RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji
1.2.2012 - (11343/2010 – C7‑0207/2011 – 2010/0093(NLE)) - ***
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Emilio Menéndez del Valle
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji
(11343/2010 – C7‑0207/2011 – 2010/0093(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11343/2010)
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (09429/2010),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0207/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7–0026/2012),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Konvenzjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-partijiet tal-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji u lill-Presidenti tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja.
NOTA SPJEGATTIVA
Fl-ispirtu stabbilit mill-proċess ta' Barċellona, din il-Konvenzjoni hija pass 'il quddiem lejn il-ħolqien ta' Żona ta' Kummerċ Ħieles Ewro-Mediterranju. L-ewwel passi lejn dan l-objettiv kienu l-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u s-sħab Mediterranji tagħha. Wasal iż-żmien li dawn il-ftehimiet jiġu żviluppati.
Sa issa s-sistema Ewro-Mediterranja ta' akkumulazzjoni ta' oriġini kienet tikkonsisti f'aktar minn 100 protokoll bilaterali, li kienu wisq kumplessi sabiex impriżi, b'mod partikulari impriżi u pajjiżi żgħar u ta' daqs medju jiksbu vantaġġ minnhom.
Il-Konvenzjoni l-ġdida dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji tiġbor flimkien ir-regoli varji kollha dwar l-oriġini tal-prodotti kummerċjalizzati fl-ambitu tal-ftehimiet kummerċjali rilevanti li ntlaħqu bejn il-partijiet li ġejjin: l-Unjoni Ewropea, il-parteċipanti fil-Proċess ta' Barċellona (l-Alġerija, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk, is-Sirja, it-Tuneżija, it-Turkija u l-Awtorità Palestinjana), l-Istati tal-EFTA (l-Islanda, in-Norveġja, l-Isvizzera u l-Liechtenstein), il-Gżejjer Faroe u l-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni (l-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja, kif ukoll il-Kosovo skont ir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1244/99), għaldaqstant l-adozzjoni ta' strument uniku u ssimplifikat tiffaċilita l-użu tal-akkumulazzjoni Pan-Ewro-Mediterranju tal-oriġini.
L-adozzjoni ta' dan l-istrument ġuridiku ġdid hija inċentiv potenzjali għall-istimolu tal-kummerċ Nofsinhar-Nofsinhar, li jista' jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku, id-diversifikazzjoni ekonomika, it-tnaqqis fil-faqar u d-demokratizzazzjoni tar-reġjun kif ukoll jippromwovi l-integrazzjoni soċjali, kummerċjali u ekonomika fost il-pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Mediterran, billi l-intensifikazzjoni ta' din l-integrazzjoni kienet objettiv ewlieni tal-politika Ewro-Mediterranja tal-UE mill-Proċess ta' Barċellona 'l hawn.
Dan l-istrument uniku joħloq il-qafas ġuridiku meħtieġ għall-akkumulazzjoni djagonali mhux biss fost is-sħab tradizzjonali tan-Nofsinhar tal-Mediterran, iżda jinkludi wkoll il-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u l-EFTA, u b'hekk joħloq firxa ġeografika usa' għall-akkumulazzjoni u suq riċevitur akbar għall-esportazzjonijiet akkumulati.
Ir-Rebbiegħa Għarbija hija sfida kbira kif ukoll opportunità tajba għall-UE fir-relazzjoni tagħha mal-Viċinat tan-Nofsinhar. Il-ġirien tagħna fin-Nofsinhar qegħdin jistennew risposti konkreti mingħandna li jiffaċilitaw il-perkors kuraġġuż iżda diffiċli tagħhom lejn il-libertà u d-demokrazija. Ir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni korrettament identifikaw dan id-dossier bħala prijorità fi ħdan dan il-qafas ta' rispons, kif mistqarr fil-Komunikazzjonijiet Konġunti tat-8 ta' Marzu 2011 dwar ''Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni fin-Nofsinhar tal-Mediterran'' u tal-25 ta' Mejju 2011 dwar ''Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni''. Kollox ma' kollox, l-adozzjoni tal-Konvenzjoni tirrappreżenta wieħed mill-istrumenti li jiżguraw l-impatt massimu tal-kummerċ u l-investiment fir-reġjun.
Filwaqt li huma previsti ħafna benefiċċji, hemm ukoll xi problemi li jeħtiġilhom li tittieħed azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea. Dan il-Parlament huwa mħasseb dwar allegazzjonijiet ta' irregolaritajiet fl-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta' Protokoll 4 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Iżrael fir-rigward ta' prodotti li joriġinaw minn kolonji Iżraeljani. Ftehim tekniku ġdid mal-Iżrael, jew reviżjoni ta' dak eżistenti, sabiex tiġi koperta din il-kwistjoni, jista' jwassal għal aktar ċertezza u jipprovdi bażi adegwata għat-tiċħid ta' trattament preferenzjali skont il-ftehim ta' kummerċ ħieles UE-Iżrael għal prodotti li joriġinaw minn territorji okkupati mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri tal-UE. Ir-riskju huwa li jekk din il-kwistjoni ma tiġix indirizzata b'mod effikaċi mill-Konvenzjoni, din tista' tispiċċa sservi ta' multiplikatur ta' din il-prattika ħażina. Hija r-responsabbiltà tagħna li niżguraw li prodotti akkumulati minn pajjiżi terzi mal-Iżrael jirrispettaw l-istess prinċipji territorjali bħalma tagħmel l-UE. Dan huwa konformi wkoll mas-sentenza tal-Qorti Ewropea fl-hekk imsejjaħ każ BRITA.
Fl-aħħar nett, dan il-pass importanti għandu jkun segwit u kkonsolidat minn pjanijiet ambizzjużi oħra għat-titjib u l-promozzjoni tal-kummerċ fir-reġjun, li għandhom jibdew kemm jista' jkun malajr mill-aġġornament tar-regoli tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji. Il-moviment demokratiku l-ġdid fil-Mediterran għandu jservi ta' opportunità għall-mexxejja Ewropej, mhux biss biex jittejbu d-drittijiet tal-bniedem u soċjali taċ-ċittadini tagħhom, iżda wkoll biex jimmassimizzaw il-benefiċċji offruti minn ambjent politiku u ekonomiku aktar favorevoli fil-Viċinat tan-Nofsinhar tagħna.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (12.10.2011)
għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
dwar il-Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji
(11343/2010 – C7‑0207/2011 – 2010/0093(NLE))
Rapporteur għal opinjoni: Vincent Peillon
PA_Leg_Consent
ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR
Ir-regoli tal-oriġini huma l-kriterji li permezz tagħhom jista' jiġi ddeterminat il-pajjiż tal-oriġini ta' prodott, u li konsegwentement jaffettwaw id-drittijiet u l-preferenzi li huma applikabbli għalih. Il-Konvenzjoni dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji tippreskrivi d-dispożizzjonijiet dwar l-oriġini tal-prodotti kummerċjalizzati skont il-ftehimiet kummerċjali rilevanti konklużi bejn dawn il-partijiet li ġejjin: l-Unjoni Ewropea, il-parteċipanti fil-Proċess ta' Barċellona (l-Alġerija, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk, is-Sirja, it-Tuneżija, it-Turkija, l-Awtorità Palestinjana), l-Istati tal-EFTA (l-Islanda, in-Norveġja, l-Isvizzera u l-Liechtenstein), il-Gżejjer Faroe u l-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni (l-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja, u l-Kosovo skont ir-Riżoluzzjoni 1244/99 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti).
Id-deċiżjoni tal-Kunsill fil-qalba tagħha hija eżerċizzju ta' razzjonalizzazzjoni bl-għan li tissostitwixxi n-netwerk attwali ta’ aktar minn 100 protokoll bilaterali dwar ir-regoli tal-oriġini, għal konvenzjoni reġjonali. Filwaqt li l-arranġamenti attwali jeħtiġilhom li għal kull emenda fi protokoll bejn żewġ pajjiżi membri taż-żona pan-Ewro-Mediterranja ssir emenda simili għall-oħrajn kollha, il-ħolqien ta' dan l-istrument legali uniku se jiffaċilita fil-futur it-twettiq tar-reviżjonijiet u l-aġġornamenti neċessarji tar-regoli.
L-adozzjoni ta' din il-Konvenzjoni għandha wkoll l-għan li testendi s-sistema pan-Ewro-Mediterranja ta' akkumulazzjoni tal-oriġini preferenzjali għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u se tiffaċilita kull tkabbir eventwali tal-UE.
Finalment, din ir-reviżjoni hija inspirata mix-xewqa li jiġi miġġieled l-użu baxx wisq mill-atturi ekonomiċi tan-Nofsinhar tal-preferenzi kummerċjali mogħtija lilhom mill-UE. Il-faċilitazzjoni tal-użu tal-akkumulazzjoni tal-oriġini se tippermetti titjib tal-aċċess għall-prodotti ta' pajjiżi terzi Mediterranji fis-suq Komunitarju u se tistimola l-kummerċ bejn il-pajjiżi tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran, u b'hekk tgħin ukoll biex tpatti għan-nuqqas ta' integrazzjoni ekonomika tar-reġjun Ewro-Mediterranju, peress li t-tisħiħ ta' din l-integrazzjoni ilu wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-politika Ewro-Mediterranja tal-UE mill-Proċess ta' Barċellona.
F'konformità mal-appoġġ kostanti tiegħu għall-estensjoni u s-simplifikazzjoni ta' din is-sistema pan-Ewro-Mediterranja, il-Parlament iqis li l-konklużjoni ta' din il-Konvenzjoni – mixtieqa mis-sħab tagħna tan-Nofsinhar u l-Lvant tal-Mediterran – hija pass fid-direzzjoni t-tajba u tippermetti lill-UE twassal l-ewwel messaġġ konkret ta’ ftuħ kummerċjali wara r-Rebbiegħa Għarbija, fil-kuntest tar-riformulazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat.
Madankollu, il-Parlament jiddispjaċih dwar il-persistenza tal-ostakli politiċi u kummerċjali li qegħdin iżommu lura l-kummerċ "Nofsinhar-Nofsinhar" u jissottolinja l-fatt li l-effetti pożittivi tad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni ma jistgħux ikollhom l-effett sħiħ tagħhom mingħajr nisġa folta ta’ ftehimiet kummerċjali bilaterali bejn is-sħab kollha tax-xtut tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran.
Il-Parlament ifakkar ukoll li huwa indispensabbli għall-bilanċ tas-sistema li kull pajjiż esportatur firmatarju japplika b'mod uniformi u korrett id-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ħruġ ta' ċertifikati tal-oriġini, u li kull pajjiż importatur ikollu biżżejjed mezzi tekniċi, baġitarji u tal-IT sabiex iwettaq kontrolli doganali effikaċi sabiex jiġi evitat kull abbuż tas-sistema ta' preferenza. F'dan ir-rigward, il-Parlament jinsab imħasseb dwar l-allegazzjonijiet ta' irregolaritajiet fl-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Protokoll 4 għall-ftehim ta' assoċjazzjoni UE-Iżrael dwar il-prodotti li joriġinaw minn insedjamenti Iżraeliti, u jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament u lill-Kunsill bi studju dettaljat dwar is-sitwazzjoni, flimkien ma' proposti jekk ikun hemm bżonn.
Fl-aħħar nett, il-Parlament jixtieq li l-konklużjoni ta' dan il-ftehim tkun segwita malajr minn immodernizzar tar-regoli tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji u minn żviluppi aktar ambizzjużi fil-politika kummerċjali tal-UE fir-rigward tas-sħab Mediterranji tagħna, bil-għan li jitqiesu aktar l-interessi tagħhom u jiġu żgurati li huma se jibqa’ jkollhom il-kontroll sew tal-pass tal-ftuħ kummerċjali tagħhom kif ukoll tal-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali.
******
Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jipproponi li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
11.10.2011 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
50 3 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gabriele Albertini, Sir Robert Atkins, Bastiaan Belder, Elmar Brok, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Marietta Giannakou, Ana Gomes, Richard Howitt, Anna Ibrisagic, Jelko Kacin, Ioannis Kasoulides, Evgeni Kirilov, Maria Eleni Koppa, Andrey Kovatchev, Paweł Robert Kowal, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Eduard Kukan, Vytautas Landsbergis, Ryszard Antoni Legutko, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Kyriakos Mavronikolas, Willy Meyer, Francisco José Millán Mon, Alexander Mirsky, Norica Nicolai, Raimon Obiols, Ioan Mircea Paşcu, Bernd Posselt, Hans-Gert Pöttering, Cristian Dan Preda, Libor Rouček, Tokia Saïfi, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jacek Saryusz-Wolski, Werner Schulz, Marek Siwiec, Inese Vaidere, Geoffrey Van Orden |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Laima Liucija Andrikienė, Tanja Fajon, Roberto Gualtieri, Liisa Jaakonsaari, Jaromír Kohlíček, Monica Luisa Macovei, Jacek Protasiewicz, Helmut Scholz, György Schöpflin, Alf Svensson, Indrek Tarand, Traian Ungureanu, Luis Yáñez-Barnuevo García |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jolanta Emilia Hibner |
||||
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
26.1.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
19 0 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, María Auxiliadora Correa Zamora, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Metin Kazak, Bernd Lange, Emilio Menéndez del Valle, Vital Moreira, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Gianluca Susta, Keith Taylor, Jan Zahradil, Paweł Zalewski |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
George Sabin Cutaş, Mário David, Syed Kamall, Silvana Koch-Mehrin, Inese Vaidere |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Véronique De Keyser, Jutta Haug, Pier Antonio Panzeri, Jean Roatta |
||||