RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati

8.3.2012 - (COM(2011)0241 – C7-0116/2011 – 2011/0117(COD)) - ***I

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Christofer Fjellner


Proċedura : 2011/0117(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0054/2012
Testi mressqa :
A7-0054/2012
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati

(COM(2011)0241 – C7-0116/2011 – 2011/0117(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0241),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0116/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7‑0000/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-Unjoni Ewropea għandha l-għan li tiddefinixxi u s-segwi azzjonijiet biex trawwem l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw, bl-għan primarju li telimina l-faqar.

(3) L-Unjoni Ewropea għandha l-għan li tiddefinixxi u ssegwi azzjonijiet biex trawwem l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw, bl-għan primarju li telimina l-faqar u tikkontribwixxi biex jinkisbu l-Għanijiet ta’ Żvilupp għall-Millennju.

Ġustifikazzjoni

It-test jirreferi għal wieħed mill-objettivi prinċipali tal-politika tal-UE għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011, kif estiż bir-Regolament (UE) Nru… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008, japplika l-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (‘l-iskema’) sakemm dan ir-Regolament ikun applikat. Wara dan, l-iskema għandha tkompli tapplika mingħajr data ta’ skadenza. Iżda għandha tkun riveduta ħames snin wara li tkun daħlet fis-seħħ.

(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011, kif estiż bir-Regolament (UE) Nru… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008, japplika l-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (‘l-iskema’) sakemm dan ir-Regolament ikun applikat. Wara dan, l-iskema għandha tkompli tapplika għal perjodu ta' 10 snin, ħlief għall-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati, li għandu jibqa’ japplika mingħajr kwalunkwe data ta’ skadenza. L-iskema għandha tkun riveduta ħames snin wara li tkun daħlet fis-seħħ.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi regolament miftuħ, mingħajr limitu ta’ tul ta’ żmien. Minħabba l-emendi prinċipali proposti, u li din hija l-ewwel darba li l-Parlament Ewropew għandu l-possibiltà jikkontribwixxi għal dan ir-regolament skont il-Proċedura Leġiżlattiva Ordinarja, ikun aktar adatt li jiġi propost tul ta’ żmien ta’ għaxar snin. Dan ikun perjodu twil biżżejjed sabiex jiżgura l-prevedibilità u l-istabilità, u jikkoinċiedi wkoll mal-qafas taż-żmien stipulat għal-linji gwida għall-applikazzjoni tal-iskema tal-preferenzi tariffarji ġeneralizzati. L-iskema Kollox Barra l-Armi għandha, madankollu, bħalma kien il-każ s’issa, tkun miftuħa.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Billi tipprovdi aċċess preferenzjali għas-suq tal-Unjoni, l-iskema għandha tassisti pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-faqar u jġibu ’l quddiem governanza tajba u żvilupp sostenibbli billi tgħinhom jiġġeneraw dħul addizzjonali permezz tal-kummerċ internazzjonali, li mbagħad ikun jista’ jiġi investit mill-ġdid għall-benefiċċju tal-iżvilupp tagħhom proprju. Preferenzi tariffarji tal-iskema għandhom jiffokaw fuq għajnuna lil pajjiżi li qed jiżviluppaw li għandhom ħtiġijiet ta’ żvilupp, kummerċ u ħtiġijiet finanzjarji akbar.

(7) Billi tipprovdi aċċess preferenzjali għas-suq tal-Unjoni, l-iskema għandha tassisti pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-faqar u jġibu ’l quddiem governanza tajba u żvilupp sostenibbli billi tgħinhom jiddiversifikaw l-ekonomiji tagħhom u jiġġeneraw dħul addizzjonali permezz tal-kummerċ internazzjonali, li mbagħad ikun jista’ jiġi investit mill-ġdid għall-benefiċċju tal-iżvilupp tagħhom proprju. Preferenzi tariffarji tal-iskema għandhom jiffokaw fuq għajnuna lil pajjiżi li qed jiżviluppaw li għandhom ħtiġijiet ta’ żvilupp, kummerċ u ħtiġijiet finanzjarji akbar.

Ġustifikazzjoni

Id-diversifikazzjoni tal-ekonomiji hija fattur prinċipali għal pajjiż li qed jiżviluppa biex joħroġ mill-faqar.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Għall-finijiet tal-monitoraġġ u tal-irtirar tal-preferenzi, ir-rapporti tal-entitajiet ta’ monitoraġġ huma essenzjali. Madankollu, tali rapporti jistgħu jiġu supplimentati b’sorsi oħra ta’ informazzjoni, sakemm dawn ikunu eżatti u disponibbli. Mingħajr preġudizzju għal sorsi oħra, dan jista’ jinkludi informazzjoni mis-soċjetà ċivili u mill-Parlament Ewropew.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) "pajjiżi" tfisser pajjiżi u territorji li jkollhom amministrazzjoni tad-dwana;

Ġustifikazzjoni

Din il-kjarifika hija bżonnjuża sabiex jiġi evitat fehim ħażin fir-rigward tad-definizzjoni ta' pajjiż għar-raġuni ta' dan ir-regolament.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-paragrafu 1(b) m’għandux japplika għal pajjiżi l-anqas żviluppati.

2. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal pajjiżi l-anqas żviluppati.

Ġustifikazzjoni

Din il-kjarifika hija bżonnjuża sabiex jiġi ċċarat li l-LDCs igawdu dejjem mill-istatus ta' Kollox Barra l-Armi, sakemm ikunu kklassifikati bħala LDCs min-NU.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Paragrafu 1(a) m'għandux japplika sakemm jagħlqu sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u ma japplikax għal pajjiżi li sad-data ta' dan id-dħul fis-seħħ ikunu kkonkludew in-negozjati ta' ftehim bilaterali għal aċċess għas-suq preferenzjali mal-Unjoni Ewropea, li għadu ma ġiex applikat peress li l-proċess ta' ratifika għadu għaddej.

Ġustifikazzjoni

Jekk pajjiż ikun ikkonkluda arranġament għal aċċess għas-suq preferenzjali mal-Unjoni Ewropea, imma jkun għadu mhuwiex f'pożizzjoni li japplika dan il-ftehim fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament, minħabba li proċess ta' ratifika li għadu mhuwiex komplut, m'għandux jiġi eskluż mill-SĠP mill-bidu nett. Dan isir sabiex jiġi evitat li jerġgħu jiġu stabbiliti mill-ġdid id-dmirijiet tal-MFN għal perjodu tranżitorju, li jaf iwassal għal xkiel possibbli fil-kummerċ għal pajjiż li jkun impenja ruħu biex isaħħaħ ir-relazzjonijiet kummerċjali mal-Unjoni Ewropea.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 8 - paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Sabiex tiġi ffaċilitata l-informazzjoni u tiżdied it-trasparenza, il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li d-data statistika relevanti għas-sezzjonijiet tal-SĠP tkun regolarment disponibbli f'bażi ta' data pubblika.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiżdied it-trasparenza għall-atturi kollha involuti, jeħtieġ li d-data statistika li fuq il-bażi tagħha jrid isir ir-rieżami, tiġi ppubblikata f’intervalli regolari, anki bejn ir-reviżjonijiet attwali tal-lista.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) huwa jkun irratifika l-konvenzjonijiet kollha elenkati fl-Anness VIII u l-konklużjonijiet l-aktar riċenti disponibbli tal-entitajiet ta' monitoraġġ rilevanti ma jidentifikawx nuqqas serju fl-implimentazzjoni effettiva ta' kull waħda minn dawn il-konvenzjonijiet;

(b) huwa jkun irratifika l-konvenzjonijiet kollha elenkati fl-Anness VIII, mingħajr kwalunkwe riżerva li nstabet li kienet inkonsistenti mal-objettivi u l-għanijiet tagħhom minn entità stabbilita skont l-istess konvenzjonijiet, u l-konklużjonijiet l-aktar riċenti disponibbli tal-entitajiet ta' monitoraġġ rilevanti ma jidentifikawx nuqqas serju fl-implimentazzjoni effettiva ta' kull waħda minn dawn il-konvenzjonijiet;

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Wara li teżamina t-talba, il-Kummissjoni ghandha tiddeċiedi jekk tagħtix lil pajjiż li jagħmel it-talba l-arranġament speċjali ta’ inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba.

4. Wara li teżamina t-talba, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 36, biex tistabbilixxi jew temenda l-Anness III sabiex il-pajjiż li jagħmel it-talba jingħata l-arranġament speċjali ta’ inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba u li żżid dak il-pajjiż mal-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji tas-SPĠ +.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fejn pajjiż benefiċjarju tal-SĠP+ ma jibqax iħares il-kondizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 9(1)(a) jew jirtira xi wieħed mill-impenji obbligatorji tiegħu msemmija fl-Artikolu 9(1)(c),(d) u (e), huwa għandu jitneħħa mil-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP+.

5. Fejn pajjiż benefiċjarju tas-SPĠ + ma jibqax iħares il-kondizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 9(1)(a) jew jirtira xi wieħed mill-impenji obbligatorji tiegħu msemmija fl-Artikolu 9(1)(c),(d) u (e), il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 36, biex temenda l-Anness III sabiex dak il-pajjiż jitneħħa mil-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji tal-SPĠ +.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Għall-finijiet tal-paragrafi 4 u 5 il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 36 biex tistabbilixxi u biex temenda l-Anness III biex iżżid pajjiż mal-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP+ jew biex tneħħieħ.

imħassar

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiż li jagħmel it-talba dwar deċiżjoni meħuda skont il-paragrafi 4 u 5. Fejn il-pajjiż li jagħmel it-talba jingħata l-arranġament speċjali ta’ inċentivi, huwa għandu jkun mgħarraf bid-data li fiha d-deċiżjoni tidħol fis-seħħ.

7. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiż li jagħmel it-talba dwar deċiżjoni meħuda skont il-paragrafi 4 u 5 wara li jiġi emendat l-Anness u għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jħabbar u jagħti motivazzjoni għad-deċiżjoni tagħha. Fejn il-pajjiż li jagħmel it-talba jingħata l-arranġament speċjali ta’ inċentivi, huwa għandu jkun mgħarraf bid-data li fiha l-att delegat rispettiv jidħol fis-seħħ.

Ġustifikazzjoni

Wieħed mill-objettivi tar-riforma tar-reġim SPĠ għandu jkun iż-żieda fit-trasparenza.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 13 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mid-data tal-għoti tal-preferenzi tariffarji pprovduti skont l-arranġament speċjali ta’ inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba, il-Kummissjoni għandha tkompli tirrevedi l-istatus ta’ ratifika tal-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VIII u għandha tagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni effettiva tagħhom billi teżamina l-konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta’ monitoraġġ rilevanti.

1. Mid-data tal-għoti tal-preferenzi tariffarji pprovduti skont l-arranġament speċjali ta’ inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba, il-Kummissjoni għandha tkompli tirrevedi l-istatus ta’ ratifika tal-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VIII u għandha tagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni effettiva tagħhom, kif ukoll tal-kooperazzjoni mal-entitajiet ta' monitoraġġ, billi teżamina l-konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta’ monitoraġġ rilevanti.

Ġustifikazzjoni

L-obbligi u l-impenji li jridu jsiru, elenkati fl-Artikolu 9(1) jirreferu wkoll għall-aċċettazzjoni ta' monitoraġġ regolari u għall-parteċipazzjoni u l-kooperazzjoni mal-proċeduri ta' monitoraġġ. Huwa għalhekk importanti li dan l-aspett ikun ukoll parti mill-evalwazzjoni regolari li għandha tagħmel il-Kummissjoni Ewropea.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fit-tfassil tal-konklużjonijiet tagħha dwar l-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet imsemmija fl-Anness VIII il-Kummissjoni għandha tevalwa l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta’ monitoraġġ rilevanti.

4. Fit-tfassil tal-konklużjonijiet tagħha dwar l-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet imsemmija fl-Anness VIII il-Kummissjoni għandha tevalwa l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta’ monitoraġġ rilevanti, kif ukoll, mingħajr preġudizzju għal sorsi oħra, l-informazzjoni mressqa minn partijiet terzi, inkluż is-soċjetà ċivili, it-trejdunjins jew il-Parlament Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ standards soċjali, ambjentali u ta’ governanza għandu jkun aktar trasparenti. Is-soċjetà ċivili, it-trejdunjins u l-Parlament Ewropew għandhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall-proċess ta’ monitoraġġ u ta’ valutazzjoni.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-arranġament speċjali ta’ inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba għandu jkun irtirat temporanjament għall-prodotti kollha jew għal ċerti prodotti li joriġinaw f’pajjiż benefiċjarju tal-SĠP+ fejn fil-prattika pajjiż benefiċjarju ma jirrispettax l-impenji obbligatorji tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 9(1)(c),(d) u (e).

1. L-arranġament speċjali ta’ inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba għandu jkun irtirat temporanjament għall-prodotti kollha jew għal ċerti prodotti li joriġinaw f’pajjiż benefiċjarju tas-SPĠ + fejn fil-prattika pajjiż benefiċjarju ma jirrispettax l-impenji obbligatorji tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 9(1)(c),(d) u (e) jew ma jissodisfax l-obbligu tiegħu ta' kooperazzjoni mal-Kummissjoni u li jipprovdi t-tagħrif kollu meħtieġ kif imsemmi fl-Artikolu 13(2).

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Fejn il-Kummissjoni tqis li s-sejbiet ma jiġġustifikawx irtirar temporanju, hija għandha tadotta deċiżjoni li ttemm il-proċedura ta’ rtirar temporanju skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 38(2).

8. Fejn il-Kummissjoni tqis li s-sejbiet ma jiġġustifikawx irtirar temporanju, hija għandha tadotta deċiżjoni li ttemm il-proċedura ta’ rtirar temporanju skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 38(2). Id-deċiżjoni għandha tkun immotivata bis-sħiħ, imsejsa fuq l-evidenza rċevuta u għandha tiġi ppublikata minnufih.

Ġustifikazzjoni

Wieħed mill-objettivi tar-riforma tar-reġim SPĠ għandu jkun iż-żieda fit-trasparenza.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar irtirar temporanju, dik id-deċiżjoni għandha tidhol fis-seħħ sitt xhur wara l-adozzjoni tagħha.

10. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar irtirar temporanju, dik id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-att delegat rispettiv.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-Kummissjoni ssib li r-raġunijiet li jiġġustifikaw irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji kif imsemmi fl-Artikolu 15(1) ma jkunux għadhom japplikaw, hija għandha tagħti lura l-preferenzi tariffarji pprovduti skont l-arranġament speċjali ta’ inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba. Għal dan il-fini l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 36, biex temenda l-Anness III.

Fejn il-Kummissjoni ssib li r-raġunijiet li jiġġustifikaw irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji kif imsemmi fl-Artikolu 15(1) ma jkunux għadhom japplikaw, hija għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 36, biex temenda l-Anness III sabiex tagħti lura l-preferenzi tariffarji pprovduti skont l-arranġament speċjali ta’ inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi kontinwament din il-lista abbażi ta’ data disponibbli l-aktar reċenti. Fejn pajjiż benefiċjarju ta’ KħA ma jkunx għadu jħares il-kondizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1, huwa għandu jitneħħa b’deċiżjoni tal-Kummissjoni mil-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji ta’ KħA wara perjodu tranżizzjonali ta’ tliet snin mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi kontinwament din il-lista abbażi ta’ data disponibbli l-aktar reċenti. Fejn pajjiż benefiċjarju ta’ KħA ma jkunx għadu jħares il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 36, biex temenda l-Anness IV sabiex tneħħi l-pajjiż mil-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji ta’ KħA wara perjodu tranżizzjonali ta’ tliet snin mid-data li fiha jidħol fis-seħħ l-att delegat.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 36 biex temenda l-Anness IV.

imħassar

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10a. Għal kull wieħed mill-każijiet imsemmija fil-paragrafi 9 u 10, id-deċiżjoni għandha tkun imsejsa fuq il-provi li jaslu, u tiġi ppubblikata immedjatament.

Ġustifikazzjoni

It-trasparenza tal-proċess fl-istadji kollha għandha tkun garantita.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar irtirar temporanju, id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara li tkun ittieħdet.

11. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar irtirar temporanju, dik id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-att delegat rispettiv.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-Kummissjoni ssib li r-raġunijiet li jiġġustifikaw irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji kif imsemmi fl-Artikolu 19(1) ma jkunux għadhom japplikaw, hija għandha tagħti lura l-preferenzi tariffarji pprovduti skont l-arranġamenti preferenzjali msemmija fl-Artikolu 1(2). Għal dan il-fini l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 36 biex temenda l-Annessi II, III jew IV, skont liema minnhom ikun japplika.

Fejn il-Kummissjoni ssib li r-raġunijiet li jiġġustifikaw irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji kif imsemmi fl-Artikolu 19(1) ma jkunux għadhom japplikaw, hija għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 36, biex temenda l-Annessi II, III jew IV, skont liema minnhom ikun japplika, sabiex terġa’ ddaħħal il-preferenzi tariffarji pprovduti skont l-arranġamenti preferenzjali msemmija fl-Artikolu 1(2).

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-perjodu ta’ rtirar temporanju m’għandux jaqbeż sitt xhur. Meta jagħlaq il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi skont il-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 38(4) jew li ttemm l-irtirar temporanju jew li testendi l-perjodu ta’ rtirar temporanju.

6. Il-perjodu ta’ rtirar temporanju m’għandux jaqbeż sitt xhur. Mhux aktar tard minn meta jagħlaq il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi skont il-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 38(4) jew li ttemm l-irtirar temporanju jew li testendi l-perjodu ta’ rtirar temporanju.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Investigazzjoni, inklużi l-passi proċedurali msemmija fl-Artikoli 25, 26 u 27, għandha tingħalaq fi żmien 12-il xahar minn meta tinbeda.

4. Investigazzjoni, inklużi l-passi proċedurali msemmija fl-Artikoli 25, 26 u 27, għandha tingħalaq fi żmien sitt xhur minn meta tinbeda. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, bħal f’każ ta’ numru għoli aktar mis-soltu ta' partijiet interessati jew sitwazzjonijiet tas-suq kumplessi, dan il-limitu ta' żmien jista' jiġi estiż b'perjodu ulterjuri ta' tliet xhur. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-partijiet interessati kollha bi kwalunkwe estensjoni bħal din u tispjega r-raġunijiet li wasslu għaliha.

Ġustifikazzjoni

Tnax-il xahar huwa perjodu twil wisq. Huwa aktar raġonevoli li jkun hemm limitu ta’ żmien ta’ sitt xhur flimkien mal-possibilità li dan jiġi estiż bi tliet xhur f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Abbażi ta’ raġunijiet ta’ urġenza ġustifikati kif imiss b’rabta ma’ degradazzjoni tal-qagħda ekonomika u/jew finanzjarja ta’ produtturi tal-Unjoni Ewropea li jkun diffiċli tissewwa, il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta immedjatament atti applikabbli ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 38(4) biex iddaħħal mill-ġdid dazji normali tat-Tariffa Doganali Komuni għal perjodu ta’ mhux aktar minn 12-il xahar.

Abbażi ta’ raġunijiet ta’ urġenza ġustifikati kif imiss b’rabta ma’ degradazzjoni tal-qagħda ekonomika u/jew finanzjarja ta’ produtturi tal-Unjoni Ewropea, u meta d-dewmien fl-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja proviżorji jista’ jkun ta’ dannu, li jkun diffiċli jissewwa, il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta immedjatament atti applikabbli ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 38(4) biex iddaħħal mill-ġdid dazji normali tat-Tariffa Doganali Komuni għal perjodu ta’ mhux aktar minn 12-il xahar.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 26 - paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, billi tqis il-ħarsien tal-informazzjoni kunfidenzjali fl-ambitu tal-Artikolu 37a, rapport li jfassal is-sejbiet u l-konklużjonijiet raġunati milħuqa minnha dwar il-kwistjonijiet kollha ta' fatt u ta' liġi pertinenti għall-Parlament Ewropew. Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-rapport pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta' salvagwardja tar-regolament tal-SĠP jiġu allinjati ma' regolamenti ta' salvagwardja oħra adottati mill-Unjoni Ewropea, u wkoll biex il-Parlament Ewropew jinżamm infurmat għal kollox dwar dawn l-aspetti importanti tal-implimentazzjoni tar-regolament. Madankollu id-dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward tal-kunfidenzjalità huma neċessarji, kif issemma fl-emendi orizzontali għall-hekk imsejjaħ Omnibus I (COM(2011)0082).

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-fatti kif finalment stabbiliti juru li l-kondizzjonijiet indikati fl-Artikolu 22(1) ma jkunux sodisfatti, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li ttemm l-investigazzjoni u l-proċediment skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 38(3). Deċiżjoni bħal din għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-investigazzjoni għandha titqies mitmuma jekk ma tkun ippubblikata ebda deċiżjoni fil-perjodu msemmi fl-Artikolu 24(4), u kull miżura preventiva urġenti għandha tiskadi awtomatikament.

Fejn il-fatti kif finalment stabbiliti juru li l-kondizzjonijiet indikati fl-Artikolu 22(1) ma jkunux sodisfatti, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li ttemm l-investigazzjoni u l-proċediment skont il-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 38(2). Deċiżjoni bħal din għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-investigazzjoni għandha titqies mitmuma jekk ma tkun ippubblikata ebda deċiżjoni fil-perjodu msemmi fl-Artikolu 24(4), u kull miżura preventiva urġenti għandha tiskadi awtomatikament. Kwalunkwe dazju doganali miġbur bħala riżultat ta' dawk il-miżuri proviżorji għandu jiġi rimborżat.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta' salvagwardja tar-regolament tas-SĠP jiġu allinjati ma' regolamenti ta' salvagwardja oħrajn adottati mill-Unjoni Ewropea. Jekk il-kundizzjonijiet għall-introduzzjoni mill-ġdid ta' dazji normali tat-Tariffa Doganali Komuni ma jiġux issodisfati, huma għandhom jiġu rimborżati lill-benefiċjarju.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafi 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 29

Artikolu 29

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tas-Sezzjoni I ta' dan il-Kapitolu, fl-1 Jannar ta’ kull sena, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva proprja u skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 38(2), għandha tneħħi l-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikoli 7 u 13 fir-rigward tal-prodotti mis-sezzjoni 11(b) tal-SĠP jew tal-prodotti li jagħmlu parti mill-kodiċi tan-Nomenklatura Maqgħuda 22071000, 22072000, 29091910, 38140090, 38200000, u 38249097 fejn importazzjonijiet ta’ prodotti bħal dawn, elenkati rispettivament fl-Annessi V jew IX, skont liema minnhom ikun japplika, joriġinaw f’pajjiż benefiċjarju u t-total tagħhom:

(a)       jiżdiedu b’mill-anqas 15 % fil-kwantità (bil-volum), kif imqabbla mas-sena kalendarja ta’ qabel; jew

(b)       għall-prodotti taħt is-sezzjoni 11(b) tal-SĠP, jaqbżu s-sehem imsemmi fl-Anness VI, paragrafu 2 tal-valur ta’ importazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ta’ prodotti fis-sezzjoni 11(b) tal-SĠP mill-pajjiżi u t-territorji kollha elenkati fl-Anness I matul kull perjodu ta’ tnax-il xahar.

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tas-Sezzjoni I ta' dan il-Kapitolu, fl-1 Jannar ta’ kull sena, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva proprja u skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 38(2), għandha tneħħi l-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikoli 7 u 12 fir-rigward tal-prodotti mis-sezzjonijiet 11(a) u 11(b) tal-SĠP jew tal-prodotti li jagħmlu parti mill-kodiċi tan-Nomenklatura Maqgħuda 22071000, 22072000, 29091910, 38140090, 38200000, u 38249097 fejn importazzjonijiet ta’ prodotti bħal dawn, elenkati rispettivament fl-Annessi V jew IX, skont liema minnhom ikun japplika, joriġinaw f’pajjiż benefiċjarju u t-total tagħhom:

(a)       jiżdiedu b’mill-anqas 12.5 % fil-kwantità (bil-volum), kif imqabbla mas-sena kalendarja ta’ qabel; jew

(b)       għall-prodotti taħt is-sezzjonijiet 11(a) u 11(b) tal-SPĠ, jaqbżu s-sehem imsemmi fl-Anness VI, paragrafu 2 tal-valur ta’ importazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ta’ prodotti fis-sezzjonijiet 11(a) u 11(b) tas-SPĠ mill-pajjiżi u t-territorji kollha elenkati fl-Anness II matul kwalunkwe perjodu ta’ tnax-il xahar.

2. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal pajjiżi benefiċjarji ta’ KħA; lanqas m’għandu japplika għal pajjiżi b’sehem li ma jaqbiżx it-8 % ta’ importazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ta’ prodotti elenkati fl-Annessi V jew IX, skont liema minnhom ikun japplika.

2. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal pajjiżi benefiċjarji ta’ KħA; lanqas m’għandu japplika għal pajjiżi li, għall-prodotti rilevanti msemmija fl-Artikolu 29(1), ikollhom sehem li ma jaqbiżx is-6 % tat-total tal-importazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea tal-istess prodotti elenkati fl-Annessi V jew IX, skont liema minnhom ikun japplika.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 32 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tas-Sezzjoni I ta’ dan il-Kapitolu, prodotti mill-Kapitoli 1 sa 24 tat-Tariffa Doganali Komuni kif stabbilit mir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, li joriġinaw f’pajjiżi benefiċjarji, jistgħu jkunu soġġetti għal mekkaniżmu speċjali ta’ sorveljanza, biex ikunu evitati taqlibiet għas-swieq tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni, fuq inizjattiva proprja jew meta Stat Membru jagħmel talba, wara li tikkonsulta mal-kumitat għall-organizzazzjoni tas-suq komuni rilevanti għall-agrikoltura u s-sajd, għandha tiddeċiedi, skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 38(3), jekk tapplikax dan il-mekkaniżmu speċjali ta’ sorveljanza, u għandha tiddetermina l-prodotti li għalihom dan il-mekkaniżmu ta’ sorveljanza għandu jkun applikat.

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tas-Sezzjoni I ta’ dan il-Kapitolu, prodotti mill-Kapitoli 1 sa 24 tat-Tariffa Doganali Komuni kif stabbilit mir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, li joriġinaw f’pajjiżi benefiċjarji, jistgħu jkunu soġġetti għal mekkaniżmu speċjali ta’ sorveljanza, biex ikunu evitati taqlibiet għas-swieq tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni, fuq inizjattiva proprja jew meta Stat Membru jagħmel talba, wara li tikkonsulta mal-kumitat għall-organizzazzjoni tas-suq komuni rilevanti għall-agrikoltura u s-sajd, għandha tiddeċiedi, skont il-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 38(2), jekk tapplikax dan il-mekkaniżmu speċjali ta’ sorveljanza, u għandha tiddetermina l-prodotti li għalihom dan il-mekkaniżmu ta’ sorveljanza għandu jkun applikat.

Ġustifikazzjoni

Ikun xieraq li l-proċedura konsultattiva tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri ta' monitoraġġ minħabba l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom f'relazzjoni mal-adozzjoni tal-miżuri tas-salvagwardja definittivi.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 35 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fi żmien sitt ġimgħat mit-tmiem ta’ kull tliet xhur l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Eurostat id-data ta’ statistika tagħhom għal prodotti mqiegħda skont il-proċedura doganali biex jinħarġu f’ċirkolazzjoni ħielsa matul dawk it-tliet xhur skont il-preferenzi tariffarji skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 471/2009. Din id-data, mogħtija b’referenza għall-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda u, fejn japplika, għall-kodiċijiet tat-Tariffa Integrata tal-Komunità Ewropea (TARIC), għandhom juru, skont il-pajjiż ta’ oriġini, il-valuri, il-kwantitajiet u kull unità supplimentari meħtieġa skont id-definizzjonijiet f’dan ir-Regolament.

2. Matul il-perjodu previst fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru.471/2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Eurostat id-data ta’ statistika tagħhom għal prodotti mqiegħda skont il-proċedura doganali biex jinħarġu f’ċirkolazzjoni ħielsa matul dak il-perjodu ta' referenza ta' kull xahar skont il-preferenzi tariffarji skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 471/2009. Din id-data, mogħtija b’referenza għall-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda u, fejn japplika, għall-kodiċijiet tat-Tariffa Integrata tal-Komunità Ewropea (TARIC), għandhom juru, skont il-pajjiż ta’ oriġini, il-valuri, il-kwantitajiet u kull unità supplimentari meħtieġa skont id-definizzjonijiet f’dan ir-Regolament. Il-Eurostat għandu jxerred din id-data statistika bi qbil mal-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiżdied it-trasparenza għall-atturi involuti kollha, u mhux l-inqas biex tkun possibbli għall-esportaturi u l-importaturi li jkunu konxji tar-riskju ta' gradwazzjoni possibbli ta' prodott, jeħtieġ li d-data statistika tkun disponibbli fuq bażi regolari bi qbil mad-dispożizzjonijiet previsti għal statistika kummerċjali oħra.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 36 - paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tavża simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar dan.

Ġustifikazzjoni

Huwa ovvju li wara l-adozzjoni tat-Trattat ta' Lisbona, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill se jkollhom bżonn jiġu infurmati fl-istess ħin, u dan il-paragrafu huwa normalment inkluż fl-Artikolu li jistipula d-dispożizzjoni għall-adozzjoni ta' att delegat.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Att delegat adottat skont il-paragrafu 2 għandu jidħul fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux ser jagħmlu oġġezzjoni. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

4. Att delegat adottat skont il-paragrafu 2 għandu jidħul fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux ser jagħmlu oġġezzjoni. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b’erba’ xhur b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 37a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 37a

 

1. L-informazzjoni rċevuta skont dan ir-Regolament għandha tintuża biss għar-raġuni li għaliha ġiet mitluba.

 

2. L-ebda informazzjoni ta' natura kunfidenzjali u l-ebda informazzjoni provduta fuq bażi kunfidenzjali rċevuta skont dan ir-Regolament ma għandha tiġi żvelata mingħajr permess speċifiku mingħand il-fornitur ta' tali informazzjoni.

 

3. Kull talba għall-kunfidenzjalità għandha ssemmi r-raġunijiet għaliex l-informazzjoni hija kunfidenzjali. Madankollu, jekk il-fornitur tal-informazzjoni jixtieq la jagħmilha pubblika u lanqas jawtorizza l-iżvelar tagħha f'termini ġenerali jew fil-forma ta' sommarju u jekk jidher li t-talba għall-kunfidenzjalità mhijiex ġustifikata, l-informazzjoni kkonċernata tista' ma titqisx.

 

4. L-informazzjoni għandha f'kwalunkwe każ titqies bħala kunfidenzjali jekk l-iżvelar tagħha jaf ikollu effett negattiv sinifikanti fuq il-fornitur jew is-sors ta' tali informazzjoni.

 

5. Il-Paragrafi 1 sa 4 m'għandhomx jeskludu r-referenza mill-awtoritajiet tal-Unjoni għall-informazzjoni ġenerali u b'mod partikolari għal raġunijiet li d-deċiżjonijiet li jittieħdu skont dan ir-Regolament huma bbażati fuqhom. Dawk l-awtoritajiet għandhom madankollu jqisu l-interess leġittimu ta' persuni fiżiċi u legali kkonċernati li s-sigrieti tan-negozju tagħhom m'għandhomx jiġu żvelati.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta' salvagwardja tar-regolament tas-SĠP jiġu allinjati ma' regolamenti ta' salvagwardja oħrajn adottati mill-Unjoni Ewropea, u wkoll biex il-Parlament Ewropew jinżamm infurmat għal kollox dwar dawn l-aspetti importanti tal-implimentazzjoni tar-regolament. Madankollu id-dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward tal-kunfidenzjalità huma neċessarji, kif issemma fl-emendi orizzontali għall-hekk imsejjaħ Omnibus I (COM(2011)0082).

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 flimkien mal-Artikolu 45 tiegħu.

4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 38 - paragrafu 4 - it-tieni subparagrafu (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fejn l-opinjoni tal-Kumitat trid tingħata permezz ta' proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fi żmien l-iskadenza għall-għoti tal-opinjoni, il-President tal-Kumitat jiddeċiedi hekk jew il-maġġoranza tal-membri tal-Kumitat jitolbu hekk.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ ukoll li tiġi speċifikata l-proċedura f'każ li l-opinjoni mitluba skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru.182/2011 tingħata permezz ta' proċedura bil-miktub.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull sentejn il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew rapport dwar l-effetti tal-iskema li jkun ikopri l-perjodu l-aktar reċenti ta’ sentejn u l-arranġamenti preferenzjali kollha msemmija fl-Artikolu 1(2).

1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew. Ir-rapport għandu jkopri l-arranġamenti preferenzjali kollha msemmija fl-Artikolu 1(2), inklużi l-obbligi li jirrigwardaw l-ostakoli għall-kummerċ, u jippreżenta sommarju tal-istatistika u l-evoluzzjoni tal-kummerċ mal-pajjiżi u t-territorji benefiċjarji.

 

2. Il-Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati u l-Parlament Ewropew għandhom jeżaminaw l-effetti tal-iskema fuq il-bażi tar-rapport. Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa tal-kumitat responsabbli tiegħu biex tressaq u tispjega kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

 

3. Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati u l-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-rapport pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi żgurat li l-obbligi tar-rappurtar ikunu ddefiniti b'mod ċar fir-regolament.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 42 - paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-iskema għandha tapplika għal perjodu ta' 10 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Madankollu, id-data ta' skadenza m'għandhiex tapplika għall-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-inqas żviluppati, u lanqas għal dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament sakemm jiġu applikati f'rabta ma’ tali arranġament.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi regolament miftuħ, mingħajr limitu ta’ tul ta’ żmien. Minħabba l-emendi prinċipali proposti, u li din hija l-ewwel darba li l-Parlament Ewropew għandu l-possibiltà jikkontribwixxi għal dan ir-regolament skont il-Proċedura Leġiżlattiva Ordinarja, ikun aktar adatt li jiġi propost tul ta’ żmien ta’ għaxar snin. Dan jista’ jkun perjodu twil biżżejjed sabiex jiżgura l-prevedibilità u l-istabilità, u jikkoinċiedi wkoll mal-qafas taż-żmien stipulat għal-linji gwida għall-applikazzjoni tal-iskema tal-preferenzi tat-tariffi ġeneralizzati. L-iskema Kollox Barra l-Armi għandha, madankollu, bħalma kien il-każ s’issa, tkun miftuħa.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Anness V - test ġdid

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda tal-Parlament

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Sensittivi/Mhux Sensittivi

280519

Metalli alkalini/alkali-naturali oħra barra s-sodju u l-kalċju

NS

280530

Metalli rari naturali, skandju u ittriju, jekk imħallta/ligati bejniethom jew le

NS

281820

Ossidu tal-aluminju (bl-esklużjoni tal-korundun artifiċjali)

NS

310221

Sulfat tal-ammonju

NS

310240

Taħlitiet tan-nitrat tal-ammonju mal-karbonat tal-kalċju/sustanzi mhux fertilizzanti inorganiċi oħrajn

NS

310250

Nitrat tas-sodju

NS

310260

Melħ doppju u taħlitiet tan-nitrat tal-kalċju u n-nitrat tal-ammonju

NS

780199

Ċomb mhux maħdum ieħor barra dak raffinat, mhux speċifikat fit-78.01

NS

810194

Tungstenu mhux maħdum (wolfram), inklużi biċċiet (bars) u vireg magħmulin sempliċiment minn tgħaqqid bis-sħana

NS

810411

Manjesju mhux maħdum li jkollu tal-inqas 99.8% tal-piż magħmul mill-manjesju

NS

810419

Manjesju mhux maħdum (bl-esklużjoni tal-8104.11)

NS

810720

Kadmju mhux maħdum; trab

NS

810820

Titanju mhux maħdum; trab

NS

810830

Skart u fdal tat-titanju

NS

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-fatt li ħafna mill-pajjiżi li huma aktar ekonomikament kompetittivi qed jinħarġu mill-iskema, hemm lok biex tiġi estiża l-kopertura tal-prodott sabiex jiżdied il-potenzjal tal-iżvilupp tagħha. Meta tiġi estiża l-kopertura tal-prodott, il-prodotti magħżula għandhom ovvjament bżonn li jkunu ta' valur mhux negliġibbli għall-pajjiżi li jibqgħu fl-iskema, filwaqt li tingħata attenzjoni biex tiġi evitata l-ħsara lill-industrija tal-pajjiżi l-anqas żviluppati u tal-UE.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Anness V - test ġdid

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

 

Emenda tal-Parlament

Sezzjoni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Sensittivi/Mhux Sensittivi

S-6b

3103 10

Superfosfati

S

3105

Fertilizzanti minerali jew kimiċi li jkun fihom tnejn jew tlieta mill-elementi fertilizzanti nitroġeni, fosfru u potassju; fertilizzanti oħrajn; oġġetti tal-Kapitolu 31 f’għamla ta’ pilloli jew f’forom simili jew f’pakki ta’ piż gross mhux aktar minn 10 kg

S

ex Kapitolu 32

Estratti għall-ikkunzar jew għaż-żbigħ; tannini u derivattivi tagħhom; żebgħa, pigmenti u materjal ieħor taż-żbigħ; żebgħa u verniċi; stokk u gomom oħrajn; linek; minbarra prodotti tal-intestaturi 3204 u 3206, u esklużi prodotti tas-subintestaturi 3201 20 00, 3201 90 20, ta’ ex 3201 90 90 (estratti tal-ikkunzar tal-ewkaliptus), ta’ ex 3201 90 90 (estratti tal-ikkunzar derivat minn frottijiet xorta ta’ zappin (gambier) u minn xorta ta’ għanbaqra (myrobalan)) u ta’ ex 3201 90 90 (estratti oħra tal-ikkunzar ta’ oriġini veġetali)

NS

3204

Materjal taż-żbigħ organiku sintetiku, definit kimikament jew le; preparazzjonijiet kif speċifikati f’nota 3 għall-Kapitolu 32 bbażati fuq materjal taż-żbigħ organiku sintetiku; prodotti organiċi sintetiċi ta’ tip użati bħala aġenti li jdawwlu fluworexxenti jew bħala luminofori, definiti kimikament jew le

S

3206

Materjal ieħor taż-żbigħ; preparazzjonijiet kif speċifikati f’nota 3 għall-Kapitlu 32, minbarra dawk tal-intestaturi 3203, 3204 jew 3205; prodotti inorganiċi ta’ tip użati bħala luminofori, definiti kimikament jew le

S

Kapitolu 33

Żjut essenzjali u reżinojdi; preparazzjonijiet ta’ fwejjaħ, kosmetiċi jew tat-twaletta

NS

Kapitolu 34

Sapun, aġenti organiċi li jaġixxu fuq il-proprjetajiet li jxarrbu (surface active), preparazzjonijiet għall-ħasil, preparazzjonijiet għal lubrikar, xemgħat arrtifiċjali, xemgħat ippreparati, preparazzjonijiet għal lostrar jew għal għorik, xemgħat u oġġetti simili, pasta għal mudellar, xemgħat dentali (dental waxes) u preparazzjonijiet dentali b’bażi ta’ ġibs

NS

3501

Kaseina, kaseinati u derivattivi oħrajn ta’ kaseina; kolol ta’ kaseina

S

3502 90 90

Albuminati u derivattivi oħrajn ta’ albumina

NS

3503 00

Ġelatina (inkluża ġelatina f’folji rettangulari (inklużi kwadri), kemm jekk bil-wiċċ maħdum jew ikkulurit jew le) u derivattivi tal-ġelatina; ġeli ċar (isinglass); kolol oħrajn ta’ oriġni ta’ annimali, esklużi kolol tal-kaseina tal-intestatura 3501

NS

3504 00 00

Peptuni u derivattivi tagħhom; sustanzi oħrajn ta’ proteini u derivattivi tagħhom, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; trab għal ġilda (hide powder), kromati jew le

NS

3505 10 50

Lamti, esterifikati jew eterifikati

NS

3506

Kolol ippreparati u sustanzi ppreparati oħrajn li jwaħħlu, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; prodotti tajbin għal użu bħala kolol jew sustanzi li jwaħħlu, ippreżentati għal bejgħ bl-imnut bħala kolol jew sustanzi li jwaħħlu, mhux itqal minn piż nett ta’ 1 kg

NS

3507

Enżimi; enżimi preparati li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra:

S

Kapitolu 36

Esplossivi; prodotti pirotekniċi; sulfarini; ligi piroforiċi; ċerti preparazzjonijiet kombustibbli

NS

Kapitolu 37

Prodotti fotografiċi u ċinematografiċi

NS

ex Kapitolu 38

Diversi prodotti kimiċi, ħlief għal prodotti tal-intestaturi 3802 u 3817 00, tas-subintestaturi 3823 12 00 u 3823 70 00 u tal-intestatura 3825, u esklużi l-prodotti tas-subintestaturi 3809 10 u 3824 60

NS

3802

Karbonju attivat; prodotti minerali naturali attivati; iswed ta’ annimali, inkluż iswed maħruq ta’ annimali

S

3817 00

Alkilbenżini mħalltin u alkilnaftalini mħalltin, minbarra dawk tas-subintestaturi 2707 jew 2902

S

3823 12 00

Aċtu olejku

S

3823 70 00

Alkoħoli xaħmin industrijali

S

3825

Prodotti residwali tal-industriji kimiċi jew li għandhom x’jaqsmu magħhom, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra; skart muniċipali; tajn tad-drenaġġ; skart ieħor speċifikat f’nota 6 għall-Kapitolu 38

S

Ġustifikazzjoni

Fl-Anness V tal-proposta tal-Kummissjoni, it-terminu "6b" tħassar bi żball. Is-Sezzjoni 6b tal-SĠP għandha tkopri l-linji tariffarji f'din l-emenda.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Anness IX - test ġdid

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda tal-Parlament

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Sensittivi/Mhux Sensittivi

280519

Metalli alkalini/alkali-naturali oħra barra s-sodju u l-kalċju

NS

280530

Metalli rari naturali, skandju u ittriju, jekk imħallta/ligati bejniethom jew le

NS

281820

Ossidu tal-aluminju (bl-esklużjoni tal-korundun artifiċjali)

NS

780199

Ċomb mhux maħdum ieħor barra dak raffinat, mhux speċifikat fit-78.01

NS

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-fatt li ħafna mill-pajjiżi li huma aktar ekonomikament kompetittivi qed jinħarġu mill-iskema, hemm lok biex tiġi estiża l-kopertura tal-prodott sabiex jiżdied il-potenzjal tal-iżvilupp tagħha. Meta tiġi estiża l-kopertura tal-prodott, il-prodotti magħżula għandhom ovvjament bżonn li jkunu ta' valur mhux negliġibbli għall-pajjiżi li jibqgħu fl-iskema, filwaqt li tingħata attenzjoni biex tiġi evitata l-ħsara lill-industrija tal-pajjiżi l-anqas żviluppati u tal-UE.

NOTA SPJEGATTIVA

Daħla

L-Unjoni Ewropea tat preferenzi kummerċjali mhux reċiproċi fil-forma ta' tariffi mnaqqsa għal prodotti minn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw huma u deħlin fis-suq Ewropew permezz tal-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi Tariffarji (skema tas-SĠP) mill-1971. Din tagħmel parti mill-politika kummerċjali komuni tagħha, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali li jirregolaw l-azzjoni esterna tal-UE, u ġiet implimentata qabel permezz ta' regolamenti tal-Kunsill. L-aħħar dati tal-iskema jmorru lura għall-2008 u issa jeħtieġ li tiġi rieżaminata. Għall-ewwel darba, dan ir-Regolament se jkun soġġett għall-Proċedura Leġiżlattiva Ordinarja, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona.

L-għan ta' dan l-istrument kummerċjali ewlieni huwa biex il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw ikunu jistgħu jipparteċipaw aktar bis-sħiħ fil-kummerċ internazzjonali u b'hekk jiġġeneraw dħul addizzjonali mill-esportazzjoni li jsostni l-iżvilupp tad-dħul u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji politiċi tagħhom stess għall-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar.

Fl-2009, il-valur tal-importazzjonijiet tal-UE taħt l-iskema ammonta għal madwar €60 biljun, li jirrappreżenta 4% tat-total tal-importazzjoniijiet tal-UE.

L-SĠP jkopri tliet sistemi separati ta’ preferenza:

- L-SĠP "standard".

- L-arranġament għal inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u governanza tajba magħruf bħala "GSP+"; dan joffri tnaqqis tariffarju addizzjonali li jappoġġa lill-pajjiżi vulnerabbli li qegħdin jiżviluppaw fir-ratifika u l-implimentazzjoni ta' konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti li jipproteġu d-drittijiet fudamentali tal-bniedem u d-drittijiet tax-xogħol kif ukoll standards ta' governanza tajba.

- L-arranġament Kollox Ħlief Armi (EBA), li skontu l-prodotti kollha mill-

Pajjiżi l-Anqas Żviluppati (LDCs) barra l-armi u l-munizzjoni mhumiex suġġetti għal kwalunkwe dazji jew kwoti ta' importazzjoni fl-UE.

Filwaqt li żżomm din l-istruttura ġenerali, il-proposta leġiżlattiva l-ġdida tintroduċi diversi tibdiliet fl-iskema għall-importazzjoni minn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, fejn l-għan prinċipali hu li "l-preferenzi għall-importazzjoni jkunu kkonċentrati fuq dawk il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw l-aktar fil-bżonn". Fil-prattika, dan ifisser li l-preferenzi se jittieħdu lura minn xi pajjiżi, u b'hekk se jiżdied il-valur tal-preferenzi għal dawk li se jibqgħu fl-iskema, proċess li jista' jissejjaħ "konsolidazzjoni tal-preferenzi".

1. Liema pajjiżi huma koperti

L-aktar bidla notevoli f'din il-proposta, huma l-kriterji l-ġodda stabbiliti dwar min se jibbenefika minn dawn il-preferenzi, li se jnaqqsu b'mod sinifikanti n-numru ta' benefiċjarji, minn 176 pajjiż għal madwar 80. Dan huwa dovut minħabba tliet aspetti fil-proposta:

a)        il-pajjiżi li għandhom arranġament preferenzjali alternattiv, prinċipalment Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles, mhux se jibqgħu jkunu benefiċjarji tal-SĠP.

b)        il-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej (OCTs) tal-UE, l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Awstralja, se jinqalgħu mill-iskema wkoll.

c)      il-pajjiżi li ġew kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiż bi dħul għoli jew bi dħul medju superjuri (UMIC) matul tliet snin konsekuttivi minnufih qabel l-aġġornament tal-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji mhux se jibqgħu jibbenefikaw mill-preferenzi. Il-Pajjiżi li se jitilfu l-preferenzi tagħhom jinkludu pereżempju il-Kuwajt, l-Arabja Sawdija, ir-Russja, il-Brażil u l-Qatar.

Filwaqt li ż-żewġ kriterji ewlenin ftit li xejn huma kontraversjali, it-tielet kriterju se jkollu impatt fuq il-pajjiż li jitilfu l-preferenzi SĠP tagħhom li se jaqgħu grad għal status MFN biss, speċjalment jekk il-marġni ta' preferenza għall-prodotti esportati huwa sostanzjali. Ir-raġuni wara din il-proposta hija t-tnaqqis tal-kompetizzjoni għall-pajjiżi anqas zviluppati. Skont il-Kummissjoni, illum il-ġurnata, il-pajjiżi żviluppati u l-aktar avvanzati huma l-akbar benefiċjarji tal-preferenzi SĠP, u jirrappreżentaw madwar 40% tal-importazzjonijiet SĠP. Ħafna minnhom qegħdin attwalment jinnegozjaw ukoll ftehimiet bilaterali mal-Unjoni Ewropea, bħala rikonoxximent ċar li huma fil-bżonn ta' tipi ta' relazzjonijiet kummerċjali differenti. Fl-istess ħin, din il-proposta tista' wkoll twassal għal żieda fil-lieva tal-UE f'dawn in-negozjati.

F'dan il-kuntest ta' min isemmi li l-indiċi tal-Bank Dinji mhuwiex novità għar-regolament SĠP. Fir-regolament attwali mill-2008, hemm miktub li pajjiżi bi dħul għoli għandhom jitneħħew mill-iskema, iżda dan ġie marbut ma' kriterji ta' vulnerabbiltà (il-ħames l-akbar taqsimiet tal-esportazzjonijiet lejn l-UE li jammontaw għal 75% tal-valur totali) u fil-prattika l-ebda pajjiż ma ġie eskluż abbażi ta' dawn il-kriterji.

Fil-fehma tar-rapporteur tiegħek huwa essenzjali li wieħed ikun jista' jiddependi fuq kriterji objettivi, stabbli u rikonoxxuti internazzjonalment, li jistgħu jifilħu wkoll għal sfida fid-WTO, u fir-realtà, l-indiċi tal-Bank Dinji jidher li ftit li xejn għandu kompetituri. Għalhekk l-ebda emenda ma ġiet introdotta f'dan ir-rigward. Madankollu, hemm bżonn li jiġu emendati l-perjodi tranżitorji proposti biex ikun żgurat li pajjiżi li kkonkludew ftehimiet bilaterali mal-UE, sad-data tad-dħul fis-seħħ tar-regolament, ma jitilfux il-preferenzi tagħhom jekk ma jkunux f'pożizzjoni li japplikawhom minħabba l-proċess tar-rattifika, għax dan jaf iwassal għal xkiel fil-kummerċ.

2. Ir-regoli tal-oriġini

Barra minn hekk, huwa importanti li jiġu ċċarati l-konsegwenzi għall-kummerċ, b'mod partikolari fil-livell reġjonali, jekk jitnaqqas b'mod sinifikanti n-numru ta' benefiċjarji tas-SĠP, u b'hekk tal-pajjiżi li jistgħu jieħdu vantaġġ mir-Regoli tal-Oriġini tas-SĠP imtejba. Dawn ir-Regoli tal-Oriġini l-ġodda jiffaċilitaw il-possibbiltà ta' kumulazzjoni reġjonali u jintroduċu l-kunċett ta' trasformazzjoni unika. Jekk partijiet ġirien tal-kummerċ jibqgħu barra mill-iskema, dan jaf ikollu impatt importanti fuq dawk li jibqgħu benefiċjarji tas-SĠP u l-kapaċità tagħhom li jimportaw u jesportaw prodotti għal elaborazzjoni ulterjuri. Jekk pajjiż jew tnejn minn wieħed mir-reġjuni attwali jidħol fi ftehim tal-kummerċ ħieles mal-UE, dan se jkollu impatt fuq il-possibilitajiet tal-benefiċjarji tas-SĠP li baqa', sakemm ma jiġux previsti dispożizzjonijiet speċjali. Huwa ċar li dawn il-konsegwenzi jkollhom bżonn li jiġu żviluppati b'mod ulterjuri u mmonitorjati mill-qrib mill-Kummissjoni, u suġġetti għal kundizzjonijiet speċjali ta' rappurtar.

3. Il-kopertura tal-prodotti

Bit-tnaqqis fin-numru ta' benefiċjarji, hemm ukoll tnaqqis sinifikanti fil-volum ta' preferenzi għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Fost il-benefiċjarji li baqa', hemm ħafna pajjiżi b'livelli għolja ta' faqar u indiċi ta' żvilupp tal-bniedem relattivament baxxi, mingħajr ma jkunu LDCs. Ir-rapporteur jemmen li r-rieżami tal-iskema tas-SĠP għandu jfittex li jestendi l-benefiċċji mal-pajjiżi l-foqra li jibqgħu fl-iskema sabiex jiżdied il-potenzjal tal-iżvilupp. Il-kopertura tal-prodotti għandha tiġi estiża wkoll għal xi prodotti ta' valur partikolari għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, filwaqt li jiġi evitat li jittieklu l-preferenzi tal-LDCs fuq prodotti li huma essenzjali għalihom.

4. Gradwazzjoni

Gradwazzjoni tfisser li settur tal-prodotti minn pajjiż partikolari jitlef il-prefernzi tiegħu meta jsir kompetittiv iżżejjed fis-suq tal-UE. Taħt l-iskema tal-2008, il-gradwazzjoni tapplika meta l-importazzjoni medja ta' sezzjoni minn pajjiż taqbeż il-15% tal-importazzjonijiet SĠP tal-istess prodotti mill-pajjiżi benefiċjarji SĠP kollha matul tliet snin (jew 12.5% għat-tessuti). Il-Kummissjoni issa qed tipproponi li tespandi l-għadd ta’ setturi tal-prodotti minn 21 għal 32, sabiex il-kategoriji jsiru aktar omoġenji. Il-limiti ġew imtellgħin għal 17.5% u 14.5% rispettivament, iżda skont il-Kummissjoni, dan huwa, fil-parti kbira tiegħu, aġġustament għas-sitwazzjoni l-ġdida u mhux żieda f'termini reali.

Ir-rapporteur tiegħek jilqa' l-fatt li s-setturi tal-prodotti huma aktar dettaljati, li għandu jiffavorixxi sistema ta' gradwazzjoni aktar immirata u ma jipproponix li jinbidlu l-limiti. Madankollu l-Parlament Ewropew għandu fil-futur isegwi mill-qrib l-impatt ta' din il-proposta.

5. SĠP +

Wieħed mill-għanijiet iddikjarati fir-riforma proposta hija li l-promozzjoni ulterjuri tad-drittijiet bażiċi tal-bniedem u tax-xogħol, u tal-prinċipji għall-iżvilupp sostenibbli u governanza tajba, billi jiġu pprovduti inċentivi li jħajru aktar pajjiżi jidħlu fl-iskema SĠP +. L-SĠP + huwa għodda importanti għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u tal-prinċipji għall-iżvilupp sostenibbli.

Madankollu, fir-realtà, mill-15-il benefiċjarju attwali, ftit li xejn minnhom se jkomplu jkunu eliġibbli, jekk il-kriterji proposti għall-iskema ġenerali se jinżammu, jew minħabba li ffirmaw FTA mal-UE (l-Amerika Ċentrali, il-Peru u l-Kolombja) jew minħabba li ġew ikklassifikati bħala pajjiż bi dħul medju superjuri. Skont il-kalkoli tal-Kummissjoni, tliet pajjiżi ġodda biss se jkunu eliġibbli jekk jissodisfaw il-kriterji kollha.

Ir-rapporteur jaqbel mal-proposti tal-Kummissjoni għal din l-iskema speċjali, li tinkludi:

lista ta' 27 konvenzjoni li jridu jiġu rattifikati sabiex ikunu eliġibbli

- kriterji ekonomiċi inkluż il-limitu minimu tas-sehem tal-importazzjoni ta' 2% (flok ta' 1%) u ż-żamma tal-kriterju tad-diversifikazzjoni

- l-ebda gradwazzjoni ta' prodotti

- l-ebda skadenza għall-applikazzjonijiet

- sistema aktar trasparenti għall-monitoraġġ u mekkaniżmu ta' rtirar aktar effettiv.

Iżda xi emendi huma introdotti biex jenfasizzaw li m’għandux ikun hemm riservi għall-konvenzjonijiet li jinstabu li huma inkompatibbli mal-objettivi u l-għanijiet tagħhom, u l-importanza tal-koperazzjoni ma’ entitajiet tal-monitoraġġ u tal-qsim tal-informazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea.

6. Salvagwardji

Ir-Regolament il-ġdid jinkludi wkoll sett ta' miżuri ta' salvagwardja u sorveljanza, kif kien il-każ fil-passat. Il-proċeduri li jagħtu bidu għall-klawżoli ta' salvagwardja ġew, madanakollu, definiti mill-ġdid, peress li l-produtturi tal-UE issa qegħdin jingħataw id-dritt legali li jfittxu azzjoni legali, u se jkunu bbażati fuq test ta' ħsara baxxa: "tfixkil serju" jiġifieri "id-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika u / jew finanzjarja" issa se jkun biżżejjed, minflok t-terminu anqas ċar "diffikultà serja". Is-salvagwardji speċjali għal ċerti setturi tat-tessuti, tal-agrikoltura u tas-sajd se jinżammu, fejn il-limiti se jiġu aġġustati għal dawk tal-mekkaniżmu ta 'gradwazzjoni. Ir-Rapporteur jipproponi li l-ambitu tas-salvagwardja speċjali għat-tessuti għandu jkun estiż biex jinkludi t-tessuti kollha, u mhux biss il-ħwejjeġ, u jirrestrinġi l-valuri limiti għall- applikazzjoni tas-salvagwardja.

7. Proċedura għat teħid tad-deċiżjonijiet

Mhux talli l-proposta leġiżlattiva l-ġdida hija soġġetta għall-Proċedura Leġiżlattiva Ordinarja, iżda għandha tinkludi wkoll id-dispożizzjonijiet il-ġodda fil-proċedura għat-teħid tad-deċiżjonijiet skont it-Trattat ta' Lisbona, b'referenzi għal atti ta' implimentazzjoni u atti delegati. Ovvjament, ir-rwol tal-Parlament Ewropew se jkun differenti ħafna taħt dan ir-regolament, meta mqabbel ma' dak li rajna fil-passat, anke fejn jidħlu deċiżjonijiet matul il-fażi ta' implimentazzjoni tar-regolament. F'termini ġenerali, il-Kummissjoni ġeneralment tidher li hija tal-istess opinjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-interpretazzjoni tat-Trattat fir-rigward tad-distinzjoni bejn iż-żewġ proċeduri differenti, u l-proċedura dwar l-atti ddelegati se tkun frekwenti ħafna. Ir-regolament SĠP huwa akkumpanjat minn ħafna annessi, li se jiġu adottati bħala atti delegati. Dan huwa prinċipalment minħabba l-fatt li ħafna mil-limiti eċċ huma kkalkulati abbazi tat-total tal-importazzjonijiet SĠP, li naturalment jinbidel maż-żmien, u għalhekk se jkollhom jiġu adattati kontinwament. F'dan il-qasam, ir-rapport jintroduċi emendi biex jagħmlu l-proċedura aktar preċiża, jew biex jallinjaw dan ir-regolament ma' leġiżlazzjoni oħra tal-UE, partikolarment rigward is-salvagwardji.

8. It-tul tar-regolament

Il-Kummissjoni tipproponi li dan ir-regolament jibqa' miftuħ b'mod indefinit, bl-ebda data finali li fiha għandu jiġġedded ir-regolament. Rieżami hija prevista wara ħames snin. Peress li din hija l-ewwel darba li r-regolament qed jiġi adottat permezz tal-Proċedura Leġiżlattiva Ordinarja, u fid-dawl tat-tibdiliet ewlenin proposti, huwa propost li jiġi introdott perjodu limitat ta' għaxar snin. Dan xorta waħda se jkun progresss kbir meta kkumparat mas-sitwazzjoni attwali, u se jibqa' perjodu ta' żmien twil biżżejjed biex tiġi żgurata l-istabbiltà u l-prevedibbiltà għall-operaturi ekonomiċi.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (25.1.2012)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati
(COM(2011)0241 – C7‑0116/2011 – 2011/0117(COD))

Rapporteur: Michèle Striffler

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Is-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (SĠP) hi waħda mill-għodod kummerċjali ewlenija tal-UE biex issostni l-isforzi tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw biex jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli, inaqqsu l-faqar u jiggarantixxu r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem.

Ir-rapporteur tinnota li l-SĠP hi, qabel xejn, strument għal żvilupp u tosserva li l-Artikolu 208 tat-Trattat ta' Lisbona jobbliga lill-UE tqis l-objettivi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politiki li x'aktarx jaffettwaw il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

Pajjiżi koperti

L-SĠP l-ġdida, kif ippreżentata mill-Kummissjoni, ma għadhiex tkopri l-pajjiżi b'introjtu għoli u l-anqas dawk b'introjtu medju-għoli. Għalhekk din teskludi l-parti l-kbira tal-pajjiżi tal-Amerika Latina u pajjiżi bħall-Alġerija, l-Afrika t'Isfel, il-Gabon, in-Namibja u l-parti l-kbira tal-gżejjer tal-Karibew.

Fl-istess ħin, l-ekonomiji b'saħħithom bħal tal-Indja, iċ-Ċina, l-Indoneżja u t-Tajlandja ser jibqgħu eleġibbli għas-SĠP, anke jekk b'mod temporanju.

Jidher, konsegwentment, inġust li l-eliġibbiltà għas-SĠP tiddependi biss fuq il-kriterju tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) għal kull abitant, peress li dan jippenalizza l-pajjiżi ż-żgħar minkejja l-livelli kbar ta' faqar li jista' jkollhom jiffaċċjaw.

Il-Kummissjoni għalhekk għandha tikkunsidra sew l-użu ta' ġabra ta' indikaturi u approċċi metodoloġiċi differenti.

SĠP +

Il-Kummissjoni għandha: tispeċifika b'mod ċar il-partijiet li huma awtorizzati jagħtu aktar informazzjoni fuq il-mekkaniżmi ta' kontroll; tfassal sistema trasparenti ta' indikaturi ta' referenza ("benchmarks"); twettaq valutazzjoni tal-impatt ċara fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem billi tadatta l-politiki kummerċjali tal-UE sabiex tħares dawn id-drittijiet; u tqis aktar ir-rwol tad-delegazzjonijiet tal-UE.

Il-governanza tajba fil-qasam fiskali u l-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali u rifuġji fiskali għandhom jiġu inklużi wkoll fil-kriterji ġodda għall-aċċess għall-SĠP +.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 9 - l-ewwel paragrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-arranġament ġenerali għandu jingħata lil dawk il-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw li jaqsmu ħtieġa ta’ żvilupp komuni u jinsabu fi stadju simili ta’ żvilupp ekonomiku. Pajjiżi li huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi ta’ dħul għoli jew ta’ dħul medju superjuri għandhom per capita livelli ta’ dħul li jippermettulhom jiksbu livelli ogħla ta’ diversifikazzjoni mingħajr preferenzi tariffarji tal-iskema, u jinkludu ekonomiji li rnexxielhom ilestu t-tranżizzjoni tagħhom minn ekonomiji ċentralizzati għal dawk tas-suq. Dawk il-pajjiżi ma jaqsmux l-istess żvilupp, kummerċ u ħtiġijiet finanzjarji bħall-bqija tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jinsabu fi stadju differenti ta’ żvilupp ekonomiku, jiġifieri ma jinsabux fl-istess qagħda bħal dik ta’ pajjiżi aktar vulnerabbli li qed jiżviluppaw; u, biex tkun evitata diskriminazzjoni mhux ġustifikata, jeħtiġilhom ikunu ttrattati b’mod differenti. Barra minn hekk, l-użu ta’ preferenzi tariffarji pprovduti bl-iskema minn pajjiżi bi dħul għoli jew medju superjuri jżid il-pressjoni kompetittiva fuq esportazzjonijiet minn pajjiżi ifqar, aktar vulnerabbli u, għalhekk, jista’ jimponi piż mhux ġustifikabbli fuq dawk il-pajjiżi aktar vulnerabbli li qed jiżviluppaw. L-arranġament ġenerali jqis il-fatt li l-iżvilupp u l-ħtiġijiet finanzjarji u kummerċjali huma soġġetti għal tibdil, u jiżgura li l-arranġament jibqa’ miftuħ jekk il-qagħda ta’ pajjiż tinbidel.

(9) L-arranġament ġenerali għandu jingħata lil dawk il-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw li jikkondividu l-ħtieġa komuni ta’ żvilupp u jinsabu fi stadju simili ta’ żvilupp ekonomiku. Pajjiżi li huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi ta’ dħul għoli jew ta’ dħul medju superjuri u li għandhom Indiċi ta’ Żvilupp Uman (HDI) li hu għoli ħafna jew għoli, għandhom per capita livelli ta’ dħul u livelli ta’ żvilupp ekonomiku li jippermettulhom jiksbu livelli ogħla ta’ diversifikazzjoni mingħajr preferenzi tariffarji tal-iskema, u jinkludu ekonomiji li rnexxielhom ilestu t-tranżizzjoni tagħhom minn ekonomiji ċentralizzati għal dawk tas-suq. Dawk il-pajjiżi ma għandhomx l-istess ħtiġijiet għal dak li jikkonċerna l-żvilupp, il-kummerċ u l-finanzi bħall-bqija tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jinsabu fi stadju differenti ta’ żvilupp ekonomiku, jiġifieri ma jinsabux fl-istess qagħda bħal dik ta’ pajjiżi aktar vulnerabbli li qed jiżviluppaw; u, għalhekk biex tkun evitata diskriminazzjoni mhux ġustifikata, jeħtiġilhom ikunu ttrattati b’mod differenti. Barra minn hekk, l-użu ta’ preferenzi tariffarji pprovduti bl-iskema minn pajjiżi bi dħul għoli jew medju superjuri jżid il-pressjoni kompetittiva fuq esportazzjonijiet minn pajjiżi ifqar u aktar vulnerabbli u, għalhekk, jista’ jimponi piż mhux ġustifikabbli fuq dawk il-pajjiżi aktar vulnerabbli li qed jiżviluppaw. L-arranġament ġenerali jqis il-fatt li l-ħtiġijiet fir-rigward tal-iżvilupp, il-finanzi u l-kummerċ huma soġġetti għal tibdil, u jiżgura li l-arranġament jibqa’ miftuħ jekk il-qagħda ta’ pajjiż tinbidel.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) L-iskema ta' preferenzi ġeneralizzati għandha tikkontribwixxi għal iżgurar ta' koerenza akbar bejn il-politiki interni u esterni tal-Unjoni. Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet interni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-annimali, l-arranġamenti għal inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u l-governanza t-tajba għandhom jingħataw lil dawk il-pajjiżi li josservaw b'mod partikolari il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-benesseri tal-annimali.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Lista ta' pajjiżi eliġibbli, ikklassifikati bħala pajjiżi li għandhom żvilupp uman baxx jew medju, skont l-Indiċi ta' Żvilupp Uman, tinsab fl-Anness II.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) ma jkunx ġie kklassifikat mill-Bank Dinji bħala pajjiż bi dħul għoli jew bi dħul medju superjuri matul tliet snin konsekuttivi minnufih qabel l-aġġornament tal-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji;

a) ma jkunx ġie kklassifikat mill-Bank Dinji bħala pajjiż bi dħul għoli jew bi dħul medju superjuri u ma jkunx ġie kklassfikat bħala li għandu livell għoli ħafna jew livell għoli ta’ żvilupp uman skont l-Indiċi ta’ Żvilupp Uman matul tliet snin konsekuttivi minnufih qabel l-aġġornament tal-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji;

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

aa) ma jkunx ġie kklassifikat mill-Bank Dinji bħala pajjiż bi dħul medju superjuri għal tlett snin konsekuttivi, immedjatament qabel l-aġġornament tal-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji u jitqies bħala vulnerabbli minħabba n-nuqqas ta’ diversifikazzjoni u integrazzjoni insuffiċjenti fis-sistema kummerċjali internazzjonali, kif definit fl-Anness VII;

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) huwa jkun irratifika l-konvenzjonijiet kollha elenkati fl-Anness VIII u l-konklużjonijiet l-aktar riċenti disponibbli tal-entitajiet ta' monitoraġġ rilevanti ma jidentifikawx nuqqas serju fl-implimentazzjoni effettiva ta' kull waħda minn dawn il-konvenzjonijiet;

b) huwa jkun irratifika l-konvenzjonijiet kollha elenkati fl-Anness VIII, mingħajr riżerva u mingħajr stqarrijiet interpretattivi li jmorru kontra l-objettivi tal-konvenzjonijiet imsemmija, u l-aħħar konklużjonijiet disponibbli tal-entitajiet ta' monitoraġġ rilevanti ma jidentifikawx nuqqas serju fl-implimentazzjoni effettiva ta' kull waħda minn dawn il-konvenzjonijiet;

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-pajjiż li jagħmel it-talba għandu jissottometti t-talba tiegħu lill-Kummissjoni bil-miktub. It-talba għandha tipprovdi informazzjoni komprensiva dwar ir-ratifika tal-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VIII u għandha tinkludi l-impenji obbligatorji msemmijin fl-Artikolu 9(1)(c),(d) u (e).

2. Il-pajjiż li jagħmel it-talba għandu jissottometti t-talba tiegħu lill-Kummissjoni bil-miktub. It-talba għandha tipprovdi informazzjoni komprensiva dwar ir-ratifika u l-implimentazzjoni effikaċi tal-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VIII u għandha tinkludi l-impenji obbligatorji msemmijin fl-Artikolu 9(1)(c),(d) u (e).

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità inizjali għandha ssir abbażi tal-konklużjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta’ monitoraġġ rilevanti u ta’ kull informazzjoni mressqa minn partijiet terzi, inklużi s-soċjetà ċivili u t-trejdunjins.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiż li jagħmel it-talba dwar deċiżjoni meħuda skont il-paragrafi 4 u 5. Fejn il-pajjiż li jagħmel it-talba jingħata l-arranġament speċjali ta’ inċentivi, huwa għandu jkun mgħarraf bid-data li fiha d-deċiżjoni tidħol fis-seħħ.

7. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiż li jagħmel it-talba dwar deċiżjoni meħuda skont il-paragrafi 4 u 5 u għandha tippublika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li fih tikkomunika u timmotiva d-deċiżjoni tagħha. Fejn il-pajjiż li jagħmel it-talba jingħata l-arranġament speċjali ta’ inċentivi, huwa għandu jkun mgħarraf bid-data li fiha d-deċiżjoni tidħol fis-seħħ.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema ta’ punti ta’ referenza ċara bil-għan li tikkontrolla l-progress imwettaq f’termini ta’ żvilupp sostenibbli, inkluż fir-rispett għall-benesseri tal-annimali u ta' governanza t-tajba, inkluża l-governanza fiskali tajba, u twettaq valutazzjoni tal-impatt dwar kwistjonijiet ta’ drittijiet tal-bniedem għall-pajjiżi benefiċjarji tal-SPĠ+;

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) informazzjoni dwar il-progress mwettaq u valutazzjoni ġenerali ta' dan il-progress fil-pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP+ rigward it-twettiq tal-indikaturi ta' referenza stabbiliti minn qabel mill-Kummissjoni; għandu jsemmi kull każ ta' ksur gravi u persistenti tad-drittijiet tal-bniedem, u kull każ ta' frodi jew ta' korruzzjoni;

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb) informazzjoni fuq il-programmi tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità, li jirrigwardaw l-għajnuna teknika għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni, b'mod partikolari s-sistemi ta' prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-azzjonijiet fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni intiżi sabiex jippromwovu t-trasparenza, l-integrità, l-obbligu ta' rendikont u l-istrateġiji nazzjonali kontra l-korruzzjoni, skont l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Fejn il-Kummissjoni tqis li s-sejbiet ma jiġġustifikawx irtirar temporanju, hija għandha tadotta deċiżjoni li ttemm il-proċedura ta’ rtirar temporanju skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 38(2).

8. Fejn il-Kummissjoni tqis li s-sejbiet ma jiġġustifikawx irtirar temporanju, hija għandha tadotta deċiżjoni li ttemm il-proċedura ta’ rtirar temporanju skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 38(2). Id-deċiżjoni għandha tkun immotivata bis-sħiħ, imsejsa fuq l-evidenza riċevuta u għandha tiġi ppublikata minnufih.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ksur serju u sistematiku tal-prinċipji stabbiliti fil-konvenzjonijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness VIII;

(a) ksur tal-prinċipji stabbiliti fil-konvenzjonijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness VIII bi qbil mal-Artikolu 19(2a).

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) il-ksur gravi u sistematiku tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport jew il-qtil.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Kummissjoni għandha taċċetta li jkun hemm rieżami tas-sottomissjoni mill-Parlament Ewropew jew minn partijiet terzi, inklużi t-trejdunjins jew is-soċjetà ċivili, rigward allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 19(1).

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jiddikjara li l-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ u evalwazzjoni tal-qagħda fil-pajjiż benefiċjarju konċernat għal sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż.

(b) jistupula l-miżuri li l-pajjiż benfiċjarju għandu jwettaq biex jikkonforma mal-Artikolu 19(1); jiddikjara li l-Kummissjoni se timmonitorja tevalwa l-qagħda fil-pajjiż benefiċjarju konċernat għal sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Fejn il-Kummissjoni tqis li s-sejbiet ma jiġġustifikawx irtirar temporanju, hija għandha tiddeċiedi, skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 38(2), li ttemm il-proċedura ta’ rtirar temporanju.

9. Fejn il-Kummissjoni tqis li s-sejbiet ma jiġġustifikawx irtirar temporanju, hija għandha tiddeċiedi, skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 38(2), li ttemm il-proċedura ta’ rtirar temporanju. Id-deċiżjoni għandha tkun immotivata bis-sħiħ, imsejsa fuq l-evidenza riċevuta u għandha tiġi ppublikata minnufih.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Fejn il-Kummissjoni tqis li s-sejbiet jiġġustifikaw irtirar temporanju għar-raġunijiet msemmijin fil-paragrafu 1, hija jkollha s-setgħa, skont l-Artikolu 36, li tadotta atti delegati biex temenda l-Annessi II, III, IV, skont liema minnhom ikun japplika, biex temporanjament tirtira l-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 1(2).

10. Fejn il-Kummissjoni tqis li s-sejbiet jiġġustifikaw irtirar temporanju għar-raġunijiet msemmijin fil-paragrafu 1, hija jkollha s-setgħa, skont l-Artikolu 36, li tadotta atti delegati biex temenda l-Annessi II, III, IV, skont liema minnhom ikun japplika, biex temporanjament tirtira l-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 1(2). Id-deċiżjoni għandha tkun immotivata bis-sħiħ, imsejsa fuq l-evidenza riċevuta u għandha tiġi ppublikata minnufih.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Annex VIII – Part B - point 27 a (new)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

27a. Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (1982) rigward il-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-istokkijiet tal-ħut transżonali u stokkijiet ta’ ħut li jpassi ħafna.

PROĊEDURA

Titolu

Skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati

Referenzi

COM(2011)0241 – C7-0116/2011 – 2011/0117(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

7.6.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

7.6.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

5.12.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

25.1.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Cashman, Ricardo Cortés Lastra, Corina Creţu, Nirj Deva, Charles Goerens, Catherine Grèze, Filip Kaczmarek, Michał Tomasz Kamiński, Franziska Keller, Gay Mitchell, Norbert Neuser, Bill Newton Dunn, Maurice Ponga, Jean Roatta, Birgit Schnieber-Jastram, Michèle Striffler, Alf Svensson, Eleni Theocharous, Ivo Vajgl, Anna Záborská, Gabriele Zimmer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Santiago Fisas Ayxela, Niccolò Rinaldi, Patrizia Toia

PROĊEDURA

Titolu

Skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati

Referenzi

COM(2011)0241 – C7-0116/2011 – 2011/0117(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

10.5.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

7.6.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

7.6.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Christofer Fjellner

21.6.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

12.7.2011

11.10.2011

20.12.2011

25.1.2012

Data tal-adozzjoni

1.3.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

6

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Kader Arif, Maria Badia i Cutchet, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, María Auxiliadora Correa Zamora, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Metin Kazak, Bernd Lange, David Martin, Vital Moreira, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Keith Taylor, Iuliu Winkler, Jan Zahradil, Paweł Zalewski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Josefa Andrés Barea, George Sabin Cutaş, Mário David, Silvana Koch-Mehrin, Elisabeth Köstinger, Jörg Leichtfried, Marietje Schaake, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Simon Busuttil, Jürgen Klute, Claudio Morganti

Data tat-tressiq

9.3.2012