RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea.

20.6.2012 - (COM(2011)0890 – C7‑0507/2011 – 2011/0455(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Dagmar Roth-Behrendt


Proċedura : 2011/0455(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0156/2012
Testi mressqa :
A7-0156/2012
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea

(COM(2011)0890 – C7‑0507/2011 – 2011/0455(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0890),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 336 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0507/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-22 ta' Marzu 2012[1],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-.....[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn (A7-0156/2012),

1.  Iqis li l-ebda ftehim politiku dwar it-tnaqqis tal-persunal fl-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-Unjoni Ewropea m'għandu jxekkel il-prerogattivi baġitarji tagħha fil-kuntest ta' proċeduri oħra, bħall-proċedura baġitarja annwali u n-negozjati futuri dwar il-qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020; se jopponi bil-qawwa kwalunkwe attentat li jiġu antiċipati r-riżultati ta' tali negozjati;

2.  Jemmen li l-proposta tal-Kummissjoni, li prinċipalment timmira lejn l-iffrankar tal-flus għad-detriment tal-persunal fil-gradi l-baxxi, hija problematika f’termini ta’ ġustizzja soċjali;

3.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa -1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1) Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea għandhom jikkomplementaw regolamenti dwar proċeduri amministrattivi fl-ilħuq tal-objettiv imniżżel fl-Artikolu 298 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, billi jiżguraw li, fil-qadi ta’ dmirijiethom, l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni jkollhom is-sostenn ta’ amministrazzjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Unjoni Ewropea u l-aktar minn 50 istituzzjoni u aġenzija tagħha għandhom ikunu mgħammra b'amministrazzjoni pubblika Ewropea ta' kwalità għolja, li tippermettilhom li jwettqu l-kompiti tagħhom sal-ogħla livell possibbli skont it-Trattati u sabiex jilqgħu l-isfidi, kemm interni kif ukoll esterni, li jridu jiffaċċjaw fil-ġejjieni.

(1) L-Unjoni Ewropea, u l-aktar minn 50 istituzzjoni u aġenzija tagħha, għandha tkompli tkun mgħammra b'amministrazzjoni pubblika Ewropea ta' kwalità għolja, li tippermettilha tikseb l-objettivi tagħha, timplimenta l-politiki u l-attivitajiet tagħha u twettaq il-kompiti tagħha sal-ogħla livell possibbli skont it-Trattati sabiex tilqa' l-isfidi, kemm interni kif ukoll esterni, li trid tiffaċċja fil-ġejjieni.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) B'konsegwenza ta' dan, teżisti l-ħtieġa li jiġi pprovdut qafas għar-reklutaġġ ta' persunal ta' kalibru għoli rigward produttività u integrità, meħud fuq l-aktar bażi ġeografika wiesgħa minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri, u li jippermetti li t-tali persunal iwettaq id-dmirijiet tiegħu b'kemm jista' jkun effikaċja u effiċjenza.

(2) B'konsegwenza ta' dan, teżisti l-ħtieġa li jiġi żgurat qafas biex jiġi attirat, reklutat u jinżamm persunal bi kwalifiki għoljin u multilingwi, meħud fuq l-aktar bażi ġeografika wiesgħa minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri, u b'attenzjoni xierqa għall-bilanċ tal-ġeneri, li jkun indipendenti u li jaderixxi mal-ogħla standards professjonali, u li jkun possibbli li t-tali persunal iwettaq id-dmirijiet tiegħu b'kemm jista' jkun effikaċja u effiċjenza. F'dan ir-rigward, hu meħtieġ li jingħelbu d-diffikultajiet kurrenti esperjenzati mill-istituzzjonijiet fir-reklutaġġ tal-uffiċjali jew tal-persunal minn ċerti Stati Membri.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Peress li d-daqs tas-Servizz Ċivili Ewropew, meta mqabbel mal-objettivi tal-Unjoni u l-popolazzjoni tagħha, huwa limitat ħafna, it-tnaqqis fin-numru tal-membri tal-persunal tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni m'għandux iwassal għal tfixkil fit-twettiq tal-kompiti, tad-dmirijiet u tal-funzjonijiet tagħhom bi qbil mal-obbligi u s-setgħat skont it-Trattati. F'dan ir-rigward, jeħtieġ li jkun hemm aktar trasparenza dwar l-ispejjeż tal-persunal li għandha kull istituzzjoni u aġenzija fir-rigward tal-kategoriji kollha tal-persunal impjegat minnha.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b) Is-servizz ċivili Ewropew huwa mistenni li jkollu l-ogħla standards ta' etika professjonali, u li jibqa' indipendenti dejjem. Għal dan il-għan, it-Titolu II tar-Regolamenti tal-Persunal, li jipprovdi qafas għad-drittijiet u l-obbligi, għandu jiġi ċċarat iktar. Kwalunkwe nuqqas mill-uffiċjali jew mill-uffiċjali preċedenti li jissodisfaw dawn l-obbligi għandu jagħmilhom suxxettibbli għal azzjoni dixxiplinarja.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 2c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c) Ir-reklutaġġ għandu jiżgura li l-persunal jiġi impjegat fuq l-usa’ bażi ġeografika minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar żbilanċji possibbli bejn in-nazzjonalitajiet. Wara perjodu ta' ħames snin ta' valutazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jingħataw il-possibilità li jieħdu miżuri korrettivi fil-każ ta' żbilanċ dejjiem u sinifikanti bejn in-nazzjonalitajiet fost l-uffiċjali tagħhom li ma jkunx ġustifikat bi kriterji oġġettivi. Il-miżuri korrettivi għandhom jiġu definiti mill-atti delegati adottati mill-Kummissjoni u implimentati mill-istituzzjoni kkonċernata fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet implimentattivi ġenerali li tkun adottat qabel. Dawk il-miżuri qatt m'għandhom jirriżultaw fi kriterji ta' reklutaġġ għajr dawk imsejsa fuq il-mertu.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Għan aktar wiesa' għandu jkun dak li l-ġestjoni tar-riżorsi umani fis-servizz ċivili Ewropew issir bl-aħjar mod possibbli, u li fost il-karatteristiċi tas-servizz ċivili Ewropew ikun hemm kompetenza, indipendenza, lealtà, imparzjalità u stabbiltà, kif ukoll diversità kulturali u lingwistika.

(3) Għan aktar wiesa' għandu jkun dak li l-ġestjoni tar-riżorsi umani fis-servizz ċivili Ewropew issir bl-aħjar mod possibbli, u li fost il-karatteristiċi tas-servizz ċivili Ewropew ikun hemm l-eċċellenza, il-kompetenza, l-indipendenza, il-lealtà, l-imparzjalità u l-istabbiltà tiegħu, kif ukoll diversità kulturali u lingwistika u kondizzjonijiet attraenti ta’ reklutaġġ.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Filwaqt li l-emendi fir-Regolamenti tal-Persunal li ġew introdotti minn dan ir-Regolament se jirriżultaw f'xi tfaddil għall-baġit tal-Unjoni Ewropea, huma m'għandhom bl-ebda mod jantiċipaw id-deċiżjonijiet futuri dwar it-tibdiliet fil-persunal tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni, li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà unika tal-awtorità baġitarja.

Ġustifikazzjoni

Il-PE bħala Awtorità Baġitarja huwa responsabbli għal kull deċiżjoni dwar il-baġit amministrattiv u l-organigrammi tal-istituzzjonijiet tal-UE fil-kuntest tal-proċedura annwali tal-baġit. Kwalunkwe objettiv ta' tnaqqis ta' persunal m'għandux jantiċipa d-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja f'dan il-kuntest, u lanqas ir-riżultati tan-negozjati futuri dwar il-QMF 2014-2020. Dan huwa ferm aktar kruċjali peress li l-impatt ta' kwalunkwe tnaqqis sinifikanti tal-persunal fuq il-kwalità tax-xogħol tal-istituzzjonijiet għandu jiġi vvalutat bir-reqqa qabel ma jkun jista' jittieħed kwalunkwe impenn politiku f'dan il-qasam.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) L-uffiċjali għandhom jagħmlu perjodu ta' prova ta' disa' xhur. Meta tkun qed tiddeċiedi dwar l-istabbiliment ta' uffiċjal, l-awtorità tal-ħatra m'għandhiex tistrieħ biss fuq ir-rapport dwar il-perjodu ta' prova imma wkoll fuq il-kondotta tal-impjegat taħt prova fir-rigward tal-obbligi tiegħu skont ir-Regolamenti tal-Persunal. Għandu jkun possibbli li jsir rapport dwar l-impjegat taħt prova sa mhux aktar tard minn ħames xhur wara l-bidu tal-perjodu ta' prova jekk jintwera li l-ħidma tal-impjegat taħt prova kienet ovvjament inadegwata. Inkella għandu jsir rapport fl-aħħar tal-perjodu ta' prova biss.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Fl-interess li jiġi garantit li l-kapaċità tal-akkwist tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea tiżviluppa b'mod parallel ma' dik tal-ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali tal-gvernijiet ċentrali tal-Istati Membri, huwa essenzali li l-prinċipju tal-mekkaniżmu multiannwali tal-ħlas, magħruf bħala "l-metodu", jinżamm fis-seħħ billi l-applikazzjoni tiegħu tiġi estiża sa tmiem l-2022 b'reviżjoni fi tmiem il-ħames sena. Id-diskrepanza bejn il-mekkaniżmu tal-metodu li minn dejjem kien ta' natura amministrattiva u l-adozzjoni, min-naħa tal-Kunsill biss, tar-riżultat tal-metodu, fl-imgħoddi wasslu għal diffikultajiet u mhuwiex konformi mat-Trattat ta' Lisbona. Għaldaqstant ikun xieraq jekk il-leġiżlaturi jiddeċiedu li jadottaw dawn l-emendi għar-Regolamenti tal-Persunal skont metodu li jwassal għall-aġġornament annwali tas-salarji, il-pensjonijiet u l-konċessjonijiet kollha b'mod awtomatiku. Dan l-aġġornament ser ikun ibbażat fuq id-deċiżjonijiet politiċi li jittieħdu minn kull wieħed mill-Istati Membri għall-aġġustament tas-salarji tal-ħaddiema taċ-ċivil fil-livell nazzjonali.

(4) Fl-interess li jiġi garantit li l-kapaċità tal-akkwist tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea tiżviluppa b'mod parallel ma' dik tal-ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali tal-gvernijiet ċentrali tal-Istati Membri, huwa essenzali li l-prinċipju tal-mekkaniżmu multiannwali tal-ħlas, magħruf bħala "l-metodu", jinżamm fis-seħħ. Id-diskrepanza bejn il-mekkaniżmu tal-metodu li minn dejjem kien ta' natura amministrattiva u l-adozzjoni, min-naħa tal-Kunsill biss, tar-riżultat tal-metodu, fl-imgħoddi wasslu għal diffikultajiet u mhuwiex konformi mat-Trattat ta' Lisbona. Għaldaqstant ikun xieraq jekk il-leġiżlaturi jiddeċiedu li jadottaw dawn l-emendi għar-Regolamenti tal-Persunal skont metodu li jwassal għall-aġġornament annwali tas-salarji, il-pensjonijiet u l-konċessjonijiet kollha b'mod awtomatiku. Dan l-aġġornament ser ikun ibbażat fuq id-deċiżjonijiet politiċi li jittieħdu minn kull wieħed mill-Istati Membri għall-aġġustament tas-salarji tal-ħaddiema taċ-ċivil fil-livell nazzjonali.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-vantaġġi potenzjali tal-applikazzjoni tal-metodu għall-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu bbilanċjati permezz tal-kontinwazzjoni tas-sistema ta' imposta speċjali, li għandha tissemma mill-ġdid 'imposta ta’ solidarjetà'. Filwaqt li r-rata tal-imposta speċjali fis-seħħ matul il-perjodu bejn l-2004 u l-2012 żdiedet gradwalment maż-żmien u l-medja tagħha kienet ta' 4.23 %, fiċ-ċirkostanzi ta' bħalissa jidher li huwa xieraq li l-imposta ta' solidarjetà tiżdied u tilħaq ir-rata uniformi ta' 6 %, sabiex jiġi kkunsidrat il-kuntest ekonomiku diffiċli u l-implikazzjonijiet tiegħu għall-finanzi pubbliċi mal-Unjoni Ewropea kollha. Din l-imposta ta' solidarjetà għandha tapplika għall-uffiċjali u l-aġenti l-oħra kollha tal-Unjoni Ewropea għall-istess perjodu ta' applikazzjoni tal-'metodu'.

(6) Il-vantaġġi potenzjali tal-applikazzjoni tal-metodu għall-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu bbilanċjati permezz tal-kontinwazzjoni tas-sistema ta' imposta speċjali, li għandha tissemma mill-ġdid 'imposta ta’ solidarjetà'. Filwaqt li r-rata tal-imposta speċjali fis-seħħ matul il-perjodu bejn l-2004 u l-2012 żdiedet gradwalment maż-żmien u l-medja tagħha kienet ta' 4.23 %, fiċ-ċirkostanzi ta' bħalissa jidher li huwa xieraq li l-imposta ta' solidarjetà tiżdied u tilħaq ir-rata uniformi ta' 6 %, sabiex din tgħin tiffinanzja l-politiki ta' tkabbir u impjiegi tal-Unjoni mill-baġit tal-Unjoni u li jiġi kkunsidrat il-kuntest ekonomiku diffiċli u l-implikazzjonijiet tiegħu għall-finanzi pubbliċi mal-Unjoni Ewropea kollha. Din l-imposta ta' solidarjetà għandha tapplika għall-uffiċjali u l-aġenti l-oħra kollha tal-Unjoni Ewropea għall-istess perjodu ta' applikazzjoni tal-'metodu'.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) It-tibdiliet demografiċi u l-istruttura dejjem tinbidel tal-età tal-popolazzjoni kkonċernata jirrekjedu żieda fl-età tal-pensjoni. Madanakollu din il-bidla hija suġġetta għal miżuri tranżitorji għall-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea li diġà jinsabu fis-servizz. Dawn il-miżuri tranżitorji huma meħtieġa biex jiġu rrispettati d-drittijiet miksuba mill-uffiċjali li diġà jinsabu fis-servizz u li kkontribwew għall-fond tal-pensjoni kunċettwali għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7) It-tibdiliet demografiċi u l-istruttura dejjem tinbidel tal-età tal-popolazzjoni kkonċernata jirrekjedu żieda fl-età tal-pensjoni. Madanakollu din il-bidla hija suġġetta għal miżuri tranżitorji għall-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea li diġà jinsabu fis-servizz. Dawn il-miżuri tranżitorji huma meħtieġa biex jiġu rrispettati d-drittijiet miksuba mill-uffiċjali li diġà jinsabu fis-servizz u li kkontribwew għall-fond tal-pensjoni kunċettwali għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-età tal-pensjoni għandha wkoll issir aktar flessibbli billi l-membri tal-persunal isirilhom aktar faċli li volontarjament jibqgħu jaħdmu sal-età ta’ 67 sena, u li jsirilhom possibbli, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, li jibqgħu jaħdmu sal-età ta’ 70 sena.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) B'kunsiderazzjoni għal din it-talba, ikun xieraq li l-promozzjoni għal grad ogħla għandha tkun kundizzjonali fuq il-prestazzjoni ta' dmirijiet li l-importanza tagħhom tiġġustifika l-ħatra tal-uffiċjali f'dak il-grad ogħla.

(11) B'kunsiderazzjoni għal din it-talba, ikun xieraq li l-promozzjoni għal grad ogħla għandha tkun kundizzjonali fuq id-dedikazzjoni personali, it-titjib tal-ħiliet u l-kompetenzi, u l-prestazzjoni ta' dmirijiet li l-importanza tagħhom tiġġustifika l-ħatra tal-uffiċjali f'dak il-grad ogħla.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Sabiex l-istrutturi tal-karrieri f'ċerti oqsma tal-persunal AST jiġu aġġustati aktar skont il-livelli differenti ta' responsabbiltà, u bħala kontribuzzjoni indispensabbli sabiex jitrażżnu l-ispejjeż amministrattivi, għandu jiġi introdott grupp ta' funzjoni ġdid "AST/SC" għall-persunal segretarjali u klerikali. Is-salarji u r-rati ta' promozzjoni jistabbilixxu relazzjoni bejn il-livell ta' responsabbiltà u l-livell ta' remunerazzjoni. B'dan il-mod ser ikun possibbli li s-servizz ċivili Ewropew ikun wieħed stabbli u komprensiv.

(13) Sabiex l-istrutturi tal-karrieri f'ċerti oqsma tal-persunal AST jiġu aġġustati aktar skont il-livelli differenti ta' responsabbiltà, u bħala kontribuzzjoni indispensabbli sabiex jitrażżnu l-ispejjeż amministrattivi, għandu jiġi introdott grupp ta' funzjoni ġdid "AST/SC" għall-persunal segretarjali u klerikali. Is-salarji u r-rati ta' promozzjoni għandhom jistabbilixxu relazzjoni bejn il-livell ta' responsabbiltà u l-livell ta' remunerazzjoni. B'dan il-mod ser ikun possibbli li s-servizz ċivili Ewropew ikun wieħed stabbli u komprensiv. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta u tagħmel rapport dwar il-kobor u l-effetti tal-introduzzjoni ta’ dan il-grupp ta’ funzjoni ġdid, filwaqt li tqis partikolarment is-sitwazzjoni tan-nisa, sabiex tkun tista' tiġi żgurata l-preservazzjoni ta' servizz ċivili Ewropew stabbli u komprensiv.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Is-sigħat ta' xogħol applikati fl-istituzzjonijiet għandhom jiġu allinjati ma' dawk fis-seħħ f'ċerti Stati Membri tal-Unjoni Ewropea u b'mod li jikkumpensa għat-tnaqqis tal-persunal fl-istituzzjonijiet. L-introduzzjoni ta' għadd minimu ta' sigħat ta' xogħol kull ġimgħa ser tiżgura li l-persunal impjegat mill-istituzzjonijiet ikollu l-kapaċità li jwettaq il-piż tax-xogħol li jirriżulta mill-għanijiet ta' politika tal-Unjoni Ewropea filwaqt li, fl-istess ħin, il-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-istituzzjonijiet jiġu armonizzati fl-interess tas-solidarjetà fis-servizz ċivili tal-Unjoni Ewropea kollu kemm hu.

(14) Is-sigħat ta' xogħol applikati fl-istituzzjonijiet għandhom jiġu allinjati b'mod li jikkumpensa għat-tnaqqis tal-persunal fl-istituzzjonijiet. Dan l-allinjament għandu jqis il-ħinijiet tax-xogħol applikati fis-servizz ċivili fl-Istati Membri. L-introduzzjoni ta' għadd minimu ta' sigħat ta' xogħol kull ġimgħa ser tiżgura li l-persunal impjegat mill-istituzzjonijiet ikollu l-kapaċità li jwettaq il-piż tax-xogħol li jirriżulta mill-għanijiet ta' politika tal-Unjoni Ewropea filwaqt li, fl-istess ħin, il-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-istituzzjonijiet jiġu armonizzati fl-interess tas-solidarjetà fis-servizz ċivili tal-Unjoni Ewropea kollu kemm hu.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Ikun xieraq li jiġi previst qafas aktar flessibbli għall-impjegar ta' persunal kuntrattwali. Għaldaqstant l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu jistgħu jingaġġaw persunal kuntrattwali għal perjodu massimu ta' sitt snin sabiex iwettaq kompiti taħt is-superviżjoni ta' uffiċjali jew persunal temporanju. Barra minn hekk, filwaqt li l-parti l-kbira tal-uffiċjali ser jibqgħu jiġu rreklutati abbażi ta' kompetizzjonijiet miftuħa, l-istituzzjonijiet għandhom jingħataw is-setgħa li jorganizzaw kompetizzjonijiet interni li jkunu miftuħa għall-persunal kuntrattwali wkoll.

(19) Ikun xieraq li jiġi previst qafas aktar flessibbli għall-impjegar ta' persunal kuntrattwali. Għaldaqstant l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu jistgħu jingaġġaw persunal kuntrattwali għal perjodu massimu ta' ħames snin sabiex iwettaq kompiti taħt is-superviżjoni ta' uffiċjali jew persunal temporanju. Barra minn hekk, filwaqt li l-parti l-kbira tal-uffiċjali ser jibqgħu jiġu rreklutati abbażi ta' kompetizzjonijiet miftuħa, l-istituzzjonijiet għandhom jingħataw is-setgħa li jorganizzaw kompetizzjonijiet interni li jkunu miftuħa għall-persunal kuntrattwali wkoll.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a) Bħall-persunal l-ieħor taħt ir-Regolamenti tal-Persunal, il-persunal tal-Aġenziji huwa kopert mill-iskema tal-pensjonijiet tal-UE. L-aġenziji li huma awtofinanzjati bis-sħiħ bħalissa jħallsu l-kontribuzzjoniji tal-impjegatur lill-iskema. Sabiex ikunu żgurati t-trasparenza baġitarja u qsim tal-piżijiet iktar bilanċjat, l-aġenziji li huma parzjalment iffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandhom iħallsu l-parti tal-kontribuzzjonijiet tal-impjegaturi li tikkorrispondi għall-proporzjon bejn id-dħul tal-aġenzija mingħajr is-sussidju mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u d-dħul totali tagħha. Peress li din id-dispożizzjoni l-ġdida tista' tirrikjedi l-aġġustament tar-regoli relevanti dwar it-tariffi miġbura mill-aġenzija, din għandha tapplika biss mill-1 ta' Jannar 2016. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti għall-adattament ta' dawn ir-regoli.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Għandu jinħoloq reġistru bir-regoli kollha li jiġu adottati li jdaħħlu fis-seħħ ir-Regolamenti tal-Persunal. Dan ir-reġistru għandu jiġi amministrat fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-reġistru, li jista' jiġi kkonsultat mill-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha, ser iwassal għal trasparenza u ser jippromwovi applikazzjoni integrata tar-Regolamenti tal-Persunal.

(22) Għandu jinħoloq reġistru bir-regoli kollha li jiġu adottati li jdaħħlu fis-seħħ ir-Regolamenti tal-Persunal, inklużi l-awtorizzazzjonijiet għal derogi, u dan għandu jiġi amministrat fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-reġistru, li jista' jiġi kkonsultat mill-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha, ser iwassal għal trasparenza u ser jippromwovi applikazzjoni integrata tar-Regolamenti tal-Persunal.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Fit-tħejjija u t-tfassil ta' atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill,

(26) Fit-tħejjija u t-tfassil ta' atti ddelegati, il-Kummissjoni trid tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti relevanti kollha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill,

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 1d – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fl-Artikolu 1d(4), l-ewwel subparagrafu qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

"4. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, persuna għandha diżabilità jekk għandha nuqqas fiżiku, mentali, intellettwali jew sensorjali fuq perjodu fit-tul li, flimkien ma’ diversi ostakoli, jista' jfixkel il-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħha fis-soċjetà fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor.. In-nuqqas ikun stabbilit skont il-proċedura ppreżentata fl-Artikolu 33."

Ġustifikazzjoni

L-emenda tipprova tallinja d-definizzjoni ta' persuni b'diżabilitajiet li hemm provdut għaliha fl-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal mad-definizzjoni użata fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1b (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 1d – paragrafu 4 – subparagrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Fl-Artikolu 1d(4), qed jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

"Il-prinċipju ta' trattament ugwali m'għandux iwaqqaf lill-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet milli jżommu jew jadottaw miżuri li jipprovdu għal vantaġġi speċifiċi sabiex jagħmluha possibbli għall-persuni b'diżabilità li jagħmlu attività vokazzjonali jew sabiex jevitaw l-iżvantaġġi fil-karrieri professjonali tagħhom jew jikkompensaw għalihom."

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1c (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 1e – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c. Fl-Artikolu 1e, il-paragrafu 1 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

'1. L-uffiċjali f'impieg attiv għandhom ikollhom aċċess għall-miżuri ta' natura soċjali, inklużi miżuri speċifiċi li jirrikonċiljaw il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja, adottati mill-istituzzjonijiet, u għas-servizzi pprovduti mill-korpi tal-qagħda soċjali, li saret referenza għalihom fl-Artikolu 9. Dawk li qabel kienu uffiċjali, jista' jkollhom aċċess għal miżuri speċifiċi limitati ta' natura soċjali.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. It-tabella tal-persunal li hija mehmuża mat-taqsima tal-baġit relatata ma' kull istituzzjoni għandha tindika l-għadd ta' pożizzjoniijiet f'kull grad u grupp ta' funzjoni.

1. L-organigramma li hija mehmuża mat-taqsima tal-baġit relatata ma' kull istituzzjoni għandha tindika l-għadd ta' pożizzjoniijiet f'kull grad u grupp ta' funzjoni.

It-tabella tal-persunal ta' kull istituzzjoni għandha tirrefletti l-obbligi stabbiliti fil-qafas finanzjarju multiannwali u l-ftehim interistituzzjonali dwar l-implimentazzjoni tagħha.

 

2. Bla ħsara għall-prinċipju ta' promozzjoni bbażata fuq il-mertu kif inhuwa stabbilit fl-Artikolu 45, dan il-pjan għandu jiżgura li fir-rigward ta' kull istituzzjoni, l-għadd ta' postijiet battala f'kull grad tal-pjan tal-persunal fl-1 ta' Jannar ta' kull sena jkun jikkorrispondi għall-għadd ta' uffiċjali fil-grad aktar baxx li jkunu impjegati attivament fl-1 ta' Jannar tas-sena ta' qabel, multiplikat bir-rati stabbiliti fl-Anness I, Taqsima B, għal dak il-grad. Dawn ir-rati għandhom ikunu applikati fuq bażi medja fuq ħames snin mill-1 ta' Jannar tal-2013.

2. Bla ħsara għall-prinċipju ta' promozzjoni bbażata fuq il-mertu kif inhuwa stabbilit fl-Artikolu 45, din l-organigramma għandha tiżgura li fir-rigward ta' kull istituzzjoni, l-għadd ta' postijiet battala f'kull grad tal-organigramma fl-1 ta' Jannar ta' kull sena jkun jikkorrispondi għall-għadd ta' uffiċjali fil-grad aktar baxx li jkunu impjegati attivament fl-1 ta' Jannar tas-sena ta' qabel, multiplikat bir-rati stabbiliti fl-Anness I, Taqsima B, għal dak il-grad. Dawn ir-rati għandhom ikunu applikati fuq bażi medja fuq ħames snin mill-1 ta' Jannar tal-2013.

3. Ir-rati stabbiliti fl-Anness I, Taqsima B, għandhom jiġu riveduti fi tmiem il-perjodu ta' ħames snin b'bidu fl-1 ta' Jannar tal-2013 abbażi ta' rapport, imressaq mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u proposta mill-Kummissjoni.

3. Ir-rati stabbiliti fl-Anness I, Taqsima B, għandhom jiġu riveduti fi tmiem il-perjodu ta' ħames snin b'bidu fl-1 ta' Jannar tal-2013 abbażi ta' rapport, imressaq mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u proposta mill-Kummissjoni.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeċiedu skont l-Artikolu 336 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeċiedu skont l-Artikolu 336 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

4. Wara l-istess perjodu ta' ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-grupp ta' funzjoni AST/SC u dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji stipulati fl-Artikolu 30 tal-Anness XIII, b'kunsiderazzjoni tal-evoluzzjoni tal-ħtieġa ta' persunal li jwettaq kompiti segretarjali u klerikali fl-istituzzjonijiet kollha u l-evoluzzjoni ta' pożizzjonijiet permanenti u temporanji fil-grupp ta' funzjoni AST u l-għadd ta' aġenti kuntrattwali fil-grupp ta' funzjoni II.

4. Wara l-istess perjodu ta' ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-grupp ta' funzjoni AST/SC u dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji stipulati fl-Artikolu 30 tal-Anness XIII, b'kunsiderazzjoni tal-evoluzzjoni tal-ħtieġa ta' persunal li jwettaq kompiti segretarjali u klerikali fl-istituzzjonijiet kollha u l-evoluzzjoni ta' pożizzjonijiet permanenti u temporanji fil-gruppi ta' funzjoni AST u AST/SC.

Ġustifikazzjoni

L-istituzzjonijiet għandhom jitħallew għażla dwar il-metodi kif jiffrankaw u r-riżorsi li fir-rigward tagħhom jista' jinkiseb iffrankar. Hu wkoll suffiċjenti li l-organigramma tkun marbuta mal-baġit tal-istituzzjonijiet, li huwa bbażat fuq il-baġit ġenerali tal-UE, li min-naħa tiegħu jsegwi l-qafas finanzjarju multiannwali.

Il-bidla fil-paragrafu 4 hija aġġustament tekniku. Peress li dan jirrigwarda l-obbligi ta' rrapurtar dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-grupp ta' funzjoni AST/SC, ir-referenza għall-evoluzzjoni tal-bżonnijiet u l-karigi għandha testendi wkoll għal dak il-grupp.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. L-Artikolu 11 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

'Artikolu 11

 

Uffiċjal għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu u jġib ruħu biss bl-interessi tal-Unjoni f'moħħu; la għandu jfittex u lanqas jieħu istruzzjonijiet minn kwalunkwe gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna barra l-istituzzjoni tiegħu. Huwa għandu jwettaq id-dmirijiet assenjati lilu, oġġettivament, bl-imparzjalità, u li jżomm id-dmir tiegħu ta' lealtà lejn l-Unjoni.

 

Uffiċjal m'għandux, mingħajr il-permess ta' l-awtorità tal-ħatra, jaċċetta minn kwalunkwe gvern jew minn kwalunkwe sors ieħor barra l-istituzzjoni tiegħu xi unur, dekorazzjoni, favur, rigal jew ħlas ta' kull tip li jkun, ħlief għal servizzi li saru jew qabel il-ħatra tiegħu jew matul liv speċjali għal militar jew servizz nazzjonali ieħor u għal dak it-tali servizz.

 

Qabel tirrekluta uffiċjal, l-awtorità tal-ħatra għandha teżamina jekk il-kandidat għandux xi interess personali li jimpedixxi l-indipendenza tiegħu jew kwalunkwe kunflitt ieħor ta' interess. Għal dak il-għan, il-kandidat għandu jinforma lill-awtorità tal-ħatra billi juża formola speċifika dwar kwalunkwe kunflitt ta' interess effettiv jew potenzjali. L-awtorità tal-ħatra għandha tqis dan f'opinjoni raġunata kif xieraq.

 

Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis għall-uffiċjali li jirritornaw mil-liv għal raġunijiet personali."

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5b (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b. L-Artikolu 16 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

'Artikolu 16

 

Uffiċjal għandu, wara li jħalli s-servizz, ikomplu jkun marbut mid-dmir li jġib ruħu b'integrita' u diskrezzjoni rigward l-aċċettazzjoni ta' ċerti ħatriet jew benefiċċji.

 

L-uffiċjali li bi ħsiebhom jingaġġaw f'attività ta' okkupazzjoni, kemm jekk bil-qligħ jew le, fi żmien sentejn wara li jitilqu mis-servizz għandhom jinfurmaw dan lill-istituzzjoni tagħhom billi jużaw formola speċifika. Jekk dik l-attività hija marbuta max-xogħol imwettaq mill-uffiċjal matul l-aħħar tliet snin tas-servizz, u tista' twassal għall-konflitt mal-interessi leġittimi ta' l-istituzzjoni, l-Awtorità tal-Ħatra tista', wara li tkkunsidra l-interessi tas-servizz, jew ma tħallihx jidħol għaliha, jew tagħti l-approvazzjoni tagħha, suġġetta għal kull kondizzjoni li tqis xierqa. L-istituzzjoni għandha, wara li tikkonsulta l-Kumitat Konġunt, tinnotifika d-deċiżjoni tagħha fi żmien 30 jum ta' xogħol minn meta tkun infurmata b'dan. Jekk it-tali notifika ma tkunx saret sa l-aħħar ta' dak il-perjodu, din titqies li tfisser aċċettazzjoni impliċita.

 

Fil-każ ta' eks uffiċjali għolja kif definit fil-miżuri implimentattivi, l-Awtorità tal-Ħatra għandha, bħala regola ġenerali, tipprojbixxi li dawn, fl-ewwel 12-il xahar wara li jħallu s-servizz, jingaġġaw f'lobbying jew f'attivitajiet ta' difiża tal-pożizzjoni fir-rigward tal-persunal tal-istituzzjoni preċedenti tagħhom għan-negozju, il-klijenti jew l-impjegaturi tagħhom dwar kwistjonijiet li għalihom kienu responsabbli matul l-aħħar tliet snin fis-servizz.

 

Uffiċjal m'għandux jingħata liv għal raġunijiet personali għall-iskop li jeżerċita attività professjonali, sew jekk bi ħlas jew mingħajr ħlas, li tinvolvi l-lobbying jew l-għoti ta' pariri dwar lobbying ma' istituzzjoni tal-Unjoni jew li tista' twassal biex ikun hemm jew jista’ jkun hemm kunflitt mal-interessi leġittimi tas-servizz.

 

B'osservanza tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data*, kull istituzzjoni għandha tippubblika l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu kull sena inluża lista tal-każi valutati."

 

____________

 

* ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 6a (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. L-Artikolu 19 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

'Artikolu 19

 

Uffiċjal m'għandux, mingħajr il-permess ta' l-awtorità tal-ħatra, jiżvela għall-ebda raġuni, fi proċeduri legali informazzjoni li jaf biha minħabba dmirijietu. Il-permess għandu jkun rifjutat biss fejn l-interessi tal-Unjoni hekk jeħtieġu u t-tali rifjut ma jġibx konsegwenzi kriminali sa fejn l-uffiċjal huwa kkonċernat. Uffiċjal għandu jkompli jkun marbut b' dan l-obbligu wara li jħalli s-servizz.

 

Id-disposizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu m'għandhomx japplikaw għal uffiċjal jew għal min kien uffiċjal li jagħti evidenza quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew quddiem Bord tad-Dixxiplina ta' istituzzjoni fuq kwistjoni li tikkonċerna aġent jew wieħed li kien aġent ta' waħda mill-Unjoni Ewropea.

 

Fir-rigward tal-Kumitati ta' Inkjesta stabbiliti mill-Parlament Ewropew, l-obbligi tal-uffiċjali għandhom jiġu stipulati f'regolament adottat skont l-Artikolu 226 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea."

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 6b (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 21a – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6b. Fl-Artikolu 21a, qed jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

'2a. Uffiċjal li jinforma lis-superjuri tiegħu dwar ordnijiet li kkunsidra li kienu irregolari jew li x’aktarx iwasslu għal diffikultajiet serji m'għandu jsofri l-ebda effett ta' preġudizzju min-naħa tas-superjuri tiegħu jew tal-istituzzjoni kkonċernata.’

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 6c (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 22c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6c. L- Artikolu li ġej qed jiddaħħal wara l- Artikolu 22b:

 

‘Artikolu 22c

 

Bi qbil mal-Artikoli 24 u 90, kull istituzzjoni għandha timplimenta proċedura indipendenti biex jiġu ġestiti lmenti minn uffiċjali rigward il-mod li bih jiġu trattati wara jew b'konsegwenza tal-fatt li huma jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 22a jew 22b. L-istituzzjoni kkonċernata għandha tiżgura li tali lmenti jiġu trattati b'mod kunfidenzjali u, meta jkun ġġustifikat miċ-ċirkostanzi, qabel jinqabżu l-iskadenzi stipulati fl-Artikolu 90.

 

Kull istituzzjoni għandha tistipula regoli interni dwar inter alia:

 

– il-provvista ta’ informazzjoni lill-uffiċjali li saret referenza għalihom fl-Artikolu 22a(1) jew l-Artikolu 22b dwar il-ġestjoni tal-kwistjonijiet rappurtati minnhom,

 

– il-protezzjoni tal-interessi leġittimi ta' dawn l-uffiċjali u tal-privatezza tagħhom, u

 

– il-proċedura għall-ġestjoni tal-ilmenti li saret referenza għaliha fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu."

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 27

Artikolu 27

Ir-reklutaġġ għandu jsir b'mod li jiżgura li l-istituzzjonijiet ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom is-servizzi ta' uffiċjali bl-aħjar standards ta' ħiliet, effiċjenza u integrità, irreklutati fuq l-aktar bażi ġeografika wiesgħa minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Ma għandhomx jiġu merfugħin pożizzjonijiet għal persuni ta' nazzjonalità ta' kwalunkwe Stat Membru speċifiku.

Ir-reklutaġġ għandu jsir b'mod li jiżgura li l-istituzzjonijiet ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom is-servizzi ta' uffiċjali bl-aħjar standards ta' ħiliet, effiċjenza u integrità, irreklutati fuq l-aktar bażi ġeografika wiesgħa minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Ma għandhomx jiġu merfugħin pożizzjonijiet għal persuni ta' nazzjonalità ta' kwalunkwe Stat Membru speċifiku.

Il-prinċipju tal-ugwaljanza taċ-ċittadini tal-Unjoni għandu jippermetti li kull istituzzjoni tadotta miżuri korrettivi wara li jkun osservat li jkun jeżisti żbilanċ dejjiemi u sinfikanti bejn in-nazzjonalitajiet fost l-uffiċjali li ma jkunx ġustifikat minn kriterji oġġettivi. Dawn il-miżuri korrettivi qatt ma għandhom jirriżultaw fi kriterji ta' reklutaġġ għajr dawk imsejsa fuq il-mertu. Qabel ma jiġu adottati dawn il-miżuri korrettivi, l-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjoni kkonċernata għandhom jadottaw dispożizzjonijiet ġenerali għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-paragrafu skont l-Artikolu 110.

Matul perjodu ta' ħames snin li jibda mill-1 ta' Jannar tal-2013, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżbilanċji li jista' jkun hemm fil-proporzjonijiet tan-nazzjonalitajiet tal-uffiċjali.

 

Wara l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-prinċipju tal-ugwaljanza taċ-ċittadini tal-Unjoni għandu jippermetti li istituzzjoni timplimenta miżuri korrettivi wara li jkun osservat li jkun jeżisti żbilanċ dejjiemi u sinfikanti bejn in-nazzjonalitajiet fost l-uffiċjali li ma jkunx ġustifikat minn kriterji oġġettivi u bi qbil mal-proċedura stipulata fil-paragrafi li ġejjin.

Wara perjodu ta' ħames snin li jibda mill-1 ta' Jannar tal-2013, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafu preċedenti.';

Wara l-iskadenza tal-perjodu msemmi fit-tieni paragrafu, jistgħu jiġu adottati miżuri korrettivi bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 110a u 110b.

 

Qabel ma istituzzjoni timplimenta tali miżuri korrettivi, l-awtorità tal-ħatra tal-istituzzjoni għandha tadotta dispożizzjonijiet ġenerali skont l-Artikolu 110. Tali miżuri korrettivi qatt m'għandhom jirriżultaw fi kriterji ta' reklutaġġ għajr dawk imsejsa fuq il-mertu.

 

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament u lill-Kunsill kull tliet snin dwar l-implimentazzjoni tat-tielet paragrafu.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 9

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 29 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Fl-Artikolu 29, is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 1:

9. Fl-Artikolu 29, il-paragrafu 1 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

"1. Qabel ma timtela pożizzjoni battala f'istituzzjoni, l-Awtorità tal-Ħatra għandha l-ewwel tikkunsidra:

 

(a) jekk il-pożizzjoni tistax timtela bi:

 

(i) trasferiment, jew

 

(ii) ħatra skont l-Artikolu 45a, jew

 

(iii) promozzjoni

 

ġewwa l-istituzzjoni;

'Filwaqt li jinżamm il-prinċipju li l-maġġoranza l-kbira tal-uffiċjali għandhom jiġu rreklutati abbażi ta' kompetizzjonijiet miftuħa, l-awtorità tal-ħatra tista' tiddeċiedi li, b'deroga mill-punt (b), torganizza kompetizzjoni interna għall-istituzzjoni li tkun miftuħa wkoll għall-persunal kuntrattwali kif definit fl-Artikoli 3a u 3b tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea.';

(b) jekk talbiet għal trasferiment kienux riċevuti mill-uffiċjali ta' l-istess grad f'istituzzjonijiet oħra, u/jew jekk tinżammx kompetizzjoni interna għall-istituzzjoni, li tkun miftuħa biss għall-uffiċjali u l-persunal temporanju, kif definit fl-Artikolu 2 tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg ta' ħaddiema oħra tal-Unjoni Ewropea;

 

u mbagħad jimxu mal-proċedura tal-kompetizzjonijiet, fuq il-bażi jew ta' kwalifikazzjonijiet jew ta' eżamijiet, jekk ta' kwalifikazzjonijiet kif ukoll ta' eżamijiet. L-Anness III jippreżenta l-proċedura tal-kompetizzjoni.

 

Il-proċedura tista' l-istess tkun segwita għall-iskop biex tkun kostitwita riserva għall-reklutaġġ futur.

 

'Filwaqt li jinżamm il-prinċipju li l-maġġoranza l-kbira tal-uffiċjali għandhom jiġu rreklutati abbażi ta' kompetizzjonijiet miftuħa, l-awtorità tal-ħatra tista' tiddeċiedi li, b'deroga mill-punt (b), torganizza kompetizzjoni interna għall-istituzzjoni li tkun miftuħa wkoll għall-persunal kuntrattwali kif definit fl-Artikoli 3a u 3b tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea sakemm ikunu ħadmu bħala persunal kuntrattwali għal mhux inqas minn tliet snin għall-istituzzjoni kkonċernata sad-data sa meta għandhom jibagħtu l-applikazzjoni għall-kompetizzjoni."

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 10

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 31 – paragrafu 2 – l-ewwel sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bla ħsara għall-Artikolu 29(2), l-uffiċjali għandhom ikunu rreklutati biss fil-gradi SC 1, AST 1 sa AST 4 jew AD 5 sa AD 8.

Bla ħsara għall-Artikolu 29(2), l-uffiċjali għandhom ikunu rreklutati biss fil-gradi SC 1 sa SC 3, AST 3 sa AST 4 jew AD 5 sa AD 8.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun possibli għall-istituzzjonijiet li jiddeċiedu dwar il-grad tad-dħul tal-persunal reklutat fil-gruppi ta' funzjoni AST/SC skont, pereżempju, l-esperjenza tagħhom, bħal fil-każ tal-gruppi ta' funzjoni AST u AD.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 34

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

11a. L-Artikolu 34 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

'Artikolu 34

 

1. L-uffiċjali għandhom iservu perjodu ta' prova ta' disa' xhur qabel ma jistgħu jkunu stabbiliti. Id-deċiżjoni li uffiċjal jiġi stabbilit għandha tittieħed fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 3 kif ukoll fuq il-bażi tal-elementi għad-dispożizzjoni tal-awtorità tal-ħatra relatati mal-kondotta tal-impjegat fuq prova fir-rigward tat-Titolu II.

 

Meta, matul il-perjodu ta’ prova tiegħu, uffiċjali ma jkunx jista’ jaqdi dmirijietu, minħabba mard, liv tal-maternità skont l-Artikolu 58 jew inċident, għal tul ta’ żmien kontinwu ta' minn tal-anqas xahar, l-awtorità tal-ħatra tista’ ttawwal il-perjodu ta’ prova b’tul ta’ żmien ekwivalenti. It-tul totali tal-perjodu ta' prova fl-ebda ċirkostanza m'għandu jaqbeż 15-il xahar.

 

2. Rapport fuq il-membru tal-persunal qabel it-tmiem tal- perjodu ta' prova jista' jsir f'kull mument imma mhux iktar tard minn ħames xhur wara il-bidu tal-perjodu ta' prova jekk ix-xogħol tiegħu qed ovvjament jidher mhux tajjeb.

 

Dan ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-persuna kkonċernata, li se jkollha d-dritt tagħti l-kummenti tagħha bil-miktub fi żmien tmien tijiem. Ir-rapport u l-kummenti għandhom jiġu trasmessi immedjatament mis-superjur immedjat tal-persuna taħt prova lill-awtorità tal-ħatra, li għandha, fi żmien tliet ġimgħat, tikseb l-opinjoni tal-Kumitat tar-Rapporti Konġunt dwar l-azzjoni li għandha tittieħed. L-awtorità tal-ħatra tista' tiddeċiedi li tkeċċi lil impjegat taħt prova qabel ma jintemm il-perjodu ta' prova, u ttiħ notifika ta' xahar, jew li tibgħat lill-uffiċjal f'dipartiment ieħor għaż-żmien li jkun fadallu tal-perjodu ta' prova.

 

3. Mhux inqas minn xahar qabel l-iskadenza taż-żmien ta' prova, għandu jitħejja rapport dwar il-kapaċità tal-impjegat li jaqdi d-dmirijiet li jappartjenu għall-pożizzjoni tiegħu kif ukoll dwar l-effiċjenza u l-kondotta tiegħu fis-servizz. Dan ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-persuna kkonċernata, li se jkollha d-dritt tagħti l-kummenti tagħha bil-miktub fi żmien tmien tijiem.

 

Fil-każ li jirrakkomanda t-tkeċċija tal-impjegat, [...] ir-rapport flimkien mal-kummenti għandhom jiġu trasmessi immedjatament mis-superjur immedjat tal-persuna taħt prova, lill-awtorità tal-ħatra, li għandha, fi żmien tliet ġimgħat, tikseb l-opinjoni tal-Kumitat tar-Rapporti Konġunt dwar l-azzjoni li għandha tittieħed.

 

Impjegat taħt prova li ma kienx tajjeb għall-istabbiliment fil-kariga tiegħu għadu jitkeċċa. [...]

 

[...]

 

4. Ħlief fejn huwa f'pożizzjoni immedjata li jibda mpieg xi mkien ieħor, l-impjegat taħt prova li tkeċċa għandu jirċievi kumpens daqs tliet xhur paga bażika jekk huwa għamel aktar minn sena servizz, xahrejn paga bażika jekk għamel mill-anqas sitt xhur servizz u xahar paga bażika jekk għamel anqas minn sitt xhur servizz.

 

5. Il-paragrafi 2, 3, u 4 m'għandhomx jgħoddu għall-uffiċjali li jirriżenjaw qabel it-tmiem tal-perjodu ta' prova tagħhom.';

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 12

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 37

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

12. Fit-tieni inċiż tal-punt (b) tal-Artikolu 37, il-kelma 'istituzzjonijiet' għandha tinbidel b''awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet';

12. L-Artikolu 37 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

'Artikolu 37

 

Uffiċjal sekondat huwa uffiċjal stabbilit li, bid-deċiżjoni tal-awtorità tal-ħatra:

 

(a) ġie dirett fl-interessi tas-servizz:

 

– biex iservi temporanjament f'kariga barra l-istituzzjoni tiegħu; jew

 

biex temporanjament jassisti persuna li għandha mandat previst fit-Trattati jew il-President elett ta' waħda mill-istituzzjonijiet jew organi tal-Komunitajiet, jew wieħed mill-gruppi politiċi fil-Parlament Ewroew jew il-Kumitat tar-Reġjun, jew grupp fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew; jew

 

(b) tqiegħed temporanjament għad-dispożizzjoni ta' waħda mill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea; jew

 

(c) ġie dirett biex iservi temporanjament f'kariga li tkun inkluża fil-lista ta' karigi ffinanzjati mill-approprijazzjonijiet tar-riċerka u investiment u li l-awtoritajiet tal-baġit ikklassifikaw bħala temporanji.

 

Uffiċjal jista', fuq talba tiegħu stess, u sakemm ma jeżistix xi interess ieħor predominanti tas-servizz, jitqiegħed temporanjament għad-dispożizzjoni:

 

– ta' amministrazzjoni pubblika ta' Stat Membru;

 

- ta' organizzazzjoni ddedikata biex taħdem favur l-interessi tal-Unjoni u inkluża fuq lista li għandha titħejja fuq ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni wara li jkun ġie kkonsultat il-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal.

 

Uffiċjal sekondat għandu jkompli jgawdi mid-drittijiet kollha tiegħu bil-kondizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 38 u 39 u għandu jibqa' suġġett għall-obbligi kollha tiegħu bħala uffiċjal tal-istituzzjoni ewlenija. Suġġetti għad-dispożizzjonijiet tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 77 dwar il-pensjoni, madankollu, id-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-uffiċjal matul is-sekondar imsemmi fit-tieni inċiż ta' (a) fl-ewwel paragrafu għandhom ikunu dawk applikabbli għal uffiċjal tal-istess grad bħal dak assenjat lilu fil-post li għalih huwa sekondat.

 

Kull uffiċjal f'impieg attiv jew fuq vakanzi fuq raġunijiet personali jista' japplika għal, ikun offrut, sekondar fl-interessi tas-servizz. Hekk kif l-uffiċjal jiġi sekondat, il-liv għal raġunijiet personali għandu jintemm.';

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 12 a (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 38

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

12a. L-Artikolu 38 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

'Artikolu 38

 

L-issekondar fl-interessi tas-servizz għandu jkun regolat permezz tar-regoli li ġejjin:

 

(a) id-deċiżjoni dwar l-issekondar għandha tittieħed mill-awtorità tal-ħatra wara li tkun semgħet il-kummenti tal-uffiċjal ikkonċernat;

 

(b) it-tul ta' żmien tas-sekondar għandu jkun stabbilit mill-awtorità tal-ħatra u jista' jiġi terminat fi kwalunkwe mument fl-interessi tas-servizz;

 

(c) fi tmiem kull sitt xhur, l-uffiċjal ikkonċernat jista' jitlob li s-sekondar tiegħu jiġi terminat.

 

(d) (d) uffiċjal sekondat skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 37(a) għandu jkun intitolat għal differenza fis-salarju meta r-rimunerazzjoni totali tal-kariga li għaliha ġie sekondat hija anqas minn dik marbuta mal-grad u s-skala li kellu fl-istituzzjoni ewlenija tiegħu; huwa għandu l-istess ikun intitolat għal rifużjoni ta' l-ispejjeż addizzjonali kollha marbutin mas-sekondar tiegħu;

 

(e) uffiċjal sekondat skont l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 37(a) għandu jkompli jħallas il-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni bbażati fuq il-paga għal impieg attiv fil-grad u l-iskala tiegħu tal-istituzzjoni ewlenija tiegħu;

 

(f) uffiċjal sekondat għandu jżomm il-kariga tiegħu, id-dritt tiegħu għall-avvanz għal skala ogħla u l-eliġibilita' tiegħu għal promozzjoni; hu għandu jieħu sehem fl-eżerċizzju ta' promozzjonijiet tal-istituzzjoni ġenitur bl-istess kundizzjonijiet bħall-uffiċjali l-oħra ta' dik l-istituzzjoni;

 

(g) meta s-sekondar tiegħu jispiċċa, uffiċjal għandu minnufih jerġa' jmur lura fil-post li qabel kien okkupat minnu."

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 12b (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 40

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

12b. L-Artikolu 40 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

'1. Uffiċjal stabbilit jista', f'ċirkostanzi eċċezzjonali u fuq talba tiegħu stess, jingħata liv għal raġunijiet personali bla ħlas. L-Artikoli 12b għandu jkompli japplika matul il-perjodu tal-liv għal raġunijiet personali.

 

1a. Il-liv għal raġunijiet personali ma jistax jingħata lil uffiċjali għall-iskop li jeżerċita attività professjonali, sew jekk bi ħlas jew mingħajr ħlas, li tinvolvi l-lobbying jew l-għoti ta' pariri dwar lobbying ma' istituzzjoni tal-Unjoni jew li tista' twassal biex ikun hemm jew jista’ jkun hemm kunflitt mal-interessi leġittimi tas-servizz tiegħu.

 

2. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-Artikolu 15, it-tul tat-tali liv m'għandux jaqbeż sena. Il-liv jista' jiġi estiż għal aktar perjodi.

 

L-estensjonijiet jistgħu jkunu għall-perjodi li ma jaqbżux sena. It-tul totali tal-liv għal raġunijiet personali ma jistax jaqbeż il-15-il sena matul il-karriera kollha tal-uffiċjal.

 

Jekk, madankollu, uffiċjal japplika għat-tali liv sabiex ikun jista':

 

(i) irabbi tfal ikkunsidrati bħala dipendenti mill-uffiċjal fis-sens tal-Artikolu 2(2) ta' l-Anness VII u li jbatu minn nuqqas mentali jew fiżiku serju, rikonoxxut minn uffiċjal mediku u li jeħtieġu attenzjoni jew superviżjoni kostanti; jew

 

(ii) biex isegwi lill-konjuġi tiegħu, u dan tal-aħħar ukoll ikun uffiċjal jew ħaddiem ieħor tal-Unjoni meħtieġ matul il-qadi ta' dmirijietu biex jistabbilixxu r-residenza abitwali tiegħu f'tali distanza mill-post tal-impieg mal-uffiċjal applikant li l-istabbiliment tad-dar konjugali f'tali post li kieku toħloq inkonvenjenza lill-uffiċjal applikant fil-qadi ta' dmirijietu, jew

 

(iii) biex jassisti lil konjuġi, lill-qraba fil-linja axxendenti, lill-qraba fil-linja dixxendenti, lill-aħwa fil-każ ta' mard serju jew diżabilità ċċertifikati medikament,

 

il-liv jista' jiġi estiż mingħajr limiti, sakemm, fil-ħin ta' kull estensjoni, il-kondizzjonijiet li jiggarantixxu l-għoti tal-liv ikomplu jitħarsu.

 

3. Matul il-liv uffiċjal ma jkunx intitolat għal avvanz għal skala ogħla jew promozzjoni fil-grad; is-sħubija tiegħu fl-iskema tas-sigurtà soċjali pprovduta fl-Artikoli 72 u 73 u kopertura kontra r-riskji taħt l-iskema għandhom ikunu sospiżi.

 

Iżda, uffiċjal li mhux ingaġġat f'attività bi qligħ jista', mhux aktar tard minn xahar wara dak li fih jibdew l-vakanzi fuq raġunijiet persnali, japplika biex ikompli jkun kopert skont dawk l-artikoli, sakemm iħallas nofs l-ispejjeż tal-kontribuzzjonijiet meħtieġa biex ikopru r-riskji li saret referenza għalihom fl-Artikoli 72(1) u 73(1) għall-ewwel sena tal-liv għal raġunijiet personali u l-ispiża sħiħa matul il-bqija tat-tali liv. Il-kopertura skont l-Artikolu 73 għandha tkun disponibbli biss jekk il-kopertura nkisbet skont l-Artikolu 72. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jinħadmu b'riferenza għall-aħħar paga bażika tal-uffiċjal. Aktar minn hekk, l-uffiċjal li juri li ma jistax jakkwista drittijiet tal-pensjoni minn skema oħra tal-pensjoni jista' japplika biex ikompli jakkwista aktar drittijiet tal-pensjoni għal massimu ta' sena, sakemm iħallas l-ispiża tal-kontribuzzjoni daq tlett darbiet ir-rata mniżżla fl-Artikolu 83(2); il-kontribuzzjonijiet għandhom jinħadmu b'riferenza għall-paga bażika tal-grad u l-iskala tal-uffiċjal.

 

4. Il-liv għal raġunijiet personali għandu jkun regolat bir-regoli li ġejjin:

 

(a) dan għandu jingħata fuq it-talba tal-uffiċjal ikkonċernat mill-awtorità tal-ħatra;

 

(b) l-applikazzjoni għall-estensjoni għandha ssir xahrejn qabel jispiċċa l-liv;

 

(c) persuna oħra tista' tinħatar għall-kariga okkupata mill-uffiċjal;

 

(d) kif jispiċċa l-liv tiegħu uffiċjal għandu jerġa' jitqiegħed fl-ewwel kariga li tikkorrospondi mal-grad tiegħu li titbattal fil-grupp tal-funzjoni tiegħu, sakemm huwa jissodisfa l-ħtiġijiet għal dik il-kariga. Jekk huwa jirrifjuta l-kariga offruta lilu, huwa għandu jibqa' bid-dritt li jingħata pożizzjoni oħra meta jkun hemm kariga vakanti fil-grad tiegħu fil-grupp ta' funzjoni tiegħu suġġett għall-istess dispożizzjonijiet; jekk ma jaċċettax it-tieni darba, jista' jkun meħtieġ jirriżenja wara li l-Kumitat Konġunt ikun ikkonsultat. Sakemm jerġa' effettivament jitqiegħed fil-kariga jew jitqiegħed fuq sekondar huwa għandu jibqa' fuq liv għal raġunijiet personali bla ħlas."

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 13

Regolamenti tal-Persunal

Article 42a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13. L-Artikolu 42a għandu jiġi emendat kif ġej:

13. L-Artikolu 42a qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

'Artikolu 42a

(a) Fit-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu, il-kelma 'istituzzjonijiet' għandha tinbidel b''awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni';

L-uffiċjal għandu jkun intitolat għal sitt xhur ta' liv tal-ġenituri mingħajr salarju bażiku għal kull tifel/tifla, li għandhom jittieħdu matul l-ewwel tnax-il sena wara t-twelid jew l-adozzjoni tat-tifel/tifla. It-tul tal-liv jista' jirdoppja għal ġenituri weħidhom, rikonoxxuti taħt id-disposizzjonijiet ġenerali adottati mill-awtorità tal-ħatra ta’ kull istituzzjoni u għal ġenituri ta’ tfal dipendenti b’diżabilità jew mard serju rikonoxxut mill-uffiċjal mediku. Il-liv minimu li jittieħed f'darba waħda m'għandux ikun anqas minn xahar.

(b) Fl-aħħar sentenza tat-tielet paragrafu, il-kelma 'adattat' għandha tinbidel b''aġġornat';

Matul il-liv tal-ġenituri, is-sħubija tal-uffiċjal fl-iskema tas-sigurtà soċjali għandha tkompli; l-akkwist tad-drittijiet għall-pensjoni, allokazzjoni tat-tfal dependenti u l-benefiċċju tal-edukazzjoni għandhom jinżammu. L-uffiċjal għandu jżomm il-pożizzjoni tiegħu, u jkompli jkun intitolat biex javvanza għal skala ogħla jew promozzjoni fil-grad. Il-liv jista' jittieħed bħala liv fuq bażi full-time jew half-time. Meta l-liv tal-ġenituri jittieħed f'forma ta' liv half-time, il-perjodu massimu pprovdut fl-ewwel paragrafu għandu jkun irduppjat. Matul il-liv tal-ġenituri, l-uffiċjal għandu jkun intitolat għal allokazzjoni ta' EUR 911.73 fix-xahar, jew 50 % tat-tali somma jekk fuq liv half-time, iżda ma jistax jagħmel xi impieg ieħor bil-qligħ. Il-kontribuzzjoni sħiħa tal-iskema tas-sigurtà soċjali pprovduta fl-Artikoli 72 u 73 għandha titħallas mill-istituzzjoni, u tinħadem fuq bażi tas-salarju bażiku tal-uffiċjal. Iżda, fil-każ ta' liv half-time, din id-dispożizzjoni għandha tapplika biss għad-differenza bejn is-salarju bażiku sħiħ u s-salarju bażiku mnaqqas proporzjonalment. Għall-parti tas-salarju bażiku li verament kien riċevut, il-kontribuzzjoni tal-uffiċjal għandha tinħadem billi jintużaw l-istess perċentwali daqs li kieku kien f'impieg full-time.

 

Il-benefiċċju għandu jkun ta' EUR 1,215,63 kull xahar, jew 50 % tat-tali somma jekk l-uffiċjal qiegħed fuq liv half-time, għall-ġenituri weħidhom u għall-ġenituri ta' tfal b'diżabilità jew mard serju rikonoxxut mill-uffiċjal mediku li saret referenza għalihom fl-ewwel paragrafu, u matul l-ewwel tliet xhur tal-liv parentali meta t-tali liv jittieħdu mill-missier matul il-liv tal-maternità jew minn wieħed mill-ġenituri eżatt wara l-liv tal-maternità, jew matul jew eżatt wara l-liv tal-adozzjoni.

 

Il-liv tal-ġenituri jista' jiġi' estiż għal sitt xhur oħra b’benefiċċju limitat għal 50 % tal-ammont li hemm referenza għalih fit-tieni paragrafu. Għal ġenituri waħedhom li hemm referenza għalihom fl-ewwel paragrafu, il-liv tal-ġenituri jista' jiġi estiż għal tnax-il xahar ieħor b’benefiċċju limitat għal 50 % tal-ammont li hemm referenza għalih fit-tielet paragrafu.

 

L-ammonti msemmija f'dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati b'konformità mar-remunerazzjoni.’;

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 14

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 43

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

14. L-Artikolu 43 għandu jiġi emendat kif ġej:

14. L-Artikolu 43 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

(a) Fl-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu, il-kelmiet 'kull istituzzjoni' għandhom jinbidlu b''awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni';

'Artikolu 43

(b) Fit-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu, il-kelmiet 'Kull istituzzjoni' għandhom jinbidlu b''L-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni';

L-abilità, l-effiċjenza u l-kondotta fis-servizz ta' kull uffiċjal għandhom ikunu suġġetti għal rapport annwali li jipprovdi evalwazzjoni oġġettiva li ssir kif previst minn kull istituzzjoni skont l-Artikolu 110. Dak ir-rapport, bi qbil mad-dispożizzjonijiet implimentattivi, jista' jiddikjara l-livell ta' rendiment tal-uffiċjal. Jekk ir-rendiment tal-uffiċjal ma jkunx sodisfaċenti, ir-rapport għandu jindika dan. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil u fuq talba tal-uffiċjal evalwat, is-superjur ġerarkiku tal-evalwatur jew uffiċjal ieħor magħżul mill-awtorità tal-ħatra għandu jerġa' jeżamina r-rapport inizjali. Dan l-eżami mill-ġdid għandu jintalab qabel ma jsir l-ilment kif imsemmi fl-Artikolu 90(2).

 

Mill-grad 5, għall-uffiċjali fil-grupp tal-funzjoni AST, ir-rapport jista' wkoll ikun fih opinjoni jekk, fuq bażi tar-rendiment, għandux potenzal biex iwettaq il-funzjoni ta' amministratur.

 

Ir-rapport għandu jkun ikkomunikat lill-uffiċjal. Għandu jkun intitolat li jagħmel kwalunkwe kumment fuqu li huwa jikkunsidra rilevanti."

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 14a (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 44

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

14a. L-Artikolu 44 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

“Artikolu 44

 

Uffiċjal li kien fi skala waħda fil-grad tiegħu għal sentejn għandu awtomatikament jitla' għall-iskala li jmiss f'dak il-grad, sakemm ir-rendiment tiegħu ma jkunx ġie evalwat bħala mhux sodisfaċenti skont l-aħħar rapport annwali msemmi fl-Artikolu 43. Uffiċjal għandu javvanza għall-iskala li jmiss fil-grad tiegħu wara mhux iktar minn erba' snin, sakemm il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 51 (1) hija applikata.

 

Jekk uffiċjal jinħatar kap ta' dipartiment, direttur jew direttur ġenerali fl-istess grad, u sakemm ir-rendiment tiegħu kien sodisfaċenti skont it-tifsira tal-Artikolu 43 matul l-ewwel disa' xhur wara li jinħatar, huwa għandu jibbenefika b'lura bil-promozzjoni ta' skala waħda f'dak il-grad, minn meta l-ħatra tidħol fis-seħħ. Din il-promozzjoni għandha tfisser żieda fis-salarju bażiku ta' kull xahar tiegħu li tikkorrospondi mal-perċentwal bejn l-ewwel u t-tieni skala ta' kull grad. Jekk iż-żieda hija anqas, jew jekk l-uffiċjal dak iż-żmie diġà qiegħed fl-aħħar skala tal-grad tiegħu, għandu jirċievi żieda fis-salarju bażiku li tiżgura li ż-żieda bejn l-ewwel u t-tieni skala sal-promozzjoni li jmiss tiegħu tidħol fis-seħħ."

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 15 – sottopunt a

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 45 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Fil-paragrafu 1, is-sentenza li ġejja għandha tiddaħħal wara t-tieni sentenza:

(a) Il-paragrafu 1 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

'Sakemm ma tkunx tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikoli 4 u 29(1), l-uffiċjali jistgħu jiġu promossi biss jekk ikunu jokkupaw pożizzjoni li tikkorrispondi ma' waħda mit-tipi ta' pożizzjonijiet li huma stabbiliti fl-Anness I, Taqsima A, għall-grad ogħla li jkun imiss.';

'1. Il-promozzjoni tkun permezz ta' deċiżjoni mill-Awtorità tal-Ħatra fuq il-bażi tal-Artikolu 6(2). Din tkun effettwata bil-ħatra tal-uffiċjal għall-grad aktar għoli li jmiss fil-grupp tal-funzjoni li jappartjeni għalih. L-uffiċjali fil-grad AST 9 jistgħu jiġu promossi għall-grad AST 10 bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 4 u fl-Artikolu 29(1) biss. Il-promozzjoni għandha tkun esklussivament bl-għażla fost l-uffiċjali li għamlu perjodu minimu ta' sentejn fil-grad tagħhom, wara konsiderazzjoni tal-meriti komparabbli tal-uffiċjali eliġibbli għal promozzjoni. L-evalwazzjoni tal-merti komparattivi mill-Awtorità tal-Ħatra għandha tkun ibbażata fuq ir-rapporti dwar l-uffiċjali, l-użu tal-lingwi fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom, għajr il-lingwa li għaliha pproduċew evidenza ta' għarfien sew, skont l-Artikolu 28(f) u l-livell tar-responsabbiltajiet eserċitat minnhom.';

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 15a (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 45a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

15a. Fl-Artikolu 45a, il-paragrafu 2 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

'2. L-Awtorità tal-Ħatra għandha tħejji abbozz tal-lista tal-uffiċjali tal-AST li ntgħażlu biex jieħdu sehem fil-programm ta' taħriġ imsemmi hawn fuq fuq il-bażi tar-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 43 u l-livell ta' edukazzjoni u taħriġ tagħhom, u wara li jkunu kkusidrati l-ħtiġijiet tas-servizzi. Dan l-abbozz għandu jintbagħat lil kumitat konġunt għall-opinjoni tiegħu.

 

Dan il-kumitat jista' jisma' l-uffiċjali li applikaw biex jieħdu sehem fil-programm ta' taħriġ imsemmi qabel u r-rappreżentanti ta' l-Awtorità tal-Ħatra. Għandu, b'maġġoranza ta' voti, iwassal opinjoni rraġunata dwar l-abbozz tal-lista proposta mill-Awtorità tal-Ħatra. L-Awtorità tal-Ħatra għandha tadotta l-lista tal-uffiċjali li huma intitolati biex jieħdu sehem fil-programm ta' taħriġ fuq imsemmi."

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 51

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

19. L-Artikolu 51 għandu jiġi emendat kif ġej:

19. L-Artikolu 51 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

(a) Fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 1, il-kelmiet 'Kull istituzzjoni' għandhom jinbidlu b''L-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni';

'Artikolu 51

(b) Fl-ewwel u l-aħħar sentenzi tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6, il-kelmiet 'grad 1' għandhom jinbidlu bil-kelmiet 'grad AST 1';

1. L-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni għandha tiddefinixxi l-proċeduri biex ikunu identifikati, jieħdu ħsieb u jirranġaw każijiet ta' inkompetenza b'mod fil-ħin u xieraq.

 

Fi kwalunkwe każ, uffiċjal li, fuq il-bażi ta' tliet rapporti konsekuttivi annwali mhux sodisfaċenti msemmija fl-Artikolu 43, jibqa' ma juri l-ebda progress fil-kompetenza professjonali tiegħu, dan għandu jitniżżel grad wieħed. Jekk, iż-żewġ rapporti annwali sussegwenti jibqgħu juru rendiment insodisfaċenti, l-uffiċjal għandu jitkeċċa.

 

2. Kull proposta li uffiċjal jintniżżel grad jew li jitkeċċa għandha tippreżenta r-raġunijiet fuq xiex hija bbażata u għandha tkun ikkomunikata lill-uffiċjal ikkonċernat. Il-proposta mill-Awtorità tal-Ħatra għandha tkun riferuta lill-Kumitat Konġunt tal-Konsulenza, riferut fl-Artikolu 9(6).

 

3. L-uffiċjal għandu d-dritt jikseb il-fajl personali sħiħ tiegħu u jieħu kopja tad-dokumenti kollha dwar il-proċedura. Huwa għandu jkollu mill-anqas ħmistax-il ġurnata, iżda mhux aktar minn 30 ġurnata, mid-data li fiha jkun irċieva l-proposta biex iħejji difiża. Huwa jista' jkun assistit minn persuna tal-għażla tiegħu. L-uffiċjal jista' jibgħat kummenti bil-miktub. Huwa għandu jinstema' mill-Kumitat Konġunt tal-Konsulenza. L-uffiċjal jista' jsejjaħ għal xhieda.

 

4. L-istituzzjoni għandha tkun irrappreżentata quddiem il-Kumitat Konġunt tal-Konsulenza minn uffiċjal innominat għal dak l-iskop mill-Awtorità tal-Ħatra. Dak l-uffiċjal għandu jkollu l-istess drittijiet bħal dawk tal-uffiċjal ikkonċernat.

 

5. Fid-dawl tal-proposta taħt il-paragrafu 2 u kwalunkwe dikjarazzjoni miktuba jew verbali minn l-uffiċjal ikkonċernat jew mix-xhieda, il-Kumitat Konġunt tal-Konsulenza għandu jwassal, b'maġġoranza, opinjoni rraġunata li tgħid il-miżura li tikkunsidra xierqa fuq il-bażi tal-fatti stabbiliti f'din it-talba. Din għandha tgħaddi dik l-opinjoni lill-Awtorità tal-Ħatra u lill-uffiċjal ikkonċernat fi żmien xahrejn mid-data meta l-kwistjoni kienet riferuta lilha. Il-president m'għandux jivvota fuq deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt tal-Konsulenza, għajr fi kwistjonijiet ta' proċedura u fejn il-voti huma ndaqs.

 

6. Uffiċjal imkeċċi fuq inkompetenza għandu, għall-perjodu definit fil-paragrafu 7, ikun intitolat għal benefiċċju tat-tkeċċija fix-xahar daqs is-salarju bażiku fix-xahar ta' uffiċjal fl-ewwel skala tal-grad AST 1. L-uffiċjal għandu wkoll ikun matul l-istess perjodu għall-benefiċċji tal-familja, pprovduti fl-Artikolu 67. L-allokazzjoni tal-familja għandha tinħadem fuq il-bażi tas-salarju bażiku ta' kull xahar ta' uffiċjal fil-grad AST 1 skont l-Artikolu 1 tal-Anness VII.

 

Il-benefiċċju m'għandux jitħallas jekk l-uffiċjal jirriżenza wara l-bidu tal-proċedura riferuta fil-paragrafi 1,2, u 3, jew jekk huwa intitolat għall-pagament immedjat ta' pensjoni sħiħa. Jekk huwa intitolat għal benefiċċju tal-qgħad taħt skema nazzjonali tal-qgħad, l-ammont ta' dak il-benefiċċju għandu jitnaqqas mill-benefiċċju msemmi fuq.

 

7. Il-perjodu li matulu l-pagamenti li saret referenza għalihom fil-paragrafu 6 għandhom isiru, ikun ta':

 

(a) tliet xhur meta l-uffiċjal ta anqas minn ħames snin servizz fid-data meta d-deċiżjoni tat-tkeċċija tittieħed;

 

(b) sitt xhur meta l-uffiċjal ta mill-anqas ħames snin servizz, iżda anqas minn għaxra;

 

(c) disa' xhur meta l-uffiċjal ta mill-anqas għaxar snin servizz, iżda anqas minn għoxrin;

 

(d) 12-il xahar meta l-uffiċjal ta aktar minn 20 sena ta' servizz.

 

8. L-uffiċjali li jitniżżlu fil-grad għal raġunijiet ta' inkompetenza jistgħu, wara perjodu ta' sitt snin, jitolbu li r-riferenzi kollha għal dik il-miżura jitħassru mill-fajl personali tagħhom.

 

9. L-uffiċjali għandhom ikunu intitolati għal rifużjoni ta' spejjeż raġonevoli li ntefqu fuq l-inizjattiva tagħhom waqt il-proċedimenti, inklużi l-miżati li jitħallsu lill-konsulent tad-difiża li ma jagħmilx parti mill-istituzzjoni, meta l-proċedimenti pprovduti f'dan l-Artikolu jispiċċaw mingħajr ma tittieħed ebda deċiżjoni dwar li jitkeċċa jew li jitniżżillu l-grad.';

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 20

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 52 – punt b – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madanakollu, uffiċjal jista', fuq it-talba tiegħu stess u fil-każ li l-awtorità tal-ħatra tikkunsidraha ġġustifikata fl-interessi tas-servizz, ikompli jaħdem sa l-età ta' 67, f'liema każ huwa għandu jirtira awtomatikament fl-aħħar jum tax-xahar li fih jagħlaq dak iż-żmien.';

Madanakollu, uffiċjal jista', fuq it-talba tiegħu stess u fil-każ li l-awtorità tal-ħatra tikkunsidraha ġġustifikata fl-interessi tas-servizz, ikompli jaħdem sal-età ta' 67, jew fuq bażi eċċezzjonali sal-età ta' 70, f'liema każ huwa għandu jirtira awtomatikament fl-aħħar jum tax-xahar li fih jagħlaq dak iż-żmien.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 21 – sottopunt d

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 55 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni tista' tintroduċi arranġamenti ta' ħin flessibbli ta' xogħol. L-uffiċjali li fil-konfront tagħhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 44 għandhom jamministraw il-ħin tax-xogħol tagħhom mingħajr ma jirrikorru għal arranġamenti bħal dawn.

4. L-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni tista' tintroduċi arranġamenti ta' ħin flessibbli ta' xogħol. Skont dawn l-arranġamenti, il-kumpens għal sigħat maħduma minn qabel m'għandux jingħata fil-forma ta' ġranet sħaħ ta' xogħol għall-uffiċjali fil-gradi AD/AST 9 jew ogħla.

 

Dawn l-arranġamenti m'għandhomx ikunu applikabbli għall-uffiċjali li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 44. Dawn l-uffiċjali għandhom jiġġestixxu l-ħin tax-xogħol tagħhom bi qbil mas-superjuri tagħhom.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 22 – sottopunt -a (ġdid)

Artikolu 55a – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) Fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, qed jiddaħħal il-punt li ġej:

 

'(ba) għall-kura ta’ wild meta dan jagħlaq l-età ta' 14-il sena meta l-uffiċjal ikun ġenitur waħdu';

Ġustifikazzjoni

Il-ġenituri waħidhom għandu jkollhom id-dritt li jkunu intitolati għal awtorizzazzjoni li jaħdmu part-time, indipendentement mill-età tal-wild, b'konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar is-sitwazzjoni tal-ommijiet waħedhom.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 22 – punt -a a (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 55a – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-aa) Fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, qed jiddaħħal il-punt li ġej:

 

‘(bb) biex jieħu ħsieb wild taħt l-14-il sena jekk it-tnaqqis fil-ħin tax-xogħol ma jkunx aktar minn 5 % tal-ħin normali tax-xogħol. F'dan il-każ, l-Artikolu 3 tal-Anness IVa m’għandux japplika.';

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 23

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 56 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'Kif stabbilit fl-Anness VI, is-sahra maħduma mill-uffiċjali fil-gradi tal-Kategoriji SC 1 sa SC 6 jew il-gradi AST 1 sa AST 4 għandha tintitolahom jew għal liv kumpensatorju jew għal rimunerazzjoni fejn il-ħtiġijiet tas-servizz ma jippermettux liv kumpensatorju matul ix-xahar ta' wara dak li fih tkun inħadmet is-sahra.';

Kif stabbilit fl-Anness VI, is-sahra maħduma mill-uffiċjali fil-gradi tal-Kategoriji SC 1 sa SC 6 jew il-gradi AST 1 sa AST 4 għandha tintitolahom jew għal liv kumpensatorju jew għal rimunerazzjoni fejn il-ħtiġijiet tas-servizz ma jippermettux liv kumpensatorju matul ix-xahrejn ta' wara dak li fih tkun inħadmet is-sahra.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 26a (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 58

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

26a. L-Artikolu 58 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

'Artikolu 58

 

L-uffiċjali għandhom, barra l-liv previst fl-Artikolu 57, ikunu intitolati mal-preżentazzjoni ta' ċertifikat mediku għal għoxrin ġimgħa tal-liv tal-maternità. Il-liv tal-maternità ma jibdiex qabel sitt ġimgħat mid-data fuq iċ-ċertifikat meta jkun mistenni li l-omm se tidħol għall-kura, u jintemm mhux qabel 14-il ġimgħa wara d-data tal-ħlas. Fil-każ ta' twelid multiplu, jew qabel iż-żmien, jew ta' twelid ta' tarbija b’diżabilità jew b’mard serju, iż-żmien ikun ta' 24 ġimgħa. Twelid qabel iż-żmien, għall-iskopijiet ta' din id-dispożizzjoni, huwa twelid li jsir qabel it-tmiem tal-34 ġimgħa tat-tqala.

 

Il-kuntratti ta’ uffiċjali u ta’ membri oħra tal-persunal, inklużi assistenti parlamentari akkreditati, ma jistgħux jiġu terminati waqt tqala. Il-kuntratti ta’ nisa bil-liv tal-maternità, inklużi assistenti parlamentari akkreditati, ma jistgħux jiġu terminati qabel ma jintemm il-perjodu tal-liv tal-maternità.’;

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 31 – sottopunt b

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 66

Test propost mill-Kummissjoni

Is-salarji bażiċi ta' kull xahar għal kull grad u skala fil-gruppi ta' funzjoni AST/SC kif previst fit-tabella li ġejja:

 

Skala

Grad

1

2

3

4

5

SC 6

3 844.31

4 005.85

4 174.78

4 290.31

4 349.59

SC 5

3 397.73

3 540.50

3 689.28

3 791.92

3 844.31

SC 4

3 003.02

3 129.21

3 260.71

3 351.42

3 397.73

SC 3

2 654.17

2 765.70

2 881.92

2 962.10

3 003.02

SC 2

2 345.84

2 444.41

2 547.14

2 617.99

2 654.17

SC 1

2 160.45

2 251.24

2 313.87

2 345.84

 

 

Emenda

Is-salarji bażiċi ta' kull xahar għal kull grad u skala fil-gruppi ta' funzjoni AST/SC kif previst fit-tabella li ġejja:

 

Skala

Grad

1

2

3

4

5

SC 6

4 349.59

4 532.36

4 722.82

4 854.21

4 921.28

SC 5

3 844.31

4 005.85

4 174.78

4 290.31

4 349.59

SC 4

3 397.73

3 540.50

3 689.28

3 791.92

3 844.31

SC 3

3 003.02

3 129.21

3 260.71

3 351.42

3 397.73

SC 2

2 654.17

2 765.70

2 881.92

2 962.10

3 003.02

SC 1

2 345.84

2 444.41

2 547.14

2 617.99

2 654.17

Ġustifikazzjoni

Il-gradi tad-dħul fil-gruppi kollha għandu jiggarantixxi r-reklutaġġ tal-persunal xieraq. Fil-każ tal-AST/SC dan ifisser segretarji li jirrappreżentaw firxa wiesgħa ta' nazzjonalitajiet u ta' ħiliet lingwistiċi sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tas-servizz multinazzjonali u multilingwi u jinżamm il-bilanċ ġeografiku. L-iffrankar potenzjali hawn għandu jkun ibbilanċjat mal-obbligu tal-istituzzjonijiet li jipprovdu livell għoli ta' servizz fuq bażi kontinwa. Barra minn hekk, il-parti l-kbira tas-segretarji reklutati huma nisa, u huma dawn li se jġorru l-piż tal-iffrankar. Dan jista' jxekkel il-prinċipju tal-ugwaljanza tal-ġeneri. Konsegwentement, l-emenda tistabbilixxi l-grad tad-dħul għall-kategorija AST/SC f'livell inqas mill-AST 1 minflok tnejn.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 32a (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 67 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

32a. L-Artikolu 67(3) qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

'3. L-allokazzjoni tat-tfal dipendenti tista' tkun irduppjata b'deċiżjoni raġunata speċjali tal-awtorità tal-ħatra ibbażata fuq dokumenti mediċi li jistabbilixxu li t-tifel/tifla konċernat għandu diżabilità jew marda għaż-żmien twil li tikkostitwixxi piż kbir għall-uffiċjal.';

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 32b (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 67a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

32b. L-Artikolu li ġej qed jiddaħħal wara l-Artikolu 67:

 

'Artikolu 67a

 

Sabiex ikun żgurat ir-reklutaġġ fuq l-usa' bażi ġeografika, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex joffru edukazzjoni multilingwi u multikulturali għat-tfal tal-persunal tagħhom.

 

Il-baġit tal-Unjoni għandu jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-iskejjel Ewropej.

 

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-iskejjel Ewropej.

 

Il-Kummissjoni għandha tagħti l-qbil minn qabel tagħha għall-post ta' skola Ewropea ġdida.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 39

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 83a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-aġenziji li ma jirċevux sussidju mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, għandhom iħallsu l-ammont sħiħ tal-kontribuzzjonijiet meħtieġa f'dak il-baġit għall-finanzjament ta' dik l-iskema. L-aġenziji li huma parzjalment iffinanzjati minn dak il-baġit għandhom iħallsu l-parti tal-kontribuzzjonijiet tal-impjegaturi li tikkorrispondi għall-proporzjon bejn id-dħul tal-aġenzija mingħajr is-sussidju mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u d-dħul totali tagħha.

L-aġenziji li ma jirċevux sussidju mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, għandhom iħallsu l-ammont sħiħ tal-kontribuzzjonijiet meħtieġa f'dak il-baġit għall-finanzjament ta' dik l-iskema. Mill-1 ta' Jannar 2016 l-aġenziji li huma parzjalment iffinanzjati minn dak il-baġit għandhom iħallsu l-parti tal-kontribuzzjonijiet tal-impjegaturi li tikkorrispondi għall-proporzjon bejn id-dħul tal-aġenzija mingħajr is-sussidju mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u d-dħul totali tagħha.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 43 – sottopunt a

Regolamenti tal-Persunal

Anness I – Taqsima A – punt 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Grupp ta' Funzjoni AST

2. Grupp ta' Funzjoni AST

Assistent f'Livell Għoli

Assistent f'livell għoli

Li jwettaq attivitajiet amministrattivi, tekniċi jew ta' taħriġ li jirrekjedu livell għoli ta' awtonomija u li jwettaq responsabbiltajiet sinifikanti f'termini ta' ġestjoni ta' persunal, implimentazzjoni tal-baġit jew koordinazzjoni politika

Li jwettaq attivitajiet amministrattivi, tekniċi jew ta' taħriġ li jirrekjedu livell għoli ta' awtonomija u li jwettaq responsabbiltajiet sinifikanti f'termini ta' ġestjoni ta' persunal, implimentazzjoni tal-baġit jew koordinazzjoni politika

 

AST 10 – AST 11

Assistent

Assistent

Li jwettaq attivitajiet amministrattivi, tekniċi jew ta' taħriġ li jirrekjedu ċertu livell ta' awtonomija, prinċipalment fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' regoli u regolamenti jew struzzjonijiet ġenerali jew bħala assistent personali ta' Membru ta' istituzzjoni, tal-Kap tal-uffiċċju privat ta' Membru jew ta' (Viċi) Direttur Ġenerali jew maniġer ta' livell għoli ekwivalenti

Li jwettaq attivitajiet ta' livell inferjuri (AST 1 – AST 4) jew konfermati (AST 5 – AST 9) amministrattivi, tekniċi jew ta' taħriġ li jirrekjedu ċertu livell ta' awtonomija, prinċipalment fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' regoli u regolamenti jew struzzjonijiet ġenerali jew bħala assistent personali ta' Membru ta' istituzzjoni, tal-Kap tal-uffiċċju privat ta' Membru jew ta' (Viċi) Direttur Ġenerali jew maniġer ta' livell għoli ekwivalenti

 

AST 1 – AST 9

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 43 – sottopunt a

Regolamenti tal-Persunal

Anness I – Taqsima A – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Grupp ta' Funzjoni AST/SC

3. Grupp ta' Funzjoni AST/SC

 

Segretarju/Skrivan ta' grad superjuri1

 

Li jwettaq kompiti klerikali u segretarjali, ġestjoni tal-uffiċċju u kompiti ekwivalenti oħrajn li jirrekjedu livell għoli ta' awtonomija

 

SC 5 – SC 6

Segretarju/Skrivan

Segretarju/Skrivan

Li jwettaq kompiti klerikali u segretarjali, ġestjoni tal-uffiċċju u kompiti ekwivalenti oħrajn li jirrekjedu livell ta' awtonomija

Li jwettaq kompiti klerikali u segretarjali, ġestjoni tal-uffiċċju u kompiti ekwivalenti oħrajn li jirrekjedu livell ta' awtonomija

SC 1 – SC 6

SC 1 – SC 4

 

_____________

 

1 L-ewwel allokazzjoni ta' uffiċjali f'kariga ta' Assistent/Skrivan f'Livell Għoli tista' sseħħ biss skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 4 u 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal.

 

 

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 46a (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Anness V – Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(46a) L-Artikolu 6 tal-Anness V qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

'Artikolu 6

 

Barra dan il-liv fis-sena, uffiċjal jista', b'applikazzjoni, jingħata leave speċjali. B'mod partikolari, fil-każijiet li ġejjin, liv speċjali għandu jingħata kif muri:

 

– żwieġ tal-uffiċjal: erba' ġranet;

 

– bidla fir-residenza tal-uffiċjal: sa jumejn;

 

– mard serju tar-raġel jew il-mara tiegħu jew tagħha: – sa tlett ijiem;

 

– mewt tal-konjuġi: erba' ġranet;

 

– mard serju ta' qraba ta' qablu: sa jumejn;

 

– mewt ta' qraba fil-linja axxendenti: jumejn;

 

– żwieġ ta' tifel/tifla: jumejn;

 

– twelid ta’ tarbija: għaxart ijiem, li għandhom jittieħdu matul l-erbatax-il ġimgħa wara t-twelid;

 

– twelid ta’ tarbija b’diżabilità jew mard serju: 20 ġurnata, li għandhom jittieħdu matul l-erbatax-il ġimgħa ta’ wara t-twelid;

 

– mewt tal-mara waqt il-liv tal-maternità: numru ta' ġranet li jikkorrospondi mal-vakanzi tal-maternità li baqa'; jekk il-mara mejta ma tkunx uffiċjal, il-liv tal-maternità li baqa' huma stabbiliti bl-applikazzjoni b'analoġija tad-disposizzjonijiet tal-Artikolu 58 tar-Regolamenti tal-Persunal;

 

– mard serju tat-tifel/tifla: sa jumejn;

 

– tfal morda serjament ħafna, iċċertifikati minn tabib, tfal tat-12-il sena jew anqas l-isptar: sa ħamest ijiem;

 

– mewt tat-tifel/tifla: erba' ġranet;

 

– adozzjoni tat-tfal: 20 ġimgħa, li jitilgħu għal 24 ġimgħa fil-każ tal-adozzjoni ta' tifel invalidu:

 

Kull tifel adottat għandu jġib intitolament għal perjodu wieħed biss ta' vakanzi speċjali li jita' jinqasam bejn il-ġenituri adottivi jekk it-tnejn huma uffiċjali. Jingħata biss jekk mart l-uffiċjal hija ngaġġata f'attività ta' mill-anqas nofs il-ħin, bil-qligħ. Jekk il-mara taħdem barra l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tibbenefika minn liv simili, numru ta' ġranet li jikkorrispondi għandu jitnaqqas mill-intitolament tal-uffiċjal.

 

L-Awtorità tal-Ħatra tista', f'każijiet ta' bżonn, tagħti vakanzi speċjali addizzjonali f'każijiet meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż li fih issir il-proċedura tal-adozzjoni u li m'hihiex il-pajjiż tal-impieg tal-uffiċjal adottiv, teħtieġ li joqgħod wieħed jew iż-żewġ ġenituri adottivi;

 

Il-liv speċjali ta' 10 tijiem għandu jingħata jekk l-uffiċjal ma jibbenefikax mill-liv speċjali sħiħ ta' 20 jew 40 ġimgħa minħabba l-ewwel sentenza ta' dan l-inċiż; dan il-liv speċjali addizzjonali għandu jingħata darba waħda biss għal kull tifel adottat.

 

L-istituzzjoni tista' wkoll tagħti liv speċjali fil-każ ta' aktar taħriġ u struzzjoni, fil-limiti mniżżla fil-programm għal aktar taħriġ u struzzjoni mħejji mill-istituzzjoni skont l-Artikolu 24a tar-Regolamenti tal-Persunal. Il-liv speċjali jista' jingħata barra minn hekk lil uffiċjali fil-każ ta' xogħol eċċezzjonali li jmur lil hinn mill-obbligi normali ta' uffiċjal. Tali liv speċjali għandu jingħata mhux iktar tard minn tliet xhur wara li l-awtorità tal-ħatra tkun ħadet id-deċiżjoni dwar il-karattru eċċezzjonali tax-xogħol tal-uffiċjal.

 

Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, is-sieħeb mhux miżżewweġ ta' uffiċjal għandu jitqies bħala miżżewweġ, fejn l-ewwel tliet kondizzjonijiet tal-Artikolu 1(2)(c) tal-Anness VII jitħarsu.

 

Meta jingħata liv speċjali skont din it-taqsima, kull ħin ta' vjaġġar lura lejn id-dar għandu jiġi stabbilit b'deċiżjoni speċjali li tikkunsidra l-ħtiġijiet speċjali.';

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 47

Regolamenti tal-Persunal

Annex V – Article 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mal-liv annwali tal-uffiċjali intitolati għall-konċessjoni tal-espatrijazzjoni jew tar-residenza barranija għandu jiżdied il-ħin ta' vjaġġar ibbażat fuq id-distanza ġeografika bejn il-post tax-xogħol u l-post tal-oriġini, ikkalkulat kif ġej:

L-uffiċjali li huma intitolati għall-allokazzjoni tal-espatrijazzjoni jew tar-residenza barranija għandhom ikunu intitolati għal liv supplimentari ta' nofs ġurnata kull sena sabiex iżuru l-post tal-oriġini tagħhom.

– 250 sa 600 km: jum wieħed ta' ħin ta' vjaġġar lura lejn id-dar,

L-ewwel paragrafu għandu japplika għall-uffiċjali li l-post tax-xogħol tagħhom ikun qiegħed fit-territorji tal-Istati Membri. Jekk il-post tal-impieg qiegħed barra minn dawn it-territorji, it-tul tal-liv tal-post tal-oriġini għandu jkun stabbilit b'deċiżjoni speċjali, li tikkunsidra l-ħtiġijiet partikolari.

– 601 sa 1200 km: jumejn ħin ta' vjaġġar lura lejn id-dar,

 

– aktar minn 1200 km: tlett ijiem ta' ħin ta' vjaġġar lura lejn id-dar,

 

Id-dispożizzjonijiet preċedenti għandhom japplikaw għall-uffiċjali li l-post tax-xogħol tagħhom ikun qiegħed fit-territorji tal-Istati Membri. Jekk il-post tax-xogħol ikun qiegħed 'il barra minn dawn it-territorji, il-ħin ta' vjaġġar għandu jkun stabbilit b'deċiżjoni speċjali li tikkunsidra l-ħtiġijiet partikolari.

 

Fejn jingħata liv speċjali skont it-Taqsima 2 ta' hawn fuq, kull ħin ta' vjaġġar lura kejn id-dar għandu jiġi stabbilit b'deċiżjoni speċjali li tikkunsidra l-ħtiġijiet speċjali.';

 

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 49 – sottopunt c

Regolamenti tal-Persunal

Anness VII – Artikolu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-uffiċjali intitolati għal konċessjoni ta' espatrijazzjoni jew ta' residenza barranija għandhom ikunu intitolati, fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 2, għal ħlas b'rata fissa kull sena kalendarja li jkun jikkorrispondi għall-kost tal-ivvjaġġar mill-post tax-xogħol sal-post tal-oriġini kif inhu definit fl-Artikolu 7 għalihom infushom u, jekk ikunu intitolati għal konċessjoni ta' entità domestika, għall-konjuġi u d-dipendenti fit-tifsira tal-Artikolu 2.

1. L-uffiċjali fil-gradi AST/SC 1 - 6, AST 1 - 8 u AD 5 sa 8 intitolati għal konċessjoni ta' espatrijazzjoni jew ta' residenza barranija għandhom ikunu intitolati, fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 2, għal ħlas b'rata fissa kull sena kalendarja li jkun jikkorrispondi għall-kost tal-ivvjaġġar mill-post tax-xogħol sal-post tal-oriġini kif inhu definit fl-Artikolu 7 għalihom infushom u, jekk ikunu intitolati għal konċessjoni ta' entità domestika, għall-konjuġi u d-dipendenti fit-tifsira tal-Artikolu 2.

 

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-uffiċjali fi gradi oħra li jkunu intitolati kemm għall-allokazzjoni tal-espatrijazzjoni jew tar-residenza barranija kif ukoll għall-allokazzjoni tal-familja.

Meta ż-żewġ konjuġi jkunu uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kull wieħed għandu d-dritt għalih u għaliha, u għad-dipendenti, għal ħlas b'rata fissa tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, skont id-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq; kull dipendent għandu jkun intitolat għal ħlas wieħed biss. Il-ħlas għat-tfal dipendenti huwa stabbilit fuq it-talba tal-konjuġi, abbażi tal-post ta' oriġini ta' wieħed minnhom.

Meta ż-żewġ konjuġi jkunu uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kull wieħed għandu d-dritt għalih u għaliha, u għad-dipendenti, għal ħlas b'rata fissa tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, skont id-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq; kull dipendent għandu jkun intitolat għal ħlas wieħed biss. Il-ħlas għat-tfal dipendenti huwa stabbilit fuq it-talba tal-konjuġi, abbażi tal-post ta' oriġini ta' wieħed minnhom.

Meta uffiċjal jiżżewweġ f'sena partikolari, u b'hekk jiġi intitolat għal konċessjoni tal-entità domestika, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar pagabbli mill-mara għandhom jinħadmu bil-proporzjon tal-perjodu mid-data taż-żwieġ sal-aħħar tas-sena.

Meta uffiċjal jiżżewweġ f'sena partikolari, u b'hekk jiġi intitolat għal konċessjoni tal-entità domestika, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar pagabbli mill-mara għandhom jinħadmu bil-proporzjon tal-perjodu mid-data taż-żwieġ sal-aħħar tas-sena.

Kwalunkwe bidla fil-bażi tal-kalkolu li tista' tinħoloq minn bidliet fl-istatus tal-familja wara d-data tal-ħlas taċ-ċifri inkwistjoni, ma twassalx li l-uffiċjal ikkonċernat ikun responsabbli għall-ħlas lura.

Kwalunkwe bidla fil-bażi tal-kalkolu li tista' tinħoloq minn bidliet fl-istatus tal-familja wara d-data tal-ħlas taċ-ċifri inkwistjoni, ma twassalx li l-uffiċjal ikkonċernat ikun responsabbli għall-ħlas lura.

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar ta' tfal ta' anqas minn sentejn matul is-sena kalendarja kollha ma għandhomx jiġu rrimborżati.

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar ta' tfal ta' anqas minn sentejn matul is-sena kalendarja kollha ma għandhomx jiġu rrimborżati.

2. Il-ħlas b'rata fissa għandu jkun ibbażat fuq konċessjoni għal kull kilometru ta' distanza ġeografika bejn il-post tax-xogħol tal-uffiċjal u l-post tal-oriġini.

2. Il-ħlas b'rata fissa għandu jkun ibbażat fuq konċessjoni għal kull kilometru ta' distanza ġeografika bejn il-post tax-xogħol tal-uffiċjal u l-post tal-oriġini.

Fejn il-post tal-oriġini kif definit fl-Artikolu 7 jkun 'il barra mit-territorji tal-Istati Membri tal-Unjoni kif ukoll 'il barra mill-pajjiżi u t-territorji mniżżla fl-Anness II tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-territorji tal-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, il-ħlas b'rata fissa għandu jkun ibbażat fuq konċessjoni għal kull kilometru ta' distanza ġeografika bejn il-post tax-xogħol tal-uffiċjal u l-belt kapitali tal-Istat Membri li jkun ċittadin tiegħu. L-uffiċjali li l-post tal-oriġini tagħhom ikun 'il barra mit-territorji tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif ukoll 'il barra mill-pajjiżi u territorji elenkati fl-Anness II tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-territorji tal-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, u li ma jkunux ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri, ma għandhomx ikunu intitolati għall-ħlas b'rata fissa.

Fejn il-post tal-oriġini kif definit fl-Artikolu 7 jkun 'il barra mit-territorji tal-Istati Membri tal-Unjoni kif ukoll 'il barra mill-pajjiżi u t-territorji mniżżla fl-Anness II tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-territorji tal-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, il-ħlas b'rata fissa għandu jkun ibbażat fuq konċessjoni għal kull kilometru ta' distanza ġeografika bejn il-post tax-xogħol tal-uffiċjal u l-belt kapitali tal-Istat Membri li jkun ċittadin tiegħu. L-uffiċjali li l-post tal-oriġini tagħhom ikun 'il barra mit-territorji tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif ukoll 'il barra mill-pajjiżi u territorji elenkati fl-Anness II tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-territorji tal-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, u li ma jkunux ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri, ma għandhomx ikunu intitolati għall-ħlas b'rata fissa.

Il-konċessjoni kilometrika għandha tkun ta':

Il-konċessjoni kilometrika għandha tkun ta':

EUR 0 għal kull kilometru bejn 0 u 200 km

EUR 0 għal kull kilometru bejn 0 u 200 km

EUR 0.3790 għal kull kilometru bejn 201 u 1000 km

EUR 0.3790 għal kull kilometru bejn 201 u 1000 km

EUR 0.6316 għal kull kilometru bejn 1001 u 2000 km

EUR 0.6316 għal kull kilometru bejn 1001 u 2000 km

EUR 0.3790 għal kull kilometru bejn 2001 u 3000 km

EUR 0.3790 għal kull kilometru bejn 2001 u 3000 km

EUR 0.1262 għal kull kilometru bejn 3001 u 4000 km

EUR 0.1262 għal kull kilometru bejn 3001 u 4000 km

EUR 0.0609 għal kull kilometru bejn 4001 u 10000 km

EUR 0.0609 għal kull kilometru bejn 4001 u 10000 km

EUR 0 għal kull km ’l fuq minn 10000 km

EUR 0 għal kull km ’l fuq minn 10 000 km

Ma' din il-konċessjoni kilometriċi jiżdied suppliment b'rata fissa, li jammonta għal:

Ma' din il-konċessjoni kilometriċi jiżdied suppliment b'rata fissa, li jammonta għal:

EUR 189,48 jekk id-distanza ġeografika bejn il-post tax-xogħol u l-post tal-oriġini tkun bejn 600 km u 1200 km,

EUR 189.48 jekk id-distanza ġeografika bejn il-post tax-xogħol u l-post tal-oriġini tkun bejn 600 km u 1200 km,

EUR 378,93 jekk id-distanza ġeografika bejn il-post tax-xogħol u l-post tal-oriġini tkun aktar minn 1200 km,

EUR 378,93 jekk id-distanza ġeografika bejn il-post tax-xogħol u l-post tal-oriġini tkun aktar minn 1200 km.

Il-konċessjonijiet kilometriċi msemmija hawn fuq u s-supplimenti b'rata fissa għandhom jiġu aġġornati kull sena bl-istess proporzjon bħar-remunerazzjoni.

Il-konċessjonijiet kilometriċi msemmija hawn fuq u s-supplimenti b'rata fissa għandhom jiġu aġġornati kull sena bl-istess proporzjon bħar-remunerazzjoni.

3. Uffiċjal li s-servizz tiegħu jiġi mitmum matul sena kalendarja għal xi raġuni li ma tkunx il-mewt jew li jkun fuq liv bla ħlas għal raġunijiet personali matul parti mis-sena għandu, jekk ikun f'impjieg attiv fis-servizz ta' istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, għal anqas minn disa' xhur ta' dik is-sena, ikun intitolat biss għal parti mill-ħlas b'rata fissa previst fil-paragrafi 1u 2, ikkalkulat fi proporzjoni taż-żmien li jkun qatta' f'impjieg attiv.

3. Uffiċjal li s-servizz tiegħu jiġi mitmum matul sena kalendarja għal xi raġuni li ma tkunx il-mewt jew li jkun fuq liv bla ħlas għal raġunijiet personali matul parti mis-sena għandu, jekk ikun f'impjieg attiv fis-servizz ta' istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, għal anqas minn disa' xhur ta' dik is-sena, ikun intitolat biss għal parti mill-ħlas b'rata fissa previst fil-paragrafi 1u 2, ikkalkulat fi proporzjoni taż-żmien li jkun qatta' f'impjieg attiv.

4. Id-dispożizzjonijiet preċedenti għandhom japplikaw għall-uffiċjali li l-post tax-xogħol tagħhom ikun qiegħed fit-territorji tal-Istati Membri. L-uffiċjali li l-post tax-xogħol tagħhom ikun 'il barra mit-territorju tal-Istati Membri, għandhom ikunu intitolati, għalihom stess u, jekk ikunu intitolati li jirċievu l-benefiċċju ta' entità domestika, għall-konjuġi tagħhom u dipendenti oħra fis-sens tal-Artikolu 2, f'kull sena kalendarja, għall-ħlas tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn il-post tal-oriġini tagħhom, jew għall-ħlas tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn post ieħor li ma jaqbżux l-ispiża tal-ivvjaġġar lejn il-post tal-oriġini. Madanakollu, jekk il-konjuġi u l-persuni msemmija fl-Artikolu 2(2) ma jkunux jgħixu mal-uffiċjal fil-post tax-xogħol, kull sena kalendarja għandhom ikunu intitolati għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-post tal-oriġini lejn il-post tax-xogħol jew lejn post ieħor, li ma jaqbiżx il-kost tal-vjaġġ ta' qabel.

4. Id-dispożizzjonijiet preċedenti għandhom japplikaw għall-uffiċjali li l-post tax-xogħol tagħhom ikun qiegħed fit-territorji tal-Istati Membri. L-uffiċjali li l-post tax-xogħol tagħhom ikun 'il barra mit-territorju tal-Istati Membri, għandhom ikunu intitolati, għalihom stess u, jekk ikunu intitolati li jirċievu l-benefiċċju ta' entità domestika, għall-konjuġi tagħhom u dipendenti oħra fis-sens tal-Artikolu 2, f'kull sena kalendarja, għall-ħlas tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn il-post tal-oriġini tagħhom, jew għall-ħlas tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn post ieħor li ma jaqbżux l-ispiża tal-ivvjaġġar lejn il-post tal-oriġini. Madanakollu, jekk il-konjuġi u l-persuni msemmija fl-Artikolu 2(2) ma jkunux jgħixu mal-uffiċjal fil-post tax-xogħol, kull sena kalendarja għandhom ikunu intitolati għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-post tal-oriġini lejn il-post tax-xogħol jew lejn post ieħor, li ma jaqbiżx il-kost tal-vjaġġ ta' qabel.

Dawn l-ispejjeż tal-ivvjaġġar għandhom ikunu rimborżati f'sura ta' ħlas b'rata fissa, ibbażat fuq il-prezz tal-vjaġġ bl-ajru fi klassi waħda aħjar mill-klassi ekonomika.';

Dawn l-ispejjeż tal-ivvjaġġar għandhom ikunu rimborżati f'sura ta' ħlas b'rata fissa, ibbażat fuq il-prezz tal-vjaġġ bl-ajru fi klassi waħda aħjar mill-klassi ekonomika.';

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 52 – sottopunt -a (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Anness X – Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) L-Artikolu 6 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

'Artikolu 6

 

Kull sena kalendarja, l-uffiċjal ikun intitolat għal liv fis-sena ta' tliet ġranet tax-xogħol għal kull xahar ta' servizz.';

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 52 – punt -aa (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Anness X – Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-aa) Fl-Artikolu 8, qed jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

'L-uffiċjali li jieħdu sehem f'taħriġ professjonali fi Brussell skont l-Artikolu 24a tar-Regolamenti tal-Persunal u li ngħataw liv ta' mistrieħ skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandhom jipprovaw, meta jkun xieraq, jikkombinaw il-perjodi ta' taħriġ professjonali tagħhom mal-liv ta' mistrieħ tagħhom.';

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 53

Regolamenti tal-Persunal

Anness XI – Kapitolu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

KAPITOLU 7

imħassar

DISPOŻIZZJONI FINALI U L-KLAWŻOLA TA' REVIŻJONI

 

Artikolu 14

 

1. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness għandhom jgħoddu mill- ta' Jannar tal-2013 sal-31 ta' Diċembru tal-2022.

 

2. Dawn jistgħu jiġu riveduti fl-aħħar tal-ħames sena, b'mod partikolari fid-dawl tal-implikazzjonijiet baġitarji tagħhom. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u, fejn ikun il-każ, proposta għal emenda ta' dan l-Anness fuq bażi ta' l-Artikolu 336 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.';

 

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 55 – sottopunt i

Regolamenti tal-Persunal

Anness XIII – Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) L-uffiċjali li ma humiex koperti mill-punt (a) u li qabel l-1 ta' Mejju tal-2004 kienu fl-eks kategorija B jew li qabel l-1 ta' Mejju tal-2004 kienu fl-eks kategorija C jew D u li jkunu saru membri tal-grupp ta' funzjoni AST għandhom jiġu kklassifikati bħala Assisteni mingħajr ebda restrizzjoni.

(b) L-uffiċjali li ma humiex koperti mill-punt (a) u li qabel l-1 ta' Mejju tal-2004 kienu fl-eks kategorija B jew li qabel l-1 ta' Mejju tal-2004 kienu fl-eks kategorija C jew D u li jkunu saru membri tal-grupp ta' funzjoni AST mingħajr ebda restrizzjoni, kif ukoll l-uffiċjali reklutati mill-1 ta' Mejju 2004, għandhom jiġu kklassifikati bħala Assistenti.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tistabbilixxi l-limitu tal-karriera AST għall-assistenti fi tranżizzjoni reklutati wara l-1 ta' Mejju 2004 fil-grad AST 7. Madankollu, sabiex jipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet tal-AST dawn kellhom juru livell ħafna ogħla ta' edukazzjoni minn dak li ntalab għall-kategoriji preċedenti B, C u D u jagħtu prova tat-tielet lingwa qabel l-ewwel promozzjoni. Barra minn hekk, il-prospetti tal-karriera tagħhom fil-mument tar-reklutaġġ tawhom il-possibilità li jilħqu l-grad AST 11 (kif kien il-każ tal-kategorija preċedenti B u dawk l-uffiċjali tal-kategoriji preċedenti C u D li għaddew il-proċedura ta' attestazzjoni). Finalment, m'għandu jkun hemm ebda trattament differenti jew differenza fir-riklassifikazzjoni tagħhom fuq il-bażi tal-kompetizzjoni li pparteċipaw fiha. Għalhekk, l-emenda tipprova tistabbilixxi l-limitu tal-prospetti tal-karriera tagħhom fil-grad AST 9.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 55 – sottopunt i

Regolamenti tal-Persunal

Anness XIII – Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) L-uffiċjali li ma humiex koperti mill-punti (a) sa (d) għandhom jiġu kklassifikati abbażi tal-grad tal-kompetizzjoni li jirriżulta fil-lista ta' kandidati xierqa li jiġu rreklutati minnha. L-Uffiċjali li jgħaddu b'suċċess minn kompetizzjoni fil-grad AST3 jew aktar għandhom jiġu kklassifikati bħala Assistenti, il-bqija tal-uffiċjali għandhom jiġu kklassifikati bħala Assistenti Amministrattivi fi tranżizzjoni. It-tabella ta' korrelazzjoni fl-Artikolu 13(1) ta' dan l-Anness għandha tapplika bl-istess mod, indipendentement mid-data tar-reklutaġġ tal-uffiċjal.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-emenda 60. Wieħed għandu jinnota wkoll li m'għandu jkun hemm ebda trattament differenti jew differenza fir-riklassifikazzjoni ta' dawk l-ASTs fuq il-bażi tal-kompetizzjoni li pparteċipaw fiha.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 55 – sottopunt i

Regolamenti tal-Persunal

Anness XIII – Artikolu 30 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. B'deroga mill-paragrafu 2, punt (e), l-uffiċjali rreklutati abbażi ta' kompetizzjoni fi grad anqas minn AST 3 jistgħu jiġu kklassifikati mill-awtorità tal-ħatra qabel il-31 ta' Diċembru tal-2015 bħala Assistenti fl-interess tas-servizz u abbażi tal-pożizjoni okkupata fil-31 ta' Diċembru tal-2012. Kull awtorità tal-ħatra għandha tistabbilixxi dispożizzjonijiet li jdaħħlu fis-seħħ lil dan l-Artikolu skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal. Madanakollu, l-għadd totali ta' Assistenti Amministrattivi fi tranżizzjoni li jibbenefikaw minn din id-dispożizzjoni ma għandux jaqbeż il-5% tal-Assistenti Amministrattivi fi tranżizzjoni fl-1 ta' Jannar tal-2013.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tkompli mal-emendi 60 u 61; ara l-ġustifikazzjoni għal dawk l-emendi.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 55 – sottopunt i

Regolamenti tal-Persunal

Anness XIII – Artikolu 30 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-uffiċjali li jkunu ġew awtorizzati, abbażi tal-Artikolu 55(2)(e) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 4 tal-Anness IVa tar-Regolamenti tal-Persunal, li jaħdmu part-time għal perjodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar tal-2013 u li jestendi lil hinn minn dik id-data jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu part-time bl-istess kundizzjonijiet għal perjodu massimu ta' ħames snin.

7. L-uffiċjali li jkunu ġew awtorizzati, fuq il-bażi tal-Artikolu 55a(2)(e) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 4 tal-Anness IVa tar-Regolamenti tal-Persunal, li jaħdmu part-time għal perjodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar tal-2013 u li jestendi lil hinn minn dik id-data jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu part-time bl-istess kundizzjonijiet għal perjodu massimu ta' ħames snin.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 55a(2)(e) huwa r-referenza korretta. L-emenda hi intenzjonata biex tirranġa l-iżball.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 55 – sottopunt i

Regolamenti tal-Persunal

Anness XIII – Artikolu 30 – paragrafu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. Għall-uffiċjali li l-età tal-pensjoni tagħhom skont l-Artikolu 22 ta' dan l-Anness hija inqas minn 65 sena, il-perjodu ta' tliet snin imsemmi fl-Artikolu 55a(2)(e) tar-Regolamenti tal-Persunal jista' jaqbeż l-età meta jsiru pensjonabbli, mingħajr, madankollu, ma jaqbeż l-età ta' 65 sena.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tipprova tippermetti li l-uffiċjali li l-età tal-pensjoni tagħhom skont id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tkun inqas minn 65 sena u li jkunu jixtiequ jkomplu jaħdmu wara dik l-età jkunu eliġibbli biex jaħdmu part-time qabel jirtiraw.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 55 – sottopunt i

Regolamenti tal-Persunal

Anness XIII – Artikolu 31

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

31. B'deroga mill-ewwel sentenza tar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 1 tal-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal, ir-rappreżentanza tal-grupp ta' funzjoni AST/SC ma għandhiex għalfejn tkun żgurata fil-Kumitat tal-Persunal qabel l-1 ta' Jannar tal-2017.';

imħassar

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 55 – sottopunt i

Regolamenti tal-Persunal

Anness XIII – Artikolu 31a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 31a

 

B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, it-tul totali tal-liv għal raġunijiet personali għandu jkun kif ġej:

 

 

Bidu tal-liv qabel:

Tul totali

 

 

01/01/2013

15-il sena

 

 

01/01/2015

12-il sena

 

 

01/01/2017

9 snin

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 10a (ġdid)

Kundizzjonijiet ta' Impjieg

Artikolu 16 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10a. Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 1 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

"L-Artikoli 42a, 42b u 55 sa 61 tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar il-liv, is-sigħat ta' xogħol, is-sahra, ix-xogħol bixshift, il-ħin ta' stennija fuq ix-xogħol jew id-dar għal li jista' jinqala' xi ħaġau l-btajjel pubbliċi, għandhom japplikaw b'analoġija. Il-liv speċjali u l-liv tal-ġenituri u tal-familja m'għandhomx jestendu aktar mill-perjodu tal-kuntratt. Barra minn hekk, l-Artikoli 41, 42, 45 u 46 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija għall-uffiċjali temporanji msemmija fl-Artikolu 29 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, irrispettivament mid-data tar-reklutaġġ tagħhom';

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 10b (ġdid)

Kundizzjonijiet ta' Impjieg

Artikolu 16 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10b. Fl-Artikolu 16, qed jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

'It-tieni u t-tielet paragrafi m'għandhomx japplikaw għall-membri tal-persunal fuq kuntratt permanenti.'

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 11a (ġdid)

Kundizzjonijiet ta' Impjieg

Artikolu 17 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

11a. Fl-Artikolu 17, il-paragrafu li ġej qed jiżdied wara r-raba' paragrafu:

 

'In-nisa li l-liv tal-maternità tagħhom jibda qabel ma jintemm il-kuntratt tagħhom għandhom ikunu intitolati għal liv tal-maternità u għal paga tal-maternità.'

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 19

Kundizzjonijiet ta' Impjieg

Artikolu 47

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

19. Il-punt (a) tal-Artikolu 47 għandu jinbidel b'dan li ġej:

19. L-Artikolu 47 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

'Artikolu 47

 

Minbarra t-tmiem mal-mewt, l-impieg tal-persunal temporanju għandu jieqaf:

'fi tmiem ix-xahar li fih il-ħaddiem jagħlaq l-età ta' 65 sena, jew, fuq bażi eċċezzjonali, fid-data stabbilita skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 52(b) tar-Regolamenti tal-Persunal; jew';

(a) 'fi tmiem ix-xahar li fih il-ħaddiem jagħlaq l-età ta' 65 sena, jew, fejn ikun applikabbli, fid-data stabbilita skont l-Artikolu 50c(2); jew

 

(b) meta l-kuntratt huwa għal perjodu stabbilit:

 

(i) fid-data ddikjarata fil-kuntratt;

 

(ii) fl-aħħar tal-perjodu tan-notifika speċifikat fil-kuntratt li jagħti 'l-ħaddiem jew l-istituzzjoni l-għażla li jtemm qabel. Il-perijodu ta’ notifika ma jistax ikun inqas minn xahar għal kull sena ta' servizz, suġġett għal minimu ta' xahar u massimu ta' tliet xhur. Għall-persunal temporanju li l-kuntratt tagħhom kien imġedded, il-massimu jkun ta' sitt xhur. Madankollu, il-perjodu tan-notifika m'għandux jibda għaddej matul tqala stabbilita debitament permezz ta’ ċertifikat mediku, il-liv tal-maternità jew il-liv għall-mard, sakemm it-tali liv tal-mard ma jaqbiżx it-tliet xhur. Barra minn hekk, ikun sospiż matul tqala stabbilita debitament permezz ta’ ċertifikat mediku, il-maternità jew liv għall-mard suġġett għal-limiti msemmija qabel. Jekk l-istituzzjoni ttemm il-kuntratt, il-ħaddiem għandu jkun intitolat għal kumpens daqs terz tas-salarju bażiku tiegħu għall-perjodu bejn id-data meta d-dmirijiet tiegħu jintemmu u d-data meta l-kuntratt tiegħu jiskadi.

 

(iii) meta l-ħaddiem ma jibqax iħares il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 12(2), punt (a), suġġett għall-possibbiltà li tkun awtorizzata eċċezzjoni taħt dik id-dispożizzjoni. Jekk l-eċċezzjoni ma tkunx awtorizzata, il-perjodu tan-notifika riferuta fis-sottopunt (ii) ta' dan il-punt (b) għandu japplika; jew

 

(c) meta l-kuntratt huwa għal perjodu indefinit:

 

(i) fl-aħħar tal-perjodu tan-notifika stipulat fil-kuntratt; it-tul tal-perjodu tan-notifika ma jkunx anqas minn xahar għal kull sena kompluta ta' servizz, suġġett għal minimu ta' tlett xhur u massimu ta' għaxar xhur. Madankollu, il-perjodu tan-notifika m'għandux jibda għaddej matul tqala stabbilita debitament permezz ta’ ċertifikat mediku, il-liv tal-maternità jew il-liv għall-mard, sakemm it-tali liv tal-mard ma jaqbiżx it-tliet xhur. Barra minn hekk, ikun sospiż matul tqala stabbilita debitament permezz ta’ ċertifikat mediku, il-maternità jew liv għall-mard suġġett għal-limiti msemmija qabel; jew

 

(ii) meta l-ħaddiem ma jibqax iħares il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 12(2), punt (a), suġġett għall-possibbiltà li tkun awtorizzata eċċezzjoni taħt dik id-dispożizzjoni. Jekk l-eċċezzjoni ma tkunx awtorizzata, il-perjodu tan-notifika msemmi fis-sottopunt (i) ta' dan il-punt (c) għandu japplika.’;

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 19a (ġdid)

Kundizzjonijiet ta' Impjieg

Artikolu 48 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

19a. Fl-Artikolu 48, il-punt (b) qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

‘(b) jekk il-ħaddiem maħtur b'kuntratt għal żmien fiss mhux kapaċi jerġa' jibda jaqdi d-dmirijiet tiegħu fit-tmiem ta' perjodu ta' liv mħallas ta' mard ipprovduti fl-Artikolu 16. Fit-tali każ, il-ħaddiem għandu jirċievi benefiċċju daqs is-salarju bażiku tiegħu, bl-addizzjoni tal-benefiċċji tal-familja bir-rata ta' jumejn għal kull xahar ta' servizz komplut.'

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 21

Kundizzjonijiet ta' Impjieg

Artikolu 53 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ ta' proċedura tal-għażla esterna, il-persunal temporanju msemmi fl-Artikolu 2(f) għandu jiġi impjegat biss fil-gradi SC1, AST 1 sa AST 4 jew AD 5 sa AD 8. Madanakollu, l-aġenzija tista', fejn ikun xieraq, tawtorizza l-impjegar fil-gradi AD 9, AD 10, AD 11 jew, fuq bażi ta' eċċezzjoni, fil-grad AD 12. L-għadd totali ta' persuni impjegati fil-gradi AD 9 sa AD 12 f'aġenzija ma għandux jaqbeż l-20 % tal-għadd totali ta' reklutaġġ ta' persunal temporanju fil-grupp ta' funzjoni AD, ikkalkulat fuq perjodu ta' ħames snin.

Fil-każ ta' proċedura tal-għażla esterna, il-persunal temporanju msemmi fl-Artikolu 2(f) għandu jiġi impjegat biss fil-gradi SC 1 sa SC 3, AST 1 sa AST 4 jew AD 5 sa AD 8. Madanakollu, l-aġenzija tista', fejn ikun xieraq, tawtorizza l-impjegar fil-gradi AD 9, AD 10, AD 11 jew, fuq bażi ta' eċċezzjoni, fil-grad AD 12. L-għadd totali ta' persuni impjegati fil-gradi AD 9 sa AD 12 f'aġenzija ma għandux jaqbeż l-20 % tal-għadd totali ta' reklutaġġ ta' persunal temporanju fil-grupp ta' funzjoni AD, ikkalkulat fuq perjodu ta' ħames snin.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 29

Kundizzjonijiet ta' Impjieg

Artikolu 88 – subparagrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88, it-terminu 'tliet snin' għandu jinbidel bit-terminu 'sitt snin';

Fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88, it-terminu 'tliet snin' għandu jinbidel bit-terminu 'ħames snin';

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 33a (ġdid)

Kundizzjonijiet ta' Impjieg

Artikolu 132a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

33a. Qed jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

'Artikolu 132a

 

Bi qbil mal-miżuri implimentattivi msemmija fl-Artikolu 125(1) u fuq talba espliċita mill-Membru jew mill-Membri rispettivi li huma jassistu, l-assistenti parlamentari akkreditati jistgħu jitħallsu darba jew allokazzjoni tal-istallazzjoni jew allokazzjoni ta' riinstallazzjoni fuq il-bażi ta' evidenza li kienet meħtieġa bidla fil-post tar-residenza. L-ammont tal-allokazzjoni m'għandux jaqbeż is-salarju bażiku ta' xahar tal-assistent.";

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 33b (ġdid)

Kundizzjonijiet ta' Impjieg

Artikolu 139 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

33b. Fl-Artikolu 139, il-punt (b) qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

"(b) 'fi tmiem ix-xahar meta l-ħaddiem jagħlaq l-età ta' 65 sena, jew, fuq bażi eċċezzjonali, fid-data stabbilita skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 52(b) tar-Regolamenti tal-Persunal;"

Ġustifikazzjoni

L-assistenti parlamentari għandhom jingħataw il-possibilità li jaħdmu, fuq bażi eċċezzjonali, sal-età ta' 67 sena.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 33c (ġdid)

Kundizzjonijiet ta' Impjieg

Artikolu 139 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

33c. Fl-Artikolu 139(1), il-punt (d) qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

'(d) b′kont meħud tal-fatt li l-fiduċja hija l-bażi tar-relazzjoni professjonali bejn il-Membru u l-assistent parlamentari akkreditat tiegħu, fl-aħħar tal-perijodu ta' notifika speċifikat fil-kuntratt, li għandu jagħti lill-assistent parlamentari akkreditat jew lill-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq it-talba tal-Membru jew tal-Membri tal-Parlament Ewropew li bħala assistent tiegħu kien ġie ingaġġat l-assistent parlamentari akkreditat, id-dritt li jittermina l-kuntratt qabel ma dan jiskadi. Il-perijodu ta’ notifika ma jistax ikun inqas minn xahar għal kull sena ta' servizz, suġġett għal minimu ta' xahar u massimu ta' tliet xhur. Madankollu, il-perijodu tan-notifika m'għandux jibda jgħodd waqt tqala stabbilita debitament permezz ta’ ċertifikat mediku, il-liv tal-maternità jew il-liv minħabba l-mard, sakemm il-liv minħabba l-mard ma jaqbiżx it-tliet xhur. Barra minn hekk, dan għandu jiġi sospiż waqt tqala stabbilita debitament permezz ta’ ċertifikat mediku, il-liv tal-maternità jew il-liv minħabba l-mard suġġett għal dawn il-limiti;’;

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 33d (ġdid)

Kundizzjonijiet ta' Impjieg

Artikolu 139 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

33d. Fl-Artikolu 139, qed jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

'3a. Il-miżuri implimentattivi msemmija fl-Artikolu 125(1) għandhom jipprevedu proċedura ta' konċiljazzjoni li għandha tapplika qabel jintemm il-kuntratt ta' assistent parlamentari akkreditat, fuq talba tal-Membru jew tal-Membri tal-Parlament Ewropew li dan tqabba biex jassisti jew tal-assistent parlamentari kkonċernat, skont il-paragrafu 1(d) u l-paragrafu 3.';

  • [1]  ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0/Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
  • [2]  ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0/Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

L-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha li jinsabu fil-postijiet differenti ta' impjieg fl-UE u d-delegazzjonijiet tagħha fil-pajjiżi terzi jimpjegaw madwar 55,000 uffiċjal u aġent ieħor. F'paragun mal-amministrazzjonijiet nazzjonali u anke dawk lokali f'xi Stati Membri, dan in-numru huwa vera żgħir u jsir iżgħar fid-daqs meta wieħed iqis il-fatt li l-istituzzjonijiet Ewropej jaqdu madwar 501 miljun ċittadin tal-UE.

Fl-2004, ir-Regolamenti tal-Persunal u s-servizz ċivil Ewropew kellhom riforma sustanzjali, li mmirat li timmodernizzahu tagħmlu iktar effettiv fir-rigward tal-ispiża. Dik ir-rifoma se tagħti total ta' EUR 8 biljun ta' ffrankar sal-aħħar tal-2020. L-għan prinċipali tal-proposta preżenti tal-Kummissjoni u l-qalba tagħha huma li tipprovdi għal metodu ġdid ta' aġġustament tas-salarji u tal-pensjonijiet, inkluża l-applikazzjoni tal-klawsola ta' eċċezzjoni u tat-taxxa speċjali. Dan hu meħtieġ minħabba li se jiskadu d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal fl-aħħar tal-2012 u sabiex ikun hemm reazzjoni adegwata għas-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-40/10[1].

Għalkemm il-bidliet meħtieġa mid-data ta' skadenza msemmija hawn fuq setgħu kienu l-punt safejn tasal il-proposta kurrenti li jiġu emendati r-Regolamenti tal-Persunal, il-Kummissjoni ddeċidiet li tmur lil hinn minnhom u tressaq numru ta' modifiki oħra. Dawn jaqgħu kollha fil-kategorija ta' miżuri varji ta' ffrankar li għandhom jiġu applikati flimkien mal-metodu l-ġdid u t-taxxa speċjali.

Ir-rapporteur temmen li r-riforma kurrenti għandha tmiss biss fejn għandu jinbidel. Ir-raġunijiet għal dan huma l-fatt li r-riforma prinċipali tar-Regolamenti tal-Persunal, li produċiet iffrankar sostanzjali, saret ftit snin ilu u għadha qed tħalli l-effetti tagħha u l-bżonn li wieħed jaderixxi strettament mal-kalendarju għall-adozzjoni tal-bidliet li qed jiġu proposti bħalissa. Wieħed għandu jżomm f'moħħu li r-rispett tal-aħħar tal-2012 bħala d-data l-iktar tard possibbli biex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jilħqu ftehim huwa ta' importanza prinċipali. Inkella, bl-iskadenza tal-metodu u t-taxxa speċjali, mhux talli ma jinkiseb ebda ffrankar imma jkollhom jiġġarrbu wkoll iktar spejjeż mill-baġit tal-UE.

Jeħtieġ li ssir osservanza finali dwar il-kuntest globali tal-proposta kurrenti. Preċeduta minn sejħiet għal iffrankar li għandu jsir fl-amministrazzjoni tal-UE, din tiġi fi żmien ta' kriżi finanzjarja fl-Ewropa. Dawk is-sejħeit, għalkemm għandhom jittieħdu bis-serjetà u b'kunsiderazzjoni xierqa, ma jistgħux, madankollu, jirkbu l-kunsiderazzjonijiet bażiċi dwar l-iskop u r-rwol tas-servizz ċivili Ewropew. Hu vitali li jinstab bilanċ bejn l-iffrankar u l-bżonn li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet jistgħu jwettqu l-ħidmiet u d-doveri tagħhom bi qbil mal-obbligi u l-poteri tagħhom skont it-Trattati. Sabiex jiġu sodisfatti l-obbligi tat-Trattati hu indispensabbli għall-istituzzjonijiet li jkunu jistgħu jkollhom possibilitajiet kontinwi ta' reklutaġġ u ta' żamma ta' persunal fuq il-bazi tal-valur, il-merti u l-ħiliet, jiġifieri, persunali li huwa indipendenti, immexxi mill-proġett Ewropew u l-valuri tagħha, bi kwalifiki għolja, multinazzjonali, mulitlingwi[2] u lest li jiċċaqlaq u jaħdem barra pajjiżu fuq bażi permanenti.

1.        L-elementi prinċipali tal-proposta

Ir-rapporteur tilqa' l-fatt li l-Kummissjoni preżentat il-proposta tagħha qabel id-data ta' skadenza tal-metodu u tat-taxxa speċjali.

B'mod partikolari, ir-rapporteur taqbel mal-proposta li l-metodu jkun ibbażat fuq bidliet għas-salarju nominali (minflok bidla reali fis-salarju) fl-Istati Membri kollha, minflok f'xi wħud minnhom biss, u jispera li l-Kummissjoni se tkun tista' ssib soluzzjoni prattika għall-problema li tikseb data relevanti mis-27 Stat Membru fil-ħin. Ir-rapporteur tisħaq ukoll li l-klawsola ta' eċċezzjoni għandha tirreferi għall-kriżi finanzjarja. Finalment, ir-rapporteur taqbel li ż-żieda fit-taxxa speċjali, imsemmija mill-ġdid "taxxa ta' solidarjetà", tiġi proposta għal-livell ta' 6 %.

2.        Miżuri ta' ffrankar

2.1      5 % tnaqqis fil-persunal

Il-Kummissjoni tipproponi li tnaqqas il-persunal ta' kull istituzzjoni u aġenzija b'5 %, ħaġa li tirrifletti l-impenn tagħha għall-iffrankar li hemm provdut għalih fil-proposta għall-qafas finanzjarju multiannwali[3]. B'kunsiderazzjoni tal-fatt li, skont il-persunal tal-organigramma awtorizzata, fl-2011 l-istituzzjonijiet u l-aġenziji jistgħu jimpjegaw b'kollox 46 678 membri tal-persunal (uffiċjali u aġenti oħra, barra l-aġenti kuntrattwali), dan ifisser tnaqqis ta' 2,334 membru tal-persunal fil-kategoriji kollha u iktar tnaqqis ta' madwar 400 aġent kuntrattwali. It-tnaqqis għandu jsir sal-2018 billi ma jiġix sostitwit ċertu numru ta' tluq "naturali" ta' persunal mill-istituzzjonijiet (minħabba, pereżempju, l-irtirat jew it-tmiem tal-kuntratt).

Ta' min jinnota li l-proposta timplika tnaqqis awtomatiku ta' 5 % tal-persunal minn kull istituzzjoni jew aġenzija. Filwaqt li l-Kummissjoni għandha raġun li teżamina din il-ħaġa bħala possibilità biex isir iffrankar, għandha żball meta titlob li dan isir awtomatikament għall-istituzzjonijiet kollha. Dan mhux se jkun realistiku. Xi istituzzjonijiet se jkollhom bżonn għall-inqas li jiffriżaw il-livell eżistenti tal-persunal minħabba l-kompetenzi l-ġodda mogħtija lilhom mit-Trattati jew minħabba t-tkabbir futur, filwaqt li għal oħrajn tista' tkun meħtieġa żieda reali fin-numru tal-persunal[4]. Għalhekk, se jkunu meħtieġa iktar soluzzjonijiet mfassla skont il-bżonn.

Il-proposta tal-Kummissjoni tipprevedi li tinħoloq rabta bejn il-qafas finanzjarju multiannwali u l-organigramma tal-istituzzjonijiet billi tiddaħħal emenda għall-Artikolu 6 tar-Regolamenti tal-Persunal. Dan biex ikun żgurat l-obbligu li jiġi rrispettat l-impenn tal-istituzzjonijiet u tal-aġenziji li jitnaqqas in-numru ta' persunal b'5 %. Madankollu, ir-Regolamenti tal-Persunal jiddisponu wkoll li "It-tabella tal-persunal li hija mehmuża mat-taqsima tal-baġit relatata ma' kull istituzzjoni għandha tindika l-għadd ta' pożizzjoniijiet f'kull grad u grupp ta' funzjoni." Hu ċar minn dik id-dispożizzjoni li l-istituzzjonijiet fl-organigrammi tagħhom għandhom jirrispettaw l-impenji baġitarji li jirriżultaw mill-baġits tal-istituzzjonijiet, li jiddependu mill-baġit ġenerali tal-UE u, dan, mill-qafas finanzjarju multiannwali. M'hemm ebda raġuni biex tinħoloq rabta addizzjonali bejn ir-Regolamenti tal-Persunal u l-qafas finanazjarju tal-UE. Wieħed għandu jinnota wkoll li l-intestatura 5 tal-qafas finanzjarju mulitannwali jkopri "In-nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet" li tmur lil hinn min-nefqa relatata mal-persunal.

Għalhekk, filwaqt li r-rapporteur temmen li l-istituzzjonijiet għandhom idaħħlu l-iffrakkar neċessarju, il-metodu dettaljat u l-għażla tar-riżorsi li fuqhom għandu jsir tali ffrankar għandhom jitħallew f'idejn l-istituzzjonijiet innifishom. Huma jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jindikaw eżattament u jiddeċiedu fejn jista' jsir tnaqqis sabiex ma jixxekkilx l-iffunzjonar xieraq tagħhom. Impenn għal din il-ħaġa jkun iktar xieraq.

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, ir-rapporteur għalhekk tissuġġerixxi li din il-proposta ma tiġix segwuta.

2.2      Il-kundizzjonijiet tax-xogħol

Ir-rapporteur tiġbed l-attenzjoni li miżuri oħra ta' ffrankar proposti mill-Kummissjoni jirrelataw mal-kundizzjonijiet ta' impjieg u jinkludu, pereżempju:

a)        emendi għall-ħinijiet tax-xogħol:

-          żieda fil-ħinijiet tax-xogħol billi jiddaħħal numru minimu ta' sigħat tax-xogħol (40) mingħajr kumpens f'termini ta' remunerazzjoni,

-          tnaqqis fil-ħin għall-ivvjaġġar annwali għal 3 ijiem;

b)        emendi għas-sistema tal-pensjoni:

-         żieda fl-età tal-pensjoni minn 63 sa 65 sena, b'possibilità li wieħed ikompli jaħdem sa 67 sena,

-          żieda fl-età għall-irtirar bikri minn 55 għal 58,

-          tnaqqis fin-numru ta' uffiċjali li jibbenefikaw mill-irtirar bikri minn 10 % għal 5 % fl-istituzzjonijiet kollha f'sena partikolari;

c)        emendi dwar l-allowances u l-intitolamenti:

-          tnaqqis fl-allowance għall-ivvjaġġar annwali fil-pajjiż tal-oriġini,

-          adattament tar-regoli dwar ir-rimborż tal-ispejjeż taċ-ċaqliq,

-          adattament tar-regoli dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tal-missjonijiet.

Xi wħud minn dawk il-miżuri għandhom jitqiesu fil-kuntest tal-adattamenti riċenti tal-kundizzjonijiet tax-xogħol applikat fl-Istati Membri, b'mod partikolari żidiet fl-età tal-irtirar, li jirriflettu t-tendenzi demografiċi kurrenti fl-UE. Oħrajn, għalkemm jissodisfaw ir-rwol tagħhom ta' miżuri ta' ffrankar, ma jistgħux verament jitqiesu bħala punti prinċipali tal-emendi proposti.

Proposta partikolari qed issir biex l-istituzzjonijiet jingħataw il-possibilità li jdaħħlu arranġamenti flessibbli tal-ħinijiet tax-xogħol bħala metodu ta' ġestjoni moderna tar-riżorsi umani. Ir-rapporteur tara l-approċċ tal-Kummissjoni bħala li sejjer fid-direzzjoni t-tajba imma se tesplora l-bżonn li jitnaqqsu potenzjalment tali arranġamenti fir-rigward ta' xi kategoriji ta' persunal.

2.3      Il-pakkett tal-karriera tal-assistenti (il-grad AST)

Ir-riforma tal-2004 ħolqot struttura ġdida għall-karriera tal-AST. Madankollu, jidher li l-istruttura tas-salarju u s-sistema tal-karriera tal-ASTs jirrikjedu iktar aġġustamenti.

Il-Kummissjoni inizjalment proponiet li jiġi kkuntrattat persunal fil-livell ta' segretarji bħala rimedju. Matul l-iskambju inizjali ta' opinjonijiet mal-Kummissjoni u mal-Viċi President is-Sur Šefčovič fil-Kumitat għall-Affarijiet Legali f'Lulju 2011, ġie ċċarat li proposta bħal din se ġġib il-periklu li ma taqdix il-bżonnijiet tal-isituzzjonijiet f'termini tal-iżgurar ta' persunal ta' profil partikolari (eż. lingwisti) u b'hekk ma tkunx aċċettabbli. Dan ġie ċċarat ukoll matul id-djalogu soċjali li sar mill-Kummissjoni qabel l-adozzjoni tal-proposta formali.

Il-Kummissjoni finalment iddeċidiet li tipproponi kategorija ġdida AST/SC bl-objettiv li jkollhom karriera inferjuri għall-persuni responsabbli minn kompiti u doveri iktar sempliċi. Hu propost li din il-kategorija ġdida se tidħol fis-servizz fi grad li jkun żewġ gradi inqas minn AST 1. Wieħed għandu jenfasizza li, filwaqt li mhux qed toġġezzjona għall-kategorija AST/SC, ir-rapporteur ma tistax taċċetta grad baxx tad-dħul. Hu neċessarju li l-gradi tad-dħul fil-kategoriji kollha jiggarantixxu r-reklutaġġ ta' persunal xieraq fl-istituzzjonijiet. F'dan il-każ partikolari, hu indispensabbli li jiġi garantit li l-istituzzjonijiet jkunu jistgħu jirreklutaw segretarji (fil-parti l-kbira nisa) li jirrappreżentaw firxa wiesgħa ta' nazzjonalitajiet u ħiliet lingwistiċi biex inżommu r-rekwiżiti tas-servizz multinazzjonali u multilingwi, li jibqa' l-bażi assoluta tal-istituzzjonijiet multi nazzjonali tal-UE li jaqdu ċ-ċittadini tas-27 Stat Membru tal-UE. F'dan il-kuntest, il-preservazzjoni tal-bilanċ ġeografiku fl-istituzzjonijiet huwa fattur importanti li ma jistax jiġi abbandunat u wieħed għandu jieħu ħsiebu b'mod partikolari. L-abilità tal-istituzzjonijiet li jipprovdu servizz ta' livell għoli fuq bażi kontinwa għandha tkun ibbilanċjata f'dan il-każ kontra ffrankar potenzjali. Hu wkoll importanti li l-prinċipju tal-ugwaljanza tal-ġeneri jkun salvagwardjat kif xieraq. Għalhekk, ir-rapporteur tipproponi li l-grad tad-dħul jiġi stabbilit għall-kategorija AST/SC f'livell inqas mill-AST 1.

Fir-rigward tal-grad AST, ir-rapporteur tindika żewġ elementi tal-proposta. L-ewwek, hemm il-limitu tal-karriera AST għal AST 7 għall-Dagmar Roth-Behrendtassistenti fi tranżizzjoni reklutati wara l-1 ta' Mejju 2004. Ir-rapporteur tindika li dawn ifisser ksur tal-kundizzjonijiet ta' reklutaġġ fejn dan il-grupp ta' assistenti kellu perspettiva ta' karriera sa AST 11. Biex ma ssirx ħsara, jista' jsir limitu sal-grad AST 9. It-tieni nett, ir-rapporteur tissuġġerixxi li wieħed jagħti ħarsa aħjar lejn ir-ristrutturar propost tal-karriera AST fejn l-ogħla żewġ gradi se jkunu riservati biss għall-persunal li jeżerċita livell sinifikanti ta' responsabilitajiet.

3.        Punti speċifiċi

Ir-rapporteur iddeċidiet li fl-abbozz ta' rapport tindirizza xi ftit punti li huma speċifiċi għal xi istituzzjoijiet biss u ilhom fil-bżonn ta' soluzzjoni. Dan jinkludi emenda li ddaħħal dispożizzjoijiet speċifiċi li jirreferu għall-irtirar tal-assistenti parlamentari. Biex inlaħħqu mal-impenn tal-istituzzjonijiet li jkunu impjegatur tal-opportunitajiet indaqs, ir-rapporteur tipproponi emenda biex titqies is-sitwazzjoni tal-persunal b'diżabilità.

  • [1]  C-40/10 il-Kummissjoni v. il-Kunsill, għadha mhix irrapurtata fil-Ġabra tal-Ġurisprudenza.
  • [2]  Il-persunal hu mitlub li juri l-abilità li jaħdem bi 3 lingwi uffiċjali tal-UE qabel l-ewwel promozzjoni tiegħu.
  • [3]  Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020 (COM (2011)398).
  • [4]  Ta' min jinnota li fis-snin 2000–2010 l-ħidmiet li nbidlu tal-istituzzjonijiet imposti mit-Trattati u mit-tkabbir irriżultaw fiż-żieda li ġejja fin-numri tal-persunal: 21.6 % għall-Kummissjoni, 34.3 % għall-Kunsill, 52.5 % għall-Parlament Ewropew, 90.8 % għall-Qorti tal-Ġustizzja, 61.1 % għall-Qorti tal-Awdituri, 35.2 % għall-KES u 140 % għall-Kumitat tar-Reġjuni.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (21.3.2012)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal- Impjieg għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea
(COM(2011)0890 – C7‑0507/2011 – 2011/0455(COD))

Rapporteur għal opinjoni: George Lyon

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Informazzjoni tal-isfond

Fil-kuntest ekonomiku attwali, l-opportunità li r-Regolamenti tal-Persunal tal-UE jiġu modernizzati biex jiġu riflessi aħjar ir-realtajiet demografiċi u ekonomiċi tal-Ewropa, għandha tiġi appoġġata. Madankollu, jeħtieġ li l-prinċipji li jsejsu politika ġusta u moderna ta' riżorsi umani fl-istituzzjonijiet tal-UE jkunu bbażati partikolarment fuq il-ħtieġa li jiġu kompensati l-prestazzjoni u l-kwalità tas-servizz u jitqies il-bilanċ ġeografiku. Ir-Rapporteur jemmen li dawn il-prinċipji għandhom ikunu l-qalba tar-riformi l-ġodda u li kwalunkwe tibdila għandha tiżgura li s-sistema tal-UE tkun ġusta, tirrifletti l-isforzi ta' konsolidazzjoni tal-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-kondizzjonijiet offruti mill-organizzazzjonijiet internazzjonali l-oħra.

F'dan ir-rigward, ir-Rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li, wara djalogu soċjali kif suppost, jidher li tagħmel bilanċ sodisfaċenti bejn il-ħtieġa għal aktar effiċjenza u tfaddil, skont il-konsolidazzjoni tal-finanzi pubbliċi fl-Istati Membri tal-UE, u l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet jiġbdu lejhom persunal ikkwalifikat ħafna u indipendenti bl-abbiltà li jimplimenta l-politiki tal-UE b'mod effikaċi u effettiv.

Ir-riforma prinċipali tar-Regolamenti tal-Persunal fl-2004 li introduċiet tibdiliet sinifikanti fl-oqsma kollha tas-servizz ċivili Ewropew diġà akkwistat tfaddil ta' EUR 3 biljun, filwaqt li għandhom jirriżultaw EUR 5 biljun oħra sal-2020. In-nefqa amministrattiva tal-UE tirrapreżenta biss 5.8 % tal-qafas finanzjarju multiannwali (QFM) għal bejn l-2007 u l-2013 li fiha nfisha tirrapreżenta madwar 1 % mill-PDG tal-UE.

Il-kompetenza tal-Kumitat għall-BUDG

Ir-Rapporteur jinnota li l-elementi prinċipali tal-proposta, it-tibdiliet fil-pensjonijiet, is-sigħat ta' xogħol fil-ġimgħa, il-kontribuzzjoni ta' solidarjetà l-ġdida, il-metodu l-ġdid għall-aġġustament tal-pagi u l-pensjonijiet, it-tibdiliet fis-sistemi tal-karriera eċċ. qed jiġu kkunsidrati kollha espliċitament mid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi l-ġodda. Mdankollu, r-Rapporteur iqis li, filwaqt li dawn l-elementi se jiġu deċiżi f'din il-proċedura leġiżlattiva, it-tnaqqis propost ta' 5 % fil-persunal tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet kollha jaqa' taħt il-kompetenza tal-Kumitat għall-Baġits (BUDG).

Il-BUDG huwa responsabbli fi ħdan il-PE għal kwalunkwe deċiżjoni dwar il-baġit amministrattiv u għall-pjanijiet ta' twaqqif tal-istituzzjonijiet tal-UE, fil-kuntest tal-proċedura annwali tal-baġit. Kwalunkwe objettiv ta' tnaqqis tal-persunal m'għandux jantiċipa d-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja, u lanqas ir-riżultat tan-negozjati li ġejjin dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2014-2020, li huma wkoll fir-responsabbiltà tal-BUDG u l-PE.

Ir-Rapporteur jemmen li minħabba t-tkabbir tal-Kroazja u x-xogħlijiet il-ġodda li joriġinaw mit-Trattat ta' Lisbona u l-kriżi ekonomika, għandu jsir skrutinju bir-reqqa tal-bżonnijiet tal-istituzzjonijiet u tal-entitajiet kollha sabiex jiġi vvalutat l-impatt tat-tnaqqis tal-persunal li ġie propost fuq il-livell u l-kwalità tal-implimentazzjoni tal-programi u, b'mod aktar ġenerali, fuq il-kwalità tax-xogħol tal-istituzzjonijiet, qabel ma jkun hemm impenn politiku f'dan il-qasam.

L-emendi proposti mir-Rapporteur huma li jiċċaraw f'dan ir-rigward u jiżguraw li l-prerogattivi tal-BUDG huma protetti, u mhux jiġu antiċipati mid-deċiżjonijiet fil-kuntest ta' proċeduri oħra.

Ir-Rapporteur iqis li s-sustanza tal-modifikazzjonijiet leġiżlattivi proposti għandha tiġi kkunsidrata mill-JURI bħala l-Kumitat kompetenti. Minkejja dan, sabiex id-deċiżjonijiet futuri ta' dan tal-aħħar ikunu aktar infurmati, l-impatt baġitarju dettaljat tal-miżuri proposti huwa ppreżentat hawn taħt.

Finalment, ir-Rapporteur għandu fiduċja fil-kooperazzjoni mill-qrib u kontinwa bejn il-Kumitati JURI u BUDG, f'każ li xi emendi li għandhom xi impatt baġitarju sinifikanti jkollhom jiġu kkunsidrati aktar tard waqt il-proċedura.

Deskrizzjoni qasira tal-impatt baġitarju tal-proposta tal-Kummissjoni

L-impatt baġitarju tal-proposta tal-Kummissjoni huwa t-tfaddil ġenerali ta' EUR 1 010 miljun fil-perjodu 2014-2020, fejn madwar 80% minhom joriġinaw mit-tnaqqis tal-persunal ta' 5% li huwa 'il hinn mill-proposta formali tal-Kummissjoni, u tfaddil 'fuq perjodu ta' żmien twil' ta' EUR 1 022 miljun kull sena b'ritmu veloċi (mill-2060 'il quddiem). Is-sorsi tat-tali tfaddil huma ppreżentati hawn taħt (skont il-metodoloġija tal-Kummissjoni wżata għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża ma' din il-proposta).

L-istima tat-tfaddil mistenni fl-infiq amministrattiv fuq perjodu ta' żmien qasir u twil

(Bl-esklużjoni tal-intestaturi operattivi tal-QFM, e.ż. l-aġenziji)

 

L-impatt baġitarju fl-Intestatura V

(f'miljuni ta' EUR)

 

Tfaddil totali

2013-2020

 

Tfaddil annwali "b'ritmu veloċi" (fuq perjodu ta' żmien twil)

tnaqqis tal-personal b'5%

Rimunerazzjoni

832

195

Pensjonijiet

2

144

Total

834

339

Struttura ġdida tal-karriera għall-Assistenti

Rimunerazzjoni

85

64

Pensjonijiet

5

86

Total

90

150

Grupp funzjonali ġdid għas-segretarji (AST/SC)

Rimunerazzjoni

97

213

Pensjonijiet

0

160

Total

97

373

Żieda fl-età tal-irtirar

Rimunerazzjoni

0

-49

Pensjonijiet

2

207

Total

2

158

Kwoti għall-ivjaġġar

Rimunerazzjoni

18

2

Pensjonijiet

0

0

Total

18

2

IL-MIŻURI KOLLHA

Rimunerazzjoni

1.032

425

Pensjonijiet

9

597

Total

1.041

1.022

Finalment, ir-Rapporteur jixtieq jesprimi t-tħassib tiegħu rigward il-pressjoni fuq l-iskeda tal-ħin u l-possibiltà sfortunata li jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim dwar il-proposta sa tmiem l-2012, hemm il-possibiltà reali li l-pagi kollha fl-istituzzjonijiet jiżdiedu b'5.5  % minħabba li tagħlaq il-kontribuzzjoni speċjali attwali. Dan imur kontra r-riżultat mixtieq tar-riforma u jpoġġi l-istituzzjonijiet kollha u l-persunal f'pożizzjoni skomda maċ-ċittadini tagħna tal-UE li huma affettwati profondament mill-kriżi, u għalhekk għandna nagħmlu kull sforz biex nevitaw din is-sitwazzjoni.

eMENDi

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1a (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

'1a. Iqis li l-ebda ftehim politiku dwar it-tnaqqis tal-persunal fl-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-Unjoni Ewropea m'għandu jxekkel il-prerogattivi baġitarji fil-kuntest ta' proċeduri oħra, bħall-proċedura baġitarja annwali u n-negozjati futuri dwar il-qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020; se jopponi bil-qawwa kwalunkwe attentat li jiġu antiċipati r-riżultati ta' tali negozjati;

Ġustifikazzjoni

Il-PE, bħala l-Awtorità Baġitarja, huwa responsabbli għal kull deċiżjoni dwar il-baġit amministrattiv u l-pjanijiet ta' twaqqif tal-istituzzjonijiet tal-UE fil-kuntest tal-proċedura annwali tal-baġit. Kwalunkwe objettiv ta' tnaqqis ta' persunal m'għandux jantiċipa d-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja f'dan il-kuntest, u lanqas ir-riżultati tan-negozjazzjonijiet futuri dwar il-QFM 2014-2020. Dan huwa aktar kruċjali peress li l-impatt ta' kwalunkwe tnaqqis sinifikanti tal-persunal fuq il-kwalità tax-xogħol tal-istituzzjonijiet, għandu jiġi vvalutat qabel ma' jista' jittieħed kwalunkwe impenn politiku f'dan il-qasam.

Emenda  2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1b (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1b. Jemmen li l-proposta tal-Kummissjoni, li prinċipalment timmira lejn l-iffrankar tal-flus għad-detriment tal-persunal fil-gradi l-baxxi, hija problematika f’termini ta’ ġustizzja soċjali;

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Unjoni Ewropea u l-aktar minn 50 istituzzjoni u aġenzija tagħha għandhom ikunu mgħammra b'amministrazzjoni pubblika Ewropea ta' kwalità għolja, li tippermettilhom li jwettqu l-kompiti tagħhom sal-ogħla livell possibbli skont it-Trattati u sabiex jilqgħu l-isfidi, kemm interni kif ukoll esterni, li jridu jiffaċċjaw fil-ġejjieni.

(1) L-Unjoni Ewropea u l-aktar minn 50 istituzzjoni u aġenzija tagħha għandhom ikunu mgħammra b'amministrazzjoni pubblika Ewropea ta' kwalità għolja, li tippermettilhom li jwettqu l-kompiti tagħhom, inklużi l-kompiti ġodda derivati mit-Trattati, sal-ogħla livell possibbli skont it-Trattati u sabiex jilqgħu l-isfidi, kemm interni kif ukoll esterni, li jridu jiffaċċjaw fil-ġejjieni, notevolment l-adeżjoni possibbli ta’ aktar pajjiżi.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) B'konsegwenza ta' dan, teżisti l-ħtieġa li jiġi pprovdut qafas għar-reklutaġġ ta' persunal ta' kalibru għoli rigward produttività u integrità, meħud fuq l-aktar bażi ġeografika wiesgħa minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri, u li jippermetti li t-tali persunal iwettaq id-dmirijiet tiegħu b'kemm jista' jkun effikaċja u effiċjenza.

(2) B'konsegwenza ta' dan, teżisti l-ħtieġa li jiġi pprovdut qafas għar-reklutaġġ ta' persunal bl-ogħla livell ta’ ħiliet u kompetenzi, meħud fuq l-aktar bażi ġeografika wiesgħa minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri, u li jippermetti li t-tali persunal iwettaq id-dmirijiet tiegħu b'kemm jista' jkun effikaċja u effiċjenza, speċjalment permezz ta' sistema ta' żvilupp ta' karriera li tikkumpensa l-prestazzjoni, id-dedikazzjoni u l-kwalità tas-servizz.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Filwaqt li dawn l-emendi fir-Regolamenti tal-Persunal li ġew introdotti minn dan ir-Regolament se jirriżultaw f'xi tfaddil għall-baġit tal-Unjoni Ewropea, huma m'għandhom bl-ebda mod jantiċipaw id-deċiżjonijiet futuri dwar it-tibdiliet fil-persunal tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea, li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà unika tal-awtorità baġitarja.

Ġustifikazzjoni

Il-PE bħala Awtorità Baġitarja huwa responsabbli għal kull deċiżjoni dwar il-baġit amministrattiv u l-pjanijiet ta' twaqqif tal-istituzzjonijiet tal-UE fil-kuntest tal-proċedura annwali tal-baġit. Kwalunkwe objettiv ta' tnaqqis ta' persunal m'għandux jantiċipa d-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja f'dan il-kuntest, u lanqas ir-riżultati tan-negozjati futuri dwar il-QMF 2014-2020. Dan huwa aktar kruċjali peress li l-impatt ta' kwalunkwe tnaqqis sinifikanti tal-persunal fuq il-kwalità tax-xogħol tal-istituzzjonijiet għandu jiġi vvalutat qabel ma' jista' jittieħed kwalunkwe impenn politiku f'dan il-qasam.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-vantaġġi potenzjali tal-applikazzjoni tal-metodu għall-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu bbilanċjati permezz tal-kontinwazzjoni tas-sistema ta' imposta speċjali, li għandha tissemma mill-ġdid 'imposta ta’ solidarjetà'. Filwaqt li r-rata tal-imposta speċjali fis-seħħ matul il-perjodu bejn l-2004 u l-2012 żdiedet gradwalment maż-żmien u l-medja tagħha kienet ta' 4.23 %, fiċ-ċirkostanzi ta' bħalissa jidher li huwa xieraq li l-imposta ta' solidarjetà tiżdied u tilħaq ir-rata uniformi ta' 6 %, sabiex jiġi kkunsidrat il-kuntest ekonomiku diffiċli u l-implikazzjonijiet tiegħu għall-finanzi pubbliċi mal-Unjoni Ewropea kollha. Din l-imposta ta' solidarjetà għandha tapplika għall-uffiċjali u l-aġenti l-oħra kollha tal-Unjoni Ewropea għall-istess perjodu ta' applikazzjoni tal-'metodu'.

(6) Il-vantaġġi potenzjali tal-applikazzjoni tal-metodu għall-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu bbilanċjati permezz tal-kontinwazzjoni tas-sistema ta' imposta speċjali, li għandha tissemma mill-ġdid 'imposta ta’ solidarjetà'. Filwaqt li r-rata tal-imposta speċjali fis-seħħ matul il-perjodu bejn l-2004 u l-2012 żdiedet gradwalment maż-żmien u l-medja tagħha kienet ta' 4.23 %, fiċ-ċirkostanzi ta' bħalissa jidher li huwa xieraq li l-imposta ta' solidarjetà tiżdied u tilħaq ir-rata uniformi ta' 6 %, sabiex tgħin biex jiġu ffinanzjati l-politiki tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi mill-baġit tal-Unjoni u jiġi kkunsidrat il-kuntest ekonomiku diffiċli u l-implikazzjonijiet tiegħu għall-finanzi pubbliċi mal-Unjoni Ewropea kollha. Din l-imposta ta' solidarjetà għandha tapplika għall-uffiċjali u l-aġenti l-oħra kollha tal-Unjoni Ewropea għall-istess perjodu ta' applikazzjoni tal-'metodu'.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) B'kunsiderazzjoni għal din it-talba, ikun xieraq li l-promozzjoni għal grad ogħla għandha tkun kundizzjonali fuq il-prestazzjoni ta' dmirijiet li l-importanza tagħhom tiġġustifika l-ħatra tal-uffiċjali f'dak il-grad ogħla.

(11) B'kunsiderazzjoni għal din it-talba, ikun xieraq li l-promozzjoni għal grad ogħla għandha tkun kundizzjonali fuq id-dedikazzjoni personali, it-titjib tal-ħiliet u l-kompetenzi, u l-prestazzjoni ta' dmirijiet li l-importanza tagħhom tiġġustifika l-ħatra tal-uffiċjali f'dak il-grad ogħla.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Is-sigħat ta' xogħol applikati fl-istituzzjonijiet għandhom jiġu allinjati ma' dawk fis-seħħ f'ċerti Stati Membri tal-Unjoni Ewropea u b'mod li jikkumpensa għat-tnaqqis tal-persunal fl-istituzzjonijiet. L-introduzzjoni ta' għadd minimu ta' sigħat ta' xogħol kull ġimgħa ser tiżgura li l-persunal impjegat mill-istituzzjonijiet ikollu l-kapaċità li jwettaq il-piż tax-xogħol li jirriżulta mill-għanijiet ta' politika tal-Unjoni Ewropea filwaqt li, fl-istess ħin, il-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-istituzzjonijiet jiġu armonizzati fl-interess tas-solidarjetà fis-servizz ċivili tal-Unjoni Ewropea kollu kemm hu.

(14) Is-sigħat ta' xogħol applikati fl-istituzzjonijiet għandhom jiġu allinjati ma' dawk fis-seħħ f'ċerti Stati Membri tal-Unjoni Ewropea. L-introduzzjoni ta' għadd minimu ta' sigħat ta' xogħol kull ġimgħa ser tiżgura li l-persunal impjegat mill-istituzzjonijiet ikollu l-kapaċità li jwettaq il-piż tax-xogħol li jirriżulta mill-għanijiet ta' politika tal-Unjoni Ewropea filwaqt li, fl-istess ħin, il-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-istituzzjonijiet jiġu armonizzati fl-interess tas-solidarjetà fis-servizz ċivili tal-Unjoni Ewropea kollu kemm hu.

Ġustifikazzjoni

Id-daqs tas-servizz pubbliku tal-UE għandu jiġi determinat fil-kuntest tan-negozjati għall-MFF 2014-2020 u l-proċeduri baġitarji annwali. Filwaqt li l-isforzi attwali għall-konsolidazzjoni fiskali mwettqa mill-Istati Membri jissuġġerixxu tnaqqis temporanju fl-infiq amministrattiv tal-UE, dan it-tnaqqis ma għandux isir permanenti, fid-dawl taż-żieda fil-kompetenzi u l-kompiti konferiti fuq l-UE.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali

Artikolu 6 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. It-tabella tal-persunal li hija mehmuża mat-taqsima tal-baġit relatata ma' kull istituzzjoni għandha tindika l-għadd ta' pożizzjoniijiet f'kull grad u grupp ta' funzjoni.

1. It-tabella tal-persunal li hija mehmuża mat-taqsima tal-baġit relatata ma' kull istituzzjoni għandha tindika l-għadd ta' pożizzjoniijiet f'kull grad u grupp ta' funzjoni.

It-tabella tal-persunal ta' kull istituzzjoni għandha tirrefletti l-obbligi stabbiliti fil-qafas finanzjarju multiannwali u l-ftehim interistituzzjonali dwar l-implimentazzjoni tagħha.

 

Ġustifikazzjoni

It-tali obbligu huwa żejjed peress li qed jiġà diġà provdut fl-Artikolu 312 tat-TFUE.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8

Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali

Artikolu 27 – paragrafi 1 u 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-reklutaġġ għandu jsir b'mod li jiżgura li l-istituzzjonijiet ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom is-servizzi ta' uffiċjali bl-aħjar standards ta' ħiliet, effiċjenza u integrità, irreklutati fuq l-aktar bażi ġeografika wiesgħa minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Ma għandhomx jiġu merfugħin pożizzjonijiet għal persuni ta' nazzjonalità ta' kwalunkwe Stat Membru speċifiku.

Ir-reklutaġġ għandu jsir b'mod li jiżgura li l-istituzzjonijiet ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom is-servizzi ta' uffiċjali bl-aħjar standard ta' ħiliet, kompetenzi, abbiltà, effiċjenza u integrità, irreklutati fuq l-aktar bażi ġeografika wiesgħa minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Ma għandhomx jiġu merfugħin pożizzjonijiet għal persuni ta' nazzjonalità ta' kwalunkwe Stat Membru speċifiku.

Il-prinċipju tal-ugwaljanza taċ-ċittadini tal-Unjoni għandu jippermetti li kull istituzzjoni tadotta miżuri korrettivi wara li jkun osservat li jkun jeżisti żbilanċ dejjiemi u sinfikanti bejn in-nazzjonalitajiet fost l-uffiċjali li ma jkunx ġustifikat minn kriterji oġġettivi. Dawn il-miżuri korrettivi qatt ma għandhom jirriżultaw fi kriterji ta' reklutaġġ għajr dawk imsejsa fuq il-mertu. Qabel ma jiġu adottati dawn il-miżuri korrettivi, l-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjoni kkonċernata għandhom jadottaw dispożizzjonijiet ġenerali għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-paragrafu skont l-Artikolu 110.

Il-prinċipju tal-ugwaljanza taċ-ċittadini tal-Unjoni għandu jippermetti li kull istituzzjoni tadotta miżuri korrettivi wara li jkun osservat li jkun jeżisti bilanċ dejjiemi u sinfikanti bejn in-nazzjonalitajiet fost l-uffiċjali, meta jitqies it-tqassim f'kull kategorija u f'kull grad b’mod separat, li ma jkunx ġustifikat minn kriterji oġġettivi. Dawn il-miżuri korrettivi qatt ma għandhom jirriżultaw fi kriterji ta' reklutaġġ għajr dawk imsejsa fuq il-mertu. Qabel ma jiġu adottati dawn il-miżuri korrettivi, l-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjoni kkonċernata għandhom jadottaw dispożizzjonijiet ġenerali għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-paragrafu skont l-Artikolu 110.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 10

Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali

Artikolu 31 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bla ħsara għall-Artikolu 29(2), l-uffiċjali għandhom ikunu rreklutati biss fil-gradi SC 1, AST 1 sa AST 4 jew AD 5 sa AD 8.'

Bla ħsara għall-Artikolu 27 u l-Artikolu 29(2), l-uffiċjali għandhom ikunu rreklutati biss fil-gradi SC 1, AST 1 sa AST 4 jew AD 5 sa AD 8.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali

Artikolu 44 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

14a. It-tieni paragrafu tal-Artikolu 44 għandu jinbidel b'dan li ġej:

 

Uffiċjal li kien fi skala waħda fil-grad tiegħu għal sentejn għandu awtomatikament jitla’ għall-iskala li jmiss f’dak il-grad, minbarra dawk l-uffiċjali bi grad ugwali għal jew ogħla minn AD 12 jew AST 10 u mingħajr responsabilitajiet ta’ amministrazzjoni tal-persunal, li għandhom jitilgħu awtomatikament għall-iskala li jmiss fil-grad tagħhom wara tliet snin.

PROĊEDURA

Titolu

Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-UE

Referenzi

COM(2011)0890 – C7-0507/2011 – 2011/0455(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

19.1.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

19.1.2012

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

George Lyon

25.1.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.3.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

3

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Richard Ashworth, Reimer Böge, Zuzana Brzobohatá, James Elles, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Ingeborg Gräßle, Carl Haglund, Lucas Hartong, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, George Lyon, Claudio Morganti, Nadezhda Neynsky, Potito Salatto, Helga Trüpel, Derek Vaughan, Jacek Włosowicz

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, María Muñiz De Urquiza, Georgios Papastamkos, Georgios Stavrakakis, Gianluca Susta

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eva Ortiz Vilella

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (20.3.2012)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea
(COM(2011)0890 – C7‑0507/2011 – 2011/0455(COD))

Rapporteur: Ingeborg Gräßle

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal Regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) B'konsegwenza ta' dan, teżisti l-ħtieġa li jiġi pprovdut qafas għar-reklutaġġ ta' persunal ta' kalibru għoli rigward produttività u integrità, meħud fuq l-aktar bażi ġeografika wiesgħa minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri, u li jippermetti li t-tali persunal iwettaq id-dmirijiet tiegħu b'kemm jista' jkun effikaċja u effiċjenza.

(2) B'konsegwenza ta' dan, teżisti l-ħtieġa li jiġi pprovdut qafas għar-reklutaġġ ta' persunal ta' kalibru għoli rigward produttività u integrità, meħud fuq l-aktar bażi ġeografika wiesgħa minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri, u li jippermetti li t-tali persunal iwettaq id-dmirijiet tiegħu b'kemm jista' jkun effikaċja u effiċjenza. F'dan ir-rigward, huwa neċessarju li jingħelbu d-diffikultajiet attwali li qed jesperjenzaw l-istituzzjonijiet sabiex jirreklutaw uffiċjali jew persunal minn ċerti Stati Membri - mill-Ġermanja, mir-Renju Unit, mill-Awstrija u mill-Pajjiżi l-Baxxi - minħabba li l-kundizzjonijiet ta' xogħol fl-istituzzjonijiet huma inqas attraenti u inqas kompetittivi minn setturi oħra f’dawk l-Istati Membri.

Emenda  2

Proposta għal Regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Peress li d-daqs tas-Servizz Ċivili Ewropew, meta mqabbel mal-objettivi tal-Unjoni u l-popolazzjoni tagħha, huwa limitat ħafna, it-tnaqqis fin-numru tal-membri tal-persunal tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni m'għandux iwassal għal tfixkil fit-twettiq tal-kompiti, tad-dmirijiet u tal-funzjonijiet tagħhom bi qbil mal-obbligi u s-setgħat skont it-Trattati. F'dan ir-rigward, jeħtieġ li jkun hemm aktar trasparenza dwar l-ispejjeż tal-persunal li għandha kull istituzzjoni u aġenzija fir-rigward tal-kategoriji kollha tal-persunal impjegat minnha.

Emenda  3

Proposta għal Regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Għan aktar wiesa' għandu jkun dak li l-ġestjoni tar-riżorsi umani fis-servizz ċivili Ewropew issir bl-aħjar mod possibbli, u li fost il-karatteristiċi tas-servizz ċivili Ewropew ikun hemm kompetenza, indipendenza, lealtà, imparzjalità u stabbiltà, kif ukoll diversità kulturali u lingwistika.

(3) Għan aktar wiesa' għandu jkun dak li l-ġestjoni tar-riżorsi umani fis-servizz ċivili Ewropew issir bl-aħjar mod possibbli, u li fost il-karatteristiċi tas-servizz ċivili Ewropew ikun hemm l-eċċellenza, il-kompetenza, l-indipendenza, il-lealtà, l-imparzjalità u l-istabbiltà tiegħu, kif ukoll diversità kulturali u lingwistika u kondizzjonijiet attraenti ta’ reklutaġġ.

Emenda  4

Proposta għal Regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Sabiex l-istrutturi tal-karrieri f'ċerti oqsma tal-persunal AST jiġu aġġustati aktar skont il-livelli differenti ta' responsabbiltà, u bħala kontribuzzjoni indispensabbli sabiex jitrażżnu l-ispejjeż amministrattivi, għandu jiġi introdott grupp ta' funzjoni ġdid "AST/SC" għall-persunal segretarjali u klerikali. Is-salarji u r-rati ta' promozzjoni jistabbilixxu relazzjoni bejn il-livell ta' responsabbiltà u l-livell ta' remunerazzjoni. B'dan il-mod ser ikun possibbli li s-servizz ċivili Ewropew ikun wieħed stabbli u komprensiv.

(13) Sabiex l-istrutturi tal-karrieri f'ċerti oqsma tal-persunal AST jiġu aġġustati aktar skont il-livelli differenti ta' responsabbiltà, u bħala kontribuzzjoni indispensabbli sabiex jitrażżnu l-ispejjeż amministrattivi, għandu jiġi introdott grupp ta' funzjoni ġdid "AST/SC" għall-persunal segretarjali u klerikali. Is-salarji u r-rati ta' promozzjoni għandhom jistabbilixxu relazzjoni bejn il-livell ta' responsabbiltà u l-livell ta' remunerazzjoni. B'dan il-mod ser ikun possibbli li s-servizz ċivili Ewropew ikun wieħed stabbli u komprensiv. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta u tagħmel rapport dwar il-kobor u l-effetti tal-introduzzjoni ta’ dan il-grupp ta’ funzjoni ġdid, filwaqt li titqies partikolarment is-sitwazzjoni tan-nisa, sabiex jiġi żgurat li jinżamm servizz ċivili Ewropew stabbli u komprensiv.

Emenda  5

Proposta għal Regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Xi membri tal-persunal ta' sikwit ikollhom missjonijiet fil-postijiet tax-xogħol prinċipali l-oħrajn tal-istituzzjoni tagħhom. Bħalissa dawn is-sitwazzjonijiet mhumiex ikkunsidrati kif xieraq fir-regoli dwar il-missjonijiet. Għaldaqstant dawn ir-regoli għandhom jiġu adattati, sabiex f'każi bħal dawn ir-rimborż tal-kosti tal-akkomodazzjoni jkun jista' jsir abbażi ta' ammont b'rata fissa.

(18) Xi membri tal-persunal ta' sikwit ikollhom missjonijiet fil-postijiet tax-xogħol prinċipali l-oħrajn tal-istituzzjoni tagħhom. Bħalissa dawn is-sitwazzjonijiet mhumiex ikkunsidrati kif xieraq fir-regoli dwar il-missjonijiet. Għaldaqstant dawn ir-regoli għandhom jiġu adattati, sabiex f'każi bħal dawn ikun jista' jsir ir-rimborż ta' ammont b'rata fissa abbażi tal-medja tal-kost ta' akkomodazzjoni lokali.

Emenda  6

Proposta għal Regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Għandhom jiġu provduti arranġamenti tranżitorji li jippermettu li r-regoli u l-miżuri l-ġodda jiġu applikati gradwalment, fir-rispett tad-drittijiet miksuba u tal-istennijiet leġittimi tal-persunal impjegat qabel id-dħul fis-seħħ ta' dawn l-emendi fir-Regolamenti tal-Persunal.

(20) Għandhom jiġu provduti arranġamenti tranżitorji li jippermettu li r-regoli u l-miżuri l-ġodda jiġu applikati gradwalment, fir-rispett tad-drittijiet miksuba u tal-istennijiet leġittimi tal-persunal impjegat qabel id-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-Regolamenti emendati tal-Persunal.

Emenda  7

Proposta għal Regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Fl-interess tas-simplifikazzjoni u ta' politika tal-persunal konsistenti, ir-regoli adottati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw ukoll għall-aġenziji. Madanakollu, sabiex tkun tista' tiġi żgurata l-kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni speċifika tal-aġenziji, jekk ikun hemm il-ħtieġa, l-aġenziji għandhom ikunu intitolati li jitolbu l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni biex jadottaw regoli ta' implimentazzjoni li jidderogaw minn dawk adottati mill-Kummissjoni, jew li ma japplikaw l-ebda regola tal-Kummissjoni.

(21) Fl-interess tas-simplifikazzjoni u ta' politika tal-persunal konsistenti, ir-regoli adottati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw ukoll għall-aġenziji. Madanakollu, sabiex tkun tista' tiġi żgurata l-kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni speċifika tal-aġenziji, jekk ikun hemm il-ħtieġa, l-aġenziji għandhom ikunu intitolati li jitolbu l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni biex jadottaw regoli ta' implimentazzjoni li jidderogaw minn dawk adottati mill-Kummissjoni.

Emenda  8

Proposta għal Regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Għandu jinħoloq reġistru bir-regoli kollha li jiġu adottati li jdaħħlu fis-seħħ ir-Regolamenti tal-Persunal. Dan ir-reġistru għandu jiġi amministrat fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-reġistru, li jista' jiġi kkonsultat mill-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha, ser iwassal għal trasparenza u ser jippromwovi applikazzjoni integrata tar-Regolamenti tal-Persunal.

(22) Għandu jinħoloq reġistru bir-regoli kollha li jiġu adottati li jdaħħlu fis-seħħ ir-Regolamenti tal-Persunal, inklużi d-derogi minnhom awtorizzati. Dan ir-reġistru għandu jiġi amministrat fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-reġistru, li jista' jiġi kkonsultat mill-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha, ser iwassal għal trasparenza u ser jippromwovi applikazzjoni integrata tar-Regolamenti tal-Persunal.

Emenda  9

Proposta għal Regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Fit-tħejjija u t-tfassil ta' atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill,

(26) Fit-tħejjija u t-tfassil ta' atti ddelegati, il-Kummissjoni trid tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill,

Emenda  10

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 2 – punt a

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-pożizzjonijiet koperti minn dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu kklassifikati, skont in-natura u l-importanza tad-dmirijiet li jirrelataw magħhom, fi grupp ta' funzjoni tal-amministraturi (minn issa 'l quddiem ‘AD’), grupp ta' funzjoni tal-assistenti (minn issa 'l quddiem ‘AST’) u grupp ta' funzjoni segretarjali u tal-iskrivani (minn issa 'l quddiem 'AST/SC').

1. Ma tapplikax għall-verżjoni Maltija.

Emenda  11

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 5a (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 11a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. L-Artikolu 11a(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

'1. Uffiċjal m'għandux, fil-qadi ta' dmirijietu u għajr kif ipprovdut minn hawn 'il quddiem, jieħu ħsieb affari li fiha, direttament jew indirettament, għandu xi interess personali tali li jfixkel l-indipendenza tiegħu, u, partikolarment, interessi tal-familja jew finanzjarji jew kwalunkwe kunflitt ieħor ta' interessi marbut inter alia ma' impjieg preċedenti fl-aħħar ħames snin. Kull uffiċjal ġdid li jinħatar għandu jkollu l-obbligu li, qabel jibda jaħdem għall-istituzzjoni li jappartjeni għaliha, jimla u jissottometti formola komprensiva ta’ “dikjarazzjoni tal-interessi” li tinkludi informazzjoni dwar ma’ min kien jaħdem qabel u/jew klijenti preċedenti u li tkopri tal-anqas il-ħames snin preċedenti.

 

It-terminu “kunflitt ta’ interessi” għandu jkun interpretat, bi qbil mad-definizzjoni promossa mill-OECD, bħala kunflitt bejn id-dmirijiet pubbliċi u l-interessi privati ta’ uffiċjal, li fihom l-uffiċjal ikollu interessi fil-kapaċità privata tiegħu li jistgħu jinfluwenzaw il-qadi tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet uffiċjali tiegħu b’mod mhux xieraq. Barra minn hekk, kunflitt ta' interessi għandu jitqies li jeżisti wkoll f'sitwazzjonijiet fejn ex uffiċjali jkunu jistgħu jużaw għarfien, kompetenzi, influwenza u kuntatti interni miksuba waqt li jkunu fis-servizz tal-istituzzjonijiet għall-benefiċċju tal-interessi finanzjarji tagħhom stess, ta' dawk li jimpjegawhom sussegwentement jew tal-klijenti sussegwenti tagħhom.';

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolamenti tal-Persunal għandhom jissaħħu fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u għandhom ikunu inqas suxxettibbli għal interpretazzjoni. Il-formulazzjoni attwali twassal għan-nuqqas ta' konsistenza tal-miżuri implimentati mill-istituzzjonijiet f'dan il-qasam u ddgħajjef il-fiduċja taċ-ċittadini tal-UE fir-rigward tal-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi l-oħra tal-UE.

Emenda  12

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 5b (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 12b – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b. L-Artikolu 12b(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

 

'1. Suġġett għall-Artikolu 15, uffiċjal li jixtieq iwettaq attività esterna, kemm jekk bil-ħlas jew le, jew li jwettaq xi inkarigu barra l-Unjoni, għandu l-ewwel jikseb il-permess tal-Awtorità tal-Ħatra. Il-permess għandu jkun irrifjutat biss jekk l-attività jew l-inkarigu inkwistjoni huwa tali li jfixkel il-qadi tad-dmirijiet tal-uffiċjal jew li jqajjem dubji dwar l-indipendenza jew il-lealtà tiegħu lejn l-istituzzjoni jew ikun inkompatibbli mal-interessi tal-istituzzjoni’;

Ġustifikazzjoni

Tul dawn l-aħħar snin ġew irrappurtati ħafna każijiet ta' kunflitti ta' interessi u allegati kunflitti ta' interessi fl-istituzzjonijiet tal-UE. Ir-Regolamenti tal-Persunal għandhom jissaħħu fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u għandhom ikunu inqas suxxettibbli għal interpretazzjoni.

Emenda  13

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 6a (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Article 22c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. L- Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l- Artikolu 22b:

 

‘Artikolu 22c

 

Kull istituzzjoni għandha proċedura indipendenti biex jiġu ġestiti lmenti minn uffiċjali rigward il-mod li bih jiġu trattati wara/jew riżultat li huma jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 22a u/jew l-Artikolu 22b. L-istituzzjoni konċernata għandha tiżgura li tali lmenti jiġu indirizzati b’mod kunfidenzjali fi żmien xahrejn. Jekk din l-iskadenza ma tistax tinżamm, l-istituzzjoni konċernata għandha tinforma lill-persuna (persuni) li tagħmel (jagħmlu) l-ilment bil-miktub dwar ir-raġunijiet għad-dewmien.

 

Kull istituzzjoni għanda tistipula linji gwida interni dwar il-whistleblowing li jinkludu regoli inter alia dwar:

 

– il-provvista ta’ informazzjoni lill-uffiċjali li saret referenza għalihom fl-Artikolu 22a(1) u/jew l-Artikolu 22b ("whistleblowers") dwar il-ġestjoni tal-kwistjonijiet rappurtati minnhom,

 

– il-protezzjoni tal-interessi leġittimi tal-whistleblowers u tal-privatezza tagħhom, u

 

– il-proċedura indipendenti għall-ġestjoni tal-ilmenti li saret referenza għaliha fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu.'

 

Dawk il-linji gwida interni għandhom jirrispettaw il-prinċipji stipulati fl-Anness A mehmuż magħhom.

 

‘Anness A

 

Artikolu 1

 

1. Kwalunkwe uffiċjal li waqt li jkun qed jaqdi dmirijietu, jew f'konnessjoni mal-qadi ta’ dmirijietu, isir jaf bi ksur tal-liġi jew onestament jemmen li jkun hemm ksur tal-liġi, nuqqas ta' rispett minn uffiċjali oħra ta' obbligi ħerġin minn prinċipju etiċi fundamentali, ħela u/jew riskji ta' ħsara għall-interessi tal-Unjoni Ewropea, għandu jkollu d-dritt li jirrapporta l-kwistjoni u jagħti informazzjoni ta’ evidenza, jew lis-superjur dirett tiegħu jew lid-Direttur Ġenerali tiegħu, jew lill-persuni f'pożizzjonijiet ekwivalenti, jew jekk il-kwistjoni tikkonċerna l-kompetenzi tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) direttament lill-OLAF. Kull istituzzjoni jeħtiġilha wkoll tipprovdi mezz ta' komunikazzjoni li jippermetti komunikazzjoni bilaterali anonima ta' messaġġi bi qbil ma' dan l-Artikolu.

 

2. Kull istituzzjoni għandha tiżgura li kwalunkwe uffiċjal li jikkomunika informazzjoni skont il-paragrafu 1 ("whistleblower") jirċievi konferma fil-pront li l-komunikazzjoni tiegħu waslet u li fi żmien erba' ġimgħat ikun infurmat dwar it-tul ta' żmien, bejn wieħed u ieħor, meħtieġ għall-analiżi tal-kwistjonijiet komunikati minnu, li m'għandux ikun iktar minn sitt xhur. Jekk dak il-perjodu ta' żmien jinqabeż, il-whistleblower għandu jkun infurmat dwar ir-raġunijiet għall-ħtieġa li l-perjodu jkun ġie estiż u t-tul ta' żmien totali mistenni. L-istess għandu japplika għal kull perjodu konsekuttiv ta' tliet xhur.

 

3. Jekk l-analiżi preliminari tagħti raġuni biex wieħed jaħseb li l-kwistjoni tinvolvi oqsma li jagħmlu parti mill-kompetenza tal-OLAF, il-każ għandu jiġi ttrasferit lill-OLAF. L-uffiċjal li jiżvela għandu jkun infurmat fil-pront dwar dak it-trasferiment. Fir-relazzjoni mal-whistleblower u l-mod li dan l-iżvelar tal-informazzjoni jiġi ttrattat, l-OLAF għandu jkollu l-istess obbligi bħar-riċevitur inizjali tal-informazzjoni u l-istituzzjoni tiegħu.

 

4. Kull istituzzjoni għandha tiżgura li l-identità tal-whistleblower tiġi ttrattata bl-ikbar kunfidenzjalità possibbli. L-istituzzjoni konċernata u/jew l-OLAF huma wkoll responsabbli li jinfurmaw lill-whistleblower immedjatament dwar kwalunkwe ksur tal-anonimat u l-kunfidenzjalità, jew riskji f’dan ir-rigward.

 

5. Kull istituzzjoni għandha tiżgura li kwalunkwe kwistjoni rappurtata mill-whistleblower tiġi analizzata. Kull analiżi għandha tkun imparzjali, adegwata, immedjata, dokumentata sewwa, magħmula minn korpi kompetenti u ma tistax tkun influwenzata minn persuni akkużati jew suspettati mill-whistleblower. Il-whistleblower għandu d-dritt li jkun infurmat sewwa u mismugħ qabel ma titlesta analiżi. Għandu wkoll jiġi mgħarraf dwar l-eżitu finali u għandu jkollu d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti relatati ma’ dan l-eżitu finali.

 

6. Id-drittijiet proċedurali, ta' privatezza u ta' protezzjoni tad-data ta' kwalunkwe persuna involuta kif ukoll il-ħtiġijiet ta' segretezza tal-istituzzjonijiet għandhom jiġu rrispettati tul l-ipproċessar tal-każijiet ta’ whistleblowing.

 

7. Uffiċjal m'għandu jbati l-ebda effett ta' preġudizzju bħala riżultat tal-whistleblowing tiegħu jew tal-ġestjoni ta’ dan il-whistleblowing min-naħa tal-istituzzjoni konċernata, u għandu jiġi protett minn din l-istituzzjoni kontra kwalunkwe tali preġudizzju li jirriżulta jew li jista' jirriżulta minn atti ta’ uffiċjali oħra jew ta’ partijiet terzi. Jekk il-whistleblower ibati preġudizzju u ma tistax tiġi eskluża konnessjoni bejn dan il-preġudizzju l-whistleblowing tiegħu, l-istituzzjoni tiġi obbligata tagħti prova li ma kien hemm l-ebda relazzjoni tali.

 

8. Indħil mhux f’loku minn uffiċjal fl-ipproċessar ta’ każ ta’ whistleblowing (pereżempju fil-forma ta’ manipulazzjoni ta’ analiżi jew kwalunkwe att li jikkawża preġudizzju għall-whistleblower) għandu jagħmel lil dak l-uffiċjal soġġett għal azzjoni dixxiplinari. Uffiċjal li jabbuża mill-proċess tal-whistleblowing għandu wkoll ikun suġġett għal azzjoni dixxiplinari jekk ikun jista' jiġi ppruvat li l-uffiċjal xjentement qajjem tħassib falz jew ipprovda informazzjoni falza.

 

9. L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu sistema ta’ sostenn intern li tipprovdi konsulenza indipendenti u kunfidenzjali għall-whistleblowers potenzjali, u għandhom jikkomunikaw il-politika tagħhom dwar il-whistleblowing b’mod trasparenti u kostruttiv. Għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi għall-komunikazzjoni anonima lill-whistleblowers ta’ miżuri li jkunu ttieħdu b’suċċess f’każijiet konkreti, bħall-individwazzjoni tar-riskji, l-evitar ta’ atti illeċiti, is-sanzjonament ta’ min wettaq atti illeċiti, l-evitar ta’ tpattija u s-sanzjonament ta’ whistleblowing malizzjuż.

 

10. L-istituzzjonijiet għandhom jissorveljaw u jevalwaw regolarment l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u jieħdu miżuri proattivi, jipprovdu sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji u taħriġ dwar il-whistleblowing, bil-għan li jippromwovu l-aħjar prattika fl-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. Għandha tkun stabbilita sistema koordinata ta' reġistrazzjoni, insegwiment u traċċar tal-iżvelar, bla preġudizzju għall-paragrafu 6.

 

11. Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll fi kwalunkwe każ li fih uffiċjal jeżerċita drittijietu skont l-Artikolu 21a tar-Regolamenti tal-Persunal jew fejn uffiċjal ikollu d-dmir li jirrapporta dwar kwalunkwe waħda mill-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

 

Artikolu 2

 

1. Whistleblower li onestament jemmen li d-drittijiet tiegħu skont l-Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal ma jkunux ġew irrispettati jew li onestament jemmen li kien hemm ksur tal-liġi minn uffiċjali fi grad AD 14 jew ogħla u/jew minn Membri tal-istituzzjoni tiegħu jew mill-OLAF għandu jkun intitolat li jirraporta l-kwistjoni u jipprovdi informazzjoni ta’ evidenza lill-President tal-Kummissjoni jew, jekk il-kwistjoni taqa’ taħt il-kompetenzi tal-Qorti tal-Awdituri, il-President tal-Qorti tal-Awdituri, jew il-President tal-Kunsill, jew il-President tal-Parlament Ewropew, jew l-Ombudsman Ewropew.

 

2. Whistleblower li onestament jemmen li d-drittijiet tiegħu skont l-Artikolu 22b(1) u (3) tar-Regolamenti tal-Persunal ma jkunux ġew irrispettati għandu jkun intitolat li jirraporta l-kwistjoni u jipprovdi informazzjoni ta’ evidenza dwar l-għemil ħażin issuspettat għad-detriment tal-interessi tal-Unjoni Ewropea jew imġiba kriminali ssuspettata tal-uffiċjali u/jew tal-Membri tal-istituzzjoni tiegħu lil kwalunkwe Membru tal-Parlament Ewropew u, jekk il-kwistjoni tikkonċerna l-kompetenzi tal-Qorti tal-Awdituri, lil din l-istituzzjoni.

 

3. Id-drittijiet u l-obbligi rispettivament stipulati fl-Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw għall-whistleblowers u għal min jirċievi l-informazzjoni skont l-Artikolu 22b tar-Regolamenti tal-Persunal. Tali riċevitur għandu jkollu d-dritt li jinterroga lil kwalunkwe riċevitur tal-informazzjoni u/jew istituzzjoni involuti preċedentement fil-kwistjoni dwar il-mod li bih ġie ttrattat il-każ ta’ whistleblowing, u għandha tingħata lilu l-informazzjoni neċessarja biex ikun jista’ janalizza l-kwistjoni.

 

4. Jekk il-leġiżlazzjoni tal-UE tikkonferixxi lil entitajiet oħra barra l-istituzzjonijiet tal-Unjoni l-kompetenzi meħtieġa biex jevalwaw kwistjonijiet b'mod kunfidenzjali (fi ħdan l-Istituzzjonijiet) li jistgħu jkunu suġġett ta' żvelar mill-uffiċjali, l-uffiċjali jistgħu wkoll jindirizzaw lil dawk l-entitajiet bil-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

 

5. Ir-riċevituri msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 għandu wkoll ikollhom id-dritt jinfurmaw lill-pubbliku jekk iqisu li dan ikun neċessarju.

 

6. Jekk whistleblower ikun is-suġġett ta’ proċeduri dixxiplinari jew ta’ xort’oħra għal nuqqas ta’ ottemperanza mal-limitazzjonijiet fuq ir-riċevituri stipulati fl-Artikolu 22a jew l-Artikolu 22b u/jew, pereżempju, talli jkun għadda informazzjoni lill-midja u/jew lill-pubbliku, kwalunkwe miżura li ttieħed kontrih għandha tqis jekk l-informazzjoni mogħtija kenitx veritiera jew jekk il-whistlewblower kienx jemmen li kienet veritiera. Għandu jitqies ukoll l-interess pubbliku fil-kwistjoni.’;

Emenda  14

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 6b (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 24 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6b. Is-sentenza li ġejja tiġi miżjuda mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 24:

 

‘Dan ma għandux japplika għall-ispejjeż mġarrba mill-uffiċjal b'rabta ma' investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi.’;

Ġustifikazzjoni

Il-kontributuri tat-taxxa m’għandhomx iġorru l-piż tal-ispejjeż mġarrba mill-uffiċjal b’rabta mal-investigazzjonijiet mill-OLAF.

Emenda  15

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 8

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 27 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-reklutaġġ għandu jsir b'mod li jiżgura li l-istituzzjonijiet ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom is-servizzi ta' uffiċjali bl-aħjar standards ta' ħiliet, effiċjenza u integrità, irreklutati fuq l-aktar bażi ġeografika wiesgħa minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Ma għandhomx jiġu merfugħin pożizzjonijiet għal persuni ta' nazzjonalità ta' kwalunkwe Stat Membru speċifiku.

Ir-reklutaġġ għandu jsir b'mod li jiżgura li l-istituzzjonijiet ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom is-servizzi ta' uffiċjali bl-aħjar standards ta' ħiliet, effiċjenza u integrità, irreklutati fuq l-aktar bażi ġeografika wiesgħa minn ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Ma għandhomx jiġu merfugħin direttament jew indirettament pożizzjonijiet għal persuni ta' nazzjonalità ta' ebda Stat Membru speċifiku.

Emenda  16

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 8

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 27 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-prinċipju tal-ugwaljanza taċ-ċittadini tal-Unjoni għandu jippermetti li kull istituzzjoni tadotta miżuri korrettivi wara li jkun osservat li jkun jeżisti żbilanċ dejjiemi u sinfikanti bejn in-nazzjonalitajiet fost l-uffiċjali li ma jkunx ġustifikat minn kriterji oġġettivi. Dawn il-miżuri korrettivi qatt ma għandhom jirriżultaw fi kriterji ta' reklutaġġ għajr dawk imsejsa fuq il-mertu. Qabel ma jiġu adottati dawn il-miżuri korrettivi, l-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjoni kkonċernata għandhom jadottaw dispożizzjonijiet ġenerali għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-paragrafu skont l-Artikolu 110.

Il-prinċipju tal-ugwaljanza taċ-ċittadini tal-Unjoni għandu jippermetti li kull istituzzjoni tadotta miżuri korrettivi wara li jkun osservat li jkun jeżisti żbilanċ dejjiemi u sinifikanti bejn in-nazzjonalitajiet jew il-ġeneru fost l-uffiċjali li ma jkunx ġustifikat minn kriterji oġġettivi. Dawn il-miżuri korrettivi qatt ma għandhom jirriżultaw fi kriterji ta' reklutaġġ għajr dawk imsejsa fuq il-mertu. Qabel ma jiġu adottati dawn il-miżuri korrettivi, l-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjoni kkonċernata għandhom jadottaw dispożizzjonijiet ġenerali għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-paragrafu skont l-Artikolu 110.

Emenda  17

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 9

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'Filwaqt li jinżamm il-prinċipju li l-maġġoranza l-kbira tal-uffiċjali għandhom jiġu rreklutati abbażi ta' kompetizzjonijiet miftuħa, l-awtorità tal-ħatra tista' tiddeċiedi li, b'deroga mill-punt (b), torganizza kompetizzjoni interna għall-istituzzjoni li tkun miftuħa wkoll għall-persunal kuntrattwali kif definit fl-Artikoli 3a u 3b tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea.';

'Filwaqt li jinżamm il-prinċipju li l-maġġoranza l-kbira tal-uffiċjali għandhom jiġu rreklutati abbażi ta' kompetizzjonijiet miftuħa, l-awtorità tal-ħatra tista' tiddeċiedi li, b'deroga mill-punt (b), torganizza kompetizzjoni interna għall-istituzzjoni li tkun miftuħa wkoll għall-persunal kuntrattwali kif definit fl-Artikoli 3a u 3b tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea.

 

Il-persunal kuntrattwali jista’ jipparteċipa f’tali kompetizzjonijiet interni bil-kondizzjoni li huma jipprovdu evidenza ta’ għarfien profond ta’ waħda mil-lingwi tal-Unjoni u għarfien sodisfaċenti ta’ żewġ lingwi oħra tal-Unjoni safejn ikun meħtieġ għall-qadi tal-obbligi tagħhom.';

Ġustifikazzjoni

L-emenda li ġejja għandha l-intenzjoni li tiżgura li l-persunal kuntrattwali li jipparteċipa f’kompetizzjonijiet interni jista’ jaqdi l-obbligi tiegħu b’għallanqas tliet lingwi – simplifikazzjoni tal-kondizzjonijiet tal-uffiċjali.

Emenda  18

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 - punt 9a (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 29 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9a. Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal fl-Artikolu 29a:

 

'2a. M'għandhomx ikunu permessi konkorsi mfassla speċifikament għar-reklutaġġ ta' persuna waħda speċifika.';

Emenda  19

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 14 – punt aa (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 43 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) Wara l-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu, għandha tiddaħħal is-sentenza li ġejja:

 

'Dan ir-rapport għandu jibbaża fuq sistema trasparenti u faċilment komprensibbli għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-uffiċjali, stabbilita mill-istituzzjonijiet.';

Ġustifikazzjoni

Skont it-termini tar-Regolamenti tal-Persunal, il-kapaċità, il-prestazzjoni u l-kondotta tal-uffiċjali għandhom jiġu evalwati tal-anqas kull sentejn. L-emenda tipprova tintroduċi sistema ta' valutazzjoni trasparenti faċilment komprensibbli.

Emenda  20

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 14a (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 44 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

14a. L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 44 għandu jiġi sostitwit b' dan li ġej:

 

‘Uffiċjal li kien fi skala waħda fil-grad tiegħu għal tliet snin għandu awtomatikament jitla’ għall-iskala li jmiss f’dak il-grad. Mill-grad AD 12 ’il quddiem, dan l-avvanz awtomatiku għandu japplika biss għal uffiċjali li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu.’;

Ġustifikazzjoni

Avvanz awtomatiku fl-iskala kull sentejn irrispettivament mill-prestazzjoni, li jinvolvi żieda fis-salarju sa EUR 650 iwassal għal spejjeż konsiderevoli. L-estensjoni tal-perjodu bejn l-avvanzi għal tliet snin hija ġustifikata għax il-livelli individwali stess ma jiġux effettwati. Ir-rabta tal-promozzjonijiet minn AD 12 'il fuq mal-prestazzjoni fil-funzjoni maniġerjali tirriżulta bħala inċentiv u hija ġustifikata għall-membri tal-persunal fil-gradi kkonċernati (salarji ta’ aktar minn EUR 10 000 EUR).

Emenda  21

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 20

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 52 – punt b – it-tieni sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madanakollu, uffiċjal jista', fuq it-talba tiegħu stess u fil-każ li l-awtorità tal-ħatra tikkunsidraha ġġustifikata fl-interessi tas-servizz, ikompli jaħdem sa l-età ta' 67, f'liema każ huwa għandu jirtira awtomatikament fl-aħħar jum tax-xahar li fih jagħlaq dak iż-żmien.

Madanakollu, uffiċjal jista', fuq it-talba tiegħu stess, bil-kundizzjoni li l-awtorità tal-ħatra ma tesprimi l-ebda oġġezzjoni ġġustifikata, ikompli jaħdem sal-età ta' 67, f'liema każ jirtira awtomatikament fl-aħħar jum tax-xahar li fih jagħlaq dak iż-żmien.

Emenda  22

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 21 – sottopunt d

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 55 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni tista' tintroduċi arranġamenti ta' ħin flessibbli ta' xogħol. L-uffiċjali li fil-konfront tagħhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 44 għandhom jamministraw il-ħin tax-xogħol tagħhom mingħajr ma jirrikorru għal arranġamenti bħal dawn.';

4. L-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni tista' tintroduċi arranġamenti ta' ħin flessibbli ta' xogħol. Il-kumpens għas-sahra jissawwar f'sigħat akkreditati fuq il-kont tas-sigħat ta' xogħol tal-uffiċjal u ma jistax jaqbeż it-tmien sigħat għal kull xahar ta' kalendarju. Is-sahra trid tiġi approvata minn qabel mid-direttorat ġenerali kkonċernat u mid-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Umani. L-applikazzjonijiet għas-sahra għandhom jispeċifikaw ir-raġunijiet tas-sitwazzjoni eċċezzjonali, iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw il-kumpens, in-numru ta' uffiċjali involuti u l-ammont stmat ta' sahra li trid tinħadem.

 

L-uffiċjali li fil-konfront tagħhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 44 u l-uffiċjali fil-grad AD/AST 9 jew ogħla għandhom jamministraw il-ħin tax-xogħol tagħhom mingħajr ma jiġu intitolati għal liv kompensatorju skont arranġamenti bħal dawn.

Ġustifikazzjoni

Abbażi tal-prassi attwali, il-proposta tista' twassal sa 1.2 miljun ġranet ta' rkupru supplementari. L-emenda hija intiża li tiċċara l-kundizzjonijiet għas-sahra u b'hekk tnaqqas bin-nofs in-numru ta' ġranet ta' kumpens li jistgħu jkunu rkuprati. Timmira wkoll li tiggarantixxi li ma jingħatax liv kumpensatorju għal sahra lil uffiċjali fil-grad AD/AST 9 jew ogħla (EUR 7 100). Minn dan il-grad, is-sahra hija kkumpensata bis-salarju tal-uffiċjal. In-numru ta' ġranet ta' liv kumpensatorju possibbli b'hekk jonqos għal madwar 170 000.

Emenda  23

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 23

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 56 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'Kif stabbilit fl-Anness VI, is-sahra maħduma mill-uffiċjali fil-gradi tal-Kategoriji SC 1 sa SC 6 jew il-gradi AST 1 sa AST 4 għandha tintitolahom jew għal liv kumpensatorju jew għal rimunerazzjoni fejn il-ħtiġijiet tas-servizz ma jippermettux liv kumpensatorju matul ix-xahar ta' wara dak li fih tkun inħadmet is-sahra.';

Kif stabbilit fl-Anness VI, is-sahra maħduma mill-uffiċjali fil-gradi tal-Kategoriji SC 1 sa SC 6 jew il-gradi AST 1 sa AST 4 għandha tintitolahom jew għal liv kumpensatorju jew għal rimunerazzjoni fejn il-ħtiġijiet tas-servizz ma jippermettux liv kumpensatorju matul ix-xahrejn ta' wara dak li fih tkun inħadmet is-sahra.

Emenda  24

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 27

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 61

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

27. Fl-Artikolu 61, il-kelma 'istituzzjonijiet' għandha tinbidel b''awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet';

27. L-Artikolu 61 għandu jiġi emendat kif ġej:

 

(a) Il-kelma 'istituzzjonijiet' għandha tinbidel b''awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet'.

 

(b) Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

‘Il-ġranet ta' btala u l-ġranet li fihom l-uffiċċji jibqgħu magħluqin, flimkien m'għandhomx jaqbżu 14-il jum ta' xogħol.’;

Ġustifikazzjoni

Bħalissa hemm b'kollox 18-il festa pubblika u ġranet tal-għeluq tal-uffiċċji li huma mħallsin. Fl-2012, disat ijiem minnhom mhumiex festi pubbliċi u għalhekk huma btajjel addizzjonali mħallsa. L-emenda tipproponi tnaqqis ta' erbat ijiem. Kull ġurnata addizzjonali mhux tax-xogħol fl-istituzzjonijiet tal-UE kollha tiswa EUR 24 miljun.

Emenda  25

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 - punt 39a (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 86

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

39a. L-Artikolu 86(2) għandu jinbidel b'dan li ġej:

 

'2. Fejn l-Awtorità tal-Ħatra jew (OLAF) isiru jafu b'evidenza ta' nuqqas fis-sens tal-paragrafu 1, jistgħu jibdew investigazzjonijiet amministrattivi biex jistabbilixxu jekk it-tali nuqqas sarx. Jekk l-investigazzjoni amministrattiva ma tkunx tlestiet sa ħames snin wara n-notifika tal-elementi ta' prova lill-awtorità tal-ħatra jew lill-OLAF, tiddekorri l-preskrizzjoni.

 

Jekk, minħabba investigazzjoni amministrattiva, uffiċjal jiġi sospiż għal perjodu ta' aktar minn sitt xhur, l-Awtorità tal-Ħatra għandu jkollha s-setgħa tieħu azzjoni dixxiplinarja.';

Ġustifikazzjoni

L-investigazzjonijiet amministrattivi fuq membri tal-persunal tal-UE jistgħu jdumu ħafna snin mingħajr ma jwasslu għal ebda sentenza tal-qorti. Din l-emenda tintroduċi għall-ewwel darba regola ta' preskrizzjoni għal tali każijiet. Barra minn hekk, tipprevedi li jittieħdu provvedimenti dixxiplinari indipendentement mill-eżitu tal-investigazzjoni amministrativa. Dan se jipproteġi lill-persunal tal-UE billi jiżgura li jiġu imposti penali adegwati jew l-investigazzjoni tingħalaq.

Emenda  26

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 41

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 110 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn ir-regoli ta' implimentazzjoni għandhom jidħlu fis-seħħ għall-aġenziji disa' xhur wara li jidħlu fis-seħħ għall-Kummissjoni jew disa' xhur wara d-data meta l-Kummissjoni tinforma lill-aġenziji dwar l-adozzjoni tar-regola ta' implimentazzjni rispettiva tagħhom, liema waħda tkun l-aktar tard. Minkejja dan li għadu kif issemma, aġenzija tista' wkoll tiddeċiedi li tali regoli ta' implimentazzjoni ser jidħlu fis-seħħ f'data qabel.

Dawn ir-regoli ta' implimentazzjoni għandhom jidħlu fis-seħħ għall-aġenziji sitt xhur wara li jidħlu fis-seħħ għall-Kummissjoni jew sitt xhur wara d-data meta l-Kummissjoni tinforma lill-aġenziji dwar l-adozzjoni tar-regola ta' implimentazzjoni rispettiva tagħhom, liema waħda tkun l-aktar tard. Minkejja dan li għadu kif issemma, aġenzija tista' wkoll tiddeċiedi li tali regoli ta' implimentazzjoni ser jidħlu fis-seħħ f'data qabel.

Emenda  27

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 41

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 110 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Permezz ta' deroga, qabel ma jiskadi l-perjodu ta' disa' xhur imsemmi hawn fuq u wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal tagħha, aġenzija tista' tressaq regoli ta' implimentazzjoni differenti minn dawk adottati mill-Kummissjoni sabiex din tal-aħħar tkun tista' tapprovahom. Bl-istess kundizzjonijiet, aġenzija tista' titlob il-ftehim tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta' applikazzjoni ta' dawn ir-regoli ta' implimentazzjoni. F'dan il-każ, minflok ma taċċetta jew tirrifjuta t-talba, il-Kummissjoni tista' titlob lill-aġenzija tressaq għall-approvazzjoni tagħha regoli ta' implimentazzjoni li jkunu differenti minn dawk adottati mill-Kummissjoni.

Permezz ta' deroga, qabel ma jiskadi l-perjodu ta' sitt xhur imsemmi hawn fuq u wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal tagħha, aġenzija tista', abbażi ta' talba li tinkludi dikjarazzjoni adegwata tar-raġunijiet, tressaq regoli ta' implimentazzjoni differenti minn dawk adottati mill-Kummissjoni sabiex din tal-aħħar tkun tista' tapprovahom. Bl-istess kundizzjonijiet, aġenzija tista' titlob il-ftehim tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta' applikazzjoni ta' dawn ir-regoli ta' implimentazzjoni. F'dan il-każ, minflok ma taċċetta jew tirrifjuta t-talba, il-Kummissjoni tista' titlob lill-aġenzija tressaq għall-approvazzjoni tagħha regoli ta' implimentazzjoni li jkunu differenti minn dawk adottati mill-Kummissjoni.

Emenda  28

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 41

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 110 – paragrafu 2 – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-perjodu ta' disa' xhur imsemmi fis-subparagrafi ta' qabel għandhom jiġu sospiżi mid-data minn meta l-aġenzija titlob il-ftehim tal-Kummissjoni sad-data meta l-Kummissjoni tesprimi l-pożizzjoni tagħha.

Il-perjodu ta' sitt xhur imsemmi fis-subparagrafi ta' qabel għandhom jiġu sospiżi mid-data minn meta l-aġenzija titlob il-ftehim tal-Kummissjoni sad-data meta l-Kummissjoni tesprimi l-pożizzjoni tagħha.

Emenda  29

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 42

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 110b (ġdid), paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tinforma lill-Qorti tal-Ġustizzja.

Emenda  30

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 47

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Anness V – Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mal-liv annwali tal-uffiċjali intitolati għall-konċessjoni tal-espatrijazzjoni jew tar-residenza barranija għandu jiżdied il-ħin ta' vjaġġar ibbażat fuq id-distanza ġeografika bejn il-post tax-xogħol u l-post tal-oriġini, ikkalkulat kif ġej:

Mal-liv annwali tal-uffiċjali intitolati għall-konċessjoni tal-espatrijazzjoni jew tar-residenza barranija għandu jiżdied il-ħin ta' vjaġġar ibbażat fuq id-distanza ġeografika bejn il-post tax-xogħol u l-post tal-oriġini, ikkalkulat kif ġej:

– 250 sa 600 km: jum wieħed ta' ħin ta' vjaġġar lura lejn id-dar,

– 250 sa 1000 km: jum wieħed ta' ħin ta' vjaġġar lura lejn id-dar,

– 601 sa 1200 km: jumejn ħin ta' vjaġġar lura lejn id-dar,

– aktar minn 1000 km: jumejn ħin ta' vjaġġar lura lejn id-dar,

– aktar minn 1200 km: tlett ijiem ta' ħin ta' vjaġġar lura lejn id-dar.

 

Ġustifikazzjoni

It-tlett ijiem ta' vjaġġar lura lejn id-dar imħallsa fl-Unjoni Ewropea ma jikkorrispondux mal-istandards tal-mezzi tat-trasport moderni. L-impjegati f'pajjiżi terzi għandhom biss jumejn biex imorru lura lejn id-dar. Dak li huwa possibbli minn kwalunkwe post fid-dinja, għandu jkun possibbli wkoll minn Brussell.

Emenda  31

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 49 – sottopunt da (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Anness VII – Artikolu 12 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) L-Artikolu 12(2) għandu jinbidel b'dan li ġej:

 

'2. Vjaġġar bl-ajru

 

L-uffiċjali għandhom ikunu awtorizzati jivvjaġġaw bl-ajru jekk it-tluq tal-vjaġġ u l-vjaġġ lura bil-ferrovija ikun ta' mill-anqas 800 kilometru. F'każ ta' titjiriet b'ħinijiet tat-titjira ta' anqas minn tmien sigħat, jiġu rimborżati biss l-ispejjeż tat-titjira fil-klassi ekonomika.';

Ġustifikazzjoni

Aġġustament b’konformità mal-prassi standard fl-Istati Membri.

Emenda  32

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 51 – sottopunt -a (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Anness IX – Artikolu 1 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) L-Artikolu 1(2) jinbidel kif ġej:

 

'2. Fil-każijiet li jitolbu segretezza assoluta għall-għanijiet ta' l-investigazzjoni jew li jeħtieġu l-użu tal-proċeduri ta' investigazzjoni, li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' awtorità ġudizzjarja nazzjonali, il-konformità mal-obbligu li jkun mistieden l-uffiċjal biex jikkummenta, wara li tiġi infurmata l-Awtorità tal-Ħatra, tista' tkun posposta. Fit-tali każijiet, l-ebda proċeduri dixxiplinarji ma jistgħu jinbdew qabel l-uffiċjal jingħata l-opportunità biex jikkummenta.';

Ġustifikazzjoni

L-emenda tallinja r-Regolamenti tal-Persunal mar-Regolament tal-OLAF (1073/99), li attwalment qed jiġi negozjat mal-Kunsill u l-Kummissjoni.

Emenda  33

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 51 – punt ba (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Anness IX - Artikolu 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) L-Artikolu 25 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

'Artikolu 25

 

Meta uffiċjal jitħarrek għal dawk l-istess atti, deċiżjoni finali tittieħed biss wara li sentenza finali tingħata mill-qorti li qed jisma' l-kawża. Meta jkun xieraq u possibbli, l-awtorità tal-ħatra għandha tingħata s-setgħa li tinforza l-miżuri dixxiplinarji kontra l-uffiċjal li qed jiġi investigat qabel ma tingħata s-sentenza finali mill-qorti li qed tisma' l-kawża';

Emenda  34

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 52 – sottopunt -a (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Anness X – Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) Fl-Artikolu 8 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

'L-uffiċjali li jieħdu sehem f'taħriġ professjonali fi Brussell skont l-Artikolu 24a tar-Regolamenti tal-Persunal u li ngħataw liv ta' mistrieħ skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ġeneralment jikkombinaw iż-żmien ta' taħriġ professjonali fi Brussell mal-liv ta' mistrieħ tagħhom. ';

Ġustifikazzjoni

L-emenda timmira lejn il-kombinazzjoni tal-liv speċjali mogħti lill-uffiċjali li jaħdmu f'kundizzjonijiet partikolarment diffiċli f'pajjiżi terzi (sa ħames perjodi addizzjonali ta' ġimgħa) ma' taħriġ professjonali fi Brussell. Fil-każ ta' dan it-tip ta’ liv u t-taħriġ professjonali, il-biljetti tal-ajru jiġu rimborżati rispettivament. L-għan tal-emenda huwa t-tnaqqis tal-assenza ta' impjegati fil-postijiet tax-xogħol rispettivi f'pajjiżi terzi permezz ta' kombinazzjoni ta' vjaġġi.

Emenda  35

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 52 – sottopunt -a (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Anness X – Artikolu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) L-Artikolu 9 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

'1. Il-liv annwali jista' jiġi meħud jew kollu f'daqqa jew f'bosta perjodi kif mixtieq mill-uffiċjal u skont il-ħtiġijiet tas-servizz. Madankollu l-liv għandu jinkludi għallanqas perjodu wieħed ta' erbatax-il jum ta' xogħol. Il-liv annwali ma jistax jaqbeż 37 ġurnata, li magħhom jiżdiedu l-ġranet tal-ivjaġġar skont l-Artikolu 7 tal-Anness V.

 

2. Il-liv ta' mistrieħ ppjanat fl-Artikolu 8 m'għandux ikun aktar minn ħmistax-il jum ta' xogħol li jinkludu l-jiem tal-ivvjaġġar għal kull sena ta' servizz. ';

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija intiża li tnaqqas l-assenzi mill-post tax-xogħol tal-impjegati tal-UE li jmorru f'pajjiżi terzi.

Emenda  36

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 52 – punt ba (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Anness X – Artikolu 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) L-Artikolu 20 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

'Artikolu 20

 

"L-uffiċjal għandu dritt għalih stess u, jekk għandu d-dritt għall-allowance tal-familja, għall-konjuġi u l-persuni dipendenti jekk jgħixu miegħu, għall-ispejjeż tal-vjaġġ għal-liv tal-mistrieħ, mill-post tal-impjieg sal-post tal-liv awtorizzat.

 

Fejn l-ivvjaġġar bil-ferrovija huwa impossibbli jew imprattikabbli, ir-rimborż għandu jsir b’deċiżjoni speċjali bil-preżentazzjoni tal-biljetti tal-ajru, irrispettivament mid-distanza. F'każ ta' titjiriet b'ħinijiet tat-titjira ta' anqas minn tmien sigħat, jiġu rimborżati biss l-ispejjeż tat-titjira fil-klassi ekonomika.';

Ġustifikazzjoni

Aġġustament b’konformità mal-prassi standard fl-Istati Membri.

PROĊEDURA

Titolu

Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-UE

Referenzi

COM(2011)0890 – C7-0507/2011 – 2011/0455(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

19.1.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

19.1.2012

 

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Ingeborg Gräßle

12.1.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

28.2.2012

29.2.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

20.3.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Andrea Cozzolino, Ryszard Czarnecki, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Iliana Ivanova, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Jan Mulder, Eva Ortiz Vilella, Crescenzio Rivellini, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard, Michael Theurer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Zuzana Brzobohatá, Jorgo Chatzimarkakis, Derk Jan Eppink, Christofer Fjellner, Monika Hohlmeier, Ivailo Kalfin, Derek Vaughan

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (24.4.2012)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea
(COM(2011)0890 – C7‑0507/2011 – 2011/0455(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Silvana Koch-Mehrin

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hi valur fundamentali tal-UE mħaddan fit-Trattati u anke wieħed mill-objettivi tagħha[1]. L-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-attivitajiet kollha tagħha u fil-korpi tagħha tirrappreżenta għan importanti għall-Unjoni. L-istituzzjonijiet tal-UE għandhom iservu tal-aqwa eżempju fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-parteċipazzjoni ndaqs tal-irġiel u n-nisa. Ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol mal-ħajja privata, imsemmija wkoll fl-Istrateġija Ewropa 2020, hi element ewlieni tal-kwalità tax-xogħol u ż-żieda fl-impjegar, inkluż is-servizz ċivili tal-UE stess. Fil-fatt, hija prerekwiżit kruċjali biex dan l-objettiv jintlaħaq. L-objettiv ta’ livell ta’ impjegar ta’ 75% għaż-żewġ ġeneri jista’ jintlaħaq biss jekk jiġu stabbiliti strumenti għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja. L-aħjar użu mit-talent li toffri l-UE, l-użu tal-massimu tal-kreattività u l-innovazzjoni tal-persunal tagħha waqt li jkun meqjus il-potenzjal tan-nisa u l-irġiel huma kwistjonijiet ewlenin għall-istituzzjonijiet tal-UE jekk iridu jiffaċċaw l-isfidi tal-ġejjieni b’mod effiċjenti.

Il-proposta tal-Kummissjoni tfittex li temenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea. L-għan tagħha hu li tadotta pakkett komprensiv li jipprovdi tnaqqis fl-ispejjeż amministrattivi u qafas stabbli f’termini ta’ salarji u karriera. Ir-rapporteur għall-opinjoni tilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni, li hi r-riżultat ta’ konsultazzjonijiet estensivi ma’ partijiet interessati u konċernati. Fi żminijiet ta’ awsterità baġitarja, il-Kummissjoni qed tipprova ssib bilanċ bejn it-tfaddil meħtieġ u l-funzjonament xieraq tas-servizz ċivili li jippermetti li jiġu reklutati, u jinżammu, persuni professjonali li jkunu lesti jħallu pajjiżhom u jaħdmu f’ambjent multinazzjonali, fl-interess tal-Ewropa.

Fl-2004, l-UE wettqet riforma tas-servizz ċivili tagħha u fasslet regolamenti tal-persunal li huma fost l-aktar moderni. Ġiet introdotta struttura ġdida tal-karrieri orjentata lejn il-prestazzjoni u msejsa fuq il-meritu, kif ukoll status kuntrattwali ġdid għal persunal li jwettaq kompiti mhux ewlenin, riforma tas-sistema tal-pensjonijiet, metodi ta’ xogħol ġodda u ftit kundizzjonijiet tax-xogħol orjentati lejn il-familja, bħal dispożizzjonijiet dwar il-liv tal-ġenituri, il-liv tal-familja u dritt ġdid ta’ xogħol part-time.

Il-flexitime ġie introdott għall-ewwel darba fil-Kummissjoni fl-1986, u modifikat fl-1991. Madankollu, kien fl-2007 li l-flexitime beda jintuża verament fil-Kummissjoni. Rigward it-teleworking, kien hemm diversi proġetti pilota għall-introduzzjoni tal-użu tat-teleworking fil-Kummissjoni. Madankollu, kien biss fit-18 ta’ Diċembru 2009 li l-Kummissjoni adottat deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni tat-teleworking fid-dipartimenti tagħha mill-2010 sal-2015.

Minkejja dawn l-isforzi kollha, ir-rapporteur temmen li l-bidliet introdotti fl-2004 kif ukoll il-proposta attwali tal-Kummissjoni ma jippermettux rikonċiljazzjoni b’suċċess bejn ir-responsabilitajiet tax-xogħol u dawk tal-familja, li hija prekundizzjoni mixtieqa għall-benessri tal-persunal u għaldaqstant għall-funzjonament effettiv u l-modernizzazzjoni ulterjuri tas-servizz ċivili tal-UE.

L-arranġamenti ta’ ħinijiet tax-xogħol flessibbli jiffukaw fuq ġestjoni bbażata fuq ir-riżultati u prestazzjoni mmexxija mill-objettivi, filwaqt li jagħtu lill-impjegati aktar libertà fl-organizzazzjoni tal-ħinijiet tax-xogħol. Madankollu, illum dawn l-arranġamenti tax-xogħol fakultattivi mhumiex disponibbli għall-persunal kollu impjegat mas-servizz ċivili tal-UE.

Għaldaqstant ir-rapporteur għal opinjoni tipproponi li għandu jkun imperattiv għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE li jagħtu lok għal arranġamenti tax-xogħol bl-użu tal-flexitime, anke għal dawk f'pożizzjonijiet maniġerjali. Il-bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja privata jikkonċerna lil kull membru tal-persunal, għaldaqstant ma teżisti l-ebda raġuni oġġettiva għalfejn il-maniġers għandhom jiġu eżentati. Il-persunal f’pożizzjonijiet maniġerjali hu mistenni li jmexxi billi jagħtu l-eżempju. Tali eżenzjoni tmur kontra t-trattament ugwali għall-persunal kollu. Barra minn hekk, hemm raġunijiet validi biex nippresumu li l-għadd ta’ applikazzjonijiet mingħand kandidati femminili għal pożizzjonijiet maniġerjali jonqos jekk il-kandidati jitilfu d-dritt tagħhom li jaħdmu sigħat ta’ xogħol flessibbli jekk jinħatru għal pożizzjoni maniġerjali. Għall-kuntrarju, in-nisa għandhom jiġu mħeġġa japplikaw għal pożizzjonijiet maniġerjali kemm f’livelli għolja kif ukoll fil-livelli tan-nofs.

Barra minn hekk, l-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni għandha tintroduċi t-teleworking bħal arranġament fakultattiv tax-xogħol, għax dan jirriżulta li huwa ta’ benefiċċju kbir. Fost il-benefiċċji nnutajna: livell għoli ta’ awtonomija, aktar empowerment, tnaqqis fl-istress, aktar motivazzjoni għal prestazzjoni aqwa u tnaqqis fil-ħin tal-ivvjaġġar li jirriżulta f’inqas tniġġis. It-teleworking huwa wkoll pożittiv f’termini ta’ tnaqqis fl-ispejjeż, żamma tal-persunal u konċiljazzjoni aħjar bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja.

Rigward il-lista ta’ persuni eliġibbli biex jaħdmu part-time, ir-rapporteur għal opinjoni temmen li ġenitur waħdu għandu wkoll ikun intitolat għal awtorizzazzjoni tali, indipendentement mill-età tat-tifel/tifla, u għaldaqstant għandu jkun inkluż fil-lista.

Il-parteċipazzjoni u l-involviment attivi tal-irġiel f'miżuri ta' rikonċiljazzjoni huma kruċjali biex jintlaħaq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, peress li kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel jistgħu jibbenefikaw minn politika tal-impjiegi favur il-familji u minn kondiviżjoni ugwali tax-xogħol mhux imħallas u tar-responsabbiltajiet fl-unità domestika. F’dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni kif jixraq lill-indirizzar tal-isterjotipi tal-ġeneri bħal pereżempju fil-każ tal-liv tal-ġenituri. Dispożizzjonijiet inadegwati tal-liv tal-ġenituri għadhom jwasslu għal żvantaġġi f’karriera. Illum huma prinċipalment in-nisa li qed iħabbtu wiċċhom ma’ din il-problema. Għaldaqstant ir-rapporteur tipproponi li jinbidel l-approċċ lejn il-liv tal-ġenituri. Ir-rapporteur tipproponi wkoll li jiżdied l-ammont ta’ liv tal-ġenituri sabiex iż-żewġ ġenituri jiġu mħeġġa jipparteċipaw attivament f’miżuri ta’ rikonċiljazzjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) B'konsegwenza ta' dan, teżisti l-ħtieġa li jiġi pprovdut qafas għar-reklutaġġ ta' persunal ta' kalibru għoli rigward produttività u integrità, meħud fuq l-aktar bażi ġeografika wiesgħa minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri, u li jippermetti li t-tali persunal iwettaq id-dmirijiet tiegħu b'kemm jista' jkun effikaċja u effiċjenza.

(2) B'konsegwenza ta' dan, teżisti l-ħtieġa li jiġi pprovdut qafas għar-reklutaġġ ta' persunal ta' kalibru għoli rigward produttività u integrità, meħud fuq l-aktar bażi ġeografika wiesgħa minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri u b’qies dovut għall-bilanċ bejn il-ġeneri, u li jippermetti li t-tali persunal iwettaq id-dmirijiet tiegħu b'kemm jista' jkun effikaċja u effiċjenza.

Ġustifikazzjoni

Meta nqisu li 51% tal-popolazzjoni tal-Ewropa huma nisa, din l-emenda tfittex li żżid il-bilanċ bejn il-ġeneri bħala kriterju oġġettiv fil-qafas għar-reklutaġġ flimkien mad-dimensjoni ġeografika biex tkun żgurata parteċipazzjoni ndaqs tan-nisa u l-irġiel filwaqt li jinżammu l-prinċipji bbażati fuq il-kwalifiki u l-ogħla standard ta’ effiċjenza.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) L-ugwaljanza bejn il-ġeneri u n-nondiskriminazzjoni huma valuri ewlenin tal-funzjonament tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u jeħtieġ li jinħoloq bilanċ aħjar bejn in-nisa u l-irġiel fil-livelli kollha tal-persunal. Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni bejn il-ġeneri , iridu jiġu żviluppati politiki aktar effiċjenti li jħallu impatt fuq ir-reklutaġġ fl-istituzzjonijiet differenti, it-taħriġ li jagħtu, u l-funzjonament ta' kuljum tal-istituzzjonijiet differenti.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-prattika attwarja li hija aċċettata normalment tirrekjedi li għar-rati tal-imgħax u ż-żieda tas-salarju jintuża perjodu ta' osservazzjonijiet tal-imgħoddi ta' bejn 20 u 40 sena bil-għan li jiġi żgurat il-bilanċ tal-iskemi tal-pensjoni. Għaldaqstant il-medji varjabbli għar-rati tal-imgħax u ż-żieda tas-salarju għandhom jiġu estiżi sa 30 sena b'perjodu tranżitorju ta' 8 snin.

(9) Il-prattika attwarja li hija aċċettata normalment tirrekjedi li għar-rati tal-imgħax u ż-żieda tas-salarju jintuża perjodu ta' osservazzjonijiet tal-imgħoddi ta' bejn 20 u 40 sena bil-għan li jiġi żgurat il-bilanċ tal-iskemi tal-pensjoni. Għaldaqstant il-medji varjabbli għar-rati tal-imgħax u ż-żieda tas-salarju għandhom jiġu estiżi sa 30 sena b'perjodu tranżitorju ta' 8 snin. Ir-riforma tal-iskema tal-pensjoni għandha tqis id-differenza fil-pensjonijiet li diġà teżisti bejn in-nisa u l-irġiel, u l-effett potenzjali ta’ din ir-riforma fuq il-pensjonijiet tan-nisa, b’mod speċjali dawk fl-aktar gradi baxxi.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-arranġamenti ta' ħin flessibbli ta' xogħol huma essenzjali għal amministrazzjoni pubblika moderna u effiċjenti li tippermetti kundizzjonijiet ta' xogħol orjentati lejn il-familja u li twassal għal bilanċ bejn il-ħaddiema nisa u rġiel fl-istituzzjonijiet. Għaldaqstant huwa meħtieġ li fir-Regolamenti tal-Persunal tiġi introdotta referenza espliċita għal dawn l-arranġamenti.

(15) L-arranġamenti ta' ħin flessibbli ta' xogħol u l-aċċess għal arranġamenti ta’ teleworking huma elementi essenzjali għal amministrazzjoni pubblika moderna u effiċjenti li tippermetti kundizzjonijiet ta' xogħol orjentati lejn il-familja, b’mod partikolari fil-każ ta’ familji b’ġenitur wieħed, u li twassal għal bilanċ effettiv bejn il-ħaddiema nisa u rġiel fl-istituzzjonijiet. Għaldaqstant huwa meħtieġ li fir-Regolamenti tal-Persunal tiġi introdotta referenza espliċita għal dawn l-arranġamenti.

Ġustifikazzjoni

It-teleworking huwa parti minn xejra ta’ mmodernizzar fl-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet li tiffoka aktar fuq ġestjoni msejsa fuq ir-riżultati u prestazzjoni orjentata fuq l-objettivi, u tippermetti aktar flessibilità għax-xogħol, bir-riżultat li tgħin il-kisba ta' bilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik privata. Fost il-benefiċċji nnutajna: livell għoli ta’ awtonomija, libertà ta’ ġestjoni tal-ħinijiet tax-xogħol, aktar empowerment, tnaqqis fl-istress, aktar motivazzjoni għal prestazzjoni aqwa u tnaqqis fil-ħin tal-ivvjaġġar li jirriżulta f’inqas tniġġis. It-teleworking huwa wkoll pożittiv f’termini ta’ tnaqqis fl-ispejjeż u fiż-żamma tal-persunal.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 1d – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1d(1) għandha tiżdied din is-sentenza:

 

"Għal dan l-għan, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu obbligati jiżguraw li 40 % tal-impjiegi AD jkunu okkupati minn nisa.";

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 1e – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 1e għandu jinbidel u jsir kif ġej:

 

'1. L-uffiċjali f'impieg attiv għandhom ikollhom aċċess għall-miżuri ta' natura soċjali, inklużi miżuri speċifiċi għar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol mal-ħajja tal-familja, bħal faċilitajiet għall-kura tat-tfal, adottati mill-istituzzjonijiet, u għas-servizzi pprovduti mill-korpi tal-benessri soċjali, riferuti fl-Artikolu 9. Dawk li qabel kienu uffiċjali, jistgħu jkollhom aċċess għal miżuri speċifiċi limitati ta' natura soċjali.’;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi maħsuba biex tintroduċi referenza speċifika għal miżuri għar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol mal-ħajja tal-familja, bħal faċilitajiet għall-kura tat-tfal sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol favur il-familji bħala prekundizzjoni għal funzjonament effettiv u modernizzazzjoni ulterjuri tas-servizz ċivili tal-UE.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 27 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-reklutaġġ għandu jsir b'mod li jiżgura li l-istituzzjonijiet ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom is-servizzi ta' uffiċjali bl-aħjar standards ta' ħiliet, effiċjenza u integrità, irreklutati fuq l-aktar bażi ġeografika wiesgħa minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Ma għandhomx jiġu merfugħin pożizzjonijiet għal persuni ta' nazzjonalità ta' kwalunkwe Stat Membru speċifiku.

Ir-reklutaġġ għandu jsir b'mod li jiżgura li l-istituzzjonijiet ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom is-servizzi ta' uffiċjali bl-aħjar standards ta' ħiliet, effiċjenza u integrità, irreklutati fuq l-aktar bażi ġeografika wiesgħa minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u b’qies dovut għall-bilanċ bejn il-ġeneri. Ma għandhomx jiġu merfugħin pożizzjonijiet għal persuni ta' nazzjonalità ta' kwalunkwe Stat Membru speċifiku.

Ġustifikazzjoni

Meta nqisu li 51% tal-popolazzjoni tal-Ewropa huma nisa, din l-emenda tfittex li żżid il-bilanċ bejn il-ġeneri bħala kriterju oġġettiv fil-qafas għar-reklutaġġ flimkien mad-dimensjoni ġeografika biex tkun żgurata parteċipazzjoni ndaqs bejn in-nisa u l-irġiel filwaqt li jinżammu l-prinċipji bbażati fuq il-kwalifiki u l-ogħla standard ta’ effiċjenza.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 13

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 42a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13. L-Artikolu 42a għandu jiġi emendat kif ġej:

13. L-Artikolu 42a għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

'Artikolu 42a

(a) Fit-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu, il-kelma 'istituzzjonijiet' għandha tinbidel b''awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni';

L-uffiċjal għandu jkun intitolat għal sitt xhur ta' vakanzi parentali mingħajr salarju bażiku għal kull tifel/tifla, li għandhom jittieħdu matul l-ewwel tnax-il sena wara t-twelid jew l-adozzjoni tat-tifel/tifla. It-tul ta' żmien tal-vakanzi jista' jirdoppja għal ġenituri weħidhom, rikonoxxuti taħt id-disposizzjonijiet ġenerali adottati mill-awtorità tal-ħatra ta’ kull istituzzjoni u għal ġenituri ta’ tfal dipendenti b’diżabilità jew mard serju rikonoxxut mill-uffiċjal mediku. Il-vakanzi minimi li jittieħdu f'darba waħda ma jkunux anqas minn xahar.

(b) Fl-aħħar sentenza tat-tielet paragrafu, il-kelma 'adattat' għandha tinbidel b''aġġornat';

Matul il-vakanzi parentali, is-sħubija tal-uffiċjal fl-iskema tas-sigurtà soċjali għandha tkompli; l-akkwist tad-drittijiet għall-pensjoni, benefiċċju tat-tfal dependenti u l-benefiċċju tal-edukazzjoni għandhom jinżammu. L-uffiċjal għandu jżomm il-pożizzjoni tiegħu, u jkompli jkun intitolat biex javvanza għal skala ogħla jew promozzjoni fil-grad. Il-vakanzi jistgħu jittieħdu bħala vakanzi fuq bażi full-time jew half-time. Meta l-vakanzi parentali jittieħdu f'forma ta' vakanzi half-time, il-perjodu massimu pprovdut fl-ewwel paragrafu għandu jkun irduppjat. Matul il-vakanzi parentali, l-uffiċjali għandhom ikunu intitolati għal benefiċċju ta' 60% tas-salarju bażiku tagħhom fix-xahar, suġġett għal ammont massimu ta’ EUR 2 552.40, jew 50 % tat-tali somma jekk fuq vakanzi half-time, iżda ma jistgħux jagħmlu xi impieg ieħor bil-qligħ. Il-kontribuzzjoni sħiħa tal-iskema tas-sigurtà soċjali pprovduta fl-Artikoli 72 u 73 għandha titħallas mill-istituzzjoni, u tinħadem fuq bażi tas-salarju bażiku tal-uffiċjal. Iżda, fil-każ ta' vakanzi half-time, din id-disposizzjoni għandha tapplika biss għad-differenza bejn is-salarju bażiku sħiħ u s-salarju bażiku mnaqqas proporzjonalment. Għall-parti tas-salarju bażiku li verament kien riċevut, il-kontribuzzjoni tal-uffiċjal għandha tinħadem billi jintużaw l-istess persentaġġi daqs li kieku kien f'impieg full-time.

 

Il-benefiċċju kkalkulat kif hemm referenza għalih fit-tieni paragrafu m’għandux ikun ta’ inqas minn EUR 1 592.50 kull xahar, jew 50 % tat-tali somma jekk l-uffiċjal qiegħed fuq vakanzi half-time, għall-ġenituri weħidhom u għal ġenituri ta’ tfal dipendenti b’diżabilità jew mard serju rikonoxxut mill-uffiċjal mediku riferuti fl-ewwel paragrafu, u matul l-ewwel tlett xhur tal-vakanzi parentali meta t-tali vakanzi jittieħdu mill-missier matul il-vakanzi tal-maternità jew minn wieħed mill-ġenituri eżatt wara l-vakanzi tal-maternità, jew matul jew eżatt wara l-vakanzi tal-adozzjoni.

 

Il-vakanzi parentali jistgħu jiġu estiżi għal sitt xhur oħra b’benefiċċju limitat għal 50% tal-ammont li hemm referenza għalih fit-tieni paragrafu. Għal ġenituri weħidhom riferuti fl-ewwel paragrafu, il-vakanzi parentali jistgħu jiġu estiżi għal tnax-il xahar ieħor b’benefiċċju limitat għal 50% tal-ammont li hemm referenza għalih fit-tielet paragrafu.

 

L-ammonti msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati in linea mar-remunerazzjoni.’;

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 21 – sottopunt d

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 55 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'4. L-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni tista' tintroduċi arranġamenti ta' ħin flessibbli ta' xogħol. L-uffiċjali li fil-konfront tagħhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 44 għandhom jamministraw il-ħin tax-xogħol tagħhom mingħajr ma jirrikorru għal arranġamenti bħal dawn.';

'4. L-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni għandha tintroduċi arranġamenti ta' ħin flessibbli ta' xogħol.

Ġustifikazzjoni

L-arranġamenti ta' ħinijiet ta' xogħol flessibbli jippermettu r-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u jiffaċilitaw bilanċ xieraq bejn il-ġeneri fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE filwaqt li jirrispettaw l-obbligi mandatorji dwar il-ħinijiet tax-xogħol. Għandu jkun imperattiv għall-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE li jipprovdu s-sistema ta’ arranġamenti ta' ħinijiet ta' xogħol flessibbli. Il-bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja privata jikkonċerna lil kull membru tal-persunal; ma teżisti l-ebda raġuni oġġettiva għalfejn il-maniġers għandhom jiġu eżentati. Il-persunal f’pożizzjonijiet maniġerjali hu mistenni li jmexxi billi jagħti l-eżempju. Tali eżenzjoni tmur kontra t-trattament ugwali għall-persunal kollu.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 21 – sottopunt da (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 55 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

‘L-awtorità tal-ħatra ta’ kull istituzzjoni għandha tintroduċi arranġamenti speċifiċi li jippermettu li uffiċjal li tkun dieħla lura mil-leave tal-maternità tredda’ lit-tarbija tagħha jew tiġbed il-ħalib permezz ta’ pompa billi tippermettilha, għal dan l-għan, li tkun skużata għal mill-inqas sagħtejn kuljum.

 

Dawn l-arranġamenti għandhom japplikaw għal kull ġurnata ta’ xogħol sħiħa li tinħadem. Jekk uffiċjal taħdem ġranet iqsar, il-ħin skużat biex tredda’ t-tarbija jew tiġbed il-ħalib permezz ta’ pompa għandu jitnaqqas għal minimu ta’ siegħa.

 

L-awtorità tal-ħatra ta’ kull istituzzjoni għandha tipprovdi ambjent adegwat fejn mara tista’ tredda’ tarbija jew tiġbed il-ħalib permezz ta’ pompa.';

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 21 – sottopunt db (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 55 – paragrafu 4b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db) Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

'4b. L-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni għandha tintroduċi t-teleworking bħal arranġament fakultattiv tax-xogħol.’;

Ġustifikazzjoni

L-awtorità tal-ħatra ta' kull istituzzjoni għandha tintroduċi t-teleworking bħal arranġament fakultattiv tax-xogħol, għax dan jirriżulta li huwa ta’ benefiċċju kbir. Fost il-benefiċċji nnutajna: livell għoli ta’ awtonomija, libertà ta’ ġestjoni tal-ħinijiet tax-xogħol, aktar empowerment, tnaqqis fl-istress, aktar motivazzjoni għal prestazzjoni aqwa u tnaqqis fil-ħin tal-ivvjaġġar li jirriżulta f’inqas tniġġis. It-teleworking huwa wkoll pożittiv f’termini ta’ tnaqqis fl-ispejjeż, iż-żamma tal-persunal u konċiljazzjoni aħjar bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 22 – sottopunt -a (ġdid)

Artikolu 55a – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) Fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, għandu jiddaħħal il-punt li ġej wara l-punt (b):

 

'(ba) għall-kura ta’ tifel/tifla meta l-uffiċjal ikun ġenitur waħdu, indipendentement mill-età tat-tifel/tifla,';

Ġustifikazzjoni

Il-ġenituri waħidhom għandu jkollhom id-dritt li jkunu intitolati għal awtorizzazzjoni li jaħdmu part-time, indipendentement mill-età tat-tifel/tifla, b'konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar is-sitwazzjoni ta' ommijiet waħidhom.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 22 – punt -aa (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 55a – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-aa) Fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

 

‘(bb) għall-kura ta’ tifel/tifla taħt l-erbatax-il sena, jekk it-tnaqqis fil-ħin tax-xogħol mhuwiex aktar minn 5 % tal-ħin normali tax-xogħol. F'dan il-każ, l-Artikolu 3 tal-Anness IVa m’għandux japplika.';

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 26a (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 58

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

26a. L-Artikolu 58 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

'Artikolu 58

 

L-uffiċjali għandhom, barra l-vakanzi pprovduti fl-Artikolu 57, ikunu intitolati mal-preżentazzjoni ta' ċertifikat mediku għal għoxrin ġimgħa ta' vakanzi tal-maternità. Il-vakanzi tal-maternità ma jibdewx qabel sitt ġimgħat mid-data mistennija tal-ħlas murija fuq iċ-ċertifikat, u jintemmu mhux qabel minn 14-il ġimgħa wara d-data tal-ħlas. Fil-każ ta' twelid multiplu, jew qabel iż-żmien, jew ta' twelid ta' tarbija b’diżabilità jew b’mard serju, iż-żmien ikun ta' 24 ġimgħa. Twelid qabel iż-żmien, għall-iskopijiet ta' din id-disposizzjoni, huwa twelid li jsir qabel it-tmiem tal-34 ġimgħa tat-tqala.

 

L-ispejjeż totali tal-ħlasijiet tal-leave tal-maternità għall-uffiċjali u membri tal-persunal kollha, inklużi assistenti tal-Membri tal-Parlament Ewropew, għandhom jitħallsu mill-iskema tas-sigurtà soċjali konġunta tal-istituzzjonijiet sa mill-ewwel ġurnata tal-leave.

 

Kuntratti ta’ uffiċjali u ta’ membri oħra tal-persunal, inklużi assistenti parlamentari akkreditati, ma jistgħux jiġu terminati waqt tqala. Kuntratti ta’ nisa fuq leave tal-maternità, inklużi assistenti parlamentari akkreditati, ma jistgħux jiġu terminati qabel ma jintemm il-perjodu ta’ leave tal-maternità.’;

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 32a (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Artikolu 67 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

32a. L-Artikolu 67(3) għandu jinbidel b'dan li ġej:

 

'3. Il-benefiċċju tat-tfal dipendenti jista' jkun irduppjat b'deċiżjoni raġunata speċjali tal-awtorità tal-ħatra ibbażata fuq dokumenti mediċi li jistabbilixxu li t-tifel/tifla konċernat għandu diżabilità jew mard fit-tul li jikkostitwixxi piż kbir għall-uffiċjal.';

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 46a (ġdid)

Regolamenti tal-Persunal

Anness V – Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(46a) L-Artikolu 6 tal-Anness V għandu jinbidel b'dan li ġej:

 

'Artikolu 6

 

Barra dawn il-vakanzi fis-sena, uffiċjal jista', b'applikazzjoni, jingħata leave speċjali. B'mod partikolari, fil-każijiet li ġejjin, leave speċjali għandu jingħata kif muri:

 

żwieġ tal-uffiċjal: erbat ijiem;

 

bidla fir-residenza tal-uffiċjal: sa jumejn;

 

mard serju tal-konjuġi: sa tlett ijiem;

 

mewt tal-konjuġi: erbat ijiem;

 

mard serju ta' qraba fil-linja axxendenti: sa jumejn;

 

mewt ta' qraba fil-linja axxendenti: jumejn;

 

żwieġ ta’ iben/bint: jumejn;

 

twelid ta’ tarbija: għaxart ijiem, li għandhom jittieħdu matul l-erbatax-il ġimgħa wara t-twelid;

 

twelid ta’ tarbija b’diżabilità jew mard serju: 20 ġurnata, li għandhom jittieħdu matul l-erbatax-il ġimgħa ta’ wara t-twelid;

 

mewt tal-mara waqt il-vakanzi tal-maternità: numru ta' ġranet li jikkorrospondi mal-vakanzi tal-maternità li baqa'; jekk il-mara mejta ma tkunx uffiċjal, il-vakanzi tal-maternità li baqa' huma stabbiliti bl-applikazzjoni b'analoġija tad-disposizzjonijiet tal-Artikolu 58 tar-Regolamenti tal-Persunal;

 

mard serju ta’ tifel/tifla: sa jumejn;

 

tfal morda serjament ħafna, iċċertifikati minn tabib, dħul ta’ tfal tat-12-il sena jew anqas l-isptar: sa ħamest ijiem;

 

mewt ta' tifel/tifla: erbat ijiem;

 

adozzjoni ta’ tifel/tifla: 20 ġimgħa, li jitilgħu għal 24 ġimgħa fil-każ ta’ adozzjoni ta' tifel/tifla b’diżabilità:

 

Kull tifel adottat għandu jġib intitolament għal perjodu wieħed biss ta' vakanzi speċjali li jista' jinqasam bejn il-ġenituri adottivi jekk it-tnejn huma uffiċjali. Jingħata biss jekk mart l-uffiċjal hija ngaġġata f'attività ta' mill-anqas nofs il-ħin, bil-qligħ. Jekk il-mara taħdem barra l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tibbenefika minn vakanzi simili, numru ta' ġranet li jikkorrispondi għandu jitnaqqas mill-intitolament tal-uffiċjal.

 

L-Awtorità tal-Ħatra tista', f'każijiet ta' bżonn, tagħti vakanzi speċjali addizzjonali f'każijiet fejn il-leġislazzjoni nazzjonali tal-pajjiż li fih issir il-proċedura tal-adozzjoni u li ma jkunx il-pajjiż tal-impieg tal-uffiċjal adottiv, teħtieġ li joqgħod wieħed jew iż-żewġ ġenituri adottivi.

 

Il-vakanzi speċjali ta' għaxart ijiem għandhom jingħataw jekk l-uffiċjal ma jibbenefikax mill-vakanzi speċjali sħaħ ta' 20 jew 40 ġimgħa minħabba l-ewwel sentenza ta' dan l-inċiż; dawn il-vakanzi speċjali addizzjonali għandhom jingħataw darba waħda biss għal kull tifel adottat.

 

L-istituzzjoni tista' wkoll tagħti leave speċjali fil-każ ta' aktar taħriġ u struzzjoni, fil-limiti mniżżla fil-programm għal aktar taħriġ u struzzjoni mħejji mill-istituzzjoni skont l-Artikolu 24a tar-Regolamenti tal-Persunal.

 

Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, is-sieħeb mhux miżżewweġ ta' uffiċjal għandu jitqies bħala miżżewweġ, fejn l-ewwel tliet kondizzjonijiet tal-Artikolu 1(2)(c) tal-Anness VII jitħarsu.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 49 – sottopunt -a (ġdid)

Artikolu VII – Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt c – sottopunt iv

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) Is-sottopunt (iv) ta’ punt (c) tal-Artikolu 1(2) għandu jitħassar;

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni toħloq kundizzjoni diskriminatorja għal sħab reġistrati li għandhom il-possibilità li jiżżewġu legalment skont il-liġi nazzjonali, iżda minħabba li l-leġiżlazzjoni tippermetti wkoll il-konklużjoni ta’ sħubija reġistrata, jagħżlu din l-opzjoni tal-aħħar.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 19

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra

Artikolu 47

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

19. Il-punt (a) tal-Artikolu 47 għandu jinbidel b'dan li ġej:

19. L-Artikolu 47 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

'Artikolu 47

 

Minbarra t-tmiem mal-mewt, l-impieg tal-persunal temporanju għandu jieqaf:

'fl-aħħar tax-xahar li fih l-aġent jilħaq l-età ta' 65 sena jew, fuq bażi eċċezzjonali, fid-data stabbilita skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 52(b) tar-Regolamenti tal-Persunal; jew'

(a) fl-aħħar tax-xahar li fih l-aġent jilħaq l-età ta' 65 sena jew, fejn applikabbli, fid-data stabbilita skont l-Artikolu 50c(2); jew

 

(b) meta l-kuntratt huwa għal perjodu stabbilit:

 

(i) fid-data ddikjarata fil-kuntratt;

 

(ii) fl-aħħar tal-perjodu tan-notifika speċifikata fil-kuntratt li jagħti lill-impjegat jew lill-istituzzjoni l-opzjoni li jtemmuh qabel. Il-perjodu tan-notifika m’għandux ikun anqas minn xahar għal kull sena ta' servizz, suġġett għal minimu ta' xahar u massimu ta' tliet xhur. Għall-persunal temporanju li l-kuntratt tagħhom kien imġedded, il-massimu jkun ta' sitt xhur. Madankollu, il-perjodu tan-notifika m'għandux jibda għaddej matul tqala stabbilita debitament permezz ta’ ċertifikat mediku, il-vakanzi tal-maternità jew il-vakanzi għall-mard, sakemm it-tali vakanzi tal-mard ma jaqbżux it-tliet xhur. Barra minn hekk, ikun sospiż matul tqala stabbilita debitament permezz ta’ ċertifikat mediku, vakanzi tal-maternità jew vakanzi għall-mard suġġett għal-limiti msemmija qabel. Jekk l-istituzzjoni ttemm il-kuntratt, l-impjegat għandu jkun intitolat għal kumpens daqs terz tas-salarju bażiku tiegħu għall-perjodu bejn id-data meta d-dmirijiet tiegħu jintemmu u d-data meta l-kuntratt tiegħu jiskadi;

 

(iii) meta l-impjegat ma jibqax iħares il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 12(2), punt (a), suġġett għall-possibbiltà li tkun awtorizzata eċċezzjoni taħt dik id-disposizzjoni. Jekk l-eċċezzjoni ma tkunx awtorizzata, il-perjodu tan-notifika riferuta fis-sottopunt (ii) ta' dan il-punt (b) għandu japplika; jew

 

(c) meta l-kuntratt huwa għal perjodu indefinit:

 

(i) fl-aħħar tal-perjodu tan-notifika stipulat fil-kuntratt; it-tul tal-perjodu tan-notifika ma jkunx anqas minn xahar għal kull sena kompluta ta' servizz, suġġett għal minimu ta' tlett xhur u massimu ta' għaxar xhur. Madankollu, il-perjodu tan-notifika m'għandux jibda għaddej matul tqala stabbilita debitament permezz ta’ ċertifikat mediku, il-vakanzi tal-maternità jew il-vakanzi għall-mard, sakemm it-tali vakanzi tal-mard ma jaqbżux it-tliet xhur. Barra minn hekk, ikun sospiż matul tqala stabbilita debitament permezz ta’ ċertifikat mediku, vakanzi tal-maternità jew vakanzi għall-mard suġġett għal-limiti msemmija qabel; jew

 

(ii) meta l-impjegat ma jibqax iħares il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 12(2), punt (a), suġġett għall-possibbiltà li tkun awtorizzata eċċezzjoni taħt dik id-disposizzjoni. Jekk l-eċċezzjoni ma tkunx awtorizzata, il-perjodu tan-notifika riferuta fis-sottopunt (i) ta' dan il-punt (c) għandu japplika.’;

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 33a (ġdid)

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra

Artikolu 139 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

33a. Il-punt (d) tal-Artikolu 139(1) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

 

'(d) b′kont meħud tal-fatt li l-fiduċja hija l-bażi tar-relazzjoni professjonali bejn il-Membru u l-assistent parlamentari akkreditat tiegħu, fl-aħħar tal-perijodu ta' notifika speċifikat fil-kuntratt, li għandu jagħti lill-assistent parlamentari akkreditat jew lill-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq it-talba tal-Membru jew tal-Membri tal-Parlament Ewropew li bħala assistent tiegħu kien ġie ingaġġat l-assistent parlamentari akkreditat, id-dritt li jittermina l-kuntratt qabel ma dan jiskadi. Il-perijodu ta’ notifika ma jistax ikun inqas minn xahar għal kull sena ta' servizz, suġġett għal minimu ta' xahar u massimu ta' tliet xhur. Madankollu, il-perijodu tan-notifika m'għandux jibda jgħodd waqt tqala stabbilita debitament permezz ta’ ċertifikat mediku, il-leave tal-maternità jew il-leave minħabba l-mard, sakemm il-leave minħabba l-mard ma jaqbiżx it-tliet xhur. Barra minn hekk, dan għandu jiġi sospiż waqt tqala stabbilita debitament permezz ta’ ċertifikat mediku, il-leave tal-maternità jew il-leave minħabba l-mard suġġett għal dawn il-limiti;’;

PROĊEDURA

Titolu

Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-UE

Referenzi

COM(2011)0890 – C7-0507/2011 – 2011/0455(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

19.1.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM

19.1.2012

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Silvana Koch-Mehrin

25.1.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

27.3.2012

24.4.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

24.4.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

5

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Emine Bozkurt, Andrea Češková, Iratxe García Pérez, Zita Gurmai, Mikael Gustafsson, Mary Honeyball, Sophia in ‘t Veld, Lívia Járóka, Nicole Kiil-Nielsen, Silvana Koch-Mehrin, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Astrid Lulling, Barbara Matera, Elisabeth Morin-Chartier, Angelika Niebler, Siiri Oviir, Antonyia Parvanova, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Marc Tarabella, Britta Thomsen, Marina Yannakoudakis, Anna Záborská, Inês Cristina Zuber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Franziska Katharina Brantner, Christa Klaß, Ana Miranda, Mariya Nedelcheva, Katarína Neveďalová

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Tamás Deutsch

  • [1]  Ara l-Artikolu 2 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tat-Trattat tal-UE

PROĊEDURA

Titolu

Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-UE

Referenzi

COM(2011)0890 – C7-0507/2011 – 2011/0455(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.12.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

19.1.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

19.1.2012

CONT

19.1.2012

AFCO

19.1.2012

FEMM

19.1.2012

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFCO

28.2.2012

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Dagmar Roth-Behrendt

11.4.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

25.1.2012

1.3.2012

27.3.2012

 

Data tal-adozzjoni

25.4.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Cristian Silviu Buşoi, Vytautas Landsbergis, Eva Lichtenberger, Dagmar Roth-Behrendt

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Alejandro Cercas

Data tat-tressiq

20.6.2012