RAPPORT dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 7/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni

7.12.2011 - (17632/2011 – C7‑0442/2011 – 2011/2301(BUD))

Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Sidonia Elżbieta Jędrzejewska

Proċedura : 2011/2301(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0436/2011
Testi mressqa :
A7-0436/2011
Dibattiti :
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 7/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni

(17632/2011 – C7-0442/2011 – 2011/2301(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikulari l-Artikolu 314 tiegħu, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikulari l-Artikolu 106a tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], u b'mod partikulari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, adottat b'mod definittiv fil-15 ta' Diċembru 2010[2],

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod[3],

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, ippreżentat mill-Kummissjoni fil-21 ta' Novembru 2011 (COM(2011)0796),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2011, stabbilit mill-Kunsill fit-30 ta’ Novembru 2011 (17632/2011 – C7-0442/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0436/2011),

A. billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 7/2011 għall-baġit ġenerali tal-2011 għandu l-għan li jimmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà tal-UE għal ammont ta' EUR 38 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet sabiex jittaffu l-effetti tat-terremot li laqgħat lill-Murcia, fi Spanja, u tal-għargħar fir-reġjun tal-Veneto, fl-Italja,

B.  billi l-iskop tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2011 huwa li dan l-aġġustament baġitarju jiddaħħal b'mod formali fil-baġit tal-2011,

C. billi d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet annessa mal-baġit għas-sena finanzjarja 2011 ipprevediet it-tressiq ta’ baġit emendatorju jekk l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-2011 jirriżultaw li mhumiex biżżejjed biex ikopru n-nefqa,

D.  billi ż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja ħadu l-impenn, permezz tad-Dikjarazzjoni konġunta dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2011[4] adottat fid-19 ta' Novembru 2011 waqt kumitat ta' konċiljazzjoni, li jieħdu pożizzjoni qabel l-aħħar tal-2011,

E.   billi fl-istess Dikjarazzjoni Konġunta, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu dwar il-finanzjament tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2011 permezz ta' riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet minn programmi għall-iżvilupp rurali,

1.  Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2011;

2.  Jikkunsidra ta' importanza kbira li l-għajnuna finanzjarja permezz tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE għal dawk affetwati minn katastrofi naturali tiġi rilaxxata malajr, u għaldaqstant huwa mħasseb ħafna li fil-każ tal-għargħar fir-reġjun tal-Veneto, il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE se tkun effettiva biss 13-il xahar wara x-xita torrenzjali tal-aħħar t'Ottubru 2010;

3.  Jistieden lill-partijiet involuti kollha fl-Istati Membri, jiġifieri kemm dawk fuq livell lokali u kemm dawk fuq livell reġjonali, u lill-awtoritajiet nazzjonali biex itejbu l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet u l-koordinazzjoni għal applikazzjonijiet potenzjali futuri għall-Fond ta' Solidarjetà tal-UE bil-għan li jgħaġġlu, kemm jista' jkun, il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE;

4.  Jenfasizza f'dak ir-rigward u fil-każ speċifiku indirizzat fl-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2011, li ż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja qed jieħdu l-pożizzjoni rispettiva tagħhom bl-akbar urġenza sabiex jiggarantixxu li l-assistenza titwassal malajr fir-reġjuni affetwati;

5.  Japprova, mingħajr emenda, il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2011 u jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 7/2011 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

  • [1]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [2]  ĠU L 68, 15.3.2011, p. 1.
  • [3]  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
  • [4]  Testi adottati, P7_TA(2011)0521.

NOTA SPJEGATTIVA

Skont l-Artikolu 37(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tista' tressaq abbozzi ta' baġits emendatorji “jekk ikun hemm ċirkustanzi li ma jistgħux ikunu evitati, eċċezzjonali jew mhux mistennija”.

1. Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE

Il-proposta tal-Kummissjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE hija bbażata fuq il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod, li tippermetti tali mobilizzazzjoni fil-limitu massimu annwali ta' EUR 1 biljun.

Il-kundizzjonijiet ta’ eliġibilità għall-Fond huma dettaljati fir-Regolament tal-Kunsill Nru 2012/2002 li jistabbilixxu l-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, u għandu jiġu mfakkar li l-objettiv tal-Fond hu li jsewwi l-infrastruttura u huwa għodda ta’ finanzjament mill-ġdid, u ma għandux jikkumpensa ħsarat privati.

Id-danni diretti fil-Murcia, fi Spanja, ġew stmati mill-Kummissjoni, abbażi ta’ kalkoli pprovduti mill-awtoritajiet Spanjoli, għal total ta' EUR 842,8 miljun. Fil-każ tal-Veneto, fl-Italja, id-danni diretti ġew stmati għal EUR 3717 miljun.

L-ammont totali għall-għajnuna propost fl-ABE 7/2011 huwa ta’ EUR 37 979 875:

(EUR)

 

Danni diretti

Livell limitu

Ammont ibbażat fuq 2.5%

Ammont ibbażat fuq 6%

Ammont totali ta' għajnuna proposta

Spanja - terremot

842,8 miljun

3 536 miljun

21 070 950

-

21 070 950

Italja - għargħar

676,4 miljun

3 536 miljun

16 908 925

-

16 908 925

Total

1 519,2 miljun

 

37 979 875

2. Finanzjament

F'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-ABE 7/2011 adottat mill-kumitat ta' konċiljazzjoni fid-19 ta' Novembru 2011, il-Kummissjoni tipproponi li tiffinanzja l-ħtiġijiet identifikati permezz ta' riallokazzjoni minn programmi għall-iżvilupp rurali fir-rigward ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet, u żieda fl-approprjazzjonijiet għall-impenji. F’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, dan l-ammont qed jiddaħħal apparti s-subintestatura 3 b.

MFF

Qafas finanzjarju 2011

Baġit 2011 (inkluż BE 1-6)

ABE 7/2011

Baġit 2011

inklużi BE 1-5 u ABE 6-7/2011)

CA

PA

CA

PA

CA

PA

CA

PA

1.

 

 

 

 

 

 

 

 

1a.

12 987 000 000

 

13 520 566 270

11 523 944 758

 

 

13 520 566 270

11 523 944 758

1b.

50 987 000 000

 

50 983 843 784

42 105 094 626

 

 

50 983 843 784

42 105 094 626

Total

63 974 000 000

 

64 504 410 054

53 629 039 384

 

 

64 504 410 054

53 629 039 384

Marġni[1]

 

 

 

-30 410 054

 

 

 

-30 410 054

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.

59 688 000 000

 

58 659 248 389

56 378 918 184

 

-37 979 875

58 659 248 389

56 340 938 309

Margin

 

 

1 028 751 611

 

 

 

1 028 751 611

 

3.

 

 

 

 

 

 

 

 

3a.

1 206 000 000

 

1 180 030 263

857 199 845

 

 

1 180 030 263

857 199 845

3b.

683 000 000

 

879 831 486

842 903 486

37 979 875

37 979 875

917 811 361

880 883 361

Total

1 889 000 000

 

2 059 861 749

1 700 103 331

37 979 875

37 979 875

2 097 841 624

1 738 083 206

Marġni[2]

 

 

 

26 072 737

 

 

 

26 072 737

 

4.[3]

8 430 000 000

 

8 759 300 431

7 242 528 574

 

 

8 759 300 431

7 242 528 574

Marġni

 

 

-70 439 377

 

 

 

-70 439 377

 

5. [4]

8 144 000 000

 

8 172 839 289

8 171 544 289

 

 

8 172 839 289

8 171 544 289

Marġni

 

 

53 160 711

 

 

 

53 160 711

 

TOTAL

142 125 000 000

133 440 000 000

142 155 659 912

126 727 133 762

37 979 875

0

142 193 639 787

126 727 133 762

Marġni

 

 

1 112 135 628

6 894 866 238

 

 

1 112 135 628

6 894 866 238

  • [1]  Il-Fond Ewropew ta' aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) mhuwiex inkluż fil-kalkolu tal-marġni taħt l-Intestatura 1a (EUR 500 miljun). EUR 34 miljun 'il fuq mil-limitu massimu huma ffinanzjati bil-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà.
  • [2]               L-ammont tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea mdaħħal apparti l-intestaturi relevanti kif previst fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 (ĠU C 139 tal-14.6.2006)
  • [3]               Il-marġni tal-2011 għall-intestatura 4 ma jikkunsidrax l-approprjazzjonijiet relatati mar-Riżerva għal Għajnuna ta’ Emerġenza (EUR 253,9 miljun). EUR 71 miljun 'il fuq mil-limitu massimu huma ffinanzjati mill-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà.
  • [4]               Għall-kalkolu tal-marġni taħt il-limitu massimu tal-intestatura 5, ittieħed kont tan-nota (1) f'qiegħ il-paġna tal-qafas finanzjarju 2007-2013 għal ammont ta' EUR 82 miljun għall-kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjoni.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

5.12.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabelle Durant, Göran Färm, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Ivars Godmanis, Carl Haglund, Lucas Hartong, Jutta Haug, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Vladimír Maňka, László Surján, Helga Trüpel, Derek Vaughan, Angelika Werthmann, Jacek Włosowicz

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Herczog, Jan Mulder, Georgios Stavrakakis