Proċedura : 2009/2201(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0317/2010

Testi mressqa :

A7-0317/2010

Dibattiti :

PV 24/11/2010 - 20
CRE 24/11/2010 - 20

Votazzjonijiet :

PV 25/11/2010 - 8.14
CRE 25/11/2010 - 8.14
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0446

RAPPORT     
PDF 261kWORD 204k
11 ta' Novembru 2010
PE 448.821v01-00 A7-0317/2010

dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali

(2009/2201(INI))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Harlem Désir

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 nota spjegattiva
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali

(2009/2201(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 12, 21, 28, 29, 30 u 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3 u 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 9, 10, 48, 138, 139, 153, 156, 191, 207 u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Linji gwida tal-OECD fir-rigward tal-Intrapriżi Multinazzjonali, id-dikjarazzjoni tal-prinċipji tripartitiċi dwar l-intrapriżi multinazzjonali u l-politika soċjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), kif ukoll il-kodiċi ta' mġiba miftiehma taħt il-patroċinju tal-organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-FAO, id-WHO u l-Bank Dinji, u l-isforzi magħmula taħt l-awspiċji tal-UNCTAD f'dak li jikkonċerna l-attivtajiet tal-intrapriżi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw,

–   wara li kkunsidra l-inizjattiva Global Compact, imnedija min-Nazzjonijiet Uniti f'Settembru 2000, u r-Rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti 'Lejn sħubiji dinjija - Tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn in-Nazzjonijiet Uniti u s-sħab kollha kkonċernati, b'mod partikolari s-settur privat, tal-10 ta' Awwissu 2005 (05-45706 (E) 020905), u t-tħabbir tal-Global Compact u tal-inizjattiva Global Reporting tan-Nazzjonijiet Uniti tad-9 ta' Ottubru 2006, kif ukoll il-prinċipji għall-investiment responsabbli mnedija f'Jannar 2006 min-Nazzjonijiet Uniti u kkoordinati mill-UNEP Finance Initiative u mill-UN Global Compact,

–   wara li kkunsidra n-'Normi dwar ir-responsabilitajiet tal-korporazzjonijiet transnazzjonali u intrapriżi ta' negozju oħra fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem' tan-Nazzjonijiet Uniti adottati f'Diċembru 2003(1),

–   wara li kkunsidra l-Global Reporting Initiative (GRI) imnedija fl-1997, il-linji gwida aġġornati dwar it-tfassil ta’ rapporti dwar l-iżvilupp sostenibbli tal-G3, ippubblikati fil-5 ta’ Ottubru 2006, u l-Linji gwida G4 li qed jitħejjew bħalissa mill-GRI,

–   wara li kkunsidra r-riżultat tas-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li sar f’Johannesburg fl-2002, b’mod partikolari l-istedina għal inizjattivi dwar il-kwistjoni tar-responsabilità soċjali tal-intrapriżi u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2002 dwar is-segwitu tas-Summit(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissarjat Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-drittijiet tal-bniedem dwar ir-responsabilità fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem tal-korporazzjonijiet transnazzjonali u intrapriżi oħra, tal-15 ta' Frar 2005 (E/CN.4/2005/91, 2005),

–   wara li kkunsidra r-rapport tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali inkarigat mill-kwistjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-korporazzjonijiet transnazzjonali u intrapriżi oħra 'Promozzjoni u protezzjoni tad-drittijiet kollha tal-bniedem, ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali, inkluż id-dritt għall-iżvilupp', tas-7 ta’ April 2008 (A/HRC/8/5 2008), u l-ħidma li għaddejja fuq ir-rapport li jmiss ippjanat għall-2011,

–   wara li kkunsidra r-rapport tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali inkarigat mill-kwistjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-korporazzjonijiet transnazzjonali u intrapriżi oħra: Drittijiet tal-Bniedem u Kummerċjali: Aktar passi lejn l-operazzjonalizzazzjoni tal-qafas 'protezzjoni, rispett u rimedju', minn John Ruggie tad-9 ta' April 2010 (A/HRC/14/27),

–   wara li kkunsidra l-istandards u l-mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni u ta' tikkettjar marbuta mal-imġiba tal-intrapriżi fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli, tat-tibdil fil-klima u tat-tnaqqis tal-faqar, bħall-istandard SA 8000 li jikkonċerna l-projbizzjoni tat-tħaddim tat-tfal u n-normi tal-AFNOR u tal-ISO fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli,

–   wara li kkunsidra l-proċess Kimberley fir-rigward tal-kontroll tal-kummerċ tad-djamanti mhux ipproċessati,

–   wara li kkunsidra l-inizjattivi meħuda fi Stati Membri differenti biex tiġi promossa r-responsabilità soċjali tal-kumpaniji u b’mod partikolari l-ħolqien fid-Danimarka ta’ Ċentru governattiv għas-CSR, li jikkoordina l-inizjattivi leġiżlattivi tal-gvern favur is-CSR u jelabora għodda prattika għall-intrapriżi(3),

–   wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali tal-1966, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa tal-1979, id-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, li ġiet adottata bir-Riżoluzzjoni 61/295 tal-Assemblea Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2007, u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989,

–   wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-ambjent bħall-Protokoll ta' Montreal dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu (1987), il-Konvenzjoni ta' Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta' Skart Perikoluż (1999), il-Protokoll ta' Cartegena dwar il-Bijosikurezza (2000) u l-Protokoll ta' Kjoto (1997),

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-14 ta' Marzu 2003 dwar il-Green Paper bl-isem ta' 'Nippromwovu qafas Ewropew għar-responsabilità soċjali tal-intrapriżi',

–   wara li kkunsidra r-rapport finali u r-rakkomandazzjonijiet tal-Forum Plurilaterali Ewropew dwar is-CSR tad-29 ta' Ġunju 2004, inkluża s-Seba' Rakkomandazzjoni li tappoġġa l-azzjonijiet bl-għan li jiġi ffissat il-Qafas Ġuridiku adegwat,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968, hekk kif ikkonsolidata mir-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali(4), u l-Green Paper tal-21 ta’ April 2009 tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 44/2001,

–   wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni bl-isem 'Nippromwovu Qafas Ewropew għar-Responsabilità Soċjali tal-Intrapriżi' (COM(2001)0366), li mbagħad saret il-White Paper bl-isem 'Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-CSR: kontribuzzjoni tal-intrapriżi għall-iżvilupp sostenibbli' (COM(2002)0347),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2001, dwar ir-rikonoxximent, il-kejl u l-iżvelar ta' kwistjonijiet ambjentali fil-kontijiet annwali u r-rapporti annwali tal-kumpaniji (notifikata fid-dokument Nru C(2001)1495)(5),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-18 ta' Mejju 2004 bit-titlu 'Dimensjoni Soċjali tal-Globalizzazzjoni - il-kontribut ta' politika tal-UE biex igawdi kulħadd' (COM(2004)0383),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-22 ta' Marzu 2006 lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bl-isem 'L-Implimentazzjoni tas-Sħubija għat-Tkabbir u l-Impjiegi: nagħmlu l-Ewropa pilastru ta' eċċellenza dwar ir-responsabbiltà soċjali tal-impriżi' (COM(2006)0136),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-24 ta' Mejju 2006 bit-titlu 'Promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd: il-kontribuzzjoni tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-aġenda tax-xogħol deċenti għal kulħadd' (COM(2006)0249),

–   wara li kkunsidra s-sistema ġeneralizzata ta' preferenzi (SPG), fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2006, li tikkonċedi aċċess liberu ta' drittijiet jew ta' tnaqqis tad-drittijiet għal għadd akbar ta' prodotti u tinkludi wkoll miżura ġdida ta' inċentiv għall-benefiċċju tal-pajjiżi vulnerabbli li għandhom bżonnijiet kummerċjali, finanzjarji jew ta' żvilupp partikolari,

–   wara li kkunsidra l-Kapitolu 13 tal-ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Korea t'Isfel, iffirmat f'Ottubru 2009, skont liema Ftehim il-"partijiet jagħmlu sforz biex jiffaċilitaw u jippromwovu l-kummerċ tal-merkanzija li jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli, fosthom dawk fil-kuntest tal-iskemi bħall-kummerċ ġust u etiku u dawk li jimplikaw ir-responsabilità soċjali tal-intrapriżi u l-obbligu tagħhom li jipprovdu l-kontabilità",

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 270(3) tal-ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja u l-Perù, iffirmat f'Marzu 2010, skont liema ftehim "il-partijiet ftiehmu li jippromwovu l-prattiki kummerċjali tajba marbuta mar-responsabilità soċjali tal-intrapriżi", u wara li kkunsidra l-Artikolu 270(4) tal-ftehim, li jiddikjara li "l-partijiet jirrikonoxxu li mekkaniżmi flessibbli, volontarji u bbażati fuq inċentivi jistgħu jikkontribwixxu għal koerenza bejn il-prattiki kummerċjali u l-objettivi tal-iżvilupp sostenibbli",

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-segwitu tal-Green Paper rigward il-promozzjoni ta' qafas Ewropew għar-responsabilità soċjali tal-intrapriżi(6),

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Jannar 2003 dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji(7),

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Frar 2003 dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji(8),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/600/KE tat-12 ta' Lulju 2005 gwar Linji gwida għall-politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri, li tħeġġeġ lill-Istati Membri jinkuraġġixxu lill-intrapriżi jiżviluppaw is-CSR(9),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2010 dwar it-tħaddim tat-tfal(10),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika (EMAS)(11),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġujnu 2003 dwar il-bilanċ ta' kontijiet annwali u konsolidati ta’ ċerti kumpaniji, banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra u impriżi tal-assigurazzjoni(12),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi(13),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 1999 dwar l-istandards tal-UE għall-Intrapriżi Ewropej li joperaw fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw: lejn Kodiċi ta’ Mġiba Ewropew(14), li jirrakkomanda l-ħolqien ta’ Mudell Ewropew ta’ Kodiċi ta’ Mġiba appoġġjat minn Pjattaforma Ewropea ta’ Monitoraġġ,

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2001 dwar il-ftuħ u d-demokrazija fil-kummerċ internazzjonali(15), fejn talab li jiġu rispettati n-normi soċjali fundamentali tal-ILO mid-WTO, kif ukoll li d-WTO taċċetta d-deċiżjonijiet tal-ILO, inklużi talbiet eventwali għal sanzjonijiet, b’rabta ma’ ksur gravi tan-normi soċjali ewlenin,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2002 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali intitolata 'Il-Promozzjoni tal-Istandards Bażiċi tax-Xogħol u t-Titjib fil-Governanza Soċjali fil-kuntest tal-Globalizzazzjoni'(16),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Mejju 2003 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni rigward ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji: kontribuzzjoni tal-intrapriżi għall-iżvilupp sostenibbli(17),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2005 dwar l-isfruttament tat-tfal fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, b'enfasi speċjali fuq it-tħaddim tat-tfal(18),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2005 dwar id-dimensjoni soċjali tal-globalizzazzjoni(19),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2006 dwar il-Kummerċ Ġust u l-Iżvilupp(20),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2007 dwar ir-responsabiltà soċjali tal-intrapriżi: sħubija ġdida(21),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2007 dwar il-promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd(22), fejn talab li n-normi soċjali jiddaħħlu fil-Ftehimiet Kummerċjali tal-UE - partikolarment il-ftehimiet bilaterali - f'isem il-promozzjoni ta' impjieg deċenti,

–   wara li kkunsidra s-seduta ta' smigħ 'Ir-responsabilità soċjali tal-intrapriżi fil-kummerċ internazzjonali', organizzata fit-23 ta' Frar 2010 mill-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7–0317/2010),

A. billi l-kumpaniji u l-filjali tagħhom huma waħda mill-protagonisti ewlenin tal-globalizzazzjoni ekonomika u tal-iskambji kummerċjali internazzjonali,

B.  billi jitqiesu l-linji gwida tal-OECD għall-intrapriżi multinazzjonali adottati fl-2000 u aġġornati fl-2010, ir-rakkomandazzjonijiet li l-gvernijiet jagħtu lill-intrapriżi u li jħabbru normi volontarji ta’ mġiba responsabbli, fir-rispett tal-liġijiet applikabbli, b’mod partikolari fil-qasam tal-impjieg, tar-relazzjonijiet mas-sħab soċjali, tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ambjent, tal-interessi tal-konsumatur, tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u tal-evażjoni fiskali,

C. billi d-dikjarazzjoni tripartitika dwar l-intrapriżi multinazzjonali tal-ILO hija intiża biex tiggwida lill-gvernijiet, lill-intrapriżi multinazzjonali, lill-ħaddiema fl-oqsma tal-impjieg, tat-taħriġ, tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, tar-relazzjonijiet professjonali, dikjarazzjoni li tinkludi l-impenn tal-Istati li jirrispettaw u jippromwovu l-erba’ normi ewlenin tal-impjieg: il-libertà ta’ assoċjazzjoni u d-dritt għal negozju kollettiv; l-eliminazzjoni ta’ kull forma ta’ xogħol furzat; l-abolizzjoni tat-tħaddim tat-tfal; u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi,

D. billi n-natura volontarja u awtoregolatorja tas-CSR, u kull inizjattiva tal-Kummissjoni għandha tiffoka aktar fuq l-appoġġ milli fuq l-irregolar tal-attivitajiet tas-CSR,

E.  billi l-Patt Dinji tan-Nazzjonijiet Uniti, jew Global Compact, magħmul minn għaxar prinċipji, jitlob lill-intrapriżi jħaddnu, jappoġġjaw, u jimplimentaw, fl-isfera ta’ influwenza tagħhom, ġabra ta' valuri ewlenin fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, tal-istandards ewlenin tax-xogħol, tal-ambjent u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, li l-kumpaniji għandhom jimpenjaw rwieħhom li jsegwu u li għandhom jintegraw fl-operazzjonijiet kummerċjali tagħhom fuq bażi volontarja,

F.  billi jiġu kkunsidrati x-xogħlijiet attwali tal-aġġornament tal-linji gwida tal-OECD fir-rigward tal-intrapriżi multinazzjonali u b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw it-titjib tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali u s-sistema ta’ responsabilità għall-katini tal-provvista,

G. billi l-istandards internazzjonali, bħal pereżempju l-'Global Reporting Initiative', jew il-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni u ta’ tikkettjar, bħan-norma ISO 14 001 jew b’mod iktar partikolari n-norma riċenti ISO 26 000, liema standard jiġbor fih linji gwida u japplika għal kull tip ta’ organizzazzjoni, jgħinu lill-kumpaniji biex jevalwaw l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-attivitajiet tagħhom, billi jiġi integrat il-kunċett tal-iżvilupp sostenibbli, iżda dawn huma effikaċi biss jekk jiġu applikati b’mod effettiv u jekk jiġu sottomessi għal verifiki,

H. billi tiġi kkunsidrata r-responsabilità soċjali tal-kumpaniji (CSR), espressa fl-istandard ISO 26 000, bħala r-'responsabilità ta’ organizzazzjoni vis-à-vis l-impatti tad-deċiżjonijiet tagħha u tal-attivitajiet tagħha fuq is-soċjetà u l-ambjent, li jwasslu għal imġiba trasparenti u etika li: tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli, kif ukoll għas-saħħa u l-benesseri tas-soċjetà; tikkunsidra l-isforzi tal-partijiet ikkonċernati; tirrispetta l-liġijiet fis-seħħ u hija kompatibbli mar-regoli internazzjonali; u hija integrata fit-totalità tal-organizzazzjoni u implimentata fir-relazzjonijiet tagħha', li dwarha ntlaħaq ftehim minn parti kbira tas-soċjetà ċivili u mill-moviment trejdjunjonistiku internazzjonali,

I.   billi jitqies l-objettiv espress mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2006, li l-Unjoni Ewropea ssir ''pilastru ta' eċċellenza fil-qasam tar-responsabilità soċjali tal-kumpaniji', filwaqt li s-CSR tiġi ppreżentata bħala 'aspett tal-mudell soċjali Ewropew'', u tikkostitwixxi 'mezz għad-difiża tas-solidarjetà, tal-koeżjoni u tal-opportunitajiet indaqs fil-kuntest ta' kompetizzjoni dinjija miżjuda',

J.   billi jiġi kkunsidrat ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-KESE u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-eżerċizzju ta’ sorveljanza tas-suq tal-bejgħ bl-imnut bl-isem 'Lejn suq intern tal-bejgħ bl-imnut iktar effiċjenti u iktar ġust għall-2020'(23), u l-Anness tiegħu li jgħid li l-"konsumatur normalment ma jkollux biżżejjed informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-bejjiegħa f’termini ta’ responsabilità soċjali. Għalhekk huwa ma jkunx jista’ jagħmel għażla informata fir-rigward tal-metodi tax-xiri tiegħu",

K. billi, bi qbil mat-trattati, il-politika kummerċjali għandha titmexxa b'koerenza mat-totalità tal-objettivi tal-Unjoni Ewropea, inkluż l-objettivi soċjali, ambjentali u ta' għajnuna għall-iżvilupp tagħha,

L.  billi d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona wessa’ l-ambitu tal-kompetenzi tal-UE dwar il-kummerċ, b’mod partikolari fil-qasam tal-investimenti, li issa għandu jikkonforma mal-istandards tas-CSR li l-UE aderiet magħhom; billi jkun xieraq li l-politika komuni l-ġdida dwar l-investimenti tiċċara l-kundizzjonijiet infurzabbli għall-investituri tal-UE bħala setgħa ewlenija li tista’ twassal għal bilanċ ġdid bejn id-drittijiet u l-obbligi,

M. billi l-Unjoni Ewropea diġà tqiegħed bħala kundizzjoni għall-għoti ta' ċerti preferenzi kummerċjali r-ratifika mis-sħab tagħha tal-konvenzjonijiet prinċipali tal-ILO u li ħadet l-impenn, mill-2006, li tippromwovi r-rispett tal-impjieg deċenti, permezz tal-politiki esterni kollha tagħha, inkluża l-politika kummerċjali,

N. billi l-ftehimiet bilaterali ta' skambju ħieles tagħha issa jinkludu kapitolu ddedikat għall-iżvilupp sostenibbli li jinkludi objettivi ambjentali u soċjali, u r-rispett tar-regoli f'dan il-qasam,

O. billi n-non-rispett tal-prinċipji tas-CSR jikkostitwixxi forma ta' dumping soċjali u ambjentali li jagħmel ħsara b'mod partikolari lill-intrapriżi u lill-ħaddiema fl-Ewropa li, min-naħa tagħhom, huma soġġetti għar-rispett tal-ogħla normi soċjali, ambjentali u fiskali; billi l-introduzzjoni ta’ katalogu ta’ sanzjonijiet kienet tkun miżura effikaċi kontra l-ksur persistenti tal-prinċipji tas-CSR,

P.  billi jkun normali li l-kumpaniji Ewropej li jċaqilqu l-unitajiet ta’ produzzjoni tagħhom lejn il-pajjiżi b’salarji baxxi u b’inqas obbligi ambjentali jkunu meqjusa bħala iktar responsabbli, quddiem il-qrati Ewropej, minn dannu ambjentali u soċjali eventwali jew esternalitajiet negattivi oħra li jinħassu fil-komunitajiet lokali, ikkawżati mill-filjali tagħhom f’dawn il-pajjiżi,

Q. billi tiġi kkunsidrata d-diversità enormi ta’ rabtiet li jistgħu jeżistu bejn il-kumpanija prinċipali u l-filjali tagħha min-naħa l-waħda, u bejn il-kumpanija u l-fornituri tagħha min-naħa l-oħra; u l-ħtieġa li jiġu ppreċiżati l-kunċetti tal-isfera ta’ influwenza u ta’ 'diliġenza dovuta' fil-livell internazzjonali,

R.  billi jiġi kkunsidrat li l-kumpaniji mhumiex sottomessi direttament għal-liġi internazzjonali u li l-konvenzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw id-drittijiet tal-bniedem, id-dritt għall-impjieg u l-ħarsien tal-ambjent, huma vinkolanti għall-Istati firmatarji iżda mhux direttament għall-kumpaniji li għandhom is-sedi tagħhom f’dawn l-Istati; billi, madankollu, huwa f’idejn dawn l-Istati li jiżguraw li dawk il-kumpaniji li għandhom is-sedi tagħhom fit-territorju tagħhom jirrispettaw l-obbligi ġuridiċi tagħhom u josservaw id-dmir tad-diliġenza, u li jipprevedu sanzjonijiet xierqa u adegwati jekk dan ma jkunx il-każ,

S.  billi jiġu kkunsidrati d-drittijiet fundamentali għal rikors effettiv u għal aċċess għal tribunal imparzjali u indipendenti, liema drittijiet huma kkonfermati mill-ġdid fl-Artikolu 47 tal-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali u fl-Artikolu 8 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

T.  billi jiġi kkunsidrat il-prinċipju ta’ koperazzjoni ġudizzjarja, ikkonfermat mill-ġdid mill-Konvenzjoni ta’ Brussell u mir-Regolament Nru 44/2001, u li jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti segwitu għall-proposti tal-Green Paper, li tipproponi linji gwida fir-rigward tal-ekstraterritorjalità, b’mod partikolari dwar l-estensjoni tal-qasam ta’ applikazzjoni tar-regolament għal-litigazzjonijiet li jimplikaw id-difensuri tal-pajjiżi terzi,

U. billi l-Kapitolu 13 tal-ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Korea t'Isfel u l-Artikolu 270(3) tal-ftehim kummerċjali multipartitiku bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja u l-Perù fihom referenza għas-CSR, dan għadu ma jqisx, u ma jqisx għalkollox l-importanza tas-CSR għall-għan Ewropew li jitħarsu l-ambjent u d-drittijiet soċjali u tal-bniedem, filwaqt li anke ksur kontinwu mill-kumpaniji tad-drittijiet tal-bniedem, tal-istandards tax-xogħol u tad-dispożizzjonijiet ambjentali, minkejja l-kliem oppost li ntuża fl-għanijiet, fil-prattika ma jaffettwa bl-ebda mod it-tkomplija ta' dawk il-ftehimiet,

V. billi partikolarment fis-settur tal-minjieri u f’oqsma wiesgħa tal-industrija fornitriċi l-ftehimiet dwar is-CSR li kien hawn s’issa wrew ruħhom insuffiċjenti,

W. billi tiġi kkunsidrata l-leġiżlazzjoni Komunitarja diġà fis-seħħ dwar il-kumpaniji mikro, żgħar u ta’ daqs medju u b’mod partikolari r-rakkomandazzjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 u l-'Att tan-Negozji ż-Żgħar' għall-Ewropa adottat f’Ġunju 2008,

X. billi l-ftehimiet relatati mas-CSR m’għandhomx jimmiraw biex jostakolaw il-promulgazzjoni ta’ leġiżlazzjoni effikaċi; billi jkun xieraq li dawk il-ftehimiet relatati mas-CSR li juru ruħhom ineffikaċi jew mhux infurzabbli jwasslu għal dispożizzjonijiet mil-lat tal-leġiżlaturi,

Y.  billi r-responsabilità soċjali tal-kumpaniji (CSR) hija kunċett li bih il-kumpaniji jinkorporaw volontarjament it-tħassib soċjali u ambjentali fl-istrateġija tagħhom tan-negozju għall-benesseri ġenerali tal-partijiet interessati billi jkunu involuti b’mod attiv fil-politiki pubbliċi bħala aspett importanti tat-tibdil soċjali kkawżat mill-valuri,

Z.  billi s-CSR tirrappreżenta komponent essenzjali tal-Mudell Soċjali Ewropew, imsaħħaħ bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod speċjali bil-klawżola soċjali orizzontali tagħha, u billi l-bżonn li tiġi promossa s-CSR ġie rikonoxxut fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istrateġija UE2020 bħala element importanti biex tiġi żgurata l-fiduċja tal-impjegati u tal-konsumaturi għal żmien fit-tul,

AA. billi s-CSR għandha influwenza konsiderevoli fuq id-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi li qed jiżviluppaw,

AB. billi s-CSR m'għandhiex tissostitwixxi jew teżenta lill-Istati mir-responsabilità tagħhom għall-forniment ta' servizzi pubbliċi bażiċi,

AC. billi s-CSR jista' jkollha rwol ewlieni fit-titjib tal-istandards tal-għajxien fil-komunitajiet żvantaġġati,

AD. billi t-trejdjunjins għandhom rwol importanti fil-promozzjoni tas-CSR, minħabba li l-ħaddiema jkunu f'pożizzjoni tajba li jkunu jafu r-realtà tal-kumpaniji li jimpjegawhom,

AE. billi s-CSR għandha titqies flimkien, u f'interazzjoni ma', ir-riformi tal-governanza korporattiva,

AF. billi jiġi kkunsidrat r-rwol tal-SMEs fis-suq uniku Ewropew u r-riżultati tal-proġetti ffinanzjati mill-Kummissjoni biex tiġi inkoraġġita l-adozzjoni tal-prattiki tas-CSR, fost l-oħrajn mill-SMEs,

AG. billi s-CSR, minn naħa waħda, u l-klawżoli soċjali u ambjentali inkorporati fil-ftehimiet kummerċjali, min-naħa l-oħra, għandhom l-istess objettivi: dawk ta' ekonomija li tirrispetta l-ħtiġijiet tal-bniedem u tal-ambjent, u ta' globalizzazzjoni aktar ġusta, aktar ibbilanċjata soċjalment u aktar umana li twassal tassew għall-iżvilupp sostenibbli,

AH. billi s'issa, ftit kien hemm rabta bejn ir-regoli kummerċjali u r-responsabilità soċjali tal-kumpaniji, iżda li jkun hemm bosta benefiċċji jekk tinħoloq rabta bejn ir-regoli kummerċjali u l-objettivi tas-CSR,

1.  Jinnota li l-isfidi globali żdiedu bil-friżi finanzjarja u l-konsegwenzi soċjali tagħha, u wasslu għal diskussjoni fid-dinja kollha dwar il-ħtieġa għal approċċ regolatorju ġdid u dwar kwistjonijiet ta' governanza fl-ekonomija dinjija, inkluż il-kummerċ internazzjonali; huwa tal-fehma li r-regoli l-ġodda, aktar effiċjenti u infurzati aħjar għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ politiki aktar sostenibbli li jqisu tassew it-tħassib soċjali u ambjentali;

2.  Jinnota wkoll li l-globalizzazzjoni żdiedet il-pressjoni tal-kompetizzjoni bejn il-pajjiżi biex jattiraw l-investituri barranin kif ukoll il-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji, li kultant wasslet biex il-gvernijiet jittolleraw ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, tad-drittijiet soċjali u riskju għall-ambjent, bil-għan li jiġbdu lejhom il-kummerċ u l-investimenti;

3.  Ifakkar li l-prinċipji li jiddefinixxu s-CSR, li huma totalment rikonoxxuti fil-livell internazzjonali, kemm fi ħdan l-OECD kif ukoll l-ILO u n-Nazzjonijiet Uniti, jikkonċernaw l-imġiba responsabbli mistennija mill-intrapriżi, u l-ewwel u qabel kollox jimplika r-rispett tal-leġiżlazzonijiet fis-seħħ, partikolarment fil-qasam tal-impjieg, tar-relazzjonijiet soċjali, tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ambjent, tal-interessi tal-konsumatur u tat-trasparenza fir-rigward tagħhom, tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u tal-fiskalità;

4.  Ifakkar li l-promozzjoni tar-responsabilità soċjali tal-kumpaniji hija objettiv appoġġat mill-Unjoni Ewropea, u li l-Kummissjoni Ewropea tqis li l-Unjoni għandha tiżgura li l-politiki esterni li timplimenta jikkontribwixxu b’mod effikaċi għall-iżvilupp sostenibbli u għall-iżvilupp soċjali fil-pajjiżi kkonċernati u li l-azzjonijiet tal-korporazzjonijiet Ewropej, kull fejn jinvestu u joperaw, ikunu konformi mal-valuri Ewropej u n-normi miftiehma f’livell internazzjonali;

5.  Ifakkar li l-objettivi tal-politika kummerċjali komuni għandhom ikunu kkoordinati bis-sħiħ mal-objettivi globali tal-Unjoni Ewropea; u li, skont l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-politika kummerċjali komuni tal-UE trid titmexxa ''fil-kuntest tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjon'', u li, skont l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, trid tikkontribwixxi, fost l-oħrajn, ''għall-iżvilupp sostenibbli tal-pjaneta, għas-solidarjetà u għar-rispett reċiproku bejn il-popli, għall-kummerċ ħieles u ġust, għall-eliminazzjoni tal-faqar u għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari dawk tat-tfal, kif ukoll għar-rispett sħiħ u għall-iżvilupp tal-liġi internazzjonali, b’mod partikolari għar-rispett tal-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti";

6.  Iqis li l-Kummissjoni Ewropea għandha tistudja l-possibilità li tistabbilixxi definizzjoni armonizzata tar-relazzjonijiet bejn kumpanija, magħrufa bħala l-'kumpanija prinċipali' u kwalunkwe kumpanija li b’xi mod tiddependi minnha, irrelevanti jekk din tkunx tirrappreżenta l-kumpanija filjali, il-fornituri jew is-subappaltaturi , biex b’hekk tkun iffaċilitata r-responsabilità ġuridika ta’ kull wieħed minn dawn l-eżempji;

7.  Iqis li, meta jitqies ir-rwol ewlieni tal-intrapriżi l-kbar, il-filjali tagħhom u l-katini ta' approviġġjonament tagħhom fil-kummerċ internazzjonali, ir-responsabilità soċjali u ambjentali tal-kumpaniji għandha ssir dimensjoni tal-ftehimiet kummerċjali tal-Unjoni Ewropea;

8.  Iqis li l-klawżoli soċjali tal-ftehimiet kummerċjali għandhom ikunu kkomplementati mis-CSR, li tikkonċerna l-imġiba tal-korporazzjonijiet, filwaqt li s-CSR se tiġi appoġġjata permezz tas-saħħa tal-ftehimiet kummerċjali, u partikolarment tal-qafas ta’ sorveljanza li jwaqqfu għall-implimentazzjoni tal-prinċipji li jirregolawhom;

9.  Jitlob li l-prinċipji u l-obbligi fir-rigward tas-CSR jiġu kkunsidrati u integrati fil-komunikazzjoni li jmiss tal-Kummissjoni dwar 'Il-politika kummerċjali l-ġdida għall-Ewropa fil-qafas tal-istrateġija Ewropa 2020', fil-komunikazzjoni li hija qed tħejji dwar is-CSR għall-2011 u fid-dħul fis-seħħ tal-politika kummerċjali tagħha;

10. Iqis li s-CSR hi għodda effikaċi għat-titjib tal-kompetittività, l-opportunitajiet għall-ħiliet u t-taħriġ, is-sikurezza tal-impjieg u l-ambjent tax-xogħol, il-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema u d-drittijiet tal-komunitajiet lokali u indiġeni, il-promozzjoni ta' politika ambjentali sostenibbli u l-inkoraġġiment ta' skambji ta' prattika tajba fil-livell lokali, nazzjonali, Ewropew u dinji, għalkemm żgur li ma tistax tieħu post ir-regolamenti tax-xogħol jew il-ftehimiet kollettivi ġenerali jew settorjali;

11. Jitlob li l-kumpaniji jiġu mħeġġa japplikaw is-CSR bl-għan li jiġu salvagwardjati l-integrità fiżika u s-sigurtà, il-benesseri fiżiku u mentali, id-drittijiet tax-xogħol u d-drittijiet tal-bniedem, kemm tal-ħaddiema tagħhom kif ukoll tal-ħaddiema inġenerali permezz tal-influwenza li għandhom fuq iċ-ċirku mkabbar tal-kollaboraturi tagħhom; jenfasizza l-importanza li jiġi appoġġjat u jitħeġġeġ it-tixrid ta’ dawn il-prattiki fl-SMEs filwaqt li jiġu limitati l-ispejjeż u l-piżijiet burokratiċi;

12. Juri li s-CSR għandha tindirizza oqsma ġodda bħall-organizzazzjoni tax-xogħol, l-opportunitajiet indaqs u l-inklużjoni soċjali, il-miżuri kontra d-diskriminazzjoni, l-iżvilupp tal-edukazzjoni għal matul il-ħajja u t-taħriġ; jenfasizza li s-CSR għandha tkopri, pereżempju, il-kwalità tax-xogħol, l-ugwaljanza tal-pagi u l-prospetti għall-karriera u l-promozzjoni ta' proġetti innovattivi biex tgħin fil-bidla lejn ekonomija sostenibbli;

13. Jirrakkomanda bil-qawwa li l-Istati Membri u l-Unjoni jippromwovu prattiki tajbin tas-CSR mill-kumpaniji kollha, irrispettivament minn fejn joperaw, u li jinkoraġġixxu t-tixrid tal-prattika tajba bbażata fuq l-inizjattivi tas-CSR, b'mod partikolari billi jagħmlu r-riżultati ta' inizjattivi bħal dawn iktar magħrufa;

14. Jinnota li l-aġenda tas-CSR għandha tiġi adattata għall-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjun u ta' kull pajjiż speċifiku sabiex tikkontribwixxi għat-titjib tal-ekonomija sostenibbli u l-iżvilupp soċjali;

15. Hu tal-fehma li l-kredibilità tal-inizjattivi volontarji tas-CSR tiddependi mill-fatt li jkunu jinkorporaw standards u prinċipji aċċettati fil-qasam internazzjonali, bħall-Inizjattiva dwar ir-Rappurtar Globali III, u fuq li jkunu suġġetti għal monitoraġġ u għal verifika trasparenti li tkun indipendenti mill-partijiet interessati tal-kumpaniji;

16. Hu tal-fehma li għandha ssir enfasi fuq l-involviment attiv tal-partijiet interessati kollha fil-kumpanija, fuq it-taħriġ għall-maniġers u fuq l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili, b'mod speċjali fir-rigward tal-għarfien tal-konsumaturi;

17. Iqis li huwa importanti li titrawwem u tinxtered il-kultura tas-CSR permezz tat-taħriġ u l-ħolqien ta’ kuxjenza, kemm fil-livell tal-kumpaniji kif ukoll f’dawk il-fergħat tas-settur tal-edukazzjoni għolja jew universitarja li jiffokaw b'mod ewlieni fuq l-istudju tal-amministrazzjoni;

18. Jemmen li d-djalogu soċjali u l-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej kellhom rwol kostruttiv fl-iżvilupp tal-aqwa prattika fit-termini tas-CSR;

19. Jemmen bis-sħiħ li għandha tingħata aktar attenzjoni lis-CSR fil-Linji gwida għall-Impjiegi tal-UE;

Integrazzjoni tas-CSR fis-sistema ta' preferenzi ġeneralizzati (SGP u SGP+)

20. Jitlob li l-prinċipji tas-CSR jiġu integrati fir-Regolament SGP u SGP+ matul ir-rieżami li jmiss; jitlob lill-Kummissjoni biex tara li l-intrapriżi transnazzjonali, kemm jekk ikollhom is-sede fl-Unjoni Ewropea kif ukoll jekk le, li l-filjali tagħhom jew il-katini ta' provvista jinsabu f'pajjiżi li jipparteċipaw fl-iskema SGP, u b'mod partikolari fl-SGP+, jirrispettaw l-obbligi legali, nazzjonali u internazzjonali tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, tan-normi soċjali u tar-regolamentazzjoni ambjentali; jixtieq li l-Unjoni Ewropea u l-Istati firmatarji u benefiċjarji tal-SGP jaraw li l-intrapriżi jirrispettaw dawn l-obbligi; jitlob li din tkun dimensjoni vinkolanti tal-SGP;

21. Iqis li sistema ta' SGP+ rinnovata għandha wkoll tipprojbixxi l-ftehimiet tal-pajjiżi ospitanti, li huma ftehimiet konklużi mingħajr trasparenza ta' xejn bejn ċerti intrapriżi multinazzjonali u pajjiżi ospitanti, benefiċjarji tal-SGP+, biex jevitaw lil-bżonnijiet regolamentari f'dawn il-pajjiżi, u li b'mod ovvju jmorru kontra s-CSR;

Valutazzjonijiet tal-impatt ġodda

22. Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-mudell tagħha ta’ valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tas-sostenibilità, sabiex dan jirrifletti sew l-implikazzjoniiet ekonomiċi, soċjali, ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-għanijiet ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, tan-negozjati kummerċjali; jistieden lill-Kummissjoni tagħti segwitu għall-ftehimiet kummerċjali mal-pajjiżi sħab tal-UE, billi twettaq, qabel u wara l-iffirmar ta' ftehim kummerċjali, studji ta’ valutazzjoni tal-impatt tas-sostenibilità, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari s-setturi vulnerabbli;

23. Jenfasizza li, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Parlament għandu jinżamm infurmat bis-sħiħ dwar kif ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-impatt fir-rigward tas-sostenibilità (SIA) tal-ftehimiet qed jiġu inkorporati fin-negozjati ta’ qabel il-konklużjoni tagħhom u dwar liema kapitoli ta’ dawn il-ftehimiet ikunu nbidlu bil-għan li jiġu evitati impatti negattivi identifikati mill-SIA;

24. Jistieden lill-Kummissjoni tħejji studji tal-impatt biex jiġu evalwati l-effetti tal-ftehimiet kummerċjali fuq l-SMEs Ewropej (test SME), b’mod partikolari fir-rigward tas-CSR, f’konformità mal-Att tan-Negozji ż-Żgħar;

Klawżoli tas-CSR fil-ftehimiet kummerċjali kollha tal-Unjoni Ewropea

25. Jipproponi, b’mod iktar globali, li l-ftehimiet kummerċjali li jiġu nnegozjati fil-ġejjieni mill-Unjoni għandu jkun fihom kapitolu dwar l-iżvilupp sostenibbli li jinkludi klawżola dwar is-CSR, abbażi, parzjalment, tal-aġġornament tal-2010 tal-Linji gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali;

26. Jipproponi li din il-'klawżola CSR' għandha tinkludi:

a. impenn reċiproku taż-żewġ partijiet biex jippromwovu strumenti miftiehma internazzjonalment dwar is-CSR fil-kuntest tal-ftehim u fl-iskambji kummerċjali tagħhom;

b. inċentivi għat-tħeġġiġ tal-intrapriżi biex dawn jieħdu impenji fil-qasam tas-CSR, negozjati mal-partijiet kollha kkonċernati tal-intrapriża, inklużi t-trejdunjins, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, l-assoċjazzjonijiet lokali u l-organizzazzjonjiet tas-soċjetà ċivili kkonċernati;

c. il-ftuħ ta’ 'punti ta’ kuntatt' bħal dawk stabbiliti fil-kuntest tal-OECD għall-promozzjoni tal-informazzjoni dwar is-CSR, it-trasparenza u biex jirċievu lmenti eventwali dwar il-każijiet ta’ nuqqas ta’ rispett tas-CSR, b’kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili, u li jittrasferuhom lill-awtoritajiet kompetenti;

d. rekwiżit – li jqis is-sitwazzjoni speċifika u l-kapaċitajiet tal-SMEs fl-ambitu tar-rakkomandazzjoni 2003/361/KE ta' Mejju 2003 u skont il-prinċipju 'naħsbu l-ewwel fiż-żgħir' – biex il-kumpaniji jippubblikaw il-bilanċi tas-CSR tagħhom tal-anqas kull sentejn jew tliet snin; huwa tal-fehma li din it-talba ssaħħaħ it-trasparenza u r-rappurtar u tinkuraġġixxi l-viżibilità u l-kredibilità tal-prattiki tas-CSR billi informazzjoni dwar is-CSR issir disponibbli għall-partijiet interessati kollha, fosthom il-konsumaturi, l-investituri u l-pubbliku inġenerali b'mod immirat;

e. rekwiżiti biex impriżi u gruppi ta' impriżi juru d-diliġenza xierqa, i.e. obbligu li jieħdu miżuri minn qabel sabiex jidentifikaw u jipprevjenu kull ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet ambjentali, korruzzjoni jew evażjoni fiskali, anke fil-filjali tagħhom u fil-katini ta’ provvista, i.e. fl-isfera ta' influwenza kollha tagħhom;

f.  ir-rekwiżit li qabel ma jibda proġett b’impatt fuq komunità lokali, l-intrapriżi jintrabtu li jwettqu konsultazzjoni libera, miftuħa u infurmata ma’ partijiet interessati lokali u indipendenti;

g. enfasi partikolari fuq l-impatt tal-impjegar ta’ tfal u tal-prattiki tat-tħaddim tat-tfal;

27.  Iqis li l-'klawżola CSR' għandha tkun akkumpanjata minn dispożizzjonijiet oħra; huwa tal-fehma li:

a. fil-każ ta’ ksur ipprovat tal-impenji meħuda fir-rigward tas-CSR, għandu jkun possibbli li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu investigazzjonijiet u, u fil-każ ta’ ksur gravi tal-impenji, il-partijiet jistgħu jiddenunzjaw mal-pubbliku lil dawk responsabbli;

b. iż-żewġ partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-koperazzjoni ġudizzjarja transnazzjonali, biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-qrati tal-vittmi tal-azzjonijiet tal-kumpaniji fl-isfera ta' influwenza tagħhom u, biex dan isir, jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ proċeduri ġudizzjarji adegwati u jippenalizzaw il-ksur tal-liġi mill-kumpaniji, kif ukoll ta’ mekkaniżmi mhux ġudizzjarji ta’ rimedju;

28. Jissuġġerixxi li, fil-qafas tal-ftehimiet bilaterali tal-UE, isir provediment, permezz tal-programmi ta’ 'tisħiħ tal-ġustizzja', għat-taħriġ tal-imħallfin u tat-tribunali li jittrattaw il-liġi kummerċjali dwar kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u l-konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet soċjali u l-ambjent;

29. Jipproponi t-twaqqif ta’ kumitat parlamentari konġunt għal kull ftehim ta' kummerċ ħieles (FTA), li jservi ta' forum għall-iskambju ta' informazzjoni u għad-djalogu bejn il-Membri tal-PE u d-deputati tal-Istati sħab; iżid jgħid li dawn il-kumitati ta’ monitoraġġ jistgħu wkoll jiskrutinizzaw l-implimentazzjoni tal-Kapitolu rigward l-iżvilupp sostenibbli u l-klawżola CSR u jfasslu rakkomandazzjonijiet għall-kumitat konġunt tal-FTA, partikolarment fir-rigward tal-valutazzjonijiet tal-impatt, u f’każijiet ta’ ksur ipprovat tad-drittijiet tal-bniedem, tad-drittijiet soċjali jew tal-konvenzjonijiet ambjentali;

30. Jipproponi t-twaqqif ta’ forum regolari ta’ tqabbil fejn il-firmatarji tal-Patt Globali tan-NU jkunu jistgħu jissottomettu l-programmi tagħhom ta’ CSR għal skrutinju pubbliku u jipprovdu mezzi ta’ paragun lill-konsumaturi, u l-ħolqien ta’ kultura ta’ standards għolja u eżami reċiproku. Tali trasparenza tinkoraġġixxi lill-intrapriżi biex minn jeddhom jilħqu standards ogħla ta’ CSR jew iġorru l-ispejjeż tal-iskrutinju fil-midja u mill-pubbliku;

Promozzjoni tas-CSR fil-politiki kummerċjali fil-livell multilaterali

31. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-kunsiderazzjoni tas-CSR fil-politiki kummerċjali fil-livell multilaterali, fi ħdan il-fora internazzjonali li appoġġaw is-CSR, partikolarment l-OECD u l-ILO, kif ukoll fi ħdan id-WTO fil-perspettiva post-Doha;

32. Jistieden lill-Kummissjoni biex, fi ħdan dawn l-istess fora, tappella għall-ħolqien ta’ konvenzjoni internazzjonali li tistabbilixxi r-responsabilitajiet tal-'pajjiżi ospitanti'(24) u tal-'pajjiżi ta’ oriġini'(25), u biex tipparteċipa fil-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijeit tal-bniedem mill-kumpaniji multinazzjonali, u d-dħul fis-seħħ tal-prinċipju tal-ekstraterritorjalità;

33. Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġa l-iżvilupp ta' rabtiet ġodda bejn l-aġenziji multilaterali inkarigati min-normi soċjali u ambjentali u d-WTO, sabiex tiġi żgurata iktar koerenza fil-livell internazzjonali bejn il-politiki kummerċjali u l-objettivi ta' żvilupp sostenibbli;

34. Jappoġġa, mill-ġdid, il-ħolqien fi ħdan id-WTO, ta’ Kumitat għall-Kummerċ u x-Xogħol Deċenti, skont il-mudell tal-Kumitat għall-Kummerċ u għall-Iżvilupp, fejn b’mod partikolari jkun jista’ jsir dibattitu dwar il-kwistjonijiet relatati ma’ normi soċjali, speċjalment dawk relatati mal-impjegar ta’ tfal, u CSR b’rabta mal-kummerċ internazzjonali; jipproponi, mill-ġdid, l-adattament tal-proċedura ta' soluzzjoni tal-konflitti sabiex, f'każijiet li jipperikolaw kwistjonijiet li jaqgħu taħt konvenzjonijiet internazzjonali fil-qasam ambjentali jew soċjali, ikun possibbli li l-gruppi speċjali (panels) jew l-organu ta' appell jadottaw l-opinjoni tal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, u biex din l-opinjoni tkun ippubblikata;

35. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Konferenza Parlamentari dwar id-WTO u lill-Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol.

(1)

Dok. NU E/CN.4/Sub.2/2003/12/Rev.2(2003).

(2)

http://daccess-dds-ny.un.org/doc/UNDOC/GEN/N02/636/94/PDF/N0263694.pdf?OpenElement

(3)

http://www.csrgov.dk

(4)

ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.

(5)

ĠU L 156, 13.6.2001, p. 33.

(6)

ĠU C 86, 10.4.2002, p. 3.

(7)

ĠU C 39, 18.2.2003, p. 3.

(8)

ĠU C 39, 18.2.2003, p. 3.

(9)

ĠU L 205, 6.8.2005, p. 21.

(10)

10937/1/10.

(11)

ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1; verżjoni attwali: 2001R0761— MT— 01.01.2007.

(12)

ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16.

(13)

ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

(14)

ĠU C 104, 14.4.1999, p. 180.

(15)

ĠU C 112 E, 9.5.2002, p. 326.

(16)

ĠU C 271 E, 12.11.2003, p. 598.

(17)

ĠU C 67 E, 17.3.2004, p. 73.

(18)

ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 84.

(19)

ĠU C 280 E, 18.11.2006, p. 65.

(20)

Testi adottati f'dik id-data, P6_TA(2006)0320.

(21)

ĠU C 301 E, 13.12.2007, p. 45.

(22)

ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 321.

(23)

KUMM(2010)355 finali.

(24)

Stati li fihom tinsab is-sede tal-kumpaniji kollha li jiddependu fuq il-kumpaniji prinċipali

(25)

Stati li fihom jinsabu l-kumpaniji prinċipali


nota spjegattiva

Politika Kummerċjali għas-servizz tal-objettivi globali tal-Unjoni Ewropea

Wara l-kriżi klimatika, dik enerġetika u alimentari, il-kriżi finanzjarja internazzjonali, li ġabet magħha kullimkien kriżi soċjali, żiedet il-bżonn ta' regoli b'saħħithom sabiex l-ekonomija dinjija jkollha qafas imtejjeb u biex ma tiżviluppax askapitu tas-soċjetajiet. Il-kummerċ internazzjonali, li jinsab fil-qalba tal-globalizzazzjoni, mhuwiex eżentat minn dan il-bżonn.

Għaċ-ċittadini madwar id-dinja, is-suċċess tal-kummerċ internazzjonali huwa biss ġustifikat jekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku, għall-impjieg u t-titjib tal-livell ta' għajxien. Huwa b'hekk biss li l-ftuħ tal-iskambji jitqies bħala pożittiv u jiġi aċċettat. Dan il-ftuħ, mill-banda l-oħra, joħloq oppożizzjonijiet qawwija meta jsir askapitu ta' qerda ta' impjiegi jew jipperikola l-kundizzjonijiet tal-għajxien, id-drittijiet soċjali u ambjentali.

Il-politika kummerċjali b'hekk ma tistax issir biss fl-interessi immedjati ta' xi protagonisti ekonomiċi. Għall-Ewropa, il-politika kummerċjali għandha tkun koerenti mat-totalità tal-objettivi tal-Unjoni u b'mod partikolari ma' dawk tal-politika esterna, li l-Ewropa hija waħda mill-elementi fundamentali tagħha għall-promozzjoni tal-kunċett tagħha tar-regolamentazzjoni tal-globalizzazzjoni. L-ewwel nett, huwa leġittimu li l-Ewropa tara li l-politika kummerċjali tagħha ma tagħmilx ħsara, iżda li tikkontribwixxi biex tiddefendi l-mudell soċjali u l-politika ambjentali tagħha.

F'dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-Unjoni Ewropea diġà tqiegħed bħala kundizzjoni għall-għoti ta' ċerti preferenzi kummerċjali lil pajjiżi terzi r-ratifika min-naħa tagħhom tal-konvenzjonijiet prinċipali tal-ILO u ta' bosta trattati tan-Nazzjonijiet Uniti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem (Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat...). Ħadet ukoll l-impenn, mill-2006, li tippromwovi l-'impjieg deċenti', li huwa objettiv tal-ILO u tan-Nazzjonijiet Uniti, permezz tal-politiki esterni kollha tagħha, inkluża l-politika kummerċjali. Fl-aħħar nett, il-ftehimiet bilaterali ta' kummerċ ħieles tagħha issa jinkludu kapitolu dwar l-iżvilupp sostenibbli li fih għadd ta' objettivi ambjentali u soċjali. Dejjem iktar spiss, il-ftehimiet kummerċjali ffirmati mill-UE jiddaħħlu fi ftehimiet ta' sħubija jew ta' assoċjazzjoni usa' li jinkludu l-kooperazzjoni politika u l-impenji fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli u tad-drittijiet tal-bniedem. Huwa għalhekk ċar li, fil-livell tal-prinċipji, il-kummerċ m'għandux jiġi maqtugħ minn politiki interni jew esterni oħra tal-Unjoni Ewropea.

Waħda mir-raġunijiet għal dan l-approċċ, li mhuwiex unikament l-approċċ tal-Ewropa, hija l-fehim li l-liberalizzazzjoni kummerċjali għandha effetti ekonomiċi u soċjali li jvarjaw ferm u għandhom jiġu kkontrollati u anke, kultant, ikkumpensati, għaliex dejjem joħolqu rebbieħa u telliefa. L-iżvilupp tal-kummerċ internazzjonali huwa biss ta' benefiċċju reċiproku jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, għaliex il-qligħ ta' kull pajjiż qatt mhu mqassam b'mod ġust bejn id-diversi setturi tas-soċjetà u tal-ekonomija. B'hekk hemm il-ħtieġa ta' qafas għall-ftuħ tal-iskambji, għall-modalitajiet tagħhom u għar-ritmu, li dejjem qed jinħass iktar minħabba l-aċċellerazzjoni fil-globalizzazzjoni.

Il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ internazzjonali, barra minn hekk, kienet akkumpanjata minn kompetizzjoni qawwija bejn il-pajjiżi biex jattiraw l-investituri barranin, u minn żieda fil-kompetizzjoni bejn l-intrapriżi. Dan ta' spiss wassal għal abbużi fil-qasam tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, tal-libertajiet demokratiċi u tar-riskju għall-ambjent. Hemm bosta eżempji ta' dan.

Għalhekk fl-Ewropa, bħal fil-komunità internazzjonali, hemm bżonn assolut ta' koerenza biex fir-regoli tal-iskambji kummerċjali jiġu inklużi garanziji reali fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli u tad-drittijiet soċjali. Dan il-bżonn, li huwa konformi mal-objettivi tan-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll ma' dawk tal-Unjoni Ewropea, jissodisfa stennija qawwija min-naħa taċ-ċittadini fl-Ewropa. Huwa jimplika wkoll ċertu kunċett ta' responsabilità tal-kumpaniji fil-qasam soċjali u ambjentali.

Fost dawn, is-soċjetajiet transnazzjonali huma dawk li għandhom l-iktar rwol importanti fil-kummerċ dinji. Huma setgħu jibbenefikaw mill-ftuħ tas-swieq biex jesternalizzaw parti mill-produzzjoni tagħhom u jiddiversifikaw il-katini ta' provvista minn pajjiżi bi spejjeż baxxi ta' produzzjoni u b'inqas regoli. L-imġiba li wieħed jistenna minnhom fil-qasam tas-CSR tikkonċerna għalhekk ukoll il-filjali tagħhom u s-subappaltaturi li jinsabu f'dawn il-pajjiżi u li minnhom huma jorganizzaw il-parti l-kbira tal-iskambji kummerċjali mal-Ewropa.

Tliet kompiti għall-istess objettiv

Il-promozzjoni tar-responsabilità soċjali u ambjentali tal-kumpaniji (CSR) fil-kuntest tal-iskambji kummerċjali jinkludi tliet kompiti kbar għall-Ewropa:

Kompitu morali: ta' spiss huma l-kumpaniji tagħna stess li għandhom ibiddlu l-imġiba tagħhom biex isiru responsabbli fir-rigward tal-prinċipji soċjali u ambjentali, partikolarment meta dawn jaġixxu f'pajjiżi terzi li qed jiżviluppaw.

Kompitu ekonomiku u soċjali: in-non-rispett tal-prinċipji tas-CSR jikkostitwixxi forma ta' dumping soċjali u ambjentali li jagħmel ħsara lill-produzzjoni u lill-ħaddiema fl-Ewropa li, min-naħa tagħhom, huma soġġetti għar-rispett tal-ogħla normi soċjali u ambjentali.

Kompitu politiku: dak tal-koerenza tal-politiki tagħna fil-globalizzazzjoni u tar-rwol tal-Unjoni Ewropea, li ċ-ċittadini tagħha jippretendu wkoll li hija tkun tikkostitwixxi protezzjoni f'dinja deregolamentata.

L-għaqda bejn ir-regoli tal-kummerċ internazzjonali u tas-CSR

S'issa, għad ma kienx hemm għaqda bejn il-kummerċ u r-responsabilità soċjali tal-kumpaniji, jew kważi. Ir-raġuni għal dan hija waħda faċli: il-kummerċ internazzjonali huwa regolamentat bi ftehimiet bejn Stati li jiffissaw regoli ġuridiċi vinkolanti għal dawn l-Istati; ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji tistrieħ fuq regoli mhux vinkolanti li l-kumpaniji jieħdu l-impenn li jirrispettawhom b'mod volontarju.

Madankollu, l-għaqda tar-regoli kummerċjali u l-impenji meħuda mill-kumpaniji f'isem ir-responsabilità soċjali tkun tikkostitwixxi element b'saħħtu biex isir progress kemm fl-imġiba tal-kumpaniji kif ukoll fir-rispett tan-normi soċjali u ambjentali mill-Istati firmatarji tal-ftehimiet kummerċjali mal-UE.

Is-CSR, idea li qed timxi 'l quddiem

Is-CSR diġà għandha storja twila, sa mil-Linji gwida tal-OECD mnedija fl-1976 bl-appoġġ tat-trejdunjins, imbagħad bid-Dikjarazzjoni tal-prinċipji tripartitiċi dwar l-intrapriżi internazzjonali tal-ILO, sal-Patt Dinji tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-'Global Compact' imniedi fl-2000 minn Kofi Annan. Il-Linji gwida stabbilew għadd ta' rakkomandazzjonijiet li l-gvernijiet jindirizzaw lill-intrapriżi multinazzjonali u li jikkonċernaw b'mod partikolari l-impjieg u r-relazzjonijiet mas-sħab soċjali, id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-interessi tal-konsumaturi, il-kompetizzjoni u l-evażjoni fiskali.

Minn dak iż-żmien, ġew imnedija bosta inizjattivi biex jinħolqu mekkaniżmi ta' kontroll ta' dawn il-kodiċi ta' mġiba tajba, kif ukoll tikketti ta' ċertifikazzjoni tal-impenji tal-intrapriżi fil-qasam tas-CSR.

L-Unjoni Ewropea ħadet f'idha l-kwistjoni fi Green Paper ippubblikata fl-2001, u mbagħad f'White Paper u permezz tal-ħolqien ta' Forum plurilaterali għas-CSR biex jiġi promoss qafas Ewropew u strateġija favur ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji. Intrapriżi Ewropej kbar ħadu impenn fi ħdan 'CSR Europe', maħluq fl-1995, b'riżultat ta' inizjattiva ta' Jacques Delors.

Illum, u skont it-termini tal-komunikazzjoni tagħha tal-2006 dwar dan is-suġġett, il-Kummissjoni tqis lis-CSR bħala aspett tal-mudell soċjali Ewropew li jikkostitwixxi mezz ta' difiża tas-solidarjetà, tal-koeżjoni u tal-opportunitajiet indaqs fil-kuntest ta' kompetizzjoni dinjija miżjuda. L-objettiv huwa li l-UE ssir 'pilastru ta' eċċellenza' fil-qasam tar-responsabilità soċjali, u li jiġi żgurat li l-politiki esterni li hija timplimenta u l-intrapriżi Ewropej li jinvestu f'pajjiżi terzi jikkontribwixxu b'mod effettiv għall-iżvilupp sostenibbli.

Il-Parlament Ewropew, min-naħa tiegħu, adotta bosta rapporti u proposti sostanzjali biex tissaħħaħ is-CSR minn banda, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet tal-1999 u tal-2003, u fuq kollox ir-rapport Howitt ta' Marzu 2007; u biex jissaħħu n-normi soċjali u ambjentali fil-ftehimiet kummerċjali tal-Unjoni Ewropea mill-banda l-oħra; b'mod partikolari r-rapporti Désir ta' Ottubru 2001 u Désir u Panayatopoulos ta' Mejju 2007.

... u s-sejba ta' post fil-qalba tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE

Is-CSR u l-klawżoli soċjali u ambjentali fil-ftehimiet kummerċjali għandhom l-istess objettiv: globalizzazzjoni iktar ġusta, iktar soċjali, iktar umana u li tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli. Iżda s'issa, dawn qed isegwu żewġ toroq paralleli.(1)

Bl-għaqda tagħhom, minflok jagħmlu ħsara lil xulxin, dawn se jissaħħu reċiprokament. Il-klawżoli soċjali kummerċjali se jissaħħu b'dan li ġġib magħha s-CSR, fir-rigward tal-imġiba tal-intrapriżi. Fir-rigward tas-CSR, din se tiġi appoġġata mis-saħħa tal-ftehimiet kummerċjali, u partikolarment mill-qafas ta' sorveljanza li dawn jistabbilixxu għall-implimentazzjoni tal-prinċipji li jirregolawhom.

Dan ir-rapport ma jsemmix il-proposti kollha diġà mfassla mill-Parlament Ewropew u minn korpi internazzjonali oħra għall-promozzjoni tas-CSR minn naħa, u n-normi soċjali u ambjentali fil-ftehimiet kummerċjali, min-naħa l-oħra.

Huwa jikkonċentra fuq il-proposti li b'mod speċifiku se jippermettu l-promozzjoni tar-responsabilità soċjali tal-kumpaniji fil-qafas tal-politika kummerċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan huwa s-sinifikat tal-proposti ta' abbozz ta' riżoluzzjoni li ġej. Dawn jikkonċernaw b'mod partikolari:

–   ir-rieżami tal-iskema SGP;

–   l-istudji dwar l-impatt marbuta man-negozjati u mas-segwitu tal-ftehimiet kummerċjali tal-Unjoni Ewropea;

–   il-klawżoli CSR fil-ftehimiet ta' kummerċ ħieles u l-ftehimiet kummerċjali l-oħra u l-ftehimiet ta' investiment tal-Unjoni Ewropea;

–   kumitat parlamentari ta' segwitu, b'mod partikolari tad-dimensjoni soċjali u ambjentali, inkluża s-CSR, għal kull żona ta' kummerċ ħieles;

–   l-obbligu għall-intrapriżi multinazzjonali tal-UE u tal-pajjiżi sħab li jippubblikaw rapport annwali dwar l-impatt soċjali u ambjentali tal-attivitajiet tagħhom u ta' dawk tal-filjali tagħhom u tal-katini ta' approviġġjonament;

–   mekkaniżmi ta' kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-UE u l-pajjiżi sħab li jinkludu l-possibilità li jinġiebu quddiem il-ġustizzja l-intrapriżi multinazzjonali kemm fl-Ewropa kif ukoll f'dawn il-pajjiżi għal żbalji gravi li jsiru minn dawn l-intrapriżi jew mill-filjali tagħhom fil-qasam ambjentali jew tad-drittijiet fundamentali;

–   l-għoti ta' appalti pubbliċi;

–   ir-rabtiet bejn il-fora multilaterali ta' promozzjoni tas-CSR u d-WTO;

–         inizjattiva ġdida tal-Kummissjoni Ewropea.

(1)

Għalkemm il-ftehim ta' kummerċ ħieles mal-Korea jsemmi s-CSR, dan isir b'mod ferm limitat u mingħajr rabta diretta mal-implimentazzjoni tal-impenji kummerċjali.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (4.6.2010)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva fil-ftehimiet internazzjonali tal-kummerċ

(2009/2201(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Pervenche Berès

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A. billi r-responsabilità soċjali korporattiva (RSK) hija kunċett li bih il-kumpaniji jinkorporaw volontarjament it-tħassib soċjali u ambjentali fl-istrateġija tagħhom tan-negozju għall-benesseri ġenerali tal-partijiet interessati billi jkunu involuti b’mod attiv fil-politiki pubbliċi bħala aspett importanti tat-tibdil soċjali kkawżat mill-valuri,

B.  billi r-RSK tirrappreżenta komponent essenzjali tal-Mudell Soċjali Ewropew, imsaħħaħ bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod speċjali bil-klawsola soċjali orizzontali tagħha, u billi l-bżonn li tiġi promossa r-RSK ġie rikonoxxut fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istrateġija UE2020 bħala element importanti biex tiġi żgurata l-fiduċja tal-impjegati u tal-konsumaturi għal żmien fit-tul,

C. billi r-RSK għandha influwenza konsiderevoli fuq id-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi li qed jiżviluppaw,

D. billi r-RSK hija wieħed mill-istrumenti li jistgħu jintużaw fil-ġlieda kontra xogħol mhux iddikjarat u l-evażjoni tat-taxxa,

E.  billi r-RSK m'għandhiex tissostitwixxi jew teżenta lill-Istat mir-responsabbiltà tiegħu għall-forniment ta' servizzi pubbliċi bażiċi,

F.   billi r-RSK jista' jkollha rwol ewlieni fit-titjib tal-istandards tal-għajxien fil-komunitajiet żvantaġġati,

G. billi t-trejdjunjins għandhom rwol importanti fil-promozzjoni tar-RSK, minħabba li l-ħaddiema jkunu f'pożizzjoni tajba li jkunu jafu r-realtà tal-kumpaniji li jimpjegawhom,

H.  billi r-RSK għandha titqies flimkien, u f'interazzjoni ma', ir-riformi tal-governanza korporattiva,

I.    wara li kkunsidra r-rwol tal-SMEs fis-suq uniku Ewropew u r-riżultati tal-proġetti ffinanzjati mill-Kummissjoni biex tiġi inkoraġġita l-adozzjoni tal-prattiki tar-RSK, inkluż mill-SMEs,

J.   billi l-mandat tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Qafas tiegħu “Protezzjoni, Rispett u Rimedju”, li attwalment qed jiġi implimentat mill-Professur John Ruggie u li r-rapport finali tiegħu huwa previst għall-2011, għandu l-għan li jipprovdi linji gwida konkreti lill-Istati, lin-negozji u lill-atturi soċjali l-oħra fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fl-attivitajiet tagħhom,

1.  Iqis li r-RSK hi għodda effikaċi għat-titjib tal-kompetittività, l-opportunitajiet għall-ħiliet u t-taħriġ, is-sikurezza tal-impjieg u l-ambjent tax-xogħol, il-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema u d-drittijiet tal-komunitajiet lokali u indiġeni, il-promozzjoni ta' politika ambjentali sostenibbli u l-inoraġġiment ta' skambji ta' prattika tajba fil-livell lokali, nazzjonali, Ewropew u dinji, għalkemm żgur li ma tistax tieħu post ir-regolamenti tax-xogħol jew il-ftehimiet kollettivi ġenerali jew settorjali;

2.  Jitlob li l-kumpaniji jitħeġġu japplikaw ir-RSK bl-għan li jiġu salvagwardati l-integrità fiżika, is-sigurtà, il-benesseri fiżiku u mentali, id-drittijiet tax-xogħol u d-drittijiet tal-bniedem, kemm tal-ħaddiema tagħhom kif ukoll tal-ħaddiema inġenerali, permezz tal-influwenza li għandhom fuq iċ-ċirku aktar wiesa' tal-kollaboraturi tagħhom, jenfasizza l-ħtieġa li jiġi appoġġat u jitħeġġeġ it-tixrid ta’ dawn il-prattiki fl-SMEs filwaqt li jiġu limitati l-ispejjeż u l-piżijiet burokratiċi;

3.  Juri li r-RSK għandha tindirizza oqsma ġodda bħall-organizzazzjoni tax-xogħol, l-opportunitajiet indaqs u l-inklużjoni soċjali, il-miżuri kontra d-diskriminazzjoni, l-iżvilupp tal-edukazzjoni għal matul il-ħajja u t-taħriġ; jenfasizza li r-RSK għandha tkopri, pereżempju, il-kwalità tax-xogħol, l-ugwaljanza tal-pagi u l-prospetti għall-karriera u l-promozzjoni ta' proġetti innovattivi biex tgħin fil-bidla lejn ekonomija sostenibbli;

4.   Jirrakkomanda bil-qawwa li l-Istati Membri u l-Unjoni jippromwovu prattiki tajbin tar-RSK mill-kumpaniji kollha, irrispettivament minn fejn joperaw, u li jinkoraġġixxu t-tixrid tal-prattika tajba bbażata fuq l-inizjattivi tar-RSK, b'mod partikolari billi jagħmlu r-riżultati ta' inizjattivi bħal dawn iktar magħrufa;

5.   Jinnota li l-aġenda tar-RSK għandha tiġi adattata għall-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjun u ta' kull pajjiż speċifiku sabiex tikkontribwixxi għat-titjib tal-ekonomija sostenibbli u l-iżvilupp soċjali;

6.   Hu tal-fehma li l-kredibilità tal-inizjattivi volontarji tar-RSK tiddependi mill-fatt li jkunu jinkorporaw standards u prinċipji aċċettati fil-qasam internazzjonali, bħall-Inizjattiva dwar ir-Rappurtar Globali III, u fuq li jkunu suġġetti għal monitoraġġ u għal verifika trasparenti li tkun indipendenti mill-partijiet interessati tal-kumpaniji;

7.  Hu tal-fehma li għandha ssir enfasi fuq l-involviment attiv tal-partijiet interessati kollha fil-kumpanija, fuq it-taħriġ għall-maniġers u fuq l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili, b'mod speċjali fir-rigward tal-għarfien tal-konsumaturi;

8.   Iqis li huwa importanti li titrawwem u tinxtered il-kultura tar-RSK permezz tat-taħriġ u l-ħolqien ta’ kuxjenza, kemm fil-livell tal-kumpaniji kif ukoll f’dawk il-fergħat tas-settur tal-edukazzjoni għolja jew universitarja li jiffokaw b'mod ewlieni fuq l-istudju tal-amministrazzjoni;

9.  Jemmen li d-djalogu soċjali u l-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej kellhom rwol kostruttiv fl-iżvilupp tal-aqwa prattika fit-termini tar-RSK;

10. Jilqa’ l-promozzjoni tar-RSK b’mod internazzjonali, u jitlob lill-Kummissjoni tintegra aħjar ir-RSK fil-politiki tagħha tal-kummerċ u biex tfassal aktar regoli vinkolanti dwar l-istandards tar-Rappurtar Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza biex jitħeġġeġ it-tixrid aħjar tal-informazzjoni fuq livell iktar mifrux min-naħa tal-kumpaniji Ewropej li joperaw f’pajjiżi li qed jiżviluppaw direttament jew permezz tal-ktajjen ta’ provvista tagħhom, li għall-imġiba tagħhom huma għandhom neċessarjament jieħdu r-responsabbiltà, b’enfasi, b’mod partikolari, dwar ir-rwol tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-qasam u l-importanza tad-djalogu soċjali; jitlob lill-Kummissjoni timmonitorja, b'mod dirett, l-introduzzjoni tal-klawsoli msemmija hawn fuq u li żżomm il-Parlament infurmat dwar dan;

11.      Jemmen bil-qawwa li għandha tingħata aktar attenzjoni lir-RSK fil-Linji gwida Ewropej dwar l-Impjiegi.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

2.6.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

3

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Jean-Luc Bennahmias, Mara Bizzotto, Milan Cabrnoch, David Casa, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Sergio Gaetano Cofferati, Marije Cornelissen, Frédéric Daerden, Karima Delli, Proinsias De Rossa, Frank Engel, Sari Essayah, Richard Falbr, Ilda Figueiredo, Pascale Gruny, Marian Harkin, Roger Helmer, Nadja Hirsch, Liisa Jaakonsaari, Martin Kastler, Ádám Kósa, Jean Lambert, Patrick Le Hyaric, Olle Ludvigsson, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Françoise Castex, Marielle Gallo, Joe Higgins, Franz Obermayr, Evelyn Regner, Birgit Sippel, Emilie Turunen, Cecilia Wikström

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa Estaràs Ferragut, Oldřich Vlasák


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

26.10.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Kader Arif, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Marielle De Sarnez, Harlem Désir, Christofer Fjellner, Joe Higgins, Yannick Jadot, Bernd Lange, Vital Moreira, Tokia Saïfi, Helmut Scholz, Gianluca Susta, Keith Taylor, Jan Zahradil, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Catherine Bearder, George Sabin Cutaş, Béla Glattfelder, Małgorzata Handzlik, Elisabeth Köstinger, Jarosław Leszek Wałęsa

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Ricardo Cortés Lastra, Jelko Kacin, Vytautas Landsbergis, Evžen Tošenovský

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' Novembru 2010Avviż legali