RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2010

12.4.2012 - (C7‑0283/2011 – 2011/2222(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Monica Luisa Macovei


Proċedura : 2011/2222(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0135/2012

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2010

(C7‑0283/2011 – 2011/2222(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2010,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni[1],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-21 ta' Frar 2012 (06083/2012 – C7–0051/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (tfassil mill-ġdid)[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[4], u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0135/2012),

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2010;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2010

(C7‑0283/2011 – 2011/2222(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2010,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni[5],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-21 ta' Frar 2012 (06083/2012 – C7–0051/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (tfassil mill-ġdid)[7], u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[8], u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0135/2012),

1.      Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2010;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2010

(C7‑0283/2011 – 2011/2222(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2010,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni[9],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-21 ta' Frar 2012 (06083/2012 – C7–0051/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (tfassil mill-ġdid)[11], u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[12], u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0135/2012),

A. billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2010 huma affidabbli, u li l-operazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

B.  billi fl-10 ta' Mejju 2011 il-Parlament ikkonċeda lid-Direttur Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009[13], u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza, fost affarijiet oħra:

-          ħeġġeġ lill-Fondazzjoni tfassal proċeduri baġitarji b’aktar rigorożità ħalli tevita l-għadd konsiderevoli ta’ trasferimenti baġitarji,

-          talab lill-Fondazzjoni taqdi l-obbligu tagħha li turi rendikont sommarju tal-iskeda ta’ ħlasijiet dovuti fi snin finanzjarji sussegwenti għal impenji baġitarji meħudin fi snin baġitarji preċedenti,

-          talab lill-Fondazzjoni tikseb l-awtorizzazzjoni tal-Bord Governattiv tagħha meta jkun hemm bżonn it-trasferimenti, kif jesiġi r-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni,

C. billi l-baġit kumplessiv għall-Fondazzjoni għas-sena 2010 kien jammonta għal EUR 19 300 000, meta mqabbel ma' EUR 20 200 000 fl-2009, somma li tikkostitwixxi tnaqqis ta' 4.46%,

D.  billi l-kontribuzzjoni inizjali tal-Unjoni għall-baġit tal-Fondazzjoni għall-2010 ammontat għal EUR 18 282 000 meta mqabbla ma' EUR 14 772 000 fl-2009[14],

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.      Josserva li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-2009 laħqet total ta’ EUR 19 872 000, u li dan l-ammont kien kompost mill-kontribuzzjoni inizjali tal-Unjoni, jiġifieri EUR 14 772 000, flimkien ma’ EUR 5 100 000 li ġejjin mill-irkupru tas-surplus minn snin preċedenti; ifakkar, barra minn hekk, li l-kontribuzzjoni inizjali tal-Unjoni lill-Aġenzija għall-2010 ammontat għal EUR 18 282 000; jinnota madankollu li ma’ din is-somma żdiedu EUR 1 178 000, li ġejjin mill-irkupru tal-bilanċ pożittiv, u konsegwentement il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni laħqet total ta' EUR 19 460 000 għall-2010[15];

2.      Jieħu nota li d-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Annwali tal-Fondazzjoni jsemmu li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-2010 fil-fatt ammontat għal EUR 19 196 840.29; jirrikonoxxi d-dikjarazzjoni tal-Fondazzjoni li l-kontribuzzjoni reali mogħtija mill-Unjoni fl-2010 ammontat għal EUR 19 297 822, jiġifieri, EUR 19 460 000 tnaqqas EUR 162 178 li jirrappreżentaw il-kontribuzzjoni tal-Unjoni in natura; jieħu nota wkoll mill-Fondazzjoni li, mill-ammont li rċeviet mill-Unjoni, użat EUR 19 196 840.29 u raddet lura l-ammont ta’ EUR 100 981.71 li kien fadal lill-Kummissjoni;

3.      Jistabbilixxi, mid-Dikjarazzjonijiet Finanzjarja Annwali tal-Fondazzjoni, li l-baġit tagħha għall-2010 ġie emendat f’Novembru 2010; juri d-dispjaċir tiegħu dwar in-nuqqas ta' informazzjoni pprovduta mill-Fondazzjoni biex tispjega r-reviżjoni tal-baġit oriġinali tagħha għall-2010; jitlob lill-Fondazzjoni tirrimedja s-sitwazzjoni u tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar dan;

4.      Josserva, mir-Rapport Annwali tal-Attivitajiet tal-Fondazzjoni, li l-Fondazzjoni laħqet rata ta’ 99.9 % rigward l-impenji, mqabbla ma’ 99.8 % fl-2009 u 98.5 % fl-2008, u rata ta’ eżekuzzjoni tal-ħlasijiet ta’ 96.5 %, mqabbla ma’ madwar 90 % fl-2009 u fl-2008;

Trasferimenti u riporti

5.      Jinnota, mir-Rapport Annwali tal-Attivitajiet tal-Fondazzjoni, li din naqqset l-għadd ta’ trasferimenti baġitarji għal 15 fl-2010, imqabbel ma’ 33 fl-2009, u li riportat biss 12.8 % tal-ammont impenjat għall-2010, imqabbel ma’ 17 % fl-2009 u 15 % fl-2008;

Ir-reġistrazzjoni tal-eċċezzjonijiet

6.      Jinnota, mir-Rapport Annwali tal-Attivitajiet tal-Fondazzjoni, li fl-2010 tniżżlu 10 eċċezzjonijiet fir-Reġistru tal-Eċċezzjonijiet, imqabbla ma’ 12 fl-2009;

7.      Jinnota li l-ebda waħda minnhom ma tinvolvi riskju finanzjarju akbar minn EUR 50 000; jinnota b’mod partikolari li dawn l-eċċezzjonijiet għandhom valur finanzjarju totali ta’ EUR 100 183, ammont li jirrappreżenta 0.53 % tal-baġit totali tal-Fondazzjoni fl-2010;

L-akkwist pubbliku

8.      Jagħraf, mir-Rapport Annwali tal-Attivitajiet tal-Fondazzjoni, li l-Fondazzjoni stipulat tmien ftehimiet diretti ma’ kuntratturi esterni, minn liema ftehiiet l-ebda wieħed ma għandu espożizzjoni finanzjarja ta’ EUR 50 000 jew aktar; jinnota li l-valur totali ta’ ftehimiet diretti huwa EUR 93 575, li jirrappreżenta 0.50 % tal-baġit totali tal-Fondazzjoni fl-2010;

Riżorsi Umani

9.      Jinnota, mir-Rapport Annwali tal-Attivitajiet tal-Fondazzjoni, li fi tmiem l-2010, il-Fondazzjoni kellha erba’ karigi battala fl-organigramma tagħha, minflok l-10 li kellha fi tmiem l-2009;

10.    Josserva wkoll li l-għadd ta' membri tal-persunal fil-Fondazzjoni issa laħaq 128, bi 15-il persuna li ngħaqdu mal-Fondazzjoni filwaqt li 10 ħallewha fl-2010;

11.    Jieħu nota mir-Rapport Annwali tal-Attivitajiet li l-għadd ta’ karigi disponibbli għall-implimentazzjoni tal-mandat tal-Fondazzjoni huwa kompost minn:

-   96 kariga temporanja,

-   33 aġent kuntrattwali u lokali, kif ukoll

-   6 esperti nazzjonali ssekondati;

Prestazzjoni

12.    Josserva, mir-Rapport Annwali tal-Attivitajiet, li l-Fondazzjoni żviluppat lista riveduta ta’ Indikaturi tal-Prestazzjoni Korporattiva bil-għan li l-objettivi tagħha jsiru aktar rilevanti u jkunu jistgħu jitkejlu aħjar, kif ukoll li jipprovdu data dwar il-prestazzjoni tal-Fondazzjoni fil-livell aggregat f’relazzjoni mal-attivitajiet tal-qalba u l-funzjonament tagħha;

13.    Jinnota, barra minn hekk, li l-Fondazzjoni żviluppat il-proġett ta’ “dashboard” (tabella sinottika) li huwa maħsub biex jiżgura li jkun hemm data ewlenija attwalizzata għall-monitoraġġ ta’ kuljum tal-attivitajiet tagħha, u b’mod partikolari għall-ġestjoni u r-rappurtar;

14.    Josserva, barra minn hekk, li differenzjazzjoni taċ-ċirkwiti ta’ pagament abbażi tar-riskju ġiet implimentata b’suċċess kmieni fl-2010, u introduċiet ċirkwiti simplifikati għat-tranżazzjonijiet b’riskju baxx;

15.    Jilqa’ l-fatt li l-Fondazzjoni implimentat b’suċċess l-ewwel sena tal-Proċess ta’ Turin, li jipprovdi analiżi konċiża, dokumentata u komprensiva tar-riforma tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali f’kull pajjiż, u li tinkludi l-identifikazzjoni ta’ xejriet ewlenin fil-politiki, sfidi u restrizzjonijiet, kif ukoll pratiki tajba u opportunitajiet;

Koperazzjoni maċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħrig Vokazzjonali (Cedefop)

16.    Jinnota li, f'Novembru 2009, il-ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Fondazzjoni u s-Cedefop iġġedded għall-perjodu 2010-2013; jagħraf li, kull sena, il-Fondazzjoni u s-Cedefop jabbozzaw, fil-kuntest tal-ftehim ta' kooperazzjoni, programm konġunt ta' ħidma li jiġi anness mal-programmi ta' ħidma ta' kull Aġenzija; jilqa' l-intenzjoni tal-Fondazzjoni li tiddedika aktar spazju għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-programm konġunt ta' ħidma f'Rapporti Annwali tal-Attivitajiet tal-ġejjieni;

Verifika Interna

17.    Jagħraf li s-Servizz ta’ Awditjar Intern (IAS) wettaq awditu tal-ippjanar u l-monitoraġġ fl-2010; jinnota b’mod partikolari li l-IAS għamel tmien rakkomandazzjonijiet, li waħda minnhom, immarkata bħala “importanti ħafna”, tikkonċerna l-ħtieġa li l-Fondazzjoni tiddefinixxi u tiddeskrivi b’mod ċar l-utilità tal-approċċ tagħha rigward il-pjanifikazzjoni annwali;

18.    Iħeġġeġ lil-Fondazzjoni, f’dan il-kuntest, biex tiffoka fuq ir-rappurtar kosteffikaċi rilevanti għall-Bord ta’ Governanza tal-Fondazzjoni u għall-partijiet interessati ewlenin, li jippermettihom li jeżaminaw il-prestazzjoni tal-Fondazzjoni;

19.    Jitlob ukoll lill-Fondazzjoni biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet l-oħra tal-IAS li għadhom pendenti mill-awditi preċedenti;

20.    Jagħraf, mir-RapportAnnwali tal-Attivitajiet, li l-Fondazzjoni adottat 16-il standard rivedut għall-ġestjoni effikaċi, kif stipulat fil-qafas tal-istandards ta’ kontroll intern;

o

o o

21.    Jiġbed l-attenzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu minn rapporti preċedenti dwar il-kwittanza, kif stabbilit fl-Anness ta' din ir-riżoluzzjoni;

22.    Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2012 dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

ANNESS

Rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta' dawn l-aħħar snin

 

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ

2006

2007

2008

2009

 

Prestazzjoni

 

mhux applikabbli

 

mhux applikabbli

-Jistieden lill-Aġenzija tistabbilixxi analiżi dijakronika tal-operazzjonijiet imwettqa f'din is-sena u f'dawk preċedenti

-Jitlob, fid-dawl tal-fatt li xi oqsma ta’ interess huma kondiviżi, għal kooperazzjoni mill-qrib u għal sinerġiji bejn il-Fondazzjoni u s-Cedefop, u jitlob li d-Diretturi taż-żewġ Aġenziji jagħtu informazzjoni regolarment fir-rapporti dwar l-attività

-Jeżistu diffikultajiet biex dak li jkun jistabbilixxi rabta diretta bejn ir-riżultati tal-proġetti ta-Fondazzjoni u l-attivitajiet tal-istituzzjoni

-Jitlob lill-Fondazzjoni tippreżenta tqabbil tal-operazzjonijiet li saru matul is-sena li għaliha għandha tingħata l-kwittanza u dawk li saru matul is-sena finanzjarja ta’ qabel

 

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

Il-Fondazzjoni ma rrispettatx ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-baġit: il-Fondazzjoni ppubbikat biss l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-2006, bla ma qieset l-approprjazzjonijiet ta’ ħlas

Fil-baġit emendatorju, l-ammont tal-dħul assenjat mhuwiex korrett. Dan kellu jkun EUR 1.2 miljun, minflok l-ammont muri ta’ EUR 3.4 miljun, li bi żball inkluda dħul assenjat riportat mis-sena ta’ qabel

 

mhux applikabbli

-Iħeġġeġ lill-Fondazzjoni tfassal proċeduri baġitarji b’aktar rigorożità ħalli tevita l-għadd konsiderevoli ta’ trasferimenti baġitarji

-Jitlob lill-Fondazzjoni tikseb l-awtorizzazzjoni tal-Bord Governattiv tagħha meta jkun hemm bżonn it-trasferimenti, kif jesiġi r-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni

-Ifakkar lill-Fondazzjoni li għandha taqdi l-obbligu tagħha li tagħti dikjarazzjoni sommarja tal-iskeda ta’ ħlasijiet dovuti fi snin finanzjarji sussegwenti għal impenji baġitarji meħudin fi snin baġitarji preċedenti

 

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ

2006

2007

2008

2009

 

Riżorsi Umani

 

mhux applikabbli

 

mhux applikabbli

-Jitlob lill-Fondazzjoni (ara l-awditu intern) jindirizza dgħufijiet fil-proċeduri ta’ rejklutaġġ→ Jeħtieġ li l-Bordijiet ta’ Valutazzjoni għar-Reklutaġġ jipprovdu biżżejjed informazzjoni dwar il-proċeduri mħaddma, inklużi ġustifikazzjonijiet għad-deċiżjonijiet meħuda u d-dati meta dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu, biex jiżguraw it-trasparenza ta’ dawn il-proċeduri

 

-Jitlob lill-Aġenzija tottempera ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000

 

mhux applikabbli

Verifika Interna

 

mhux applikabbli

 

mhux applikabbli

-Jitlob lill-Fondazzjoni tieħu passi biex taqdi 15 mis-27 rakkomandazzjoni magħmula mis-Servizz ta' Awditjar Intern, jiġifieri li timplimenta bla dewmien ċerti standards ta' kontroll intern (rigward id-dokumentazzjoni tal-proċeduri, is-superviżjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-kontinwità tal-operazzjonijiet) u ċerti rakkomandazzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani ( dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani fil-pjanifikazzjoni annwali u r-rappurtar dwar l-attività; id-definizzjoni tal-objettivi; ir-reġistrazzjoni tal-ħinijiet tal-persunal)

-Jagħraf li 11 mill-15-il rakkomandazzjoni magħmula mill-IAS ingħalqu fl-2009

15.3.2012

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2010

(C7-0283/2011 – 2011/2222(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Csaba Őry

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jirreferi għall-konferma tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni, li jikkorrispondu għall-baġit ta' EUR 19 300 000, jippreżentaw stampa tal-qagħda finanzjarja li tikkorrispondi mas-sitwazzjoni reali tal-Fondazzjoni fil-31 ta' Diċembru 2010 u li t-tranżazzjonijiet u l-finanzjamenti għas-sena finanzjarja 2010, huma konformi mar-regoli finanzjarji tal-Fondazzjoni;

2.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat it-tranżazzjonijiet sottostanti tal-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2010, legali u regolari;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

13.2.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Pervenche Berès, Vilija Blinkevičiūtė, Philippe Boulland, Alejandro Cercas, Derek Roland Clark, Marije Cornelissen, Frédéric Daerden, Karima Delli, Thomas Händel, Marian Harkin, Roger Helmer, Nadja Hirsch, Martin Kastler, Ádám Kósa, Jean Lambert, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Rovana Plumb, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu, Andrea Zanoni, Inês Cristina Zuber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Tamás Deutsch, Sergio Gutiérrez Prieto, Anthea McIntyre, Antigoni Papadopoulou, Evelyn Regner

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Phil Bennion, Zuzana Brzobohatá, Anna Záborská

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

27.3.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Ryszard Czarnecki, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Iliana Ivanova, Monica Luisa Macovei, Jan Mulder, Eva Ortiz Vilella, Aldo Patriciello, Crescenzio Rivellini, Petri Sarvamaa, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Michael Theurer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Philip Bradbourn, Zuzana Brzobohatá, Edit Herczog, Derek Vaughan

  • [1]  ĠU C 366, 15.12.2011, p. 145.
  • [2]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [3]  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.
  • [4]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [5]  ĠU C 366, 15.12.2011, p. 145.
  • [6]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [7]  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.
  • [8]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [9]  ĠU C 366, 15.12.2011, p. 145.
  • [10]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [11]  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.
  • [12]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [13]  ĠU L 250, 27.9.2011, p. 196.
  • [14]  ĠU L 64, 12.3.2010, p. 926.
  • [15]  ĠU L 64, 12.3.2010, p. 927.