-rispett sħiħ u għall-iżvilupp tal-liġi internazzjonali, b'mod partikolari għar-rispett tal-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti";

Id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fir-relazzjonijiet kummerċjali multilaterali

3.  Iħeġġeġ iktar kooperazzjoni fil-livell multinazzjonali bejn id-WTO u l-istituzzjonijiet ewlenin tan-Nazzjonijiet Uniti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; iqis li rabtiet iktar mill-qrib bejn l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u mal-proċeduri speċjali jkunu partikolarment utli biex jipprovdu qafas kummerċjali multilaterali li jsaħħaħ ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; iqis, bl-istess mod, li l-għarfien espert tal-Kummissjoni Għolja jista' jitqies mill-bordijiet tad-WTO u mill-korp tal-appell meta jkunu osservati każijiet serji ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

4.  Iqis li r-rieżami perjodiku mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem għandu jkun strument utli għall-monitoraġġ tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali;

5.   Jenfasizza li t-tkabbir tal-kooperazzjoni mal-ILO, il-korp responsabbli għall-istabbiliment u n-negozjar ta’ standards internazzjonali tax-xogħol u mis-sorveljanza tal-applikazzjoni tagħhom fil-liġi u fil-prattika, u l-parteċipazzjoni sħiħa tal-ILO fix-xogħol tad-WTO, huma essenzjali;

a)  Għal dan il-għan jitlob li l-ILO tingħata status uffiċjali ta’ osservatur fid-WTO u d-dritt li titkellem waqt il-konferenza ministerjali tad-WTO;

b)  Jipproponi li jitwaqqaf kumitat dwar il-kummerċ u x-xogħol deċenti fid-WTO, simili għall-Kumitat għall-Kummerċ u l-Ambjent; u jinsisti li ż-żewġ kumitati jingħataw mandat definit b'mod ċar u li jkollhom influwenza tanġibbli;

c)  jipproponi li każijiet rilevanti li fihom ikun involut ksur tal-konvenzjonijiet internazzjonali tax-xogħol fi kwistjoni kummerċjali jistgħu jiġu rriferuti lill-ILO kif ukoll lill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem;

d)  jipproponi li meta stat membru tad-WTO jqis li deċiżjoni mill-korp tas-soluzzjoni tat-tilwim titfa’ dubji fuq id-deċiżjonijiet tal-ILO dwar l-osservanza ta' konvenzjonijiet dwar ix-xogħol, għandu jkun hemm mezz ta' appell lill-ILO;

6.   Jafferma mill-ġdid li l-għanijiet tal-manteniment u l-preservazzjoni ta’ sistema kummerċjali multilaterali miftuħa u mhux diskriminatorja, minn naħa, u l-ħarsien tal-ambjent u l-promozzjoni ta’ żvilupp sostenibbli min-naħa l-oħra, għandhom jappoġġaw lil xulxin; jenfasizza li, skont l-Artikolu 20 tal-GATT, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri kummerċjali biex jipproteġu l-ambjent, sakemm dawn il-miżuri ma jiġux applikati b'tali mod li jikkostitwixxu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikabbli; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu użu sħiħ minn din id-dispożizzjoni;

7.   Jilqa’ l-eżistenza tal-Kumitat għall-Kummerċ u l-Ambjent tad-WTO, li għandu jkun forum essenzjali biex tintlaħaq l-integrazzjoni u tissaħħaħ ir-rabta bejn l-ambjent u l-kummerċ; jesprimi t-tama li r-rwol u l-ħidma tal-Kumitat jiżviluppaw biex jindirizzaw b'mod pożittiv l-iktar sfidi kummerċjali u ambjentali importanti li qed tħabbat wiċċha magħhom il-komunità internazzjonali;

8.   Jenfasizza l-importanza ta' titjib fl-aċċess għall-prodotti u t-teknoloġiji ħodor biex jintlaħqu l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli, u jinkoraġixxi lill-partijiet kollha fin-negozjati sabiex jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex jaslu għal konklużjoni rapida tan-negozjati dwar it-tnaqqis jew it-tneħħija tat-tariffi u ostakli mhux tariffarji għal prodotti u servizzi ambjentali, sabiex jippromwovu forom ġidda ta' politiki tal-impjieg u l-ħolqien ta' impjiegi li jissodisfaw l-istandards tal-ILO dwar ix-xogħol deċenti u opportunitajiet ta' tkabbir għall-industriji Ewropej u għall-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju;

9.  Jenfasizza l-ħtieġa li jsir progress fin-negozjati dwar il-punti oħra fl-Artikolu 31 tad-Dikjarazzjoni ta’ Doha dwar ir-relazzjoni bejn regoli eżistenti tad-WTO u l-obbligi kummerċjali speċifiċi stipulati fi ftehimiet ambjentali multilaterali (MEAs), u li tkun promossa kooperazzjoni eqreb bejn is-segretarjati tal-MEA u l-kumitati tad-WTO, fattur ewlieni fl-iżgurar li l-kummerċ u reġimi ambjentali jiżviluppaw b'mod koerenti.

10. Iqis li ftehim multilaterali dwar il-klima jkun l-aħjar strument biex tkun żgurata l-internalizzazzjoni ta’ fatturi esterni ambjentali negattivi marbuta mas-CO2, iżda li hemm riskju li dan mhux se jintlaħaq fil-futur qrib; iqis għalhekk li l-Unjoni Ewropea għandha tkompli tistudja l-possibilitajiet, għas-setturi industrijali li għandhom riskju reali ta' rilokazzjoni ta' karbonju, tal-ħolqien ta’ strumenti ambjentali adegwati b'mod konġunt mal-irkant tal-kwoti tas-CO2 tal-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet, b’mod partikolari "mekkaniżmu għall-inklużjoni tal-karbonju" fl-osservanza tar-regoli tad-WTO, peress li mekkaniżmu bħal dan jagħmilha possibbli li wieħed jiġġieled kontra r-riskji ta' trasferimenti ta' emissjonijiet tas-CO2 lejn pajjiżi terzi;

11. Jipproponi, ladarba l-ftehim internazzjonali dwar il-klima ġie nnegozjat u ffirmat, li titwaqqaf organizzazzjoni dinjija ambjentali ġenwina sabiex tinforza ż-żamma tal-impenji li jkunu ttieħdu, u biex tiżgura konformità ma' standards ambjentali; pereżempju, ikun obbligatorju li l-każijiet ta' dumping ambjentali jkunu rriferuti lil din l-organizzazzjoni futura;

Id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-ftehimiet kummerċjali bilaterali

12. Jappoġġja bis-sħiħ il-prattika tal-inklużjoni ta’ klawsoli ġuridikament vinkolanti dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet internazzjonali tal-UE iżda jinnota li għad hemm sfidi importanti x’jingħelbu fil-monitoraġġ u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-klawsoli; jikkonferma mill-ġdid li dawn il-klawsoli jridu jkunu inklużi fil-ftehimiet kummerċjali u settorjali kollha, b’mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni ċar u preċiż fuq il-mudell tal-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Cotonou; jilqa’ f’dan ir-rigward il-fatt li ddaħħlet klawsola bħal din fil-ftehimiet ta' kummerċ ħieles tal-ġenerazzjoni l-ġdida;

13. Jenfasizza l-fatt li l-istess approċċ ta' inklużjoni sistematika għandu jkun applikat ukoll għall-kapitoli dwar l-iżvilupp sostenibbli fil-ftehimiet bilaterali;

14. Jinnota li l-ftehimiet kummerċjali futuri jistgħu jiġu konklużi fid-dawl tal-kriżi finanzjarja attwali; iqis li dan ma jfissirx li għandhom jiġu traskurati l-istandards soċjali u ambjentali, b’mod partikolari dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u l-ġestjoni tal-iskart perikoluż, biex jintlaħqu għanijiet oħra;

15. Jitlob, b'kunsiderazzjoni tal-objettivi msemmija hawn fuq, lill-Kummissjoni Ewropea biex, fil-ftehimiet kollha ta' kummerċ li tinnegozja ma' stati terzi, iddaħħal b'mod sistematiku sensiela ta' standards soċjali u ambjentali li jinkludu:

a)   lista ta' standards minimi li għandhom jiġu osservati mis-sieħba kummerċjali kollha tal-UE. Fil-qasam soċjali, dawn l-istandards għandhom jikkorrispondu għat-tmien konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO (l-istandards fundamentali tax-xogħol) hekk kif imsemmija fid-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali tax-Xogħol (1998); ma' dawn it-tmien konvenzjonijiet jiżdiedu, għall-pajjiżi industrijalizzati, l-erba' konvenzjonijiet prijoritarji tal-ILO (il-Konvenzjonijiet Prijoritarji tal-ILO); Fil-qasam ambjentali u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, l-istandard minimu għandu jikkorrispondi għal-lista ta' konvenzjonijiet dwar l-ambjent u għall-prinċipji ta' governanza tajba, kif previst mir-regolament Ewropew dwar is-sistema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati.

b)    lista ta' konvenzjonijiet addizzjonali li għandhom jiġu implimentati, b'mod gradwali u flessibbli, filwaqt li titqies l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika, soċjali u ambjentali tas-sieħeb ikkonċernat; Fil-qasam soċjali, l-objettiv aħħari għandu jikkorrispondi għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Aġenda tax-Xogħol Deċenti tal-ILO;

16. Jissottolinja li l-osservanza ta' dawn l-istandards għandha tfisser li tinkludi kemm ir-ratifika, kif ukoll it-traspożizzjoni tagħhom fil-liġi nazzjonali u l-implimentazzjoni effettiva tagħhom fit-territorju nazzjonali kollu;

17. Jitlob li l-ftehimiet kummerċjali tal-ġejjieni kollha jipprevedu projbizzjoni tal-isfruttament tax-xogħol tat-tfal, b'mod partikulari fl-estrazzjoni u fl-ipproċessar ta' ġebel naturali u li jinkludu sistema ta' ċertifikazzjoni Ewropea uniformi li tiżgura li kemm il-ġebel naturali u kemm il-prodotti tal-ġebel naturali impurtati jkunu ġew prodotti b'mod dimostrabbli tul il-katina tal-valur sħiħa mingħajr l-isfruttament ta' xogħol tat-tfal fis-sens tat-tifsira tal-Konvenzjoni 182 tal-ILO;18.  Jenfasizza li fil-kuntest ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles, jistgħu jkunu previsti l-liberalizzazzjonijiet kundizzjonali, inkluż it-tqassir tal-perjodu taż-żmien għat-tneħħija tar-restrizzjonijiet jew l-aċċess għal suq addizzjonali, skont il-konformità ma' standards ambjentali u soċjali;

19. Jenfasizza l-importanza tal-monitoraġġ kontinwu tal-implimentazzjoni tal-ftehim, b’approċċ miftuħ u inklużiv fil-fażijiet kollha:

a)  jinnota l-użu tal-istudji dwar l-impatt fuq l-iżvilupp sostenibbli iżda jqis li dawn għandhom isiru wkoll qabel, matul u wara n-negozjati, sabiex tkun żgurata evalwazzjoni kontinwa; jirrimarka wkoll l-importanza li tittieħed azzjoni b'mod sħiħ fuq ir-riżultati tagħhom; iqis ukoll l-negozjati għandhom jikkunsidraw aħjar il-prijoritajiet u t-tħassib li jirriżultaw minn dawn l-istudji dwar l-impatt,

b)  jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel studji dwar l-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem flimkien ma’ dawk dwar l-iżvilupp sostenibbli, b’indikaturi kummerċjali komprensibbli bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem u fuq standards ambjentali u soċjali;

c)  jistieden liż-żewġ partijiet biex jissottomettu rapporti regolari dwar il-progress ġenerali tal-implimentazzjoni tal-impenji kollha li ttieħdu fil-ftehim;

d) jitlob lill-Kummissjoni tiggarantixxi li l-parlamenti tal-pajjiżi sħab ikunu involuti fin-negozjati kummerċjali, bil-għan li tissaħħaħ il-governanza u l-iskrutinju demokratiku fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

e)  jenfasizza l-importanza tal-involviment pubbliku fl-istadji kollha tan-negozjati u s-segwitu għall-ftehim, u għal dan il-għan jitlob li jitwaqqfu fora jew gruppi konsultattivi dwar l-iżvilupp sostenibbli li għandhom jitwaqqfu biex jippermettu lis-sieħba soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili indipendenti li jkunu kkonsultati;

20. jappella biex il-ftehimiet kummerċjali tal-UE joffru effettivament, l-ogħla livelli ta' trasparenza, standards rigorużi għall-akkwist pubbliku u rendikont għal kull pajjiż mill-impriżi, kemm fil-pajjiżi żviluppati kif ukoll dawk li qed jiżviluppaw, bil-għan li tiġi miġġielda l-ħarba illegali ta' kapital;

21. Iħeġġeġ lill-Unjoni biex issostni d-dritt ta' aċċess għar-riżorsi naturali fin-negozjati tal-ftehimiet għall-kummerċ u ssostni d-drittijiet tal-popli awtoktoni u indiġeni rigward l-aċċess għar-riżorsi naturali essenzjali; jitlob lill-Kummissjoni biex tintegra fin-negozjati u fil-ftehimiet internazzjonali għall-kummerċ il-kwistjoni tax-xiri u tal-proprjetà tal-artijiet fil-pajjiżi terzi, partikolarment fil-pajjiżi l-anqas żviluppati u fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

22. Jirrikonoxxi li l-kapitolu dwar l-iżvilupp sostenibbli fil-ftehimiet bilaterali li bħalissa qegħdin jiġu nnegozjati huwa vinkolanti iżda li jista' jkun imsaħħaħ billi jiġu previsti:

a)   proċedura għall-ilmenti miftuħa għas-sieħba soċjali,

b)   appelli lil korp indipendenti għas-soluzzjoni rapida u effikaċi tat-tilwim marbut mal-problemi soċjali jew ambjentali, bħal panels ta’ esperti magħżula miż-żewġ partijiet fuq il-bażi tal-kompetenza tagħhom fid-drittijiet tal-bniedem, fil-liġi tax-xogħol u fil-liġi ambjentali, u li r-rakkomandazzjonijiet tagħhom ikollhom jiffurmaw parti minn proċess definit tajjeb, b’dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni,

c)   rikors għal mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim b’kundizzjonijiet indaqs ma' partijiet oħra tal-ftehim, b’dispożizzjoni għal multi biex itejbu l-qagħda fis-setturi kkonċernati, jew sospensjoni mill-inqas temporanja ta' ċerti vantaġġi kummerċjali previsti mill-ftehim, fil-każ ta' ksur aggravat tal-istandards imsemmija hawn fuq;

23. Jenfasizza l-importanza li jiżdiedu miżuri ta' akkumpanjament ma' dawn il-ftehimiet, inklużi miżuri ta' assistenza teknika u programmi ta' kooperazzjoni, bl-għan tatt-titjib tal-kapaċità ta' implimentazzjoni, b'mod partikolari tal-konvenzjonijiet fundamentali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istandards soċjali u ambjentali;

Id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fir-relazzjonijiet kummerċjali multilaterali GSP u GSP+

24.  Iqis li s-27 konvenzjoni li tagħhom qed jintalbu r-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva biex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-GSP+ jirrappreżentaw taħlita unika ta' konvenzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-liġi tax-xogħol, l-ambjent u l-istandards ta' governanza tajba; jenfasizza li sal-lum, il-GSP+ kellu impatt pożittiv u viżibbli fir-rigward tar-ratifika ta' dawn il-konvenzjonijiet, iżda inqas pożittiv u viżibbli fir-rigward tal-implimentazzjoni tagħhom, u għalhekk jittama li titqiegħed aktar enfasi fuq miżuri ta' akkumpanjament għat-titjib tal-kapaċità ta' implimentazzjoni; iqis ukoll li, biex tkun żgurata l-kredibilità tal-GSP+, il-Kummissjoni għandha tnedi investigazzjonijiet jekk elementi li jaqblu jindikaw li ċerti pajjiżi mhux qed jimplimentaw is-27 konvenzjoni u, jekk ikun il-każ, tneħħi l-preferenzi;

25. Iqis li tista' tiġi stabbilita rabta aktar stretta bejn il-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-GSP+ fil-ftehimiet tal-Unjoni Ewropea mal-pajjiżi terzi, b'mod partikolari fir-rigward tal-monitoraġġ;

26. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex, matul il-proċess ta' rieżami tas-sistema tal-GSP, tagħmel li tista' biex dan jibbenefika lill-pajjiżi li l-iktar għandhom bżonnu, u biex tissimplifika r-regoli ta' oriġini sabiex il-pajjiżi benefiċċjarji tal-inizjattiva "Kollox Barra l-Armi" u tas-sistema tal-GSP+ ikunu jistgħu jieħdu l-ikbar vantaġġ mill-preferenzi li jingħataw lilhom; jitlob li jiġu stabbiliti punti ta' tqabbil, mekkaniżmi u kriterji trasparenti għall-għoti kif ukoll l-irtirar tal-preferenzi fil-qafas ta' din is-sistema; jitlob wkoll il-parteċipazzjoni sħiħa tal-Parlament Ewropew tul dan il-proċess, b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna l-proposta tal-Kunsill dwar il-listi tal-pajjiżi benefiċjarji, it-tnedija tal-investigazzjonijiet jew is-sospensjoni temporanja tal-GSP+;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni biex malajr kemm jista' jkun tressaq proposta għal regolament li jipprojbixxi l-importazzjoni fl-UE ta' prodotti mmanifatturati permezz ta' forom moderni ta' skjavitù, xogħol furzat, speċjalment xogħol furzat ta' gruppi partikolarment vulnerabbli, bi ksur tal-istandards bażiċi tad-drittijiet tal-bniedem;

28. Jistieden lill-Kummissjoni, skont il-Ftehim ta' Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, tipprovdi lill-Parlament f'kull ħin b'informazzjoni komprensiva dwar l-oqsma kollha tas-suġġetti rilevanti waqt in-negozjati dwar il-ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali;

29. Jistieden lill-Kummissjoni, b'kunsiderazzjoni tat-tisħiħ tal-poteri tal-Parlament skont it-Trattat ta' Lisbona, tiggarantixxi fluss ta' informazzjoni effikaċi u tirrikonoxxi fiċ-ċirkostanzi kollha lir-rappreżentanti tal-Parlament l-istatus ta' osservaturi u tagħtihom konsegwentement l-aċċess għal-laqgħat kollha u għad-dokumenti kollha rilevanti.

30. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)

     GU C 320, 28.10.1996, p. 261

(2)

       GU C 290E, 29.11.2006, p. 107.

(3)

       GU C 112 E, 9.5.2002, p. 326.

(4)

       ĠU C 131 E, 5.6.2003, p. 147.

(5)

       GU C 280E, 18.11.2006, p. 65.

(6)

       GU C 157 E, 6.7.2006, p. 84.

(7)

       Konkluzjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Gunju 2010 dwar it-thaddim tat-tfal, 10937/1/10.

(8)

       GU C 303 E, 13.12.2006, p. 865.

(9)

       GU C 102 E, 24.4.2008, p. 128.

(10)

      GU C 102E, 24.4.2008, p.321

(11)

      GU L 12, 16.1.2001, p.1

(12)

      1GU C 273 E, 14.11.2003, p. 305.

(13)

      GU C 102 E, 24.4.2008, p. 301.

(14)

      GU C 323 E, 18.12.2008, p. 361.


NOTA SPJEGATTIVA

L-inklużjoni tal-klawsola tad-drittijiet tal-bniedem jew l-applikazzjoni ta' standards soċjali u ambjentali fin-negozjati kummerċjali huma problemi kumplessi li jaqsmu l-komunità internazzjonali. Min-naħa l-waħda, il-Tramuntana tiddenunzja d-dumping soċjali u ambjentali li jsir mill-pajjiżi emerġenti, li jgħawweġ il-kompetizzjoni tal-kummerċ; Min-naħa l-oħra, in-Nofsinhar jissuspetta li t-Tramuntana trid timpedixxi l-iżvilupp ekonomiku tiegħu u, permezz tal-applikazzjoni ta' dawn l-istandards, li qed teżerċita forma ta' protezzjoniżmu moħbi. Wieħed jista’ jifhem, għalhekk, li d-diskussjoni kalma tal-kwistjoni tal-istandards hija estremament diffiċli fi ħdan korpi multilaterali, u aktar u aktar fi ħdan id-WTO, waqt li l-klawsola soċjali qed tidher aktar u aktar fil-ftehimiet kummerċjali bilaterali.

Bħalissa qed ikun osservat żbilanċ dejjem akbar bejn ir-regoli tal-kummerċ internazzjonali u l-istandards oħra tal-liġi internazzjonali, u għalhekk huwa meħtieġ li nsibu mgħodijiet ġodda ġodda ta' ħsieb fit-tentattiv, b'mod partikolari, li tnaslu għall-koordinazzjoni ġenwina bejn l-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-kummerċ (WTO) u tax-xogħol (ILO). L-Unjoni Ewropea għandha rwol ewlieni f'din it-tfittxija għal tmexxija dinjija ġdida u għal dan il-għan trid tinkoraġġixxi l-konsistenza fil-politiki adottati minn istituzzjonijiet internazzjonali.

Fi żmien meta qed teżamina mill-ġdid l-istrateġija kummerċjali tagħha, l-Unjoni Ewropea għandha tistaqsi lilha nfisha, fid-dawl ta' din l-osservazzjoni, x'tip ta' politika kummerċjali trid tadotta. Jekk fil-fatt trid tibgħat messaġġ ċar kontra l-protezzjoniżmu, hija għandha wkoll tiżgura li l-kummerċ internazzjonali jkun ġust u li l-benefiċċji minnu jkunu reċiproċi. L-UE, permezz tal-politiki tagħha u partikolarment permezz tal-politika kummerċjali tagħha, trid tiddefendi l-interessi kummerċjali tagħha filwaqt li tikkonforma mal-istandards u l-valuri tagħha u tiżgura li oħrajn jagħmlu l-istess. Huwa dan il-ħsieb li għandu jgħin lill-istituzzjonijiet Ewropej varji biex itniedu u jmexxu politika kummerċjali ġodda, politika ambizzjuża bbażata fuq il-fermezza u d-djalogu.

M'għandniex ninsew li l-industriji u n-negozji Ewropej huma marbuta fl-Ewropa b’regoli soċjali u ambjentali stretti. Jekk l-Unjoni Ewropea tosserva standards vinkolanti, hija għandha tkun tista’ wkoll tiirkjedi jeħtieġu l-istess standard mis-sieħba kummerċjali tagħha u partikolarment mill-pajjiżi emerġenti, u trid tkun tista' tinsisti fuq il-kwalità u s-sostenibiltà, b'mod partikolari għal prodotti tal-ikel jidħlu fit-territorju tagħha, sabiex jinżamm il-kummerċ ġust u ekwitattiv. F'dan is-sens, ir-regoli iebsa tas-suq uniku Ewropew dwar is-saħħa, is-sikurezza, l-ambjent u l-protezzjoni tal-ħaddiema u l-konsumaturi huma mudell Ewropew speċifiku li għandu jservi bħala ispirazzjoni fil-livell internazzjonali u fil-fora multilaterali u għandu jkun rifless fin-negozjati attwali dwar ftehimiet kummerċjali bilaterali. L-UE mbagħad ikollha iktar assigurazzjoni globali li l-politiki esterni li hi tapplika permezz tal-politiki ta’ kummerċ u żvilupp tagħha jagħtu kontribut effettiv għall-iżvilupp soċjali fl-istati mhux membri li magħhom għandha l-kummerċ.

Is-sejbien ta’ tweġiba għal din il-kwistjoni u t-tressiq ta’ proposti jkunu ta’ għajnuna għall-pubbliku biex jieħu lura s-sjieda, b'mod pożittiv, tal-politika kummerċjali tal-UE (f’kuntest fejn il-pubbliku jiċħad jew jibża min-negozjati kummerċjali) u jikkontribwixxu għad-dibattitu dwar kundizzjonijiet indaqs għall-kummerċ. Kif nafu, il-ftuħ fil-kummerċ huwa aċċettat u jitqies bħala esperjenza pożittiva mis-soċjetà bil-kundizzjoni li dan jikkontribwixxi għat-titjib tal-livell tal-għajxien. Bl-istess mod, iż-żieda tal-kummerċ u l-liberalizzazzjoni huma milqugħa tajjeb sakemm ma jipperikolawx id-drittijiet soċjali u ambjentali. L-Unjoni Ewropea għandha għalhekk issib bilanċ bejn approċċ kummerċjali restrittiv u liberali għall-kummerċ kif ukoll kompromess bejn li tiddefendi l-interessi kummerċjali tagħha u l-eżiġenza li titlob ir-rispett tal-valuri universali, bħall-applikazzjoni ta' standards soċjali u ambjentali vinkolanti.

Sabiex tipprova tikseb dan il-kompromess, l-Unjoni għandha tistabbilixxi djalogu mas-sħab tagħha u ssib bażi komuni fir-rigward tal-valuri tagħha. Huwa permezz ta' dan l-isforz għat-trasparenza u d-djalogu fid-dawl tal-poteri ġodda li tah it-Trattat ta' Lisbona, li l-Parlament Ewropew għandu rwol ewlieni x’jiżvolġi. B'dan il-mod, irid jagħti mandat politiku u morali lin-negozjati. Għandu wkoll jesprimi l-fatt li l-Unjoni trid tiddefendi l-interessi kummerċjali tagħha u fl-istess ħin tiddikjara l-ħtieġa għal qafas ta' standards. Parlament għandu jippromwovu diskussjonijiet miftuħa u ‘ċiviċi’. Għandu jkun l-istituzzjoni li tafferma li r-rispett għall-ħajja umana u x-xogħol deċenti huwa l-istess kullimkien u għal kulħadd u li hemm aspett universali għas-sinifikat tad-drittijiet ambjentali u soċjali (drittijiet tat-trejdjunjins, il-ġlieda kontra x-xogħol tat-tfal, eċċ).

Flimkien mal-kwistjoni diskussa hawn fuq, hemm diversi modi kif is-suġġett jista' jiġi ttrattat, fil-livell multilaterali, bilaterali jew unilaterali.

I. Id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fir-relazzjonijiet kummerċjali multilaterali

Kif intqal hawn fuq, huwa vitali li tkun promossa l-konsistenza fil-politiki adottati mill-istituzzjonijiet internazzjonali u li titwaqqaf governanza dinjija ġdida kkoordinata mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u l- Organizzazzjoni Dinjija għall-Ambjent (ġejjiena?). Nafu kemm hu diffiċli li jkunu inklużi standards li mhumiex parti mill-qasam tal-kummerċ fir-regolamenti tal-kummerċ internazzjonali. Għalhekk, huwa forsi iktar speċifikament fl-intensifikazzjoni tad-djalogu mal-ILO li ċerti aspetti fundamentali marbuta mar-rispett tal-istandards soċjali jistgħu jitqiesu. Għal dan il-għan ir-rwol tal-ILO għandu jissaħħaħ u din għandu dkollha wkoll korp għall-interpretazzjoni tal-istandards. Minbarra l-fatt li konformità universali u obbligatorja mal-istandards prinċipali tal-ILO hija rrakkomandata, għandha ssir ukoll riferenza għall-ILO fi kwistjonijiet ta' drittijiet fundamentali tax-xogħol fil-kuntest tas-soluzzjoni ta' tilwim internazzjonali, inklużi kwistjonijiet kummerċjali (fil-forma ta' riferiment preliminari mid-WTO lill-ILO).

Għalkemm il-kwistjoni li l-kummerċ għandu jqis l-istandards soċjali għadha waħda minuri, rigward l-ambjent, il-miżuri kummerċjali meħtieġa minn ftehimiet ambjentali multilaterali (MEAs) sabiex jintlaħqu l-objettivi ambjentali li huma kkunsidrati "leġittimi" mill-kunsens multilaterali, u li mhumiex mhux biss restrizzjonijiet moħbija fuq il-kummerċ, issa jidher li qed jiġu kkunsidrati bħala parti mill-eċċezzjonijiet taħt l-Artikolu XX tal-GATT.

Finalment, dwar il-kwistjoni ambjentali, għandha titwaqqaf organizzazzjoni dinjija speċifika. Jekk, kif inhu l-każ tad-WTO, il-mandat tagħha jkun definit tajjeb u b’mod ċar fir-rigward ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, u jekk dan jippermettilha taġixxi fuq il-bażi ta' prinċipji miftiehma b'mod komuni, din l-organizzazzjoni, magħrufa bħala l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Ambjent, tista’ tkun responsabbli għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istandards ambjentali. Każijiet ta' dumping ambjentali jistgħu jitressqu quddiemha.

Dwar il-kwistjoni tad-drittijiet tal-bniedem, għandha tkun finalment stabbilita kooperazzjoni akbar fuq il-livell multilaterali bejn id-WTO u l-istituzzjonijiet prinċipali għad-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti. Jista' jitqies, pereżempju, l-għarfien espert tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli fil-panels tad-WTO u l-korp tal-appell tagħha meta jkun osservat ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

II. Id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-ftehimiet kummerċjali bilaterali

Il-kwistjoni tal-applikazzjoni obbligatorja ta' dawn l-istandards fil-ftehimiet kummerċjali bilaterali hija waħda partikolarment sensittiva u tpoġġi l-enfasi fuq jekk l-Unjoni Ewropea għandhiex jew le l-kapaċità li timponi l-applikazzjoni ta’ dawn l-istandards u l-konformità magħhom.

F’negozjati li kkonkludiet reċentement, jew li għadha għaddejja bihom, l-UE għandha l-għan li tinkludi standards soċjali fil-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles, iżda kultant tiffaċja ostilità minn xi pajjiżi għar-raġuni li dawn ikunu jikkostitwixxu ostakoli protezzjonisti. L-UE qed tiltaqa’ wkoll ma’ diffikultajiet ma’ pajjiżi li, għalkemm iffirmaw il-konvenzjonijiet tal-ILO, ma jirrispettawx id-drittijiet tat-trejdjunjins.

Madankollu, rajna żviluppi konkreti fil-ftehimiet għall-kummerċ ħieles (FTAs) fin-negozjati dwar il-kapitoli fuq l-iżvilupp sostenibbli. Prinċipju bażiku ta' xi FTAs huwa l-impenn għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp ta' ekonomija sostenibbli bbażat fuq il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittjiet tal-ħaddiema u dawk ambjentali.

Madankollu, biex dawn il-kapitoli dwar l-iżvilupp sostenibbli jkunu rrispettati miż-żewġ naħat, irridu naħsbu biex nistabbilixxu mekkaniżmi ta' sorveljanza reċiproka u inċentivi. Pereżempju, nistgħu naħsbu ħsieb dwar il-liberalizzazzjoni kondizzjonali, b’azzjonijiet bħal li nqassru l-perjodu ta’ żmien għat-tneħħija tar-restrizzjonijiet, jew għall-aċċess għal suq addizzjonali, skont il-konformità ma' standard soċjali u/jew ambjentali partikolari. Għandu jkun ukoll possibbli li jkollna indikatur tal-ħtiġijiet li ma jkunx statiku, li jista' jvarja skont il-pajjiżi u s-sitwazzjoni ekonomika tagħhom, u b'hekk jippermetti l-inklużjoni ta’ approċċ gradwali u flessibili fl-obbligu tal-osservanza ta' standards soċjali u ambjentali.

Finalment u fuq kollox għandu jkun hemm iktar panels ta’ arbitraġġ u fora għall-iskambju ta' opinjonijiet u djalogu, li jippermettu li s-soċjetà ċivili tkun aktar involuta u fuq perjodu ta’ żmien twil ikollhom effett ta' lieva ġenwin fuq il-politiki interni tal-pajjiżi sieħba. Waħda mill-possibiltajiet hija l-ħolqien ta’ ‘osservatorji’ bilaterali konġunti biex jipprovdu forum għall-iskambji ta' fehmiet bejn il-gvernijiet, il-Parlament Ewropew, is-sieħba soċjali u s-soċjetà ċivili fis-sens usa’ tagħha. Finalment, jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel studji dwar l-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem flimkien ma’ dawk dwar l-iżvilupp sostenibbli, b’indikaturi kummerċjali komprensibbli bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem u fuq standards ambjentali u soċjali.

III. Id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fir-relazzjonijiet kummerċjali unilaterali GSP u GSP+

Dawn l-istrumenti jippermettu l-promozzjoni tal-prinċipji u d-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-GSP, li tippermetti lill-UE li tagħti preferenzi kummerċjali unilaterali, saret burokratika ħafna, u l-kriterji tagħha għall-attribuzzjoni jew l-irtirar tal-preferenzi ma tantx huma trasparenti. Għalhekk hemm bżonn li l-UE, fil-kuntest tar-rieżami tar-Regolament tal-GSP, għandha tkun tista’ tindirizza l-benefiċjarji b'mod aktar preċiż, billi, pereżempju, tqis il-livell ta' żvilupp u permezz tal-monitoraġġ tal-impriżi ta’ dawk il-pajjiżi inkwantu kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet tal-bniedem u mal-istandards ambjentali u soċjali. Il-Kummissjoni tista' tesplora l-possibilità li tistabbilixxi qafas ta' kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi tal-GSP sabiex jiġu ffaċilitati investigazzjonijiet u s-segwitu tat-tilwim, kif ukoll miżuri ta’ akkumpanjament oħra.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

26.10.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

2

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Kader Arif, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Marielle De Sarnez, Harlem Désir, Christofer Fjellner, Joe Higgins, Yannick Jadot, Bernd Lange, Vital Moreira, Tokia Saïfi, Helmut Scholz, Gianluca Susta, Keith Taylor, Jan Zahradil, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Catherine Bearder, George Sabin Cutaş, Béla Glattfelder, Małgorzata Handzlik, Salvatore Iacolino, Elisabeth Köstinger, Jarosław Leszek Wałęsa

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Ricardo Cortés Lastra, Jelko Kacin, Vytautas Landsbergis, Evžen Tošenovský

7.10.2010

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-ftehimiet għall-kummerċ internazzjonali

(2009/2219(INI))

Rapporteur għal opinjoni: David Martin

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Ifakkar li d-drittijiet ekonomiċi u soċjali jiffurmaw parti integrali tad-drittijiet tal-bniedem mill-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-1948; iqis li hu dmir tal-UE li tgħin biex ikunu implimentati fil-pajjiżi l-inqas żviluppati u fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw li magħhom tiffirma ftehimiet internazzjonali, fosthom ftehimiet kummerċjali;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkonkludi ftehimiet għall-kummerċ bil-kundizzjoni biss li l-ftehimiet imsemmija jkun fihom klawżoli relatati mad-demokrazija u mad-drittijiet tal-bniedem u dwar standards soċjali, tas-saħħa u ambjentali; itenni għal darba oħra t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jagħmlu effettivi l-klawżoli msemmija li minn issa stess diġà huma integrati fil-ftehimiet internazzjonali fis-seħħ u b'hekk jiġi stabbilit mekkaniżmu adattat skont l-Artikolu 8, 9 u 96 tal-Ftehim ta' Cotonou;

3.  Jitlob li n-negozjati u l-ftehimiet kummerċjali kollha tal-UE ma’ pajjiżi terzi jkunu jinkludu klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem u valutazzjoni tal-impatt minn qabel tal-ftehimiet maħsuba, li jqisu s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem għall-partijiet kollha tal-ftehimiet konċernati; Iqis li din l-analiżi trid tinkludi laqgħat ma’ difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jaħdmu fil-pajjiżi konċernati;

4.  Jemmen li, speċjalment fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, il-politiki domestiċi u esterni tal-UE jridu jkunu konsistenti u f’kull waqt jirrispettaw il-prinċipji stipulati fil-Kapitolu 1 tat-Titolu V tat-Trattat UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-universalità, l-inaljenabbiltà u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-binedem u l-libertajiet fundamentali; f’dan ir-rigward, jenfasizza li l-kredibilità internazzjonali tal-UE bħala promotur tad-drittijiet tal-bniedem tiddependi fuq il-ħila tagħha li tiżgura li l-korporazzjonijiet multinazzjonali tal-UE jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fl-attivitajiet tagħom barra mill-UE, b'mod partikolari f'pajjiżi li qed jiżviluppaw; Jitlob li jkun hemm implimentazzjoni fil-waqt tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ­– u tal-Karta Ewropea dwar il-Libertajiet Fundamentali; jemmen li l-UE trid tapplika l-ECHR fl-avvitajiet tagħha f’pajjiżi terzi kif rakkomandat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;

5.  Jitlob lill-Kummissjoni bħala r-rappreżentant tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex, quddiem id-WTO u l-membri tagħha, issostni l-ħtieġa li jitqiesu d-drittijiet tal-bniedem, l-istandards soċjali, tas-saħħa u ambjentali fil-qafas tan-negozjati kummerċjali, u partikolarment dawk tal-ftehim ta' Doha, u biex tiżgura b'mod konkret fuq l-applikazzjoni u l-promozzjoni tagħhom fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet għall-kummerċ; jitlob lill-Kummissjoni biex torbot lid-WTO u lill-membri tagħha biex jilqgħu, għall-ewwel bħala osservaturi, lid-delegazzjonijiet tal-ILO u lis-segretarjat tal-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol u lis-segretarjati tal-ftehimiet ambjentali multilaterali u internazzjonali;

6.  Iħeġġeġ lill-Unjoni biex issostni d-dritt ta' aċċess għar-riżorsi naturali fin-negozjati tal-ftehimiet għall-kummerċ u ssostni d-drittijiet tal-popli awtoktoni u indiġeni rigward l-aċċess għar-riżorsi naturali essenzjali; jitlob lill-Kummissjoni biex tintegra fin-negozjati u fil-ftehimiet internazzjonali għall-kummerċ il-kwistjoni tax-xiri u tal-proprjetà tal-artijiet fil-pajjiżi terzi, partikolarment fil-pajjiżi l-anqas żviluppati u fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta r-Riżoluzzjoni tal-Parlament tal-10 ta' Marzu 2010 dwar is-sistema SĠP+; jitlobha b'hekk biex tiżviluppa sistema ta' punti ta' referenza aktar konsistenti u aktar ġust għall-pajjiżi kollha li huma assistiti mis-sistema msemmija sabiex, b'mod ċar u trasparenti u bbilanċjat, jiġu monitorjati kisbiet kif ukoll kontrattempi fl-iżvilupp tad-drittijiet tal-bniedem soċjali u politiċi, inklużi d-drittjiet soċjali u politiċi, ekonomiċi, kulturali u ambjentali;

8.  Hu tal-fehma, madankollu, li l-insistenza unilaterali fuq l-applikazzjoni prattika tad-drittijiet universali tal-bniedem tinnega l-fatt li l-implimentazzjoni teħtieġ ukoll finanzjament, li, fil-kundizzjonijiet eżistenti, ma jistax jingħata biss mill-pajjiżi b'ekonomija emerġenti u dawk li qegħdin jiżviluppaw;

9.  Jenfasizza l-fatt li l-ftehim TRIPs hu maħsub biex jippromwovi d-dritt għas-saħħa; jemmen li l-UE għandha tiżgura li kwalunkwe ftehim kummerċjali li jinkludi klawżoli ‘TRIP plus’ jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet tal-bniedem u b’mod proattiv jippromwovi d-dritt għas-saħħa, b’mod speċjali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

10. Jikkunsidra, f'dan il-kuntest, li f'leġiżlazzjoni futura l-Parlament għandu jinsisti fuq arranġament li bih il-vantaġġi kummerċjali, inklużi dawk li jirriżultaw mill-ftehimiet għall-kummerċ ħieles, jistgħu jiġu sospiżi b'mod temporanju mill-Kummissjoni biss jekk tinstab biżżejjed evidenza ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew tal-ħaddiema, jew tista’ tiġi sospiża mir-Rappreżentant Għoli/Viċi-President jew mill-Kummissjoni fuq talba ta' ċertu numru ta' Stati Membri u/jew tal-Parlament Ewropew;

11. Jemmen li l-UE trid b’mod effettiv tissorvelja u tinforza l-klawżoli dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet kummerċjali tagħha; Jenfasizza l-importanza tal-possibilità ta’ sospensjoni temporanja jew permanenti tal-preferenzi kummerċjali fil-każ ta' ksur tad-drittijiet tal-binedem, u b'mod partikolari d-drittijiet tax-xogħol; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar il-fattibilità tat-twaqqif ta’ korp ta’ arbitraġġ legalment vinkolanti u l-prosekuzzjoni internazzjonali ta' impriżi multinazzjonali;

12. Jenfasizza li għandhom jinstabu modi għall-monitoraġġ aktar mill-qrib tal-allegazzjonijiet ta’ ksur serju jew sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem jew tal-ħaddiema; f'dan il-kuntest, jissuġġerixxi li jista' jagħti l-każ li jiġi kkunsidrat l-assoċjazzjoni tar-rappreżentanti tal-UE (attwalment mill-Kummissjoni, jew fil-futur mis-SEAE) fil-missjonijiet tal-investigazzjoni mwettqa skont proċeduri speċjali tan-NU fejn hemm implikazzjonijiet għall-ftehimiet għall-kummerċ tal-UE;

13. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, minkejja li tintlaqa' b'sodisfazzjon l-introduzzjoni ta' klawżoli soċjali, ambjentali u relatati mad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet internazzjonali għall-kummerċ, dawn jikkostitwixxu rekwiżiti minimi u strument wieħed fost oħrajn, u jenfasizza li għandu jiġi assolutament evitat l-abbuż tagħhom f'mod protezzjonista, u għaldaqstant għandu jittieħed approċċ għall-implimentazzjoni ta' dawn il-klawżoli li jippromwovi l-konsultazzjoni u l-inklużjoni demokratika tal-partijiet kollha fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

14. Iħeġġeġ il-Kummissjoni tressaq mill-aktar fis proposta għal regolament li jipprojbixxi l-importazzjoni fl-UE ta’ prodotti manifatturi bl-użu tal-forom moderni ta’ skjavitù, xogħol furzat, speċjalment ta’ gruppi partikolarment vulnerabbli, bi ksur tal-istandards bażiċi tad-drittijiet tal-bniedem; jemmen li dan ir-regolament għandu jirreferi għad-drittijiet imsemmija kemm fil-Konvenzjoni Internazzjonali tad-Drittijiet tat-Tfal u d-Dikjarazzjoni tal-1998 tal-ILO dwar il-Prinċipji Fundamentali u d-Drittijiet relatati max-Xogħol; jenfasizza li tali regolament irid jippermetti li l-UE tinvestiga lmenti speċifiċi f'każ li jidher li jissussisti ksur ta' dawn l-istandards internazzjonali; fil-perjodu qabel jidħol fis-seħħ regolament tali, jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-iċċekkjar tal-importazzjonijiet u l-monitoraġġ tal-istandards etiċi fil-katina tal-provvista f’pajjiżi li jesportaw lejn l-UE;

15. Jistieden lill-Istati Membri kollha biex jimplimentaw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005(1) tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-pieni tal-mewt, għat-tortura jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra u biex id-dispożizzjonijiet tiegħu jsiru vinkolanti fil-ftehimiet internazzjonali għall-kummerċ kollha;

16. Huwa tal-fehma li d-drittijiet soċjali huma drittijiet universali, li madankollu mhux biss għandhom jiġu proklamati, iżda l-implimentazzjoni konkreta tagħhom għandha tiġi promossa wkoll; jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex juru solidarjetà u b'mod partikolari jgħinu lill-ifqar pajjiżi tad-dinja fl-implimentazzjoni ta' dawn id-drittijiet;

17. Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi r-regolamenti relatati mal-esportazzjonijiet tal-UE fid-dawl tal-ambitu tat-trasferiment tat-teknoloġiji mibjina skont l-istandards Ewropej, inklużi t-telefons ċellulari, in-netwerks u s-softwer tal-komunikazzjoni għall-iskennjar u ċ-ċensura tal-Internet, l-użu duali, il-ġbir tad-data u d-data mining, inkluża data ta’ natura personali, lil reġimi repressivi; jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq proposta għal regolament dwar is-sistema l-ġdida ta' liċenzjar jekk din ir-reviżjoni tissuġġerixxi li hija meħtieġa azzjoni leġiżlattiva;

18. Jitlob li jsiru evalwazzjonijiet regolari tal-impenji relatati mad-drittijiet tal-bniedem previsti fil-ftehimiet internazzjonali għall-kummerċ;

19. Jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina mill-ġdid ir-regolamenti tal-UE dwar l-esportazzjonijiet fil-qasam tal-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, fosthom munizzjon, tagħmir u spare parts, lill-pajjiżi jew lir-reġimi li aktarx jużawhom għar-repressjoni interna tas-soċjetà ċivili u għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

20. Jitlob, b'impenn parallel lejn id-drittijiet tal-bniedem, l-għajnuna għall-iżvilupp u l-ftehimiet internazzjonali għall-kummerċ, it-tisħiħ sostenibbli tal-proċess ta' żvilupp reġjonali fl-ambitu tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti;

21. Iħeġġeġ lir-rappreżentanti tal-UE (fl-istat attwali mill-Kummissjoni, jew fil-futur mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna - SEAE) biex jaqsmu l-għarfien dwar is-sitwazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem mal-komunità kummerċjali.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

5.10.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Bastiaan Belder, Frieda Brepoels, Elmar Brok, Michael Gahler, Marietta Giannakou, Ana Gomes, Andrzej Grzyb, Heidi Hautala, Richard Howitt, Anneli Jäätteenmäki, Ioannis Kasoulides, Tunne Kelam, Nicole Kiil-Nielsen, Andrey Kovatchev, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Vytautas Landsbergis, Krzysztof Lisek, Sabine Lösing, Barry Madlener, Mario Mauro, Kyriakos Mavronikolas, Willy Meyer, Francisco José Millán Mon, Alexander Mirsky, María Muñiz De Urquiza, Norica Nicolai, Raimon Obiols, Kristiina Ojuland, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Libor Rouček, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Nikolaos Salavrakos, Jacek Saryusz-Wolski, Adrian Severin, Marek Siwiec, Ernst Strasser, Zoran Thaler, Inese Vaidere, Graham Watson, Boris Zala

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Reinhard Bütikofer, Carlo Casini, Nikolaos Chountis, Monica Luisa Macovei, Marietje Schaake, György Schöpflin, Dominique Vlasto

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marie-Christine Vergiat

25.10.2010

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-Ftehimiet ta' Kummerċ Internazzjonali

(2009/2219(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Filip Kaczmarek

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Josserva li l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE jgħid li l-"Unjoni għandha tieħu in kunsiderazzjoni l-objettivi ta' koperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politika li x'aktarx tolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw"; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, b'konsegwenza ta' dan, qabel ma jiġi ffirmat kwalunkwe ftehim ta' kummerċ, l-UE hija marbuta li tieħu in kunsiderazzjoni bis-serjetà l-firxa kollha ta' riperkussjonijiet għall-iżvilupp, u qabel kollox il-qerda tal-faqar;

2.  Ifakkar li d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt għall-Iżvilupp tal-1986 tikkonferma li d-"dritt għall-iżvilupp huwa dritt inaljenabbli tal-bniedem li bis-saħħa tiegħu kull persuna umana u l-popli kollha għandhom dritt jipparteċipaw fi, jikkontribwixxu għal u jgawdu mill-iżvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali"; iqis, għaldaqstant, li l-UE għandha obbligu li ma ddgħajjifx dan id-dritt u li anzi tikkontribwixxi biex tintegrah fi ftehimiet internazzjonali u ssegwih bħala linja gwida tal-politiki Ewropej;

3.  Jiddispjaċih bl-assenza li għadha teżisti ta' approċċ olistiku għall-mod li bih l-impriżi jaderixxu għall-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja kollha, u li dan in-nuqqas jippermetti lil ċerti Stati u kumpaniji jaħarbu mir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni tieħu inizjattivi fuq livell ta' OECD għar-razzjonalizzazzjoni u t-tqabbil tal-inizjattivi privati fil-qasam tar-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji, b'mod speċjali bit-twaqqif ta' dokument uniku ta' riferiment dwar ir-regoli u prattiki adegwati li kumpanija soċjalment responsabbli għandha ssegwi;

4.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ftehimiet ta' kummerċ ħieles u kull sforz biex jitħeġġeġ il-kummerċ mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw kif ukoll bejniethom billi din hija t-triq t-tajba lejn żvilupp sod u sostenibbli; jinkoraġġixxi b'mod partikolari ż-żoni ta' kummerċ ħieles f'livell reġjonali billi, bis-saħħa tat-tnaqqis fit-tariffi, jippromwovu l-kummerċ bejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, filwaqt li jiġu rispettati r-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ;

5.  Josserva li f'bosta pajjiżi li qed jiżviluppaw, is-sajd, partikolarment is-sajd artiġjanali, u l-industrija miegħu marbuta, jiżvolġu rwol essenzjali biex jiggarantixxiu s-sigurtà alimentari, joħolqu l-impjiegi, jiġġeneraw dħul statali u l-esportazzjonijiet kif ukoll imantnu lill-komunitajiet lokali; iqis li hu essenzjali li l-interessi tal-popolazzjoni lokali u d-drittijiet sovrani tagħha fuq ir-riżorsi naturali jiġu kkunsidrati; jinsab imħasseb li s-sajd illegali jista' jikkontribwixxi għall-migrazzjoni kif ukoll jikkomprometti serjament l-iżvilupp sostenibbli; jenfasizza għalhekk il-fatt li l-ftehimiet dwar is-sajd tal-UE mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw jikkontribwixxu biex jippromwovu s-settur intern tas-sajd, (b'attenzjoni partikolari fuq sajjieda u kumpaniji tas-sajd żgħar u medji), jissorveljaw lill-istokkijiet ta' ħut, jiġġieldu kontra s-sajd eċċessiv u dak illegali, iħarsu l-bijodiversità u jappoġġaw u jtejbu standards ogħla tal-iġjene u tas-saħħa;

6.  Jistieden l-UE tippromwovi b'mod attiv ir-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji permezz tal-ftehimiet tal-kummerċ tagħha, bil-għan li jinħoloq ambjent kummerċjali dinji aktar etiku f'termini soċjali u ambjentali;

7.  Iħeġġeġ il-Kummissjoni tinsisti fuq ir-rispett tal-istandards fundamentali tax-xogħol tal-ILO bħala prekundizzjoni għall-iffirmar ta' ftehimiet tal-kummerċ u biex tinkoraġġixxi l-adeżjoni fuq skala wiesgħa ma' skemi li jħarsu d-drittijiet tal-ħaddiem u l-ambjent, bħall-Inizjattiva għat-trasparenza tal-industriji estrattivi jew il-Proċess Kimberly fl-industrija tad-djamanti; jilqa' f'dan il-kuntest l-adozzjoni tal-Liġi l-ġdida tal-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-'Minerali ta' Kunflitt' u lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jitlobhom jeżaminaw jekk għandux ikun hemm inizjattiva leġiżlattiva f'dan is-sens;

8.  Jappella biex il-ftehimiet kummerċjali tal-UE joffru effettivament, l-ogħla livelli ta' trasparenza, standards rigorużi għall-akkwist pubbliku u rendikont għal kull pajjiż mill-impriżi, kemm fil-pajjiżi żviluppati kif ukoll dawk li qed jiżviluppaw, bil-għan li tiġi miġġielda l-ħarba illeċita ta' kapital;

9.  Josserva li, filwaqt li l-effetti tat-tibdil tal-klima jinħassu primarjament fil-pajjżi li qed jiżviluppaw, il-pajjiżi industrijalizzati għandhom jieħdu l-oneru tar-responsabilità għal dan il-fenomenu; iqis għalhekk li r-relazzjonijiet kummerċjali tal-UE ma għandhomx biss jevitaw li jikkawżaw ħsara ambjentali iżda għandhom jikkontribwixxu b'mod attiv għall-iżvilupp sostenibbli mad-dinja kollha;

10. Jenfasizza d-disparitajiet enormi bejn l-ekonomiji żviluppati u l-ifqar pajjiżi f'termini ta' kapital u ta' potenzjal; jistieden għaldaqstant il-Kummissjoni tirrifletti aħjar l-eżiġenzi tal-pajjiżi AKP fl-approċċ tagħha għan-negozjar tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika u tiggarantixxi li l-pajjiżi li ma jixtiqux jiffirmaw il-FSE ma jkunux penalizzati bħala konsegwenza;

11. Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu aħjar mill-mekkaniżmi ta' kondizzjonalità preżenti fl-istrumenti bħalma huma l-SPĠ u l-Ftehim ta' Cotonou ħalli jkunu infurzati d-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tgħolli l-livell tal-appoġġ li tagħti f'pajjiż terzi għall-iżvilupp tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji li jkunu kapaċi jżommu lill-kumpaniji responsabbli tal-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem;

12. Jitlob lill-Kummissjoni tiggarantixxi li l-parlamenti tal-pajjiżi sħab ikunu involuti fin-negozjati kummerċjali, bil-għan li tissaħħaħ il-governanza u l-iskrutinju demokratiku fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

25.10.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Cashman, Nirj Deva, Leonidas Donskis, Catherine Grèze, Eva Joly, Filip Kaczmarek, Franziska Keller, Gay Mitchell, Bill Newton Dunn, Birgit Schnieber-Jastram

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Eduard Kukan, Judith Sargentini, Horst Schnellhardt, Patrizia Toia

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eider Gardiazábal Rubial, Jolanta Emilia Hibner, Paul Rübig

3.5.2010

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-Ftehimiet ta' Kummerċ Internazzjonali

(2009/2219(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Richard Howitt

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea tirrispetta l-prinċipji ta' kummerċ ġust u irregolat, li kkaratterizzaw l-iżvilupp tal-pajjiżi tagħha stess u ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw b'suċċess, inklużi t-tigri tal-Asja, billi tiċħad il-protezzjoniżmu jew kull tentattiv biex jiddgħajfu l-vantaġġi komparattivi leġittimi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li ma jdgħajfux id-drittijiet tal-bniedem, tax-xogħol u tat-trejdunjins, u bl-applikazzjoni ta' interpretazzjoni differenti minn dik attwali tal-Artikolu XXIV tad-WTO biex tippermetti l-eżenzjoni ta' setturi vulnerabbli tal-manifattura u ta' setturi oħrajn minn ftehimiet kummerċjali meta dan ikun iġġustifikat;

2.  Jikkonferma li l-ftehimiet kummerċjali kollha għandhom jitolbu li l-partijiet kollha jkunu rratifikaw, implimentaw u applikaw b'mod effettiv il-konvenzjonijiet fundamentali tad-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Fundamentali, u li l-kapitolu rigward l-Iżvilupp Sostenibbli jkollu l-istess status vinkolanti bħad-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għas-suq u jkun soġġett għall-istess mekkaniżmu ta' soluzzjoni tal-kunflitti;

3.  Jinsisti li, filwaqt li għandha taħdem b'mod effettiv mal-ILO u mal-korpi l-oħra tat-trattat, il-Kummissjoni għandha tkompli terfa' r-responsabbiltà tagħha li tevalwa l-impatt tan-negozjati kummerċjali fuq id-drittijiet soċjali, ambjentali u tal-bniedem, b'attenzjoni partikulari għall-promozzjoni tax-xogħol diċenti għal kulħadd, u għandha tikkonsulta b'mod trasparenti mat-trejdjunjins bħala sħab soċjali rikonoxxuti, u mal-NGOs ambjentali u soċjali tal-UE u ta' pajjiżi terzi fl-istadji kollha tal-proċess kollu tan-negozjati u tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali, waqt li tiggarantilhom b'mod ċar id-dritt li jqajmu tħassib jew oġġezzjonijiet biex jitqiesu u biex tittieħed azzjoni dwarhom mill-Kummissjoni stess;

4.  Jitlob li ftehimiet kummerċjali ġejjiena u r-reviżjoni tar-regolament GSP + jegħlbu n-nuqqasijiet preżenti fil-konsistenza, fit-trasparenza u fl-imparzjalità proċedurali bl-applikazzjoni ta' kriterji u benchmarks trasparenti fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tax-xogħol, tal-ambjent u tal-bniedem fil-pajjiżi sħab, u jinkludu, fejn ikun meħtieġ, kwalunkwe rakkomandazzjoni speċifika għat-titjib;

5.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-użu tal-Evalwazzjonijiet tal-Impatt fuq is-Sostenibilità, iżda jiddeplora n-nuqqas li jsir użu sħiħ mis-sejbiet tagħhom, kif ġara fil-punent tal-Afrika, fil-pajjiżi tal-Mediterran u fil-Kolombja u fir-reġjuni Amerikani in ġenerali; jitlob li ssir iżjed enfasi fuq il-kapaċità tal-UE li tinfluwenza titjib konkret fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, l-istandards tax-xogħol, l-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba qabel jiġu finalizzati l-ftehimiet kummerċjali, kif ukoll matul l-implimentazzjoni sussegwenti tagħhom;

6.  Jirrikonoxxi li l-ftehimiet kummerċjali attwali u tal-ġejjieni qed jiġu nnegozjati fil-kuntest ta' depressjoni ekonomika li mistennija żżid l-għadd ta' nies qagħda fil-pajjiżi tal-OECD bi tmien miljuni f'sentejn; li l-kontijiet off-shore jaħtu għal proporzjon kbir ta' telf ta' mpjiegi, kif ġara fl-Irlanda u fil-Portugal (wieħed minn kull erbgħa), fid-Danimarka (wieħed minn kull sitta) u fl-Estonja u fis-Slovenja (wieħed minn kull sebgħa); u li l-politika kummerċjali tal-UE għandha tagħmel mezz biex tevita tnaqqis sproporzjonat jew imgħaġġel iżżejjed fis-sehem mis-suq u fil-livelli tal-impjieg tal-UE fi kwalunkwe settur u, fejn ikun xieraq, tiżgura li jiżdied l-aċċess għall-esportaturi tal-UE; jitlob li l-ftehimiet kummerċjali li għandhom jiġu konklużi fid-dawl tal-ambitu tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni jipprovdu livelli xierqa ta' assistenza għar-ristrutturar li jirriżulta;

7.  Jitlob biex in-negozjati kummerċjali tal-UE jippromwovu l-obbligi flimkien mad-drittijiet tal-investituri u n-negozji, kif stipulat fil-"Proċess Heiligendamm", mibdi mill-ex Presidenza Ġermaniza mal-ILO, l-OECD u n-NU; jirrimarka li, b'konformità mar-regoli l-ġodda dwar l-investiment responsabbli bbażati fuq id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat ta' Lisbona, il-kapitolu tal-Iżvilupp Sostenibbli jrid jinkorpora r-regoli kollha fuq l-investimenti stabbiliti fl-FTAs; huwa tal-fehma li l-ftehimiet kummerċjali kollha jridu jobbligaw konformità mal-Linji Gwida tal-OECD dwar l-Intrapriżi Multinazzjonali, mad-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO dwar l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali, mal-Patt Globali tan-NU u mar-Rakkomandazzjonijiet tar-Rappreżentant Speċjali tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem;

8.  Jitlob li l-ilmenti dwar problemi soċjali jkunu s-suġġett ta' deċiżjonijiet esperti ġenwinament indipendenti li jinvolvu lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-ħaddiema u lill-komunità; mill-inqas wieħed mill-esperti involuti għandu jkun mill-ILO; ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom għandhom ikunu parti minn proċess iddefinit li jippermetti t-trattament rapidu u xieraq tal-kwistjonijiet imqajma, b'tali mod li d-deliberazzjonijiet tal-esperti ma jkunux limitati għall-ħruġ ta' rapporti u rakkomandazzjonijiet, iżda jirriżultaw f'dispożizzjonijiet ta' segwitu kontinwu u ta' reviżjoni, b'mod partikulari sabiex tinżamm il-pressjoni fuq kwalunkwe gvern li jippermetti vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-ħaddiema fit-territorji tiegħu;

9.  Jinsisti li kwalunkwe inklużjoni fil-ftehimiet kummerċjali ta ' "Mode IV" dwar iċ-ċirkulazzjoni temporanja tal-ħaddiema għandha tkun soġġetta għall-konformità mal-istandards ewlenin tax-xogħol, inklużi r-regoli dwar il-perjodu taż-żjara, il-pagi minimi u l-ftehimiet kollettivi dwar il-pagi, standards nazzjonali tax-xogħol, u mal-ftehimiet kollettivi fil-pajjiżi sħab;

10. Jistieden lill-UE tappoġġa l-estensjoni tal-mekkaniżmu ta' reviżjoni tal-politika kummerċjali tad-WTO biex ikopri aspetti kummerċjali tal-iżvilupp sostenibbli, inkluża l-konformità mal-istandards ewlenin tax-xogħol u l-emendar tad-"Definizzjoni ta' Sussidju" fil-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji, bil-ħsieb li tiżgura l-konformità mal-istandards ewlenin tax-xogħol u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem f'żoni tal-ipproċessar tal-esportazzjonijiet; jitlob ukoll li d-delegazzjoni tal-UE f'Ġinevra terġa' tlaqqa' u żżomm għaddej il-grupp informali 'ħbieb tax-xogħol' li kienet waqqfet biex tippromwovi l-istandards tax-xogħol fid-WTO;

11. Jitlob li l-ftehimiet kummerċjali tal-ġejjieni kollha jipprevedu projbizzjoni tal-isfruttament tax-xogħol tat-tfal, b'mod partikulari fl-estrazzjoni u fl-ipproċessar ta' ġebel naturali u li jinkludu sistema ta' ċertifikazzjoni Ewropea uniformi li tiżgura li kemm il-ġebel naturali u kemm il-prodotti tal-ġebel naturali impurtati jkunu ġew prodotti b'mod dimostrabbli tul il-katina tal-valur sħiħa mingħajr l-isfruttament ta' xogħol tat-tfal fis-sens tat-tifsira tal-Konvenzjoni 182 tal-ILO.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

28.4.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

21

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Jean-Luc Bennahmias, Pervenche Berès, Mara Bizzotto, Martin Callanan, David Casa, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Philip Claeys, Derek Roland Clark, Sergio Gaetano Cofferati, Marije Cornelissen, Tadeusz Cymański, Frédéric Daerden, Proinsias De Rossa, Sari Essayah, João Ferreira, Pascale Gruny, Thomas Händel, Marian Harkin, Roger Helmer, Stephen Hughes, Liisa Jaakonsaari, Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Jean Lambert, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Rovana Plumb, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Véronique Mathieu, Gesine Meissner, Ria Oomen-Ruijten, Evelyn Regner, Csaba Sógor, Emilie Turunen, Gabriele Zimmer

28.4.2010

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U S-SIKUREZZA TAL-IKEL

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-Ftehimiet ta' Kummerċ Internazzjonali

(2009/2219(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Thomas Ulmer

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Huwa tal-fehma li l-ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali għandhom jinkorporaw fihom miżuri għall-ħarsien ta' standards importanti dwar l-ambjent u s-saħħa umana, kif ukoll aspetti dwar is-saħħa tal-annimali;

2.  Jirrikonoxxi li l-ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali jistgħu jinkoraġġixxu t-titjib fl-istandards dwar l-ambjent u d-drittijiet tal-bniedem permezz ta’ impenji vinkolanti, sakemm dawn l-impenji jkunu implimentati, issorveljati u infurzati kif suppost;

3.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex timxi lejn definizzjoni kuntrattwali tal-istandards ambjentali, tad-drittijiet tal-bniedem u tas-saħħa fil-ftehimiet bilaterali tal-kummerċ, fosthom dawk li fil-preżent qed tinnegozja mal-Korea t’Isfel, mal-Perù, mal-Kolombja, mal-Indja, mal-pajjiżi AKP, mal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, u ma' għadd ta’ pajjiżi li jipparteċipaw fil-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV), b'attenzjoni speċifika għad-drittijiet tal-ħaddiema u l-protezzjoni tat-tfal u tan-nisa kif ukoll għall-istandards tat-tibdil fil-klima, għas-sikurezza tal-prodotti u għall-informazzjoni tal-konsumatur;

4.  Jinnota li l-miżuri u l-politiki dwar it-tibdil fil-klima kulma jmorru qegħdin jaħbtu mal-kummerċ internazzjonali u jitlob lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ biex tinkludi wkoll il-kwistjoni tat-tibdil fil-klima bħala parti mill-programm ta’ ħidma tagħha u tiddefinixxi r-regoli u l-istandards speċifiċi f’dan ir-rigward;

5.  Huwa tal-opinjoni li l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-konformità mal-obbligi f'dan il-qasam u jinsisti li l-Kummissjoni, bħala r-rappreżentanta tal-Unjoni Ewropea fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, għandha tkun involuta mill-qrib f’din is-sorveljanza;

6.  Jitlob li jkun hemm armonizzazzjoni tal-istandards ambjentali u tar-rekwiżiti tas-saħħa bħala għan aħħari li għandu jinkiseb fil-livell globali u jinsisti dwar il-ħtieġa għall-iżvilupp u t-titjib ta’ dawn l-istandards fil-livell reġjonali meta jiġu implimentati l-ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali;

7.  Jikkunsidra li l-osservanza tal-istandards ambjentali, soċjali u tas-saħħa għandhom ikunu prekundizzjoni għan-negozjati internazzjonali tal-kummerċ;

8.  Jitlob li jiġi introdott korp ta' arbitraġġ b'setgħat vinkolanti;

9.  Jiddikjara li huwa favur l-għoti ta' preferenzi lil pajjiżi emerġenti, sakemm juru li huma ddeterminati li jikkonformaw mal-istandards Ewropej soċjali, ambjentali u tas-saħħa; jiddefinixxi "swieq emerġenti" bħala dawk il-pajjiżi li m’għadx għandhom il-karatteristiki tipiċi kollha ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw u għalhekk wieħed jista’ jassumi li l-momentum tal-attivitajiet ekonomiċi jippermetti li, fil-futur prevedibbli, dawn il-pajjiżi jkunu jistgħu jegħlbu l-karatteristiki strutturali tipiċi ta’ pajjiż li qed jiżviluppa;

10. Jinsisti li l-Kummissjoni għandha tistieden lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) biex f'każijiet ta' tilwim ma tiddeċidix biss mill-aspetti tal-politika tal-kummerċ; iqis li l-ammissibbiltà ta' miżuri transkonfinali ambjentali u tal-protezzjoni tas-saħħa m'għandhomx ikunu bbażati fuq jekk id-WTO tqisx li intervent bħal dan jista' jwassal għal distorsjonijiet tal-kummerċ ħieles jew le;

11. Jinnota li l-ftehimiet kummerċjali futuri jistgħu jiġu konklużi fid-dawl tal-kriżi finanzjarja attwali; iqis li dan ma jfissirx li għandhom jiġu traskurati l-istandards soċjali u ambjentali, b’mod partikolari dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u l-ġestjoni tal-iskart perikoluż, biex jintlaħqu għanijiet oħra;

12. Jagħraf li standards għoljin ta’ protezzjoni ambjentali u d-drittijiet tax-xogħol fl-UE jistgħu joħolqu żvantaġġ kompetittiv għall-kumpaniji Ewropej li jikkompetu ma’ prodotti u servizzi minn pajjiżi terzi bi standards aktar baxxi f'dan il-qasam; jikkunsidra li t-titjib u l-infurzar ta’ dawn l-istandards fil-pajjiżi terzi permezz ta’ kundizzjonijiet mehmuża mal-ftehimiet internazzjonali tal-kummerċ joħolqu kompetizzjoni aktar ġusta għall-kumpaniji Ewropej, filwaqt li jtejbu wkoll il-protezzjoni ambjentali u d-drittijiet tal-bniedem, dawk soċjali u tax-xogħol f’dawk il-pajjiżi terzi;

13. Huwa tal-opinjoni li l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u l-istati membri tagħha għandhom jaqblu mal-ħolqien ta’ suq globali miftuħ fil-prodotti, is-servizzi u t-teknoloġiji ambjentali bħala mod biex jissaħħaħ il-kummerċ internazzjonali u biex it-teknoloġiji favur l-ambjent u l-investimenti jkunu jistgħu jiċċaqalqu b’mod liberu fl-ekonomija globali;

14. Jistieden lill-Kummissjoni biex tinsisti għall-adozzjoni ta’ Ftehim dwar il-Prodotti u s-Servizzi Ambjentali bħala parti mir-Round ta’ Doha tat-Taħditiet Kummerċjali tal- Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, bl-għan li l-kummerċ jiġi liberalizzat fit-teknoloġiji ewlenin favur il-klima;

15. Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq evalwazzjonijiet tal-ftehimiet tal-kummerċ b'mod regolari, u biex iżżomm lill-Parlament aġġornat u infurmat regolarment dwar dawn l-evalwazzjonijiet, u tiżgura wkoll li jkun hemm kooperazzjoni kemm bejn il-korpi regolatorji domestiċi u internazzjonali kif ukoll bejn l-unjons u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi biex tiġi żgurata l-konformità mal-istandards ambjentali, tas-saħħa u ta' dawk soċjali;

16. Jenfasizza li s-settur tal-kummerċ u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u l-istandards soċjali u ambjentali huma komponent importanti fl-assigurazzjoni tal-paċi u tal-benesseri fid-dinja, iżda ma jistgħux jitqiesu bħala s-soluzzjoni għall-problemi kollha li jinqalgħu bejn l-istati; jinnota, madankollu, li l-imblokk f'sitwazzjonijiet politiċi jista’ jingħeleb bit-tisħiħ tar-relazzjonijiet kummerċjali, u b'hekk tiġi żgurata d-definizzjoni tal-interessi komuni, b'mod speċjali fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali, bħala mezz biex jingħelbu l-konflitti.

17. Jistieden lill-Kummissjoni, skont il-Ftehim ta' Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, biex tipprovdi lill-Parlament f'kull ħin b'informazzjoni komprensiva dwar l-oqsma kollha tas-suġġetti rilevanti waqt in-negozjati dwar il-ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali;

18. Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tas-setgħat estiżi tal-Parlament skont it-Trattat ta' Lisbona, biex tiggarantixxi l-fluss ta' informazzjoni effiċjenti u biex tirrikonoxxi lill-Parlament l-istatus ta' osservatur, fil-persuni tad-delegati tiegħu, f'kull ħin, u b'hekk tiżgura aċċess għal-laqgħat u għad-dokumenti kollha rilevanti.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

27.4.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

52

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

János Áder, Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Sergio Berlato, Martin Callanan, Nessa Childers, Chris Davies, Esther de Lange, Anne Delvaux, Edite Estrela, Elisabetta Gardini, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Holger Krahmer, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Mario Pirillo, Frédérique Ries, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Catherine Soullie, Anja Weisgerber, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Matthias Groote, Marisa Matias, Michèle Rivasi, Michail Tremopoulos, Thomas Ulmer, Anna Záborská

Sostituti (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Barbara Matera, Søren Bo Søndergaard

(1)

ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1.


RIZULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

26.10.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

2

4

Membri preżenti ghall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Kader Arif, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Marielle De Sarnez, Harlem Désir, Christofer Fjellner, Joe Higgins, Yannick Jadot, Bernd Lange, Vital Moreira, Tokia Saïfi, Helmut Scholz, Gianluca Susta, Keith Taylor, Jan Zahradil, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Catherine Bearder, George Sabin Cutaş, Béla Glattfelder, Małgorzata Handzlik, Salvatore Iacolino, Elisabeth Köstinger, Jarosław Leszek Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Ricardo Cortés Lastra, Jelko Kacin, Vytautas Landsbergis, Evžen Tošenovský

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Novembru 2010Avviż legali