RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti użijiet permessi ta’ xogħlijiet orfni

28.3.2012 - (COM(2011)0289 – C7‑0138/2011 – 2011/0136(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg


Proċedura : 2011/0136(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0055/2012

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti użijiet permessi ta’ xogħlijiet orfni

(COM(2011)0289 – C7‑0138/2011 – 2011/0136(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0289),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 49, 56 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0138/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Settembru 2011[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7‑0055/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Libreriji, mużewijiet, arkivji, stabbilimenti edukattivi, istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku u organizzazzjonijiet tax-xandir pubbliku huma impenjati fid-diġitizzazzjoni fuq skala kbira tal-kollezzjonijiet jew arkivji tagħhom biex joħolqu Libreriji Diġitali Ewropej. Libreriji, mużewijiet, arkivji, stabbilimenti edukattivi, istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku u organizzazzjonijiet tax-xandir pubbliku jikkontribwixxu għall-konservazzjoni u t-tixrid tal-wirt kulturali Ewropew, li huwa importanti wkoll għall-ħolqien ta’ Libreriji Diġitali Ewropej bħall-Europeana. It-teknoloġiji għad-diġitizzazzjoni massiva ta’ materjal stampat u għat-tfittxija u l-indiċjar isaħħu l-valur tar-riċerka tal-kollezzjonijiet tal-libreriji.

(1) Libreriji, mużewijiet, arkivji, stabbilimenti edukattivi, istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku u organizzazzjonijiet tax-xandir pubbliku stabbiliti fl-Istati Membri huma impenjati fid-diġitizzazzjoni fuq skala kbira tal-kollezzjonijiet jew arkivji tagħhom biex joħolqu Libreriji Diġitali Ewropej. Dawn jikkontribwixxu għall-konservazzjoni u t-tixrid tal-wirt kulturali Ewropew, li huwa importanti wkoll għall-ħolqien ta’ Libreriji Diġitali Ewropej bħall-Europeana. It-teknoloġiji għad-diġitizzazzjoni massiva ta’ materjal stampat u għat-tfittxija u l-indiċjar isaħħu l-valur tar-riċerka tal-kollezzjonijiet tal-libreriji.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-ħolqien ta’ qafas legali li jiffaċilita d-diġitizzazzjoni u t-tixrid ta’ xogħlijiet li għalihom ma ġie identifikat l-ebda awtur jew, anki jekk ġie identifikat, l-awtur ma nstabx, l-hekk imsejħa xogħlijiet orfni, huwa azzjoni ewlenija tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, kif spjegat fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Aġenda Diġitali għall-Ewropa.

(3) Il-ħolqien ta’ qafas legali li jiffaċilita d-diġitizzazzjoni u t-tixrid ta’ xogħlijiet suġġetti għad-dritt tal-awtur jew drittijiet relatati li għalihom ma ġie identifikat l-ebda detentur tad-dritt jew, anki jekk ġie identifikat, l-awtur ma nstabx, l-hekk imsejħa xogħlijiet orfni, huwa azzjoni ewlenija tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, kif spjegat fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Aġenda Diġitali għall-Ewropa.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Id-drittijiet esklussivi tal-awturi għar-riproduzzjoni u li jagħmlu x-xogħol tagħhom disponibbli għall-pubbliku, kif armonizzati skont id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, jeħtieġu l-kunsens tal-awtur qabel id-diġitizzazzjoni jew qabel ix-xogħol isir disponibbli.

(4) Id-drittijiet esklussivi tad-detenturi tad-dritt għar-riproduzzjoni u li jagħmlu x-xogħol tagħhom disponibbli għall-pubbliku, kif armonizzati skont id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, jeħtieġu l-kunsens tad-detentur tad-dritt qabel id-diġitizzazzjoni jew qabel ix-xogħol isir disponibbli.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Id-dritt tal-awtur huwa l-bażi ekonomika għall-industrija kreattiva, peress li jistimula l-innovazzjoni, il-kreazzjoni, l-investiment u l-produzzjoni. Id-diġitizzazzjoni u t-tixrid ta’ xogħlijiet fuq skala kbira huma għalhekk mezz ta’ protezzjoni tal-wirt kulturali Ewropew. Id-dritt tal-awtur huwa għodda importanti biex jiġi żgurat li s-settur kreattiv jiġi ppremjat għall-ħidma tiegħu.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Xogħlijiet ċinematografiċi, awdjo u awdjoviżivi li jinsabu fl-arkivji ta' organizzazzjonijiet ta' xandir pubbliku u dawk prodotti minnhom jinkludu xogħlijiet orfni. Meta wieħed iqis il-pożizzjoni speċjali li x-xandara għandhom bħala produtturi ta' materjal awdjo u awdjoviżiv u l-ħtieġa li jiġu adottati miżuri biex ikun hemm limitu għall-fenomeni tax-xogħlijiet orfni fil-ġejjieni, huwa xieraq li tiġi ffissata data ta' għeluq fir-rigward tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għal dak li jikkonċerna x-xogħlijiet fl-arkivji ta' organizzazzjonijiet tax-xandir.

imħassar

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Hu essenzjali li jiġi evitat il-ħolqien ta' xogħolijiet orfni ġodda fil-futur, b'kunsiderazzjoni tal-produzzjoni u t-tixrid dejjem ikbar ta' kontenut online fl-era diġitali. Hija meħtieġa indikazzjoni ċara dwar kif għandhom jiġu identifikati u lokalizzati d-detenturi tad-dritt, flimkien ma' reġistrazzjoni speċifika, bħala prekundizzjoni għall-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet. Huwa neċessarju wkoll li jinħoloq qafas solidu għall-akkwiżizzjoni tad-drittijiet. Il-qafas legali għandu jkun miftuħ għall-iżviluppi tekniċi u għandu jkun flessibbli biżżejjed biex jagħti lok għal kuntratti futuri bejn id-detenturi tad-dritt.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, materjal ċinematografiku, awdjo u awdjoviżiv fl-arkivji ta' organizzazzjonijiet ta' xandir pubbliku għandu jinftiehem li jinkludi xogħlijiet ikkummissjonati minn tali organizzazzjonijiet għall-isfruttar esklussiv tagħhom.

(9) Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, fonogrammi, materjal ċinematografiku, awdjo u awdjoviżiv fl-arkivji ta' organizzazzjonijiet ta' xandir pubbliku għandu jinftiehem li jinkludi xogħlijiet, li jkunu ġew ikkummissjonati minn tali organizzazzjonijiet għall-isfruttar esklussiv tagħhom.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Għal raġunijiet ta’ kortesija internazzjonali, din id-Direttiva għandha tapplika biss għal xogħlijiet li ġew ippubblikati għall-ewwel darba jew imxandra fi Stat Membru.

(11) Għal raġunijiet ta’ kortesija internazzjonali, din id-Direttiva għandha tapplika biss għal xogħlijiet li ġew ippubblikati għall-ewwel darba jew imxandra fit-territorju ta’ Stat Membru.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Qabel ma xogħol ikun jista’ jiġi kkunsidrat bħala xogħol orfni, għandha ssir tfittxija diliġenti bi skop tajjeb u raġonevoli għall-awtur. L-Istati Membri għandhom jingħataw permess li jipprovdu li dan it-tiftix diligenti jkun jista' jitwettaq mill-organizzazzjonijiet imsemmija f'din id-Direttiva jew minn organizzazzjonijiet oħrajn.

(12) Qabel ma xogħol ikun jista’ jiġi kkunsidrat bħala xogħol orfni, għandha ssir tfittxija diliġenti bi skop tajjeb u raġonevoli għad-detentur tad-dritt. L-Istati Membri għandhom jingħataw permess li jipprovdu li dan it-tiftix diligenti jkun jista' jitwettaq mill-organizzazzjonijiet imsemmija f'din id-Direttiva jew minn organizzazzjonijiet awtorizzati oħrajn.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Huwa xieraq li jkun hemm approċċ armonizzat dwar tali tfittxija diliġenti biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tad-dritt tal-awtur fl-Unjoni. Tfittxija diliġenti għandha tinvolvi l-konsultazzjoni ta’ bażijiet ta' dejta pubbliċi li jipprovdu tagħrif dwar l-istatus ta’ xi xogħol fir-rigward tad-dritt tal-awtur. Barra minn hekk, sabiex tiġi evitata diġitizzazzjoni doppja li tiswa ħafna flus, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu ta' xogħlijiet orfni mill-organizzazzjonijiet imsemmija f'din id-Direttiva jiġi rreġistrat f'bażi ta' dejta aċċessibbli. Kemm jista' jkun, il-bażijiet tad-dejta, li huma aċċessibbli għall-pubbliku, u li jinkludu r-riżultati tat-tiftix, u l-użu tax-xogħlijiet orfni għandhom jiġu ppjanati u implimentati b'tali mod li jippermettu interkonnessjoni bejniethom f'livell pan-Ewropew u l-konsultazzjoni dwarhom għandha ssir permezz ta' punt tad-dħul uniku.

(13) Huwa xieraq li jkun hemm approċċ armonizzat dwar tali tfittxija diliġenti biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tad-dritt tal-awtur fl-Unjoni. Tfittxija diliġenti għandha tinvolvi l-konsultazzjoni ta’ bażijiet ta' dejta pubbliċi li jipprovdu tagħrif dwar l-istatus ta’ xi xogħol fir-rigward tad-dritt tal-awtur. Sabiex ma jkunx hemm duplikazzjoni tal-isforzi ta’ tiftix, għandu jsir tiftix diliġenti biss f’dak l-Istat Membru fejn ix-xogħol ikun ġie ppubblikat jew imxandar għall-ewwel darba. Barra minn hekk, sabiex tiġi evitata diġitizzazzjoni doppja li tiswa ħafna flus u biex jiġi aċċertat jekk l-istatus orfni ta’ xogħol ġiex stabbilit fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati tat-tfittxija diliġenti mwettqa fit-territorji tagħhom u l-użu ta' xogħlijiet orfni mill-organizzazzjonijiet imsemmija f'din id-Direttiva jiġu rreġistrati f'bażi ta' dejta aċċessibbli. Kemm jista' jkun, il-bażijiet tad-dejta, mingħajr ħlas u li huma aċċessibbli għall-pubbliku, u li jinkludu r-riżultati tat-tiftix, u l-użu tax-xogħlijiet orfni għandhom jiġu ppjanati u implimentati b'tali mod li jippermettu interkonnessjoni bejniethom u interoperabilità f'livell pan-Ewropew u l-konsultazzjoni dwarhom għandha ssir permezz ta' punt tad-dħul uniku.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Xogħlijiet orfni jista’ jkollhom diversi awturi jew jinkludu xogħlijiet oħrajn jew materjal protett. Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa d-drittijiet ta’ detenturi tad-drittijiet magħrufa jew identifikati.

(14) Xogħlijiet orfni jista’ jkollhom diversi detenturi tad-dritt jew jinkludu xogħlijiet oħrajn jew materjal protett. Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa d-drittijiet ta’ detenturi tad-drittijiet magħrufa jew identifikati.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Sabiex ma jkunx hemm duplikazzjoni tal-isforzi ta’ tiftix, għandu jsir tiftix diliġenti biss f’dak l-Istat Membru fejn ix-xogħol ġie ppubblikat jew imxandar għall-ewwel darba. Sabiex Stati oħrajn ikunu jistgħu jaċċertaw jekk l-istatus ta’ orfni ta’ xi xogħol ġiex stabbilit f’xi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati tat-tiftix diliġenti mwettaq fit-territorju tagħhom jiġu rreġistrati f’bażi ta' dejta aċċessibbli għall-pubbliku.

imħassar

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Huwa xieraq li jkun hemm provvediment biex l-awturi jkunu intitolati li jtemmu l-istatus ta’ xogħol orfni fil-każ li jippreżentaw ruħhom biex jikklejmjaw ix-xogħlijiet tagħhom.

(16) Meta d-detenturi tad-dritt jippreżentaw ruħhom biex jikklejmjaw xogħlijiethom, għandhom ikunu intitolati jtemmu l-istatus ta’ xogħol orfni ta’ dawk ix-xogħlijiet fir-rigward tagħhom infushom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali detenturi tad-dritt jirċievu remunerazzjoni xierqa u ġusta għall-użu passat tax-xogħlijiet tagħhom.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Jekk xogħol jiġi identifikat b'mod żbaljat bħala xogħol orfni, wara tfittxija li ma kinetx diliġenti u raġonevoli jew ma twettqitx in bona fide, l-Istat Membru għandu jara li l-utent jinżamm responsabbli, għall-ksur tad-dritt tal-awtur, skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti u l-liġi tal-Unjoni.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Sabiex jiġu promossi t-tagħlim u l-kultura, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-libreriji, l-istabbilimenti edukattivi u l-mużewijiet, li jkunu aċċessibbli għall-pubbliku, kif ukoll l-arkivji, l-istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku u l-organizzazzjonijiet tax-xandir pubbliku, li jagħmlu xogħlijiet orfni disponibbli u jirriproduċuhom, sakemm tali użu jissodisfa l-missjoni ta’ interess pubbliku tagħhom, b’mod partikolari l-konservazzjoni, ir-restawr u l-provvediment ta’ aċċess kulturali u edukattiv għax-xogħlijiet miżmuma fil-kollezzjonijiet tagħhom. L-istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku għandhom, għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jinkludu organizzazzjonijiet nominati mill-Istati Membri biex jiġbru, jikkatalogaw u jirrestawraw films li jagħmlu parti mill-wirt kulturali tagħhom.

(17) Sabiex jiġu promossi t-tagħlim u l-kultura, l-Istati Membri għandhom jippermettu lil-libreriji, l-istabbilimenti edukattivi u l-mużewijiet, li jkunu aċċessibbli għall-pubbliku, kif ukoll l-arkivji, l-istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku u awdjo u l-organizzazzjonijiet tax-xandir pubbliku, li jirriproduċu u jagħmlu xogħlijiet orfni disponibbli, fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2001/29/KE, sakemm tali użu jissodisfa l-missjoni ta’ interess pubbliku tagħhom u jiggarantixxi l-aċċess kulturali u edukattiv għalihom. L-istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku u awdjo għandhom, għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jinkludu organizzazzjonijiet nominati mill-Istati Membri biex jiġbru, jikkatalogaw u jirrestawraw films u fonogrammi li jagħmlu parti mill-wirt kulturali tagħhom.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) L-arranġamenti kuntrattwali jista' jkollhom irwol fit-tkattir tad-diġitizzazzjoni tal-wirt storiku Ewropew billi hu mifhum li l-libreriji, l-istituzzjonijiet edukattivi, il-mużewijiet jew l-arkivji u l-istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku jistgħu, bil-ħsieb li jwettqu l-użu permess minn din id-Direttiva, jikkonkludu ftehim ma’ sħab kummerċjali għad-diġitizzazzjoni tax-xogħlijiet orfni u jagħmluhom disponibbli. Dawn l-arranġamenti jistgħu jinkludu kontribuzzjonijiet finanzjarji minn dawn is-sħab.

(18) L-arranġamenti kuntrattwali jista' jkollhom rwol fit-tkattir tad-diġitizzazzjoni tal-wirt storiku Ewropew billi hu mifhum li l-libreriji, l-istituzzjonijiet edukattivi, il-mużewijiet jew l-arkivji u l-istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku u awdjo u organizzazzjonijiet tax-xandir pubbliku jistgħu, bil-ħsieb li jwettqu l-użu permess minn din id-Direttiva, jikkonkludu ftehim ma’ sħab kummerċjali għad-diġitizzazzjoni tax-xogħlijiet orfni u jagħmluhom disponibbli. Dawn l-arranġamenti jistgħu jinkludu kontribuzzjonijiet finanzjarji minn dawn is-sħab.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Sabiex jitrawwem l-aċċess taċ-ċittadini tal-Unjoni għall-wirt kulturali tal-Ewropa, huwa meħtieġ wkoll li jiġi żgurat li xogħlijiet orfni li jkunu ġew diġitizzati u jkunu disponibbli għall-pubbliku f’xi Stat Membru, ikunu disponibbli wkoll fi Stati Membri oħrajn. Libreriji aċċessibbli għall-pubbliku, istituzzjonijiet edukattivi, mużewijiet, arkivji, istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku u organizzazzjonijiet tax-xandir tas-servizz pubbliku li jużaw xogħlijiet orfni biex jissodisfaw missjonijiet ta' interess pubbliku għandhom ikunu jistgħu jagħmlu x-xogħlijiet disponibbli għall-pubbliku fi Stati Membri oħra.

(19) Sabiex jitrawwem l-aċċess taċ-ċittadini tal-Unjoni għall-wirt kulturali tal-Ewropa, huwa meħtieġ wkoll li jiġi żgurat li xogħlijiet orfni li jkunu ġew diġitizzati u jkunu disponibbli għall-pubbliku f’xi Stat Membru, ikunu disponibbli wkoll fi Stati Membri oħrajn. Libreriji, istituzzjonijiet edukattivi, mużewijiet, arkivji, istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku u organizzazzjonijiet tax-xandir tas-servizz pubbliku li jużaw xogħlijiet orfni biex jissodisfaw missjonijiet ta' interess pubbliku għandhom ikunu jistgħu jagħmlu x-xogħlijiet disponibbli għall-pubbliku fi Stati Membri oħra.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr ħsara għall-arranġamenti eżistenti fl-Istati Membri fir-rigward tal-ġestjoni tad-drittijiet bħal liċenzji kollettivi estiżi.

(20) Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr ħsara għall-arranġamenti fl-Istati Membri fir-rigward ta’ kwalunkwe forma ta’ sistema ta’ ġestjoni tad-drittijiet, bħal liċenzji kollettivi estiżi.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) L-Istati għandhom ikunu awtorizzati wkoll li jippermettu l-użu ta' xogħlijiet orfni għal raġunijiet li jmorru lil hinn mill-missjonijiet ta' interess pubbliku ta' organizzazzjonijiet koperti minn din id-Direttiva. F'ċirkostanzi bħal dawn, id-drittijiet u l-interessi leġittimi tad-detenturi tad-drittijiet għandhom jiġu protetti.

imħassar

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Meta Stat Membru jawtorizza, taħt kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, l-użu ta xogħlijiet orfni minn libreriji aċċessibbli għall-pubbliku, istituzzjonijiet edukattivi, mużewijiet, arkivji, istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku jew organizzazzjonijiet ta' xandir pubbliku għal raġunijiet li jmorru lil hinn mill-missjonijiet ta' interess pubbliku, id-detenturi tad-drittijiet li jippreżentaw ruħhom biex jikklejmjaw ix-xogħlijiet għandhom jiġu remunerati. Din ir-remunerazzjoni għandha tikkunsidra t-tip ta' xogħol u l-użu kkonċernati. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li d-dħul li jinġabar minn dan l-użu ta' xogħlijiet orfni għal finijiet ta' remunerazzjoni iżda li ma jiġux ikklejmati wara l-perjodu ta' skadenza ffissat skont din id-Direttiva, għandu jikkontribwixxi għal sorsi ta' informazzjoni tad-drittijiet ta' finanzjament li jiffaċilitaw tiftix diliġenti, bi spiża baxxa u b'mezzi awtomatiċi, fir-rigward ta' kategoriji ta' xogħlijiet li bħalissa jaqgħu jew jistgħu jaqgħu taħt l-ambitu ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

imħassar

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Direttiva tirrigwarda ċertu użu li jsir minn libreriji aċċessibbli għall-pubbliku, stabbilimenti edukattivi jew mużewijiet kif ukoll minn arkivji, istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku u organizzazzjonijiet ta’ xandir pubbliku ta’ xogħlijiet orfni.

1. Din id-Direttiva tirrigwarda ċertu użu ta’ xogħlijiet orfni li jsir minn libreriji aċċessibbli għall-pubbliku, stabbilimenti edukattivi jew mużewijiet kif ukoll minn arkivji, istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku u awdjo, pubblikaturi u organizzazzjonijiet ta’ xandir pubbliku stabbiliti fl-Istati Membri.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Din id-Direttiva tapplika għal xogħlijiet ippubblikati jew imxandra għall-ewwel darba fi Stat Membru u li huma:

2. Din id-Direttiva tapplika għal xogħlijiet suġġetti għal dritt tal-awtur jew drittijiet relatati, ippubblikati jew imxandra għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru, u miżmuma fil-kollezzjoni u l-arkivji proprja tal-organizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, u li huma:

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1) Xogħlijiet ippubblikati f’forma ta’ kotba, ġurnali, gazzetti, rivisti jew kitba oħra, u li jinsabu f’kollezzjonijiet ta’ libreriji aċċessibbli għall-pubbliku, stabbilimenti elettroniċi, mużewijiet jew arkivji, jew

1) Xogħlijiet f'forma ta’ kotba, ġurnali, gazzetti, rivisti jew kitba oħra u materjal stampat, jew

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2) Xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi li jinsabu f’kollezzjonijiet ta’ istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku, jew

2) Fonogrammi, xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Xogħlijiet ċinematografiċi, awdjo jew awdjoviżivi prodotti minn organizzazzjonijiet ta’ xandir pubbliku qabel il-31 ta’ Diċembru 2002 u miżmuma fl-arkivji tagħhom.

imħassar

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għax-xogħlijiet li jikkostitwixxu parti integrali jew parti integrata tax-xogħlijiet imsemmija fil-paragrafu 2, inklużi arti tal-ġmiel, ritratti, illustrazzjonijiet, disinni, arkitettura, abbozzi ta’ dawn ix-xogħlijiet u xogħlijiet oħra.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Xogħol għandu jitqies bħala xogħol orfni jekk id-detentur tad-drittijiet fuq ix-xogħol ma jkunx identifikat jew, anki jekk jiġi identifikat, ma jinstabx wara li tfittxija diliġenti għad-detentur tad-dritt titwettaq u tiġi rreġistrata skont l-Artikolu 3.

1. Xogħol suġġett għad-dritt tal-awtur u għal drittijiet relatati għandu jitqies bħala xogħol orfni jekk id-detentur tad-dritt fuq ix-xogħol ma jkunx identifikat jew, anki jekk jiġi identifikat, ma jkunx jista’ jinstab minkejja li titwettaq tfittxija diliġenti u tiġi rreġistrata skont l-Artikolu 3.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta xogħol ikollu aktar minn detentur tad-drittijiet wieħed u wieħed mid-detenturi tad-drittijiet ikun ġie identifikat u misjub, dak ix-xogħol m’għandux jitqies bħala xogħol orfni.

2. Meta xogħol ikollu aktar minn detentur tad-drittijiet wieħed u mill-inqas wieħed mid-detenturi tad-drittijiet ma jkunx ġie identifikat, jew, anki jekk jiġi identifikat, ma jinstabx wara li tkun saret tfittxija diliġenti għad-detentur tad-dritt u tkun ġiet irreġistrata skont l-Artikolu 3, dak ix-xogħol għandu jitqies bħala xogħol orfni f’dak li jirrigwarda d-drittijiet tad-detenturi tad-dritt mhux identifikati jew mhux misjuba.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Paragrafu 2 għandu jkun bla ħsara għad-drittijiet fix-xogħol ta’ detentur tad-dritt li jkun ġie identifikat u misjub.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-għanijiet tad-determinazzjoni dwar jekk xi xogħol huwiex xogħol orfni, l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jiżguraw li jitwettaq tiftix diliġenti għal kull xogħol, billi jikkonsultaw is-sorsi rilevanti għall-kategorija tax-xogħol inkwistjoni.

1. Għall-għanijiet tad-determinazzjoni dwar jekk xi xogħol huwiex xogħol orfni, l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jiżguraw li jitwettaq tiftix diliġenti in bona fide, billi jikkonsultaw is-sorsi rilevanti għall-kategorija tax-xogħol inkwistjoni.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fil-każ li jkun magħruf li x-xogħol ċinematografiku u awdjoviżiv suġġett għal tfittxija diliġenti in bona fide jkun koproduzzjoni, tali tfittxija għandha titwettaq f’kull wieħed mill-Istati Membri involuti fil-koproduzzjoni.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-sorsi li huma rilevanti għal kull kategorja ta’ xogħol għandhom jiġu determinati minn kull Stat Membru, b’konsultazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet u l-utenti, u jinkludu s-sorsi elenkati fl-Anness.

2. Is-sorsi li huma rilevanti għal kull kategorja ta’ xogħol inkwistjoni għandhom jiġu determinati minn kull Stat Membru, b’konsultazzjoni mad-detenturi tad-dritt u l-utenti, u jinkludu tal-inqas is-sorsi elenkati fl-Anness.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Is-sorsi elenkati fil-"Linji Gwida ta' Diliġenza Xierqa" imsemmija fil-punt 1 tal-"Memorandum ta' Ftehim dwar il-Linji Gwida ta' Tfittxija Diliġenti għal Xogħlijiet Orfni" għandhom jiġu kkonsultati wkoll.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Fl-eventwalità li t-tiftix diliġenti jitwettaq minn organizzazzjoni oħra għajr organizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1), din tal-aħħar għandha tibqa’ responsabbli għat-tiftix imwettaq.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. It-tfittxija diliġenti hija meħtieġa li ssir biss f’dak l-Istat Membru fejn ix-xogħol ġie ppubblikat jew imxandar għall-ewwel darba.

3. It-tfittxija diliġenti għandha ssir biss fit-territorju tal-Istat Membru fejn ix-xogħol ġie ppubblikat jew imxandar għall-ewwel darba. It-tfittxija għandha titwettaq in bona fide qabel l-użu tax-xogħol.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jekk ikun hemm evidenza li tagħti x’tifhem li d-detenturi tad-dritt mit-territorju ta' Stati Membri oħra kienu involuti fil-ħolqien tax-xogħol, it-tfittxija diliġenti għandha titqies li ġiet konkluża biss jekk tkun inkludiet it-territorji ta' dawk l-Istati Membri.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati tat-tiftix diliġenti mwettaq fit-territorju tagħhom jiġu rreġistrati f’bażi tad-dejta aċċessibbli għall-pubbliku.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati tat-tiftix diliġenti mwettaq fit-territorju tagħhom jiġu rreġistrati f’bażi tad-dejta aċċessibbli għall-pubbliku. Il-bażijiet ta’ dejta tal-Istati Membri għandhom jiġu mfassla u implimentati sabiex jippermettu rabta ma' xulxin f'livell pan-Ewropew.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detentur tad-drittijiet f’xogħol ikollu, f’kull ħin, il-possibbiltà li jtemm l-istatus ta’ xogħol orfni.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detentur tad-drittijiet f’xogħol meqjus orfni jkun, f’kull ħin, intitolat itemm l-istatus ta’ xogħol orfni fir-rigward tad-drittijiet li tali detentur tad-dritt ikun intitolat għalihom.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Xogħol għandu jieqaf ikun xogħol orfni biss jekk jiġu identifikati u misjuba d-detenturi tad-dritt kollha.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Madankollu, sakemm ma jkunx provdut mod ieħor fl-Artikolu 7, l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) ma jistgħux jagħmlu użu minn xogħlijiet orfni sabiex jilħqu għanijiet li mhumiex dawk tal-missjoni tagħhom ta’ interess pubbliku, b’mod partikolari l-konservazzjoni, ir-restawr u l-provvediment ta’ aċċess kulturali u edukattiv għax-xogħlijiet miżmuma fil-kollezzjonijiet tagħhom.

2. L-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) ma jistgħux jagħmlu użu minn xogħlijiet orfni sabiex jilħqu għanijiet li mhumiex dawk tal-missjoni tagħhom ta’ interess pubbliku, b’mod partikolari l-konservazzjoni, ir-restawr u l-provvediment ta’ aċċess kulturali u edukattiv għax-xogħlijiet miżmuma fil-kollezzjonijiet tagħhom.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Jekk, f'każ ta' xogħol orfni, detentur tad-dritt wieħed jew aktar ikun ġie identifikat iżda mhux lokalizzat, l-isem/l-ismijiet tad-detentur(i) tad-dritt għandu/għandhom jiġi/jiġu indikat(i) f'kull użu tax-xogħol.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Din id-Direttiva hija mingħajr ħsara għal-libertà kuntrattwali ta' dawn l-organizzazzjonijiet filwaqt li jwettqu l-missjonijiet ta' interess pubbliku tagħhom

3. Din id-Direttiva hija mingħajr ħsara għal-libertà kuntrattwali ta' dawn l-organizzazzjonijiet filwaqt li jwettqu l-missjonijiet ta' interess pubbliku tagħhom, b’mod partikolari l-ftehimiet ta’ sħubija bejn il-pubbliku u l-privat.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1), meta jagħmlu użu minn xogħol orfni skont il-paragrafu 1, iżommu r-rekords tat-tiftix diliġenti tagħhom u tar-reġistru aċċessibbli għall-pubbliku tal-użu li sar.

imħassar

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid) – subparagrafu 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) li jużaw xogħol orfni b’konformità mal-Artikolu 6(1):

 

1) iżommu r-rekords tat-tiftix diliġenti tagħhom;

 

2) iżommu reġistri aċċessibbli għall-pubbliku tal-użu tagħhom tax-xogħlijiet orfni;

 

3) jindikaw, fi kwalunkwe każ ta’ użu ta’ xogħol orfni fejn detentur tad-dritt wieħed jew iktar ikunu ġew identifikati iżda mhux lokalizzati, l-isem ta’ tali detentur jew detenturi tad-dritt;

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid) – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li detentur tad-dritt li jtemm l-istatus orfni tax-xogħol fir-rigward tad-drittijiet li jkun intitolat għalihom, kif imsemmi fl-Artikolu 5 paragrafu 1, jirċievi remunerazzjoni adegwata u ġusta għall-użu tax-xogħol.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-lista u l-post online tal-bażijiet ta’ dejta fit-territorju tagħhom, u kull modifika sussegwenti fihom, fejn l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) iżommu rekords tat-tfittxijiet diliġenti tagħhom u tal-użu li jagħmlu mix-xogħlijiet orfni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lill-Istati Membri kollha.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4c. Sabiex tiġi evitata duplikazzjoni ta’ diġitizzazzjoni bi spejjeż kbar, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) jibnu netwerk bejniethom bl-iskop li jagħmlu disponibbli għal xulxin ix-xogħlijiet orfni li jinsabu fil-kollezzjonijiet rispettivi tagħhom.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

imħassar

L-użijiet awtorizzati ta’ xogħlijiet orfni

 

1. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-orgainizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) biex jużaw xogħlijiet orfni għall-finijiet oħra minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 6(2), bil-kundizzjoni li:

 

(1) l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) iżommu r-rekords tat-tiftix diliġenti tagħhom;

 

(2) l-organizzazzjonijiet izommu reġistri li huma aċċessibbli għall-pubbliku tal-użu tagħhom tax-xogħlijiet orfni;

 

(3) f'każ ta' xogħol orfni fejn id-detentur tad-dritt ikun ġie identifikat iżda mhux lokalizzat, l-isem tad-detentur tad-dritt jiġi indikat f'kull użu tax-xogħol.

 

(4) id-detenturi tad-dritt li jtemmu l-istatus ta' orfni tax-xogħol, skont it-tifsira tal-Artikolu 5, jiġu renumerati mill-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) għall-użu li jkun sar mix-xogħol.

 

(5) id-detenturi tad-drittijiet jistgħu jikklejmjaw ir-remunerazzjoni tagħhom skont il-punt (4) fi żmien iffissat mill-Istati Membri u li ma għandux ikun inqas minn ħames snin mid-data tal-att li jagħti lok għall-klejm.

 

2. l-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-mezz li bih jiġi awtorizzat l-użu skont it-tifsira tal-paragrafu 1 u jibqgħu liberi li jagħżlu li jiddeċiedu dwar l-użu ta' kwalunkwe dħul li ma jiġix ikklejmjat wara l-iskadenza tal-perjodu ffissat skont il-paragrafu 1(5).

 

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Arranġamenti li jikkonċernaw is-sistemi ta’ ġestjoni tad-drittijiet

 

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-arranġamenti fl-Istati Membri fir-rigward ta’ kwalunkwe forma ta’ sistema ta’ ġestjoni tad-drittijiet, bħalma huma l-liċenzji kollettivi estiżi.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7b

 

Miżuri preventivi

 

L-Istati Membri għandhom, b’koordinazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, jippromwovu l-miżuri preventivi kollha li x’aktarx jillimitaw l-okkorrenza ta’ xogħolijiet orfni fil-futur u jnaqqsu n-numru tagħhom.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-arranġamenti tal-Istati Membri dwar id-diġitizzazzjoni tax-xogħlijiet fuq skala kbira, bħalma huma dawk relatati max-xogħlijiet li ma jkunux kummerċjalment disponibbli.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw fir-rigward tax-xogħlijiet kollha msemmija fl-Artikolu 1 li huma protetti mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur, fil-[data tat-traspożizzjoni].

1. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw fir-rigward tax-xogħlijiet kollha msemmija fl-Artikolu 1 li huma protetti mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur, fi jew wara [d-data tat-traspożizzjoni].

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard minn […]. Huma għandhom jikkomunikaw minn qabel lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw minn qabel lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tibqa' tirrevedi kontinwament l-iżvilupp tas-sorsi ta' informazzjoni dwar id-drittijiet, u għandha tressaq rapport dwar il-possibbiltà li tinkludi fl-ambitu tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, xogħlijiet jew materjal ta' suġġetti protett li bħalissa mhumiex inklużi f'dan l-ambitu, b'mod partikolari fongrammi u ritratti weħedhom u xbihat oħrajn, sa mhux iktar tard wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva u f'intervalli ta' kull sena minn dakinhar 'il quddiem.

Il-Kummissjoni għandha tibqa' tirrevedi kontinwament l-iżvilupp tas-sorsi ta' informazzjoni dwar id-drittijiet, u għandha tressaq rapport dwar il-possibbiltà li tinkludi fl-ambitu tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva l-benefiċjarji għajr dawk imniżżla fl-Artikolu 1(1), u x-xogħlijiet jew suġġetti protetti li bħalissa mhumiex inklużi f'dan l-ambitu, b'mod partikolari ritratti waħedhom u xbihat oħrajn, kif ukoll xogħlijiet mhux ippubblikati ta’ kull tip maħluqa fl-Ewropa, sa mhux iktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u f'intervalli ta' kull sena minn dakinhar 'il quddiem.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Anness – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sorsi msemmijia fl-Artikolu 3(2) għandhom ikunu dawn li ġejjin:

Is-sorsi msemmijia fl-Artikolu 3(2) għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Anness – punt 1 – subpunt a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) Depożitu legali;

a) Katalogi tad-depożitu legali;

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Anness – punt 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) L-assoċjazzjoni tal-pubblikaturi fil-pajjiż rispettiv u l-assoċjazzjonijiet ta’ awturi u ġurnalisti;

(a) Il-pubblikaturi u l-assoċjazzjoni tal-pubblikaturi fil-pajjiż rispettiv u l-assoċjazzjonijiet ta’ awturi u ġurnalisti;

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Anness – punt 3 – subpunt b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) Depożitu legali;

b) Katalogi tad-depożitu legali;

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Anness – punt 5 – subpunt a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) Depożitu legali;

a) Katalogi tad-depożitu legali;

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Anness – punt 5 – punt d a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) Lista tal-parteċipanti u informazzjoni oħra li tidher fuq l-imballaġġ tax-xogħol;

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Anness – punt 5 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db) Bażijiet ta’ dejta/listi tal-membri tal-assoċjazzjonijiet jew l-istituzzjonijiet kollha rilevanti li jirrappreżentaw il-kategorija rilevanti tad-detentur tad-dritt.

  • [1]  ĠU C, 376, 22.12.2011, p. 66.

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (7.12.2011)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti użijiet permessi ta' xogħlijiet orfni
(COM(2011)0289 – C7‑0138/11 – 2011/0136(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Toine Manders

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Qegħdin ngħixu fl-era diġitali. Ċerti nies jgħidu li dak li ma tistax issib fl-internet assolutament ma jeżistix. Fid-dawl tal-vantaġġi enormi li t-tixrid razzjonali ta’ informazzjoni online jista’ jġib għas-Suq Intern, id-diġitazzjoni ta’ materja kulturali ġiet appoġġata u għandha tibqa’ tiġi appoġġata fuq skala Ewropea.

Xogħlijiet orfni huma xogħlijiet li d-detentur jew id-detenturi tad-drittijiet tagħhom ma jistgħux jiġu identifikati jew ma jistgħux jinstabu, filwaqt li biex xogħol isir disponibbli għall-pubbliku, jeħtieġ – bi qbil mal-prinċipji tad-dritt tal-awtur – awtorizzazzjoni mid-detentur tad-drittijiet. Id-Direttiva 2001/29/KE[1] pprovdiet ċerti eċċezzjonijiet li jippermettu l-iskennjar għal skopijiet ta’ preservazzjoni iżda ma jippermettux lil-libreriji jagħmlu xogħlijiet diġitizzati disponibbli fl-internet, anki għal skopijiet mhux kummerċjali.[2]

L-inizjattiva leġiżlattiva preżenti tibni fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-2006 dwar id-diġitazzjoni u l-aċċessibilità online ta’ kontenut kulturali u l-preservazzjoni diġitali.[3] Minkejja r-rakkomandazzjoni, numru żgħir biss ta’ Stati Membri introduċew leġiżlazzjoni dwar xogħlijiet orfni u s-soluzzjonijiet eżistenti huma xorta waħda ċirkoskritti bil-fatt li jillimitaw l-aċċess online għal ċittadini residenti fit-territorji nazzjonali tagħhom u ma jipprovdux għar-rikonoxximent ta’ riċerki diliġenti li diġà twettqu minn stati Membri oħra.

Il-Parlament Ewropew diġà esprima l-appoġġ tiegħu biex tinstab soluzzjoni leġiżlattiva għall-kwistjonijiet problematiċi ta’ xogħlijiet orfni u għall-ħolqien ta’ bażi ta’ dejta biex tiġi ffaċilitata d-disponibilità ta’ informazzjoni[4]. Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ April 2011 dwar Suq Uniku għall-Impriżi u t-Tkabbir[5], il-Parlament enfasizza li l-ħolqien ta’ sistema mtejba għall-ġestjoni tad-drittijiet tal-awtur huwa indispensabbli biex jiġu appoġġati l-innovazzjoni u l-kreattività fi ħdan is-Suq Uniku.

Il-proposta preżenti tal-Kummissjoni għandha l-għan li tippermetti lil-libreriji, lill-istituzzjonijiet edukattivi, lill-mużewijiet u l-arkivji li jipprovdu servizzi speċifiċi fis-Suq Intern, li jinvolvu l-wiri ta’ xogħlijiet orfni online. Wieħed mill-objettivi operazzjonali tal-proposta huwa li jitnaqqsu l-ispejjeż ta’ tranżazzjoni għall-użu online ta’ xogħlijiet orfni minn dawn l-istituzzjonijiet, u wkoll biex jiġi ffaċilitat l-aċċess transkonfinali.

Il-Kummissjoni ppreżentat sitt opzjonijiet fil-valutazzjoni tal-impatt li jakkumpanja l-proposta leġiżlattiva, inkluża l-għażla li ma jsir xejn, u modalitajiet ta’ eżenzjoni statutorja jew l-għoti ta’ liċenzji li jiffaċilita d-diġitazzjoni ta’ xogħlijiet orfni. Filwaqt li tikkunsidra r-riżultati ta’ konsultazzjonijiet wiesgħa mad-diversi partijiet interessati, il-proposta eventwalment tiffavorixxi r-rikonoxximent ta’ soluzzjonijiet nazzjonali li jagħtu s-setgħa lil-libreriji li jipprovdu aċċess online ta’ xogħlijiet orfni. Hawn ta’ min jinnota li l-informazzjoni dwar xogħlijiet orfni identifikati bħala tali fil-ġuriżdizzjonijiet relevanti għandhom ikunu disponibbli universalment u mingħajr ebda ħlas. Fil-każ li detentur tad-drittijiet jagħmel dikjarazzjoni sostanzjata ta’ sjieda fil-pajjiż tal-ewwel pubblikazzjoni, l-awtoritajiet f’dak l-Istat Membru jirrevokaw l-istatus ta’ “xogħlijiet orfni”, u din id-deċiżjoni, min-naħa tagħha, tkun valida fl-Istati Membri l-oħra kollha.

Il-Kummissjoni tagħmel referenza importanti għall-ftehim magħruf bħala l-Google Books Settlement li ntlaħaq fl-2008/2009 bejn Google u l-Authors' Guild and the Association of American Publishers, li jippermetti lil Google juża parti kbira mix-xogħlijiet orfni mingħajr ma jitlob permess minn qabel u li jurihom online fl-Istati Uniti, u b’hekk dan jitfa' lill-Ewropa lura sew f’termini ta’ kompetittività u aċċess għall-wirt uman. Peress li l-Court of the Southern District of New York oppona l-ftehim f’Marzu 2011 (inter alia għal raġunijiet ta’ allegat monopolju dwar l-użu ta’ xogħlijiet orfni li l-Ftehim seta’ jagħti lil Google) u ssuġġerixxa attività leġiżlattiva minflok[6], l-Unjoni Ewropea għandha tieħu l-opportunità biex tipprovdi eżempju ta’ kif din il-kwistjoni tista’ tiġi solvuta b’mod soddisfaċenti għall-utenti u l-benefiċjarji futuri kollha, inklużi d-detenturi tad-drittijiet.

Ir-Rapporteur jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni u jaqbel mal-objettiv speċifiku tagħha li d-disponibilità online mal-UE kollha ta’ xogħlijiet orfni tippromwovi d-diversità kulturali tal-Ewropa u żżid is-sorsi tal-għerf u t-tagħlim.

Madankollu r-Rapporteur iqis xi emendi għall-proposta tal-Kummissjoni. B’mod ġenerali, ir-Rapporteur irid jenfasizza li d-dritt tal-awtur huwa l-bażi għall-innovazzjoni, il-kreazzjoni, l-investimenti u l-produzzjonijiet fl-industrija kreattiva. Il-problemi li jirrigwardaw ix-xogħlijiet orfni għandu jkollhom qafas xieraq, sabiex il-miżuri ma jkunux interpretati b’mod wiesa’ ż-żejjed. Barra minn hekk, ir-Rapporteur jemmen li l-kriterji għar-rimunerazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet għandhom jiġu armonizzati biex jinħolqu ċertezza u garanziji legali fil-livell tal-UE. Hu jqis li huwa importanti li d-detenturi tad-drittijiet ikunu jistgħu jtemmu l-istatus ta’ xogħol orfni permezz ta’ proċedura sempliċi u uniformi fl-Istat Membru tal-għażla tagħhom.

Aktar speċifikament, ir-rapporteur jixtieq jenfasizza l-importanza tal-kompatibilità u l-interoperabilità tal-bażijiet ta’ dejta interkonnessi. Sitwazzjoni fejn xogħol jiġi deskritt bħala xogħol orfni mingħajr ma jkun mistħoqq għandha tiġi evitata.

Skont ir-rapporteur, mistoqsijiet li għadhom jeħtieġu tweġiba huma jekk il-benefiċjarji msemmija fil-proposta tal-Kummissjoni għandux ikollhom definizzjonijiet armonizzati, u kif l-Istati Membri jaffrontaw is-sitwazzjoni fejn Stat Membru jrid jagħmel ir-riċerka xierqa iżda l-informazzjoni disponibbli fi Stat Membru ieħor hija aktar preċiża u aġġornata, u għalhekk aktar adattata għat-tfittxija proprja. Minbarra dan, l-ispettru tal-użu permess jeħtieġ aktar attenzjoni, peress li l-proposta tħalli l-bieb miftuħ għal interpretazzjoni wiesgħa tad-definizzjoni iżda wkoll għal kull tip ta' forma ta’ użu minn Stati Membri varji.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-ħolqien ta’ qafas legali li jiffaċilita d-diġitizzazzjoni u t-tixrid ta’ xogħlijiet li għalihom ma ġie identifikat l-ebda awtur jew, anki jekk ġie identifikat, l-awtur ma nstabx, l-hekk imsejħa xogħlijiet orfni, huwa azzjoni ewlenija tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, kif spjegat fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Aġenda Diġitali għall-Ewropa.

(3) Il-ħolqien ta’ qafas legali li jiffaċilita d-diġitizzazzjoni u t-tixrid ta’ xogħlijiet li għalihom ma ġie identifikat l-ebda detentur tad-drittijiet jew, anki jekk ġie identifikat, id-detentur tad-drittijiet ma nstabx, l-hekk imsejħa xogħlijiet orfni, huwa azzjoni ewlenija tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, kif spjegat fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Aġenda Diġitali għall-Ewropa.

 

(Din l-emenda tapplika għat-test kollu.)

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 4 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Id-dritt tal-awtur huwa l-bażi ekonomika għall-industrija kreattiva, peress li jistimula l-innovazzjoni, il-kreazzjoni, l-investiment u l-produzzjoni. Id-diġitizzazzjoni u t-tixrid ta’ xogħlijiet fuq skala massiva huma għalhekk mezz ta’ protezzjoni tal-wirt kulturali Ewropew. Id-dritt tal-awtur huwa għodda importanti biex jiġi żgurat li s-settur kreattiv jiġi ppremjat għall-ħidma tiegħu.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, materjal ċinematografiku, awdjo u awdjoviżiv fl-arkivji ta' organizzazzjonijiet ta' xandir pubbliku għandu jinftiehem li jinkludi xogħlijiet ikkummissjonati minn tali organizzazzjonijiet għall-isfruttar esklussiv tagħhom.

(Ma teffettwax il-verżjoni Maltija)

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Għal raġunijiet ta’ kortesija internazzjonali, din id-Direttiva għandha tapplika biss għal xogħlijiet li ġew ippubblikati għall-ewwel darba jew imxandra fi Stat Membru.

(11) Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal xogħlijiet li ġew ippubblikati għall-ewwel darba jew imxandra fi Stat Membru. Il-Kummissjoni għandha teżamina s-sitwazzjoni meta xogħol ikun ġie prodott u mxerred permezz ta’ entità minn Stat Membru, iżda l-ewwel ikun ġie pubblikat fi stat barra l-Unjoni Ewropea,

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll il-problema ta’ xogħlijiet li jkunu ġew prodotti f’territorju Ewropew u kienu maħsuba biex jinxterdu fl-Ewropa, iżda l-pubblikazzjoni nnifisha saret f’pajjiżi terzi barra l-Ewropa minħabba inqas spejjeż. Pereżempju, fil-każ tal-British Library din il-problema tikkonċerna 30% tal-kotba, speċjalment dawk stampati l-Indja.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Qabel ma xogħol ikun jista’ jiġi kkunsidrat bħala xogħol orfni, għandha ssir tfittxija diliġenti bi skop tajjeb u raġonevoli għall-awtur. L-Istati Membri għandhom jingħataw permess li jipprovdu li dan it-tiftix diligenti jkun jista' jitwettaq mill-organizzazzjonijiet imsemmija f'din id-Direttiva jew minn organizzazzjonijiet oħrajn.

(12) Qabel ma xogħol ikun jista’ jiġi kkunsidrat bħala xogħol orfni, għandha ssir tfittxija diliġenti bi skop tajjeb u raġonevoli għad-detentur tad-drittijiet. L-Istati Membri għandhom jingħataw permess li jipprovdu li dan it-tiftix diligenti jkun jista' jitwettaq mill-organizzazzjonijiet imsemmija f'din id-Direttiva jew minn organizzazzjonijiet oħrajn, sakemm dawn l-organizzazzjonijiet iwettqu t-tfittxija diliġenti bi skop tajjeb u b’mod raġonevoli u jużaw ir-riżultati sabiex jiksbu objettivi fl-interess pubbliku, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor. Fil-każ tal-aħħar, l-organizzazzjonijiet imsemmija f’din id-Direttiva għandhom jibqgħu responsabbli għat-tiftix diliġenti li jkun sar. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jaħtru korpi pubbliċi intitolati jivverifikaw li tiftix diliġenti jkun sar kif inhu xieraq, bi skop tajjeb u b’mod raġonevoli.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Huwa xieraq li jkun hemm approċċ armonizzat dwar tali tfittxija diliġenti biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tad-dritt tal-awtur fl-Unjoni. Tfittxija diliġenti għandha tinvolvi l-konsultazzjoni ta’ bażijiet ta' dejta pubbliċi li jipprovdu tagħrif dwar l-istatus ta’ xi xogħol fir-rigward tad-dritt tal-awtur. Barra minn hekk, sabiex tiġi evitata diġitizzazzjoni doppja li tiswa ħafna flus, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu ta' xogħlijiet orfni mill-organizzazzjonijiet imsemmija f'din id-Direttiva jiġi rreġistrat f'bażi ta' dejta aċċessibbli. Kemm jista' jkun, il-bażijiet tad-dejta, li huma aċċessibbli għall-pubbliku, u li jinkludu r-riżultati tat-tiftix, u l-użu tax-xogħlijiet orfni għandhom jiġu ppjanati u implimentati b'tali mod li jippermettu interkonnessjoni bejniethom f'livell pan-Ewropew u l-konsultazzjoni dwarhom għandha ssir permezz ta' punt tad-dħul uniku.

(13) Huwa xieraq li jkun hemm approċċ armonizzat dwar tali tfittxija diliġenti biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tad-dritt tal-awtur fl-Unjoni. Tfittxija diliġenti għandha tinvolvi l-konsultazzjoni ta’ bażijiet ta' dejta pubbliċi li jipprovdu tagħrif dwar l-istatus ta’ xi xogħol fir-rigward tad-dritt tal-awtur. Sabiex tiġi evitata duplikazzjoni tal-isforzi ta’ tiftix, sabiex it-tiftix diliġenti raġonevoli jitwettaq bi skop tajjeb, għandu jsir f’dak l-Istat Membru fejn ix-xogħol ġie ppubblikat jew imxandar jew ikkomunikat jew distribwit għall-ewwel darba lill-pubbliku, idża f’xi każijiet jista’ jkun meħtieġ li ssir konsultazzjoni ta’ informazzjoni disponibbli fi Stati Membri oħra. Barra minn hekk, sabiex tiġi evitata diġitizzazzjoni doppja li tiswa ħafna flus u biex jiġi żgurat jekk l-istatus orfni ta’ xogħol ġiex stabbilit fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati ta’ tfittxijiet diliġenti mwettqa fit-territorji tagħhom u l-użu ta' xogħlijiet orfni mill-organizzazzjonijiet imsemmija f'din id-Direttiva jiġu rreġistrati f'bażi ta' dejta aċċessibbli. Kemm jista' jkun, il-bażijiet tad-dejta li huma aċċessibbli għall-pubbliku, disponibbli mingħajr ħlas, u li jinkludu r-riżultati tat-tiftix u tal-użu tax-xogħlijiet orfni, għandhom jiġu ppjanati u implimentati fi ħdan qafas ċar u favorevoli għall-utent, b'tali mod li jippermettu interkonnessjoni u interoperabilità bejniethom f'livell pan-Ewropew u bejn l-Istati Membri differenti, kif ukoll il-konsultazzjoni dwarhom għandha ssir permezz ta' punt tad-dħul uniku.

Ġustifikazzjoni

Hawnhekk il-Premessa 13 u l-Premessa 15 qed jingħaqdu flimkien għal aktar koerenza.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 13 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) L-aċċessibilità online ta’ kontenut kulturali u l-preservazzjoni diġitali spiss ma jirnexxilhomx jilħqu l-potenzjal tagħhom minħabba inter alia riżorsi insuffiċjenti fl-Istati Membri u tentattivi mingħajr suċċess biex il-bażijiet tad-dejta li huma inkompatibbli jiġu interkonnessi. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jintalbu jikkunsidraw l-istandardizzazzjoni fil-livell Ewropew għad-diġitizzazzjoni tax-xogħlijiet, sabiex jittejbu r-reġistrazzjoni ċentrali, l-aċċessibilità u l-interoperabilità tal-bażijiet ta’ dejta pubbliċi tagħhom.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 13 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b) Sabiex jiġi ffaċilitat aċċess transkonfinali għall-bażijiet ta’ dejta aċċessibbli pubblikament online bir-reġistrazzjoni tar-riżultati tat-tiftix u l-użu ta’ xogħlijiet orfni, huwa xieraq li l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-post online fejn jinsabu l-bażijiet ta’ dejta fit-territorju tagħhom u li l-Kummissjoni taqsam tali informazzjoni mal-Istati Membri l-oħra. Għandhom jitfasslu arranġamenti prattiċi li jippermettu l-konsultazzjoni online u l-interkonnessjoni ta’ dawn il-bażijiet ta’ dejta permezz ta’ punt uniku ta’ aċċess Ewropew aċċessibbli mill-pubbliku minn distanza u b’mezzi elettroniċi u li jiffaċilitaw l-aċċess għal informazzjoni li tinsab fihom, b’mod partikolari permezz ta’ mekkaniżmi tekniċi bħal traduzzjonijiet mekkanizzati ddisinnjati sabiex l-ostakli lingwistiċi jitneħħew.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-bażijiet ta’ dejta jew reġistrazzjonijiet ta’ tfittxijiet diliġenti u l-użu ta’ xogħlijiet orfni, speċjalment fil-kuntest transkonfinali, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Sabiex ma jkunx hemm duplikazzjoni tal-isforzi ta’ tiftix, għandu jsir tiftix diliġenti biss f’dak l-Istat Membru fejn ix-xogħol ġie ppubblikat jew imxandar għall-ewwel darba. Sabiex Stati oħrajn ikunu jistgħu jaċċertaw jekk l-istatus ta’ orfni ta’ xi xogħol ġiex stabbilit f’xi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati tat-tiftix diliġenti mwettaq fit-territorju tagħhom jiġu rreġistrati f’bażi ta' dejta aċċessibbli għall-pubbliku.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Hawnhekk il-Premessa 13 u l-Premessa 15 qed jingħaqdu flimkien għal aktar koerenza.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Sabiex jiġu promossi t-tagħlim u l-kultura, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-libreriji, l-istabbilimenti edukattivi u l-mużewijiet, li jkunu aċċessibbli għall-pubbliku, kif ukoll l-arkivji, l-istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku u l-organizzazzjonijiet tax-xandir pubbliku, li jagħmlu xogħlijiet orfni disponibbli u jirriproduċuhom, sakemm tali użu jissodisfa l-missjoni ta’ interess pubbliku tagħhom, b’mod partikolari l-konservazzjoni, ir-restawr u l-provvediment ta’ aċċess kulturali u edukattiv għax-xogħlijiet miżmuma fil-kollezzjonijiet tagħhom. L-istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku għandhom, għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jinkludu organizzazzjonijiet nominati mill-Istati Membri biex jiġbru, jikkatalogaw u jirrestawraw films li jagħmlu parti mill-wirt kulturali tagħhom.

(Ma teffettwax il-verżjoni Maltija)

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) L-arranġamenti kuntrattwali jista' jkollhom irwol fit-tkattir tad-diġitizzazzjoni tal-wirt storiku Ewropew billi hu mifhum li l-libreriji, l-istituzzjonijiet edukattivi, il-mużewijiet jew l-arkivji u l-istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku jistgħu, bil-ħsieb li jwettqu l-użu permess minn din id-Direttiva, jikkonkludu ftehim ma’ sħab kummerċjali għad-diġitizzazzjoni tax-xogħlijiet orfni u jagħmluhom disponibbli. Dawn l-arranġamenti jistgħu jinkludu kontribuzzjonijiet finanzjarji minn dawn is-sħab.

(18) L-arranġamenti kuntrattwali jista' jkollhom irwol fit-tkattir tad-diġitizzazzjoni tal-wirt storiku Ewropew billi hu mifhum li l-libreriji, l-istituzzjonijiet edukattivi, il-mużewijiet jew l-arkivji, l-istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku u x-xandara tas-servizz pubbliku jistgħu, bil-ħsieb li jwettqu l-użu permess minn din id-Direttiva, jikkonkludu ftehim ma’ sħab kummerċjali għad-diġitizzazzjoni tax-xogħlijiet orfni u jagħmluhom disponibbli. Dawn l-arranġamenti jistgħu jinkludu kontribuzzjonijiet finanzjarji minn dawn is-sħab iżda ma għandhomx jagħtuhom drittijiet ta’ sfruttament fir-rigward tax-xogħlijiet. Tali arranġamenti ma għandhomx jinkludu restrizzjonijiet dwar il-mod li bih il-libreriji, l-istabbilimenti edukattivi, il-mużewijiet jew l-arkivji u l-istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku jew awdjo huma permessi skont din id-Direttiva li jużaw xogħlijiet orfni biex jissodisfaw il-missjoni ta’ interess pubbliku tagħhom, b’mod partikulari fir-rigward tal-forniment ta’ aċċess għax-xogħlijiet orfni b’mod mhux esklużiv u mhux diskriminatorju.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 19 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) Il-bażi ekonomika għas-settur kreattiv hija stabbilita permezz ta’ interazzjoni favur il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-wirt kulturali eżistenti, l-edukazzjoni ta’ kwalità u l-manifattura mas-settur kreattiv. L-adozzjoni mill-Istati Membri ta’ politika koerenti f’dawn l-oqsma kollha hija meħtieġa għal settur kreattiv ta’ kwalità.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr ħsara għall-arranġamenti eżistenti fl-Istati Membri fir-rigward tal-ġestjoni tad-drittijiet bħal liċenzji kollettivi estiżi.

(20) Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr ħsara għall-arranġamenti eżistenti u futuri rikonoxxuti legalment fl-Istati Membri fir-rigward tal-ġestjoni tad-drittijiet bħal liċenzji kollettivi estiżi.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) L-Istati għandhom ikunu awtorizzati wkoll li jippermettu l-użu ta' xogħlijiet orfni għal raġunijiet li jmorru lil hinn mill-missjonijiet ta' interess pubbliku ta' organizzazzjonijiet koperti minn din id-Direttiva. F'ċirkostanzi bħal dawn, id-drittijiet u l-interessi leġittimi tad-detenturi tad-drittijiet għandhom jiġu protetti.

(21) L-Istati għandhom ikunu awtorizzati wkoll li jippermettu l-użu ta' xogħlijiet orfni għal raġunijiet li jmorru lil hinn mill-missjonijiet ta' interess pubbliku ta' organizzazzjonijiet koperti minn din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tissostitwixxi l-emenda 7.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Meta Stat Membru jawtorizza, taħt kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, l-użu ta xogħlijiet orfni minn libreriji aċċessibbli għall-pubbliku, istituzzjonijiet edukattivi, mużewijiet, arkivji, istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku jew organizzazzjonijiet ta' xandir pubbliku għal raġunijiet li jmorru lil hinn mill-missjonijiet ta' interess pubbliku, id-detenturi tad-drittijiet li jippreżentaw ruħhom biex jikklejmjaw ix-xogħlijiet għandhom jiġu remunerati. Din ir-remunerazzjoni għandha tikkunsidra t-tip ta' xogħol u l-użu kkonċernati. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li d-dħul li jinġabar minn dan l-użu ta' xogħlijiet orfni għal finijiet ta' remunerazzjoni iżda li ma jiġux ikklejmati wara l-perjodu ta' skadenza ffissat skont din id-Direttiva, għandu jikkontribwixxi għal sorsi ta' informazzjoni tad-drittijiet ta' finanzjament li jiffaċilitaw tiftix diliġenti, bi spiża baxxa u b'mezzi awtomatiċi, fir-rigward ta' kategoriji ta' xogħlijiet li bħalissa jaqgħu jew jistgħu jaqgħu taħt l-ambitu ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(22) Meta Stat Membru jawtorizza, taħt kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, l-użu ta xogħlijiet orfni minn libreriji aċċessibbli għall-pubbliku, istituzzjonijiet edukattivi, mużewijiet, arkivji, istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku jew organizzazzjonijiet ta' xandir pubbliku għal raġunijiet li jmorru lil hinn mill-missjonijiet ta' interess pubbliku, id-detenturi tad-drittijiet li jippreżentaw ruħhom biex jikklejmjaw ix-xogħlijiet għandhom jiġu remunerati. Din ir-remunerazzjoni għandha tkun ekwa, filwaqt li tikkunsidra t-tip ta' xogħol u l-użu kkonċernati. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li d-dħul li jinġabar minn dan l-użu ta' xogħlijiet orfni għal finijiet ta' remunerazzjoni iżda li ma jiġux ikklejmati wara l-perjodu ta' skadenza ffissat skont din id-Direttiva, għandu jikkontribwixxi għal sorsi ta' informazzjoni tad-drittijiet ta' finanzjament li jiffaċilitaw tiftix diliġenti, bi spiża baxxa u b'mezzi awtomatiċi, fir-rigward ta' kategoriji ta' xogħlijiet li bħalissa jaqgħu jew jistgħu jaqgħu taħt l-ambitu ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Din id-Direttiva tapplika għal xogħlijiet ippubblikati jew imxandra għall-ewwel darba fi Stat Membru u li huma:

2. Din id-Direttiva tapplika għal xogħlijiet protetti minn dritt tal-awtur li ġew ippubblikati jew imxandra, ikkomunikati jew distribwiti lill-pubbliku għall-ewwel darba fi Stat Membru u li huma:

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Xogħlijiet fil-forma ta’ ritratti weħedhom u xbihat oħra, li huma inklużi fil-kollezzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1), meta t-tiftix diliġenti jista’ jipproċedi permezz ta’ xi informazzjoni ta’ identifikazzjoni mogħtija ma’ xogħlijiet bħal dawn (p.e. timbri tal-istudio tal-fotografu, eċċ.) u fejn id-drittijiet tal-personalità ma jirrappreżentaw ebda ostakolu legali, jew

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda testendi l-kamp ta’ applikazzjoni ta' din il-proposta għall-inqas għal dawk ir-ritratti u xbihat oħra, fejn it-tiftix diliġenti jista’ jipproċedi u m’hemmx drittijiet tal-personalità minsusa (p.e. ritratti ta’ xenarji).

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Xogħlijiet ċinematografiċi, awdjo jew awdjoviżivi prodotti minn organizzazzjonijiet ta’ xandir pubbliku qabel il-31 ta’ Diċembru 2002 u miżmuma fl-arkivji tagħhom.

(3) Xogħlijiet ċinematografiċi, awdjo jew awdjoviżivi prodotti minn organizzazzjonijiet ta’ xandir pubbliku u miżmuma fl-arkivji tagħhom.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Xogħol għandu jitqies bħala xogħol orfni jekk id-detentur tad-drittijiet fuq ix-xogħol ma jkunx identifikat jew, anki jekk jiġi identifikat, ma jinstabx wara li tfittxija diliġenti għad-detentur tad-dritt titwettaq u tiġi rreġistrata skont l-Artikolu 3.

1. Xogħol għandu jitqies bħala xogħol orfni jekk id-detentur tad-drittijiet fuq ix-xogħol ma jkunx identifikat jew, anki jekk jiġi identifikat, ma jinstabx wara li tfittxija raġonevolment diliġenti għad-detentur tad-dritt titwettaq bi skop tajjeb u tiġi rreġistrata skont l-Artikolu 3.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Fl-eventwalità li t-tiftix diliġenti jitwettaq minn organizzazzjoni oħra għajr organizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1), din tal-aħħar għandha tibqa’ responsabbli għat-tiftix imwettaq.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. It-tfittxija diliġenti hija meħtieġa li ssir biss f’dak l-Istat Membru fejn ix-xogħol ġie ppubblikat jew imxandar għall-ewwel darba.

3. It-tfittxija diliġenti hija meħtieġa li ssir biss, bi skop tajjeb u f’termini raġonevoli, f’dak l-Istat Membru fejn ix-xogħol ġie ppubblikat, imxandar jew ikkomunikat jew distribwit lill-pubbliku fi kwalunkwe forma oħra għall-ewwel darba. Fejn l-ewwel pubblikazzjoni, xandira jew forma oħra ta’ komunikazzjoni jew distribuzzjoni lill-pubbliku saret simultanjament f’żewġ Stati Membri jew aktar, it-tfittija diliġenti għandha titwettaq f’dawk l-Istati Membri kollha.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. F’każijiet fejn il-konfini territorjali ta’ Stat Membru jkunu nbidlu matul iż-żmien, it-tiftix diliġenti fl-Istat Membru tal-ewwel pubblikazzjoni jista’ jeħtieġ konsultazzjoni ta' informazzjoni fi Stat Membru ieħor li miegħu x-xogħol huwa l-aktar assoċjat mill-qrib minħabba raġunijiet ġeografiċi, lingwistiċi jew raġunijiet oħra relevanti.

Ġustifikazzjoni

F’każijiet fejn il-konfini tal-Istat Membri nbidlu matul l-istorja, it-tiftix diliġenti għandu jkun konness mal-Istat Membru li miegħu x-xogħol huwa l-aktar assoċjat mill-qrib minħabba raġunijiet ġeografiċi, lingwistiċi jew raġunijiet oħra relevanti.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Fejn xogħol ċinematografiku jew awdjoviżiv huwa magħruf li huwa koproduzzjoni, it-tiftix diliġenti għandu jitwettaq f’kull wieħed mill-Istati Membri involut fil-koproduzzjoni.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati tat-tiftix diliġenti mwettaq fit-territorju tagħhom jiġu rreġistrati f’bażi tad-dejta aċċessibbli għall-pubbliku.

4. L-Istati Membri jistgħu jaħtru entitajiet pubbliċi biex jivverifikaw li jkun twettaq tiftix diliġenti b’mod xieraq, bi skop tajjeb u b’mod raġonevoli, u għandhom jiżguraw li r-riżultati tat-tiftix diliġenti mwettaq fit-territorju tagħhom jiġi rreġistrat f’bażi tad-dejta aċċessibbli għall-pubbliku, li għandha tkun disponibbli mingħajr ħlas.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detentur tad-drittijiet f’xogħol ikollu, f’kull ħin, il-possibbiltà li jtemm l-istatus ta’ xogħol orfni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detentur tad-drittijiet f’xogħol meqjus li huwa orfni jkollu, f’kull ħin, il-possibbiltà reali li jtemm l-istatus ta’ xogħol orfni b’mod imgħaġġel, uniformi u effettiv f’termini ta’ spejjeż, mill-Istat Membru tal-għażla tiegħu.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 –punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) permezz ta’ atti ta’ riproduzzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, għad-diġitizzazzjoni, id-disponibbiltà, l-indiċjar, il-konservazzjoni jew ir-restawr.

(b) permezz ta’ atti ta’ riproduzzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE għal skopijiet bħat-tiftix, id-diġitizzazzjoni, id-disponibbiltà, l-indiċjar, l-elenkar fil-katalogi, il-konservazzjoni jew ir-restawr.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tippermetti l-elenku miftuħ ta’ skopijiet sabiex tingħata l-possibilità li ssir reazzjoni għall-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-informazzjoni fis-snin li ġejjin mingħajr il-ħtieġa li din il-leġiżlazzjoni tiġi emendata għall-iskopijiet singoli utli, li jistgħu jiġu offruti fil-ġejjieni. Barra minn hekk, f’konformità mal-premessi 1 u 10, l-emenda żżid it-tiftix fost l-eżempji tal-iskopijiet ta’ atti ta’ reproduzzjoni permessi.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Madankollu, sakemm ma jkunx provdut mod ieħor fl-Artikolu 7, l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) ma jistgħux jagħmlu użu minn xogħlijiet orfni sabiex jilħqu għanijiet li mhumiex dawk tal-missjoni tagħhom ta’ interess pubbliku, b’mod partikolari l-konservazzjoni, ir-restawr u l-provvediment ta’ aċċess kulturali u edukattiv għax-xogħlijiet miżmuma fil-kollezzjonijiet tagħhom.

2. Madankollu, sakemm ma jkunx provdut mod ieħor fl-Artikolu 7, l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) ma jistgħux jagħmlu użu minn xogħlijiet orfni sabiex jilħqu għanijiet li mhumiex dawk tal-missjoni tagħhom ta’ interess pubbliku, b’mod partikolari l-konservazzjoni, ir-restawr u l-provvediment ta’ aċċess kulturali, relatat mar-riċerka u edukattiv għax-xogħlijiet miżmuma fil-kollezzjonijiet tagħhom.

Ġustifikazzjoni

F’konformità mal-premessi 1 u 10, din l-emenda tenfasizza l-aċċess għal xogħol orfni anki għal skopijiet ta’ riċerka.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1), meta jagħmlu użu minn xogħol orfni skont il-paragrafu 1, iżommu r-rekords tat-tiftix diliġenti tagħhom u tar-reġistru aċċessibbli għall-pubbliku tal-użu li sar.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1), meta jagħmlu użu minn xogħol orfni skont il-paragrafu 1, iżommu r-rekords tat-tiftix diliġenti tagħhom u tar-reġistru aċċessibbli għall-pubbliku tal-użu li sar u li dawk l-organizzazzjonijiet jiżguraw li fil-każ ta’ xogħol orfni fejn detentur tad-dritt ikun ġie identifikat iżda mhux lokalizzat, l-isem tad-detentur tad-drittijiet ikun indikat fi kwalunkwe użu tax-xogħol.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-lista u l-post online tal-bażijiet ta’ dejta fit-territorju tagħhom, u kull modifika sussegwenti fihom, fejn l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) iżommu rekords tat-tfittxijiet diliġenti tagħhom u tal-użu li jagħmlu mix-xogħlijiet orfni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lill-Istati Membri kollha.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-bażijiet ta’ dejta jew reġistrazzjonijiet ta’ tfittxijiet diliġenti u l-użu ta’ xogħlijiet orfni, speċjalment fil-kuntest transkonfinali, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b. Flimkien mal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu arranġamenti prattiċi biex jiżguraw li l-bażijiet ta’ dejta msemmija hawn fuq ikunu jistgħu jiġu kkonsultati permezz ta’ punt uniku ta’ dħul online fil-livell tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-bażijiet ta’ dejta jew reġistrazzjonijiet ta’ tfittxijiet diliġenti u l-użu ta’ xogħlijiet orfni, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw favur il-ħolqien ta’ punt uniku ta’ dħul online fil-livell tal-Unjoni.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4c. Sabiex tiġi evitata duplikazzjoni ta’ diġitizzazzjoni bi spejjeż kbar, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) jibnu netwerk bejniethom għall-iskop li jagħmlu disponibbli għal xulxin ix-xogħlijiet orfni li jinsabu fil-kollezzjonijiet rispettivi tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tevita d-duplikazzjoni tad-diġitizzazzjoni f’każijiet fejn l-organizzazzjonijiet partikolari diġà jkollhom il-kopji fiżiċi tax-xogħlijiet orfni fil-kollezzjonijiet tagħhom, sabiex ikunu jisgħu jippermettu aċċess lil xulxin għall-kopji diġitizzati ta’ dawn ix-xogħlijiet orfni mingħajr il-bżonn li l-proċess ta’ diġitizzazzjoni jiġi ripetut.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) id-detenturi tad-drittijiet jistgħu jikklejmjaw ir-remunerazzjoni tagħhom skont il-punt (4) fi żmien iffissat mill-Istati Membri u li ma għandux ikun inqas minn ħames snin mid-data tal-att li jagħti lok għall-klejm.

imħassar

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) fejn l-Istati Membri jagħżlu li jippermettu l-użu ta’ xogħlijiet orfni, l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) jistgħu jpoġġu fis-suq ix-xogħol orfni b’mod raġonevoli u bi skop tajjeb sal-mument tali meta l-att li jagħti lok għall-intitolament mid-detentur tad-drittijiet għalih iseħħ għall-ewwel darba. Sa dak il-mument, id-detentur tad-drittijiet ma għandux jiġi remunerat u l-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur ma għandhiex tapplika.

Ġustifikazzjoni

Il-kummerċjalizzazzjoni jkollha l-vantaġġ li organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) jiġu inkuraġġiti jiddiġitizzaw ix-xogħlijiet orfni. Id-detenturi tad-drittijiet jiġu stimulati jikklejmjaw ix-xogħlijiet tagħhom, u l-pubbliku jkollu l-possibilità li jgawdi xogħol orfni aktar kmieni.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jużaw skemi nazzjonali eżistenti jew futuri biex jiffaċilitaw id-diġitizzazzjoni massiva ta’ xogħlijiet orfni u jippermettu l-użu kummerċjali ta’ xogħlijiet orfni.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Arranġamenti rigward il-ġesjoni tad-drittijiet

 

Din id-Direttiva ma għandhiex tippreġudika l-arranġamenti eżistenti u futuri rikonoxxuti legalment fl-Istati Membri li jikkonċernaw il-ġestjoni tad-drittijiet, bħal-liċenzji kollettivi estiżi.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7b

 

Miżuri preventivi

 

B’koordinazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, l-Istati Membri għandhom jippromwovu miżuri biex jipprevjenu l-ħolqien ta’ xogħlijiet orfni fil-ġejjieni.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw b'mod partikolari d-drittijiet tal-privattivi, marki kummerċjali, drittijiet tad-disinn, mudelli ta' utilità, topografiji ta' prodotti semikundutturi, il-kwalità tipografika, aċċess kundizzjonali, aċċess għal servizzi tax-xandir bil-kejbil, protezzjoni ta' teżori nazzjonali, rekwiżiti fuq depożitu legali, liġijiet dwar prattiki restrittivi u kompetizzjoni mhux ġusta, siġriet kummerċjali, siġurtà, kunfidenzjalità, protezzjoni tad-dejta u privatezza, aċċess għal dokumenti pubbliċi, il-liġi kuntrattwali.

(Ma teffettwax il-verżjoni Maltija)

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tibqa' tirrevedi kontinwament l-iżvilupp tas-sorsi ta' informazzjoni dwar id-drittijiet, u għandha tressaq rapport dwar il-possibbiltà li tinkludi fl-ambitu tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, xogħlijiet jew materjal ta' suġġetti protett li bħalissa mhumiex inklużi f'dan l-ambitu, b'mod partikolari fongrammi u ritratti weħedhom u xbihat oħrajn, sa mhux iktar tard wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva u f'intervalli ta' kull sena minn dakinhar 'il quddiem.

Il-Kummissjoni għandha tibqa' tirrevedi kontinwament l-iżvilupp tas-sorsi ta' informazzjoni dwar id-drittijiet, u għandha tressaq rapport dwar il-possibbiltà li tinkludi fl-ambitu tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, benefiċjarji għajr dawk elenkati fl-Artikolu 1(1), u xogħlijiet jew materjal ta' suġġetti protett li bħalissa mhumiex inklużi f'dan l-ambitu, b'mod partikolari fongrammi u ritratti weħedhom u xbihat oħrajn, sa mhux iktar tard wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva u f'intervalli ta' kull sena minn dakinhar 'il quddiem.

Ġustifikazzjoni

Benefiċjarji oħra għajr il-mużewijiet, il-libreriji, eċċ. huma neċessarji jekk xogħlijiet orfni jridu jkunu aċċessibbli għal p.e. produtturi ta’ dokumentarji li jixtiequ jinkludu filmati storiċi, jew għal kwalunkwe imprenditur fis-settur kulturali li jista’ jkun irid jagħmel użu mill-wirt kulturali komuni Ewropew f’xogħlijiet ġodda. Għalkemm id-Direttiva preżenti hija punt ta’ tluq tajjeb għall-indirizzar tal-kwistjoni tax-xogħlijiet orfni, hija ’l bogħod milli tkun soluzzjoni kompluta.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha teżamina kontinwament l-iżvilupp ta’ xogħlijiet li huma barra l-kummerċ, u għandha, sa mhux iktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, u f’intervalli regolari wara dan, tippubblika rapport dwar soluzzjonijiet possibbli fir-rigward tad-diġitizzazzjoni u l-aċċess pubbliku wiesa’ mal-Istati Membri kollha għal tali xogħlijiet.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha taġġorna regolarment (tal-anqas kull sentejn) il-lista tal-korpi msemmija fl-Artikolu 1(1) li huma responsabbli għall-ġestjoni tax-xogħlijiet orfni.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Anness – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sorsi msemmijia fl-Artikolu 3(2) għandhom ikunu dawn li ġejjin:

Is-sorsi msemmijia fl-Artikolu 3(2) għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

PROĊEDURA

Titolu

L-użi permessi ta’ xogħlijiet orfni

Referenzi

COM(2011)0289 – C7-0138/2011 – 2011/0136(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

23.6.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

23.6.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Toine Manders

11.7.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

5.10.2011

5.12.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

5.12.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Cristian Silviu Buşoi, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Jürgen Creutzmann, Cornelis de Jong, Christian Engström, Sandra Kalniete, Edvard Kožušník, Kurt Lechner, Toine Manders, Phil Prendergast, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Emilie Turunen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Hedh, María Irigoyen Pérez, Othmar Karas, Constance Le Grip, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Konstantinos Poupakis, Amalia Sartori, Wim van de Camp, Kerstin Westphal

  • [1]               Direttiva 2001/29/KE tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10-19).
  • [2]               Skont l-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001, il-libreriji jistgħu jipprovdu aċċess biss għal xogħlijiet li jinsabu fuq terminali għal tapposta fuq il-post għal skopijiet ta’ riċerka jew ta’studju privat.
  • [3]               ĠU L 236, 31.8.2006, p. 28-30.
  • [4]               Riżoluzzjoni tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar l-isfruttar tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi (P7_TA(2011)0240, punt 71 u r-Riżoluzzjoni tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar Aġenda Diġitali ġdida għall-Ewropa (ĠU C 81, 15.3.2011, p. 16-25).
  • [5]               2010/2277(INI), punt 56.
  • [6]               http://thepublicindex.org/docs/amended_settlement/opinion.pdf, paġna 23.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (6.12.2011)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti użijiet permessi ta' xogħlijiet orfni
(COM(2011)0289 – C7‑0138/2011 – 2011/0136(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Sabine Verheyen

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Sfond:

L-Unjoni Ewropea għandha wirt kulturali prezzjuż ħafna. Iżda parti kbira minn dan il-wirt jinsab fl-arkivji u fil-bibljoteki tal-Istati Membri u m'huwiex aċċessibbli għaċ-ċittadini Ewropej. B'hekk, sabiex tinżamm id-diversità tal-kultura Ewropea, jeħtieġ li dawn ix-xogħlijiet ikunu disponibbli lil hinn mill-fruntieri.

Fil-preżent, huwa biss fit-territorji nazzjonali rispettivi tagħhom, li l-Istati Membri tal-UE huma f'pożizzjoni li jiddiġitalizzaw ix-xogħlijiet fejn il-persuna li għandha d-drittjiet ma tistax tkun identifikata. Fil-futur, leġiżlazzjoni ġdida se tiffaċilita l-aċċess onlajn mal-Ewropa kollha għax-xogħlijiet orfni ta' dan it-tip.

Il-Proposta tal-Kummissjoni Ewropea għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċertu użi permessi ta' xogħlijiet orfni, tipprovdi bażi għall-ittrattar mal-kotba, il-gazzetti, il-pubblikazzjonijiet perjodiċi, il-films, ix-xogħlijiet mużikali, il-produzzjonijiet televiżivi eċċ., li huma filfatt koperti bid-dritt tal-awtur, iżda li għalihom ma tistax tiġi identifikata l-persuna li għandha d-drittijiet tal-awtur.

Ir-rapporteur tqis il-punti li ġejjin bħala essenzjali:

Objettivi:

Jekk xogħol jirriżulta li huwa xogħol orfni, dan jista' jiġi diġitalizzat u b'hekk ikun disponibbli għall-pubbliku Ewropew (fl-Ewropa kollha).

Permezz tal-pubblikazzjoni bl-internet jew ta' mezzi tad-distribuzzjoni oħrajn, il-varjetà kulturali Ewropea se tiġi inkoraġġuta u tkun aċċessibbli għal kulħadd. Dan se jkun ta' benefiċċju mhux biss għall-mużewijiet, il-libreriji, l-organizzazzjonijiet tax-xandir, l-arkivji, l-universitajiet u stabbilimenti edukattivi jew xjentifiċi simili. Anki l-persuni privati se jkollhom profitt kbir mill-aċċess diġitali għax-xogħlijiet orfni.

Id-diġitalizzazzjoni tax-xogħlijiet orfni hija komponent ċentrali taż-żamma tal-wirt kulturali tal-Unjoni Ewropa, peress li d-Direttiva tippermetti liċ-ċittadini tal-Istati Membri aċċess transkonfinali u leġittimu għal xogħlijiet orfni, li huwa konformi mal-liġi.

Talbiet:

Biċċa xogħol għandha titqies xogħol orfni sakemm jiġu intraċċati 100% tal-persuni li għandhom id-drittijiet tal-awtur. Iżda għandu jiġi żgurat li d-drittijiet tal-persuni fejn hu magħruf li dawn għandhom id-drittijiet tal-awtur, ma jiġux affettwati b'mod negattiv.

Sabiex jiġi aċċertat jekk ix-xogħol huwiex xogħol orfni, għandu jkun hemm tiftix intelliġenti. Dan jinvolvi riċerka impenjattiva li għandha ssir fuq l-ogħla livell tekniku u xjentifiku.

Normalment, l-organizzazzjonijiet tax-xandir ikollhom jagħmlu tiftix attwali fuq perjodu ta' żmien qasir u ma setgħux jagħmlu tiftix biżżejjed minħabba ħin limitat. Il-mużewijiet żgħar, l-arkivji u l-istituti mhux dejjem ikollhom ir-riżorsi umani adegwati jew ir-riżorsi infrastrutturali adegwati u għalhekk ma jkunux jistgħu jagħmlu tiftix diliġenti.

B'hekk huwa essenzjali li fil-proċess ikunu integrati soċjetajiet kollettriċi. Dawn għandu dejjem ikollhom id-dritt li jagħmlu tiftix akkurat f'każ li l-arkivju, il-mużew, ix-xandara eċċ. ma jkunux f'pożizzjoni li jagħmlu dan.

Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom ukoll għan ieħor: Jekk xogħol ikollu mhux persuna waħda biss iżda bosta li jkollhom id-drittijiet tal-awtur, is-soċjetajiet kollettriċi jirrapreżentaw bħala fiduċjarji l-persuna li għandha d-drittijiet tal-awtur li ma tistax tkun identifikata. Pereżempju fil-produzzjonijiet televiżivi, dawn spiss jinvolvu li jiġu kuntattjati 50-100 persuna li għandhom id-drittijiet tal-awtur, u f'dan il-każ huwa rari li kull waħda tkun tista' tiġi identifikata.

Il-libreriji diġitali onlajn bħall-Europeana u l-proġetti ta' diġitalizzazzjoni Ewropej oħra fuq skala kbira jiddependu minn aċċess fl-UE kollha. B'hekk soluzzjoni standard, li tgħaqqad it-territorji differenti tal-Istati Membri, hija indispensabbli.

It-tiftix għal xogħlijiet orfni, kif ukoll id-diġitalizzazzjoni u l-pubblikazzjoni tagħhom, għandhom ikunu bbażati fuq l-aktar xjenza u teknoloġija moderna. B'hekk jeħtieġ li d-direttiva tiffaċilita li anki fil-futur jintużaw l-aktar metodi reċenti. Għal dan il-għan, l-iskambju intensiv tal-perspettivi tal-"best practice" huwa essenzjali fi ħdan l-Istati Membri.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jitlob lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa -1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1) It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-Unjoni tikkunsidra l-aspetti kulturali fl-azzjoni tagħha, partikolarment sabiex tirrispetta u tippromwovi id-diversità tal-kulturi tagħha.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa -1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1a) L-aċċess transkonfinali onlajn fl-Unjoni kollha għal xogħolijiet orfni li jinsabu f'kollezzjonijiet tal-libreriji, uffiċċji tar-rekords, stabbilimenti edukattivi, arkivji, mużewijiet, istituzzjonjiet tal-wirt ċinematografiku, organizzazzjonijiet tax-xandir, organizzazzjonijiet kulturali oħra u f'kollezzjonijiet privati fl-Istati Membri, kif ukoll xogħlijiet li jinsabu f'arkivji minn organizzazzjonijiet ta’ xandir pubbliku, jikkontribwixxi għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika tal-Unjoni.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Libreriji, mużewijiet, arkivji, stabbilimenti edukattivi, istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku u organizzazzjonijiet tax-xandir pubbliku huma impenjati fid-diġitizzazzjoni fuq skala kbira tal-kollezzjonijiet jew arkivji tagħhom biex joħolqu Libreriji Diġitali Ewropej. Libreriji, mużewijiet, arkivji, stabbilimenti edukattivi, istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku u organizzazzjonijiet tax-xandir pubbliku jikkontribwixxu għall-konservazzjoni u t-tixrid tal-wirt kulturali Ewropew, li huwa importanti wkoll għall-ħolqien ta’ Libreriji Diġitali Ewropej bħall-Europeana. It-teknoloġiji għad-diġitizzazzjoni massiva ta’ materjal stampat u għat-tfittxija u l-indiċjar isaħħu l-valur tar-riċerka tal-kollezzjonijiet tal-libreriji.

(1) Libreriji, mużewijiet, uffiċċji tar-rekords, arkivji, stabbilimenti edukattivi, istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku, organizzazzjonijiet tax-xandir u organizzazzjonijiet kulturali oħra fl-Istati Membri, kif ukoll kollezzjonijiet privati huma impenjati fid-diġitizzazzjoni tal-kollezzjonijiet jew arkivji tagħhom. Dawn jikkontribwixxu ukoll għall-konservazzjoni u t-tixrid tal-wirt kulturali Ewropew, li huwa importanti wkoll għall-ħolqien ta’ Libreriji Diġitali Ewropej bħall-Europeana. It-teknoloġiji għad-diġitizzazzjoni massiva ta’ materjal stampat u għat-tfittxija u l-indiċjar isaħħu l-valur tar-riċerka tal-kollezzjonijiet tal-libreriji.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-ħolqien ta’ qafas legali li jiffaċilita d-diġitizzazzjoni u t-tixrid ta’ xogħlijiet li għalihom ma ġie identifikat l-ebda awtur jew, anki jekk ġie identifikat, l-awtur ma nstabx, l-hekk imsejħa xogħlijiet orfni, huwa azzjoni ewlenija tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, kif spjegat fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Aġenda Diġitali għall-Ewropa.

 

(3) Il-ħolqien ta’ qafas legali li jiffaċilita d-diġitizzazzjoni u t-tixrid tal-hekk imsejħa xogħolijiet orfni li għalihom ma ġie identifikat l-ebda detentur tad-drittijiet jew, anki jekk ġie identifikat, l-awtur ma nstabx, huwa azzjoni ewlenija tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, kif spjegat fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Aġenda Diġitali għall-Ewropa.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Id-drittijiet esklussivi tal-awturi għar-riproduzzjoni u li jagħmlu x-xogħol tagħhom disponibbli għall-pubbliku, kif armonizzati skont id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, jeħtieġu l-kunsens tal-awtur qabel id-diġitizzazzjoni jew qabel ix-xogħol isir disponibbli.

(4) Id-drittijiet esklussivi tal-awturi għar-riproduzzjoni u li jagħmlu x-xogħol tagħhom disponibbli għall-pubbliku, kif armonizzati skont id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, jeħtieġu l-kunsens tal-awtur qabel id-diġitizzazzjoni, qabel ix-xogħol isir disponibbli u qabel il-komunikazzjoni ta' xogħol lill-pubbliku.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Fil-każ ta’ xogħlijiet orfni, ma jistax jinkiseb dan kunsens bil-quddiem biex jitwettqu atti ta’ riproduzzjoni jew biex xogħlijiet jitqiegħdu online.

(5) Fil-każ ta’ xogħlijiet orfni, dan il-kunsens bil-quddiem biex jitwettqu atti ta’ riproduzzjoni, biex xogħlijiet isiru disponibbli jew biex jiġu kkomunikati lill-pubbliku ma jistax jinkiseb.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Approċċi differenti fl-Istati Membri għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ orfni jistgħu joħolqu ostakli għall-funzjonament tas-suq intern u l-użu transkonfinali ta’ xogħlijiet orfni. Tali approċi differenti jistgħu jirriżultaw ukoll f’restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu tal-oġġetti u s-servizzi li jinkorporaw kontenut kulturali. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku ta’ tali status.

(6) Approċċi differenti fl-Istati Membri għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ orfni jistgħu joħolqu ostakli għall-funzjonament tas-suq intern u l-użu transkonfinali ta’ xogħlijiet orfni. Tali approċi differenti jistgħu jirriżultaw ukoll f’restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu tal-oġġetti u s-servizzi li jinkorporaw kontenut kulturali, u jagħmulha diffiċli għall-pubbliku biex jaċċedi u jibbenefika minn dan it-tip ta' prodotti u servizzi. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku ta’ tali status.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) B’mod partikolari, approċċ komuni biex jiġi determinat l-istatus ta’ orfni u l-użu permess tax-xogħlijiet orfni huwa meħtieġ biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fis-suq intern fir-rigward tal-użu ta’ xogħlijiet orfni minn libreriji, mużewijiet, stabbilimenti edukattivi, arkivji, istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku u organizzazzjonijiet tax-xandir pubbliku.

(7) B’mod partikolari, approċċ komuni biex jiġi determinat l-istatus ta’ orfni u l-użu permess tax-xogħlijiet orfni huwa meħtieġ biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fis-suq intern fir-rigward tal-użu ta’ xogħlijiet orfni minn libreriji, mużewijiet, uffiċċji tar-rekords, arkivji, stabbilimenti edukattivi, istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku, organizzazzjonijiet tax-xandir u organizzazzjonijiet kulturali oħrajn fl-Istati Membri, kif ukoll bħala kollezzjonijiet privati.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Xogħlijiet ċinematografiċi, awdjo u awdjoviżivi li jinsabu fl-arkivji ta' organizzazzjonijiet ta' xandir pubbliku u dawk prodotti minnhom jinkludu xogħlijiet orfni. Meta wieħed iqis il-pożizzjoni speċjali li x-xandara għandhom bħala produtturi ta' materjal awdjo u awdjoviżiv u l-ħtieġa li jiġu adottati miżuri biex ikun hemm limitu għall-fenomeni tax-xogħlijiet orfni fil-ġejjieni, huwa xieraq li tiġi ffissata data ta' għeluq fir-rigward tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għal dak li jikkonċerna x-xogħlijiet fl-arkivji ta' organizzazzjonijiet tax-xandir.

imħassar

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Hu essenzjali li jiġi evitat il-ħolqien ta' xogħolijiet orfni fil-futur, b'kunsiderazzjoni tal-produzzjoni u t-tixrid dejjem tiżdied ta' kontenut onlajn fl-era diġitali. Hija meħtieġa indikazzjoni ċara dwar kif għandhom jiġu identifikati u lokalizzati d-detenturi tad-drittijiet, flimkien ma' reġistrazzjoni partikolari, bħala prekundizzjoni għat-twettiq sħiħ tad-drittijiet tagħhom. Jenħtieġ ukoll li jinħoloq qafas b'saħħtu għall-akkwiżizzjoni tad-drittijiet. Il-qafas legali għandu jkun miftuħ għal żviluppi tekniċi u għandu jkun flessibbli biżżejjed biex jippermetti kuntratti bejn id-detenturi tad-drittijiet fil-futur.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, materjal ċinematografiku, awdjo u awdjoviżiv fl-arkivji ta' organizzazzjonijiet ta' xandir pubbliku għandu jinftiehem li jinkludi xogħlijiet ikkummissjonati minn tali organizzazzjonijiet għall-isfruttar esklussiv tagħhom.

(9) Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, materjal ċinematografiku u xogħlijiet li jagħmlu parti minn materjal awdjo u awdjoviżiv, ritratti u immaġni oħrajn, jew kontribuzzjonijiet lil xogħlijiet li jinsabu fihom, miżmuma fl-arkivji ta' organizzazzjonijiet tax-xandir u f'organizzazzjonijiet kulturali oħrajn għandu jinftiehem li jinkludi xogħlijiet ikkummissjonati minn tali organizzazzjonijiet għall-isfruttar esklussiv tagħhom.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Għal raġunijiet ta’ kortesija internazzjonali, din id-Direttiva għandha tapplika biss għal xogħlijiet li ġew ippubblikati għall-ewwel darba jew imxandra fi Stat Membru.

imħassar

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Qabel ma xogħol ikun jista’ jiġi kkunsidrat bħala xogħol orfni, għandha ssir tfittxija diliġenti bi skop tajjeb u raġonevoli għall-awtur. L-Istati Membri għandhom jingħataw permess li jipprovdu li dan it-tiftix diligenti jkun jista' jitwettaq mill-organizzazzjonijiet imsemmija f'din id-Direttiva jew minn organizzazzjonijiet oħrajn.

(12) Qabel ma xogħol ikun jista’ jiġi kkunsidrat bħala xogħol orfni, għandha ssir tfittxija diliġenti raġonevoli għad-detenturi tad-drittijiet tiegħu. L-Istati Membri għandhom jistipolaw li l-organizzazzjonijiet li jkunu jixtiequ jużawh jingħataw l-għażla li jew iwettqu dan it-tiftix diliġenti bil-mezzi tagħhom stess jew billi dan jitwettaq minn organizzazzjonijiet oħrajn, inkluż soċejtajiet kollettriċi.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Huwa xieraq li jkun hemm approċċ armonizzat dwar tali tfittxija diliġenti biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tad-dritt tal-awtur fl-Unjoni. Tfittxija diliġenti għandha tinvolvi l-konsultazzjoni ta’ bażijiet ta' dejta pubbliċi li jipprovdu tagħrif dwar l-istatus ta’ xi xogħol fir-rigward tad-dritt tal-awtur. Barra minn hekk, sabiex tiġi evitata diġitizzazzjoni doppja li tiswa ħafna flus, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu ta' xogħlijiet orfni mill-organizzazzjonijiet imsemmija f'din id-Direttiva jiġi rreġistrat f'bażi ta' dejta aċċessibbli. Kemm jista' jkun, il-bażijiet tad-dejta, li huma aċċessibbli għall-pubbliku, u li jinkludu r-riżultati tat-tiftix, u l-użu tax-xogħlijiet orfni għandhom jiġu ppjanati u implimentati b'tali mod li jippermettu interkonnessjoni bejniethom f'livell pan-Ewropew u l-konsultazzjoni dwarhom għandha ssir permezz ta' punt tad-dħul uniku.

(13) Huwa xieraq li jkun hemm approċċ armonizzat dwar tali tfittxija diliġenti biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tad-dritt tal-awtur fl-Unjoni. Tfittxija diliġenti għandha tinvolvi l-konsultazzjoni ta’ bażijiet ta' data pubbliċi li jipprovdu tagħrif dwar l-istatus ta’ xi xogħol fir-rigward tad-dritt tal-awtur. Barra minn hekk, sabiex tiġi evitata diġitizzazzjoni doppja li tiswa ħafna flus, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu ta' xogħlijiet orfni jiġi rreġistrat f'bażi ta' data aċċessibbli. Kemm jista' jkun, il-bażijiet tad-data, li huma aċċessibbli għall-pubbliku, u li jinkludu r-riżultati tat-tiftix, u l-użu tax-xogħlijiet orfni għandhom jiġu ppjanati u implimentati b'tali mod li jippermettu interkonnessjoni bejniethom f'livell pan-Ewropew u l-konsultazzjoni dwarhom għandha ssir permezz ta' punt tad-dħul uniku.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Xogħlijiet orfni jista’ jkollhom diversi awturi jew jinkludu xogħlijiet oħrajn jew materjal protett. Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa d-drittijiet ta’ detenturi tad-drittijiet magħrufa jew identifikati.

(14) Xogħlijiet orfni jista’ jkollhom diversi detenturi tad-drittijiet jew jinkludu xogħlijiet oħrajn jew materjal protett. Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa d-drittijiet ta’ detenturi tad-drittijiet magħrufa jew identifikati.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Huwa xieraq li jkun hemm provvediment biex l-awturi jkunu intitolati li jtemmu l-istatus ta’ xogħol orfni fil-każ li jippreżentaw ruħhom biex jikklejmjaw ix-xogħlijiet tagħhom.

imħassar

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Sabiex jiġu promossi t-tagħlim u l-kultura, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-libreriji, l-istabbilimenti edukattivi u l-mużewijiet, li jkunu aċċessibbli għall-pubbliku, kif ukoll l-arkivji, l-istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku u l-organizzazzjonijiet tax-xandir pubbliku, li jagħmlu xogħlijiet orfni disponibbli u jirriproduċuhom, sakemm tali użu jissodisfa l-missjoni ta’ interess pubbliku tagħhom, b’mod partikolari l-konservazzjoni, ir-restawr u l-provvediment ta’ aċċess kulturali u edukattiv għax-xogħlijiet miżmuma fil-kollezzjonijiet tagħhom. L-istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku għandhom, għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jinkludu organizzazzjonijiet nominati mill-Istati Membri biex jiġbru, jikkatalogaw u jirrestawraw films li jagħmlu parti mill-wirt kulturali tagħhom.

(17) Sabiex jiġu promossi t-tagħlim u l-kultura, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-libreriji, l-istabbilimenti edukattivi u l-mużewijiet, li jkunu aċċessibbli għall-pubbliku, kif ukoll l-arkivji, uffiċċji ta' rekords, l-istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku u l-organizzazzjonijiet tax-xandir pubbliku, li jagħmlu xogħlijiet orfni disponibbli, jikkomunikawhom lill-pubbliku u jirriproduċuhom, sakemm tali użu jissodisfa l-missjoni ta’ interess pubbliku tagħhom, b’mod partikolari l-konservazzjoni, ir-restawr u l-provvediment ta’ aċċess kulturali u edukattiv għax-xogħlijiet miżmuma fil-kollezzjonijiet tagħhom. L-istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku għandhom, għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jinkludu organizzazzjonijiet nominati mill-Istati Membri biex jiġbru, jikkatalogaw u jirrestawraw films li jagħmlu parti mill-wirt kulturali tagħhom.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) L-arranġamenti kuntrattwali jista' jkollhom irwol fit-tkattir tad-diġitizzazzjoni tal-wirt storiku Ewropew billi hu mifhum li l-libreriji, l-istituzzjonijiet edukattivi, il-mużewijiet jew l-arkivji u l-istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku jistgħu, bil-ħsieb li jwettqu l-użu permess minn din id-Direttiva, jikkonkludu ftehim ma’ sħab kummerċjali għad-diġitizzazzjoni tax-xogħlijiet orfni u jagħmluhom disponibbli. Dawn l-arranġamenti jistgħu jinkludu kontribuzzjonijiet finanzjarji minn dawn is-sħab.

(18) L-arranġamenti kuntrattwali jista' jkollhom irwol fit-tkattir tad-diġitizzazzjoni tal-wirt storiku Ewropew billi hu mifhum li l-libreriji, l-istituzzjonijiet edukattivi, il-mużewijiet, l-uffiċċji tar-rekords jew l-arkivji, l-istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku, organizzazzjonijiet tax-xandir u istituzzjonijiet kulturali oħrajn fl-Istati Membri, kif ukoll kollezzjonijiet privati, jistgħu, bil-ħsieb li jwettqu l-użu permess minn din id-Direttiva, jikkonkludu ftehim ma’ sħab kummerċjali għad-diġitizzazzjoni tax-xogħlijiet orfni, biex jagħmluhom disponibbli u biex jikkomunikawhom lill-pubbliku. Dawn l-arranġamenti jistgħu jinkludu kontribuzzjonijiet finanzjarji minn dawn is-sħab.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Sabiex jitrawwem l-aċċess taċ-ċittadini tal-Unjoni għall-wirt kulturali tal-Ewropa, huwa meħtieġ wkoll li jiġi żgurat li xogħlijiet orfni li jkunu ġew diġitizzati u jkunu disponibbli għall-pubbliku f’xi Stat Membru, ikunu disponibbli wkoll fi Stati Membri oħrajn. Libreriji aċċessibbli għall-pubbliku, istituzzjonijiet edukattivi, mużewijiet, arkivji, istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku u organizzazzjonijiet tax-xandir tas-servizz pubbliku li jużaw xogħlijiet orfni biex jissodisfaw missjonijiet ta' interess pubbliku għandhom ikunu jistgħu jagħmlu x-xogħlijiet disponibbli għall-pubbliku fi Stati Membri oħra.

(19) Sabiex jitrawwem l-aċċess taċ-ċittadini tal-Unjoni għall-wirt kulturali tal-Ewropa, huwa meħtieġ wkoll li jiġi żgurat li xogħlijiet orfni li jkunu ġew diġitizzati u jkunu disponibbli għall-pubbliku jew ikkomunikati lill-pubbliku f’xi Stat Membru, ikunu disponibbli wkoll fi Stati Membri oħrajn.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr ħsara għall-arranġamenti eżistenti fl-Istati Membri fir-rigward tal-ġestjoni tad-drittijiet bħal liċenzji kollettivi estiżi.

(20) Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr ħsara għall-arranġamenti eżistenti u futuri fir-rigward tal-ġestjoni tad-drittijiet fl-Istati Membri.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Meta Stat Membru jawtorizza, taħt kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, l-użu ta xogħlijiet orfni minn libreriji aċċessibbli għall-pubbliku, istituzzjonijiet edukattivi, mużewijiet, arkivji, istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku jew organizzazzjonijiet ta' xandir pubbliku għal raġunijiet li jmorru lil hinn mill-missjonijiet ta' interess pubbliku, id-detenturi tad-drittijiet li jippreżentaw ruħhom biex jikklejmjaw ix-xogħlijiet għandhom jiġu remunerati. Din ir-remunerazzjoni għandha tikkunsidra t-tip ta' xogħol u l-użu kkonċernati. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li d-dħul li jinġabar minn dan l-użu ta' xogħlijiet orfni għal finijiet ta' remunerazzjoni iżda li ma jiġux ikklejmati wara l-perjodu ta' skadenza ffissat skont din id-Direttiva, għandu jikkontribwixxi għal sorsi ta' informazzjoni tad-drittijiet ta' finanzjament li jiffaċilitaw tiftix diliġenti, bi spiża baxxa u b'mezzi awtomatiċi, fir-rigward ta' kategoriji ta' xogħlijiet li bħalissa jaqgħu jew jistgħu jaqgħu taħt l-ambitu ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(22) Meta Stat Membru jawtorizza, taħt kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, l-użu ta xogħlijiet orfni minn libreriji aċċessibbli għall-pubbliku, istituzzjonijiet edukattivi, mużewijiet, arkivji, istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku jew organizzazzjonijiet ta' xandir pubbliku għal raġunijiet li jmorru lil hinn mill-missjonijiet ta' interess pubbliku, id-detenturi tad-drittijiet li jippreżentaw ruħhom biex jikklejmjaw ix-xogħlijiet għandhom jiġu remunerati. Din ir-remunerazzjoni għandha tikkunsidra t-tip ta' xogħol u l-użu kkonċernati. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li d-dħul li jinġabar minn dan l-użu ta' xogħlijiet orfni għal finijiet ta' remunerazzjoni iżda li ma jiġux ikklejmati wara l-perjodu ta' skadenza ffissat skont din id-Direttiva, għandu jaqdi skopijiet soċjokulturali għall-ġid pubbliku. L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li dan id-dħul jintuża biex ikopri l-ispejjeż tat-tfittxija diliġenti jew taż-żamma u s-servicing tal-banek ta’ data meħtieġa għal dan l-għan.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Direttiva tirrigwarda ċertu użu li jsir minn libreriji aċċessibbli għall-pubbliku, stabbilimenti edukattivi jew mużewijiet kif ukoll minn arkivji, istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku u organizzazzjonijiet ta’ xandir pubbliku ta’ xogħlijiet orfni.

1. Din id-Direttiva tirrigwarda ċertu użu ta' xogħolijiet orfni fl-Istati Membri.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Din id-Direttiva tapplika għal xogħlijiet ippubblikati jew imxandra għall-ewwel darba fi Stat Membru u li huma:

2. Din id-Direttiva tapplika għal xogħlijiet ippubblikati, imxandra, murija, magħmula disponibbli jew ikkomunikati lill-pubbliku għall-ewwel darba fi Stat Membru u li huma:

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Xogħlijiet ippubblikati f’forma ta’ kotba, ġurnali, gazzetti, rivisti jew kitba oħra, u li jinsabu f’kollezzjonijiet ta’ libreriji aċċessibbli għall-pubbliku, stabbilimenti elettroniċi, mużewijiet jew arkivji, jew

(1) Xogħlijiet f’forma ta’ kotba, ġurnali, gazzetti, rivisti jew kitba oħra, ritratti u xogħlijiet tal-arti, jew

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Xogħlijiet ċinematografiċi, awdjo jew awdjoviżivi prodotti minn organizzazzjonijiet ta’ xandir pubbliku qabel il-31 ta’ Diċembru 2002 u miżmuma fl-arkivji tagħhom.

(3) Xogħlijiet ċinematografiċi, jew xogħolijiet li jiffurmaw parti minn xogġolijiet ta' awdjo jew awdjoviżivi prodotti minn organizzazzjonijiet ta’ xandir u miżmuma fl-arkivji tagħhom.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Ir-reġistrazzjonijiet ta’ preżentazzjonijiet diretti, jew ritratti u immaġini oħra ta’ preżentazjzonijiet pubbliċi, li jinsabu fil-kollezzjonijiet ta’ istituzzjonijiet kulturali oħra.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

 

Definition

 

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, 'detenturi tad-drittijiet' tfisser min joħloq ix-xogħlijiet u detenturi tad-drittijiet fuq materjal protett relatat.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Xogħol għandu jitqies bħala xogħol orfni jekk id-detentur tad-drittijiet fuq ix-xogħol ma jkunx identifikat jew, anki jekk jiġi identifikat, ma jinstabx wara li tfittxija diliġenti għad-detentur tad-dritt titwettaq u tiġi rreġistrata skont l-Artikolu 3.

1. Xogħol għandu jitqies bħala xogħol orfni jekk wieħed jew iktar mid-detentur tad-drittijiet ma jkunux identifikat jew, anki jekk jiġu identifikati, ma jinstabux wara li tfittxija diliġenti għad-detentur tad-dritt titwettaq u tiġi rreġistrata skont l-Artikolu 3.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta xogħol ikollu aktar minn detentur tad-drittijiet wieħed u wieħed mid-detenturi tad-drittijiet ikun ġie identifikat u misjub, dak ix-xogħol m’għandux jitqies bħala xogħol orfni.

2. Meta xogħol ikollu aktar minn detentur tad-drittijiet tal-awtur wieħed, l-awtorizzazzjoni mogħtija minn dawk id-detenturi tad-drittijiet li setgħu jinstabu għandha titqies suffiċenti sabiex jintuża x-xogħol fit-totalità tiegħu jekk detenturi oħra tad-drittijiet ma setgħux jiġu identifikati jew jinstabu kif definit minn din id-Direttiva. Fil-każ ta’ xogħlijiet li l-partijiet individwali tagħhom jistgħu jiġu attribwiti b’mod ċar lil detenturi tad-drittijiet differenti, kull parti tax-xogħol għandha tkun suġġetta għal investigazzjoni speċifika sabiex jiġi determinat jekk dan huwiex xogħol orfni fis-sens tal-paragrafu 1.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-sorsi li huma rilevanti għal kull kategorja ta’ xogħol għandhom jiġu determinati minn kull Stat Membru, b’konsultazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet u l-utenti, u jinkludu s-sorsi kollha elenkati fl-Anness.

2. Is-sorsi li huma rilevanti għal kull kategorja ta’ xogħol jew kwalunkwe materjal protett għandhom jiġu determinati minn kull Stat Membru, bi qbil mad-detenturi tad-drittijiet u l-utenti, u jistgħu jinkludu s-sorsi elenkati fl-Anness.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. It-tfittxija diliġenti hija meħtieġa li ssir biss f’dak l-Istat Membru fejn ix-xogħol ġie ppubblikat jew imxandar għall-ewwel darba.

3. It-tfittxija diliġenti hija meħtieġa li ssir biss f’dak l-Istat Membru fejn ix-xogħol ġie ppubblikat, imxandar, muri, sar disponibbli jew ġie kkomunikat lill-pubbliku għall-ewwel darba qabel l-użu ta' dak ix-xogħol. mandankollu, meta hemm inċertezza raġonevoli dwar il-post tal-ewwel pubblikazzjoni, xandir, wirja, disponibilità jew komunikazzjoni lill-pubbliku, tfittix diliġenti jista’ jiġi estiż għal Stati Membri oħra.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Fil-każ li x-xogħol ċinematografiku jew awdjoviżiv suġġett għal tfittxija diliġenti huwa magħruf bħala koproduzzjoni, it-tfittxija diliġenti għandha titwettaq f’kull wieħed mill-Istati Membri fejn seħħet il-koproduzzjoni.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b. Il-persuni li jkunu jixtiequ jużaw xogħol li d-detenturi tad-drittijiet tagħhom, anke wara tfittxija diliġenti, ma jkunux jistgħu jinstabu, jistgħu jagħtu s-setgħa lil soċjetajiet kolletriċi awtorizzati biex joperaw f'isem dawk id-detenturi tad-drittijiet.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta dan ikun konformi mal-liġi tal-Unjoni u l-ftehimiet internazzjonali dwar id-dritt tal-awtur u d-drittijiet relatati, l-Istati Membri jistgħu jadottaw arranġamenti komprensivi li jipprovdu għal sistemi sempliċi u estiżi għad-dikjarazzjoni tad-drittijiet.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detentur tad-drittijiet f’xogħol ikollu, f’kull ħin, il-possibbiltà li jtemm l-istatus ta’ xogħol orfni.

Meta xogħol meqjus bħala ordni jkollu detentur tad-drittijiet wieħed, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dak id-detentur tad-drittijiet ikollu, f’kull ħin, il-possibbiltà li jtemm l-istatus ta’ xogħol orfni.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Remunerazzjoni għad-detenturi tad-drittijiet

 

Id-detenturi tad-dritt li jtemmu l-istatus ta' orfni tax-xogħol, skont it-tifsira tal-Artikolu 5, għandhom jiġu renumerati mill-organizzazzjonijiet imsemmija li temmuh. Id-detenturi tad-drittijiet jistgħu jikklejmjaw ir-remunerazzjoni tagħhom fi żmien iffissat mill-Istati Membri u li ma għandux ikun inqas minn ħames snin mid-data tal-att li jagħti lok għall-klejm. Jekk soċjetà kollettriċi skont l-Artikolu 3(4b) kienet intitolata tiġbor remunerazzjoni għad-detenturi tad-drittijiet bħala fiduċjarja, it-talba għar-remunerazzjoni għandha ssir kontra s-soċjetà kollettriċi.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) jitħallew jużaw xogħol orfni bil-modi li ġejjin:

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li xogħlijiet orfni jew kontribuzzjonijiet orfni għal xogħlijiet jistgħu jintużaw bil-modi li ġejjin:

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) billi jagħmlu x-xogħol orfni disponibbli, skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/29/KE;

(a) billi jikkomunikaw ix-xogħol orfni lill-pubbliku u jagħmluh disponibbli, skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/29/KE;

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Madankollu, sakemm ma jkunx provdut mod ieħor fl-Artikolu 7, l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) ma jistgħux jagħmlu użu minn xogħlijiet orfni sabiex jilħqu għanijiet li mhumiex dawk tal-missjoni tagħhom ta’ interess pubbliku, b’mod partikolari l-konservazzjoni, ir-restawr u l-provvediment ta’ aċċess kulturali u edukattiv għax-xogħlijiet miżmuma fil-kollezzjonijiet tagħhom.

2. Madankollu, l-organizzazzjonijiet li jużaw xogħlijiet orfni ma jistgħux jagħmlu dan sabiex jilħqu għanijiet li mhumiex dawk tal-missjoni tagħhom ta’ interess pubbliku, b’mod partikolari l-konservazzjoni u r-restawr ta’ xogħlijiet miżmuma fil-kollezzjonijiet tagħhom u l-provvediment ta’ aċċess għal dawk ix-xogħlijiet għal skopijiet kulturali edukattivi u ta’ riċerka.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jagħżlu metodu partikolari għall-ġestjoni ta’ drittijiet, bħal pereżempju l-liċenzjar kollettiv estiż. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-arranġamenti eżistenti u futuri fl-Istati Membri f'dan ir-rigward.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Sabiex din id-Direttiva tkun kompletament effettiva, l-organizzazzjonijiet tax-xandir għandhom ikunu jistgħu jużaw ix-xogħlijiet rikonoxxuti bħala xogħlijiet orfni, bil-kundizzjonaijiet stabbiliti minn din id-Direttiva, waqt l-attivitajiet normali tagħhom.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

imħassar

L-użijiet awtorizzati ta’ xogħlijiet orfni

 

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-orgainizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) biex jużaw xogħlijiet orfni għall-finijiet oħra minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 6(2), bil-kundizzjoni li:

imħassar

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) iżommu r-rekords tat-tiftix diliġenti tagħhom;

imħassar

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) l-organizzazzjonijiet izommu reġistri li huma aċċessibbli għall-pubbliku tal-użu tagħhom tax-xogħlijiet orfni;

imħassar

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) f'każ ta' xogħol orfni fejn id-detentur tad-dritt ikun ġie identifikat iżda mhux lokalizzat, l-isem tad-detentur tad-dritt jiġi indikat f'kull użu tax-xogħol.

imħassar

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) id-detenturi tad-dritt li jtemmu l-istatus ta' orfni tax-xogħol, skont it-tifsira tal-Artikolu 5, jiġu renumerati mill-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) għall-użu li jkun sar mix-xogħol.

imħassar

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) id-detenturi tad-drittijiet jistgħu jikklejmjaw ir-remunerazzjoni tagħhom skont il-punt (4) fi żmien iffissat mill-Istati Membri u li ma għandux ikun inqas minn ħames snin mid-data tal-att li jagħti lok għall-klejm.

imħassar

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. l-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-mezz li bih jiġi awtorizzat l-użu skont it-tifsira tal-paragrafu 1 u jibqgħu liberi li jagħżlu li jiddeċiedu dwar l-użu ta' kwalunkwe dħul li ma jiġix ikklejmjat wara l-iskadenza tal-perjodu ffissat skont il-paragrafu 1(5).

imħassar

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Rekords tal-użu u r-remunerazzjoni

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tfittix diliġenti għal xogħlijiet orfni jew kontribuzzjonijiet orfni għal xogħlijiet jiġi rrekordjat f’forma li tkun aċċessibbli għall-pubbliku. Għal dan il-għan, f'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni, huma għandhom ifasslu standards uniformi minimi għall-Unjoni kollha u jipprovaw jistabbilixxu jew jużaw bank ċentrali ta’ data.

 

2. Fil-każ ta’ xogħlijiet orfni jew kontribuzzjonijiet orfni għal xogħlijiet fejn id-detenturi tad-drittijiet ġew identifikati iżda ma nstabux, l-ismijiet ta’ dawn il-persuni għandhom jiġu indikati kull meta x-xogħlijiet jintużaw.

 

3. Dħul disponibbli fi ħdan is-soċjetajiet kollettriċi li ma jiġix ikklejmat wara l-perjodu ta’ skadenza ffissat skont l-Artikolu 5a għandu jintuża għall-finijiet li għalihom is-soċjetajiet kollettriċi normalment jużaw tali dħul. L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li dan id-dħul jintuża biex ikopri l-ispejjeż tat-tfittxija diliġenti jew taż-żamma u l-manteniment tal-banek ta’ data meħtieġa għal dan l-għan.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Miżuri preventivi

 

B’koordinazzjoni mal-atturi kkonċernati relevanti l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-miżuri ta’ prevenzjoni kollha li jistgħu jillimitaw l-preżenza ta’ xogħolijiet orfni u jnaqqsu n-numru tagħhom.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

imħassar

Applikazzjoni f'waqtha

 

1. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw fir-rigward tax-xogħlijiet kollha msemmija fl-Artikolu 1 li huma protetti mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur, fil-[data tat-traspożizzjoni].

 

2. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr ħsara għal kwalunkwe att konkluż u kwanlunkwe drittijiet miksuba qabel [data tat-traspożizzjoni].

 

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Anness – punt 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) L-assoċjazzjoni tal-pubblikaturi fil-pajjiż rispettiv u l-assoċjazzjonijiet ta’ awturi u ġurnalisti;

(a) Il-pubblikaturi u l-assoċjazzjoni tal-pubblikaturi fil-pajjiż rispettiv u l-assoċjazzjonijiet ta’ awturi u ġurnalisti;

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Anness – punt 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) Il-kumpanija ta’ pubblikazzjoni

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Anness – punt 5 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Għal xogħlijiet awdjoviżivi li jinsabu f’kollezzjonijiet ta’ istituzzjonijiet tal-wirt ċinematrografiku u organizzazzjonijiet tax-xandir pubbliku:

(5) Għal xogħlijiet awdjoviżivi li jinsabu f’kollezzjonijiet ta’ istituzzjonijiet tal-wirt ċinematrografiku u organizzazzjonijiet tax-xandir:

PROĊEDURA

Titolu

Ċerti użijiet permessi ta’ xogħlijiet orfni

Referenzi

COM(2011)0289 – C7-0138/2011 – 2011/0136(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

23.6.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

23.6.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Sabine Verheyen

13.7.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

4.10.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

23.11.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

0

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdi Cristiano Allam, Maria Badia i Cutchet, Zoltán Bagó, Malika Benarab-Attou, Lothar Bisky, Piotr Borys, Silvia Costa, Santiago Fisas Ayxela, Mary Honeyball, Petra Kammerevert, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Marek Henryk Migalski, Doris Pack, Chrysoula Paliadeli, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Marco Scurria, Joanna Senyszyn, Emil Stoyanov, Hannu Takkula, Sampo Terho, László Tőkés, Helga Trüpel, Gianni Vattimo, Sabine Verheyen

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Seán Kelly, Ramona Nicole Mănescu, Hans-Peter Martin, Mitro Repo

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jaromír Kohlíček, Claudiu Ciprian Tănăsescu

PROĊEDURA

Titolu

L-użi permessi ta’ xogħlijiet orfni

Referenzi

COM(2011)0289 – C7-0138/2011 – 2011/0136(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

24.5.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

23.6.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

23.6.2011

IMCO

23.6.2011

CULT

23.6.2011

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

15.6.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Lidia Joanna Geringer de Oedenberg

11.7.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

11.10.2011

22.11.2011

25.1.2012

 

Data tal-adozzjoni

1.3.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Alexandra Thein, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Cristian Silviu Buşoi, Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, Angelika Niebler, Dagmar Roth-Behrendt

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Oreste Rossi, Jacek Włosowicz

Data tat-tressiq

22.3.2012