RAPPORT dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjonijiet jew il-marki li jidentifikaw il-lott li għalih jappartjieni oġġett ta’ l-ikel (kodifikazzjoni)

28.3.2011 - (COM(2010)0506 – C7‑0285/2010 – 2010/0259(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Sajjad Karim
(Kodifikazzjoni – Artikolu 86 tar-Regoli ta’ Proċedura)

Proċedura : 2010/0259(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0095/2011

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjonijiet jew il-marki li jidentifikaw il-lott li għalih jappartjieni oġġett ta’ l-ikel (kodifikazzjoni)

(COM(2010)0506 – C7‑0285/2010 – 2010/0259(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0506),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7 0285/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 – Metodu ta’ ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġislattivi[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0095/2011),

A. billi, skont il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata fiha kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti mingħajr bdil fis-sustanza tagħhom,

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

  • [1]  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 15 ta’ Novembru 2010

OPINJONI

                     GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

                                                              TAL-KUNSILL

                                                              TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjonijiet jew il-marki li jidentifikaw il-lott li għalih jappartjieni oġġett ta’ l-ikel (kodifikazzjoni)

COM(2010)0506 tal-24.9.2010 – 2010/0259(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar metodu ta’ ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġislattiv, u b’mod partikulari l-Punt 4 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ltaqa’ fid-19 ta’ Ottubru 2010 sabiex jeżamina, fost l-oħrajn, il-proposta msemmija mressqa mill-Kummissjoni.

Waqt dik il-laqgħa, sar eżami tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkodifika d-Direttiva tal-Kunsill 89/396/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1989 dwar l-indikazzjonijiet jew il-marki li jidentifikaw il-lott li għalih jappartjieni oġġett ta’ l-ikel, li wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ikkonkluda, bi qbil komuni, li l-proposta hija kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti mingħajr bdil fis-sustanza tagħhom.

C. PENNERA                                  J.-C. PIRIS                            L. ROMERO REQUENA

Jurisconsult                                       Jurisconsult                             Direttur Ġenerali

PROĊEDURA

Titolu

L-indikazzjonijiet jew il-marki li jidentifikaw il-lott li għalih jappartieni oġġett tal-ikel (Verżjoni kodifikata)

Referenzi

COM(2010)0506 – C7-0285/2010 – 2010/0259(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

24.9.2010

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

7.10.2010

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Sajjad Karim

1.12.2010

 

 

Data tal-adozzjoni

22.3.2011

 

 

 

Data tat-tressiq

28.3.2011