RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1931/2006 rigward l-inklużjoni taż-żona ta' Kaliningrad u ta' ċerti distretti amministrattivi Pollakki fiż-żona eliġibbli tal-fruntiera

24.11.2011 - (COM(2011)0461 – C7‑0213/2011 – 2011/0199(COD)) - ***I

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Kyriacos Triantaphyllides

Proċedura : 2011/0199(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0398/2011
Testi mressqa :
A7-0398/2011
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1931/2006 rigward l-inklużjoni taż-żona ta' Kaliningrad u ta' ċerti distretti amministrattivi Pollakki fiż-żona eliġibbli tal-fruntiera

(COM(2011)0461 – C7‑0213/2011 – 2011/0199(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0461),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0213/2011),

–   wara li kkunsidra t-Tieni rapport dwar it-twettiq u t-tħaddim tas-sistema tat-traffiku lokali tal-fruntiera stabbilit permezz tar-Regolament Nru 1931/2006 (COM(2011)0047),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regola 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0398/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, billi jagħmel tiegħu l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

NOTA SPJEGATTIVA

I- Il-Kuntest ġenerali: Traffiku lokali fuq il-fruntiera

Fl-20 ta' Diċembru 2006, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (KE) Nru 1931/2006 li jistipula regoli dwar it-traffiku lokali tal-fruntiera fil-fruntieri esterni tal-art tal-Istati Membri (minn issa 'l quddiem: Ir-Regolament) li jippermetti lill-Istati Membru li jidderogaw mir-regoli ġenerali dwar il-kontrolli fil-fruntiera stipulati fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen għal persuni li jgħixu f'żona ta' fruntiera, inkluż il-ħtieġa għal viża, il-ħtieġa li jkollhom mezzi ta' għajxien suffiċjenti kif ukoll il-ħtieġa li jagħtu prova tal-għan ta' residenza. L-għan ta' dan ir-Regolament hu li jipprevjeni l-ħolqien ta' ostakoli għall-iskambju kummerċjali, soċjali u kulturali jew il-kooperazzjoni reġjonali mal-ġirien.

Biex persuni li jgħixu f'żona ta' fruntiera jkunu eliġibbli għal permess lokali tal-fruntiera u biex jibbenefikaw minn dawn id-derogi għar-regoli ġenerali dwar il-kontrolli tal-fruntiera, dawn jeħtieġu (a) li jkollhom dokument validu tal-ivvjaġġar validu; (b) li jkunu residenti fiż-żona lokali ta' fruntiera għal perjodu minimu ta' sena; (c) li jipproduċu evidenza tal-istatus tagħhom ta' residenti tal-fruntiera u tar-raġunijiet għal qsim ta' spiss tal-fruntiera; (d) li ma jkunux soġġetti għal Sistema ta' Informazzjoni ta' Twissija ta' Schengen; u (e) li ma jkunux meqjusa bħala theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ xi wieħed mill-Istati Membri. Jekk jintlaqgħu dawn il-kundizzjonijiet, il-persuni jistgħu jibbenefikaw minn reġim ta' traffiku ta' fruntiera lokali li tippermettielhom jibqgħu fuq it-territorju partikolari ta' pajjiż ġar għal perjodi ta' żmien mingħajr interruzzjoni li ma jaqbżux id-90 ġurnata.

Fl-implimentazzjoni ta' reġim ta' traffiku ta' fruntiera lokali, l-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet bilaterali ma' pajjiżi ġirien bil-għan li jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi fir-rigward tal-ġirien rispettivi tagħhom, peress li l-ħtiġijiet tagħhom jistgħu jvarjaw minħabba sitwazzjonijiet lokali, ġeografiċi, soċjali u ekonomiċi differenti. S'issa, dawn il-ftehimiet bilaterali daħlu fis-seħħ bejn l-Ungerija, is-Slovakkja, il-Polonja u l-Ukraina kif ukoll bejn ir-Rumanija u l-Moldova, filwaqt li ġew iffirmati iżda mhux ratifikati l-ftehimiet bejn il-Litwanja, il-Latvja u l-Belarus, kif ukoll bejn in-Norveġja, il-Latvja u r-Russja.

II- Żoni ta' fruntiera lokali: il-każ ta' Kaliningrad

Ir-reġjun ta' Kaliningrad tal-Federazzjoni Russa sar territorju mdawwar b'artijiet tal-UE b'konsegwenza tat-tkabbir tal-UE fl-2004 u sa minn dan iż-żmien sofrew limitazzjonijiet konsiderevoli fir-rabtiet mal-ġirien tiegħu. Fis-snin reċenti kien hemm numru ta' inizjattivi tal-UE li ffaċilitaw iċ-ċaqliq tar-residenti ta' Kaliningrad (bħad-Dokument ta' Transitu Ffaċilitat u d-Dokument għat-Transitu Ffaċilitat bil-Ferrovija, li ssimplifikaw l-ivvjaġġar bejn Kaliningrad u l-parti ewlenija tar-Russja jew il-Ftehim bejn l-UE u r-Russja dwar l-Iffaċilitar tal-Ħruġ tal-Viża, li jiffaċilitaw il-ħruġ ta' viżi għal perjodu qasir ta' żmien għaċ-ċittadini Russi kollha li jivvjaġġaw lejn il-Pajjiżi ta' Schengen).

Madankollu, minħabba s-sitwazzjoni ġeografika speċifika ta' Kaliningrad, dawn l-inizjattivi urew lilhom infushom insuffiċjenti biex jindirizzaw il-marġinalizzazzjoni ta' Kaliningrad u tar-residenti tiegħu. Din hi r-raġuni għalfejn il-Polonja u l-Federazzjoni Russa talbu għal emendi għar-Regolament dwar it-traffiku lokali tal-fruntiera b'kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjun ta' Kaliningrad. Ir-regolament jeħtieġ li jiġi emendat sabiex jippermetti lid-distrett kollu ta' Kaliningrad jitqies bħal żona ta' fruntiera unika, peress li skont ir-Regolament żona lokali ta' fruntiera hi definita bħala żona ta' 30km li tista' tiġi estiża sa 50km f'każijiet eċċezzjonali. Din l-emenda għandha tipprevjenti l-frammentazzjoni ta' reġjun b'total ta' madwar miljun abitant fi tliet distretti (wieħed koprut minn ftehim ta' fruntiera għat-traffiku lokali mal-Polonja, wieħed bi ftehim mal-Litwanja u wieħed mingħajr l-ebda ftehim peress li jinsab 'il barra miż-żona tal-fruntiera) u jippermetti lill-abitanti kollha jgawdu l-faċilitazzjonijiet għat-traffiku ta' fruntiera lokali skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament.

B'kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni speċifika ta' Kaliningrad Oblast, li hu l-uniku territorju kompletament imdawwar mill-UE għajr għall-Baħar Baltiku, il-Kummissjoni Ewropea aċċettat li temenda r-Regolamet sakemm dan ma jsirx preċedent iżda jirrejaġixxi għal sitwazzjoni unika.

III- Konklużjoni

Żoni ta' fruntiera lokali jikkostitwixxu għodda importanti ħafna biex l-Unjoni Ewropea tiżgura li ma jinħolqux ostakoli artifiċjali u arbitrarji bejn popli li jgħixu f'reġjuni maqsuma bi fruntieri nazzjonali. Ir-Rapporteur iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkonkludu ftehimiet bilaterali ma' pajjiżi terzi ġirien bil-għan li jippromwovu kuntatti sostnuti bejn il-popli li jgħixu fuq iż-żewġ naħat tal-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea.

Meta jitqies li t-tkabbir tal-2004 ħoloq ostaklu artifiċjali għal rabtiet kulturali, soċjali u ekonomiċi għat-tul bejn l-abitanti tar-reġjun kollu kemm hu, ir-Rapporteur jappoġġja t-talba ta' emenda għar-Regolament kif ifformulat mill-proposta tal-Kummissjoni. Din l-emenda tistipula opportunità ġdida biex il-Parlament Ewropew itenni mill-ġdid l-impenn qawwi tiegħu għall-prinċipju tal-libertà tal-moviment u għall-appoġġ konsistenti u ferventi tad-dritt taċ-ċittadini li jiċċirkolaw b'mod ħieles.

Meta titqies il-possibilità pprovduta lill-Istati Membri partikolai, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament, biex jintroduċu miżuri mmirati għat-tafja tal-qsim tal-fruntiera għad-detenturi ta' permessi ta' traffiku ta' fruntiera lokali, ir-Rapporteur iħeġġeġ bil-qawwi lill-Polonja biex tieħu azzjonijiet konkreti bħall-ħolqien ta' postijiet jew trejqiet ta' qsim tal-fruntiera speċifiċi li jkunu ddedikati b'mod esklussiv għad-detenturi ta' permessi ta' traffiku ta' fruntiera lokali, jiżguraw l-iffaċilitar tal-moviment u jevitaw dewmien mhux neċessarju jew kumplikazzjonijiet ta' rutina oħrajn li de facto jxekkel il-moviment u joħloq ostakoli ġodda.

Dan hu ta' importanza partikolari meta jitqiesu l-ammont ta' persuni li mistennija jibbenefikaw minn dan l-istatus il-ġdid kif rifless mill-istatistika dwar il-viża għas-sena 2011. Jidher li 72 532 persuna jaqsma l-fruntiera bejn Kaliningrad u l-Polonja fuq bażi annwali. Skont l-istħarriġ imwettaq fir-reġjun, jidher li l-interess fil-kisba ta' permessi ta' traffiku ta' fruntiera lokali joħroġ mix-xewqa ta' żjajjar f'din il-parti tal-Polonja għal skopijiet ta' turiżmu (kulturali, naturali, u xiri) u żjajjar ta' siti ta' oqbra. Skont l-istatistka dwar il-viża għall-2011, li turi li 22 209 persuni qasmu l-fruntiera bejn Kaliningrad u l-Polonja għal skopijiet ta' turiżmu; 1 0003 għal żjajjar; 5 337 għall-kultura u 17 745 għal raġunijiet oħrajn, hu stmat li madwar 10% tal-popolazzjoni ta' Kaliningrad x'aktarx tapplika għal permessi ta' traffiku ta' fruntiera lokali.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (18.11.2011)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1931/2006 rigward l-inklużjoni taż-żona ta' Kaliningrad u ta' ċerti distretti amministrattivi Pollakki fiż-żona eliġibbli tal-fruntiera
(COM(2011)0461 – C7‑0213/2011 – 2011/0199(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Krzysztof Lisek

ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

Il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja jixraqilha attenzjoni partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ strumenti differenti relatati mal-moviment tal-persuni. Din hija tema kumplessa partikolarment fil-każ tal-Oblast ta’ Kaliningrad. Din iż-żona b’sit speċifiku, ċirkondata għalkollox bl-Istati Membri tal-UE, hi importanti ħafna kemm għall-kooperazzjoni tal-Baħar Baltiku fid-dimensjonijiet politiċi, ekonomiċi, ambjentali u kulturali tagħha kif ukoll għar-relazzjoni ta' ġirien tajba ta' dawk li jgħixu f’din iż-żona. Diġà instabet soluzzjoni waħda għal dan il-għan – fl-2003 ir-Regolament tal-Kunsill Nru 693/2003 ġie adottat u ħejja t-triq għall-ħruġ tad-Dokument dwar it-Transitu Faċilitat (FTD) u tad-Dokument dwar it-Transitu Faċilitat bil-Ferrovija (FRTD).

It-tfittxija għall-istrumenti konkreti li jippermettu r-relazzjonijiet tal-ġirien tajba bejn l-UE u r-Russja taw lok lill-Kummissjoni biex tipproponi l-emenda tar-regoli tat-Traffiku Lokali tal-Fruntiera (LBT) kif stipulati fir-Regolament Nru 1931/2006. Fid-dawl tas-suġġeriment preċedenti mill-Polonja, il-Kummissjoni ssuġġeriet tkabbir tal-kamp ta’ kopertura tal-LBT għat-territorju kollu tal-Oblast ta’ Kaliningrad u ż-żona korrispondenti man-naħa Pollakka. Din id-deċiżjoni hija tajba mhux biss mill-perspettiva tas-sigurtà taż-żona Schengen iżda tagħti wkoll attenzjoni partikolari lid-direzzjoni meħuda permezz tal-kooperazzjoni tal-PEV mill-Istati Membri u l-Kummissjoni. Għal dan il-għan jixraqilha l-appoġġ kollu bħala għodda li tippermetti li tiġi evitata d-diviżjoni artifiċjali tal-Oblast ta’ Kaliningrad f’territorji koperti u territorji mhux koperti permezz tar-Regolament LBT attwali (sa 30 kilometru u f’xi każijiet speċifiċi sa 50 kilometru ‘il ġewwa mix-xatt). Il-proposta għal emenda tar-Regolament Nru 1931/2006 hija essenzjali wkoll mill-perspettiva tal-kooperazzjoni transkonfinali żviluppata fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat.

It-titjib tal-kundizzjonijiet tal-fluss transkonfinali tal-persuni jixraqlu l-appoġġ f’isem l-istituzzjonijiet tal-UE. Dan jissupplimenta iżda qatt ma jissostitwixxi l-moviment tal-viżi – għal dan il-għan tajjeb li nqisu r-rinegozjar tal-Ftehim għall-Faċilitazzjoni tal-Viżi kif ukoll it-tħejjija għat-tnedija tad-Djalogu tal-Viżi bejn l-UE u r-Russja. B’riżultat ta’ dan, l-emenda għar-Regolament Nru 1931/2006 għandha tgħin sabiex jitjiebu r-relazzjonijiet tal-ġirien bejn l-UE u r-Russja li l-Parlament iqis bħala opportunità tajba li tintuża.

******

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jipproponi li l-Parlament Ewropew jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1931/2006 rigward l-inklużjoni taż-żona ta’ Kaliningrad u ta’ ċerti distretti amministrattivi Pollakki fiż-żona eliġibbli tal-fruntiera

Referenzi

COM(2011)0461 – C7-0213/2011 – 2011/0199(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

13.9.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

13.9.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Krzysztof Lisek

5.10.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

17.11.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

53

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Pino Arlacchi, Bastiaan Belder, Elmar Brok, Arnaud Danjean, Mário David, Michael Gahler, Ana Gomes, Takis Hadjigeorgiou, Anna Ibrisagic, Othmar Karas, Ioannis Kasoulides, Nicole Kiil-Nielsen, Maria Eleni Koppa, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Alexander Graf Lambsdorff, Vytautas Landsbergis, Krzysztof Lisek, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Mario Mauro, Kyriakos Mavronikolas, Francisco José Millán Mon, Alexander Mirsky, María Muñiz De Urquiza, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Norica Nicolai, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Bernd Posselt, Hans-Gert Pöttering, Cristian Dan Preda, Fiorello Provera, Tokia Saïfi, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jacek Saryusz-Wolski, Werner Schulz, Marek Siwiec, Hannes Swoboda, Kristian Vigenin

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Charalampos Angourakis, Véronique De Keyser, Andrew Duff, Göran Färm, Hélène Flautre, Roberto Gualtieri, Doris Pack, Helmut Scholz, György Schöpflin, Alf Svensson, Traian Ungureanu, Ivo Vajgl

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marije Cornelissen, Rui Tavares, Ramon Tremosa i Balcells

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1931/2006 rigward l-inklużjoni taż-żona ta’ Kaliningrad u ta’ ċerti distretti amministrattivi Pollakki fiż-żona eliġibbli tal-fruntiera

Referenzi

COM(2011)0461 – C7-0213/2011 – 2011/0199(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

27.7.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

13.9.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

13.9.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Kyriacos Triantaphyllides

3.10.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

19.9.2011

3.10.2011

7.11.2011

23.11.2011

Data tal-adozzjoni

23.11.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Roberta Angelilli, Vilija Blinkevičiūtė, Simon Busuttil, Philip Claeys, Carlos Coelho, Tanja Fajon, Kinga Gál, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Lívia Járóka, Timothy Kirkhope, Monica Luisa Macovei, Véronique Mathieu, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Valdemar Tomaševski, Kyriacos Triantaphyllides, Wim van de Camp, Axel Voss, Manfred Weber, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Oana Antonescu, Michael Cashman, Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Leonidas Donskis, Evelyne Gebhardt, Marian-Jean Marinescu, Joanna Senyszyn, Cecilia Wikström, Glenis Willmott

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Sergio Gaetano Cofferati, Ismail Ertug, Esther Herranz García, Kent Johansson, Marit Paulsen, Ivo Vajgl, Andrea Zanoni

Data tat-tressiq

24.11.2011