RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/105/KE u 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

26.3.2012 - (COM(2011)0315 – C7-0150/2011 – 2011/0150(COD)) - ***I

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Lara Comi


Proċedura : 2011/0150(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0069/2012

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/105/KE u 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(COM(2011)0315 – C7‑0150/2011 – 2011/0150(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0315),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0150/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Settembru 2011[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar is-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0069/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-istandardizzazzjoni Ewropea tagħti spinta wkoll lill-kompetittività tal-impriżi speċjalment billi tiffaċilita l-moviment liberu tal-prodotti u s-servizzi, l-interoperabbiltà tan-netwerks, il-mezzi tal-komunikazzjoni, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni. L-standards ikollhom effett ekonomiku pożittiv, pereżempju billi jippromwovu interpenetrazzjoni ekonomika fis-suq intern u jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ prodotti jew swieq ġodda u kundizzjonijiet tal-provvista mtejba. L-istandards b'hekk iżidu l-kompetizzjoni u jbaxxu l-ispejjeż tal-produzzjoni u tal-bejgħ, bir-riżultat li huma ta’ benefiċċju għall-ekonomiji b’mod ġenerali. L-istandards jistgħu jżommu u jtejbu l-kwalità, jipprovdu l-informazzjoni u jiżguraw l-interoperabbiltà u kumpatibbiltà u b’hekk iżidu l-valur għall-konsumaturi.

(2) L-istandardizzazzjoni Ewropea tagħti spinta wkoll lill-kompetittività tal-impriżi speċjalment billi tiffaċilita l-moviment liberu tal-prodotti u s-servizzi, l-interoperabbiltà tan-netwerks, il-mezzi tal-komunikazzjoni, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni. L-istandardizzazzjoni Ewropea ssaħħaħ il-kompetittività globali tal-industrija Ewropea, meta tkun stabbilita f'koordinazzjoni mal-Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Internazzjonali, jiġifieri l-Organizzazzjoni tal-Istandardizzazzjoni Internazzjonali (ISO), il-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (IEC) u l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU). L-istandards ikollhom effett ekonomiku pożittiv, pereżempju billi jippromwovu interpenetrazzjoni ekonomika fis-suq intern u jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ prodotti jew swieq ġodda u kundizzjonijiet tal-provvista mtejba. L-istandards b'hekk iżidu l-kompetizzjoni u jbaxxu l-ispejjeż tal-produzzjoni u tal-bejgħ, bir-riżultat li huma ta’ benefiċċju għall-ekonomiji b’mod ġenerali u għall-konsumaturi b'mod partikolari. L-istandards jistgħu jżommu u jtejbu l-kwalità, jipprovdu l-informazzjoni u jiżguraw l-interoperabbiltà u kumpatibbiltà u b’hekk iżidu is-sikurezza u l-valur għall-konsumaturi.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-istandards Ewropej għandhom jibqgħu jkunu adottati mill-entitajiet Ewropej ta’ twaqqif tal-istandards, jiġifieri l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u l-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI).

(3) Is-sistema ta’ standardizzazzjoni Ewropea hija sistema volontarja u mmexxija mis-suq, organizzata skont il-prinċipji stabbiliti mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) fl-Anness III tal-Ftehim WTO dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ. L-istandards Ewropej huma adottati mill-Organizzazzjonijet tal-Istandardizzazzjoni Ewropej, jiġifieri l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u l-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI).

Ġustifikazzjoni

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar viżjoni strateġika għal standards Ewropej (COM(2011)0311 finali), tirreferi għall-Ostakli Tekniċi tad-WTO għall-Ftehim dwar il-Kummerċ bħala bażi li dwarha ntlaħaq ftehim internazzjonali għall-prinċipji ewlenin tal-istandardizzazzjoni. Fil-kuntest ta' dan ir-regolament u b'konformità mal-isforzi tal-UE għall-promozzjoni ta' standards ta' kooperazzjoni internazzjonali, għandha ssir referenza għal kriterji tad-WTO rikonoxxuti internazzjonalment; l-istabbiliment ta' listi ġodda ta' prinċipji jista' jkun f'kunflitt ma' tali kriterji.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) L-istandards Ewropej għandhom rwol importanti ħafna fis-suq intern, prinċipalment permezz tal-preżunzjoni tal-konformità tal-prodotti li jkunu se jitpoġġew fis-suq minħabba li r-rekwiżiti essenzjali ta' dawn il-prodotti jkunu stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

(4) L-istandards Ewropej għandhom rwol importanti ħafna fis-suq intern, pereżempju permezz tal-preżunzjoni tal-konformità tal-prodotti li jkunu se jitpoġġew fis-suq minħabba li r-rekwiżiti essenzjali ta' dawn il-prodotti jkunu stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-biċċa l-kbira tal-istandards ma jappoġġawx direttament il-leġiżlazzjoni u l-politiki Ewropej, u għalhekk it-test jista' jqarraq b'dak li jkun.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) L-istandardizzazzjoni għandha rwol dejjem aktar importanti fil-kummerċ internazzjonalli u fil-ftuħ tas-swieq. B’konformità mal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Teknika bejn l-ISO u s-CEN (Ftehim ta’ Vjenna) u l-Ftehim ta' Dresden, l-Unjoni qed tipprova tippromwovi t-tfassil ta' standards fil-livell internazzjonali, biex b'hekk l-impriżi u l-industriji Ewropej isiru aktar kompetittivi fix-xena internazzjonali. Imma l-istandardizzazzjoni tista' wkoll tintuża minn pajjiżi terzi bħala strument antikompetittiv li joħloq ostakli tekniċi għall-kummerċ. Il-kooperazzjoni bejn il-korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej u internazzjonali hija fundamentali, imma l-Unjoni għandha tippromwovi wkoll approċċi bilaterali billi tikkoordina l-attivitajiet ta' standardizzazzjoni tagħha mas-sħab tagħha, pereżempju fil-kuntest tad-djalogu transatlantiku.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b) Il-promozzjoni tal-istandards Ewropej għandha sseħħ ukoll permezz ta' kuntratti bilaterali waqt in-negozjar ta' ftehimiet jew permezz tal-issekondar ta' esperti ta' standardizzazzjoni f'pajjiżi terzi, bħal ma sar fil-każ taċ-Ċina. Inizzjattiva bħal din għandha tiġi mnedija b'mod prijoritarju mal-Indja, ir-Russja u l-Brażil.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4c) Barra mill-istandards imfassla mill-Organizzazzjonijiet ta' Standardizzazzjoni nazzjonali, Ewropej u internazzjonali, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi huma mfassla minn fora u konsorzji. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi huma utli f’dawk is-sitwazzjonijiet fejn m’hemmx standards eżistenti. Fuq kollox, permezz tad-dimensjoni internazzjonali tal-fora u l-konsorzji, dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jippermettu l-ftuħ tas-swieq barra mill-Unjoni u jillimitaw l-ostakli tekniċi għall-kummerċ, b'mod partikolari fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informatika u tal-komunikazzjoni (ICT). L-Unjoni għandha tħeġġeġ il-kuntatti bejn il-korpi ta' standardizzazzjoni u dawk il-forums u l-konsorzji filwaqt li tevita li tinħoloq sistema li tikkompeti mal-istandardizzazzjoni.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 4d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4d) Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu preċiżi meta jiddefinixxu r-rekwiżiti essenzjali fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li jarmonizzaw il-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti sabiex tiġi evitata miżinterpretazzjoni min-naħa tal-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni fir-rigward tal-objettivi, u l-livell ta' protezzjoni, stabbiliti minn din il-leġiżlazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Ara l-kliem użat fil-paragrafu 15 tar-rapport tal-Parlament Ewropew dwar il-futur tal-Istandardizzazzjoni Ewropea (A7-0276/2010).

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

(5a) Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-futur tal-Istandardizzazzjoni Ewropea1 stabbiliet għadd importanti ta' rakkomandazzjonijiet strateġiċi rigward ir-rieżami tas-Sistema Ewropea ta' Standardizzazzjoni.

 

_____________

 

1ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 56.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a) Meta l-Kummissjoni, skont l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament, titlob l-Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Ewropej biex jabbozzaw standard Ewropew jew il-prodott tal-istandard Ewropew, hija għandha tirrispetta l-qsim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri kif stabbiliti fit-TFUE, partikolarment l-Artikoli 14, 151, 152, 153, 165, 166 u 168 tiegħu u l-Protokoll Nru 26 dwar is-Servizzi ta’ Interess Ġenerali, li huma relatati mal-politika soċjali, it-taħriġ vokazzjonali, is-saħħa pubblika u s-servizzi ta’ interess ġenerali, li jinkludu servizzi ta’ interessi ekonomiċi ġenerali.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Fl-Unjoni, l-istandards nazzjonali jiġu adottati minn korpi nazzjonali għall-istandardizzazzjoni, u dan jista' jwassal għal standards konfliġġenti u tfixkil tekniku fis-suq intern. Għaldaqstant jeħtieġ, fl-interess tas-suq intern u għall-effiċaċja tal-istandardizzazzjoni fl-Unjoni, li jiġi kkonfermat l-iskambju regolari tal-informazzjoni preżenti fost il-korpi nazzjonali għall-istandardizzazzjoni, il-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni u l-Kummissjoni, dwar il-ħidma attwali u tal-ġejjieni fuq l-istandardizzazzjoni. Dan l-iskambju ta' informazzjoni għandu jsir skont l-Anness 3 għall-Ftehim dwar ix-Xkiel Tekniku għall-Kummerċ approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 80/271/KEE tal-10 ta' Diċembru 1979 dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet Multilaterali li rriżultaw min-negozjati kummerċjali ta' bejn l-1973 u 1979.

(10) Fl-Unjoni, l-istandards nazzjonali jiġu adottati minn Organizzazzjonijiet Nazzjonali tal-Istandardizzazzjoni, u dan jista' jwassal għal standards konfliġġenti u tfixkil tekniku fis-suq intern. Għaldaqstant jeħtieġ, fl-interess tas-suq intern u għall-effikaċja tal-istandardizzazzjoni fl-Unjoni, li jiġi kkonfermat l-iskambju regolari tal-informazzjoni preżenti fost l-Organizzazzjonijiet Nazzjonali tal-Istandardizzazzjoni, l-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni u l-Kummissjoni, dwar il-ħidma attwali u tal-ġejjieni fuq l-istandardizzazzjoni, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-arranġamenti rigward l-istatus quo applikabbli għall-organizzazzjonijiet nazzjonali tal-istandardizzazzjoni fil-qafas tal-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni. Dan l-iskambju ta' informazzjoni għandu jsir skont l-Anness 3 għall-Ftehim dwar ix-Xkiel Tekniku għall-Kummerċ approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 80/271/KEE tal-10 ta' Diċembru 1979 dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet Multilaterali li rriżultaw min-negozjati kummerċjali ta' bejn l-1973 u 1979.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) L-istandards jistgħu jgħinu lill-politika Ewropea tindirizza l-isfidi l-kbar soċjali bħat-tibdil fil-klima, l-użu sostenibbli tar-riżorsi, it-tixjiħ, u l-innovazzjoni b'mod ġenerali. Bit-tmexxija tal-iżvilupp ta' standards Ewropej jew internazzjonali għall-oġġetti u t-teknoloġiji f'dawn is-swieq li qegħdin jespandu, l-Ewropa tista' toħloq vantaġġ kompetittiv għall-kumpaniji tagħha u tiffaċilita l-kummerċ.

(12) Għalkemm l-istandards huma primarjament għodda mmexxija mis-suq li jintużaw fuq bażi volontarja mill-partijiet interessati, jistgħu jgħinu lill-politika Ewropea tindirizza l-isfidi l-kbar soċjali bħall-globalizzazzjoni, il-kriżi ekonomika u finanzjarja, l-innovazzjoni, il-punti dgħajfa tas-suq komuni, it-tibdil fil-klima, l-użu sostenibbli tar-riżorsi, il-popolazzjoni li qed tixjiħ, l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà, il-ħarsien tal-konsumatur, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema. Bit-tmexxija tal-iżvilupp ta' standards Ewropej jew internazzjonali għall-oġġetti u t-teknoloġiji f'dawn is-swieq li qegħdin jespandu, l-Ewropa tista' toħloq vantaġġ kompetittiv għall-kumpaniji tagħha u tiffaċilita l-kummerċ, b'mod partikolari għall-impriżi ż-żgħar u medji (‘SMEs’), li jirrappreżentaw proporzjon kbir tal-kumpaniji Ewropej.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) L-istandards huma għodda importanti għall-impriżi u speċjalment għal dawk żgħar u medji (minn hawn 'il quddiem "SME") li, minkejja dan, mhumiex involuti biżżejjed fis-sistema ta' standardizzazzjoni u għalhekk hemm ir-riskju li l-istandards ma jqisux il-bżonnijiet u l-interessi tal-SME. Għaldaqstant, huwa essenzjali li tiżdied ir-rappreżentanza u l-parteċipazzjoni ta' dawn fil-proċess ta' standardizzazzjoni, partikolarment fil-kumitati tekniċi.

(13) L-istandards huma għodda importanti għall-kompetittività tal-impriżi u speċjalment għal dawk żgħar u medji (minn hawn 'il quddiem "SME"), li l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċess ta' standardizzazzjoni hija essenzjali għall-progress teknoloġiku fl-UE. Għaldaqstant, huwa essenzjali li r-regoli ta’ standardizzazzjoni jinkoraġġixxu l-SMEs biex jipprovdu s-soluzzjonijiet teknoloġiċi innovattivi tagħhom għal sforzi ta’ standardizzazzjoni billi jtejbu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-livell nazzjonali, fejn jistgħu jkunu aktar effikaċi minħabba kostijiet aktar baxxi u nuqqas ta' ostakli lingwistiċi, b'konformità mal-prinċipju tad-delega nazzjonali. Għaldaqstant, huwa essenzjali li dan ir-Regolament għandu jtejjeb ir-rappreżentanza u l-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-kumitati tekniċi nazzjonali u jiffaċilita l-aċċess effikaċi tagħhom għall-istandards. L-Organizzazzjonijiet tal-Istandards Nazzjonali għandhom jinkoraġġixxu d-delegati tagħhom biex iqisu l-fehmiet tal-SMEs fil-kumitati tekniċi Ewropej.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Huwa importanti li jitħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Organizzazzjonijiet Nazzjonali tal-Istandardizzazzjoni dwar kif l-aħjar li tiġi ffaċilitata u mtejba l-parteċipazzjoni tal-SMEs f'attivitajiet ta' standardizzazzjoni.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) L-istandards Ewropej huma ta' interess kruċjali għall-kompetittività tal-SMEs li, b'danakollu ma għandhomx biżżejjed rappreżentanza b'mod ġenerali f' attivitajiet ta' standardizzazzjoni, b'mod partikolari f'livell Ewropew. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jiżgura rappreżentanza xierqa tal-SME fil-proċess ta' standardizzazzjoni Ewropea minn entità li għandha l-kwalifiki xierqa.

(14) L-istandards Ewropej huma ta' interess kruċjali għall-kompetittività tal-SMEs li, b'danakollu ma għandhomx biżżejjed rappreżentanza f’diversi oqsma f’attivitajiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jiffaċilita u jiżgura parteċipazzjoni xierqa tal-SMEs fil-proċess ta' standardizzazzjoni Ewropea minn entità li għandha kuntatt effettiv u tirrapreżenta b'mod xieraq lill-impriżi ż-żgħar u medji u lill-organizzazzjonijiet tagħhom fil-livell nazzjonali.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-istandards jistgħu jkollhom impatt kbir fuq is-soċjetà b'mod partikolari fuq is-sikurezza u l-benessri taċ-ċittadini, fuq l-effiċjenza tan-netwerks, fuq l-ambjent, u fuq oqsma oħra tal-politika pubblika. Għalhekk jeħtieġ li niżguraw li jkunu msaħħa r-rwol u l-feħmiet tal-partijiet interessati soċjali fit-tfassil tal-istandards permezz ta' appoġġ għall-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumaturi, tal-ambjent u tal-partijiet interessati soċjali.

(15) L-istandards jistgħu jkollhom impatt kbir fuq is-soċjetà b'mod partikolari fuq is-sikurezza u l-benessri taċ-ċittadini, fuq l-effiċjenza tan-netwerks, fuq l-ambjent, is-sikurezza u l-kondizzjonijiet tal-ħaddiema, l-aċċessibilità u fuq oqsma oħra tal-politika pubblika. Għalhekk jeħtieġ li niżguraw li jkunu msaħħa r-rwol u l-fehmiet tal-partijiet interessati li jirrappreżentaw l-interess pubbliku u soċjetali fit-tfassil tal-istandards permezz ta' appoġġ għall-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumaturi, inklużi tal-persuni b'diżabbiltajiet, tas-saħħa pubblika, tal-ambjent, u tal-partijiet interessati soċjali oħra, inklużi rappreżentanti ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema (‘sħab soċjali’).

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Fil-parti l-kbira tal-Istati Membri, l-awtoritajiet pubbliċi qed juru interess limitat fil-parteċipazzjoni fil-proċess tal-iżvilupp ta' standards, minkejja l-importanza tal-istandardizzazzjoni bħala għodda li tappoġġja l-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Dan ir-Regolament, għalhekk, għandu jiżgura l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi fil-kumitati tekniċi nazzjonali kollha b'mod li jiġu riflessi l-iżvilupp jew ir-reviżjoni tal-istandards Ewropej mitluba mill-Kummissjoni. Il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali hija partikolarment kruċjali għall-funzjonament xieraq tal-leġiżlazzjoni fl-oqsma koperti mill-'Approċċ il-Ġdid', u sabiex jiġu evitati objezzjonijiet ex post għal standards armonizzati.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Kemm jista' jkun, l-istandards għandhom iqisu l-impatti ambjentali tul il-ħajja tal-prodotti u tas-servizzi. Iċ-Ċentru Konġunt Għar-Riċerka tal-Kummissjoni żviluppa għodda importanti u disponibbli għall-pubbliku li permezz tagħhom issir valutazzjoni ta' dawn l-impatti tul il-ħajja tal-prodotti u tas-servizzi.

(16) L-istandards għandhom iqisu l-impatti ambjentali tul il-ħajja tal-prodotti u tas-servizzi. Iċ-Ċentru Konġunt Għar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni żviluppa għodda importanti u disponibbli għall-pubbliku li permezz tagħhom issir valutazzjoni ta' dawn l-impatti tul il-ħajja tal-prodotti u tas-servizzi. Dan ir-Regolament, għalhekk, għandu jiżgura li l-JRC jista' jkollu rwol attiv fis-sistema tal-istandardizzazzjoni Ewropea.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-vijabbiltà tal-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u s-sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea tiddependi fuq l-attenzjoni li biha jiġu ppjanati talbiet futuri għall-iżvilupp ta' standards. Dan l-ippjanar jista' jittejjeb, partikolarment billi l-partijiet interessati jagħtu l-fehmiet tagħhom. Peress li d-Direttiva 98/34/KE diġà tistipula dwar il-possibbiltà li l-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni jfasslu d-dettalji tal-istandards Ewropej, jixraq li jiġi stabbilit ippjanar aħjar u iktar trasparenti f'programm ta' ħidma annwali li jkun fih ħarsa ġenerali tat-talbiet kollha għall-istandards li l-Kummissjoni biħsiebha tippreżenta lill-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni.

(17) Il-vijabbiltà tal-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u s-sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea tiddependi fuq l-attenzjoni li biha jiġu ppjanati talbiet futuri għall-iżvilupp ta' standards. Dan l-ippjanar jista' jittejjeb, partikolarment billi l-partijiet interessati jagħtu l-fehmiet tagħhom bl-introduzzjoni ta' mekkaniżmi sabiex jinġabru l-opinjonijiet u jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni fost il-partijiet interessati kollha. Peress li d-Direttiva 98/34/KE diġà tistipula dwar il-possibbiltà li l-Organizzazzjonijiet Ewropej għall-Istandardizzazzjoni jfasslu d-dettalji tal-istandards Ewropej, jixraq li jiġi stabbilit ippjanar aħjar u iktar trasparenti f'programm ta' ħidma annwali li jkun fih ħarsa ġenerali tat-talbiet kollha għall-istandards li l-Kummissjoni biħsiebha tippreżenta lill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni. Madankollu, peress li l-istandards huma primarjament għodod tas-suq, jeħtieġ li jiġi żgurat livell għoli ta' kooperazzjoni bejn l-Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Ewropej u l-Kummissjoni għall-istabbiliment tal-programm ta' ħidma annwali tal-istandardizzazzjoni Ewropew sabiex jiġi żgurat li l-istandards li l-Kummissjoni bi ħsiebha titlob mill-Organizzazzjonijiet għall-Istandardizzazzjoni Ewropej, ikunu mmexxija mis-suq.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Konsultazzjoni aħjar bejn il-Kummissjoni u l-Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Ewropej hija meħtieġa wkoll qabel ma tinħareġ talba għal xogħol ġdid ta' standardizzazzjoni, sabiex ikun żgurat li l-Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Ewropej janalizzaw ir-relevanza tas-suq tas-suġġett propost, jiżguraw li dan huwa limitat għad-definizzjoni tal-mezzi tekniċi sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika mfassla mil-leġiżlatur, u jwieġbu aktar fil-pront dwar jekk jistgħux jagħmlu x-xogħol ta' standardizzazzjoni li ġie mitlub.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 17b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17b) Sabiex jitħaffef il-proċess ta' standardizzazzjoni u tkun faċilitata l-parteċipazzjoni tal-partijiet kollha interessati f’dan il-proċess, l-Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Ewropej u Nazzjonali għandhom, fil-metodi tax-xogħol tagħhom, jagħmlu l-aħjar użu mit-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Bosta Direttivi li jarmonizzaw il-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti jispeċifikaw li l-Kummissjoni tista' titlob l-adozzjoni mill-korpi għall-istandardizzazzjoni Ewropea ta' standards armonizzati Ewropej li abbażi tagħhom tiġi preżunta l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli. Iżda ħafna minn dawn l-atti leġiżlattivi fihom varjetà kbira ta' dispożizzjonijiet dwar oġġezzjonijiet għal dawn l-istandards meta dawn tal-aħħar ma jkoprux jew ma jkoprux għal kollox, ir-rekwiżiti applikabbli kollha. Dispożizzjonijiet diverġenti li jirriżultaw fl-inċertezza għall-operaturi ekonomiċi u l-korpi għall-istandardizzazzjoni Ewropea jinsabu b'mod partikolari fid-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv; id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-dħul fis-suq u s-superviżjoni ta' splussivi għall-użu ċivili; id-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw it-tagħmir u s-sistemi ta' protezzjoni maħsuba għall-użu f'atmosferi potenzjalment esplussivi; id-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni; id-Direttiva 95/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 1995 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-lifts; id-Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Mejju 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ apparat ta’ pressjoni; id-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-istrumenti tal-kejl; id-Direttiva 2007/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 dwar it-tqegħid fis-suq ta' oġġetti pirotekniċi; id-Direttiva 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 marbuta ma’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni; u d-Direttiva 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar strumenti tal-użin mhux awtomatiċi. Għalhekk jeħtieġ li f'dan ir-Regolament tkun inkluża l-proċedura uniformi stipulata fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE, u li jitħassru d-dispożizzjonijiet relevanti f'dawk id-Direttivi.

(18) Bosta Direttivi li jarmonizzaw il-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti jispeċifikaw li l-Kummissjoni tista' titlob l-adozzjoni mill-Organizzazzjonijiet għall-istandardizzazzjoni Ewropej ta' standards armonizzati Ewropej li abbażi tagħhom tiġi preżunta l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli. Iżda ħafna minn dawn l-atti leġiżlattivi fihom varjetà kbira ta' dispożizzjonijiet dwar oġġezzjonijiet għal dawn l-istandards meta dawn tal-aħħar ma jkoprux jew ma jkoprux għal kollox, ir-rekwiżiti applikabbli kollha. Dispożizzjonijiet diverġenti li jirriżultaw fl-inċertezza għall-operaturi ekonomiċi u l-Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Ewropej jinsabu b'mod partikolari fid-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv; id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-dħul fis-suq u s-superviżjoni ta' splussivi għall-użu ċivili; id-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw it-tagħmir u s-sistemi ta' protezzjoni maħsuba għall-użu f'atmosferi potenzjalment esplussivi; id-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni; id-Direttiva 95/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 1995 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-lifts; id-Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Mejju 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ apparat ta’ pressjoni; id-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-istrumenti tal-kejl; id-Direttiva 2007/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 dwar it-tqegħid fis-suq ta' oġġetti pirotekniċi; id-Direttiva 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 marbuta ma’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni; u d-Direttiva 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar strumenti tal-użin mhux awtomatiċi. Għalhekk jeħtieġ li f'dan ir-Regolament tkun inkluża l-proċedura uniformi stipulata fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE, u li jitħassru d-dispożizzjonijiet relevanti f'dawk id-Direttivi, billi barra minn hekk jiġi estiż għall-Parlament Ewropew id-dritt li joġġezzjona għal standard armonizzat li ma jkoprix, jew ma jkoprix għalkollox, ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli kollha fil-leġiżlazzjoni korrispondenti, meta din tkun ġiet adottata skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Ġustifikazzjoni

Ara l-kliem użat fil-paragrafu 25 tar-rapport tal-Parlament Ewropew dwar il-futur tal-Istandardizzazzjoni Ewropea (A7-0276/2010). Billi l-Parlament Ewropew jipparteċipa fuq l-istess livell tal-Kunsill fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja, huwa leġittimu li d-dritt ta' oġġezzjoni għal standard armonizzat jiġi estiż għall-Parlament Ewropew.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jużaw fis-sħiħ il-medda kollha tal-istandards relevanti meta jkunu qegħdin jixtru xi hardware, software u servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, pereżempju billi jagħżlu standards li jistgħu jiġu implimentati mill-fornituri interessati kollha, dan jagħti lok għal iżjed kompetizzjoni u jitnaqqas ir-riskju ta' saturazzjoni. Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi jispeċifikaw li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fil-akkwist pubbliku għandhom jiġu fformulati b'referenza għal standards nazzjonali li jittrasponu l-istandards Ewropej, l-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni, l-istandards internazzjonali, sistemi oħrajn ta' referenza teknika stabbiliti mill-korpi Ewropej għall-istandards jew – fejn dawn ma jeżistux – għal standards nazzjonali, approvazzjonijiet tekniċi nazzjonali jew speċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali marbutin mat-tfassil, il-kalkolu u l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet u l-użu tal-prodotti, jew l-ekwivalenti. Iżda l-istandards fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ħafna drabi jiġu żviluppati minn organizzazzjonijiet oħra għall-iżvilupp tal-istandards u ma jidħlu f'ebda kategoriji ta' standards u approvazzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE. Għalhekk jeħtieġ li tkun prevista l-possibbiltà li l-ispeċifikazzjonijiet għal-akkwist pubbliku jkunu jirreferu għall-istandards fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni bħala reazzjoni għall-evoluzzjoni mgħaġġla fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, biex ikun iffaċilitat il-forniment ta' servizzi transkonfinali, biex titħeġġeġ il-kompetizzjoni u għall-promozzjoni tal-interoperabbiltà u l-innovazzjoni.

(19) L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jużaw fis-sħiħ il-medda kollha tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relevanti meta jkunu qegħdin jixtru xi hardware, software u servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, pereżempju billi jagħżlu speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jiġu implimentati mill-fornituri interessati kollha, dan jagħti lok għal iżjed kompetizzjoni u jitnaqqas ir-riskju ta' saturazzjoni. Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi jispeċifikaw li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fil-akkwist pubbliku għandhom jiġu fformulati b'referenza għal standards nazzjonali li jittrasponu l-istandards Ewropej, l-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni, l-istandards internazzjonali, sistemi oħrajn ta' referenza teknika stabbiliti mill-Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Ewropej jew – fejn dawn ma jeżistux – għal standards nazzjonali, approvazzjonijiet tekniċi nazzjonali jew speċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali marbutin mat-tfassil, il-kalkolu u l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet u l-użu tal-prodotti, jew l-ekwivalenti. Iżda l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ħafna drabi jiġu żviluppati minn organizzazzjonijiet oħra għall-iżvilupp tal-istandards u ma jidħlu f'ebda kategoriji ta' standards u approvazzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE. Għalhekk jeħtieġ li tkun prevista l-possibbiltà li l-ispeċifikazzjonijiet għal-akkwist pubbliku jkunu jirreferu għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni bħala reazzjoni għall-evoluzzjoni mgħaġġla fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, biex ikun iffaċilitat il-forniment ta' servizzi transkonfinali, biex titħeġġeġ il-kompetizzjoni u għall-promozzjoni tal-interoperabbiltà u l-innovazzjoni.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Għadd ta' standards fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ma ġewx żviluppati skont il-kriterji stabbiliti fl-Anness 3 tal-Ftehim dwar ix-Xkiel Tekniku għall-Kummerċ. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi proċedura għall-għażla tal-istandards fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni li jista' jintuża fil-akkwist pubbliku, li tinvolvi konsultazzjoni wiesgħa ma' firxa kbira tal-partijiet interessati, inklużi l-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni, l-impriżi u l-awtoritajiet pubbliċi. Dan ir-Regolament għandu wkoll jistipula r-rekwiżiti, f'għamla ta' lista ta' attributi, għal dawn l-istandards u l-proċessi ta' standardizzazzjoni marbutin magħhom. Dawn l-attributi għandhom jiżguraw li jiġu rispettati l-objettivi tal-politika pubblika u l-bżonnijiet tas-soċjetà, u għandhom jissejsu fuq il-kriterji żviluppati fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ għall-organizzazzjonijiet internazzjonali għall-istandardizzazzjoni.

(20) Għadd ta' speċifikazzjonijiet tekniċi fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ma ġewx żviluppati skont il-kriterji stabbiliti fl-Anness 3 tal-Ftehim dwar ix-Xkiel Tekniku għall-Kummerċ. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi proċedura għall-għażla tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni li jista' jintuża fil-akkwist pubbliku, li tinvolvi konsultazzjoni wiesgħa ma' firxa kbira tal-partijiet interessati, inklużi l-Organizzazzjonijiet Ewropej għall-Istandardizzazzjoni, l-impriżi u l-awtoritajiet pubbliċi. Dan ir-Regolament għandu wkoll jistipula r-rekwiżiti, f'għamla ta' lista ta' attributi, għal dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċessi ta' żvilupp marbutin magħhom. Dawn l-attributi għandhom jiżguraw li jiġu rispettati l-objettivi tal-politika pubblika u l-bżonnijiet tas-soċjetà, u għandhom jissejsu fuq il-kriterji żviluppati fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ għall-organizzazzjonijiet internazzjonali għall-istandardizzazzjoni.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Biex jinagħtaw spinta ikbar l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni bejn is-soluzzjonijiet standardizzati, ir-rikonoxximent ta' speċifikazzjoni teknika partikolari ma għandux jiskwalifika speċifikazzjoni teknika li qed tikkompeti ma' din tal-ewwel milli tkun rikonoxxuta skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Kull rikonoxximent għandu jkun soġġett għall-karatteristiċi li jkunu qegħdin jitwettqu u għall-kundizzjoni li l-ispeċifikazzjoni teknika tkun akkwistat livell minimu ta' aċċettazzjoni fis-suq. L-aċċettazzjoni fis-suq ma għandhiex tiġi interpretata li l-ispeċifikazzjoni teknika inkwistjoni tkun ġiet implimentata ħafna fis-suq.

(21) Biex jingħataw spinta ikbar l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni ir-rikonoxximent ta' speċifikazzjoni teknika partikolari ma għandux jiskwalifika speċifikazzjoni teknika milli tkun rikonoxxuta skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Kull rikonoxximent għandu jkun soġġett għall-karatteristiċi li jkunu qegħdin jitwettqu u għall-kundizzjoni li l-ispeċifikazzjoni teknika tkun akkwistat livell sinifikanti ta' aċċettazzjoni fis-suq.

Ġustifikazzjoni

Is-soluzzjonijiet standardizzati m'għandhomx jikkontradixxu lil xulxin. Għandu jkun hemm koeżjoni fost sett ta' standards. Is-soluzzjonijiet tekniċi standardizzati għandhom jagħtu opportunitajiet ugwali lill-impriżi sabiex dawn ikunu jistgħu jikkompetu f'dak li jirrigwarda l-proġetti jew is-servizzi tagħhom. Għall-konsumaturi, is-soluzzjonijiet tekniċi standardizzati għandhom jaġixxu bħala indikatur ċar ta' dak li jridu jixtru.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) L-istandards magħżula fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA) li tistabbilixxi, għall-perjodu 2010-2015, programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, u li jipprovdi soluzzjonijiet komuni u maqsuma għall-faċilitazzjoni tal-interoperabbiltà.

(22) L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi magħżula fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA) li tistabbilixxi, għall-perjodu 2010-2015, programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, u li jipprovdi soluzzjonijiet komuni u maqsuma għall-faċilitazzjoni tal-interoperabbiltà.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Jistgħu jinqalgħu sitwazzjonijiet fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fejn ikun xieraq li jitħeġġeġ l-użu tal-konformità mal-istandards speċifikati fil-livell tal-Unjoni, jew li jkun hemm obbligu għal dan, sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà fis-suq uniku u biex ikun hemm iktar libertà tal-għażla għall-utenti. F'ċirkostanzi oħra, jista' jiġri wkoll li l-istandards Ewropej speċifikati ma jkunux għadhom jissodisfaw il-bżonnijiet tal-konsumaturi jew ikunu qed ifixklu l-iżvilupp teknoloġiku. Għal dawn ir-raġunijiet, id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi tipperemetti lill-Kummissjoni, fejn ikun hemm bżonn, li titlob lill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex ifasslu standards, biex jistabbilixxu lista ta' standards u/jew speċifikazzjonijiet ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb li jħeġġu l-użu tagħhom, jew li jagħmlu l-implimentazzjoni tagħhom obbligatorja, jew li jneħħu standards u/jew speċifikazzjonijiet minn dik il-lista.

(23) Jistgħu jinqalgħu sitwazzjonijiet fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fejn ikun xieraq li jitħeġġeġ l-użu tal-konformità mal-istandards speċifikati fil-livell tal-Unjoni, jew li jkun hemm obbligu għal dan, sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà fis-suq uniku u biex ikun hemm iktar libertà tal-għażla għall-utenti. F'ċirkostanzi oħra, jista' jiġri wkoll li l-istandards Ewropej speċifikati ma jkunux għadhom jissodisfaw il-bżonnijiet tal-konsumaturi jew ikunu qed ifixklu l-iżvilupp teknoloġiku. Għal dawn ir-raġunijiet, id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi tipperemetti lill-Kummissjoni, fejn ikun hemm bżonn, li titlob lill-Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Ewropej biex ifasslu standards, biex jistabbilixxu lista ta' standards u/jew speċifikazzjonijiet ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb li jħeġġu l-użu tagħhom, jew li jagħmlu l-implimentazzjoni tagħhom obbligatorja, jew li jneħħu standards u/jew speċifikazzjonijiet minn dik il-lista.

Ġustifikazzjoni

Dawn l-istandards mhumiex vinkolanti; dawn huma volontarji u hekk għandhom jibqgħu.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Il-finanzjament tal-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni għandu jkun ukoll kapaċi jkopri attivitajiet preliminari jew attivitajiet anċillari fir-rigward tat-twaqqif ta’ standards jew prodotti oħra tal-istandardizzazzjoni. Dan huwa meħtieġ b'mod partikolari għax-xogħol li jinvolvi r-riċerka, it-tħejjija ta’ dokumenti preliminari għal-leġiżlazzjoni, it-twettiq ta’ testijiet bejn laboratorji differenti u l-validazzjoni jew l-evalwazzjoni tal-istandards. Il-promozzjoni tal-istandardizzazzjoni fil-livell Ewropew u internazzjonali għandha tkompli permezz ta' programmi marbuta mal-kooperazzjoni u l-assistenza teknika lil pajjiżi terzi u l-kooperazzjoni magħhom. Sabiex jittejjeb l-aċċess għas-swieq u tissaħħaħ il-kompetittività tal-intrapriżi fl-Unjoni, għandu jkun hemm il-possibilità li jingħataw għotjiet lil korpi oħra permezz ta’ sejħiet għall-proposti jew, fejn ikun il-każ, bl-għoti ta' kuntratti.

(29) Il-finanzjament tal-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni għandu jkun ukoll kapaċi jkopri attivitajiet preliminari jew attivitajiet anċillari fir-rigward tat-twaqqif ta’ standards jew prodotti oħra tal-istandardizzazzjoni. Dan huwa meħtieġ b'mod partikolari għax-xogħol li jinvolvi r-riċerka, it-tħejjija ta’ dokumenti preliminari għal-leġiżlazzjoni, it-twettiq ta’ testijiet bejn laboratorji differenti. Il-promozzjoni tal-istandardizzazzjoni fil-livell Ewropew u internazzjonali għandha tkompli permezz ta' programmi marbuta mal-kooperazzjoni u l-assistenza teknika lil pajjiżi terzi u l-kooperazzjoni magħhom. Sabiex jittejjeb l-aċċess għas-swieq u tissaħħaħ il-kompetittività tal-intrapriżi fl-Unjoni, għandu jkun hemm il-possibilità li jingħataw għotjiet lill-entitajiet li jagħmlu l-attivitajiet imsemmija hawn fuq permezz ta’ sejħiet għall-proposti jew, fejn ikun il-każ, bl-għoti ta' kuntratti.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Sabiex taġġorna l-listi ta' korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni, biex tadatta l-kriterji għar-rikonoxximent tal-istandards fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għall-iżvilupp teknoloġiku u biex jiġu adattati l-kriterji għall-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-SMEs u l-partijiet interessati fis-soċjetà għal iktar żviluppi fir-rigward tan-natura tagħhom mingħajr qligħ u r-rappreżentattività tagħhom, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 20 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-emendi tal-Annessi ta' dan ir-Regolament. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti.

(33) Sabiex taġġorna l-listi ta' Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Ewropej, biex tadatta l-kriterji għar-rikonoxximent tal-istandards fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għall-iżvilupp teknoloġiku u biex jiġu adattati l-kriterji għall-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-SMEs u l-partijiet interessati fis-soċjetà għal iktar żviluppi fir-rigward tar-rappreżentattività tagħhom, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-emendi tal-Annessi ta' dan ir-Regolament. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura li ssir trasmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Meta tħejji u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ssir trasmissjoni tad-dokumenti rilevanti f’ħin xieraq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

imħassar

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-oġġezzjonijiet għall-istandards armonizzati li l-Kummissjoni tqis li huma ġustifikati u fejn ir-referenzi għall-istandard armonizzat ikkonċernat ikunu għadhom ma ġewx ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi l-istandard relevanti għadu ma wassalx għall-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

(36) Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-oġġezzjonijiet għall-programm ta’ ħidma annwali ta’ standardizzazzjoni Ewropew u għall-istandards armonizzati li l-Kummissjoni tqis li huma ġustifikati u fejn ir-referenzi għall-istandard armonizzat ikkonċernat ikunu għadhom ma ġewx ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi l-istandard relevanti għadu ma wassalx għall-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiġu kkonsultati dwar il-programm ta' ħidma għall-istandardizzazzjoni.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Il-proċedura tal-eżami għandha tintuża għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-oġġezzjonijiet għall-istandards armonizzati li l-Kummissjoni tqis li huma ġustifikati u fejn ir-referenzi għall-istandard armonizzat ikkonċernat ikunu għadhom ma ġewx ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi deċiżjoni bħal din ikollha l-konsegwenzi fuq il-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli.

(37) Il-proċedura tal-eżami għandha tintuża għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-oġġezzjonijiet għall-istandards armonizzati li l-Kummissjoni tqis li huma ġustifikati u fejn ir-referenzi għall-istandard armonizzat ikkonċernat ikunu għadhom ma ġewx ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi deċiżjoni bħal din ikollha l-konsegwenzi fuq il-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jagħtu l-input tagħhom permezz tal-Organizzazzjonijiet Nazzjonali ta' Standardizzazzjoni tagħhom matul il-proċess ta' standardizzazzjoni, sabiex inaqqsu kemm jista' jkun, modifiki dwar l-istatus tal-istandards armonizzati wara l-pubblikazzjoni tar-referenzi għal dawk l-istandards f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Id-Direttivi 98/34/KE, 89/686/KEE, 93/15/KEE, 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/105/KE u 2009/23/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(39) Id-Direttivi 89/686/KEE, 93/15/KEE, 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/105/KE u 2009/23/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-kooperazzjoni bejn il-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni, il-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni u l-Kummissjoni, it-twaqqif ta' standards Ewropej u prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea għal prodotti u servizzi li jappoġġaw il-leġiżlazzjoni u l-politiki ir-rikonoxximent tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (minn hawn 'il quddiem "ICT") u l-finanzjament tal-istandardizzazzjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-kooperazzjoni bejn l-Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Ewropej, il-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni u l-Kummissjoni, it-twaqqif ta' standards Ewropej u prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea għal prodotti u servizzi li jappoġġaw il-leġiżlazzjoni u l-politiki, ir-rikonoxximent tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (minn hawn 'il quddiem "ICT"), il-finanzjament tal-istandardizzazzjoni Ewropea u l-kundizzjonijiet għal rappreżentanza bilanċjata tal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-partijiet interessati.

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. l-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) ‘standard’ tfisser speċifikazzjoni teknika għal applikazzjoni ripetuta jew kontinwa, li l-konformità magħha mhijiex obbligatorja u li hija waħda minn dawn li ġejjin:

(1) ‘standard’ tfisser speċifikazzjoni teknika stabbilita b'kunsens u approvata minn Organizzazzjoni tal-Istandardizzazzjoni rikonoxxuta għal użu ripetut jew kontinwu, li l-konformità magħha mhijiex obbligatorja u li hija waħda minn dawn li ġejjin:

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ‘standard internazzjonali’ tfisser standard adottat minn korp internazzjonali tal-istandardizzazzjoni;

(a) ‘standard internazzjonali’ tfisser standard adottat minn Organizzazzjoni tal-Istandardizzazzjoni Internazzjonali;

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ‘standard Ewropew’ tfisser standard adottat minn wieħed mill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni;

(b) ‘standard Ewropew’ tfisser standard adottat minn wieħed mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni li għandu jiġi implimentat permezz tal-pubblikazzjoni tiegħu bħala standard nazzjonali identiku, bl-obbligu lill-Membri tal-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni li jirtiraw xi standards nazzjonali eżistenti u konfliġġenti;

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ‘standard armonizzat’ tfisser standard Ewropew adottat fuq il-bażi ta' talba mill-Kummissjoni għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(c) ‘standard armonizzat’ tfisser standard Ewropew adottat fuq il-bażi ta' talba mill-Kummissjoni għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, u li r-referenza tiegħu tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ‘standard internazzjonali’ tfisser standard adottat minn korp nazzjonali tal-istandardizzazzjoni;

(d) ‘standard internazzjonali’ tfisser standard adottat mill-Organizzazzjoni Nazzjonali tal-Istandardizzazzjoni;

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) ‘standard ICT’ tfisser standard fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.

imħassar

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) ‘speċifikazzjoni teknika’ tfisser speċifikazzjoni f'dokument li jistipula wieħed minn dawn:

(4) ‘speċifikazzjoni teknika’ tfisser speċifikazzjoni f'dokument li tippreskrivi r-rekwiżiti tekniċi li għandhom jiġu ssodisfati minn prodott, proċess, servizz jew sistema u li tistipula wieħed minn dawn:

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-karatteristiċi meħtieġa minn prodott, inkluż il-livelli tal-kwalità, il-prestazzjoni, l-interoperabbiltà, is-sikurezza jew id-dimensjonijiet, inklużi r-rekwiżiti applikabbli għall-prodott fir-rigward tal-isem li jinbiegħ bih, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi tal-ittestjar, l-imballaġġ, l-immarkar u l-ittikkettjar u l-proċeduri tal-evalwazzjoni tal-konformità;

(a) il-karatteristiċi meħtieġa minn prodott, inkluż il-livelli tal-kwalità, il-prestazzjoni, l-interoperabbiltà, il-ħarsien tal-ambjent, is-saħħa pubblika, is-sikurezza jew id-dimensjonijiet, inklużi r-rekwiżiti applikabbli għall-prodott fir-rigward tal-isem li jinbiegħ bih, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi tal-ittestjar, l-imballaġġ, l-immarkar u l-ittikkettjar u l-proċeduri tal-evalwazzjoni tal-konformità;

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-karatteristiċi rikjesti minn servizz inkluż il-livelli tal-kwalità, ir-rendiment, l-interoperabbiltà, is-sikurezza, inklużi r-rekwiżiti applikabbli fuq il-fornitur fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tingħata lir-riċevitur, kif imsemmi fl-Artikolu 22(1) sa (3) tad-Direttiva 2006/123/KE;

(c) il-karatteristiċi rikjesti minn servizz inkluż il-livelli tal-kwalità, ir-rendiment, l-interoperabbiltà, il-ħarsien tal-ambjent u s-saħħa pubblika, is-sikurezza, inklużi r-rekwiżiti applikabbli fuq il-fornitur fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tingħata lir-riċevitur, kif imsemmi fl-Artikolu 22(1) sa (3) tad-Direttiva 2006/123/KE;

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) ‘speċifikazzjoni teknika tal-ICT’ tfisser speċifikazzjoni teknika fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) ‘Organizzazzjoni Nazzjonali tal-Istandardizzazzjoni’ tfisser korp li hemm referenza għalih fl-Anness Ia;

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Mhux iktar tard mill-waqt tal-pubblikazzjoni tal-programm ta' ħidma tiegħu, kull korp Ewropew jew nazzjonali tal-istandardizzazzjoni għandu jinnotifika l-eżistenza tal-programm lill-korpi Ewropew jew nazzjonali l-oħra tal-istandardizzazzjoni u lill-Kummissjoni.

4. Mhux iktar tard minn xahrejn qabel il-pubblikazzjoni tal-programm ta' ħidma tagħha, kull Organizzazzjoni Ewropea jew Nazzjonali tal-Istandardizzazzjoni għandha tinnotifika l-eżistenza tal-programm lill-Organizzazzjonijiet Ewropej jew Nazzjonali l-oħra tal-Istandardizzazzjoni u lill-Kummissjoni, li għandhom jibagħtu l-kummenti tagħhom mhux aktar tard minn xahar wara tali notifika.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni ma jistgħux joġġezzjonaw għall-inklużjoni ta' suġġett għall-istandardizzazzjoni fil-programm ta' ħidma ta' korp Ewropew tal-istandardizzazzjoni.

5. L-Organizzazzjonijiet Nazzjonali tal-Istandardizzazzjoni ma jistgħux joġġezzjonaw għall-inklużjoni ta' suġġett għall-istandardizzazzjoni fil-programm ta' ħidma ta' Organizzazzjoni Ewropea tal-Istandardizzazzjoni, meta jkunu ġew espressi kummenti negattivi dwar ir-rilevanza tas-suq intern.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull korp Ewropew jew nazzjonali tal-istandardizzazzjoni għandu jibgħat kull abbozz ta' standards nazzjonali, standards Ewropej u prodott Ewropew tal-istandardizzazzjoni lill-korpi Ewropej jew nazzjonali l-oħra tal-istandardizzazzjoni u lill-Kummissjoni, fuq talba tagħhom.

1. Kull Organizzazzjoni Ewropea jew Nazzjonali tal-Istandardizzazzjoni għandha tibgħat, tal-anqas f'forma elettronika, kull abbozz ta' standards nazzjonali, standards Ewropej u prodott Ewropew tal-istandardizzazzjoni lill-Organizzazzjonijiet Ewropej jew Nazzjonali l-oħra tal-Istandardizzazzjoni u lill-Kummissjoni, fuq talba tagħhom. Kull abbozz ta' standard nazzjonali għandu jintbagħat bl-Ingliż minbarra l-lingwi uffiċjali konċernati.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull korp Ewropew jew nazzjonali tal-istandardizzazzjoni għandu minnufih iwieġeb u jqis kull kumment li jasallu mingħand korpi Ewropej jew nazzjonali oħra tal-istandardizzazzjoni u mill-Kummissjoni dwar kull tali abbozz.

2. Kull Organizzazzjoni tal-Istandardizzazzjoni Ewropea jew Nazzjonali għandha fi żmien xahrejn twieġeb u tqis kull kumment li jasallha mingħand Organizzazzjonijiet ta' standardizzazzjoni Ewropej u Nazzjonali oħra u mill-Kummissjoni dwar kull abbozz imsemmi fil-paragrafu 1.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-pubblikazzjoni tal-abbozzi tal-istandards b'tali mod li l-partijiet stabbiliti fi Stati Membri oħra jkollhom l-opportunità jibagħtu l-kummenti tagħhom;

(a) l-aċċess għall-pubblikazzjoni tal-abbozzi tal-istandards nazzjonali b'tali mod li l-partijiet rilevanti kollha, b'mod partikolari dawk stabbiliti fi Stati Membri oħra jkollhom l-opportunità jibagħtu l-kummenti tagħhom;

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Waqt it-tħejjija ta' standard Ewropew jew wara li jiġi approvat, l-Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Nazzjonali m'għandhomx jieħdu xi azzjoni li tista' tippreġudika l-armonizzazzjoni intiża u, b'mod partikolari, m'għandhomx jippubblikaw fil-qasam involut, standard nazzjonali ġdid jew rivedut li mhuwiex kompletament konformi ma' kwalunkwe standard Ewropew eżistenti. Wara l-pubblikazzjoni ta' standard Ewropew ġdid, l-istandards nazzjonali kunfliġġenti kollha għandhom jiġu rtirati.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

L-użu tal-Internet u tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fis-sistema tal-istandardizzazzjoni

 

L-Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Nazzjonali u Ewropej għandhom jippromwovu l-użu tal-Internet u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fis-sistema tal-istandardizzazzjoni, b'mod partikolari billi:

 

a) jipprovdu lill-partijiet interessati rilevanti kollha b'mekkaniżmu ta' konsultazzjoni online li jintuża b'mod faċli, biex jissottomettu kummenti dwar abbozzi ta' standards; u

 

b) jorganizzaw, sa kemm huwa possibbli, laqgħat virtwali, inkluż permezz ta' konferenzi fuq l-internet jew konferenzi bil-vidjow, tal-kumitati tekniċi.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandhom jiżguraw rappreżentanza xierqa tal-intrapriżi żgħar u medji (minn hawn 'il quddiem 'SMEs'), tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u partijiet interessati ambjentali u soċjali, partikolarment permezz tal-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Anness III, fil-livell tal-iżvilupp tal-politika u mill-inqas fl-istadji li ġejjin tal-iżvilupp tal-istandards Ewropej jew il-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea:

1. L-Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Ewropej għandhom jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw rappreżentanza xierqa u parteċipazzjoni tal-partijiet interessati rilevanti kollha bħall-awtoritajiet pubbliċi, inklużi l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, SMEs, tal-organizzazzjonijiet li jirrapreżentaw l-interessi tal-konsumaturi, inklużi persuni b’diżabbiltajiet, partijiet interessati ambjentali u soċjali, inklużi sħab soċjali, partikolarment permezz tal-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Anness III, fil-livell tal-iżvilupp tal-politika u mill-inqas fl-istadji li ġejjin tal-iżvilupp tal-istandards Ewropej jew il-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea:

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) it-tisħiħ tal-kunsens;

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni għandhom jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni effikaċi tal-organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati msemmija fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament sabiex tissaħħaħ ir-rappreżentanza tagħhom. Tali parteċipazzjoni m’għandhiex timplika li dawn l-organizzazzjonijiet għandu jkollhom drittijiet tal-votazzjoni jew ta’ veto fil-proċess tal-iżvilupp tal-istandards.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandhom jiżguraw rappreżentanza xierqa, fil-livell tekniku, tal-impriżi, iċ-ċentri tar-riċerka u l-universitajiet u entitajiet legali oħra, fl-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni f'qasam ġdid b'implikazzjonijiet politiċi jew tekniċi sinifikanti, jekk l-entitajiet legali kkonċernati pparteċipaw fi proġett marbut ma' dak il-qasam u li kien iffinanzjat mill-Unjoni fi programm ta' qafas multiannwali għal attivitajiet fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku.

2. L-Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Ewropej għandhom jiffaċilitaw rappreżentanza xierqa, fil-livell tekniku, tal-impriżi, iċ-ċentri tar-riċerka, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni, l-universitajiet, l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri, is-sħab soċjali u entitajiet legali oħra, fl-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni f'qasam ġdid b'implikazzjonijiet politiċi jew tekniċi sinifikanti, jekk l-entitajiet legali kkonċernati pparteċipaw fi proġett marbut ma' dak il-qasam u li kien iffinanzjat mill-Unjoni fi programm ta' qafas multiannwali għal attivitajiet fil-qasam tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp teknoloġiku.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

L-aċċess ta’ SMEs għall-istandards

 

1. L-Organizzazzjonijiet Nazzjonali tal-Istandardizzazzjoni għandhom jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw, b’konformità mal-prinċipju ta' delega nazzjonali, l-aċċess tal-SMEs għall-istandards u għall-promozzjoni tal-iżvilupp tagħhhom, b'mod partikolari billi:

 

a) jipprovdu b'xejn sommarji ta' standards fuq il-websajt tagħhom;

 

b) jidentifikaw, fil-programmi ta' ħidma annwali tagħhom, il-proġetti ta' standardizzazzjoni li huma ta' interess partikolari għall-SMEs;

 

(c) jagħtu l-SMEs aċċess għal attivitajiet ta’ standardizzazzjoni mingħajr ma jobbligawhom isiru membri ta’ Organizzazzjoni Nazzjonali tal-Istandardizzazzjoni;

 

(d) jipprovdu aċċess ħieles għal abbozzi ta’ standards għal SMEs.

 

2. Minbarra l-aċċess imsemmi fil-paragrafu 1, l-Organizzazzjonijiet Nazzjonali tal-Istandardizzazzjoni għandhom jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw, b’konformità mal-prinċipju ta' delega nazzjonali, l-aċċess tal-SMEs għall-istandards u għall-promozzjoni tal-iżvilupp tagħhhom, b'mod partikolari billi:

 

(a) japplikaw rati speċjali għall-provvista ta' standards u l-provvista ta' ġabriet ta' standards bi prezz imraħħas;

 

(b) jipprovdu aċċess ħieles jew għall-anqas rati speċjali għall-parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ standardizzazzjoni.

 

3. Ir-responsabbiltà għall-kopertura tal-ispejjeż involuti, bi qbil mal-paragrafi 1 jew 2 għandu jkun deċiż fil-livell nazzjonali.

 

4. L-Organizzazzjonijiet Nazzjonali tal-Istandardizzazzjoni għandhom jibagħtu rapport kull sentejn lill-Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Ewropej rigward l-azzjonijiet tagħhom biex ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 u 2, u l-miżuri l-oħra kollha biex itejbu l-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-attivitajiet ta' standardizzazzjoni tagħhom. L-Organizzazzjonijiet Nazzjonali tal-Istandardizzazzjoni għandhom jippubblikaw dan ir-rapport fuq il-websajt tagħhom.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5b

 

L-iskambju tal-aħjar prattiki għall-SMEs

 

L-Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Nazzjonali għandhom jagħmlu skambju tal-aħjar prattiki, bil-għan li jtejbu l-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-attivitajiet ta' standardizzazzjoni u biex iżidu u jiffaċilitaw l-użu tal-istandards.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 5c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5c

 

Il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi fl-istandardizzazzjoni Ewropea

 

L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi, b'mod partikolari tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, fl-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni nazzjonali, li għandhom l-objettivi li jiżviluppaw jew jirrevedu l-istandards mitluba mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(1).

Ġustifikazzjoni

It-tħeġġiġ, pjuttost milli l-iżgurar tal-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi huwa għan ħafna aktar realistiku, li xorta jirrikonoxxi r-rwol importanti tagħhom.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta' ħidma ta' standardizzazzjoni Ewropea li jindika l-istandards Ewropej u l-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea li biħsiebha titlob mill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni skont l-Artikolu 7.

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta, wara konsultazzjoni mal-Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Ewropej u l-persuni kollha interessati, inklużi dawk msemmija fl-Anness III, programm ta' ħidma ta' standardizzazzjoni Ewropea li jindika l-istandards Ewropej u l-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea li biħsiebha titlob mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni skont l-Artikolu 7(1).

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-programm ta’ ħidma għall-istandardizzazzjoni Ewropea msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi objettivi għad-dimensjoni internazzjonali tal-istandardizzazzjoni Ewropea, b’appoġġ għal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Unjoni, u jispjega l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet għall-iżvilupp tal-kooperazzjoni internazzjonali.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-programm ta’ ħidma għall-istandardizzazzjoni Ewropea msemmi fil-paragrafu 1 għandu jispjega kif ix-xogħol ta’ standardizzazzjoni għandu jiġi integrat fl-istrateġija Ewropa 2020 u kif se tinżamm il-koerenza bejn dan tal-aħħar u l-programm ta’ ħidma.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-programm ta' ħidma dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea msemmi fil-paragrafu 1 fuq il-websajt tagħha, u tikkomunikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

Ċentru Konġunt ta' Riċerka

 

Iċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka għandu jikkontribwixxi għat-tħejjija tal-programm ta' ħidma dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 6(1) u jipparteċipa fl-attivitajiet tal-Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Ewropej billi jipprovdi input xjentifiku, fl-oqsma tal-għarfien espert tiegħu, biex jiżgura li l-istandards iqisu l-kompetittività ekonomika u l-ħtiġijiet soċjali, bħal dawk tas-sostenibbiltà ambjentali u t-tħassib dwar is-sikurezza u s-sigurtà.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni tista' titlob lil korp Ewropew tal-istandardizzazzjoni wieħed jew iktar biex jabbozza standard Ewropew jew prodott Ewropew tal-istandardizzazzjoni qabel data ta' skadenza stabbilita. Dawn għandhom ikunu mmexxija mis-suq, iqisu l-interess pubbliku u bbażati fuq il-kunsens.

1. Il-Kummissjoni tista' titlob lil Organizzazzjoni Ewropea tal-Istandardizzazzjoni waħda jew iktar biex tabbozza standard Ewropew jew prodott Ewropew tal-istandardizzazzjoni qabel data ta' skadenza raġonevoli. Dawn għandhom ikunu mmexxija mis-suq, iqisu l-interess pubbliku u l-objettivi pubbliċi ddikkjarati b'mod ċar fit-talba tal-Kummissjoni u jkunu bbażati fuq il-kunsens. Qabel tinħareġ it-talba, għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha, fi żmien ta’ skadenza raġonevoli, tikkonsulta l-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni, l-azzjonisti rilevanti kollha, speċjalment dawk imsemmija fl-Anness III, u l-kumitati tal-esperti nazzjonali mwaqqfa mid-direttiva settorali rispettiva fejn teżisti tali Direttiva, kif ukoll jinnotifikaw il-partijiet interessati kollha reġistrati fir-reġistru Ewropew għat-Trasparenza. Qabel toħroġ tali talba u waqt li tivvaluta l-implimentazzjoni ta’ din it-talba, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-qafas legali relatat mas-servizzi jkun implimentat filwaqt li tiġi rispettata bis-sħiħ id-diviżjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri kif stipulata fit-TFUE. Il-Kummissjoni m’għandhiex, permezz ta’ tali talba, taffettwa d-dritt li jiġu nnegozjati, konklużi u infurzati ftehimiet kollettivi u li tittieħed azzjoni industrijali skont il-liġi u l-prattiki nazzjonali li jirrispettaw il-liġi tal-Unjoni.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-korp Ewropew tal-istandardizzazzjoni, fi żmien tliet xhur wara li jirċievi l-aċċettazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, dwar l-għotja għall-abbozzar ta' standard Ewropew jew prodott Ewropew tal-istandardizzazzjoni.

3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Organizzazzjoni Ewropea tal-Istandardizzazzjoni, fi żmien xahar wara li tirċievi l-aċċettazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, dwar l-għotja għall-abbozzar ta' standard Ewropew jew prodott Ewropew tal-istandardizzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tkun tista' taħdem bl-istess ħeffa tal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni li fl-Artikolu (2) għandhom limitu ta' żmien ta' xahar.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta Stat Membru jqis li standard armonizzat ma jissodisfax kompletament ir-rekwiżiti li huwa l-għan tiegħu li jkoprihom u li huma stipulati fil-leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni, għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan.

1. Meta Stat Membru jew il-Parlament Ewropew iqis li standard armonizzat ma jissodisfax kompletament ir-rekwiżiti li huwa l-għan tiegħu li jkoprihom u li huma stipulati fil-leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni, għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan u jagħti spjegazzjoni dettaljata.

Ġustifikazzjoni

Ara l-kliem użat fil-paragrafu 25 tar-rapport tal-Parlament Ewropew dwar il-futur tal-Istandardizzazzjoni Ewropea (A7-0276/2010). Billi l-Parlament Ewropew jipparteċipa bl-istess kundizzjonijiet bħall-Kunsill fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandu jkollu d-dritt ta' oġġezzjoni fir-rigward ta' standard armonizzat.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Meta l-Kummissjoni ma tkunx ġiet infurmata b'xi oġġezzjoni għal standard armonizzat jew tqis li l-oġġezzjoni mhijiex iġġustifikata, għandha tippubblikaha mingħajr dewmien fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda                      68

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna regolarment fuq il-websajt tagħha, lista ta' istandards armonizzati li kienu s-suġġett ta' deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Ġustifikazzjoni

Għall-finijiet ta' ċertezza fis-suq, huwa importanti li deċiżjoni tal-Kummissjoni biex standard armonizzat ma jiġix rikonoxxut tipprovdi preżunzjoni ta' konformità mal-leġiżlazzjoni, tkun trasparenti kemm jista' jkun.

Emenda  6969

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2(a) ta' dan l-Artikolu għandha tiġi adottata skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 18(2).

4. Id-deċiżjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi adottata skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 18(2), wara konsultazzjoni, f'perjodu ta' żmien raġonevoli, mal-kumitat tal-esperti nazzjonali stabbilit fid-Direttiva settorali korrispondenti fejn din teżisti.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2(b) ta' dan l-Artikolu għandha tiġi adottata skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18(3).

5. Id-deċiżjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi adottata skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(3), wara konsultazzjoni, f'perjodu ta' żmien raġjonevoli, mal-kumitat tal-esperti nazzjonali stabbilit fid-Direttiva settorali korrispondenti fejn din teżisti.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

 

Notifika ta’ organizzazzjonijiet li jkollhom interess

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema ta’ notifika għal Federazzjonijiet Ewropej tan-Negozju interessati u l-organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati msemmija fl-Anness III sabiex tiġi żgurata konsultazzjoni adatta u r-rilevanza tas-suq qabel:

 

- l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma ta’ standardizzazzjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 6(1);

 

- l-adozzjoni tat-talbiet għal standardizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2);

 

- it-teħid ta’ deċiżjoni dwar l-oġġezzjonijiet għal standards armonizzati, kif imsemmija fl-Artikolu 8(2).

Emenda  72

Proposta għal regolament

Kapitolu IV - titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Standards fil-qasam tal-ICT

Speċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tal-ICT

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rikonoxximent tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċit fil-qasam tal-ICT

Rikonoxximent u l-użu tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tal-ICT

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq proposta minn awtorità pubblika msemmija fid-Direttiva 2004/18/KE jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tirrikonoxxi bħala standards tal-ICT, speċifikazzjonijiet tekniċi li mhumiex standards nazzjonali, Ewropej jew internazzjonali iżda li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness II.

Fuq proposta minn Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, wara li tikkonsulta mal-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni u l-partijiet interessati rilevanti kollha, inkluża l-pjattaforma Ewropea li tinvolvi diversi partijiet interessati dwar l-istandardizzazzjoni tal-ICT kif stipulata mill-Kummissjoni, li tagħti referenza għal speċifikazzjonijiet tekniċi tal-ICT li mhumiex standards nazzjonali, Ewropej jew internazzjonali iżda li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness II.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-użu tal-istandards tal-ICT fl-akkwisti pubbliċi

L-użu tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ICT fl-akkwisti pubbliċi

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-istandards tal-ICT imsemmija fl-Artikolu 9 għandhom jikkostitwixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni msemmija fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE, u r-Regolament (KE) Nru 2342/2002.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ICT imsemmija fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni msemmija fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE, u r-Regolament (KE) Nru 2342/2002.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ir-rendiment tal-ħidma preliminari jew anċillari f'rabta mal-istandardizzazzjoni Ewropea, inkluż studji, attivitajiet ta' kooperazzjoni, seminars, evalwazzjonijiet, analiżijiet komparattivi, ħidma ta' riċerka, xogħol fil-laboratorju, testijiet f'laboratorji differenti, xogħol ta' evalwazzjoni tal-konformità u miżuri li jiżguraw li l-perjodi għall-iżvilupp u r-reviżjoni tal-istandards Ewropej jew il-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea jitqassru;

(c) ir-rendiment tal-ħidma preliminari jew anċillari f'rabta mal-istandardizzazzjoni Ewropea, inkluż studji, attivitajiet ta' kooperazzjoni, li tinkludi kooperazzjoni internazzjonali, seminars, evalwazzjonijiet, analiżijiet komparattivi, ħidma ta' riċerka, xogħol fil-laboratorju, testijiet f'laboratorji differenti, xogħol ta' evalwazzjoni tal-konformità u miżuri li jiżguraw li l-perjodi għall-iżvilupp u r-reviżjoni tal-istandards Ewropej jew il-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea jitqassru, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji tal-onestà, il-kwalità, it-trasparenza u l-kunsens fost il-partijiet interessati kollha;

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-attivitajiet tas-segretarjati ċentrali tal-korpi tal-istandards Ewropej, bħalma huma l-iżvilupp tal-politika, il-koordinazzjoni tal-attivitajiet għall-istandardizzazzjoni, l-ipproċessar ta' xogħol tekniku u l-għoti ta' informazzjoni lill-partijiet interessati;

(d) l-attivitajiet tas-segretarjati ċentrali tal-Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Ewropej, bħalma huma l-iżvilupp tal-politika, il-koordinazzjoni tal-attivitajiet għall-istandardizzazzjoni, id-djalogu regolatorju internazzjonali, l-ipproċessar ta' xogħol tekniku u l-għoti ta' informazzjoni lill-partijiet interessati u l-provvista ta’ din l-informazzjoni lil persuni b’diżabbilità;

Emenda  7979

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) it-traduzzjoni, fejn meħtieġa, tal-istandards Ewropej jew il-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea użati b'appoġġ tal-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f'lingwi uffiċjali tal-Unjoni barra l-lingwi operattivi tal-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni jew, f'każijiet iġġustifikati kif suppost, f'lingwi oħra barra l-lingwi uffiċjali tal-Unjoni,

(e) it-traduzzjoni, fejn meħtieġa, tal-istandards Ewropej jew il-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea użati b'appoġġ tal-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f'lingwi uffiċjali tal-Unjoni barra l-lingwi operattivi tal-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni jew, f'każijiet iġġustifikati kif suppost, f'lingwi oħra barra l-lingwi uffiċjali tal-Unjoni,

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) it-tfassil ta' informazzjoni biex tispjega, tinterpreta u tissimplifika l-istandards Ewropej jew il-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea, inkluż it-tfassil ta' gwidi għall-utenti, informazzjoni tal-aħjar prassi u azzjonijiet ta' promozzjoni;

(f) it-tfassil ta' informazzjoni aċċessibbli biex tispjega, tinterpreta u tissimplifika l-istandards Ewropej jew il-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea, inkluż it-tfassil ta' gwidi għall-utenti, sommarji tal-istandards, informazzjoni tal-aħjar prassi u azzjonijiet ta' promozzjoni, strateġiji u programmi ta’ taħriġ; Tali informazzjoni u materjal se jkunu disponibbli f'format elettroniku aċċessibbli u/jew format aċċessibbli għal persuni b'xi diżabbiltà;

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) korpi oħrajn li ngħataw mandat biex iwettqu x-xogħol imsemmi fil-punti (a), (c) u (g) tal-paragrafu 1, b'kooperazzjoni mal-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni.

(b) korpi nazzjonali u Ewropej oħrajn li ngħataw mandat biex iwettqu x-xogħol imsemmi fil-punti (a), (c) u (g) tal-paragrafu 1, b'kooperazzjoni mal-Organizzazzjonijiet Ewropej għall-Istandardizzazzjoni.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) għarfien espert legali u tekniku, inklużi studji, f'rabta mal-evalwazzjoni tal-ħtieġa għal standards Ewropej u l-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea u l-iżvilupp tagħhom;

(b) għarfien espert legali u tekniku, inklużi studji, f'rabta mal-evalwazzjoni tal-ħtieġa għal standards Ewropej u l-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea u l-iżvilupp tagħhom, u l-istħarriġ tal-esperti;

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-verifika tal-kwalità u tal-konformità mal-politika u l-legiżlazzjoni korrispondenti tal-Unjoni, tal-istandards Ewropej u tal-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea;

imħassar

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) il-produzzjoni u r-reviżjoni tal-istandards Ewropej u l-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea msemmija fl-Artikolu 11(1)(a);

imħassar

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-arranġamenti għall-finanzjament imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, dwar l-ammonti tal-għotjiet u, fejn ikun meħtieġ, dwar il-perċentaġġ massimu ta’ finanzjament skont it-tip ta’ attivita'.

3. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta l-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni, għandha tiddeċiedi dwar l-arranġamenti għall-finanzjament imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, dwar l-ammonti tal-għotjiet u, fejn ikun meħtieġ, dwar il-perċentaġġ massimu ta’ finanzjament skont it-tip ta’ attivita'.

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) SMEs, organizzazzjonijiet tal-konsumatur u partijiet interessati ambjentali u soċjali għandhom ikunu rappreżentati b'mod xieraq fil-ħidma Ewropea tal-istandardizzazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1).

(b) L-Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Ewropej jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni b'mod xieraq ta’ SMEs, organizzazzjonijiet tal-konsumatur u partijiet interessati ambjentali u soċjali fil-ħidma Ewropea tal-istandardizzazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1).

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) taġġorna l-lista ta' korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni stipulati fl-Anness I;

(a) taġġorna l-lista ta' Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni stipulati fl-Anness I biex jiġu kkunsidrati tibdiliet f'isimhom jew fl-istruttura tagħhom;

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) jistabbilixxu u jaġġornaw il-lista tal-Organizzazzjonijiet Nazzjonali tal-Istandardizzazzjoni fl-Anness Ia;

Emenda  889

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tadatta l-kriterji għar-rikonoxximent tal-istandards fil-qasam tal-ICT stipulati fl-Anness II għall-iżviluppi tekniċi;

(b) tadatta l-kriterji għar-rikonoxximent tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tal-ICT stipulati fl-Anness II għall-iżviluppi tekniċi, mingħajr madankollu ma jinħoloq jew jitħassar wieħed minn dawn il-kriterji;

Emenda  90

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) tadatta l-kriterji għall-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-SMEs u l-imsieħba soċjali stipulati fl-Anness III għall-iktar żviluppi fir-rigward tan-natura bla qligħ tagħhom u r-rappreżentattività tagħhom.

(c) tadatta l-kriterji għall-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-SMEs u l-partijiet soċjali interessati stipulati fl-Anness III għall-iktar żviluppi fir-rigward tan-natura bla qligħ tagħhom u r-rappreżentattività tagħhom, mingħajr madankollu ma jinħolqu jew jitneħħew għalkollox kwalunkwe kriterju jew organizzazzjoni.

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati wara konsultazzjoni mal-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjonijiet huma fundamentali għas-sistema ta' standardizzazzjoni u konsegwentement l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandhom ikunu involuti.

Emenda  92

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

1. Ma tapplikax għall-verżjoni Maltija.

Emenda  93

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 16 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mill-1 ta' Jannar 2013.

2. Is-setgħa biex jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikolu 16 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-1 ta' Jannar 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa, mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded mingħajr diskussjonijiet għal perjodi ta’ żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 16 tista’ tiġi revokata f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-publikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ.

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 16 tista’ tiġi revokata f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. L-istituzzjoni li tkun bdiet il-proċess intern ta' teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tar-revoka tad-delega tas-setgħat, għandha tagħmel kull sforz sabiex tinforma lill-Kummissjoni, fi żmien raġonevoli qabel l-adozzjoni ta' deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħat iddelegati suġġetti għar-revoka u r-raġunijiet potenzjali għar-revoka.

 

Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-publikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li diġà jkunu fis-seħħ.

Emenda  95

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 16(5) u 32 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġġedded b'xahrejn oħra fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5. Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Il-kumitat għandu jiltaqa' tal-anqas darbtejn fis-sena mal-organizzazzjonijiet Ewropej u Nazzjonali tal-Istandardizzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjonijiet huma fundamentali għas-sistema ta' standardizzazzjoni u konsegwentement l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandhom ikunu involuti.

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Il-Kummissjoni tista' tistieden lill-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Anness I, Ia u III, u lil persuni interessati oħra, bħala osservaturi, għal-laqgħat tal-kumitat imsemmija fil-paragrafu 1.

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Korpi għall-Istandardizzazzjoni Ewropea għandhom jibagħtu rapport annwali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jkun fih tagħrif iddettaljat dwar dawn li ġejjin:

1. L-Organizzazzjonijiet Ewropej għall-Istandardizzazzjoni għandhom jibagħtu rapport annwali qasir u konċiż lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jkun fih tagħrif dwar dawn li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Il-kelma 'iddettaljat' li tintuża fil-verżjoni Ingliża, tista' toħloq aktar burokrazija mingħajr ma tgħin fl-implimentazzjoni. Minflok, ir-rapport għandu jkun immirat u relattivament konċiż.

Emenda  9999

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Ir-rappreżentanza tal-SMEs, tal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u tal-ambjent u partijiet interessati soċjali f'korpi għall-istandardizzazzjoni nazzjonali.

(b) Ir-rappreżentanza tal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u tal-ambjent u partijiet interessati soċjali f'Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Nazzjonali.

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) ir-rappreżentanza tal-SMEs fuq il-bażi tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 5a(3).

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 19a

 

Reviżjoni

 

Il-Kummissjoni għandha tqis il-ħtieġa ta' miżuri addizzjonali li jissimplifikaw il-finanzjament tal-istandardizzazzjoni Ewropea u jnaqqsu l-piż amministrattiv tal-Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Ewropej, filwaqt li jqisu r-rapport imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 19(1). Hija għandha tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha f'rapport li għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-1 ta' Jannar 2015, u għandha tressaq, jekk huwa xieraq, proposta leġiżlattiva li temenda dan ir-Regolament.

Emenda  102

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta' korpi nazzjonali għall-istandardizzazzjoni u kull aġġorniment li jsir għal dik il-lista f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Wara li tikkoordina mal-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta' Organizzazzjonijiet Nazzjonali tal-Istandardizzazzjoni u kull aġġornament li jsir għal dik il-lista fuq il-websajt tagħha u f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  103

Proposta għal regolament

Anness Ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness Ia

 

L-Organizzazzjonijiet Nazzjonali tal-Istandardizzazzjoni

Emenda  104

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ġew żviluppati minn organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt li hija soċjetà professjonali, industrija jew assoċjazzjoni tal-kummerċ jew kwalunkwe organizzazzjoni ta' sħubija li fi ħdan iż-żona tagħha ta' għarfien tiżviluppa standards fil-qasam t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-kommunikazzjoni u li mhijiex korp Ewropew, nazzjonali jew internazzjonali, permezz ta' proċessi li jissodisfaw il-kriterji li jmiss

2. l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ġew żviluppati minn organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt li hija soċjetà professjonali, industrija jew assoċjazzjoni tal-kummerċ jew kwalunkwe organizzazzjoni ta' sħubija li fi ħdan iż-żona tagħha ta' għarfien tiżviluppa speċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-kommunikazzjoni u li mhijiex Organizzazzjoni Ewropea nazzjonali jew internazzjonali tal-Istandardizzazzjoni, permezz ta' proċessi li jissodisfaw il-kriterji li jmiss

Emenda  105

Proposta għal regolament

Anness II - punt 2 - punt a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ġew żviluppati fuq il-bażi ta’ teħid tad-deċiżjonijiet aċċessibli għall-partijiet interessati kollha fis-suq jew swieq affettwati mill-istandard

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ġew żviluppati fuq il-bażi ta’ teħid tad-deċiżjonijiet aċċessibli għall-partijiet interessati kollha fis-suq jew swieq affettwati minn tali speċifikazzjoni

Emenda  106

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

il-proċess ta’ standardizzazzjoni kien kollaborativ u bbażat fuq il-kunsens u ma kienx favur xi parti interessati partikolari. Il-kunsens ifisser ftehim ġenerali, li huwa kkaratterizzat mill-assenza ta’ oppożizzjoni sostnuta għal kwistjonijiet sostanzjali minn kwalunkwe parti importanti tal-interessi ikkonċernati u bi proċess li jinvolvi li jitfittex li jitqiesu l-fehmiet kollha tal-partijiet ikkonċernati u biex jiġu rrikonċiljati xi argumenti kunfliġġenti Il-kunsens ma jimplikax unanimità.

il-proċess tat-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kien kollaborattiv u bbażat fuq il-kunsens u ma kienx favur xi parti interessata partikolari. Il-kunsens ifisser ftehim ġenerali, li huwa kkaratterizzat mill-assenza ta’ oppożizzjoni sostnuta għal kwistjonijiet sostanzjali minn kwalunkwe parti importanti tal-interessi ikkonċernati u bi proċess li jinvolvi li jitfittex li jitqiesu l-fehmiet kollha tal-partijiet ikkonċernati u biex jiġu rrikonċiljati xi argumenti kunfliġġenti. Il-kunsens ma jimplikax unanimità.

Emenda  107

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – punt c – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) informazzjoni dwar attivitajiet ta' standardizzazzjoni (ġodda) tħabbret b'mod globali permezz ta' mezzi xierqa u aċċessibbli.

(ii) informazzjoni dwar attivitajiet ta' standardizzazzjoni (ġodda) tħabbret b'mod pubbliku u globali permezz ta' mezzi xierqa u aċċessibbli.

Emenda  108

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – punt c – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

il-parteċipazzjoni tal-kategoriji kollha ta' partijiet interessati intalbet bil-għan li jinkiseb bilanċ

(iii) Ma tapplikax għall-verżjoni Maltija.

Emenda  109

Proposta għal regolament

Anness III – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Organizzazzjoni Ewropea li tirrappreżenta l-SMEs fl-attivitajiet Ewropej ta' standardizzazzjoni li:

(a) Organizzazzjoni orizzontali Ewropea li tirrappreżenta esklussivament lin-negozji tal-artiġjanat u l-SMEs fl-attivitajiet Ewropej ta' standardizzazzjoni li:

Emenda  110

Proposta għal regolament

Anness III – punt a – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

tkun ingħatat mandat minn organizzazzjonjiet li ma jagħmlux profitt li jirrapreżentaw lill-SME f’għall-inqas żewġ terzi tal-Istati Membri, biex tirrappreżenta l-interessi tal-SME fil-proċess ta' standardizzazzjoni fil-livell Ewropew.

tkun ingħatat mandat minn organizzazzjonjiet li ma jagħmlux profitt li jirrapreżentaw il-maġġoranza tal-SMEs fl-Istati Membri kollha, biex tirrappreżenta l-interessi tal-SMEs fil-proċess ta' standardizzazzjoni fil-livell Ewropew.

Emenda  111

Proposta għal regolament

Anness III – punt  b – punt  ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) tkun tħaddan bħala l-għanijiet u l-attivitajiet statutorji tagħha r-rappreżentanza tal-interessi tal-konsumaturi fil-proċess ta’ standardizzazzjoni fil-livell Ewropew;

(ii) (ii) tkun tħaddan bħala l-għanijiet u l-attivitajiet statutorji tagħha r-rappreżentanza tal-interessi tal-konsumaturi, inklużi konsumaturi li huma partikolarment vulnerabbli minħabba d-diżabbiltà mentali jew fiżika taghhom, l-età jew il-kredulità tagħhom, fil-proċess ta’ standardizzazzjoni fil-livell Ewropew;

Emenda  112

Proposta għal regolament

Anness III – punt d – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) Organizzazzjoni Ewropea li tirrappreżenta l-interessi soċjali fl-attivitajiet Ewropej ta' standardizzazzjoni li:

(d) Organizzazzjoni Ewropea li tirrappreżenta l-interessi soċjali, inklużi s-sħab soċjali, fl-attivitajiet Ewropej ta' standardizzazzjoni li:

Emenda  113

Proposta għal regolament

Anness III – punt d – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) mhijiex governattiva, ma tagħmilx qligħ, u hija indipendenti minn interessi industrijali, kummerċjali u ta' negozju jew minn kunflitti ta' interessi oħrajn,

(i) mhijiex governattiva, ma tagħmilx qligħ, hija rappreżentattiva u hija indipendenti minn interessi industrijali, kummerċjali u ta' negozju jew minn kunflitti ta' interessi oħrajn,

  • [1]  ĠU C 376, 22.12.2011, p. 69.

NOTA SPJEGATTIVA

B'tifkira ta' Alberto Normand għall-kwalitajiet umani u professjonali tiegħu li sebqu l-istandards kollha

I. Proposta tal-Kummissjoni

Fl-1 ta' Ġunju 2011, il-Kummissjoni Ewropea adottat 'Pakkett ta' Standardizzazzjoni' magħmul minn proposta għal regolament bl-għan li tirrevedi u tissostitwixxi l-qafas legali eżistenti dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea[1], il-valutazzjoni tal-Impatt u Komunikazzjoni li jagħtu viżjoni strateġika għall-istandardizzazzjoni Ewropea għall-għaxar snin li ġejjin.

Ir-regolament propost jibbaża fuq żewġ konsultazzjonijiet pubbliċi ġenerali li saru fl-2009 u fl-2010, ix-xogħol tal-Panell ta' Esperti għar-Rieżami tas-Sistema tal-Istandardizzazzjoni Ewropea (EXPRESS), il-White Paper dwar il-Modernizzazzjoni tal-Istandardizzazzjoni tal-ICT fl-UE – It-Triq il-Quddiem, u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-futur tal-istandardizzazzjoni Ewropea. [2]

II. Il-pożizzjoni ġenerali tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għar-reviżjoni tas-sistema tal-istandardizzazzjoni Ewropea, filwaqt li tikkunsidra t-talba tal-Parlament għal reviżjoni bil-għan li jiġu ppreservati d-diversi elementi ta' suċċess tas-sistema, jiġu rimedjati d-defiċjenzi tagħha u jintlaħaq bilanċ ġust bejn id-dimensjonijiet nazzjonali, Ewropej u internazzjonali.

Fl-abbozzar ta' dan ir-rapport, ir-Rapporteur ikkunsidrat ir-Rapport EXPRESS li fih numru ta' rakkomandazzjonijiet sinifikanti u t-tweġibiet għall-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar ir-rieżami tas-sistema tal-istandardizzazzjoni Ewropea. Ir-Rapporteur ikkunsidrat ukoll il-konklużjonijiet tas-Smigħ pubbliku organizzat mill-Kumitat tal-IMCO fit-23 ta' Novembru 2011, u kellha l-opportunità tikkonsulta b'mod estensiv mar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni nazzjonali u Ewropej u mal-partijiet ewlenin interessati li huma involuti fil-proċess tal-iżvilupp tal-istandards. L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (Rapporteur: A. Pezzini) ġiet ikkunsidrata kif xieraq.

Ir-Rapporteur inkludiet numru relattivament limitat ta' emendi f'dan l-abbozz ta' rapport bil-għan li titjieb is-sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea fi ħdan il-limiti tagħha fil-preżent, u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kunsill.

(a) Il-faċilitazzjoni tal-aċċess għal standards u t-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-proċess tat-twaqqif tal-istandards

Għalkemm l-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju jifformaw is-sinsla tal-ekonomija Ewropea, l-involviment tagħhom fl-istandardizzazzjoni mhux dejjem ikun proporzjonat mal-importanza ekonomika tagħhom. L-istandards mhumiex dejjem iddisinjati biex iqisu l-karatteristiċi u l-ambjent tal-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, partikolarment impriżi żgħar, mikro u tal-artiġjanat. Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġi żgurat li l-istandards ikunu jinftehmu u faċli li jintużaw sabiex ikunu jistgħu jiġu implimentati aħjar mill-utenti kollha. Għandhom jittieħdu miżuri li jiżguraw li l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju jkunu jistgħu jieħdu parti b'mod sħiħ fl-iżvilupp tal-istandards u li jkollhom aċċess faċli għalihom. B'dan l-iskop, ir-Rapporteur introduċiet numru ta' emendi bil-għan ġenerali ta' titjib fil-parteċipazzjoni tal-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju fl-attivitajiet ta' standardizzazzjoni, partikolarment fil-livell nazzjonali, u għall-faċilitazzjoni tal-aċċess tagħhom għall-istandards.

(b) L-iżgurar tal-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi fl-istandardizzazzjoni Ewropea

Ir-Rapporteur tixtieq jenfasizza li fil-parti l-kbira tal-Istati Membri, l-awtoritajiet pubbliċi juru interess limitat fil-parteċipazzjoni tal-proċess tal-iżvilupp tal-istandards, minkejja l-importanza tal-istandardizzazzjoni bħala għodda għall-appoġġ tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Unjoni. Ir-Rapporteur temmen li l-Istati Membri, u b'mod partikolari l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq, għandhom jibagħtu rappreżentanti biex jieħdu sehem fil-kumitati tekniċi nazzjonali, li għandhom jirriflettu l-iżvilupp tal-istandards awtorizzati mill-Kummissjoni. Il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali hija partikolarment kruċjali għall-funzjonament kif suppost tal-leġiżlazzjoni fl-oqsma koperti mill-'Approċċ il-Ġdid', u sabiex jiġu evitati objezzjonijiet ex post għal standards armonizzati.

(c) Il-faċilitazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati tas-soċjetà fl-istandardizzazzjoni Ewropea

Ir-Rapporteur tagħraf l-importanza tal-prinċipju tad-delega nazzjonali bħala pedament tas-sistema tal-istandardizzazzjoni Ewropea, partikolarment fil-proċess ta' żvilupp tal-istandards tas-CEN u s-CENELEC. Għandu jiġi nnutat, madankollu, li – kif ġie konfermat f'bosta studji – il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati li jirrapreżentaw l-interessi tas-soċjetà, bħall-konsumaturi (inklużi nies b'diżabbiltà), ambjentalisti u ħaddiema, għadha dgħajfa ħafna jew ineżistenti fil-kumitati tekniċi nazzjonali. Għalhekk, jeħtieġ li tiġi żgurata parteċipazzjoni diretta minn dawn il-persuni interessati fil-livell Ewropew, billi jinżamm l-appoġġ finanzjarju għall-organizzazzjonijiet Ewropej li ġew stabbiliti biex jirrapreżentaw dawn l-interessi pubbliċi. L-involviment tagħhom joffri lis-sistema aspett sinifikanti ta' leġittimità, itejjeb il-kwalità tal-kunsens u jrendi l-istandards Ewropej aktar rappreżentattivi.

(d) L-istandardizzazzjoni fl-oqsma tas-servizzi

L-istandards ikkontribwixxew għal titjib konsiderevoli fil-kwalità u s-sikurezza tal-prodotti, iżda d-disponibilità tagħhom fil-qasam tas-servizzi għadha konsiderevolment lura meta mqabbla mal-potenzjal u l-importanza ekonomika ta’ dan is-settur. L-iżvilupp tal-istandards tas-servizz Ewropew, kif stipu lati fid-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern, għandhom jiġġeneraw aktar armonizzazzjoni fis-settur tas-servizzi, iżidu t-trasparenza, il-kwalità u l-kompetittività tas-servizzi Ewropej u jippromwovu l-kompetizzjoni, l-innovazzjoni, it-tnaqqis tal-ostakli għan-negozju u l-ħarsien tal-konsumaturi. Ir-Rapporteur tappoġġja, għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni biex l-istandards tas-servizzi jiġu inklużi fil-qafas legali dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, peress li dan se jipprovdi bażi legali xierqa li fuqha l-Kummissjoni tista' titlob lill-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropej (ESOs) jiżviluppaw standards f'oqsma li huma definiti b'mod ċar u vvalutati bir-reqqa, filwaqt li tiżgura li l-istandards tas-servizzi jkunu relatati mal-ħtiġijiet tas-suq u tal-konsumaturi, filwaqt li jitqies l-interess pubbliku.

(e) It-tisħiħ u l-aċċellerazzjoni tal-proċess Ewropew tat-tfassil tal-istandards permezz ta' aktar trasparenza u konsultazzjoni

Ir-Rapporteur tikkunsidra li huwa essenzjali li l-istandards Ewropej jiġu żviluppati f'perjodu ta' żmien raġonevoli, b'mod partikolari f'dawk l-oqsma fejn l-istandards huma meħtieġa malajr, sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-politiki pubbliċi u l-kundizzjonijiet ta' suq li spiss jinbidel. Ir-Rapporteur, għalhekk, tistieden l-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni nazzjonali u Ewropej biex ikomplu jtejbu l-effikaċja tagħhom, filwaqt li jżommu f'moħħhom li l-aċċellerazzjoni tal-proċess tal-istandardizzazzjoni m'għandux isir għad-detriment tal-prinċipji tal-onestà, il-kwalità, it-trasparenza u l-kunsens fost il-partijiet kollha interessati.

Ir-Rapporteur temmen li l-proċess tat-tfassil tal-istandards se jiġi parzjalment aċċellerat permezz ta' konsultazzjoni aħjar bejn il-Kummissjoni u l-ESOs qabel ma jinħareġ il-mandat. Dan se jippermettilhom janalizzaw ir-relevanza tas-suq tas-suġġett propost, jiżgura li jkun limitat għad-definizzjoni tal-mezzi tekniċi għall-ilħuq tal-objettivi politiċi stabbiliti mil-leġiżlatur, u jippermettilhom iwieġbu aktar malajr dwar jekk jistgħux jagħmlu l-proġett ta' standardizzazzjoni. Għal dan il-għan, ir-Rapporteur tipproponi li jkun hemm fażi ta' konsultazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-ESOs u l-partijiet interessati relevanti, waqt il-preparazzjoni tal-mandat sabiex tiġi żgurata r-relevanza tas-suq tal-istandards li ġew mitluba. Għandha ssir ukoll konsultazzjoni wiesgħa mal-persuni interessati relevanti qabel l-adozzjoni tal-programm ta' ħidma annwali tal-Kummissjoni għall-istandardizzazzjoni Ewropea.

Ir-Rapporteur tinnota wkoll l-importanza tal-Kumitat li ġie stabbilit fl-Artikolu 18 tar-regolament propost bħala forum bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri għad-diskussjoni tal-kwistjonijiet relatati mal-istandardizzazzjoni. Ir-Rapporteur temmen li l-laqgħat ta' dan il-Kumitat għandhom, fejn meħtieġ, ikunu miftuħa għall-osservaturi tal-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni nazzjonali u Ewropej u tal-partijiet interessati relevanti.

(f) Speċifikazzjonijiet tekniċi tal-ICT

Ir-Rapporteur tagħraf li l-fora u l-konsorzji jikkontribwixxu b'mod konsiderevoli għas-sistema ta' standardizzazzjoni billi jipprovdu speċifikazzjonijiet tekniċi tal-ICT b'relevanza globali, li ta' sikwit ikunu aktar miftuħa għal teknoloġiji innovattivi. Ir-Rapporteur taqbel mal-introduzzjoni ta' sistema ġdida li tippermetti l-użu, b'mod partikolari fil-qasam tal-prokura pubblika, ta' speċifikazzjonijiet żviluppati minn organizzazzjonijiet minbarra l-ESOs. Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandu jkollhom status differenti mill-istandards, u li l-ESOs għandhom jiġu konsulati f'dan il-proċess sabiex tiġi garantita l-koerenza tas-sistema.

(g) Finanzjament

Ir-Rapporteur tirrikonoxxi li s-sistema attwali tal-finanzjament tal-UE li tappoġġja l-istandardizzazzjoni Ewropea spiss twassal għal frustrazzjoni minħabba l-ispiża kbira tal-verifika u tad-dewmien fl-awtorizzazzjoni tal-pagament, li xi kultant jaqbżu l-benefiċċji tal-appoġġ finanzjarju. IL-Kummissjoni, f'din il-proposta, għamlet sforz konsiderevoli biex tnaqqas il-piż amministrattiv minn fuq l-ESOs, pereżempju billi tipprovdi l-possibbiltà ta' simplifikazzjoni sinifikanti ta' somom ta' darba, li biċ-ċar ma jkollha ebda rabta ma' kwalunkwe verifika tal-kostijiet attwali ta’ implimentazzjoni. Din il-proposta tikkostitwixxi bidla oħra lejn sistema msejsa fuq il-prestazzjoni, bbażata fuq id-definizzjoni ta' indikaturi u għanijiet li jkun sar qbil dwarhom. Ir-Rapporteur tistieden lill-Kummissjoni tiżgura s-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistema u tipproponi, fid-dawl tar-reviżjoni futura tar-Regolament Finanzjarju tal-UE, miżuri addizzjonali biex jitnaqqas il-piż amministrattiv.

III. Konklużjoni

L-għan ta’ dan l-abbozz ta’ rapport huwa li jkopri l-kwistjonijiet ewlenin li jeħtieġu konsiderazzjoni mill-qrib f'din il-proposta, sabiex jiffaċilitaw id-diskussjonijiet fil-Kumitat. Filwaqt li r-Rapporteur tirriżerva d-dritt li tressaq aktar emendi wara li tkompli teżamina l-proposta tal-Kummissjoni u tagħmel aktar konsultazzjonijiet, l-intenzjoni tagħha f'dan l-istadju hija li tiġġenera diskussjoni li tagħti frott fil-Kumitat u tistenna b'ħerqa aktar suġġerimenti.

  • [1]  Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE tat-22 ta' Diċembru 1986 dwar l-istandardizzazzjoni fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tat-telekomunikazzjonijiet
    Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi
    Id-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-finanzjament tal-istandardizzazzjoni Ewropea
  • [2]  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-futur tal-Istandardizzazzjoni Ewropea (2010/2051(INI))

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (1.2.2012)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/105/KE u 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(COM(2011)0315 – C7‑0150/2011 – 2011/0150(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Franck Proust

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-iskop ta' din il-proposta għal regolament tal-Kummissjoni huwa li jiġu riveduti d-direttivi fis-seħħ. Is-sistema attwali hija pjuttost effettiva u huwa importanti li dan ir-regolament ikun evoluzzjoni ta' dak li jeżisti aktar milli revoluzzjoni.

L-istandardizzazzjoni tikkontribwixxi għal numru ta' aspetti tal-attività ekonomika, b'mod partikolari għat-tkabbir, il-produttività u l-ftuħ tas-swieq. Din għandha numru ta' konsegwenzi fuq il-kummerċ. L-istandardizzazzjoni tista' tkun użata wkoll minn ċerti pajjiżi protezzjonisti bħala ostaklu tekniku għall-kummerċ.

Huwa għalhekk li l-Unjoni Ewropea trid tippromwovi l-istandards internazzjonali, kif tagħmel permezz tal-korpi internazzjonali ta' standardizzazzjoni jew permezz ta' approċċi bilaterali, b'mod partikolari matul in-negozjati ta' ftehimiet kummerċjali. Huwa tajjeb ukoll li l-Kummissjoni tintegra objettivi internazzjonali fil-programm ta' ħidma tagħha.

L-opinjoni tagħna tikkonċerna prinċipalment l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fis-settur tal-ICT. Fil-fatt dawn huma s-soltu mfassla minn forums u konsorzji, jiġifieri gruppi ta' impriżi ta' daqsijiet differenti li l-għan tagħhom huwa li flimkien ifasslu l-ispeċifikazzjonijiet. Dawn il-forums u l-konsorzji għandhom ta' spiss dimensjoni internazzjonali u x-xogħol tagħhom għandu għalhekk riperkussjonijiet internazzjonali. Huma mhumiex suġġetti għall-istess obbligi tal-korpi tal-istandardizzazzjoni Ewropej (ESB). Is-settur tal-ICT huwa settur partikolarment dinamiku, li għalih l-istandardizzazzjoni jrid ikun ferm reattiv biex jiggarantixxi l-interoperabilità imma wkoll jippromwovi l-kompetizzjoni u l-innovazzjoni. Għalhekk hemm ħafna aktar speċifikazzjonijiet tekniċi fis-settur tal-ICT milli fl-oqsma l-oħra.

Mill-aspett internazzjonali, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jridu jitħeġġu għax, minħabba l-fatt li huma mfassla minn organizzazzjonijiet b'dimensjoni internazzjonali, huma jippermettu l-ftuħ tas-swieq barra mill-Ewropa u jillimitaw l-ostakli tekniċi għall-kummerċ.

Madankollu, bħalissa mhumiex rikonoxxuti b'mod adegwat fil-livell Ewropew u ħafna Stati Membri ma jistgħux jirreferu għalihom fis-sejħiet għal offerti għall-kuntratti pubbliċi.

Fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni tipproponi li jsir possibbli r-rikonoxximent ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tal-ICT, bħala standards tal-ICT, fuq il-proposta ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, sakemm dawn ikunu jikkonformaw ma' ċerti rekwiżiti. Madankollu aħna naħsbu li dan l-approċċ mhux se jirnexxilu jsolvi l-problemi msemmija hawn fuq.

L-ewwel nett, dan se joħloq indħil mill-Kummissjoni fil-proċess ta' standardizzazzjoni għax hija tista' tiddeċiedi, fuq l-inizjattiva tagħha stess, li speċifikazzjoni teknika tkun standard mingħajr ma tkun tfasslet minn ESB. Huwa importanti li jiġi evitat l-indħil fl-istandardizzazzjoni minn dawk li jfasslu l-politika għax l-istandardizzazzjoni tikkostitwixxi proċess volontarju. Barra minn hekk, għalkemm sabiex jiġu rikonoxxuti bħala standards tal-ICT, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti żviluppati fl-annessi tal-proposta, fuq liema bażi bi ħsiebha l-Kummissjoni tirrikonoxxi speċifikazzjoni teknika flok oħra bħala standard?

Barra minn hekk dan se joħloq konfużjoni bejn l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Il-forums u l-konsorzji mhumiex suġġetti għall-istess obbligi tal-ESB, b'mod partikolari fir-rigward tal-konsultazzjonijiet tal-SMEs u tal-korpi soċjali, ambjentali u tal-ħarsien tal-konsumaturi. Lanqas ma huma meħtieġa jikkonformaw mal-prinċipju tal-koerenza fejn mhuwiex possibbli li jiġu adottati standards kontradittorji jew jitfassal standard li jidduplika ieħor. Aħna naħsbu li huwa importanti li tinżamm distinzjoni ċara bejn l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, b'riskju li tiġi żviluppata sistema parallela ta' standardizzazzjoni.

Fl-aħħar, jidhrilna li l-kriterji li magħhom iridu jikkonformaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ICT biex jiġu rikonoxxuti bħala standard mill-Kummissjoni mhumiex kompluti. Fil-fatt huma ma jqisux certi kriterji tad-WTO, b'mod partikolari dak tal-koerenza.

Finalment, bid-deċiżjoni tat-28 ta' Diċembru 2011, ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta' Novembru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li toħloq pjattaforma Ewropea b'multipartijiet interessati dwar l-istandardizzazzjoni tal-ICT, magħmula minn rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri u l-pajjiżi tal-EFTA, rappreżentanti tal-SMEs u l-industrija, kif ukoll partijiet interessati oħrajn tas-soċjetà ċivili. Il-missjoni ta' din il-pjattaforma se tkun dik li tagħti pariri lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-istandardizzazzjoni fis-settur tal-ICT (programm ta' ħidma, bżonnijiet, implimentazzjoni, eċċ.)

B'hekk, mingħajr ma jitwarrab ix-xogħol magħmul mill-forums u l-konsorzji fil-qasam tal-ICT, aħna nipproponu li l-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-pjattaforma b'multipartijiet interessati dwar l-istandardizzazzjoni tal-ICT, tippermetti lill-Istati Membri kollha li jirreferu għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fis-sejħiet għal offerti għal kuntratti pubbliċi jew fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea sakemm dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-anness, li jinkludi l-kriterji kollha tad-WTO.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal Regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-istandards Ewropej għandhom jibqgħu jkunu adottati mill-entitajiet Ewropej ta’ twaqqif tal-istandards, jiġifieri l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u l-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI).

(3) Ma taffettwax il-verżjoni Maltija

Emenda  2

Proposta għal Regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) L-istandardizzazzjoni għandha rwol dejjem aktar importanti fil-kummerċ internazzjonalli u fil-ftuħ tas-swieq. Permezz tal-ftehimiet ta' Dresden u Vjenna, l-Unjoni qed tipprova tippromwovi t-tfassil ta' standards fil-livell internazzjonali, biex b'hekk l-impriżi u l-industriji Ewropej isiru aktar kompetittivi fuq ix-xena internazzjonali. Imma l-istandardizzazzjoni tista' wkoll tintuża minn pajjiżi terzi bħala strument antikompetittiv li joħloq ostakli tekniċi għall-kummerċ. Il-kooperazzjoni bejn il-korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej u internazzjonali hija fundamentali, imma l-Unjoni għandha tippromwovi wkoll l-approċċi bilaterali billi tikkoordina l-attivitajiet ta' standardizzazzjoni tagħha mas-sħab tagħha, pereżempju fil-kuntest tad-djalogu transatlantiku.

Emenda  3

Proposta għal Regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b) Il-promozzjoni tal-istandards Ewropej għandha sseħħ ukoll permezz ta' kuntratti bilaterali waqt in-negozjar ta' ftehimiet jew permezz tal-issekondar ta' esperti ta' standardizzazzjoni f'pajjiżi terzi, bħal ma sar fil-każ taċ-Ċina. Inizjattiva bħal din għandha tiġi mnedija b'mod prijoritarju mal-Indja, ir-Russja u l-Brażil.

Emenda  4

Proposta għal Regolament

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4c) Barra mill-istandards imfassla mill-korpi ta' standardizzazzjoni nazzjonali, Ewropej u internazzjonali, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi huma mfassla minn forums u konsorzji. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi huma utli biex jittrattaw sitwazzjoni li għaliha ma hemm l-ebda standard. Fuq kollox, permezz tad-dimensjoni internazzjonali tal-forums u l-konsorzji, dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jippermettu l-ftuħ tas-swieq barra mill-Ewropa u jillimitaw l-ostakli tekniċi għall-kummerċ, b'mod partikolari fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT). L-Unjoni għandha tħeġġeġ il-kuntatti bejn il-korpi ta' standardizzazzjoni u dawk il-forums u l-konsorzji filwaqt li madankollu tingħata attenzjoni li ma tinħoloqx sistema li tikkompeti mal-istandardizzazzjoni.

Emenda  5

Proposta għal Regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) L-istandards huma għodda importanti għall-impriżi u speċjalment għal dawk żgħar u medji (minn hawn 'il quddiem "SME") li, minkejja dan, mhumiex involuti biżżejjed fis-sistema ta' standardizzazzjoni u għalhekk hemm ir-riskju li l-istandards ma jqisux il-bżonnijiet u l-interessi tal-SME. Għaldaqstant, huwa essenzjali li tiżdied ir-rappreżentanza u l-parteċipazzjoni ta' dawn fil-proċess ta' standardizzazzjoni, partikolarment fil-kumitati tekniċi.

(13) L-istandards huma għodda importanti għall-impriżi u speċjalment għal dawk żgħar u medji (minn hawn 'il quddiem "SME") li, minkejja dan, mhumiex involuti biżżejjed fis-sistema ta' standardizzazzjoni u għalhekk hemm ir-riskju li l-istandards ma jqisux il-bżonnijiet u l-interessi tal-SME. Ir-regoli ta’ standardizzazzjoni għandhom iħeġġu lill-SMEs jipprovdu b'mod attiv is-soluzzjonijiet teknoloġiċi innovattivi tagħhom għall-isforzi ta’ standardizzazzjoni. Barra minn hekk, huwa essenzjali li tiżdied ir-rappreżentanza u l-parteċipazzjoni ta' dawn fil-proċess ta' standardizzazzjoni, partikolarment fil-kumitati tekniċi.

Emenda  6

Proposta għal Regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) L-istandards Ewropej huma ta' interess kruċjali għall-kompetittività tal-SMEs li, b'danakollu ma għandhomx biżżejjed rappreżentanza b'mod ġenerali f' attivitajiet ta' standardizzazzjoni, b'mod partikolari f'livell Ewropew. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jiżgura rappreżentanza xierqa tal-SME fil-proċess ta' standardizzazzjoni Ewropea minn entità li għandha l-kwalifiki xierqa.

(14) L-istandards Ewropej huma ta' interess kruċjali għall-kompetittività tal-SMEs li, b'danakollu f'ċerti oqsma ma għandhomx biżżejjed rappreżentanza b'mod ġenerali f' attivitajiet ta' standardizzazzjoni, b'mod partikolari f'livell Ewropew. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jiżgura rappreżentanza xierqa tal-SMEs fil-proċess ta' standardizzazzjoni Ewropea, filwaqt li jinżamm il-prinċipju ta’ delega nazzjonali u tiġi evitata kull duplikazzjoni mhux meħtieġa ta’ strutturi fil-livell Ewropew minn entità li għandha l-kwalifiki xierqa. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għar-rappreżentazzjoni u l-bżonnijiet tal-SMEs f'dak li jirrigwarda x-xogħol tal-istandardizzazzjoni internazzjonali.

Emenda  7

Proposta għal Regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jużaw fis-sħiħ il-medda kollha tal-istandards relevanti meta jkunu qegħdin jixtru xi hardware, software u servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, pereżempju billi jagħżlu standards li jistgħu jiġu implimentati mill-fornituri interessati kollha, dan jagħti lok għal iżjed kompetizzjoni u jitnaqqas ir-riskju ta' saturazzjoni. Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi jispeċifikaw li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fil-akkwist pubbliku għandhom jiġu fformulati b'referenza għal standards nazzjonali li jittrasponu l-istandards Ewropej, l-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni, l-istandards internazzjonali, sistemi oħrajn ta' referenza teknika stabbiliti mill-korpi Ewropej għall-istandards jew – fejn dawn ma jeżistux – għal standards nazzjonali, approvazzjonijiet tekniċi nazzjonali jew speċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali marbutin mat-tfassil, il-kalkolu u l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet u l-użu tal-prodotti, jew l-ekwivalenti. Iżda l-istandards fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ħafna drabi jiġu żviluppati minn organizzazzjonijiet oħra għall-iżvilupp tal-istandards u ma jidħlu f'ebda kategoriji ta' standards u approvazzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE. Għalhekk jeħtieġ li tkun prevista l-possibbiltà li l-ispeċifikazzjonijiet għal-akkwist pubbliku jkunu jirreferu għall-istandards fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni bħala reazzjoni għall-evoluzzjoni mgħaġġla fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, biex ikun iffaċilitat il-forniment ta' servizzi transkonfinali, biex titħeġġeġ il-kompetizzjoni u għall-promozzjoni tal-interoperabbiltà u l-innovazzjoni.

(19) L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jużaw fis-sħiħ il-medda kollha tal-istandards relevanti meta jkunu qegħdin jixtru xi hardware, software u servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, pereżempju billi jagħżlu standards li jistgħu jiġu implimentati mill-fornituri interessati kollha, u dan jagħti lok għal iżjed kompetizzjoni u jitnaqqas ir-riskju ta' saturazzjoni. Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi jispeċifikaw li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fil-akkwist pubbliku għandhom jiġu fformulati b'referenza għal standards nazzjonali li jittrasponu l-istandards Ewropej, l-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni, l-istandards internazzjonali, sistemi oħrajn ta' referenza teknika stabbiliti mill-korpi Ewropej għall-istandards jew – fejn dawn ma jeżistux – għal standards nazzjonali, approvazzjonijiet tekniċi nazzjonali jew speċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali marbutin mat-tfassil, il-kalkolu u l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet u l-użu tal-prodotti, jew l-ekwivalenti. Iżda l-istandards fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ħafna drabi jiġu żviluppati minn organizzazzjonijiet ta' żvilupp ta' standards oħra u ma jidħlu f'ebda kategoriji ta' standards u approvazzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE. Għalhekk jeħtieġ li tkun prevista l-possibbiltà li s-sejħiet għall-offerti għall-akkwist pubbliku jkunu jirreferu għal ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni biex ikun hemm reazzjoni għall-evoluzzjoni mgħaġġla fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, biex ikun iffaċilitat il-forniment ta' servizzi transkonfinali, biex titħeġġeġ il-kompetizzjoni u biex jiġu promossi l-interoperabbiltà u l-innovazzjoni.

Emenda  8

Proposta għal Regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Għadd ta' standards fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ma ġewx żviluppati skont il-kriterji stabbiliti fl-Anness 3 tal-Ftehim dwar ix-Xkiel Tekniku għall-Kummerċ. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi proċedura għall-għażla tal-istandards fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni li jista' jintuża fil-akkwist pubbliku, li tinvolvi konsultazzjoni wiesgħa ma' firxa kbira tal-partijiet interessati, inklużi l-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni, l-impriżi u l-awtoritajiet pubbliċi. Dan ir-Regolament għandu wkoll jistipula r-rekwiżiti, f'għamla ta' lista ta' attributi, għal dawn l-istandards u l-proċessi ta' standardizzazzjoni marbutin magħhom. Dawn l-attributi għandhom jiżguraw li jiġu rispettati l-objettivi tal-politika pubblika u l-bżonnijiet tas-soċjetà, u għandhom jissejsu fuq il-kriterji żviluppati fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ għall-organizzazzjonijiet internazzjonali għall-istandardizzazzjoni.

(20) Għadd ta' speċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ma ġewx żviluppati skont il-kriterji stabbiliti fl-Anness 3 tal-Ftehim dwar ix-Xkiel Tekniku għall-Kummerċ. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi proċedura għall-għażla ta' speċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni li jistgħu jintużaw fl-akkwist pubbliku, li tinvolvi konsultazzjoni wiesgħa ma' firxa kbira tal-partijiet interessati, inklużi l-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni, l-impriżi u l-awtoritajiet pubbliċi. Dan ir-Regolament għandu wkoll jistipula r-rekwiżiti, f'għamla ta' lista ta' attributi, għal dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċessi ta' standardizzazzjoni marbutin magħhom. Dawn l-attributi għandhom jiżguraw li jiġu rispettati l-objettivi tal-politika pubblika u l-bżonnijiet tas-soċjetà, u għandhom jissejsu fuq il-kriterji żviluppati fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ għall-organizzazzjonijiet internazzjonali għall-istandardizzazzjoni.

Emenda  9

Proposta għal Regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) L-istandards magħżula fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA) li tistabbilixxi, għall-perjodu 2010-2015, programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, u li jipprovdi soluzzjonijiet komuni u maqsuma għall-faċilitazzjoni tal-interoperabbiltà.

(22) L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi magħżula fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA) li tistabbilixxi, għall-perjodu 2010-2015, programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej u l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, li jipprovdi soluzzjonijiet komuni u kondiviżi għall-faċilitazzjoni tal-interoperabbiltà.

Emenda  10

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – punt 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) ‘standard ICT’ tfisser standard fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.

Imħassar

Emenda  11

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull korp Ewropew jew nazzjonali tal-istandardizzazzjoni għandu minnufih iwieġeb u jqis kull kumment li jasallu mingħand korpi Ewropej jew nazzjonali oħra tal-istandardizzazzjoni u mill-Kummissjoni dwar kull tali abbozz.

2. Kull korp ta' standardizzazzjoni Ewropew jew nazzjonali għandu fi żmien xahar iwieġeb u jqis kull kumment li jasallu mingħand korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej u nazzjonali oħra u mill-Kummissjoni dwar kull tali abbozz.

Emenda  12

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-pubblikazzjoni tal-abbozzi tal-istandards b'tali mod li l-partijiet stabbiliti fi Stati Membri oħra jkollhom l-opportunità jibagħtu l-kummenti tagħhom;

(a) il-pubblikazzjoni fil-pront tal-abbozzi tal-istandards b'tali mod li l-partijiet stabbiliti fi Stati Membri oħra jkollhom l-opportunità jibagħtu l-kummenti tagħhom;

Emenda  13

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandhom jiżguraw rappreżentanza xierqa tal-intrapriżi żgħar u medji (minn hawn 'il quddiem 'SMEs'), tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u partijiet interessati ambjentali u soċjali, partikolarment permezz tal-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Anness III, fil-livell tal-iżvilupp tal-politika u mill-inqas fl-istadji li ġejjin tal-iżvilupp tal-istandards Ewropej jew il-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea:

1. Il-korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej għandhom iħeġġu rappreżentanza xierqa tal-intrapriżi żgħar u medji (minn hawn 'il quddiem 'SMEs'), tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u tal-ħaddiema kif ukoll ta' partijiet interessati ambjentali u soċjali, partikolarment permezz tal-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Anness III, fil-livell tal-iżvilupp tal-politika u mill-inqas fl-istadji li ġejjin tal-iżvilupp ta' standards Ewropej jew il-prodotti ta' standardizzazzjoni Ewropej:

Emenda  14

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandhom jiżguraw rappreżentanza xierqa, fil-livell tekniku, tal-impriżi, iċ-ċentri tar-riċerka u l-universitajiet u entitajiet legali oħra, fl-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni f'qasam ġdid b'implikazzjonijiet politiċi jew tekniċi sinifikanti, jekk l-entitajiet legali kkonċernati pparteċipaw fi proġett marbut ma' dak il-qasam u li kien iffinanzjat mill-Unjoni fi programm ta' qafas multiannwali għal attivitajiet fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku.

2. Il-korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej għandhom iħeġġu rappreżentanza xierqa, fil-livell tekniku, tal-impriżi, iċ-ċentri tar-riċerka u l-universitajiet u entitajiet legali oħra, fl-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni f'qasam ġdid b'implikazzjonijiet politiċi jew tekniċi sinifikanti, jekk l-entitajiet legali kkonċernati pparteċipaw fi proġett marbut ma' dak il-qasam u ffinanzjat mill-Unjoni fi programm ta' qafas multiannwali għal attivitajiet fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku.

Emenda  15

Proposta għal Regolament

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Mudell tal-aħjar prattika

 

Il-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropew għandhom jappoġġaw, ikattru u jxerrdu l-mudelli tal-aħjar prattika għall-involviment ta’ partijiet interessati f’korpi ta’ standardizzazzjoni nazzjonali.

Emenda  16

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-programm ta’ ħidma għall-istandardizzazzjoni Ewropea għandu jinkludi objettivi għad-dimensjoni internazzjonali tal-istandardizzazzjoni Ewropea, insostenn tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Unjoni, u jispjega min għandu jagħmel liema sforzi biex tkun żviluppata l-kooperazzjoni internazzjonali

Emenda  17

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Il-programm ta’ ħidma għall-istandardizzazzjoni Ewropea msemmi fil-paragrafu 1 għandu jispjega kif ix-xogħol ta’ standardizzazzjoni għandu jiġi integrat fl-istrateġija Ewropa 2020 u kif se tinżamm il-koerenza bejn it-tnejn.

Emenda 18

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c. Il-programm ta’ ħidma għall-istandardizzazzjoni Ewropea msemmi fil-paragrafu 1 għandu jitressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għall-opinjonijiet tagħhom.

Emenda  19

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni tista' titlob lil korp Ewropew tal-istandardizzazzjoni wieħed jew iktar biex jabbozza standard Ewropew jew prodott Ewropew tal-istandardizzazzjoni qabel data ta' skadenza stabbilita. Dawn għandhom ikunu mmexxija mis-suq, iqisu l-interess pubbliku u bbażati fuq il-kunsens.

1. Il-Kummissjoni tista' titlob lil korp ta' standardizzazzjoni Ewropew wieħed jew iktar biex jabbozza jew jabozzaw standard Ewropew jew prodott ta' standardizzazzjoni Ewropew qabel data ta' skadenza stabbilita, li jkun ambizzjuż u li miegħu tkun annessa lista ċara ta’ rekwiżiti, objettivi interim u dettalji dwar finanzjament pubbliku. Dawn għandhom ikunu mmexxija mis-suq, iqisu l-interess pubbliku u bbażati fuq il-kunsens.

Emenda  20

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-korp Ewropew tal-istandardizzazzjoni, fi żmien tliet xhur wara li jirċievi l-aċċettazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, dwar l-għotja għall-abbozzar ta' standard Ewropew jew prodott Ewropew tal-istandardizzazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-korp ta' standardizzazzjoni Ewropew, fi żmien xahrejn wara li jirċievi l-aċċettazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, dwar l-għotja għall-abbozzar ta' standard Ewropew jew prodott ta' standardizzazzjoni Ewropew.

Emenda  21

Proposta għal Regolament

Kapitolu IV - titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Standards fil-qasam tal-ICT

Speċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tal-ICT

Emenda  22

Proposta għal Regolament

Artikolu 9 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rikonoxximent tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċit fil-qasam tal-ICT

L-użu tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tal-ICT

Emenda  23

Proposta għal Regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq proposta minn awtorità pubblika msemmija fid-Direttiva 2004/18/KE jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tirrikonoxxi bħala standards tal-ICT, speċifikazzjonijiet tekniċi li mhumiex standards nazzjonali, Ewropej jew internazzjonali iżda li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness II.

Fuq proposta minn awtorità pubblika msemmija fid-Direttiva 2004/18/KE jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-pjattaforma b'multipartijiet interessati dwar l-istandardizzazzjoni tal-ICT, tista' tiddeċiedi li tirrikonoxxi speċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tal-ICT li mhumiex standards nazzjonali, Ewropej jew internazzjonali iżda li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness II biex jingħataw kuntratti pubbliċi jew jiġu implimentati politiki tal-Unjoni.

Emenda 24

Proposta għal Regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

Imħassar

L-użu tal-istandards tal-ICT fl-akkwisti pubbliċi

 

L-istandards tal-ICT imsemmija fl-Artikolu 9 għandhom jikkostitwixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni msemmija fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE, u r-Regolament (KE) Nru 2342/2002.

 

Emenda  25

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) it-traduzzjoni, fejn meħtieġa, tal-istandards Ewropej jew il-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea użati b'appoġġ tal-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f'lingwi uffiċjali tal-Unjoni barra l-lingwi operattivi tal-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni jew, f'każijiet iġġustifikati kif suppost, f'lingwi oħra barra l-lingwi uffiċjali tal-Unjoni,

(e) it-traduzzjoni, fejn meħtieġa, tal-istandards Ewropej jew il-prodotti ta' standardizzazzjoni Ewropej użati b'appoġġ tal-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni barra l-lingwi operattivi tal-korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej jew f'lingwi oħra barra l-lingwi uffiċjali tal-Unjoni meta din tagħmilha possibbli li jitħeġġu standards Ewropej f'pajjiżi terzi,

(In-numru ħażin fil-verżjoni Franċiża tal-proposta tal-Kummissjoni għandu jiġi kkoreġut.)

Emenda  26

Proposta għal Regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-arranġamenti għall-finanzjament imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, dwar l-ammonti tal-għotjiet u, fejn ikun meħtieġ, dwar il-perċentaġġ massimu ta’ finanzjament skont it-tip ta’ attivita'.

3. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-arranġamenti għall-finanzjament imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, dwar l-ammonti tal-għotjiet u, fejn ikun meħtieġ, dwar il-perċentaġġ massimu ta’ finanzjament skont it-tip ta’ attivita'. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-finanzjament tal-Unjoni jkun biss ta’ natura supplimentari u jkun marbut ma' rekwiżiti speċifiċi, sabiex il-finanzjament għall-istandardizzazzjoni Ewropea jkompli jkun ipprovdut primarjament mis-settur privat.

Emenda  27

Proposta għal Regolament

Artikolu 16 - punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tadatta l-kriterji għar-rikonoxximent tal-istandards fil-qasam tal-ICT stipulati fl-Anness II għall-iżviluppi tekniċi;

(b) tadatta l-kriterji għar-rikonoxximent tal-istandards fil-qasam tal-ICT stipulati fl-Anness II għall-iżviluppi tekniċi, mingħajr madankollu ma jinħoloq jew jitħassar wieħed minn dawn il-kriterji;

(In-numru ħażin fil-verżjoni Franċiża tal-proposta tal-Kummissjoni għandu jiġi kkoreġut.)

Emenda  28

Proposta għal Regolament

Artikolu 16 - punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) tadatta l-kriterji għall-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-SMEs u l-imsieħba soċjali stipulati fl-Anness III għall-iktar żviluppi fir-rigward tan-natura bla qligħ tagħhom u r-rappreżentattività tagħhom.

(c) tadatta l-kriterji għall-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-SMEs u l-partijiet soċjali interessati stipulati fl-Anness III għall-iktar żviluppi fir-rigward tan-natura bla qligħ tagħhom u r-rappreżentattività tagħhom, mingħajr madankollu ma jinħoloq jew jitneħħa kriterju jew organizzazzjoni.

(In-numru ħażin fil-verżjoni Franċiża tal-proposta tal-Kummissjoni għandu jiġi kkoreġut.)

Emenda  29

Proposta għal Regolament

Anness II - punt 2 - introduzzjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ġew żviluppati minn organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt li hija soċjetà professjonali, industrija jew assoċjazzjoni tal-kummerċ jew kwalunkwe organizzazzjoni ta' sħubija li fi ħdan iż-żona tagħha ta' għarfien tiżviluppa standards fil-qasam t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-kommunikazzjoni u li mhijiex korp Ewropew, nazzjonali jew internazzjonali, permezz ta' proċessi li jissodisfaw il-kriterji li jmiss

2. l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ġew żviluppati minn organizzazzjoni bla skop ta' profitt li hija soċjetà professjonali, industrija jew assoċjazzjoni tal-kummerċ jew kwalunkwe organizzazzjoni ta' sħubija li fl-ambitu ta' għarfien tagħha tiżviluppa speċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-kommunikazzjoni u li mhijiex korp Ewropew, nazzjonali jew internazzjonali, permezz ta' proċessi li jissodisfaw il-kriterji li jmiss:

Emenda  30

Proposta għal Regolament

Anness II - punt 2 - ittra a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ġew żviluppati fuq il-bażi ta’ teħid tad-deċiżjonijiet aċċessibli għall-partijiet interessati kollha fis-suq jew swieq affettwati mill-istandard

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ġew żviluppati fuq il-bażi ta’ teħid tad-deċiżjonijiet bil-miftuħ u aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha fis-suq jew swieq affettwati mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

Emenda  31

Proposta għal Regolament

Anness II - punt 2 - ittra b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

il-proċess ta’ standardizzazzjoni kien kollaborativ u bbażat fuq il-kunsens u ma kienx favur xi parti interessati partikolari. Il-kunsens ifisser ftehim ġenerali, li huwa kkaratterizzat mill-assenza ta’ oppożizzjoni sostnuta għal kwistjonijiet sostanzjali minn kwalunkwe parti importanti tal-interessi ikkonċernati u bi proċess li jinvolvi li jitfittex li jitqiesu l-fehmiet kollha tal-partijiet ikkonċernati u biex jiġu rrikonċiljati xi argumenti kunfliġġenti Il-kunsens ma jimplikax unanimità.

il-proċess tat-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kien kollaborattiv u bbażat fuq il-kunsens u ma kienx favur xi parti interessata partikolari. Il-kunsens ifisser ftehim ġenerali, li huwa kkaratterizzat mill-assenza ta’ oppożizzjoni sostnuta għal kwistjonijiet sostanzjali minn kwalunkwe parti importanti tal-interessi ikkonċernati u bi proċess li jinvolvi li jitfittex li jitqiesu l-fehmiet kollha tal-partijiet ikkonċernati u li jiġu rrikonċiljati xi argumenti kunfliġġenti. Il-kunsens ma jimplikax unanimità.

Emenda  32

Proposta għal Regolament

Anness 2 – paragrafu 3 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) koerenza:

 

(i) l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma jistgħux imorru kontra l-istandards nazzjonali, Ewropej u internazzjonali eżistenti jew dawk fil-proċess li jiġu mfassla u lanqas m'għandhom jidduplikawhom.

 

(ii) din id-dispożizzjoni għandha tirrispetta l-prinċipju ta’ newtralità teknoloġika u mhux tkun applikata b’mod li jmur kontra l-kompetizzjoni.

PROĊEDURA

Titolu

L-istandardizzazzjoni Ewropea

Referenzi

COM(2011)0315 – C7-0150/2011 – 2011/0150(COD)

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

23.6.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

23.6.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

23.11.2011

20.12.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

26.1.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, María Auxiliadora Correa Zamora, Marielle De Sarnez, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Metin Kazak, Bernd Lange, Emilio Menéndez del Valle, Vital Moreira, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Gianluca Susta, Keith Taylor, Jan Zahradil, Paweł Zalewski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, José Bové, George Sabin Cutaş, Mário David, Syed Kamall, Silvana Koch-Mehrin, Inese Vaidere, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Véronique De Keyser, Jutta Haug, Pier Antonio Panzeri, Traian Ungureanu

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (1.3.2012)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/105/KE u 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(COM(2011)0315 – C7-0284/2011 – 2011/0150(COD))

Rapporteur: Adam Gierek

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu l-għan li jżid l-effett pożittiv tal-istandards Ewropej fuq il-funzjonament tas-suq, it-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni u l-kompetittività tal-impriżi. Fost affarijiet oħra, huwa maħsub biex inaqqas il-proċess ta' standardizzazzjoni f'każijiet fejn l-istandards huma mfassla fuq talba mill-Kummissjoni, biex jiżgura li l-SMEs u l-partijiet interessati soċjali jkunu rappreżentati sew fil-proċess ta' standardizzazzjoni (partikolarment f'każijiet fejn l-istandards jitfasslu fuq talba mill-Kummissjoni) u biex jifrex aktar l-applikazzjoni tal-istandards tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni, u b'hekk itejjeb l-interoperabilità u jżid in-numru tal-istandards dwar teknoloġiji ta' produzzjoni innovattivi u li qed jiżviluppaw malajr, bħal pereżempju n-nanoteknoloġija, il-bijoteknoloġija u t-teknoloġija nukleari, kif ukoll iżid il-konsolidazzjoni ta' oqfsa leġiżlattivi eżistenti.

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija ddeċieda li jieħu vantaġġ mill-emendar tad-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/105/KE u 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li sar neċessarju minħabba l-iżvilupp tat-teknoloġija u l-ekonomija globalizzata. Huwa importanti li l-leġiżlazzjoni l-ġdida titfassal biex tikkonsolida direttivi introdotti preċedentement dwar il-politika ta' standardizzazzjoni u biex taġġorna d-direttivi msemmija hawn fuq.

It-tibdil l-aktar importanti jikkonċerna d-definizzjoni tas-setgħat tal-Kummissjoni u dawk tal-Kumitat għall-Istandards u r-Regolamenti Tekniċi. Tibdil riċenti jinkludi li l-istandardizzazzjoni fil-qasam tas-servizzi tiddaħħal fil-qafas leġiżlattiv u li t-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni jiġu indirizzati separatament. Il-bażi għall-finanzjament tal-istandardizzazzjoni mill-UE ġiet ukoll riveduta.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta għal Regolament ġdid tal-Parlament Ewrpew u tal-Kunsill biex jikkonsolida l-politika ta' standardizzazzjoni eżistenti tal-UE u jintroduċi elementi ġodda biex jikkunsidraw sfidi ġodda, u huwa tal-opinjoni li dan jipprovdi bażi soda għall-modernizzazzjoni tar-rabtiet bejn l-UE u s-sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea. Tali elementi jinkludu l-kunsiderazzjoni tal-istandardizzazzjoni fil-qasam tas-servizzi u l-inklużjoni tagħha fis-sistema ta' notifika. It-taqsima dwar il-funanzjament tal-istandardizzazzjoni Ewropea permezz tal-Kummissjoni - li toħloq bażi legali mtejba u tissimplifika proċeduri - hija milqugħa b'mod pożittiv ħafna.

Madankollu, ċerti elementi tal-proposta jqajmu xi tħassib dwar l-effikaċja operattiva ta' sħubiji pubbliċi-privati.

Il-bidliet fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament huma importanti sabiex ibiddlu r-Regolament f'għodda ta' implimentazzjoni biex tappoġġa s-suq uniku, japplikaw standards Ewropej bil-għan li jsaħħu l-kompetittività u l-innovazzjoni, jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati u jiżguraw żvilupp sostenibbli. Is-sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea għandha titjieb billi tintroduċi elementi ġodda li jagħtu valur miżjud.

Kummenti speċifiċi

1) Ir-regoli ta' standardizzazzjoni Ewropej fis-seħħ mhumiex definiti jew imsemmija.

2) M'hemm l-ebda referenza għall-prinċipju ta' rappreżentazzjoni nazzjonali, li hija l-bażi tal-istandardizzazzjoni Ewropea (u internazzjonali).

3) M'hemm l-ebda dispożizzjoni dwar il-prinċipju tal-waqfien totali, li huwa importanti għall-armonizzazzjoni tal-istandards f'livell tal-UE.

4) Ħafna dispożizzjonijiet huma ta' karattru ġenerali, li, minħabba d-delega estensiva tas-setgħat tal-Kummissjoni, huma miftuħin wisq għall-interpretazzjoni. Hemm bżonn ta’ kjarifika: Dan jikkonċerna wkoll id-definizzjonijiet u l-azzjonijiet, speċjalment f'dawk l-oqsma fejn il-Kummissjoni introduċiet proposti li jaffettwaw il-funzjonament tas-sistema eżistenti u l-koerenza tagħha.

5) L-abbozz ta' proposta tal-Kummissjoni jipproponi li l-ispeċifikazzjonijiet tad-diversi fora u konsorzji jiġu applikati minflok l-istandards Ewropej, u t-termini ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet ikunu eħfef biex jiġu sodisfati. Wieħed mill-pedamenti tal-proċess demokratiku ta' standardizzazzjoni huwa l-kunsens soċjali. L-integrità tas-sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea hija s-saħħa tagħha, peress li tiżgura l-koerenza ta' sett ta' standards. L-involviment tal-fora u tal-konsorzji fis-sistema m'għandhiex twassal għall-istabbiliment ta' standards kontradittorji jew speċifikazzjonijiet konkorrenti, u lanqas m'għandha tfixkel il-parteċipazzjoni tal-SMEs (l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni fil-fora huma għoljin, u l-kriterji tat-teħid tad-deċiżjonijiet mhumiex dejjem demokratiċi). Barra minn hekk, ċerti fora u konsorzji jistgħu jkunu dominati minn atturi minn barra l-Unjoni Ewropea. Għalhekk, l-ifissar ta' standards għandu jiġi ristrett, kemm jista jkun possibbli, għall-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni attwalment rikonoxxuti, u għandu jittieħed vantaġġ mill-ħafna possibbiltajiet offruti minn dawk l-organizzazzjonijiet rigward it-tfassil ta' dokumenti li jużaw proċess aċċellerat ibbażat fuq il-kunsens li jinvolvi l-partijiet kollha interessati mill-Istati Membri kollha tal-UE (pereżempju billi jiġu organizzati konferenzi tematiċi).

L-applikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tal-fora/konsorzji għandha tkun permessa biss f'każijiet strettament definiti (pereżempju fi proċeduri tal-akkwist pubbliku f'postijiet fejn ma jeżisti ebda standard), filwaqt li jinżammu l-istess rekwiżit rigward: il-kunsens, il-ftuħ, il-parteċipazzjoni volontarja, it-trasparenza eċċ, kif ukoll organizzazzjonijiet ta' standardizzazzjoni Ewropej.

6) M'hemm l-ebda referenza għat-teknoloġiji l-aktar riċenti, bħal pereżempju n-nanoteknoloġija, il-bijoteknoloġija jew it-teknoloġija nukleari.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-istandardizzazzjoni Ewropea tagħti spinta wkoll lill-kompetittività tal-impriżi speċjalment billi tiffaċilita l-moviment liberu tal-prodotti u s-servizzi, l-interoperabbiltà tan-netwerks, il-mezzi tal-komunikazzjoni, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni. L-standards ikollhom effett ekonomiku pożittiv, pereżempju billi jippromwovu interpenetrazzjoni ekonomika fis-suq intern u jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ prodotti jew swieq ġodda u kundizzjonijiet tal-provvista mtejba. L-istandards b'hekk iżidu l-kompetizzjoni u jbaxxu l-ispejjeż tal-produzzjoni u tal-bejgħ, bir-riżultat li huma ta’ benefiċċju għall-ekonomiji b’mod ġenerali. L-istandards jistgħu jżommu u jtejbu l-kwalità, jipprovdu l-informazzjoni u jiżguraw l-interoperabbiltà u kumpatibbiltà u b’hekk iżidu l-valur għall-konsumaturi.

(2) L-istandardizzazzjoni Ewropea tagħti spinta wkoll lill-kompetittività tal-impriżi speċjalment billi tiffaċilita l-moviment liberu tal-prodotti u s-servizzi, l-interoperabbiltà tan-netwerks, il-mezzi tal-komunikazzjoni, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni. L-istandardizzazzjoni Ewropea ssaħħaħ il-kompetittività tan-negozji meta tiġi kkoordinata mas-sistema ta' standardizzazzjoni internazzjonali. L-standards ikollhom effett ekonomiku pożittiv, pereżempju billi jippromwovu interpenetrazzjoni ekonomika fis-suq intern u jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ prodotti jew swieq ġodda u kundizzjonijiet tal-provvista mtejba. L-istandards b'hekk iżidu l-kompetizzjoni u jbaxxu l-ispejjeż tal-produzzjoni u tal-bejgħ, bir-riżultat li huma ta’ benefiċċju għall-ekonomiji b’mod ġenerali. L-istandards jistgħu jżommu u jtejbu l-kwalità, jipprovdu l-informazzjoni u jiżguraw l-interoperabbiltà u kumpatibbiltà u b’hekk iżidu l-valur għall-konsumaturi.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-istandards Ewropej għandhom jibqgħu jkunu adottati mill-entitajiet Ewropej ta’ twaqqif tal-istandards, jiġifieri l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u l-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI).

(3) Is-sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea għandha tkompli titmexxa mill-partijiet interessati, u tkun indirizzata għalihom, f'konformità mal-prinċipji ta' koeżjoni, trasparenza, ftuħ, kunsens, indipendenza minn interessi speċjali, adegwatezza tas-suq, effikaċja u rappreżentazzjoni nazzjonali fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet, u l-istandards Ewropej għandhom jibqgħu jkunu adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni, jiġifieri l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u l-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI).

Ġustifikazzjoni

Dan ifakkar is-sitwazzjoni attwali.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) L-istandards Ewropej għandhom rwol importanti ħafna fis-suq intern, prinċipalment permezz tal-preżunzjoni tal-konformità tal-prodotti li jkunu se jitpoġġew fis-suq minħabba li r-rekwiżiti essenzjali ta' dawn il-prodotti jkunu stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

(4) L-istandards Ewropej għandhom rwol importanti ħafna fis-suq intern, pereżempju permezz tal-preżunzjoni tal-konformità tal-prodotti li jkunu se jitpoġġew fis-suq minħabba li r-rekwiżiti essenzjali ta' dawn il-prodotti jkunu stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Proporzjon kbir mill-istandards Ewropej (70%) ma jappoġġawx direttament il-politika jew il-leġiżlazzjoni tal-UE, u dan il-fatt jagħmel lit-test kemmxejn żbaljat.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-iżvilupp ta' standards volontarji fis-servizzi għandu jitmexxa mis-suq fejn jirbħu l-ħtiġijiet tal-operaturi ekonomiċi u tal-partijiet interessati li jkunu affettwati mill-istandard b'xi mod, dirett jew indirett, u jridu jqisu l-interess pubbliku u jkunu msejsa fuq il-kunsens. Dawn għandhom jiffukaw primarjament fuq is-servizzi marbutin mal-prodotti u mal-proċessi.

(8) L-attivitajiet ta' servizzi spiss jikkorrispondu mal-ispeċifiċitajiet nazzjonali. Għalhekk l-iżvilupp ta' standards volontarji fis-servizzi għandu jindirizza oqsma definiti tajjeb u evalwati bir-reqqa. L-iżvilupp għandu jitmexxa mis-suq fejn jirbħu l-ħtiġijiet tal-operaturi ekonomiċi u tal-partijiet interessati li jkunu affettwati mill-istandard b'xi mod, dirett jew indirett, u jridu jqisu l-interess pubbliku u jkunu msejsa fuq il-kunsens. Dawn għandhom jiffukaw primarjament fuq is-servizzi marbutin mal-prodotti u mal-proċessi. Fl-ambitu tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali1, l-istandardizzazzjoni hija permessa biss fuq bażi ta' sussidjarjetà.

 

_________

 

1 ĠU L 255, 30.9.2005, p.22.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali għandha l-għan li tiżgura li l-kwalifiki (professjonali) fl-Unjoni jkunu ta' kwalità għolja u b'hekk tikkostitwixxi sett definit ta' regoli għall-iżvilupp ulterjuri ta' proċeduri ta' rikonoxximent reċiproku li għandhom jingħataw prijorità f'termini ta' validità.

Emenda  5

Proposta għal Regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Fl-Unjoni, l-istandards nazzjonali jiġu adottati minn korpi nazzjonali għall-istandardizzazzjoni, u dan jista' jwassal għal standards konfliġġenti u tfixkil tekniku fis-suq intern. Għaldaqstant jeħtieġ, fl-interess tas-suq intern u għall-effiċaċja tal-istandardizzazzjoni fl-Unjoni, li jiġi kkonfermat l-iskambju regolari tal-informazzjoni preżenti fost il-korpi nazzjonali għall-istandardizzazzjoni, il-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni u l-Kummissjoni, dwar il-ħidma attwali u tal-ġejjieni fuq l-istandardizzazzjoni. Dan l-iskambju ta' informazzjoni għandu jsir skont l-Anness 3 għall-Ftehim dwar ix-Xkiel Tekniku għall-Kummerċ approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 80/271/KEE tal-10 ta' Diċembru 1979 dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet Multilaterali li rriżultaw min-negozjati kummerċjali ta' bejn l-1973 u 1979.

(10) Fl-Unjoni, l-istandards nazzjonali jiġu adottati minn entitajiet nazzjonali għall-istandardizzazzjoni, u dan jista' jwassal għal standards konfliġġenti u tfixkil tekniku fis-suq intern tal-UE. Għaldaqstant jeħtieġ, fl-interess tas-suq intern tal-UE u għall-effikaċja tal-istandardizzazzjoni fl-Unjoni, li jiġi kkonfermat l-iskambju regolari tal-informazzjoni preżenti fost l-entitajiet nazzjonali għall-istandardizzazzjoni, l-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni u l-Kummissjoni, dwar il-ħidma attwali u tal-ġejjieni fuq l-istandardizzazzjoni, u wkoll dwar ir-regolamenti dwar il-prinċipju tal-waqfien totali li jikkonċerna l-applikazzjoni tagħhom għall-entitajiet nazzjonali tal-istandardizzazzjoni skont l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni. Dan l-iskambju ta' informazzjoni għandu jsir skont l-Anness 3 għall-Ftehim dwar ix-Xkiel Tekniku għall-Kummerċ approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 80/271/KEE tal-10 ta' Diċembru 1979 dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet Multilaterali li rriżultaw min-negozjati kummerċjali ta' bejn l-1973 u 1979.

Ġustifikazzjoni

In-nuqqas tal-prinċipju tal-waqfien totali (l-Artikoli 4 u 7 tad-Direttiva 98/34/KE). Il-waqfien totali huwa strument eċċellenti li jippermetti li jiġu evitati ostakli tekniċi għall-kummerċ u li jappoġġa wkoll l-armonizzazzjoni teknika f'livell tal-UE.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) L-istandards jistgħu jgħinu lill-politika Ewropea tindirizza l-isfidi l-kbar soċjali bħat-tibdil fil-klima, l-użu sostenibbli tar-riżorsi, it-tixjiħ, u l-innovazzjoni b'mod ġenerali. Bit-tmexxija tal-iżvilupp ta' standards Ewropej jew internazzjonali għall-oġġetti u t-teknoloġiji f'dawn is-swieq li qegħdin jespandu, l-Ewropa tista' toħloq vantaġġ kompetittiv għall-kumpaniji tagħha u tiffaċilita l-kummerċ.

(12) Meta l-istandards prinċipalment ikunu għodod immexxija mis-suq li jintużaw b'mod volontarju minn partijiet interessati, dawn jistgħu jgħinu lill-politika Ewropea tindirizza l-isfidi l-kbar soċjali bħat-tibdil fil-klima, l-użu sostenibbli tar-riżorsi, it-tixjiħ, u l-innovazzjoni b'mod ġenerali. Bit-tmexxija tal-iżvilupp ta' standards Ewropej jew internazzjonali għall-oġġetti u t-teknoloġiji f'dawn is-swieq li qegħdin jespandu, l-Ewropa tista' toħloq vantaġġ kompetittiv għall-kumpaniji tagħha u tiffaċilita l-kummerċ.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) L-istandards huma għodda importanti għall-impriżi u speċjalment għal dawk żgħar u medji (minn hawn 'il quddiem "SME") li, minkejja dan, mhumiex involuti biżżejjed fis-sistema ta' standardizzazzjoni u għalhekk hemm ir-riskju li l-istandards ma jqisux il-bżonnijiet u l-interessi tal-SME. Għaldaqstant, huwa essenzjali li tiżdied ir-rappreżentanza u l-parteċipazzjoni ta' dawn fil-proċess ta' standardizzazzjoni, partikolarment fil-kumitati tekniċi.

(13) L-istandards huma għodod importanti għall-impriżi u speċjalment għal dawk żgħar u medji (minn hawn 'il quddiem "SMEs") li, minkejja dan, xi drabi mhumiex rappreżentati biżżejjed u involuti b'mod adegwat fis-sistema ta' standardizzazzjoni u għalhekk hemm ir-riskju li l-istandards ma jqisux il-bżonnijiet xierqa u l-interessi tal-SMEs jew il-potenzjal tagħhom biex jikkontribwixxu teknoloġiji innovattivi. Ir-regoli ta' standardizzazzjoni għandhom jinkoraġġixxu l-SMEs jikkontribwixxu b'mod attiv is-soluzzjonijiet tat-teknoloġija innovattivi tagħhom għal sforzi ta' standardizzazzjoni innovattivi. Għaldaqstant, huwa essenzjali li tiżdied ir-rappreżentanza u l-parteċipazzjoni ta’ dawn fil-fażijiet kollha tal-proċess ta' standardizzazzjoni, partikolarment fil-kumitati tekniċi.

Emenda  8

Proposta għal Regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) L-istandards Ewropej huma ta' interess kruċjali għall-kompetittività tal-SMEs li, b'danakollu ma għandhomx biżżejjed rappreżentanza b'mod ġenerali f' attivitajiet ta' standardizzazzjoni, b'mod partikolari f'livell Ewropew. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jiżgura rappreżentanza xierqa tal-SME fil-proċess ta' standardizzazzjoni Ewropea minn entità li għandha l-kwalifiki xierqa.

(14) L-istandards Ewropej huma ta' interess kruċjali għall-kompetittività tal-SMEs li, b'danakollu ma għandhomx biżżejjed rappreżentanza f'numru ta' oqsma f'attivitajiet ta' standardizzazzjoni, b'mod partikolari f'livell Ewropew. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jiżgura rappreżentanza xierqa tal-SME fil-proċess ta' standardizzazzjoni Ewropea. L-għoti lill-SMEs ta' sħubija effettiva fl-Organizzazzjonijiet Ewropej għall-Istandardizzazzjoni, inkluż id-dritt għall-vot huwa mistenni li jkollu impatt pożittiv fuq l-involviment u l-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-istandardizzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-partijiet interessati, inklużi l-SMEs, jipparteċipaw fl-istandardizzazzjoni Ewropea f'livell nazzjonali, fejn jitrattaw ma' impriżi simili u gvernijiet lokali u jkunu jistgħu jaħdmu fil-lingwa nattiva tagħhom. Il-kunsens nazzjonali, miksub bil-parteċipazzjoni tal-SMEs, huwa mbagħad ippreżentat lill-kumitati tekniċi xierqa f'livell tal-UE minn delegat minn entità nazzjonali (il-prinċipju ta' rappreżentazzjoni nazzjonali).

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-istandards jistgħu jkollhom impatt kbir fuq is-soċjetà b'mod partikolari fuq is-sikurezza u l-benessri taċ-ċittadini, fuq l-effiċjenza tan-netwerks, fuq l-ambjent, u fuq oqsma oħra tal-politika pubblika. Għalhekk jeħtieġ li niżguraw li jkunu msaħħa r-rwol u l-feħmiet tal-partijiet interessati soċjali fit-tfassil tal-istandards permezz ta' appoġġ għall-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumaturi, tal-ambjent u tal-partijiet interessati soċjali.

(15) L-istandards jistgħu jkollhom impatt kbir fuq is-soċjetà b'mod partikolari fuq is-sikurezza u l-benessri taċ-ċittadini, fuq l-effiċjenza tan-netwerks, fuq l-ambjent, u fuq oqsma oħra tal-politika pubblika. Għalhekk jeħtieġ li niżguraw li jkunu msaħħa r-rwol u l-feħmiet tal-partijiet interessati soċjali fit-tfassil tal-istandards permezz ta' appoġġ għall-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumaturi, tal-ambjent u tal-partijiet interessati soċjali. L-għoti ta' sħubija effettiva lil dawn l-organizzazzjoni fl-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni, inkluż id-dritt għall-vot, lil dawk l-organizzazzjonijiet, se jkollu impatt pożittiv fuq il-kwalità tal-istandards.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Kemm jista' jkun, l-istandards għandhom iqisu l-impatti ambjentali tul il-ħajja tal-prodotti u tas-servizzi. Iċ-Ċentru Konġunt Għar-Riċerka tal-Kummissjoni żviluppa għodda importanti u disponibbli għall-pubbliku li permezz tagħhom issir valutazzjoni ta' dawn l-impatti tul il-ħajja tal-prodotti u tas-servizzi.

(16) L-istandards għandhom iqisu l-impatti ambjentali tul il-ħajja tal-prodotti u tas-servizzi. Iċ-Ċentru Konġunt Għar-Riċerka tal-Kummissjoni żviluppa għodda importanti u disponibbli għall-pubbliku li permezz tagħhom issir valutazzjoni ta' dawn l-impatti tul il-ħajja tal-prodotti u tas-servizzi.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-vijabbiltà tal-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u s-sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea tiddependi fuq l-attenzjoni li biha jiġu ppjanati talbiet futuri għall-iżvilupp ta' standards. Dan l-ippjanar jista' jittejjeb, partikolarment billi l-partijiet interessati jagħtu l-fehmiet tagħhom. Peress li d-Direttiva 98/34/KE diġà tistipula dwar il-possibbiltà li l-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni jfasslu d-dettalji tal-istandards Ewropej, jixraq li jiġi stabbilit ippjanar aħjar u iktar trasparenti f'programm ta' ħidma annwali li jkun fih ħarsa ġenerali tat-talbiet kollha għall-istandards li l-Kummissjoni biħsiebha tippreżenta lill-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni.

(17) Il-vijabbiltà tal-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u s-sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea tiddependi fuq l-attenzjoni li biha jiġu ppjanati talbiet futuri għall-iżvilupp ta' standards. Dan l-ippjanar jista' jittejjeb, partikolarment billi l-partijiet interessati jagħtu l-fehmiet tagħhom, bl-introduzzjoni ta' mekkaniżmi sabiex jinġabru l-opinjonijiet u jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni fost il-partijiet interessati kollha. Peress li d-Direttiva 98/34/KE diġà tistipula dwar il-possibbiltà li l-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni jfasslu d-dettalji tal-istandards Ewropej, jixraq li jiġi stabbilit ippjanar aħjar u iktar trasparenti f'programm ta' ħidma annwali li jkun fih ħarsa ġenerali tat-talbiet kollha għall-istandards li l-Kummissjoni biħsiebha tippreżenta lill-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni.

Emenda  12

Proposta għal Regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jużaw fis-sħiħ il-medda kollha tal-istandards relevanti meta jkunu qegħdin jixtru xi hardware, software u servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, pereżempju billi jagħżlu standards li jistgħu jiġu implimentati mill-fornituri interessati kollha, u dan jagħti lok għal iżjed kompetizzjoni u jitnaqqas ir-riskju ta' saturazzjoni. Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi jispeċifikaw li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fil-akkwist pubbliku għandhom jiġu fformulati b'referenza għal standards nazzjonali li jittrasponu l-istandards Ewropej, l-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni, l-istandards internazzjonali, sistemi oħrajn ta' referenza teknika stabbiliti mill-korpi Ewropej għall-istandards jew – fejn dawn ma jeżistux – għal standards nazzjonali, approvazzjonijiet tekniċi nazzjonali jew speċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali marbutin mat-tfassil, il-kalkolu u l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet u l-użu tal-prodotti, jew l-ekwivalenti. Iżda l-istandards fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ħafna drabi jiġu żviluppati minn organizzazzjonijiet oħra għall-iżvilupp tal-istandards u ma jidħlu f'ebda kategoriji ta' standards u approvazzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE. Għalhekk jeħtieġ li tkun prevista l-possibbiltà li l-ispeċifikazzjonijiet għal-akkwist pubbliku jkunu jirreferu għall-istandards fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni bħala reazzjoni għall-evoluzzjoni mgħaġġla fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, biex ikun iffaċilitat il-forniment ta' servizzi transkonfinali, biex titħeġġeġ il-kompetizzjoni u għall-promozzjoni tal-interoperabbiltà u l-innovazzjoni.

(19) L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jużaw fis-sħiħ il-medda kollha tal-istandards relevanti u tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meta jkunu qegħdin jixtru xi hardware, software u servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, pereżempju billi jagħżlu standards u speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jiġu implimentati mill-fornituri interessati kollha, u dan jagħti lok għal iżjed kompetizzjoni u jitnaqqas ir-riskju ta' saturazzjoni. Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi jispeċifikaw li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fil-akkwist pubbliku għandhom jiġu fformulati b'referenza għal standards nazzjonali li jittrasponu l-istandards Ewropej, l-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni, l-istandards internazzjonali, sistemi oħrajn ta' referenza teknika stabbiliti mill-korpi Ewropej għall-istandards jew – fejn dawn ma jeżistux – għal standards nazzjonali, approvazzjonijiet tekniċi nazzjonali jew speċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali marbutin mat-tfassil, il-kalkolu u l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet u l-użu tal-prodotti, jew l-ekwivalenti. Iżda l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ħafna drabi jiġu żviluppati minn organizzazzjonijiet oħra għall-iżvilupp tal-istandards u ma jidħlu f'ebda kategoriji ta' standards u approvazzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE. Għalhekk jeħtieġ li tkun prevista l-possibbiltà li l-ispeċifikazzjonijiet għall-akkwist pubbliku jkunu jirreferu għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni bħala reazzjoni għall-evoluzzjoni mgħaġġla fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, biex ikun iffaċilitat il-forniment ta' servizzi transkonfinali, biex titħeġġeġ il-kompetizzjoni u għall-promozzjoni tal-interoperabbiltà u l-innovazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-istandards huma definiti skont ir-reġjun minn fejn joriġinaw jew il-metodu li huma żviluppati bih, mhux skont is-settur industrijali.

Emenda  13

Proposta għal Regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Għadd ta' standards fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ma ġewx żviluppati skont il-kriterji stabbiliti fl-Anness 3 tal-Ftehim dwar ix-Xkiel Tekniku għall-Kummerċ. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi proċedura għall-għażla tal-istandards fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni li jista' jintuża fil-akkwist pubbliku, li tinvolvi konsultazzjoni wiesgħa ma' firxa kbira tal-partijiet interessati, inklużi l-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni, l-impriżi u l-awtoritajiet pubbliċi. Dan ir-Regolament għandu wkoll jistipula r-rekwiżiti, f'għamla ta' lista ta' attributi, għal dawn l-istandards u l-proċessi ta' standardizzazzjoni marbutin magħhom. Dawn l-attributi għandhom jiżguraw li jiġu rispettati l-objettivi tal-politika pubblika u l-bżonnijiet tas-soċjetà, u għandhom jissejsu fuq il-kriterji żviluppati fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ għall-organizzazzjonijiet internazzjonali għall-istandardizzazzjoni.

(20) Għadd ta' speċifikazzjonijiet tekniċi fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ma ġewx żviluppati skont il-kriterji stabbiliti fl-Anness 3 tal-Ftehim dwar ix-Xkiel Tekniku għall-Kummerċ. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi proċedura għall-għażla tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni li jista' jintuża fil-akkwist pubbliku, li tinvolvi konsultazzjoni wiesgħa ma' firxa kbira tal-partijiet interessati, inklużi l-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni, l-impriżi u l-awtoritajiet pubbliċi. Dan ir-Regolament għandu wkoll jistipula r-rekwiżiti, f'għamla ta' lista ta' attributi, għal dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċessi ta' standardizzazzjoni marbutin magħhom. Dawn l-attributi għandhom jiżguraw li jiġu rispettati l-objettivi tal-politika pubblika u l-bżonnijiet tas-soċjetà, u għandhom jissejsu fuq il-kriterji żviluppati fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ għall-istandardizzazzjoni internazzjonali.

Ġustifikazzjoni

L-istandards huma definiti skont ir-reġjun minn fejn joriġinaw jew il-metodu li huma żviluppati bih, mhux skont is-settur industrijali.

Emenda  14

Proposta għal Regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Biex jinagħtaw spinta ikbar l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni bejn is-soluzzjonijiet standardizzati, ir-rikonoxximent ta' speċifikazzjoni teknika partikolari ma għandux jiskwalifika speċifikazzjoni teknika li qed tikkompeti ma' din tal-ewwel milli tkun rikonoxxuta skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Kull rikonoxximent għandu jkun soġġett għall-karatteristiċi li jkunu qegħdin jitwettqu u għall-kundizzjoni li l-ispeċifikazzjoni teknika tkun akkwistat livell minimu ta' aċċettazzjoni fis-suq. L-aċċettazzjoni fis-suq ma għandhiex tiġi interpretata li l-ispeċifikazzjoni teknika inkwistjoni tkun ġiet implimentata ħafna fis-suq.

(21) Biex l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni jingħataw spinta ikbar, ir-rikonoxximent ta' speċifikazzjoni teknika partikolari ma għandux jiskwalifika speċifikazzjoni teknika milli tkun rikonoxxuta skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Kull rikonoxximent għandu jkun soġġett għall-karatteristiċi li jkunu qegħdin jitwettqu u għall-kundizzjoni li l-ispeċifikazzjoni teknika tkun akkwistat livell sinifikanti ta' aċċettazzjoni fis-suq.

Ġustifikazzjoni

Is-soluzzjonijiet standardizzati m'għandhomx jikkontradixxu lil xulxin. Għandu jkun hemm koeżjoni fost sett ta' standards. Is-soluzzjonijiet tekniċi standardizzati għandhom jagħtu opportunitajiet ugwali lill-impriżi sabiex dawn ikunu jistgħu jikkompetu f'dak li jirrigwarda l-proġetti jew is-servizzi tagħhom. Għall-konsumaturi, is-soluzzjonijiet tekniċi standardizzati għandhom jaġixxu bħala indikatur ċar ta' dak li jridu jixtru.

Emenda  15

Proposta għal Regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) L-istandards magħżula fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA) li tistabbilixxi, għall-perjodu 2010-2015, programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, u li jipprovdi soluzzjonijiet komuni u maqsuma għall-faċilitazzjoni tal-interoperabbiltà.

(22) L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi magħżula fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA) li tistabbilixxi, għall-perjodu 2010-2015, programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, u li jipprovdi soluzzjonijiet komuni u maqsuma għall-faċilitazzjoni tal-interoperabbiltà.

Ġustifikazzjoni

L-istandards huma definiti skont ir-reġjun minn fejn joriġinaw jew il-metodu li huma żviluppati bih, mhux skont is-settur industrijali.

Emenda  16

Proposta għal Regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Jistgħu jinqalgħu sitwazzjonijiet fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fejn ikun xieraq li jitħeġġeġ l-użu tal-konformità mal-istandards speċifikati fil-livell tal-Unjoni, jew li jkun hemm obbligu għal dan, sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà fis-suq uniku u biex ikun hemm iktar libertà tal-għażla għall-utenti. F'ċirkostanzi oħra, jista' jiġri wkoll li l-istandards Ewropej speċifikati ma jkunux għadhom jissodisfaw il-bżonnijiet tal-konsumaturi jew ikunu qed ifixklu l-iżvilupp teknoloġiku. Għal dawn ir-raġunijiet, id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi tipperemetti lill-Kummissjoni, fejn ikun hemm bżonn, li titlob lill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex ifasslu standards, biex jistabbilixxu lista ta' standards u/jew speċifikazzjonijiet ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb li jħeġġu l-użu tagħhom, jew li jagħmlu l-implimentazzjoni tagħhom obbligatorja, jew li jneħħu standards u/jew speċifikazzjonijiet minn dik il-lista.

(23) Jistgħu jinqalgħu sitwazzjonijiet fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fejn ikun xieraq li jitħeġġeġ l-użu tal-konformità mal-istandards speċifikati fil-livell tal-Unjoni, jew li jkun hemm obbligu għal dan, sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà fis-suq uniku u biex ikun hemm iktar libertà tal-għażla għall-utenti. F'ċirkostanzi oħra, jista' jiġri wkoll li l-istandards Ewropej speċifikati ma jkunux għadhom jissodisfaw il-bżonnijiet tal-konsumaturi jew ikunu qed ifixklu l-iżvilupp teknoloġiku. Għal dawn ir-raġunijiet, id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi tippermetti lill-Kummissjoni, fejn ikun hemm bżonn, li titlob lill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex ifasslu standards, biex jistabbilixxu lista ta' standards u/jew speċifikazzjonijiet ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb li jħeġġu l-użu tagħhom jew li jneħħu standards u/jew speċifikazzjonijiet minn dik il-lista.

Ġustifikazzjoni

Dawn l-istandards mhumiex vinkolanti; dawn huma u għandhom jibqgħu volontarji.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Il-finanzjament tal-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni għandu jkun ukoll kapaċi jkopri attivitajiet preliminari jew attivitajiet anċillari fir-rigward tat-twaqqif ta’ standards jew prodotti oħra tal-istandardizzazzjoni. Dan huwa meħtieġ b'mod partikolari għax-xogħol li jinvolvi r-riċerka, it-tħejjija ta’ dokumenti preliminari għal-leġiżlazzjoni, it-twettiq ta’ testijiet bejn laboratorji differenti u l-validazzjoni jew l-evalwazzjoni tal-istandards. Il-promozzjoni tal-istandardizzazzjoni fil-livell Ewropew u internazzjonali għandha tkompli permezz ta' programmi marbuta mal-kooperazzjoni u l-assistenza teknika lil pajjiżi terzi u l-kooperazzjoni magħhom. Sabiex jittejjeb l-aċċess għas-swieq u tissaħħaħ il-kompetittività tal-intrapriżi fl-Unjoni, għandu jkun hemm il-possibilità li jingħataw għotjiet lil korpi oħra permezz ta’ sejħiet għall-proposti jew, fejn ikun il-każ, bl-għoti ta' kuntratti.

(29) Il-finanzjament tal-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni għandu jkun ukoll kapaċi jkopri attivitajiet preliminari jew attivitajiet anċillari fir-rigward tat-twaqqif ta’ standards jew prodotti oħra tal-istandardizzazzjoni. Dan huwa meħtieġ b'mod partikolari għax-xogħol li jinvolvi r-riċerka, it-tħejjija ta’ dokumenti preliminari għal-leġiżlazzjoni, it-twettiq ta’ testijiet bejn laboratorji differenti u l-validazzjoni jew l-evalwazzjoni tal-istandards. Il-promozzjoni tal-istandardizzazzjoni fil-livell Ewropew u internazzjonali għandha tkompli permezz ta' programmi marbuta mal-kooperazzjoni u l-assistenza teknika lil pajjiżi terzi u l-kooperazzjoni magħhom. Sabiex jittejjeb l-aċċess għas-swieq u tissaħħaħ il-kompetittività tal-intrapriżi fl-Unjoni, għandu jkun hemm il-possibilità li jingħataw għotjiet lil dawk l-entitajiet li jwettqu l-attivitajiet imsemmija hawn fuq permezz ta’ sejħiet għall-proposti jew, fejn ikun il-każ, bl-għoti ta' kuntratti.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-organizzazzjonijiet nazzjonali u Ewropej għall-istandardizzazzjoni biss jivvalidaw u jirrevedu l-istandards Ewropej. Inkella ma jkunx possibbli li jiġi żgurat l-involviment ta' SMEs, NGOs eċċ. Fl-istess waqt ir-riskju li jinħolqu sistemi paralleli jekk organizzazzjonijiet oħra jkollhom il-permess jivvalidaw u jirrevedu standards huwa imminenti.

Emenda  18

Proposta għal Regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-oġġezzjonijiet għall-istandards armonizzati li l-Kummissjoni tqis li huma ġustifikati u fejn ir-referenzi għall-istandard armonizzat ikkonċernat ikunu għadhom ma ġewx ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi l-istandard relevanti għadu ma wassalx għall-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

(36) Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-oġġezzjonijiet għall-programm annwali Ewropew ta' ħidma dwar l-istandardizzazzjoni u għall-istandards armonizzati li l-Kummissjoni tqis li huma ġustifikati u fejn ir-referenzi għall-istandard armonizzat ikkonċernat ikunu għadhom ma ġewx ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi l-istandard relevanti għadu ma wassalx għall-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiġu kkonsultati dwar il-programm ta' ħidma għall-istandardizzazzjoni.

Emenda  19

Proposta għal Regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Il-proċedura tal-eżami għandha tintuża għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-oġġezzjonijiet għall-istandards armonizzati li l-Kummissjoni tqis li huma ġustifikati u fejn ir-referenzi għall-istandard armonizzat ikkonċernat ikunu għadhom ma ġewx ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi deċiżjoni bħal din ikollha l-konsegwenzi fuq il-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli.

(37) Il-proċedura tal-eżami għandha tintuża rigward in-notifiki kollha ta' standardizzazzjoni mal-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni, ir-rikonoxximent tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fl-oqsma tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, in-nanoteknoloġija, il-bijoteknoloġija u t-teknoloġija nukleari, għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-oġġezzjonijiet għall-istandards armonizzati li l-Kummissjoni tqis li huma ġustifikati u fejn ir-referenzi għall-istandard armonizzat ikkonċernat ikunu għadhom ma ġewx ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi deċiżjonijiet bħal dawn jista' jkollhom konsegwenzi fuq il-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli.

Ġustifikazzjoni

Il-proċedura għar-rikonoxximent ta' speċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tat-teknoloġiji l-ġodda għandha tipprevedi l-possibilità li l-Istati Membri jagħmlu kummenti.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-kooperazzjoni bejn il-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni, il-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni u l-Kummissjoni, it-twaqqif ta' standards Ewropej u prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea għal prodotti u servizzi li jappoġġaw il-leġiżlazzjoni u l-politiki ir-rikonoxximent tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (minn hawn 'il quddiem "ICT") u l-finanzjament tal-istandardizzazzjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-kooperazzjoni bejn il-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni, il-korpi nazzjonali għall-istandardizzazzjoni u l-Kummissjoni, it-twaqqif ta' standards Ewropej u prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea għal prodotti u servizzi li jappoġġaw il-leġiżlazzjoni u l-politiki, ir-rikonoxximent tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (minn hawn 'il quddiem "ICT"), il-finanzjament tal-istandardizzazzjoni Ewropea u l-kundizzjonijiet għal rappreżentanza bilanċjata tal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-partijiet interessati.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) ‘standard’ tfisser speċifikazzjoni teknika għal applikazzjoni ripetuta jew kontinwa, li l-konformità magħha mhijiex obbligatorja u li hija waħda minn dawn li ġejjin:

(1) ‘standard’ tfisser speċifikazzjoni teknika, approvata minn korp rikonoxxut li jistabbilixxi l-istandards, għal applikazzjoni ripetuta jew kontinwa, li l-konformità magħha mhijiex obbligatorja u li hija waħda minn dawn li ġejjin:

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ‘standard armonizzat’ tfisser standard Ewropew adottat fuq il-bażi ta' talba mill-Kummissjoni għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(c) ‘standard armonizzat’ tfisser standard Ewropew adottat fuq il-bażi ta' talba mill-Kummissjoni għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tar-referenzi ppubblikati għalih f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

Emenda  23

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) ‘standard ICT’ tfisser standard fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-istandards huma definiti skont ir-reġjun minn fejn joriġinaw jew il-metodu li huma żviluppati bih, mhux skont is-settur industrijali. Barra minn hekk, hemm nuqqas ta' ċarezza rigward it-tifsira vera tat-terminu "standard ICT" f'din id-definizzjoni

Emenda  24

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) ‘abbozz ta’ standard’ tfisser dokument li jkun fih it-test tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jkollhom x’jaqsmu ma’ suġġett partikolari, li jkun qiegħed jiġi kkunsidrat għall-adozzjoni skont il-proċedura tal-istandards relevanti, kif dan id-dokument ikun jinsab wara x-xogħol ta’ tħejjija u kif ikun ġie ċċirkolat għall-kummenti jew l-iskrutinju tal-pubbliku;

(3) ‘abbozz ta’ standard’ tfisser dokument li jkun fih standard propost li ġie mressaq għal opinjoni, votazzjoni jew approvazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Għandha tiġi applikata definizzjoni mill-istandard Ewropew xieraq.

Emenda  25

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – paragrafu 4 – l-ewwel parti

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) ‘speċifikazzjoni teknika’ tfisser speċifikazzjoni f'dokument li jistipula wieħed minn dawn:

(4) ‘speċifikazzjoni teknika’ tfisser dokument li jistipula r-rekwiżiti tekniċi li l-prodott, il-proċess jew is-servizz jeħtieġu jissodisfaw, li jistipula wieħed minn dawn:

Ġustifikazzjoni

Adottata bħal EN 45020.

Emenda  26

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 - paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a) "prinċipju tal-waqfien totali" ifisser li l-entitajiet nazzjonali għall-istandardizzazzjoni ma jkomplux jaħdmu iktar fuq proġetti li diġà jkunu fis-seħħ;

Ġustifikazzjoni

Din id-definizzjoni tidher fl-Artikoli 4 u 7 tad-Direttiva 98/34/KE.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni ma jistgħux joġġezzjonaw għall-inklużjoni ta' suġġett għall-istandardizzazzjoni fil-programm ta' ħidma ta' korp Ewropew tal-istandardizzazzjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-korpi nazzjonali għall-istandardizzazzjoni, li huma membri tal-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni għandhom ikunu liberi joġġezzjonaw l-inklużjoni fil-programm ta' ħidma ta' suġġett għall-istandardizzazzjoni. Hija din il-libertà li tiżgura kemm in-natura volontarja tal-istandardizzazzjoni u kemm ir-rilevanza attwali għas-suq ta' mandat ta' standardizzazzjoni mogħti mill-Kummissjoni Ewropea.

Emenda  28

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 - paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a. Waqt li qed jitfassal standard Ewropew, jew wara l-approvazzjoni tiegħu, l-entitajiet nazzjonali għall-istandards m'għandhomx ikunu kapaċi jwettqu azzjonijiet li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq l-għan tal-armonizzazzjoni u, b'mod partikolari, huma m'għandhomx ikunu kapaċi jippubblikaw – f’qasam partikolari – standard nazzjonali ġdid jew aġġornat li ma jkunx konsistenti bis-sħiħ mal-istandard Ewropew eżistenti.

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni tissodisfa l-kriterju tal-prinċipju tal-waqfien totali li ttieħed mid-Direttiva 98/34/KE.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-pubblikazzjoni tal-abbozzi tal-istandards b'tali mod li l-partijiet stabbiliti fi Stati Membri oħra jkollhom l-opportunità jibagħtu l-kummenti tagħhom;

(a) il-pubblikazzjoni tal-abbozzi tal-istandards b'tali mod li l-partijiet stabbiliti fi Stati Membri oħra jkollhom l-opportunità jibagħtu l-kummenti tagħhom. Jekk it-traduzzjoni tkun meħtieġa, din għandha ssir bi spejjeż tal-parti interessata;

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Parteċipazzjoni tal-partijiet interessati fl-istandardizzazzjoni Ewropea

Parteċipazzjoni tal-partijiet interessati fl-istandardizzazzjoni Ewropea u l-faċilitazzjoni tal-aċċess għall-istandards

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandhom jiżguraw rappreżentanza xierqa tal-intrapriżi żgħar u medji (minn hawn 'il quddiem 'SMEs'), tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u partijiet interessati ambjentali u soċjali, partikolarment permezz tal-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Anness III, fil-livell tal-iżvilupp tal-politika u mill-inqas fl-istadji li ġejjin tal-iżvilupp tal-istandards Ewropej jew il-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea:

1. Il-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandhom iħeġġu, jiffaċilitaw u jappoġġjaw rappreżentanza xierqa tal-intrapriżi żgħar u medji (minn hawn 'il quddiem 'SMEs'), tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u partijiet interessati ambjentali u soċjali, partikolarment billi jiffaċilitaw organizzazzjonijiet imsemmija fl-Anness III, fil-livell tal-iżvilupp tal-politika u mill-inqas fl-istadji li ġejjin tal-iżvilupp tal-istandards Ewropej jew il-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea:

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-istandards għandhom jiġu konċepiti u adattati sabiex iqisu l-karatteristiċi tal-SMEs u l-ambjent tagħhom, speċjalment fil-każ ta' negozji tal-artiġjanat żgħar u mikrointrapriżi, biex b'hekk ikollhom titjib u aċċess b’inqas spejjeż għall-istandards.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Sabiex jiġi żgurat l-aċċess tal-utenti għall-istandards Ewropej stabbiliti b'sostenn għal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE, jeħtieġ li jiġu previsti sistemi divrenzjati biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet u introduzzjoni ta' ħlasijiet speċjali u pakketti ta' standards imraħħsin, speċjalment għal SMEs, mikrointrapriżi u negozji tal-artiġjanat.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandhom jiżguraw rappreżentanza xierqa, fil-livell tekniku, tal-impriżi, iċ-ċentri tar-riċerka u l-universitajiet u entitajiet legali oħra, fl-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni f'qasam ġdid b'implikazzjonijiet politiċi jew tekniċi sinifikanti, jekk l-entitajiet legali kkonċernati pparteċipaw fi proġett marbut ma' dak il-qasam u li kien iffinanzjat mill-Unjoni fi programm ta' qafas multiannwali għal attivitajiet fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku.

2. Il-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandhom jippermettu rappreżentanza xierqa, fil-livell tekniku, tal-impriżi, iċ-ċentri tar-riċerka u l-universitajiet, il-korpi ta' sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri u entitajiet legali oħra, fl-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni f'qasam ġdid b'implikazzjonijiet politiċi jew tekniċi sinifikanti, jekk l-entitajiet legali kkonċernati pparteċipaw fi proġett marbut ma' dak il-qasam u li kien iffinanzjat mill-Unjoni fi programm ta' qafas multiannwali għal attivitajiet fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku.

Ġustifikazzjoni

'Rappreżentanza xierqa' hija frażi vaga li flimkien mal-obbligu impenjattiv li tiġi żgurata r-rappreżentanza tista' potenzjalment tibblokka s-sistema ta' standardizzazzjoni kollha. L-organizzazzjoni ta' standardizzazzjoni tista' biss tagħmel l-aħjar li tista' sabiex tipprova tinvolvi partijiet interessati, iżda n-nuqqas ta' parteċipazzjoni tagħhom m'għandux jibblokka s-sistema. Fl-istess waqt il-korpi ta' sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri għandhom jiġu involuti fil-proċess ta' standardizzazzjoni u jiżguraw il-kwalità u l-għarfien fil-proċess.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta' ħidma annwali ta' standardizzazzjoni Ewropea li għandu jindika l-istandards Ewropej u l-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea li biħsiebha titlob mill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni skont l-Artikolu 7.

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta, wara konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni u l-partijiet interessati rilevanti, pereżempju dawk imsemmija fl-Anness III, u l-organizzazzjonijiet nazzjonali tal-istandardizzazzjoni, programm ta' ħidma annwali ta' standardizzazzjoni Ewropea, u għandha tinfurmahom bil-pubblikazzjoni tiegħu. Il-programm ta' ħidma għandu jindika l-istandards Ewropej u l-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea li biħsiebha titlob mill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni skont l-Artikolu 7.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni tista' titlob lil korp Ewropew tal-istandardizzazzjoni wieħed jew iktar biex jabbozza standard Ewropew jew prodott Ewropew tal-istandardizzazzjoni qabel data ta' skadenza stabbilita. Dawn għandhom ikunu mmexxija mis-suq, iqisu l-interess pubbliku u bbażati fuq il-kunsens.

1. Il-Kummissjoni tista' titlob lil korp Ewropew tal-istandardizzazzjoni wieħed jew iktar biex jabbozza standard Ewropew jew prodott Ewropew tal-istandardizzazzjoni qabel data ta' skadenza stabbilita. Dawn għandhom ikunu mmexxija mis-suq, iqisu l-interess pubbliku u bbażati fuq il-kunsens. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta u tinforma l-partijiet interessati rilevanti, inklużi l-partijiet interessati kollha dwar it-talbiet li saru skont il-paragrafu 1.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-korp Ewropew tal-istandardizzazzjoni relevanti għandu jindika, fi żmien xahar wara li jirċievi t-talba msemmija fil-paragrafu 1, jekk hux se jaċċettaha.

2. Il-korp Ewropew tal-istandardizzazzjoni relevanti għandu jindika, fi żmien xahrejn wara li jirċievi t-talba msemmija fil-paragrafu 1, jekk hux se jaċċettaha.

Emenda                     38

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-korp Ewropew tal-istandardizzazzjoni, fi żmien tliet xhur wara li jirċievi l-aċċettazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, dwar l-għotja għall-abbozzar ta' standard Ewropew jew prodott Ewropew tal-istandardizzazzjoni.

3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni, fi żmien xahar wara li tirċievi l-aċċettazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, dwar l-għotja għall-abbozzar ta' standard Ewropew jew prodott Ewropew tal-istandardizzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-memorandum ta' spjegazzjoni jindika li ż-żmien meħud biex jitfasslu standards huwa punt li jeħtieġ li jiġi indirizzat. L-ottimizzazzjoni tal-proċessi għandha taffettwa lill-partijiet interessati kollha. Għalhekk, huwa propost li ż-żmien meħud biex tittieħed deċiżjoni dwar l-għoti tas-sussidji għandu jitnaqqas għal xahar (l-istess ammont ta' żmien li l-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni għandhom biex jaslu għal deċiżjoni dwar l-aċċettazzjoni ta' applikazzjoni).

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2(a) ta' dan l-Artikolu għandha tiġi adottata skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 18(2).

4. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2(a) ta' dan l-Artikolu għandha tiġi adottata skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 18(2), wara li jiġi konsultat il-kumitat ta' monitoraġġ rigward id-direttiva rispettiva tas-settur.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2(b) ta' dan l-Artikolu għandha tiġi adottata skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18(3).

5. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2(b) ta' dan l-Artikolu għandha tiġi adottata skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18(3), wara li ġie konsultat il-kumitat ta' monitoraġġ rigward id-direttiva rispettiva tas-settur.

Emenda  41

Proposta għal Regolament

Kapitolu IV — titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Standards fil-qasam tal-ICT

Speċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tal-ICT

Ġustifikazzjoni

L-istandards huma definiti skont ir-reġjun minn fejn joriġinaw jew il-metodu li huma żviluppati bih, mhux skont is-settur industrijali. Barra minn hekk, hemm nuqqas ta' ċarezza rigward it-tifsira tat-terminu "speċifikazzjonijiet tekniċi tal-ICT" fid-definizzjoni ta' standard.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq proposta minn awtorità pubblika msemmija fid-Direttiva 2004/18/KE jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tirrikonoxxi bħala standards tal-ICT, speċifikazzjonijiet tekniċi li mhumiex standards nazzjonali, Ewropej jew internazzjonali iżda li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness II.

Fuq proposta minn awtorità pubblika msemmija fid-Direttiva 2004/18/KE jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, wara konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-partijiet interessati kollha inklużi l-korpi Ewropej tal-Istandardizzazzjoni, li tirrikonoxxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tal-ICT li mhumiex standards nazzjonali, Ewropej jew internazzjonali iżda li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness II, għall-użu fl-akkwist pubbliku u l-politiki pubbliċi sabiex tiġi żgurata interoperabilità fl-ICT.

Meta tevalwa l-konformità tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II, il-Kummissjoni għandha tqis b'mod xieraq l-opinjoni tal-partijiet interessati konsultati, inklużi dawk tal-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) it-traduzzjoni, fejn meħtieġa, tal-istandards Ewropej jew il-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea użati b'appoġġ tal-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f'lingwi uffiċjali tal-Unjoni barra l-lingwi operattivi tal-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni jew, f'każijiet iġġustifikati kif suppost, f'lingwi oħra barra l-lingwi uffiċjali tal-Unjoni,

(e) it-traduzzjoni tal-istandards Ewropej jew il-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea użati b'appoġġ tal-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f'lingwi uffiċjali tal-Unjoni barra l-lingwi operattivi tal-korpi Ewropej għall-istandardizzazzjoni jew, f'każijiet iġġustifikati kif suppost, f'lingwi oħra barra l-lingwi uffiċjali tal-Unjoni,

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) it-tfassil ta' informazzjoni biex tispjega, tinterpreta u tissimplifika l-istandards Ewropej jew il-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea, inkluż it-tfassil ta' gwidi għall-utenti, informazzjoni tal-aħjar prassi u azzjonijiet ta' promozzjoni;

(f) it-tfassil ta' informazzjoni biex tispjega, tinterpreta u tissimplifika l-istandards Ewropej jew il-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea, inkluż it-tfassil ta' gwidi għall-utenti, sommarji tal-istandards, informazzjoni tal-aħjar prassi, azzjonijiet ta' promozzjoni u moduli ta' taħriġ;

(In-numru ħażin fil-verżjoni Franċiża tal-proposta tal-Kummissjoni għandu jiġi kkoreġut.)

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) SMEs, organizzazzjonijiet tal-konsumatur u partijiet interessati ambjentali u soċjali għandhom ikunu rappreżentati b'mod xieraq fil-ħidma Ewropea tal-istandardizzazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1).

(b) l-SMEs, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u l-partijiet interessati ambjentali u soċjali għandhom ikunu rappreżentati b'mod xieraq fil-ħidma Ewropea tal-istandardizzazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1), sakemm esperti relevanti minn fost dawk il-partijiet interessati jkunu disponibbli u lesti li jipparteċipaw.

Ġustifikazzjoni

L-organizzazzjoni għall-istandardizzazzjoni tista' biss tagħmel l-aħjar li tista' sabiex tipprova tinvolvi partijiet interessati, iżda n-nuqqas ta' parteċipazzjoni tagħhom m'għandux jimblokka s-sistema.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Sabiex l-SMEs jingħataw il-possibilità jibbenefikaw bis-sħiħ mill-fehim u l-applikazzjoni tal-istandards armonizzati Ewropej, il-finanzjament li jingħata lill-korpi nazzjonali għall-istandardizzazzjoni għal skopijiet ta' traduzzjoni għandu jkopri proporzjon sinifikanti tal-ispejjeż totali li jkunu saru u l-proċeduri ta' finanzjament tat-traduzzjoni għandhom jiġu ssimplifikati. L-għotjiet mogħtija għall-attivitajiet ta' traduzzjoni msemmija f'punt (e) tal-Artikolu11(1) għandhom ikunu f'somma sħiħa għal kull paġna tradotta li titħallas bil-quddiem filwaqt li tingħata prova li l-istandards Ewropej ġew tradotti b'mod effettiv.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) taġġorna l-lista ta' korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni stipulati fl-Anness I;

imħassar

Emenda  48

Proposta għal Regolament

Artikolu 16 - punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tadatta l-kriterji għar-rikonoxximent tal-istandards fil-qasam tal-ICT stipulati fl-Anness II għall-iżviluppi tekniċi;

(b) tadatta l-kriterji għar-rikonoxximent tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tal-ICT stipulati fl-Anness II għall-iżviluppi tekniċi;

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi żgurata koerenza terminoloġika mad-definizzjonijiet proposti.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 16 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mill-1 ta' Jannar 2013.

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 16 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal ħames snin mill-1 ta' Jannar 2013. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-setgħat iddelegati mhux aktar tard minn sitt xhur qabel l-għeluq tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded awtomatikament għal perjodi identiċi sakemm ma tiġix irrevokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 16 tista’ tiġi revokata f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-publikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ.

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 16 tista’ tiġi revokata f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. L-istituzzjoni li tkun bdiet il-proċess intern ta' teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tar-revoka tad-delega tas-setgħat, għandha tagħmel kull sforz sabiex tinforma lill-Kummissjoni, fi żmien raġonevoli qabel l-adozzjoni ta' deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħat iddelegati suġġetti għar-revoka u r-raġunijiet potenzjali għar-revoka.

 

Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-publikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Il-Kumitat għandu jiltaqa' tal-anqas darbtejn fis-sena mal-organizzazzjonijiet Ewropej u nazzjonali tal-istandardizzazzjoni u l-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjonijiet huma fundamentali għas-sistema ta' standardizzazzjoni u għalhekk l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni u l-Istati Membru għandhom jiġu involuti.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Korpi għall-Istandardizzazzjoni Ewropea għandhom jibagħtu rapport annwali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jkun fih tagħrif iddettaljat dwar dawn li ġejjin:

1. Il-Korpi Ewropej għall-Istandardizzazzjoni għandhom jibagħtu rapport annwali qasir u konċiż lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jkun fih tagħrif dwar dawn li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Il-kelma 'dettaljata' li tintuża fil-verżjoni Ingliża, tista' toħloq aktar burokrazija mingħajr ma tgħin fl-implimentazzjoni. Minflok, ir-rapport għandu jkun immirat u relattivament konċiż.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sal-31 ta’ Diċembru 2015 u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jkun fih valutazzjoni tar-relevanza tal-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni li qegħdin jieħdu finanzjament mill-Unjoni fid-dawl tar-rekwiżiti tal-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

3. Sal-31 ta’ Diċembru 2015 u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jkun fih valutazzjoni tar-relevanza tal-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni li qegħdin jieħdu finanzjament mill-Unjoni fid-dawl tar-rekwiżiti tal-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – punt c – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) informazzjoni dwar attivitajiet ta' standardizzazzjoni (ġodda) tħabbret b'mod globali permezz ta' mezzi xierqa u aċċessibbli.

(ii) informazzjoni dwar attivitajiet ta' standardizzazzjoni (ġodda) tħabbret pubblikament u b'mod globali permezz ta' mezzi xierqa u aċċessibbli.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) rappreżentanza adegwata:

 

(i) l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ġew żviluppati bil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati kollha;

 

(ii) ir-rappreżentanza tal-kategoriji kollha tal-partijiet interessati kienet bilanċjata.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Anness III – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Organizzazzjoni Ewropea li tirrappreżenta l-SMEs fl-attivitajiet Ewropej ta' standardizzazzjoni li:

(a) Organizzazzjoni orizzontali Ewropea li tirrappreżenta esklussivament lin-negozji tal-artiġjanat u l-SMEs fl-attivitajiet Ewropej ta' standardizzazzjoni li:

(In-numru ħażin fil-verżjoni Franċiża tal-proposta tal-Kummissjoni għandu jiġi kkoreġut.)

Emenda  57

Proposta għal regolament

Anness III – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Organizzazzjoni Ewropea li tirrappreżenta l-SMEs fl-attivitajiet Ewropej ta' standardizzazzjoni li:

(a) Organizzazzjoni orizzontali Ewropea li tirrappreżenta lill-impriżi tal-artiġjanat u l-SMEs fl-attivitajiet Ewropej ta' standardizzazzjoni li:

PROĊEDURA

Titolu

L-istandardizzazzjoni Ewropea

Referenzi

COM(2011)0315 – C7-0150/2011 – 2011/0150(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

23.6.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

23.6.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Adam Gierek

28.6.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

5.10.2011

20.12.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

28.2.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

5

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Josefa Andrés Barea, Zigmantas Balčytis, Bendt Bendtsen, Maria Da Graça Carvalho, Jürgen Creutzmann, Pilar del Castillo Vera, Gaston Franco, Adam Gierek, Norbert Glante, András Gyürk, Fiona Hall, Edit Herczog, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Philippe Lamberts, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Judith A. Merkies, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Aldo Patriciello, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Teresa Riera Madurell, Jens Rohde, Paul Rübig, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Badia i Cutchet, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Yannick Jadot, Seán Kelly, Alajos Mészáros, Vladko Todorov Panayotov, Mario Pirillo, Pavel Poc, Vladimír Remek, Jean Roatta, Hannu Takkula

PROĊEDURA

Titolu

L-istandardizzazzjoni Ewropea

Referenzi

COM(2011)0315 – C7-0150/2011 – 2011/0150(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

1.6.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

23.6.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

23.6.2011

EMPL

23.6.2011

ENVI

23.6.2011

ITRE

23.6.2011

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

EMPL

7.7.2011

ENVI

13.7.2011

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Lara Comi

11.7.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

5.10.2011

23.11.2011

25.1.2012

28.2.2012

Data tal-adozzjoni

21.3.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Cristian Silviu Buşoi, Jorgo Chatzimarkakis, Sergio Gaetano Cofferati, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia de Campos, Cornelis de Jong, Christian Engström, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Louis Grech, Mikael Gustafsson, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Iliana Ivanova, Philippe Juvin, Edvard Kožušník, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Sirpa Pietikäinen, Mitro Repo, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Emilie Turunen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Frank Engel, Ashley Fox, Marielle Gallo, María Irigoyen Pérez, Constance Le Grip, Antonyia Parvanova, Sabine Verheyen

Data tat-tressiq

26.3.2012