ABBOZZ TA' RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja

28.1.2011 - (16446/1/2010 – C7‑0427/2010 – 2009/0060B(COD)) - ***II

Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Co-Rapporteurs: Kinga Gál and Barbara Lochbihler


Proċedura : 2009/0060B(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0014/2011

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja

(16446/1/2010 – C7‑0427/2010 – 2009/0060B(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (16446/1/2010 – C7‑0427/2010),

–   wara li kkunsidra il-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2009)0194),,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7‑0014/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

FIT-TIENI QARI[1]*

---------------------------------------------------------

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 209(1) u 212 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja[2]

Billi:

(1)         Sabiex jitjiebu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-għajnuna esterna tal-Komunità, fl-2006 ġie stabbilit qafas ġdid għall-ippjanar u l-għoti tal-għajnuna. Dan jinkludi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA)[3], ir-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija[4], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli[5], ir-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Istabbiltà[6], ir-Regolament (KE) Nru 300/2007 tal-Kunsill tad-19 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari[7], ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006[8], u r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp[9].

(2)         Fl-implimentazzjoni ta' dawk ir-Regolamenti ħarġu xi inkonsistenzi fir-rigward tal-eċċezzjonijiet għall-prinċipju tan-nuqqas ta' eliġibbiltà għal finanzjament mill-Unjoni tal-ispejjeż relatati ma' taxxi, dazji u ħlasijiet oħrajn. Għalhekk huwa propost li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1889/2006 sabiex ikun konformi mal-istrumenti oħrajn.

(3)         Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb l-objettiv ikkonċernat, b'konformità mal-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

(3a)       Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-dokumenti ta’ strateġija, minħabba li dawn id-dokumenti ta’ strateġija jissupplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006 u għandhom applikazzjoni ġenerali. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti.

(4)         Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006 għandu għaldaqstant ikun emendat f'dan is-sens,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)      L-Artikolu 5(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"3.      Dokumenti ta' strateġija, u kwalunkwe reviżjoni jew estenzjoni tagħhom, għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati b'konformità mal-Artikolu 17, u soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 17a u 17b.";

(2)      L-Artikolu 6(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"3.      Il-Programmi ta' Azzjoni Annwali, u kwalunkwe reviżjoni jew estensjoni tagħhom, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill";

(3)      fl-Artikolu 7, il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"3.      Meta l-ispiża ta' tali miżuri tkun ugwali jew taqbeż l-EUR 3 000 000, il-Kummissjoni għandha tadottahom filwaqt li tqis l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

4.        Għal Miżuri Speċjali li jiswew inqas minn EUR 3 000 000, il-Kummissjoni għandha tibgħat il-miżuri lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal informazzjoni fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha.";

(4)      L-Artikolu 9(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2.      Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-miżuri ad hoc mwettqa.";

(5)       L-Artikolu 13(6) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"6.       Fil-prinċipju, l-għajnuna mill-Unjoni m' għandhiex tiġi użata għall-ħlas ta' taxxi, dazji jew ħlasijiet fil-pajjiżi benefiċjarji."

(6)      L-Artikolu 16(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2.      Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapporti ta' evalwazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-informazzjoni. Ir-riżultati għandhom jerġgħu jidħlu bħala informazzjoni fit-tfassil tal-programmi u fl-allokazzjoni tar-riżorsi";

(7)      L-Artikolu 17 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 17

Eżerċizzju tad-delega

1.        Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti delegati kif imsemmija fl-Artikolu 5(3) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għall-perjodu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.        Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.        Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti delegati hija kkonferita lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 17a u 17b.

Artikolu 17a

Revoka tad-delega

1.        Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.        L-istituzzjoni li bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed l-aħħar deċiżjoni, filwaqt li jiġi indikat liema setgħa delegata tista' tkun soġġetta għal revoka u r-raġunijiet li jista' jkun hemm għar-revoka.

3.        Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ. Id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 17b

Oġġezzjonijiet għal atti delegati

1.        Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat sa xahrejn mid-data tan-notifika.

Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.

2.        Jekk, meta jiskadi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għal att delegat, l-att għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stipulata fih.

L-att delegat jista' jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

3.        Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għall-att delegat fi ħdan il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, l-att mhux se jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet tagħha għalfejn oġġezzjonat għall-att delegat."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew                              Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

  • [1] * Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
  • [2]           Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-10 ta' Diċembru 2010 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' ... (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
  • [3]           ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.
  • [4]           ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.
  • [5]           ĠU L 405, 30.12.2006, p. 41.
  • [6]           ĠU L 327, 24.11.2006, p.1.
  • [7]           ĠU L 81, 22.3.2007, p. 1.
  • [8]           ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1.
  • [9]           ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.

PROĊEDURA

Titolu

Financing instrument for the promotion of democracy and human rights worldwide (amendment of Regulation (EC) No 1889/2006)

Referenzi

16446/1/2010 – C7-0427/2010 – 2009/0060B(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

21.10.2010                     T7-0380/2010

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2009)0194 - C7-0158/2009

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

16.12.2010

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

16.12.2010

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Barbara Lochbihler

13.1.2011

Kinga Gál

13.1.2011

 

Riżultat tal-adozzjoni

26.1.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

56

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Pino Arlacchi, Sir Robert Atkins, Dominique Baudis, Franziska Katharina Brantner, Frieda Brepoels, Elmar Brok, Arnaud Danjean, Mário David, Michael Gahler, Andrzej Grzyb, Takis Hadjigeorgiou, Heidi Hautala, Anna Ibrisagic, Anneli Jäätteenmäki, Jelko Kacin, Tunne Kelam, Nicole Kiil-Nielsen, Maria Eleni Koppa, Andrey Kovatchev, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Alexander Graf Lambsdorff, Vytautas Landsbergis, Ryszard Antoni Legutko, Sabine Lösing, Barry Madlener, Mario Mauro, Kyriakos Mavronikolas, Francisco José Millán Mon, Alexander Mirsky, María Muñiz De Urquiza, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Norica Nicolai, Raimon Obiols, Ria Oomen-Ruijten, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Vincent Peillon, Alojz Peterle, Bernd Posselt, Hans-Gert Pöttering, Cristian Dan Preda, Libor Rouček, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Nikolaos Salavrakos, Jacek Saryusz-Wolski, Werner Schulz, Adrian Severin, Marek Siwiec, Ernst Strasser, Hannes Swoboda, Charles Tannock, Inese Vaidere, Geoffrey Van Orden, Kristian Vigenin, Graham Watson, Boris Zala

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Elena Băsescu, Emine Bozkurt, Nikolaos Chountis, Véronique De Keyser, Kinga Gál, Liisa Jaakonsaari, Evgeni Kirilov, Georgios Koumoutsakos, Barbara Lochbihler, Norbert Neuser, Doris Pack, Marietje Schaake, György Schöpflin, Alf Svensson, Ivo Vajgl, Renate Weber

Data imressqa

28.1.2011