RAPPORT dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 - it-taqsimiet kollha
11.10.2012 - (12749/2012 – C7‑0233/2012 – 2012/2092(BUD))
Parti 1: Mozzjoni għal riżoluzzjoni
Kumitat għall-Baġits
Rapporteurs: Giovanni La Via (Taqsima III – Il-Kummissjoni)
Derek Vaughan (Taqsimiet oħra)
- MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
- OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
- OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
- OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
- OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet
- RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (12749/2012 – C7‑0233/2012 – 2012/2092(BUD))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej[1],
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[2],
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba[3],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2012 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit - Taqsima III - il-Kummissjoni[4],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2012 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2013[5],
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 adottat mill-Kummissjoni fil-25 ta' April 2012 (COM(2012)0300),
– wara li kkunsidra ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-abbozz tal-baġit 2013[6],
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, adottat mill-Kunsill fl-24 ta' Lulju 2012 u li ntbagħat lill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Settembru 2012 (12749/2012 – C7‑0233/2012),
– wara li kkunsidra l-ittra emendatorja Nru XX/2012 għall-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 ippreżentata mill-Kummissjoni fil-XXXXX,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 75b tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7-0311/2012),
A. billi l-prijoritajiet espressi fl-opinjonijiet mogħtija mill-kumitati speċjalizzati tiegħu, kif ukoll dawk li ħarġu matul il-laqgħat mar-Rapporteurs speċjalizzati fil-kwistjonijiet baġitarji, kemm jista' jkun tqiesu f'din ir-riżoluzzjoni u fil-votazzjoni tal-Parlament dwar l-emendi għall-baġit,
Taqsima III
1. Ifakkar li l-prijoritajiet tiegħu għall-baġit 2013, kif dettaljati fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tal-4 ta' Lulju 2012, dwar il-mandat għat-trilogu, jikkonsistu minn appoġġ għat-tkabbir sostenibbli, kompetittività u impjieg, b'mod partikolari għall-SMEs u ż-żgħażagħ; jinnota għal darb'oħra li l-abbozz tal-baġit tal-Kummissjoni (AB) jirrifletti l-prijoritajiet tal-Parlament fir-rigward tal-programmi u l-inizjattivi li jridu jissaħħu favur dawn l-objettivi;
2. Huwa konxju sew tad-diffikultajiet kbar li joħorġu mill-qagħda tal-ekonomiji nazzjonali u tal-bżonn ta' qari responsabbli u realistiku; madankollu ma jistax jaċċetta l-approċċ skont liema l-baġit tal-UE jsir is-sors għal tfaddil possibbli bl-istess proporzjon u loġika applikati għall-baġits nazzjonali minħabba d-differenza sostanzjali tagħhom f'sens ta' natura, objettivi u struttura; jenfasizza li t-tnaqqis ta' riżorsi tal-UE ċertament jirriżulta f'nuqqas ta' investiment u likwidità fl-Istati Membri, b'hekk jiġu aggravati l-problemi li jaffaċċaw;
3. Jenfasizza li l-baġit tal-UE għandu jitqies bħala strument kumplimentari ta' appoġġ għall-ekonomiji tal-Istati Membri, li kapaċi jikkonċentra inizjattivi u investiment f'oqsma li jkunu strateġiċi għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi u li jipprovdi effett ta' lieva fis-setturi li mhumiex marbutin ma' fruntieri nazzjonali; jenfasizza li tali rwol isir leġittimu mill-istess Stati Membri li, flimkien mal-Parlament, huma responsabbli għad-deċiżjonijiet li minnhom toħroġ il-maġġoranza tal-liġijiet tal-UE;
4. Jenfasizza l-effetti sinerġetiċi qawwija tal-baġit tal-UE u b'hekk il-kontribut kontinwu tiegħu għat-tnaqqis fl-ispejjeż; jemmen li permezz ta' rieda politika qawwija biżżejjed min-naħa tal-Istati Membri jista' jsir saħansitra iktar tifdil;
5. Ifakkar li l-2013 hija l-aħħar sena tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali (QFP), li tagħmilha tal-akbar importanza li jintlaħaq bilanċ bejn l-impenji li ttieħdu s'issa u l-pagamenti li jirriżultaw minnhom u li għandhom bżonn isiru, il-kredibilità istituzzjonali tal-UE li hija kkonċernata kif ukoll il-konsegwenzi legali possibbli għall-Kummissjoni jekk ikun hemm rimborżi neqsin għal talbiet ta' pagamenti leġittimi;
6. Għalhekk jiddeplora d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li din is-sena terġa' tipproċedi bl-approċċ tas-soltu ta' tnaqqis orizzontali fl-Abbozz ta’ Baġit, li timmira li, b'kollox, tnaqqas b'mod artifiċjali l-livell tar-riżorsi tal-UE għall-2013 b'EUR 1 155 miljun (-0.8%) f'approprjazzjonijiet ta' impenn (AI) u b'EUR 5 228 miljun (-3.8%) f'approprjazzjonijiet ta' pagament (PA) meta mqabbel mal-Abbozz ta’ Baġit, li jwassal għalhekk għal żieda modesta ħafna meta mqabbel mal-baġit tal-2012 kemm f'impenji (+1.27% meta mqabbla mat-2% of the DB) kif ukoll f'pagamenti (+2.79% meta mqabbla mas-6.8% tal-Abbozz ta’ Baġit);
7. Jinsab sorpriż li, f'dan l-eżerċizzju, il-Kunsill ma qiesx l-aħħar previżjonijiet tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-programm, ibbażati fuq stimi tal-istess Stati Membri, li fuq naħa jenfasizzaw b'mod ċar oqsma ta' prestazzjoni żejda fejn fl-2012 diġà kien hemm bżonn ta' rinforzi u fuq in-naħa l-oħra jwissu dwar ir-riskju kbir ta' nuqqas ta' pagamenti, b'mod partikolari taħt l-Intestaturi 1a, 1b u 2; f'dan il-kuntest ifakkar fl-ittra tal-President Barroso, indirizzata lis-27 Stat Membru f'Lulju 2012, fejn esprima t-tħassib tiegħu dwar it-tnaqqis li sar fl-Abbozz ta’ Baġit permezz tal-qari tal-Kunsill, li b'riżultat ta' dan hemm riskju li ma jkunx hemm disponibbli biżżejjed fondi biex jippermettu lill-UE li tħallas id-djun tagħha;
8. Jenfasizza li l-proċeduri attwali għall-valutazzjoni tal-bżonnijiet reali ta' approprjazzjonijiet ta' ħlas bejn l-amministrazzjonijiet rilevanti fl-Istati Membri u s-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni jsiru mingħajr l-ebda trasparenza; jemmen bis-saħħa li dawn il-proċeduri għandhom impatt negattiv fuq il-kwalità tar-riżultat finali, fuq il-livell tal-informazzjoni li tilħaq mhux biss lill-gvernijiet innifishom iżda wkoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-Parlament Ewropew, u fuq in-negozjati bejn iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja;
9. Jinnota li t-tnaqqis tal-Kunsill huwa mifrux fuq l-intestaturi kollha, imma li l-Intestaturi 1a u 1b kienu affettwati b'mod partikolari fir-rigward ta' pagamenti (-EUR 1.9 biljun u -EUR 1.6 biljun rispettivament meta mqabbla mal-Abbozz ta’ Baġit), jiġifieri l-intestaturi fejn jinsabu l-maġġoranza tal-programmi u l-inizjattivi responsabbli għat-twettiq tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020; iwissi li tali approċċ iqiegħed il-kisba tal-impenji meħuda preċedentement f'riskju u b'konsegwenza it-twettiq tal-prijoritajiet tal-UE deċiżi b'mod konġunt;
10. Jenfasizza li dan it-tnaqqis imur għal kollox kontra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ġunju, li identifika l-baġit tal-UE bħala "katalist għat-tkabbir u impjiegi mal-Ewropa kollha" u ddeċieda li r-riżorsi, inklużi EUR 55 biljun li ġejjin mill-Fondi Strutturali, iridu jikkonċentraw fuq miżuri li jżidu t-tkabbir; iqis li tali deċiżjoni, meħuda fl-ogħla livell politiku tal-UE, għandha bżonn tissarraf f'livell suffiċjenti ta' pagamenti għall-2013 favur programmi u azzjonijiet li jkunu l-bażi ta' din il-prijorità;
11. Imur kontra l-argument tal-Kunsill li dan it-tnaqqis jikkorrispondi għal programmi sottoimplimentati jew bi prestazzjoni baxxa għax jaffettwa wkoll programmi li juru rati ta' implimentazzjoni eċċellenti (eż. il-Programm tat-Tagħlim tul il-Ħajja u l-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) taħt l-Intestatura 1a u l-objettiv tal-Kompetittività u l-Impjieg taħt l-Intestatura 1b), filwaqt li ma jmissx ma' oqsma li qed jesperjenzaw sottoimplimentazzjoni; jenfasizza li tali kriterji jinjoraw kompletament il-karattru pluriennali tal-politiki tal-UE, u b'mod partikolari tal-politika ta' koeżjoni, karatterizzati minn profil ta' pagamenti li dejjem jogħla lejn tmiem il-QFP;
12. Jinnota li t-tnaqqis sostanzjali fil-livell ta' pagamenti meta mqabbel ma' dak stabbilit mill-Kunsill loġikament jirriżulta f'żieda akbar fl-impenji pendenti fit-tmiem tas-sena permezz ta’ żieda fil-qabża bejn l-AI u l-AP b’EUR 4.1 biljun, speċjalment meta wieħed iqis li l-akbar ishma tal-impenji pendenti għandhom x’jaqsmu mal-politika ta' koeżjoni (65.6%) u mas-setturi tar-riċerka u l-iżvilupp (10.5%), li huma ż-żewġ oqsma li qed isofru mit-tnaqqis;
13. Fuq il-bażi tad-data ppreżentata mill-Kummissjoni fil-laqgħa interistituzzjonali dwar il-pagamenti tas-26 ta' Settembru 2012, jiddubita kemm iż-żieda ta' 6.8% fil-pagamenti proposta mill-Abbozz ta’ Baġit tista' tkun biżżejjed biex tkopri r-rimborżi tat-talbiet għal pagament mistennija mill-Istati Membri taħt l-intestaturi varji – u b'mod partikolari għall-Intestaturi 1a u 1b – fin-nuqqas ta' baġit emendatorju li jkopri l-bżonnijiet tal-pagamenti għall-2012; għalhekk se jirrifjuta kwalunkwe sforz biex jitnaqqas il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament meta mqabbel mal-proposta tal-Abbozz ta’ Baġit;
14. Minħabba l-esperjenza tas-snin riċenti, ma jqisx id-dikjarazzjoni ta' pagamenti proposta mill-Kunsill fil-qari tiegħu bħala garanzija biżżejjed li eventwalment se jsir disponibbli livell adegwat ta' pagamenti għall-intestaturi kollha; jieħu l-approċċ ġenerali, għalhekk, li jerġa' jġib kif kienu, fil-livell tal-Abbozz ta' Baġit, il-pagamenti mnaqqsa mill-Kunsill fl-intestaturi kollha u li jżid l-approprjazzjonijiet ta' pagament iktar minn dawk fl-Abbozz ta' Baġit fuq numru ta' linji magħżula karatterizzati minn livelli għolja ta' implimentazzjoni f'kull intestatura, b'mod partikolari l-Intestaturi 1a u 4, biex jiġu koperti l-ħtiġijiet reali tal-programmi korrispondenti, kif identifikati mill-Kummissjoni;
15. Jagħti l-mandat lid-delegazzjoni tiegħu biex il-konċiljazzjoni dwar il-Baġit 2013 ma taċċetta l-ebda livell ta' pagament, kemm għall-Baġit emendatorju 6/2012 kif ukoll għall-Baġit 2013, li ma jkoprix bis-sħiħ il-pagamenti meħtieġa għall-2012 u l-2013, bħal dawk stmati mill-Kummissjoni;
16. Jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li l-istimi li qed jibagħtu lill-Kummissjoni - u li fuqhom il-Kummissjoni qed tistabbilixxi l-proposti tagħha dwar il-pagamenti - jiġu verifikati u ċertifikati fil-livell politiku adegwat f'kull Stat Membru;
17. Jiddispjaċih li l-Kunsill, fir-rigward tal-impenji, tbiegħed b'mod sostanzjali (b'kollox b'EUR 2.15 biljun) miċ-ċifri tal-programmazzjoni finanzjarja, li rriżultaw minn deċiżjoni konġunta mal-Parlament fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni, kif ukoll li l-Kunsill injora kompletament il-prijoritajiet tal-Parlament, kif espressi fil-mandat tal-Parlament għat-trilogu; ifakkar li l-qari tal-Parlament minflok huwa bbażat fuq il-punti ta' riferiment li joħorġu mil-mandat, u huwa koerenti magħhom;
18. Jenfasizza li t-tweġiba għall-kriżi għandha tkun iktar Ewropa u mhux inqas Ewropa, sabiex jerġgħu jibdew l-investiment, jiżdied il-ħolqien tal-impjiegi u jgħin biex tinbena mill-ġdid il-fiduċja fl-ekonomija; diġà kien kritiku fir-rigward tal-iffriżar tal-approprjazzjonijiet ta' impenn fl-Abbozz ta' Baġit adottat mill-Kummissjoni kif enfasizzat fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-4 ta' Lulju 2012 imsemmija hawn fuq dwar il-mandat tat-trilogu, u għalhekk ma jistax jaċċetta d-deċiżjoni tal-Kunsill li jnaqqashom ulterjorment għal 1.27% meta mqabbla mal-baġit għall-2012; ifakkar li l-impenji jirriflettu l-prijoritajiet politiċi tal-UE u għandhom jiġu stabbiliti b'kunsiderazzjoni ta' prospettiva għaż-żmien twil meta d-diffikultajiet ekonomiċi jistgħu jkunu għaddew; għandu l-intenzjoni li jżid l-approprjazzjonijiet ta' impenn iktar minn dawk fl-Abbozz ta' Baġit fuq numru ta' linji baġitarji magħżula li huma direttament relatati mal-prestazzjoni tal-prijoritajiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 u f'konformità mal-prijoritajiet tradizzjonali tal-Parlament;
19. Jistabbilixxi, għalhekk, il-livell globali ta’ approprjazzjonijiet għall-2013 għal EUR 151 151.84 u EUR 137 898.15 miljun f’approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament rispettivament;
Intestatura 1a
20. Jiddispjaċih li, għalkemm din hija l-intestatura prinċipali għall-prestazzjoni tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, l-Intestatura 1a qed iġġarrab prattikament it-tnaqqis kollu tal-Kunsill fl-impenji (-2.9 % f'paragun mal-Abbozz ta' Baġit) fl-Intestatura 1 u hija l-iktar waħda milquta fir-rigward tat-tnaqqis fil-pagamenti (-EUR 1.9 biljun jew -14 % f'paragun mal-Abbozz ta' Baġit); jiddeċiedi li jneħħi t-tnaqqis kważi kollu mill-Kunsill u li jsaħħaħ iktar minn fl-Abbozz ta' Baġit l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament f'numru ta' linji magħżula li huma direttament marbuta mal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 u kkaratterizzati minn livelli għolja ta' implimentazzjoni u kapaċità qawwija ta' assorbiment;
21. Jiddispjaċih ħafna li, minflok żdiedu l-approprjazzjonaijiet għas-Seba' Programm Kwadru u lill-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, il-Kunsill iddeċieda li jnaqqas il-proposta tal-Kummissjoni dwar linji baġitarji korrispondenti, li jikkontradixxi b'mod ċar id-deċiżjoni riċenti tal-Kunsill Ewropew li jinħoloq "Patt għal Tkabbir u Impjiegi" li jappoġġja, fost affarijiet oħra, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni u l-impjiegi; jenfasizza l-prestazzjonijiet tajbin ħafna ta' dawn il-programmi, li dwarhom il-Kummissjoni rrapurtat implimentazzjoni aċċellerata fl-2012 f'paragun mas-sena preċedenti;
22. Iqis li l-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni hu wieħed mill-prestaturi prinċipali tal-Istrateġija Ewropea 2020 u huwa għodda essenzjali biex ikun iffaċilitat l-aċċess għall-finanzi, b'mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju li jkunu innovattivi; jiddeċiedi, għalhekk, li jżid l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament favur il-Programm għall-Intrapreditorjat u l-Innovazzjoni u l-Programm Enerġija Intelliġenti – Ewropa, żewġ programmi tal-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, kif ukoll, f'konformità mad-domandi li qed jiżdiedu min-naħa tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju li jiżdiedu kemm l-approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll dawk ta' pagament għall-istrumenti finanzjarji taħt dan il-programm;
23. Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni li l-ispejjeż addizzjonali għall-ITER jiġu koperti permezz ta' ffrankar mill-prestazzjoni li jirriżulta prinċipalment minn impriżi konġunti u mill-infiq amministrattiv tal-Seba' Programm Kwadru; ifakkar fil-valur miżjud tar-riċerka ffinanzjata mill-UE u fir-rwol kruċjali tagħha biex jintlaħqu l-miri ta' tkabbir, kompetittività u impjiegi minquxa fl-Istrateġija Ewropa 2020; jiddeċiedi għalhekk, f'konformità mad-Dikjarazzjoni Interistituzzjonali ta' Diċembru 2011, li jikkumpensa parzjalment għal dan it-tnaqqis billi jistabbilixxi impenji iktar minn dawk fl-Abbozz ta' Baġit fuq numru ta' linji operattivi magħżula tas-Seba' Programm Kwadru li fuqhom hija bbażata b'mod dirett l-Istrateġija Ewropa 2020 u li huma kkaratterizzati minn livelli eċċellenti ta' implimentazzjoni u kapaċità qawwija ta' assorbiment; jipproponi li dan il-kumpens parzjali 'l fuq mill-marġni disponibbli jiġi ffinanzjat permezz tal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għal ammont ta' EUR 50 miljun;
24. Jenfasizza l-valur miżjud sostanzjali tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja u l-Programm Erasmus Mundus, li, għal allokazzjoni finanzjarja modesta, jipprovdu profitti kbar f'termini ta' implimentazzjoni effettiva u xbiha pożittiva tal-Unjoni fir-rigward taċ-ċittadini tagħha; jiddeċiedi, f'konformità mal-pożizzjoni stabbilita fl-aħħar proċeduri baġitarji, li jżid l-approprjazzjonijiet kemm ta' impenn kif ukoll ta' pagament għal dawn il-programmi iktar minn dawk fl-Abbozz ta' Baġit, b'kunsiderazzjoni tal-kapaċità għolja tagħhom ta' assorbiment;
25. Jiddeplora l-qtugħ fil-pagamenti (-EUR 23 miljun meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit) min-naħa tal-Kunsill li jaffettwa l-appoġġ finanzjarju għal proġetti ta' interess komuni fin-Netwerk trans-Ewropew tat-trasport; jenfasizza li dan il-programm, permezz ta' investiment f'infrastrutturi Ewropej ta' valur miżjud, huwa essenzjali sabiex tiżdied il-kompetittività tal-UE kollha kemm hi u jikkontribwixxi direttament għat-tkabbir u l-impjieg; jenfasizza li l-programm għandu prestazzjoni tajba f'termini ta' implimentazzjoni, u li s-sena 2013 se tkun kruċjali peress li għandha ssir it-tħejjija għad-dħul fis-seħħ tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; jiddeċiedi għalhekk li jżomm il-livell ta' impenji u ta' pagamenti propost fl-AB;
26. Jagħżel li jerġa’ jġib kif kienu l-ħlasijiet tal-AB għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG); jenfasizza l-fatt li jekk jinġiebu kif kienu l-approprjazzjonijiet ta' pagament, dan jevita trasferimenti minn linji baġitarji oħra, u l-ammont approprjat jirrappreżenta l-ammont minimu kkunsmat mill-FEG fl-ewwel ftit xhur tas-sena;
Intestatura 1b
27. Jiddispjaċih bis-saħħa dwar it-tnaqqis sostanzjali fil-pagamenti (-EUR 1.6 biljun jew -3.3 % f'paragun mal-Abbozz ta' Baġit) li sar mill-Kunsill u li jolqot l-objettiv tal-Kompetittività Reġjonali u l-Impjiegi (-12.9 %), l-objettiv tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (-18.7 %) u l-Fond ta' Koeżjoni (-4.7 %); billi jiżdied b'mod sostanzjali l-livell ta' impenji pendenti, jinnota minflok li l-objettiv ta' konverġenza ma saritlu prattikament ebda bidla;
28. Ifakkar li l-livell għoli ta' pagamenti fl-Abbozz ta’ Baġit għal din l-intestatura (+8.1 %) ġej mill-impenji li ttieħdu fil-passat, li jeħtieġ li jiġu onorati fi tmiem il-perjodu ta' programmazzjoni f'konformità maċ-ċiklu ta' ħajja normali tal-Fondi Strutturali; jenfasizza li approċċ aktar realistiku mill-Kunsill fir-rigward tal-ħtiġijiet reali ta' pagamenti f'din l-intestatura fil-proċeduri baġitarji riċenti tal-UE kien jippermetti perċentwal ħafna iktar baxx ta' żieda fil-pagamenti;
29. Ifakkar fid-dubji espressi fil-mandat tiegħu għat-trilogu fir-rigward ta' jekk il-livell propost fl-Abbozz ta’ Baġit hux se jkun biżżejjed biex jingħata rimborż għat-totalità tat-talbiet mistennija għal pagament fin-nuqqas ta' baġit emendatorju din is-sena; jenfasizza li l-istess proposta tal-Kummissjoni hija bbażata fuq is-suppożizzjoni li l-ħtiġijiet kollha ta' pagamenti mis-snin preċedenti sal-2012 huma koperti;
30. Jirrifjuta t-tnaqqis introdott mill-Kunsill fl-Intestatura 1b, liema tnaqqis iwassal għal nuqqas ħafna iktar serju fil-pagamenti milli diġà huwa mistenni u jkun ta' tfixkil għar-rimborż ta' riżorsi minfuqa diġà lill-Istati Membri u reġjuni benefiċjarji, b'konsegwenzi serji speċjalment għal dawk l-Istati Membri li diġà jinsabu fi problemi soċjali, ekonomiċi u finanzjarji; jindika għal darba oħra li din l-intestatura hija responsabbli għal żewġ terzi tal-impenji pendenti attwali u li t-tnaqqis fil-livell ta' pagamenti għall-2013 iwassal ukoll għal żieda qawwija fl-impenji pendenti sal-aħħar tas-sena d-dieħla; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tippreżenta analiżi dwar is-sitwazzjoni tal-impenji pendenti u strateġija soda dwar kif għandu jitnaqqas il-livell tal-impenji pendenti; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament b'informazzjoni ta' kull xahar dwar is-sitwazzjoni b'rabta mar-rimborżi mitluba, skont l-Istat Membru u l-Fond;
31. Ma jikkunsidrax id-dikjarazzjoni tal-Kunsill li titlob lill-Kummissjoni tippreżenta abbozz ta' baġit emendatorju f'każ ta' pagamenti insuffiċjenti fl-Intestatura 1b bħala garanzija suffiċjenti li se jkun hemm disponibbli livell adegwat ta' pagamenti fl-2013, peress li impenji simili kienu diġà ttieħdu u ġew skartati mill-Kunsill fl-aħħar sentejn; jitlob lill-Presidenza tal-Kunsill tagħmel dikjarazzjoni pubblika u tispjega d-diskrepanza bejn l-istima tal-Kunsill b'rabta mal-pagamenti u l-bżonnijiet reali tal-Istati Membri, kif espressi fl-istimi tagħhom;
32. Jiddeċiedi, għalhekk, li jerġa' jġib kif kien l-Abbozz ta’ Baġit kemm fir-rigward tal-impenji kif ukoll tal-pagamenti fil-linji baġitarji kollha mnaqqsa mill-Kunisll f'din l-intestatura, u li jżid l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għal livell ogħla mill-Abbozz ta’ Baġit għall-assistenza teknika għall-Istrateġija tal-Baħar Baltiku;
33. Iħeġġeġ lill-Kunsill jaqbel dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju 6/2012 ippreżentat mill-Kummissjoni bl-għan li jingħata kumpens għan-nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament din is-sena u biex jiġi evitat l-imblukkar tal-eżekuzzjoni ta' proġetti operattivi fi tmiem il-perjodu ta' programmazzjoni; jagħti l-mandat lid-delegazzjoni tiegħu fil-qafas tan-negozjati mal-Kunsill, jekk il-Kunsill ma jkunx lest japprova l-ABE b'mod sħiħ, biex possibilment iżid l-approprjazzjonijiet ta' pagament bl-ammont irrifjutat mill-Kunsill, billi jqassmu pro rata fost il-linji operattivi kollha tal-Intestatura 1b;
Intestatura 2
34. Iqis li l-estimi tal-Kummissjoni rigward il-ħtiġijiet baġitarji huma aktar realistiċi miċ-ċifri previsti mill-Kunsill, partikolarment fid-dawl tal-pagamenti imminenti; għalhekk ireġġa' lura t-tnaqqis li għamel il-Kunsill f'din l-Intestatura għal livell ta' EUR 60 307,51 miljun, li huwa 0.6 % ogħla mill-baġit 2012;
35. Jirrimarka li l-ittra emendatorja tradizzjonali li tirrigwarda l-agrikoltura u li għandha tiġi ppreżentata f'Ottubru 2012 se taġġusta l-estimi attwali għal valutazzjoni aktar preċiża tal-bżonnijiet reali; jiġbed l-attenzjoni għal-livell finali tad-dħul assenjat li għandu jkun disponibbli fl-2013 (il-korrezzjoni tal-approvazzjoni tal-konformità, l-irregolaritajiet u l-imposta speċjali tal-ħalib) li fl-aħħar mill-aħħar se jistabbilixxi l-livell ta' approprjazzjonijiet ġodda li għandhom jiġu adottati fil-Baġit 2013; jistma li l-marġni attwali ta' EUR 981,5 miljun għandu jkun biżżejjed biex ikopri l-bżonnijiet f'din l-intestatura fin-nuqqas ta' ċirkostanzi mhux previsti;
36. Jiċħad iż-żieda fil-linja tan-nefqa hekk imsejħa negattiva (approvazzjoni tal-kontijiet) peress li din tidher li ġiet stabbilita f'livell artifiċjalment għoli meta mqabbla mal-approprjazzjonijiet fl-Intestatura 2, u jerġa' jġib kif kienet parzjalment il-proposta tal-Kummissjoni, ħaġa li tagħmel possibbli approċċ aktar realistiku;
37. Jikkonferma l-impenn tiegħu li jieħu azzjoni rigward il-prevenzjoni tal-kriżijiet fis-settur tal-frott u l-ħaxix u rigward ir-rispons għalihom, u għalhekk jappoġġa livell adegwat għall-gruppi ta' produtturi għal rikonoxximent preliminari; jargumenta favur żieda suffiċjenti tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-fond għall-kriżijiet fil-fondi operattivi għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi;
38. Jipprevedi appoġġ akbar għall-programm tal-ħalib għall-iskejjel u t-tkomplija tal-appoġġ għall-programm rigward il-frott għall-iskejjel;
39. Iżomm l-allokazzjoni baġitarja ddedikata lill-Programm għat-Tqassim ta' Ikel lill-Persuni l-Aktar Żvantaġġati fl-UE li jagħti sostenn lil 18-il miljun ruħ bi problemi ta' nutrizzjoni ħażina fl-Unjoni; jilqa' l-isforz li għamlet il-Kummissjoni biex issib soluzzjoni politika u legali biex tkompli bil-programm fl-2013; jittama li tinstab is-soluzzjoni li tippermetti t-tkomplija tal-programm matul il-perjodu tal-QFP li jmiss;
40. Jappoġġa t-tnaqqis drastiku ta' xi linji baġitarji għar-rifużjonijiet, f'xi każijiet saħansitra saż-żero, peress li dan l-istrument hu politikament kontroversjali u, għal xi prodotti, ma ntużax bl-istess livell bħal dak tas-sena baġitarja 2012; jinnota li xi linji għar-rifużjonijiet ġew identifikati bħala prijoritajiet negattivi; jiżen b'attenzjoni sa liema punt għandhom jitnaqqsu dawn il-linji, sabiex dan l-istrument ikun jista' jintuża jekk ikun meħtieġ taħt ir-regolament attwali dwar ir-rifużjonijiet;
41. Jipprevedi t-tkomplija tal-appoġġ f'livell proporzjonat għall-programm LIFE+, li jagħti prijorità biss lill-proġetti għal azzjoni ambjentali u klimatika, billi jappoġġa l-iżvilupp ta' ekonomija sostenibbli u b’użu aktar effiċjenti tar-riżorsi u l-protezzjoni, il-konservazzjoni u r-restawr ta' ekosistemi; ifakkar għal darba oħra li l-problemi ambjentali u s-soluzzjonijiet tagħhom ma jirrikonoxxux fruntieri nazzjonali, u għalhekk il-fatt li għandhom jiġu ttrattati fil-livell tal-UE huwa evidenti minnu nnifsu; jistieden f'dan ir-rigward lill-Istati Membri jtejbu b'mod sinfikanti l-implimentazzjoni tagħhom tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE;
42. Jisħaq fuq il-fatt li l-Politika Komuni tas-Sajd tibqa' prijorità politika kruċjali għall-UE u jżomm il-finanzjament tagħha fil-livelli proposti fl-Abbozz ta’ Baġit, fil-prospettiva tar-riforma imminenti tagħha; jemmen li l-finanzjament tal-politika marittima integrata ma għandux isir għad-detriment ta’ azzjonijiet jew programmi oħrajn tas-sajd taħt l-Intestatura 2; jikkunsidra li ġestjoni effikaċi tas-sajd hija ta' importanza kruċjali għall-preżervazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut u għall-prevenzjoni tas-sajd eċċessiv;
Intestatura 3a
43. Jinnota li t-tnaqqis globali fil-finanzjament propost mill-Kunsill meta mqabbel mal-Abbozz ta’ Baġit tal-2013 hu ta' -EUR 15-il miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' -EUR 51 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament; jinnota li dan it-tnaqqis jikkorrispondi għal -1.07 % meta mqabbel mal-Abbozz ta’ Baġit u għal -15.5 % meta mqabbel mal-programmazzjoni finanzjarja inizjali tal-Kummissjoni;
44. Jirrifjuta t-tnaqqis imwettaq mill-Kunsill fl-approprjazzjonijiet ta' pagament fl-oqsma li ġejjin: il-Fond Ewropew għar-Ritorn (-EUR 18-il miljun), il-Fond Ewropew għar-Rifuġjati (-EUR 1.8 miljun), il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi (-EUR 3.2 miljun) u d-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza (-EUR 1 miljun); jiddeċiedi għalhekk li l-livell tal-Abbozz ta’ Baġit fil-linji korrispondenti għandu jitreġġa' lura għal li kien;
45. Jirrifjuta d-deċiżjoni unilaterali tal-Kunsill li jbiddel il-bażi legali tal-proposta dwar "il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen" mill-proċedura leġiżlattiva ordinarja għall-Artikolu 70 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; jappoġġa d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti li timblokka l-kooperazzjoni mal-Kunsill rigward il-baġit tal-2013 f'dak li għandu x'jaqsam mal-aspetti tas-sigurtà interna; japprova għalhekk il-pożizzjoni li ħa l-Kumitat tiegħu għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern li xi linji baġitarja fit-Titolu 18 li għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà interna (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament) jitqiegħdu fir-riżerva sakemm jinkiseb eżitu sodisfaċenti rigward il-pakkett ta' governanza ta' Schengen; hu tal-opinjoni li din ir-riżerva m'għandhiex tiġi applikata għall-aġenziji li jaħdmu taħt l-Intestatura 3a sabiex ma tiġix ipperikolata ħidmithom;
46. Jenfasizza r-rwol importanti li żvolġa l-programm tal-prevenzjoni u l-ġlieda tal-forom kollha ta' vjolenza (DAPHNE) fl-eliminazzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa, iż-żgħażagħ u t-tfal fl-UE, speċjalment fil-kuntest attwali ta' kriżi; jinnota r-riżultati li jistgħu jitkejlu tal-programm DAPHNE, kif ukoll l-impatt tiegħu fuq il-bidla fil-politiki fi ħdan l-Istati Membri; iżid għalhekk l-approprjazzjonijiet ta' pagament tiegħu għal livell ogħla minn dak tal-AB;
Intestatura 3b
47. Jiddispjaċih li, minkejja t-tnaqqis diġà propost fl-Abbozz ta’ Baġit, il-Kunsill kompla jqaċċat l-approprjazzjonijiet taħt l-Intestatura 3b, kemm dawk ta' impenn u kemm dawk ta' pagament, b'madwar EUR 9.5 miljun; jieħu l-approċċ ġenerali li jħassar it-tnaqqis kollu tal-Kunsill biex jiżgura implimentazzjoni xierqa tal-programmi u l-azzjonijiet operattivi ta' din l-intestatura;
48. Itenni li t-trawwim ta' sens ta' ċittadinanza attiva, solidarjetà u tolleranza fost iż-żgħażagħ Ewropej hu essenzjali biex l-Ewropa tkun tista' tisfrutta t-talenti tal-ġenerazzjoni bl-aħjar edukazzjoni fl-istorja; jenfasizza l-bżonn li titħeġġeġ komunikazzjoni bejn il-kulturi u ċ-ċittadinanza tal-UE fil-ġenerazzjoni li jmiss; iddeċieda għalhekk li jżid il-finanzjament għall-programm 'Żgħażagħ fl-Azzjoni' meta mqabbel mal-Abbozz ta’ Baġit, speċjalment wara li kkunsidra l-implimentazzjoni għaqlija tal-programm għal ħafna snin issa;
49. Jikkunsidra li l-kampanja ta' informazzjoni dwar is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013 flimkien mal-attivitajiet ta' komunikazzjoni jirrikjedu l-approprjazzjonijiet adegwati biex iċ-ċittadini jiġu involuti sew fil-proġett Ewropew u biex jippromwovu d-djalogu dwar il-kwistjonijiet relatati mal-UE; jiddeplora l-fatt li l-baġit propost mill-Kummissjoni hu l-iżgħar li qatt ġie allokat għal Sena Ewropea u jiddeċiedi li jsaħħaħ l-approprjazzjonijiet għal-linja baġitarja korrispondenti;
50. Jappoġġa t-tkomplija tal-azzjoni preparatorja ta' suċċess "Sħubiji Ewropej rigward l-isport", meta jikkunsidra l-kompetenzi ġodda mogħtija lill-Unjoni mit-Trattat ta' Lisbona fil-qasam tal-isport, b'attenzjoni partikolari fuq l-isports ta' bażi u tal-massa, għall-promozzjoni tal-ġustizzja fil-kompetizzjonijiet sportivi permezz tal-ġlieda kontra t-tbagħbis tal-logħob u għall-protezzjoni tal-integrità fiżika u morali tal-isportivi rġiel u nisa;
Intestatura 4
51. Jenfasizza l-fatt li t-tnaqqis fil-pagamenti li għamel il-Kunsill għall-Intestatura 4 (-EUR 1 biljun jew -14.1 % meta mqabbel mal-Abbozz ta’ Baġit) jirrappreżenta madwar 20 % tat-tnaqqis globali fuq l-intestaturi kollha; jikkunsidra li tnaqqis massiv ta' dan it-tip ixekkel lill-Unjoni milli tirrispetta l-impenji li ħadet fix-xena dinjija; jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni kienet biss ftit aktar mil-livell tal-baġit tal-2012 u kienet diġà mnaqqsa sew meta mqabbla mal-programmazzjoni finanzjarja; jiddeċiedi li jreġġa' lura l-livell kemm tal-approprjazzjonijiet ta' impenn, kif ukoll ta' dawk ta' pagament fil-biċċa l-kbira tal-linji baġitarji għal-livelli proposti fl-Abbozz ta’ Baġit;
52. Jikkunsidra madankollu li jista' jiġi aċċettat xi tnaqqis f'xi linji baġitarji meta mqabbla mal-Abbozz ta’ Baġit, bħall-Assistenza Makrofinanzjarja, is-sħubija f'organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tad-dwana u t-taxxa u l-kooperazzjoni mal-Groenlandja;
53. Jipproponi żieda żgħira fil-livell tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għal livell ogħla mil-linji baġitarji fl-AB għall-oqsma tal-kooperazzjoni ġeografika għall-iżvilupp, kif ukoll għall-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali u l-Fond Globali għall-Ġlieda kontra l-AIDS, it-Tuberkolożi u l-Malarja; jenfasizza li dan għandu jipprevjeni lill-UE milli tibqa' tiżgarra fir-rigward tal-impenji qawwija tagħha dwar il-finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp;
54. Jindika li, bi qbil mad-dikjarazzjoni ffirmata mill-Kummissjoni u l-UNRWA dwar l-appoġġ tal-UE għall-UNRWA (2011-2013), il-kontribuzzjoni annwali tal-UE hija bbażata fuq l-allokazzjoni Palestinjana għall-2011 (EUR 300 miljun), u tnaqqis f’dak l-ammont ta’ referenza jkollu riperkussjonijiet indiretti fuq l-allokazzjoni għall-UNRWA; jemmen li aktar fondi għall-Palestina u l-UNRWA huma kruċjali biex jiġi żgurat li l-UNRWA tingħata r-riżorsi neċessarji li teħtieġ biex tipprovdi s-servizzi essenzjali li għalihom ingħatat il-mandat mill-Assemblea Ġenerali tan-NU u biex tissalvagwardja s-sikurezza u l-għajxien tar-rifuġjati fid-dawl tal-instabilità fir-reġjun;
55. Iqis ukoll li hemm bżonn jiżdiedu l-approprjazzjonijiet għall-appoġġ tal-iżvilupp ekonomiku tal-Komunità Turka-Ċiprijota sabiex tiġi żgurata t-tkomplija tal-appoġġ finanzjarju tal-UE għall-ħidma tal-Kumitat għall-Persuni li Għebu f'Ċipru u tal-Kumitat Tekniku dwar il-Patrimonju Kulturali;
56. Jintroduċi linji baġitarji separati għall-missjonijiet kollha tal-PESK u r-Rappreżentanti Speċjali kollha tal-UE fi nħawi ġeografiċi differenti, kif ġie propost fir-riforma tar-Regolament Finanzjarju, b'mod li tkun tista' tingħata ħarsa ġenerali aktar trasparenti u kompluta lejn il-missjonijiet imwettqa taħt din il-politika;
Intestatura 5
57. Jieħu nota tal-pożizzjoni tal-Kunsill, li naqqset il-proposta tal-Kummissjoni rigward l-Intestatura 5 - It-taqsimiet kollha b'EUR 146 miljun globalment, minkejja l-isforzi tal-istituzzjonijiet, kif rifless fl-istimi tagħhom u fl-Abbozz ta’ Baġit, biex ikun hemm konsolidament baġitarju tal-infiq amministrattiv, fi żmien ta' limitazzjonijiet ekonomiċi u baġitarji;
58. Jisħaq b'mod partikulari fuq il-fatt li l-biċċa l-kbira tal-istituzzjonijiet, inklużi l-Parlament u l-Kummissjoni, ikkonformaw ma' u saħansitra qabżu l-impenn tagħhom li jrażżnu l-baġits amministrattivi tagħhom għal żieda anqas mir-rata ta' inflazzjoni mistennija; jilqa' dawn l-isforzi u jistabbilixxi l-approprjazzjonijiet tal-Intestatura 5 f'livell globali ta' EUR 8 506.87miljun, li minnhom EUR 4 967.37 miljun huma għall-Kummissjoni;
59. Jinnota tajjeb li t-tnaqqis li għamel il-Kunsill jirriżulta mill-fatt li l-aġġustament salarjali ta' 1.7 % fl-2011 ma ġiex ibbaġitjat, miż-żieda tar-rata standard ta' tnaqqis għal bosta istituzzjonijiet u servizzi u minn tnaqqis speċifiku ieħor għal xi punti tal-infiq amministrattiv, imma jikkunsidra li t-tali tnaqqis m'għandux bażijiet tajbin u hu sempliċiment immirat lejn l-iffriżar artifiċjali tal-infiq amministrattiv f'termini nominali, minkejja l-obbligi statutorji u kuntrattwali u l-kompetenzi u l-kompiti ġodda tal-UE;
60. Jikkunsidra, b'mod partikulari, li ż-żidiet fir-rati standard ta' tnaqqis, intenzjonati biex jiżdied l-għadd ta' karigi mhux imħallsin fi ħdan l-istituzzjonijiet, jirriflettu approċċ konservattiv li se jolqot direttament il-possibilità li jittejbu r-rati ta' karigi okkupati fl-organigrammi li fl-istess waqt qed jiġu approvati mill-awtorità baġitarja; jenfasizza li approċċ ta' dan it-tip jagħmel saħansitra aktar ħsara f'kuntest ta' tiċkin tal-organigrammi, li mekkanikament itejjeb ir-rati tal-karigi okkupati, u li l-finanzjament ta' dawn il-karigi m'għandux jiġi kkunsidrat bħala element varjabbli ta' aġġustament biex jinkiseb iffriżar nominali tal-baġit amministrattiv jew kwalunkwe objettiv finanzjarju predefinit ieħor;
61. Jiddeċiedi, fir-rigward tal-istituzzjonijiet kollha ħlief il-Kunsill, kif ukoll tal-Iskejjel Ewropej, li, għas-sena baġitarja 2013, ireġġa' lura (jew fil-każ tal-Qorti tal-Ġustizzja, iżid) fir-riżerva l-ammonti li jikkorrispondu għall-aġġustament salarjali ta' 1.7 % fl-2011, sakemm toħroġ is-sentenza tal-Qorti; jenfasizza li dan hu bbaġitjar għaqli, minħabba l-probabilità ta' sentenza favur il-Kummissjoni, u jwissi lill-Kunsill li, f'dak il-każ, l-awtorità baġitarja se jkollha bżonn takkomoda l-effett retroattiv tat-tali sentenza anke għas-snin 2011 u 2012, inkluż l-imgħax tard;
62. Iħassar ukoll it-tnaqqis l-ieħor li l-Kunsill għamel rigward punti speċifiċi tal-infiq amministrattiv, speċifikament, fil-Kummissjoni, fir-rigward tat-tagħmir u s-servizzi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u ta' xi uffiċċji;
63. Jieħu nota li l-Kunsill aċċetta t-tnaqqis propost ta' 1 % tal-persunal fl-organigramma tal-Kummissjoni, speċifikament fl-oqsma tal-appoġġ amministrattiv, il-ġestjoni baġitarja u l-ġlieda kontra l-frodi;
64. Waqt li t-talbiet għal karigi mill-Kummissjoni u, parzjalment, minn istituzzjonijiet oħrajn jitreġġgħu lura jew jinżammu abbażi ta' approċċ li jqis kull każ għalih, jitlob li titwettaq valutazzjoni tal-impatt fil-fond tat-tnaqqis tal-persunal pjanat sal-2018, waqt li jitqiesu kompletament, inter alia, l-obbligi legali tal-Unjoni u l-kompetenzi ġodda u l-kompiti miżjuda tal-istituzzjonijiet li jirriżultaw mit-Trattati;
65. Għalkemm jilqa' l-informazzjoni mogħtija fl-Abbozz ta’ Baġit dwar dawk l-oqsma fejn il-persunal issaħħaħ, bħal dawk tal-governanza ekonomika Ewropea, is-suq uniku u s-sigurtà u l-ġustizzja, jinnota bi tħassib li ċertu tnaqqis fil-persunal li sar fil-Kummissjoni jolqot xi Direttorati Ġenerali oħrajn bħall-Imprenditorjat u l-Industrija, il-Kompetizzjoni, il-Mobilità u t-Trasport, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u l-Eurostat li madankollu jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għall-ksib tal-prijoritajiet tal-UE; jinsab ukoll imħasseb dwar l-impatt ħażin li t-tnaqqis fil-karigi fl-oqsma tal-appoġġ amministrattiv, il-ġestjoni baġitarja u l-ġlieda kontra l-frodi jista' jkollu fuq l-implimentazzjoni ta' malajr, regolari u effikaċi tal-azzjonijiet u l-programmi tal-UE, speċjalment fi żmien meta l-kompetenzi tal-UE qed ikomplu jiżdiedu u meta se jingħaqad Stat Membru ġdid mal-Unjoni;
66. Jitlob għaldaqstant lill-Kummissjoni tinkludi fir-rapport annwali tagħha ta' monitoraġġ tal-persunal valutazzjoni kkombinata, imqassma skont id-Direttorati Ġenerali u s-servizzi, li tkun tqis speċifikament id-daqs u l-kwantità ta' xogħol tagħhom, u skont it-tipi tal-karigi, kif ippreżentat f'dan ir-rapport ta' monitoraġġ (tfassil ta' politiki, ġestjoni ta' programmi, appoġġ amministrattiv, ġestjoni baġitarja u attivitajiet kontra l-frodi, servizzi lingwistiċi, eċċ.);
67. Jiddeplora t-tnaqqis li għamel il-Kunsill għal-linji għall-appoġġ amministrattiv u l-appoġġ għar-riċerka, inklużi l-aġenziji eżekuttivi, tnaqqis gloabli ta' 6.6 % f’approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament (-EUR 71.8 miljun) meta mqabbel mal-Abbozz ta’ Baġit, bl-akbar tnaqqis jaffettwa lill-Intestatura 1b (-23.7 %) u l-Intestatura 4 (-13.2 %). jenfasizza li dan ikun jirriżulta fi tnaqqis ta' 5.5 % meta mqabbel mal-approprjazzjonijiet simili tal-2012, minkejja l-iffrankar li diġà ġie propost fl-Abbozz ta’ Baġit, u għaldaqstant x'aktarx jaffettwa l-ħeffa u l-kwalità tal-implimentazzjoni baġitarja tal-programmi plurijennali li huma relati magħhom; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-fatt li, jekk il-linji amministrattivi ta’ programm partikolari jitnaqqsu mingħajr ma jiżdied l-infiq operattiv tiegħu, dan jirriżulta f'modifika tal-pakkett kodeċiż kollu għal dak il-programm; għalhekk jiddeċiedi li jreġġa' lura l-Abbozz ta’ Baġit għal dawk il-linji;
68. Jistabbilixxi wkoll għadd ta' riżervi dwar xi linji baġitarji bil-ħsieb li jikseb informazzjoni speċifika;
Aġenziji
69. Japprova, bħala regola ġenerali, l-istimi tal-Kummissjoni rigward il-ħtiġijiet tal-aġenziji fl-oqsma tal-baġit u tal-persunal, u jinnota li l-Kummissjoni diġà naqqset b'mod konsiderevoli t-talbiet inizjali tal-aġenziji u applikatilhom ukoll it-tnaqqis ta' 1 % tal-persunal fl-Abbozz ta’ Baġit;
70. Jikkunsidra, għaldaqstant, li kwalunkwe tnaqqis ulterjuri kif propost mill-Kunsill jipperikola l-funzjonament kif suppost tal-aġenziji u ma jippermettilhomx iwettqu l-kompiti assenjati lilhom mill-awtorità leġiżlattiva; jirrifjuta l-approċċ orizzontali tal-Kummissjoni fit-tnaqqis tal-approprjazzjonijiet għall-aġenziji, li l-ħtiġijiet tagħhom għandhom jiġu vvalutati każ b'każ; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex, għall-perjodu tal-QFP li jmiss, tidentifika l-oqsma possibbli ta' duplikazzjoni tax-xogħol jew valur miżjud imnaqqas fir-rigward tal-aġenziji, bil-ħsieb li l-funzjonament tagħhom isir aktar effiċjenti;
71. Jiddeċiedi li jżid l-approprjazzjonijiet tal-baġit 2013 għat-tliet aġenziji ta' superviżjoni finanzjarja; jemmen li dawk l-approprjazzjonijiet għandhom jirriflettu l-bżonn li jitwettqu l-kompiti rikjesti peress li qed jiġu adottati dejjem iktar regolamenti, deċiżjonijiet u direttivi biex tingħeleb il-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali li għandha rabta qawwija mal-istabbiltà tas-settur finanzjarju;
72. Ma jistax jaċċetta t-tnaqqis tal-Kunsill rigward l-aġenziji taħt l-Intestatura 3a, li jirrapreżenta tnaqqis ta' EUR 2.8 miljun kemm f'approprjazzjonijiet ta' impenn, kif ukoll f'approprjazzjonijiet ta' pagament, peress li l-aġenziji jirrappreżentaw 18 % tal-approprjazzjonijiet globali taħt l-Intestatura 3a u t-tnaqqis tal-Kunsill kieku jkollu impatt sproporzjonat fuq din l-intestatura; bi ħsiebu għalhekk ireġġa' lura l-livell propost fl-Abbozz ta’ Baġit, li jidher li ġie stabbilit b'mod ekwilibrat u bbilanċjat;
73. Huwa konxju li ċerti aġenziji (bħall-Europol, l-EASA, l-ACER) iridu jimplimentaw kompiti addizzjonali fl-2013 li jistgħu ma jkunux riflessi fil-baġit allokat jew fl-organigramma għall-2013; jitlob li, f'każ ta' bżonn, il-Kummissjoni tipproponi Baġit emendatorju f'waqtu għall-aġenzija rispettiva; jistenna li l-Kummissjoni tippreżenta wkoll dikjarazzjoni finanzjarja ġdida meta tiġi finalizzata proċedura leġiżlattiva mill-Parlament u mill-Kunsill li testendi l-mandat ta' aġenzija; huwa konxju li estensjoni bħal din tista' tirrkjedi riżorsi addizzjonali li jkunu jeħtieġu ftehim mill-awtorità baġitarja;
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji (PP-AP)
74. Wara li wettaq analiżi bir-reqqa tal-proġetti pilota u tal-azzjonijiet preparatorji mressqa – rigward ir-rata ta' suċċess ta' dawk attwalment għaddejjin u bl-esklużjoni ta' inizjattivi diġà koperti b'bażijiet legali eżistenti u filwaqt li titqies għalkollox il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-implimentabilità tal-proġetti – jiddeċiedi li jadotta pakkett ta' kompromess magħmul minn għadd limitat ta' PP-AP, anke fid-dawl tal-marġnijiet limitati disponibbli, b'mod partikolari taħt l-Intestaturi 1a u 3b;
Taqsimiet oħra
75. Jinsab imħasseb dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill ta' friża nominali fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE; jemmen li kull istituzzjoni għandha tiġi ttrattata fuq bażi individwali, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet u s-sitwazzjoni speċifika ta' kull istituzzjoni;
76. Jilqa' l-isforzi li l-istituzzjonijiet għamlu biex jidentifikaw oqsma addizzjonali fejn jistgħu jiffrankaw u biex jillimitaw il-baġits tagħhom; jenfasizza l-fatt li l-livell tal-baġits tagħhom għall-2013 se jinkludi l-ispejjeż tat-tkabbir bl-adeżjoni tal-Kroazja u l-aġġustament salarjali ta' 1.7 % għall-2013; jisħaq, madankollu, fuq il-fatt li l-ispejjeż tat-tkabbir bl-adeżjoni tal-Kroazja m'għandhomx jitqiesu bħala żieda fil-baġits tagħhom iżda bħala finanzjament ġustifikat tal-adeżjoni ta' Stat Membru ġdid mal-UE;
77. Jenfasizza li, b'konsegwenza tal-iffrankar addizzjonali li sar mill-istituzzjonijiet bejn ir-rebbiegħa u l-ħarifa tal-2012, attwalment l-approprjazzjonijiet huma f'livell baxx ħafna; jinsab imħasseb li m'hemm kważi ebda marġni għal spejjeż inevitabbli ġodda li jistgħu jinqalgħu fir-rigward tal-obbligi legali;
78. Jemmen li l-awtorità baġitarja għandha tiżgura livell ta' approprjazzjonijiet li jiggarantixxi il-funzjonament bla intoppi tal-istituzzjonijiet u r-rispett tal-obbligi legali, u li jipprovdi amministrazzjoni ta' livell għoli biex taqdi liċ-ċittadini tal-UE;
Taqsima I – Il-Parlament Ewropew
Qafas ġenerali
79. Ifakkar li insista, meta adotta l-estimi tiegħu għall-2013[7], fuq il-ħtieġa ta' kontroll baġitarju strett u li jiġi identifikat iffrankar addizzjonali matul din il-proċedura baġitarja;
80. Jilqa' l-ftehim milħuq fil-konċljazzjoni tas-26 ta' Settembru 2012 bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits; jirrimarka li l-livell ġenerali tal-baġit tiegħu għall-2013 huwa ta' EUR 1 750 463 939, u għalhekk jirrappreżenta tnaqqis nett ta' EUR 18.3 miljun meta mqabbel mal-abbozz ta' estimi preliminari ta' Frar 2012;
81. Jirrimarka li l-livell tal-baġit tiegħu għall-2013 huwa 1.9 % aktar mill-baġit għall-2012 inklużi l-kostijiet għall-adeżjoni tal-Kroazja; jenfasizza li, minħabba r-rata ta' inflazzjoni attwali ta' 1.9 %, hemm tnaqqis reali tal-baġit operattiv, minkejja l-kompetenzi, il-postijiet ta' xogħol u l-azzjonijiet, il-finanzjament tas-sħubija tal-Kroazja u l-kostijiet miżjuda reċentement għat-tħejjija għall-elezzjonijiet tal-2014;
82. Japprova l-aġġustamenti li ġejjin għall-estimi:
– it-tnaqqis tal-approprjazzjonijiet fir-riżerva ta' kontinġenza,
– l-internalizzazzjoni tas-servizz ta' sigurtà b'mod li ma jaffettwawx il-baġit,
– it-twettiq tal-internalizzazzjoni tal-ICT u, b'konsegwenza, il-ħolqien ta' 30 post tax-xogħol ġdid fl-organigramma b'mod li ma jaffettwax il-baġit (il-kostijiet jiġu kkumpensati bl-iffrankar li jsir),
– l-aġġustament tal-approprjazzjonijiet għall-Assoċjazzjoni Parlamentari Ewropea;
83. Inqaqqas ukoll l-approprjazzjonijiet għad-Dar tal-Istorja Ewropea b'EUR 5.3 miljun;
84. Barra minn hekk, filwaqt li jirrikonoxxi s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli madwar l-UE, meħuda biex l-allowances individwali tal-Membri ma jiġux aġġustati sa tmiem il-mandat u jfakkar li l-allowances għal missjonijiet tal-persunal ilhom iffriżati mill-2007, u jikkonferma mill-ġdid id-deċiżjoni fir-riżoluzzjoni dwar il-baġit tal-2012[8] li jitnaqqsu l-linji baġitarji kollha marbuta mal-ivvjaġġar;
85. Jilqa' l-informazzjoni u l-analiżijiet inklużi fir-rapport 2011 tal-Parlament dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjara u fir-rapporti dwar l-attivitajiet annwali tad-Direttorati Ġenerali, rigward linji baġitarji li kienu sottoimplimentati fl-2011, u jitlob li ssir analiżi oġġettiva addizzjonali ta' dan it-tip rigward il-baġit 2012 sabiex jiġi identifikat iktar malajr tifdil futur li, fejn ikun hemm bżonn, għandu jiġi bbilanċjat b'investiment u utli għall-funzjonament adegwat u mingħajr problemi tal-Parlament;;
Arranġamenti tax-xogħol tal-Parlament
86. Jemmen li, bħal kull parlament elett direttament, il-Parlament Ewropew għandu jkollu d-dritt li jiddeċiedi dwar is-sede tiegħu stess u l-arranġamenti dwar il-post tax-xogħol;
87. Jiddikjara għalhekk li s-sede tal-Parlament u l-postijiet tax-xogħol għall-Membri u l-uffiċjali għandhom jiġu deċiżi mill-Parlament innifsu;
88. Iħeġġeġ liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja (il-Kunsill u l-Parlament) biex jagħmlu tifdil finanzjarju u jippromwovu soluzzjoni iktar sostenibbli favur il-klima u l-ambjent billi jqajmu l-kwistjoni dwar sede unika u l-postijiet tax-xogħol tal-Parlament għall-Membri u l-uffiċjali fin-negozjati imminenti dwar il-QFP 2014-2020;
89. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jirrevedu l-kwistjoni tas-sede u l-postijiet tax-xogħol tal-Parlament fir-rieżami li jmiss tat-Trattat billi jemendaw il-Protokoll 6;
90. Sadattant, jitlob lill-Kunsill biex jibda jfassal pjan direzzjonali mal-Parlament biex nimxu lejn sede unika u użu iktar effiċjenti tal-postijiet tax-xogħol tal-Parlament, billi jitqiesu ċifri speċifiċi li juru fid-dettall l-ispiża ta' kull post tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-persunal, kif ukoll il-fatturi ekonomiċi, soċjetali u ambjentali, li għandhom jiġu ppreżentati f'rapport sat-30 ta' Ġunju 2013;
91. Jissuġġerixxi li l-ftehim bejn l-awtoritajiet Lussemburgiżi u l-Parlament dwar l-għadd ta' persunal li għandu jkun hemm fil-Lussemburgu għandu jiġi rivedut, billi titqies reviżjoni tal-bżonnijiet tal-Parlament;
Grupp ta' Ħidma Konġunt
92. Jilqa' l-istabbiliment ta' Grupp ta' Ħidma Konġunt dwar il-baġit tal-Parlament bejn il-Kumitat għall-Baġits u l-Bureau; b'mod partikolari, jappoġġa bil-qawwa l-ħidma tiegħu fuq it-tnedija ta' studju komparattiv tal-baġit tal-Parlament mal-baġits tal-Kungress tal-Istati Uniti u kampjun tal-Parlamenti tal-Istati Membri; ifakkar li huwa skedat li dan l-istudju jitlesta sa tmiem l-2012; jistenna li dan l-istudju joħloq iffrankar fit-tul fil-baġit tal-Parlament Ewropew u jippreżenta ideat għat-titjib tal-effiċjenza tiegħu fl-2013 u fis-snin ta' wara;
93. Iqis li l-Grupp ta' Ħidma Konġunt għandu jirrefletti l-bilanċ demokratiku fi ħdan il-Parlament; jemmen li l-grupp ta' ħidma għandu jqis, inter alia, alternattivi addizzjonali b'rabta mal-inijiet tax-xogħol tar-Reġistru Ewropew u miżuri biex jitħeġġeġ l-użu ta' mezzi tat-trasport irħas u iktar favur l-ambjent; barra minn hekk, jitlob lill-grupp ta' ħidma biex jirrapporta lill-Kumitat għall-Baġits u lill-Bureau biex isir tifdil strutturali u organizzattiv fuq medda ta' żmien medja u twila fil-baġit tal-Parlament;
94. Jilqa' l-proposta tal-Grupp ta' Ħidma Konġunt li r-Reġistru tal-Membri jingħalaq nhar ta' Ġimgħa fil-ġimgħat għall-kostitwenza (turquoise);
95. Jistieden lill-Bureau jimplimenta bla dewmien il-proposti għall-iffrankar miftiehma mill-Grupp ta' Ħidma Konġunt;
Ivvjaġġar
96. Jilqa' l-isforzi li saru favur iffrankar addizzjonali fuq l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-Membri u tal-persunal; jinnota l-iffrankar li sar fuq spejjeż għal missjonijiet imġarrba mill-persunal; jinnota li l-linja baġitarja relatata naqset fl-2012 u li dan l-iffrankar kien possibbli bis-saħħa ta' ġestjoni aħjar, tal-użu tal-vidjokonferenzi u tat-tnaqqis fl-għadd ta' missjonijiet;
97. Jistieden lill-amministrazzjoni tevalwa żviluppi fis-suq tal-ivvjaġġar "low-cost", tibqa' aġġornata ma' żviluppi ġodda fis-suq u tisfrutta kwalunkwe possibbiltà ta' ffrankar; barra minn hekk, jistieden lill-amministrazzjoni tippermetti u tħeġġeġ l-użu ta' biljetti tal-ajru "low-cost" u x-xiri ta' biljetti "flexible economy"; jemmen li għandhom jiġu eżaminati miżuri addizzjonali biex jitnaqqas l-għadd ta' biljetti "business class" mixtrija mill-Membri;
IT/ivvjaġġar
98. Jinnota li huwa stmat li l-iffrankar li sar fuq l-ispejjeż tal-ivvjaġġar fl-2011 bis-saħħa tal-użu li żdied (+56.6 %) tal-vidjokonferenzi huwa ta' EUR 1.4 miljuni; jemmen li jista' jiġi ffrankat iżjed mill-kostijiet tal-missjonijiet billi l-missjonijiet jiġu sostitwiti progressivament bil-vidjokonferenzi, u dan jillimita wkoll l-marka tal-karbonju tal-Parlament; għalhekk, jitlob li r-riżultati ta' analiżi mwettqa mill-amministrazzjoni tal-Parlament dwar il-ħtieġa għal aktar tagħmir għall-vidjokonferenzi jkunu disponibbli sa mhux aktar tard minn Frar 2013;
Bini
99. Jemmen fi proċess trasparenti ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-qasam tal-politika tal-bini u jitlob li tali proċess jiġi implimentat permezz ta' koooperazzjoni miftuħa u mill-qrib mal-Kumitat għall-Baġits;
100. Jitlob informazzjoni f'waqtha rigward ir-riżultati tas-Segretarju Ġenerali dwar ix-xogħlijiet ta' ristrutturar u ta' rilokazzjoni tal-uffiċċji fis-snin li ġejjin, kif ukoll dwar l-iskeda relatata magħhom; jissottolinja l-importanza ta' ppjanar xieraq u li l-approprjazzjonijiet jiddaħħlu fil-baġit fl-istadju xieraq;
Traduzzjoni
101. Itenni li t-tifdil b'rabta mat-traduzzjoni m'għandux jipperikola l-multilingwiżmu; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kwalità tat-traduzzjonijiet u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-servizzi kkonċernati għandhom jiġu salvagwardjati;
Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja
102. Jinnota li, minkejja bidliet strutturali kbar u l-ammont ta' xogħol dejjem jiżdied, il-Qorti llimitat iż-żieda tal-baġit operattiv tagħha għal 1.56 % (minbarra l-1.49 % minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja);
103. Għalhekk, jerġa' jdaħħal l-approprjazzjonijiet għat-traduzzjoni sabiex ikun evitat dewmien fil-proċeduri u għar-riżorsi tal-IT skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-awdituri;
104. Jerġa' jdaħħal parzjalment ir-remunerazzjonijiet u jiffissa r-rata standard ta' tnaqqis għal 4.5 % sabiex il-Qorti tkun tista' twettaq il-funzjonijiet tagħha korrettament; barra minn hekk, jerġa' jdaħħal parzjalment l-approprjazzjonijiet għall-manutenzjoni u l-enerġija;
105. Jappoġġa r-reviżjoni li qed issir tal-Istatut tal-Qorti u jimpenja ruħu li jipproċessa kwalunkwe baġit emendatorju marbut ma' din il-kwistjoni bla dewmien;
Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri
106. Jinnota li l-Qorti tnaqqas l-organigramma tagħha b'9 postijiet ta' xogħol fl-2013; għalhekk, jerġa' jdaħħal ir-rata ta' tnaqqis standard ta' 1.8 % biex jillimita r-riskju fuq l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Qorti u t-tlestija tar-Rapporti tal-Awditjar ippjanati; jerġa' jdaħħal ukoll l-approprjazzjonijiet għar-reklutaġġ marbuta mal-adeżjoni tal-Kroazja skont il-livell tal-Abbozz ta’ Baġit;
Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
107. Jerġa' jdaħħal parzjalment ir-remunerazzjonijiet u l-allowances, biex tkun applikata rata standard ta' tnaqqis ta' 5.5 %, li jkun jibqa' jfisser tnaqqis tar-rata attwali tal-postijiet ta' xogħol meħuda; iħassar parzjalment tnaqqis arbitrarju ieħor li sar mill-Kunsill, bħan-nefqa marbuta mal-Ġurnal Uffiċali u n-nefqa operattiva bħall-interpretazzjoni, li diġà tnaqqsu fl-2012 għal-livell ta' implimentazzjoni tagħhom tal-2009;
108. Jerġa' jdaħħal bis-sħiħ l-approprjazzjonijiet għal pagamenti ta' kera annwali li huma marbuta ma' obbligi legali skont kuntratti eżistenti u soġġetti għal indiċizzazzjoni annwali skont l-inflazzjoni Belġjana;
Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni
109. Jerġa' jdaħħal parzjalment l-approprjazzjonijiet għall-Kumitat tar-Reġjuni biex jissodisfa l-obbligi statutorji u legali tiegħu fil-qasam tal-pagamenti ta' kera annwali u tas-salarji tal-persunal; jinnota li t-tnaqqis drastiku mill-Kunsill tar-remunerazzjonijiet u l-allowances ifisser l-applikazzjoni ta' darbtejn t-tnaqqis ta' 1 % tal-persunal (diġà inkluż fl-Abbozz ta’ Baġit) għal din l-istituzzjoni;
Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew
110. Jinnota ż-żieda ta' 3.49 % tal-baġit tal-Ombudsman Ewropew; jinnota li parti minn din iż-żieda hija marbuta ma' kostijiet ta' kiri inevitabbli; jerġa' jdaħħal l-approporjazzjonijiet għar-remunerazzjoni u l-allowances li huma meħtieġa minħabba li mtlew postijiet ta' xogħol li qabel kienu battala;
Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
111. Jerġa' jġib kif kien bis-sħiħ il-baġit tal-KEPD; jinnota li din iż-żieda hija konformi mar-rata ta' inflazzjoni mbassra; b'mod partikolari, jerġa' jdaħħal żewġ postijiet ta' xogħol u l-approprjazzjonijiet korrispondenti li huma previsti biex ikunu jistgħu jitwettqu attivitajiet ewlenin tal-istituzzjoni;
Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
112. Jinnota li s-SEAE huwa istituzzjoni relattivament ġdida f'fażi ta' tkabbir u li n-netwerk tiegħu għad irid jissaħħaħ sabiex jiġu ssodisfati l-prijoritajiet politiċi tal-UE u li, b'141 delegazzjoni, is-SEAE huwa unikament – fost l-istituzzjonijiet tal-UE – espost għall-inflazzjoni f'pajjiżi terzi u għal ċaqliq fir-rati tal-kambju;
113. Jilqa' l-fatt li, għall-2013, is-SEAE ffriża approprjazzjonijiet f'termini nominali f'għadd ta' linji baġitarji u għamel tnaqqis immirat f'linji oħra, iffrankar li jista' jammonta għal 1.3 % tal-baġit tiegħu għall-2012;
114. Jinnota li s-SEAE qed juri moderazzjoni billi ma joħloq ebda post ta' xogħol ġdid fl-organigramma tiegħu għall-2013;
115. Jenfasizza li ż-żidiet proposti fil-baġit tas-SEAE huma meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-kostijiet statutorji tal-persunal u obbligi legali oħra, kif ukoll biex ikun hemm reazzjoni għall-aspettattivi politiċi biex is-SEAE jkun preżenti f'pajjiżi prijoritarji;
116. Għalhekk, jirrifjuta d-deċiżjoni tal-Kunsill li jiffriża l-baġit tas-SEAE f'termini nominali fil-livell tal-2012, u jipproponi żieda xierqa fid-dawl tal-kuntest finanzjarju ġenerali tiegħu;
117. Jikkanċella t-tnaqqis li sar mill-Kunsill li jkun ifisser tnaqqis fl-għadd ta' uffiċjali u jmur kontra l-isforzi li saru mill-ħolqien tas-SEAE biex jiġi rreklutat u riallokat persunal biex jiġu ssodisfati ħtiġijiet operattivi akbar;
118. Jerġa' jdaħħal l-approprjazzjonijiet meħtieġa għall-konformità mal-kuntratti tal-kiri fis-seħħ u mal-arranġamenti fil-livell tas-servizzi mal-Kummissjoni u l-Kunsill, u għas-sostituzzjoni u l-integrazzjoni gradwali ta' sistemi tal-IT antikwati u mrikkba li ntirtu;
0
0 0
119. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet u lill-entitajiet l-oħra kkonċernati kif ukoll lill-Parlamenti nazzjonali.
- [1] ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.
- [2] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
- [3] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
- [4] Testi adottati, P7_TA(2012)0077.
- [5] Testi Adottati, P7_TA(2012)0109.
- [6] Testi Adottati, P7_TA(2012)0289.
- [7] Testi adottati, 29 ta' Marzu 2012, P7_TA(2012)0109.
- [8] Testi adottati, P7_TA(2011)0461.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (12.9.2012)
għall-Kumitat għall-Baġits
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013
(12749/2012 – C7‑0233/2012 – 2012/2092(BUD))
Rapporteur għal opinjoni: Anneli Jäätteenmäki
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Ifakkar li, jekk minn naħa l-baġit tal-UE ma jistax ikun eżenti mid-dixxiplina baġitarja li tirrigwarda l-baġits nazzjonali kollha, dan ma jistax jieħu l-forma ta' tnaqqis fl-oqsma kollha kif ġie deċiż mill-Kunsill; huwa tal-fehma li l-isforzi intiżi biex jirrazzjonalizzaw il-baġit iddedikat għar-relazzjonijiet esterni għandhom l-ewwel nett jieħdu l-forma ta' tiftixa għal sinerġiji u għal titjib tal-proċeduri ta' ġestjoni biex tiżdied l-effiċjenza; jisħaq fuq il-fatt li l-interessi vitali tal-politika barranija tal-UE ma għandhomx ikunu kompromessi;
2. Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea bħala parteċipant globali għandha r-responsabilità li tippromwovi l-paċi u l-istabbiltà, l-iżvilupp ekonomiku u r-rispett tal-valuri fundamentali u tad-drittijiet tal-bniedem f'kull parti tad-dinja;
3. Ifakkar fil-valutazzjoni kritika[1] tal-Abbozz ta' Baġit propost mill-Kummissjoni li diġà jonqos milli jwettaq il-prijoritajiet politiċi kollha tal-Unjoni fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni; huwa għalhekk determinat li jiddota l-baġit tal-UE bil-mezzi meħtieġa biex iwettaq il-prijoritajiet politiċi tiegħu, inkluż permezz tal-użu tal-mezzi kollha disponibbli fil-FII tas-17 ta' Mejju 2006, b'mod partikolari l-punti 21 sa 23, u l-punt 27;
4. Jiddispjaċih, f'dan ir-rigward, il-pożizzjoni tal-Kunsill intiża li tnaqqas b'EUR 171.7 miljun l-impenji u b'EUR 1 034.3 miljun il-pagamenti fil-qafas tal-intestatura 4;
5. Itenni li l-viċinati tal-Lvant u tan-Nofsinhar u, partikolarment, l-iżviluppi fil-Mediterran tan-Nofsinhar wara r-Rebbiegħa Għarbija jibqgħu prijorità, u li l-Abozz ta' Baġit jirrappreżenta bażi adegwata għall-Istrument ta' Viċinat u Sħubija, imsejjes fuq il-prinċipju "aktar għal aktar" u biex jiġi garantit rwol effiċjenti u ambizzjuż min-naħa tal-UE; jikkunsidra bħala importanti li l-UE sostni u tiggarantixxi l-proġetti finanzjati permezz tal-programmi tal-mikrokreditu mwettqa mill-BEI jew mill-BERŻ minħabba l-impatt pożittiv li dawn il-proġetti għandhom fuq l-iżvilupp sostenibbli u lokali f'dawn il-pajjiżi.
6. Jirrimarka li t-tnaqqis kemm fl-approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll f'dawk ta' pagament proposti mill-Kunsill għall-infiq amminisitrattiv marbut mal-programmi pluriennali kollha (l-Istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija, l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Istrument għall-Istabbiltà u l-Istrument għall-Pajjiżi Industrijalizzati) jistgħu jipperikolaw l-implimentazzjoni tajba ta' dawn il-programmi;
7. Jenfasizza li t-tfittxija għall-paċi u għall-istabbiltà politika fil-Lvant Nofsani tiżvolġi rwol fundamentali fil-politika barranija tal-UE; itenni, għalhekk, l-appell tiegħu għal programmazzjoni f'terminu twil u finanzjament suffiċjenti tal-assistenza lill-UNRWA, lill-Palestina u lill-proċess ta' paċi; jenfasizza li, grazzi għall-impenn qawwi tal-Parlament, il-kontribuzzjoni annwali tal-Unjoni f'dawn l-aħħar snin tammonta, bħala minimu, għal EUR 300 miljun, u jfakkar li l-awtorità tal-baġit, matul il-konċiljazzjoni baġitarja, qablet dwar allokazzjoni ta' EUR 200 miljun għas-sena 2012, subordinat għal żieda supplementari sine qua non ta' EUR 100 miljun għas-sena finanzjarja 2011 li joħorġu minn approprjazzjonijiet mhux użati; jirrifjuta l-prinċipju ta' talbiet għal aktar finanzjamenti ad hoc, li ma jħallux il-prevedibilità u l-ippjanar u jitlob, f'dan ir-rigward, impenn ta' finanzjament li jirrifletti l-bżonnijiet reali mill-bidu tas-sena baġitarja sabiex jiġi assigurat li l-Unjoni tkun tista' tagħti l-appoġġ tagħha b'mod effikaċi għall-bini sostenibbli tal-paċi;
8. Huwa konvint li l-assistenza tal-UE għandha twassal għal żvilupp awtonomu ġġenerat mill-assistenza stess u jemmen li għandha tkun rikonoxxuta ċerta prijorità lill-proġetti li d-disinn u l-prospetti tagħhom jippromwovu t-tkabbir ekonomiku sostenibbli tal-pajjiżi benefiċjarji; jenfasizza l-importanza tal-involviment tas-soċjetà ċivili fil-fażijiet kollha tal-proċess tat-twassil tal-assistenza tal-Unjoni, bil-għan li jiġu inkoraġġuti l-involviment u l-parteċipazzjoni lokali;
9. Jiddeċiedi, wara analiżi bir-reqqa tal-valur miżjud tagħhom, li jniedi 2 proġetti pilota dwar "Ġemellaġġu bejn l-atturi demokratiċi tal-UE u l-kontropartijiet emerġenti tagħhom fil-Bjelorussja" u dwar "L-istat tad-dritt f'azzjoni", u azzjoni preparatorja dwar "Tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' medjazzjoni tal-paċi";
10. Itenni t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' skrutinju parlamentari fuq il-PESK, u partikolarment il-baġit tagħha; iqis, inkwantu fergħa tal-awtorità baġitarja, li hija neċessarja li ssir analiżi li tqassam b'mod aktar ċar u dettaljat il-missjonijiet u l-operazzjonijiet imwettqa abbażi tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill; jadotta b'riżultat ta' dan nomenklatura baġitarja aktar dettaljata, fiduċjuż bil-fatt li din il-miżura mhijiex sejra tikser il-flessibilità u l-kapaċità ta' reazzjoni meħtieġa għall-PESK;
11. Jilqa' pożittivament l-iffrankar li rnexxielu jagħmel is-SEAE fl-2012 u t-tkomplija ta' tali tendenza fl-2013, u jieħu nota tan-neċessità ta' perjodu ta' introduzzjoni gradwali; iqis li, minkejja l-infiq strutturali għoli (fil-maġġoranza kbira minħabba l-pagi), is-Servizz għandu jżid l-isforzi tiegħu għal ġestjoni effiċjenti tal-baġit tiegħu; jirrifjuta d-deċiżjoni tal-Kunsill li tiffriża l-baġit tas-SEAE fil-livell tal-2012 (mingħajr lanqas ma titqies l-inflazzjoni), u jipproponi żieda adegwata;
12. Jinkoraġġixxi lill-Unjoni tikkoopera f'livell baġitarju mal-korpi li jiġġieldu għall-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa fl-isfera internazzjonali, speċjalment ma' UN‑Women, l-Entità tan-Nazzjonijiet Uniti għall-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa; jirrifjuta, f'dan ir-rigward, it-tnaqqis tal-approprjazzjonijiet għall-ugwaljanza bejn is-sessi;
13. Jiddispjaċih, b'mod partikolari, għat-tnaqqis kontinwu tal-approprjazzjonijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp; jistaqsi kif dan hu kompatibbli mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni f'termini ta' allokazzjoni, sal-2015, ta' 0.7 % tal-PNG għall-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju; jiddispjaċih mill-fatt li l-livell totali tal-impenji fl-ambitu tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) kif propost fl-AB 2013 jirrappreżenta żieda ta' inqas mir-rata stmata tal-inflazzjoni, u li t-total tal-livell tal-pagamenti propost tad-DCI huwa inqas minn dak tal-2012; jistieden lill-Kunsill jassigura approċċ iktar koerenti, realistiku u ppjanat aħjar għall-finanzjament tad-DCI;
14. Ifakkar li l-Istrument għall-Istabbiltà (IfS) jforni fondi f'sitwazzjonijiet ta' kriżi jew kriżijiet emerġenti, meta ma tistax tingħata għajnuna finanzjarja fil-ħin minn sorsi oħra tal-Unjoni; jikkunsidra li t-tnaqqis propost tal-baġit tal-IfS għall-2013 huwa sproporzjonat u inkonsistenti mal-prijoritajiet politiċi u jinjora l-klima politika fraġli f'ħafna reġjuni tal-viċinat u lil hinn.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
6.9.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
42 6 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Frieda Brepoels, Elmar Brok, Mário David, Andrzej Grzyb, Anna Ibrisagic, Liisa Jaakonsaari, Anneli Jäätteenmäki, Ioannis Kasoulides, Nicole Kiil-Nielsen, Evgeni Kirilov, Maria Eleni Koppa, Andrey Kovatchev, Paweł Robert Kowal, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Eduard Kukan, Vytautas Landsbergis, Krzysztof Lisek, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, María Muñiz De Urquiza, Raimon Obiols, Ria Oomen-Ruijten, Pier Antonio Panzeri, Hans-Gert Pöttering, Cristian Dan Preda, Nikolaos Salavrakos, György Schöpflin, Werner Schulz, Adrian Severin, Marek Siwiec, Charles Tannock, Geoffrey Van Orden, Sir Graham Watson, Boris Zala, Karim Zéribi |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Laima Liucija Andrikienė, Charalampos Angourakis, Andrew Duff, Tanja Fajon, Hélène Flautre, Emilio Menéndez del Valle, Jean Roatta, Carmen Romero López, Helmut Scholz, Indrek Tarand, Ivo Vajgl |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Danuta Jazłowiecka, Georgios Papanikolaou, Sophocles Sophocleous |
||||
- [1] Test adottat, P7_TA-PROV(2012)0289 - 4.7.2012 - dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta' Baġit 2013 (2012/2016(BUD))
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (19.9.2012)
għall-Kumitat għall-Baġits
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013
(12749/2012 – C7‑0233/2012 – 2012/2092(BUD))
Rapporteur għal opinjoni: Gay Mitchell
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jissottolinja li l-isforzi ta’ żvilupp madwar id-dinja fl-2013 se jkunu ta’ importanza kritika biex jiddeterminaw jekk l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju (MDGs) għadhomx jistgħu jintlaħqu fl-2015; ifakkar lill-Kunsill dwar ir-responsabbiltà tal-UE lejn sħabha li qed jiżviluppaw u l-impenji ċari li d-donaturi tal-UE, sew individwalment kif ukoll kollettivament, għamlu f’termini tal-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-ġlieda kontra l-faqar fid-dinja li qed tiżviluppa; jistieden għaldaqstant lill-Istati Membri, megħjuna mill-Kummissjoni, biex jistabbilixxu skeda ta' żmien definita għall-ilħiq tal-objettiv ta' 0.7 % tal-PDG li għandu jiġi allokat għall-għajnuna għall-iżvilupp;
2. Jopponi bil-qawwa t-tnaqqis propost mill-Kunsill ta’ aktar minn EUR 50 miljun fil-livell tal-impenji u ta’ aktar minn EUR 150 miljun f’dak tal-pagamenti fl-Istrument ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI); jidhirlu li huwa kruċjali għall-kredibbiltà tal-UE bħala sieħba sinifikanti u affidabbli fl-iżvilupp li tipprovdi livelli adegwati ta’ finanzjament ta’ żvilupp, li lill-UE jippermettulha tissodisfa l-impenji li ħadet fil-qafas ta’ programmazzjoni pluriennali reċiprokament maqbula u kontinwata;
3. Jenfasizza li jeħtieġ li r-riżorsi limitati ta’ għajnuna tal-UE jintużaw bl-akbar effikaċja possibbli; jissottolinja li l-UE llum titqies bħala minn ta’ quddiem fid-dinja f’dik li hi l-effikaċja u t-trasparenza tal-għajnuna, b’riżultati li jitkejlu u sostanzjali f’termini ta’ titjib tanġibbli f’ħajjet miljuni ta’ nies fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
4. Iqis li huwa essenzjali li l-flessibilità baġitarja tikber sabiex l-Unjoni tkun tista' tirreaġixxi b'effikaċja għall-isfidi globali l-ġodda; marġnijiet usa’ ta’ flessibbiltà huma tabilħaqq kruċjali għal allokazzjoni aħjar tar-riżorsi għall-kooperazzjoni u l-iżvilupp;
5. Huwa partikolarment imħasseb dwar it-tnaqqis fl-oqsma tas-sigurtà tal-ikel, is-saħħa u l-edukazzjoni, li huma setturi ta’ importanza ewlenija għall-ilħiq tal-MDGs; ifakkar, barra minn hekk, li l-interventi strutturali fl-agrikoltura, is-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni, kif ukoll miżuri konkreti li għandhom l-għan li jeqirdu l-fenomenu tal-ħtif tal-artijiet, huma essenzjali biex jippromwovu tkabbir inklussiv u sostenibbli u jipprevjenu r-rikorrenza, sena wara l-oħra, tal-kriżijiet tal-ikel f’reġjuni vulnerabbli bħas-Saħel u l-Qarn tal-Afrika;
6. Itenni l-bżonn li jiġu stabbiliti regoli fil-livell tal-Unjoni u f’dak internazzjonali fir-rigward tal-istituzzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, bil-għan li jnaqqsu l-volatilità tas-swieq u tal-prezzijiet, speċjalment dwak marbutin mal-komoditajiet tal-ikel, kif ukoll il-bżonn li jiddaħħlu mekkaniżmi fiskali għall-profitti miksuba minn spekulazzjoni finanzjarja fuq żmien qasir u li jissaħħu l-isforzi kurrenti għall-abolizzjoni tas-sistema ta' rifuġji finanzjarji u fiskali;
7. Itenni l-konvinzjoni qawwija tiegħu li jeħtieġ li l-finanzjament tal-klima jkun ġdid u addizzjonali għall-kooperazzjoni programmata fl-iżvilupp taħt id-DCI l-ġdid; iwissi li l-Kunsill, billi jnaqqas il-finanzjament għall-ambjent u għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, jista' jipperikola l-kontribuzzjonijiet tal-UE għal għadd kbir ta' inizjattivi maġġuri fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u favur il-promozzjoni ta’ aċċess universali għall-enerġija, b’mod partikolari l-Inizjattiva dwar Enerġija Sostenibbli għal Kulħadd immexxija min-NU u l-Alleanza Globali dwar it-Tibdil fil-Klima tal-UE nfisha;
8. Iwissi li t-tnaqqis propost għall-finanzjament ta’ atturi mhux statali u ta’ awtoritajiet lokali f’pajjiżi li qed jiżviluppaw jibgħat messaġġ negattiv qawwi fi żmien meta, bil-maqlub, l-UE għandha terġa' tafferma l-appoġġ tagħha għal dawn l-atturi, li l-kontribut tagħhom huwa essenzjali biex l-MDGs jintlaħqu sal-2015 f'livell lokali;
9. Jifhem il-ħtieġa li l-UE turi l-appoġġ tagħha għall-popli u għat-tranżizzjoni demokratika fil-Viċinat tan-Nofsinhar tagħha; jenfasizza, madankollu, li dan l-appoġġ m’għandux ikun bi spejjeż tal-impenji pluriennali tal-Unjoni favur pajjiżi li qed jiżviluppaw li jibbenefikaw minn finanzjament taħt id-DCI; jissottolinja. b’mod partikolari, li t-tnaqqis propost tal-Kunsill fil-kooperazzjoni mal-Palestina, l-Afganistan, l-Iraq, l-Iran u l-Jemen jidher maqtugħ mir-realtà politika u ma jirrikonoxxix ir-rwol kruċjali tal-UE fl-istabilizzazzjoni u l-iżvilupp fit-tul ta’ kull wieħed minn dawn ir-reġjuni;
10. Jirrifijuta t-tnaqqis propost fl-infiq amministrattiv taħt id-DCI u l-għajnuna umanitarja; jissottolinja li livell adegwat ta’ persunal, attivitajiet ta’ assistenza teknika, monitoraġġ, evalwazzjoni u awditu, sew fil-kwartieri ġenerali kif ukoll fid-delegazzjonijiet tal-UE mad-dinja, huma vitali għaż-żamma tal-ogħla standards ta’ implimentazzjoni rigoruża u li, minkejja li t-tnaqqis jista’ jwassal għal iffrankar fiż-żmien qasir, iġib miegħu riskji reali f’dak li jirrigwarda l-kwalità tal-ġestjoni finanzjarja tal-għajnuna tal-UE.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
18.9.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
23 0 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Michael Cashman, Véronique De Keyser, Leonidas Donskis, Charles Goerens, Catherine Grèze, Eva Joly, Filip Kaczmarek, Patrick Le Hyaric, Miguel Angel Martínez Martínez, Gay Mitchell, Norbert Neuser, Maurice Ponga, Jean Roatta, Birgit Schnieber-Jastram, Alf Svensson, Keith Taylor, Eleni Theocharous, Patrice Tirolien, Ivo Vajgl, Anna Záborská |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Isabella Lövin |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
María Irigoyen Pérez, Claudiu Ciprian Tănăsescu |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (5.9.2012)
għall-Kumitat għall-Baġits
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013
(12749/2012 – C7‑0233/2012 – 2012/2092(BUD))
Rapporteur għal opinjoni: Peter Šťastný
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jinnota li l-konsolidament fiskali intelliġenti li għaddejja bħalissa x'aktarx tirriżulta fi skarsezza ta' riżorsi baġitarji għas-sena 2013; f'dan ir-rigward, jesprimi r-rieda tiegħu li jidentifika kemm prijoritajiet pożittivi u kemm negattivi, kif mitlub fil-paragrafu 4 tar-rapport tal-Parlament dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta' Baġit 2013 li, filwaqt li jippermettu konsolidament fiskali, se jippromwovu tkabbir sostenibbli;
2. Jemmen li d-dimensjoni esterna tal-UE għandha tibqa' prijorità tal-baġit tal-UE u li t-tkabbir li joriġina mill-kummerċ internazzjonali taħt it-Titolu 19, iddedikat għall-azzjonijiet esterni, u t-Titolu 20, iddedikat għall-politika kummerċjali, tat-Taqsima III (Kummissjoni) tal-baġit għandu jiġi appoġġat daqs sorsi oħra ta' tkabbir taħt l-intestatura 1;
3. Iqis li l-baġit għall-2013 jista' jinkludi żidiet żgħar għall-finanzjament tal-assistenza makrofinanzjarja, ir-relazzjonijiet kummerċjali esterni, l-Għajnuna għall-Kummerċ u d-DCI, sakemm, bħala prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja soda, l-awtorità tal-baġit għandha l-ewwel tfittex li tiffinanzja dawn iż-żidiet b'riallokazzjonijiet u bi trasferimenti minn oqsma oħra ta' nfiq b'valur inqas miżjud; madankollu jenfasizza li żidiet f'fondi għall-Għajnuna għall-Kummerċ m'għandhomx isiru għad-detriment tal-fondi għall-iżvilupp;
4. Jenfasizza li l-linji baġitarji previsti fl-ICI/ICI+ jew fil-kooperazzjoni mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw għajr l-għajnuna għall-iżvilupp m'għandhomx ikunu affettwati minn tnaqqis baġitarju, sabiex mill-2014 'il quddiem tkun iffaċilitata tranżizzjoni mingħajr xkiel ta' dawn il-linji tal-baġit għall-Istrument ta' Sħubija usa';
5. Jappoġġa l-inklużjoni fil-linji tal-baġit 2013 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali u n-nefqa ta' appoġġ amministrattiv tagħhom, tal-finanzjament għar-rieżami tal-istrateġija tal-UE dwar il-politika kummerċjali skont l-Istrateġija UE 2020 u biex jintlaħaq l-objettiv li jitnaqqas iż-żmien bejn il-konklużjoni ta' negozjati kummerċjali u l-firma sussegwenti ta' dak il-ftehim;
6. Jitlob espansjoni tal-proġetti eżistenti ta' Internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs Ewropej biex ikopru swieq prijoritarji ġodda, sakemm issir il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta' ċentri diġà eżistenti f'diversi pajjiżi Asjatiċi; jistenna li jittieħdu aktar azzjonijiet tul l-2013 biex tiġi implimentata l-pjattaforma ta' koordinazzjoni għan-negozji tal-UE li diġà hija parti mill-baġit 2012 tal-UE;
7. Jappoġġa l-estensjoni għall-2013 tal-azzjoni preparatorja "Imprendituri Innovaturi Euromed għall-Bidla" u ż-żieda fil-linji baġitarji marbuta mal-Viċinat Ewropew b'mod ġenerali, bil-kundizzjoni li l-finanzjament jintuża biex jippromwovi żvilupp ekonomiku sostenibbli, kooperazzjoni reġjonali approfondita, tnaqqis fil-qgħad u titjib fl-istandards tal-għajxien għall-popolazzjoni kollha.
8. Huwa mħasseb dwar il-kapaċitajiet tal-Parlament u tas-soċjetà ċivili biex jissorveljaw b'mod adegwat il-kumplessità li dejjem tikber u l-proliferazzjoni ta' negozjati kummerċjali bilaterali tal-UE u għalhekk jappoġġa l-proposta għal Proġett Pilota li jistabbilixxi organizzazzjoni ċentrali ("Trade-Watch") li sistematikament tiġbor l-għarfien analitiku indipendenti meħtieġ għall-Parlamentari biex jimplimentaw il-prerogattivi Parlamentari biex jipprovdu approvazzjoni infurmata u fil-ħin għall-ftehimiet kummerċjali tal-UE.
9. Jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinjora x-xewqa tal-Parlament espressa matul l-eżerċizzju baġitarju 2011 li jiġi promoss kummerċ ġust billi tiġi estiża l-linja baġitarja taħt l-Artikolu 20 02 01 taħt is-sottointestatura "Azzjonijiet bl-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jipparteċipaw fis-sistema kummerċjali dinjija" u jitlob li jerġgħu jiddaħħlu azzjonijiet speċjalment maħsuba biex jippromwovu l-Kummerċ Ġust fil-baġit 2013, b'allokazzjoni baġitarja adegwata;
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
3.9.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
18 0 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, María Auxiliadora Correa Zamora, Yannick Jadot, Franziska Keller, Bernd Lange, David Martin, Vital Moreira, Helmut Scholz, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Henri Weber, Iuliu Winkler, Paweł Zalewski |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Catherine Bearder, George Sabin Cutaş, Béla Glattfelder, Jörg Leichtfried, Emma McClarkin |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jürgen Klute |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (4.9.2012)
għall-Kumitat għall-Baġits
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013
(12749/2012 – C7‑0233/2012 – 2012/2092(BUD))
Rapporteur għal opinjoni: Ashley Fox
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-klima ekonomika attwali fil-parti l-kbira tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea hija waħda ta' awsterità nazzjonali, tkabbir dgħajjef, riċessjoni u nuqqas ta' kompetittività internazzjonali. B'dan il-kuntest skoraġġanti quddiem għajnejh, il-Parlament għandu jaġixxi b'mod responsabbli.
Il-Parlament għandu javviċina l-Baġit 2013 kemm b'mod li jifhem il-politika fiskali tal-Istati Membri, iżda wkoll b'viżjoni ta' kif il-baġit jista' jintuża biex iwassal tkabbir u kompetittività lill-Unjoni Ewropea.
Ħafna Stati Membri rrifjutaw li jikkonsolidaw tul snin konsekuttivi ta' tkabbir impressjonati u nefqu wisq fuq settur pubbliku insostenibbli, b'mod li kkontribwew għall-kriżi ekonomika li l-Ewropa tinsab fiha. Dan wassal sabiex l-Istati Membri għamlu sforzi straordinarji biex inaqqsu d-dejn u d-defiċits nazzjonali, filwaqt li qiegħdu l-politika fiskali u l-finanzi nazzjonali tagħhom fuq bażi sostenibbli.
L-infiq pubbliku tal-Unjoni Ewropea għandu jkun suġġett għall-istess dixxiplina bħal dik li kien hemm fl-Istati Membri. L-UE ma tistax tkun eżentata mill-isforz kollettiv li qed jagħmlu gvernijiet responsabbli fl-Unjoni kollha. Jekk l-UE ma turix fehim u rispett rigward il-kriżi ekonomika attwali li qed taħkem lill-Ewropa, iċ-ċittadini tagħna jħarsu lejn l-UE b'disprezz.
Ir-restrizzjoni baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit Ewropew ma jfissirx li l-UE ma tistax tipprijoritizza l-infiq f'ċerti oqsma, jew tabilħaqq, tonfoq aħjar. Ir-rapporteur jemmen bis-sħiħ fil-bżonn li jiġu allokati riżorsi lil programmi li se jiksbu l-akbar benefiċċju possibbli għaċ-ċittadini, jiġifieri dawk li jwasslu għal tkabbir. Bit-tkabbir biss l-Ewropa tista' toħroġ mill-kriżi attwali u tipprovdi impjiegi u ġid liċ-ċittadini tagħha.
Għalhekk huwa vitali li l-Parlament jiżgura li l-prijoritajiet u l-ideat tiegħu ikunu inkorporati fil-baġit 2013. Il-Parlament għandu jipprovdi lill-Kunsill b'baġit ċar li jitlob iffriżar baġitarju, żieda fl-infiq fejn dan jgħodd u tnaqqis fejn ma jgħoddx. Huwa biss billi wieħed javviċina l-proċess baġitarju b'dan il-mod li l-Kunsill se jaċċetta l-ideat tal-Parlament. L-approċċ tal-Parlament għall-baġit 2013 għandu jkun differenti jekk għandna nevitaw in-nuqqasijiet tal-passat.
B'dan l-approċċ quddiem għajnejh, ir-rapporteur identifika żidiet fil-finanzjament għall-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej bħala l-prijorità ewlenija tal-Kumitat ECON. Is-superviżjoni finanzjarja effikaċi u l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji se jkunu vitali biex jinħoloq settur finanzjarju sod fl-Ewropa li jkun xprun għat-tkabbir u jipprovdi impjiegi u prosperità għaċ-ċittadini.
Żidiet fil-linji baġitarji tal-ASE għandhom ikunu bbilanċjati bi tnaqqis korrispondenti f'linji ECON oħra biex ikun hemm iffriżar baġitarju kumplessiv. L-istabbiliment ta' prijoritajiet ċari jipprovdi lill-Kumitat BUDG bi proposta responsabbli u jgħin biex tintbagħat proposta baġitarja aċċettabbli lill-Kunsill.
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jinnota li l-kriżi ekonomika għadha qed taħkem l-Ewropa, b'mod li qed twassal għal miżuri ta' awsterità f'ħafna Stati Membri, li min-naħa tagħhom iwasslu għal tnaqqis fl-infiq pubbliku u żidiet fit-taxxi. jenfasizza li l-infiq tal-UE għandu jkun ibbażat fuq l-istess approċċ ta' responsabbiltà bħal dak tal-Istati Membri;
2. Jemmen li l-baġit tal-UE huwa strument importanti u effettiv għall-promozzjoni tal-kompetittività, it-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa; jenfasizza, għalhekk, li huwa strument kruċjali għat-tkabbir u l-koeżjoni fl-UE kollha fi żmien fejn l-isforzi tal-Istati Membri biex jibbilanċjaw id-dħul u l-infiq pubbliku sabiex jirritornaw il-finanzi pubbliċi għal stat sostenibbli, huma konsidervoli;
3. Jinkoraġġixxi approċċ orjentat lejn il-prijoritajiet fir-rigward tal-baġit 2013, fejn ikun hemm iffukar fuq il-ħolqien ta' valur miżjud Ewropew li jappoġġa l-istrateġija Ewropa 2020, filwaqt li jsir sforz biex kwalunkwe żieda fil-baġit titpatta bi tnaqqis;
4. Jemmen li l-baġit tal-UE għandu jkun kompatibbli mal-isforzi ta' riforma għall-Unjoni Ewropea kollha, li jfisser fost affarijiet oħra, li partiti ta' prijorità iżgħar għandhom jitnaqqsu jew jiġu eliminati b'mod gradwali;
5. Jemmen li l-baġit tal-UE għall-2013 għandu jiġi avviċinat bl-istess mod bħall-baġits nazzjonali tal-Istati Membri bi prijorità ċara għal programmi u finanzjamenti li jwasslu għal tkabbir u impjiegi sostenibbli fl-Unjoni Ewropea f'konformità mal-istrateġija Ewropa 2020;
6. Jilqa' l-preferenza tal-Kummissjoni li tagħmel enfasi qawwija fuq l-innovazzjoni, il-kompetittività, it-tkabbir u l-impjiegi billi tagħmel is-subintestatura 1a – li taħtha jinsabu konċentrati l-politiki ewlenin li jippromwovu żviluppi pożittivi f'dawk l-oqsma – l-aktar subintestatura prijoritizzata fl-abbozz tal-baġit tagħha;
7. Jinnota s-serje twila ta' kompiti addizzjonali delegati lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) li se jirrikjedu żidiet baġitarji korrispondenti biex dawn ikunu jistgħu jaqdu r-rwol superviżorju tagħhom;
8. Jirrifjuta t-tnaqqis propost mill-Kummissjoni fil-baġits tal-ASE, speċjalment meta jitqies ir-rwol kruċjali li għandhom biex jippromwovu l-istabilità tas-swieq finanzjarji u biex jippermettu lis-sistema finanzjarja tipprovdi tkabbir; jinsab partikolarment imħasseb bit-tnaqqis ulterjuri propost mill-Kunsill, li se jagħmilha kważi impossibbli biex l-ASE jaqdu dmirijiethom;
9. Jinsab sorpriż bl-approċċ tal-Kunsill li ma jirrelatax il-proposti tiegħu fir-rigward tal-ASE mal-ħtiġijiet reali tagħhom, iżda sempliċiment jagħmilhom soġġetti għal skema ta' tnaqqis mekkaniku applikata mingħajr distinzjoni għall-aġenziji deċentralizzati kollha;
10. Jenfasizza li t-tnaqqis propost mill-Kummissjoni u mill-Kunsill fir-rigward tal-ASE mhux talli jmur kontra l-pjanijiet ta' żvilupp ta' dawn l-awtoritajiet ġodda kif ukoll l-estimi baġitarji ġustifikati magħmula mill-awtoritajiet innifishom, iżda jmur kontra wkoll is-sejħiet ripetuti mill-Parlament biex l-awtoritajiet jiġu ffinanzjati b'mod adegwat;
11. Jemmen li meta l-ASE jingħataw kompiti addizzjonali fil-futur, għandha ssir valutazzjoni tal-kostijiet iddettaljata li għandha ssir ukoll fi stadju aktar tard fil-proċess leġiżlattiv, qabel in-negozjati tat-trilogi, biex il-MPE u l-Istati Membri jkollhom stampa aġġornata u komprensiva tal-konsegwenzi tal-kostijiet tal-proposti li jkunu qed jagħmlu, u jifhmuhom għalkollox;
12. Jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga mudelli addizzjonali ta' finanzjament, bħal mekkaniżmi ta' ħlasijiet industrijali, immirati biex isaħħu l-ASE sabiex tkun żgurata l-indipendenza u l-oġġettività tagħhom, filwaqt li tittieħed nota tal-Artikolu 62 tar-regolamenti tal-ASE; jenfasizza li kull mekkaniżmu bħal dan għandu jiżgura l-integrità tal-ASE vis-à-vis s-settur finanzjarju;
13. Jilqa' ż-żidiet suġġeriti mill-Kummissjoni għall-Programm għall-Intraprenditorjat u l-Innovazzjoni (EIP) taħt il-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) bħala pass importanti fid-direzzjoni t-tajba, b'mod partikolari fejn jidħol l-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs; jiddispjaċih għall-approċċ ferm inqas ambizzjuż tal-Kunsill fir-rigward ta' programm bħal dan ta' importanza tant kbira għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi;
14. Jemmen li l-infurzar tal-politika tal-kompetizzjoni huwa essenzjali u għandu jissaħħaħ u li, għalhekk, huma meħtieġa aktar riżorsi biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jkunu aktar proattivi u aktar effiċjenti u jkunu jistgħu jindirizzaw b'mod xieraq l-ammont tax-xogħol tagħhom li kulma ma jmur qiegħed jiżdied;
15. Jenfasizza li, sabiex ir-riformi kruċjali ta' governanza ekonomika jiġu implimentati b'mod effettiv, is-sitwazzjoni tar-riżorsi umani fid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (DĠ ECFIN) għandha titjieb gradwalment sabiex tikkorispondi mar-responsabbiltajiet kollha estiżi u ġodda; jilqa', f'dan ir-rigward, it-tisħiħ ta' dan id-DĠ, propost mill-Kummissjoni; jenfasizza li probabbilment se jkollhom jiġu allokati riżorsi addizzjonali wara l-adozzjoni tal-pakkett leġiżlattiv "two pack" (COD (2011) 0385 u 0386);
16. Jemmen li l-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tat-tassazzjoni (il-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa) għandha tissaħħaħ jekk il-ġlieda mħabbra kontra r-rifuġji fiskali għandha twassal għal azzjoni konkreta;
17. Jenfasizza li r-riżorsi allokati lil Eurostat iridu kontinwament jirriflettu l-volum ta’ xogħol li dejjem qed jikber u t-talbiet ta' kwalità aħjar fil-qasam prinċipali tal-istatistika ekonomika u finanzjarja; jenfasizza li dan l-aspett huwa partikolarment importanti fil-proċess biex il-qafas il-ġdid ta' governanza ekonomika jaħdem sew; jemmen, f'dan l-isfond, li ż-żieda taħt ir-rata ta' inflazzjoni kif proposta mill-Kummissjoni għall-infiq fir-rigward tal-persunal fil-qasam tal-politika "tal- Istatistika" mhijiex kbira biżżejjed; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara, mill-aktar fis possibbli, eżattament liema approprjazzjonijiet huma meħtieġa għall-2013 fil-kuntest ta' Programm tal-Istatistika tal-Unjoni ġdid u aktar ambizzjuż (għall-perjodu 2013-2017) li se jissostitwixxi dak eżistenti;
18. Jilqa' l-inizjattiva importanti tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ġunju 2012, indikata f'Komunikazzjoni konkreta li tħares 'il quddiem, biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa fl-UE u fir-rigward ta' pajjiżi terzi; jemmen li l-baġit 2013 għandu jistabbilixxi bażi raġonevoli għal ħidma msaħħa f'dan il-qasam kif deskritt fil-Komunikazzjoni; jenfasizza, għalhekk, li:
- iż-żidiet modesti tal-baġit issuġġeriti mill-Kummissjoni għall-programmi Fiscalis 2013 u Dwana 2013 għandhom minn tal-anqas jiġu kkonfermati,
- l-infiq fir-rigward tal-persunal fil-qasam politiku "Tassazzjoni u unjoni doganali" għandu jiġi estiż b'aktar miż-żieda proposta mill-Kummissjoni, li hija aktar baxxa mir-rata ta' inflazzjoni, u
- id-dimensjoni internazzjonali ta' din il-ħidma għandha tkun promossa billi tinżamm il-linja dwar "Il-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa" b'finanzjament xieraq;
19. Jistieden lill-istituzzjonijiet kollha matul il-proċedura baġitarja 2013 biex jikkollaboraw b'mod effiċjenti u kostruttiv li jippermetti li jkun hemm proċedura baġitarja mingħajr intoppi u t-twaqqif ta' baġit għall-2013 fil-limiti ta' żmien stabbiliti mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
3.9.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 2 2 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean-Paul Besset, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Gunnar Hökmark, Othmar Karas, Wolf Klinz, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Philippe Lamberts, Werner Langen, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Sławomir Witold Nitras, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Edward Scicluna, Peter Simon, Peter Skinner, Ivo Strejček, Kay Swinburne, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Corien Wortmann-Kool, Pablo Zalba Bidegain |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Marta Andreasen, Pervenche Berès, Sari Essayah, Vicky Ford, Ashley Fox, Danuta Jazłowiecka, Olle Ludvigsson, Marisa Matias, Nils Torvalds |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Andrew Duff |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (6.9.2012)
għall-Kumitat għall-Baġits
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013
(12749/2012 – C7‑0233/2012 – 2012/2092(BUD))
Rapporteur għal opinjoni: Philippe Boulland
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jilqa' ż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn favur l-impriżi żgħar u ta' daqs medju, iż-żgħażagħ u l-impjiegi; ifakkar li l-kriżi soċjali tobbligana li ma nnaqqsux il-kapitolu "Impjiegi u Affarijiet Soċjali";
2. Jiddispjaċih li l-approprjazzjonijiet ta' impenn ta' PROGRESS tnaqqsu b'EUR 5,3 miljun meta mqabbla mal-ipprogrammar finanzjarju; jemmen li żieda ta' EUR 6 miljun tkun aktar xierqa meta jitqiesu t-talbiet u r-rwol kruċjali li għandu dan il-programm fil-qasam tal-impjiegi u tal-inklużjoni soċjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea;
3. Ifakkar fil-bżonn tal-adegwatezza tat-taħriġ biex jiġi ffaċilitat l-impjieg taż-żgħażagħ u jitlob li l-programm Tagħlim Tul il-Ħajja jerġa' jinġieb tal-anqas għal-livell ta' impenji tal-2012;
4. Jilqa' ż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għall-FSE peress li l-fondi strutturali għandhom l-għan li jiżviluppaw il-kompetittività u l-impjiegi;
5. Jenfasizza b’mod partikolari l-ħtieġa li jinżamm livell suffiċjenti ta' pagamenti għall-FSE u għall-Fondi Strutturali b'mod globali, biex il-Kummissjoni tkun tista’ tonora l-impenji li ħadet tul is-sena finanzjarja preċedenti, u biex b’hekk il-Fondi Strutturali jkollhom sehem sħiħ sabiex l-ekonomija tal-Ewropa tingħata spinta, b’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta’ Ġunju 2012;
6. Jipproponi li l-EUR 22 biljun tal-Fond Soċjali Ewropew li jridu jiġu riallokati jkunu jistgħu jibbenefikaw minnhom l-Istati Membri kollha li jkunu jixtiequ jtejbu l-impjegar taż-żgħażagħ u ma jkunux riservati biss għat-tmien Stati Membri magħżula mill-Kunsill Ewropew tal-2012;
7. Ifakkar li l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu bħala mira l-ksib ta' kwalifiki mill-ħaddiema u l-impjegabbiltà tagħhom; ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Settembru 2011 dwar il-futur tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni fejn ġiet enfasizzata l-ħtieġa li fil-ġejjieni, l-attenzjoni tiffoka fuq is-sostenibilità tal-politiki favur is-swieq tax-xogħol biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni u jkunu promossi kompetenzi ġodda, b’rabta ma' impjiegi ġodda sostenibbli, ekoloġiċi u ta’ kwalità; jitlob approprjazzjonijiet ta' pagament fl-intestatura baġitarja tiegħu għal ammont li jaqbeż l-EUR 50 miljun;
8. Jenfasizza li l-Komunikazzjoni relatata mas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013) tirrikjedi approprjazzjonijiet ta' impenn tal-anqas fl-istess livell ta' dawk tal-2012;
9. Jipproponi tliet proġetti pilota u żewġ azzjonijiet preparatorji biex tingħata spinta lill-konverġenza u lill-koeżjoni soċjali permezz tat-tikketta soċjali Ewropea għall-impriżi, appoġġ lill-migranti u lill-ħaddiema mibgħuta jaħdmu barra minn pajjiżhom, u promozzjoni ta’ skemi ta’ ishma għall-impjegati minn naħa, kif ukoll appoġġ għall-persuni mingħajr dar fl-Unjoni Ewropea u l-promozzjoni tal-introduzzjoni ta’ salarju minimu fl-Istati Membri kollha min-naħa l-oħra;
10. Jenfasizza l-ħtieġa ta' approprjazzjonijiet ġodda ta' impenn għall-azzjoni preparatorja "Żgħażagħ Attivi" bl-għan li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jipparteċipaw fil-fażi pilota ta' dan il-proġett imniedi fl-2012, u li tingħata garanzija Ewropea liż-żgħażagħ li tiżguralhom impjieg, taħriġ professjonali jew aktar studju, fix-xhur wara li jispiċċaw l-istudji obbligatorji.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
6.9.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
35 2 3 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Heinz K. Becker, Jean-Luc Bennahmias, Philippe Boulland, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Minodora Cliveti, Marije Cornelissen, Andrea Cozzolino, Frédéric Daerden, Karima Delli, Sari Essayah, Richard Falbr, Thomas Händel, Marian Harkin, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Danuta Jazłowiecka, Martin Kastler, Jean Lambert, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Siiri Oviir, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Elisabeth Schroedter, Nicole Sinclaire, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Andrea Zanoni, Inês Cristina Zuber |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Kinga Göncz, Svetoslav Hristov Malinov, Anthea McIntyre, Ria Oomen-Ruijten, Antigoni Papadopoulou, Birgit Sippel |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Fiona Hall, Vladimir Urutchev |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (7.9.2012)
għall-Kumitat għall-Baġits
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013
(12749/2012 – C7‑0233/2012 – 2012/2092(BUD))
Rapporteur għal opinjoni: Jutta Haug
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jenfasizza l-importanza ta’ prestazzjonijiet ta’ eċċellenza tal-politiki u l-programmi Ewropej fis-sena finali ta’ implimentazzjoni tagħhom fl-ambitu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2007-2013; iqis li dawn il-prinċipji huma fundamentali biex jintlaħqu l-miri ta’ Ewropa 2020 u biex jiżguraw għarfien u aċċettazzjoni tal-azzjonjiet tal-UE fost il-pubbliku ġenerali tal-Unjoni;
2. Itenni li l-azzjoni marbuta mal-klima u l-objettivi ambjentali huma ta’ natura trasversali u għandhom jiġu tradotti f’azzjonijiet konkreti li jridu jiġu implimentati mid-diversi programmi u politiki għall-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa; jinnota li l-politika ambjentali tal-UE tikkontribwixxi lejn l-objettivi ta' Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv; jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn rikorrenti mill-istituzzjonijiet kollha tal-UE lejn ekonomija Ewropea aktar sostenibbli, iżjed intelliġenti, iżjed effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u aktar ekoloġika; jinsab imħasseb madankollu li r-restrizzjonijiet ekonomiċi u fiskali preżenti f'xi Stati Membri jwasslu għal negliġenza f'dak li għandu x'jaqsam mal-ilħiq tal-objettivi fil-qasam tal-azzjoni klimatika u l-ambjent;
3. Il-baġit tal-UE għandu rwol importanti fil-promozzjoni tal-azzjoni klimatika fis-setturi kollha tal-ekonomija Ewropea u fil-katalisi tal-investimenti speċifiċi li se jkunu meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri klimatiċi u tiġi żgurata r-reżiljenza klimatika. Dawn l-investimenti huma relatati ma' firxa wiesgħa ta' teknoloġiji li jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija, ma' sorsi tal-enerġija rinnovabbli u infrastrutturi relatati u ma' investimenti għall-adattament għat-tibdil fil-klima;
4. Huwa konxju li r-responsabilità prinċipali għall-miżuri tas-Saħħa Pubblika tinsab f’idejn l-Istati Membri, jenfasizza madankollu r-rwol ta' komplementarjetà tal-programmi u l-azzjonijiet appoġġjati tal-Unjoni, filwaqt li jipprovdu ekonomiji tal-iskala; huwa konvint li l-Unjoni Ewropea għandha rwol fundamentali bħala katalist għall-azzjoni u r-riforma fi ħdan l-Istati Membri f’dan il-qasam ta’ politika; iqis għalhekk, li l-azzjonijiet relatati mal-UE f’dan ir-rigward huma fundamentali biex ikun żgurat it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv tal-Ewropa;
5. Huwa konxju li fit-Titolu 7 ‘Ambjent u azzjoni dwar il-klima’, l-Abbozz ta’ Baġit 2013 jindika ammont komprensiv għan-nefqa operattiva ta' EUR 418,5 miljun, li jirappreżenta żieda ta’ 0.72 % f’approprjazzjonijiet ta' impenn (AI) meta mqabbla mal-baġit 2013 li vvotat; jieħu nota fl-istess ħin li ż-żieda hija anqas mir-rata ta’ inflazzjoni ta’ 2 % u fil-fatt tirriżulta fi tnaqqis;
6. Jenfasizza li l-azzjoni klimatika hija integrata f'ħafna oqsma ta' politika u implimentata permezz ta' firxa ta' strumenti li jappoġġjaw diversi objettivi tal-UE, pereżempju kemm politiki dwar il-bijodiversità kif ukoll politiki għat-taffija tat-tibdil fil-klima. Proporzjon tal-baġit tal-UE huwa relatat mal-integrazzjoni tal-klima u għaldaqstant jikkontribwixxi lejn it-tranżizzjoni tal-Ewropa għal soċjetà b'karbonju baxx u reżiljenti għall-klima. Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' Ewropa 2020, il-proporzjon relatat mal-klima tal-baġit tal-UE tal-futur irid jiżdied b'mod sinifikanti, inklużi investimenti fi proġetti li mhumiex esklussivament relatati mal-klima iżda li għandhom komponent klimatiku sinifikanti;
7. Jieħu nota li qed jiġi ssuġġerit livell ġenerali ta’ EUR 366,591 miljun għall-aħħar sena ta' implimentazzjoni għal LIFE+, li huwa l-istrument finanzjarju prinċipali maħsub biex jappoġġja u jimplimenta l-Politika tal-Ambjent u l-Azzjoni dwar il-Klima; jenfasizza ż-żieda ta’ 3.34 % meta mqabbla mal-livell tal-baġit 2012 iżda mħasseb li l-livell huwa xi ftit inqas mill-ipprogrammar finanzjarju pluriennali għall-2013; jesplora d-dispożizzjonijiet kollha kif mistqarr fil-paragrafu 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali[1];
8. Jilqa' b’sodisfazzjon l-objettivi speċifikati fil-LIFE+ li għandhom jiġu implimentati fl-2013, bħall-appoġġ ulterjuri u l-iżvilupp ta' ekonomija sostenibbli u b’użu aktar effiċjenti tar-riżorsi b’ġestjoni tal-iskart imtejba u trawwim kontinwu tal-ekoinnovazzjoni, il-protezzjoni, il-konservazzjoni u r-restawr ta' ekosistemi u ħabitats naturali, bil-għan li jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità u jiġu żgurati u promossi l-konformità u s-sensibilizzazzjoni;
9. Josserva tnaqqis ta' EUR 61 miljun ta' approprjazzjonijiet operattivi propost taħt it-Titolu 17 għal miżuri Veterinarji meta mqabbla mal-ammont ivvotat ta’ EUR 334 miljun; jinsab allarmat li, bit-tnaqqis previst tar-riżorsi għall-Programm tas-Saħħa Pubblika, l-għadd ta’ attivitajiet fl-Istati Membri huwa limitat; jieħu nota għalhekk, li azzjoni fil-livell tal-UE jeħtieġ li tiffoka unikament fuq valur miżjud reali f’dawk l-oqsma fejn l-Istati Membri ma jistgħux joperaw fuq inizjattiva tagħhom stess bħall-kwistjonijiet tas-saħħa transversali, l-iskambju tal-aħjar prattiki u t-trasferiment tal-għarfien, il-ġbir u l-kejl tad-data kif ukoll l-akkumulazzjoni ta’ riżorsi fil-livell tal-UE eżempju għal mard rari jew mediċinali orfni;
10. Jilqa’ kull intervent tal-UE biex jiġu minimizzati impatti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-annimali, biex jitnaqqsu r-riskji tul il-katina alimentari kollha permezz ta’ azzjonijiet preventivi u l-ġestjoni tal-kriżijiet; jirrikonoxxi li l-bżonnijiet finanzjarji fil-qasam tal-miżuri veterinarji jiddependu l-aktar fuq il-previżjonijiet ipprovduti mill-Istati Membri; iqis li l-approprjazzjonijiet ta’ impenn fl-Abbozz ta’ Baġit 2013 huma realistiċi;
11. Hu ġeneralment imħasseb fuq il-livell tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament; jinnota li l-bidu kajman tal-programmi 2007-2013 irriżulta f’livell baxx ta’ bżonnijiet ta’ pagament matul l-ewwel nofs tal-perjodu ta' programmar; jenfasizza li l-impenji li saru fil-passat jeħtieġ li jitħallsu fis-sena finali tal-perjodu ta' finanzjament attwali; ifakkar lill-Istati Membri f’dan il-kuntest dwar l-impenn politiku u baġitarju tagħhom li jeħtieġ jinbidel f’approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-programmi u l-miżuri fil-qasam tal-ambjent, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel; għaldaqstant se jdaħħal mill-ġdid il-livelli ta' pagament kif proposti fl-Abbozz ta' Baġit 2013;
12. Ifakkar li, skont il-Baġit 2012 ,seba’ Proġetti Pilota (PP) u tliet Azzjonijiet Preparatorji (AP) imressqa mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel ġew adottati u jammontaw għal EUR 12 miljun f’AI; ifakkar ukoll li l-AP dwar ‘Azzjoni dwar il-klima’ ġiet inkluża fil-Baġit 2012 b’EUR 5 miljun; biħsiebu janalizza sew l-implimentazzjoni tal-PP u l-AP li għaddejjin bħalissa kif ukoll jesplora l-objettivi u l-kontenut tal-proposti ġodda kollha mressqa f’dan il-kumitat;
13. Jenfasizza li l-implimentazzjoni b'suċċess u l-monitoraġġ ta' leġiżlazzjoni teħtieġ appoġġ amministrattiv suffiċjenti u ta’ ħila; ifakkar li l-Programm tas-Saħħa Pubblika huwa implimentat prinċipalment mill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (EAHC); huwa mħasseb li l-iffriżar jew saħansitra t-tnaqqis tan-nefqa amministrattiva se jkollu impatt negattiv fuq il-kwalità tal-attivitajiet tal-Kummissjoni;
14. Ifakkar li aġenziji deċentralizzati jwettqu kompiti differenti, inter alia l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet individwali li huma legalment vinkolanti għal partijiet terzi, jipprovdu assistenza diretta lill-Kummissjoni u, fejn meħtieġ, lill-Istati Membri, u jiġbru u janalizzaw tagħrif u data oġġettivi u affidabbli; itenni li aġenziji deċentralizzati jeħtiġilhom finanzjament u persunal adegwati sabiex iwettqu l-kompiti assenjati eżistenti u ġodda tagħhom; jinsab imħasseb b'mod ġenerali dwar it-tnaqqis ta' aktar minn 1 % f'termini reali tan-nefqa tal-aġenziji tal-UE[2], minkejja l-estensjoni tal-kompiti u xi fażijiet inizjali li għaddejjin bħalissa;
15. Evalwa b’attenzjoni l-bżonnijiet finanzjarji tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA); ma jista’ jaċċetta l-ebda tnaqqis ulterjuri f'termini finanzjarji, kif suġġerit mill-Kunsill, li jista' jipperikola l-implimentazzjoni tal-kompiti kollha assenjati reċentement miftiehma mil-leġiżlatur tal-UE;
16. Mhuwiex konvint li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jakkumpanjaw il-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni jissodisfaw il-ħtiġijiet baġitarji u tal-persunal wara t-tlestija tal-proċedura leġiżlattiva li tiddefinixxi l-kompiti l-ġodda għal aġenziji, bħal pereżempju l-ECHA għall-ġestjoni tal-bijoċidi u r-reġim PIC u l-EMA għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni għall-farmakovigilanza; jistieden lill-Kummissjoni tadotta f’waqthom id-dikjarazzjonijiet finanzjarji wara l-adozzjoni mil-leġiżlatur, u jistedinha tinforma lill-Parlament b’dan;
17. Jieħu nota li l-Abbozz ta’ Baġit jipprevedi tnaqqis ta’ żewġ postijiet mit-tabella tal-persunal tal-ECDC u ta’ erbgħa mill-EFSA; jirrikonoxxi fl-istess ħin li l-EEA tirċievi żewġ postijiet addizzjonali li jeħtieġ li jkunu newtrali fuq il-baġit u li dan jinkiseb permezz ta' tnaqqis ta' żewġ esperti nazzjonali u żewġ aġenti kuntrattwali; konxju li 36 post addizzjonali huma previsti għall-ECHA li minnhom 16 se jiġu ffinanzjati minn tariffi addizzjonali kif ukoll 21 post għall-EMA; huwa kkonċernat f’dan il-kuntest li r-reklutaġġ tal-persunal jeħtieġlu jiġi pospost meta l-introjtu mit-tariffi huwa inqas minn dak stmat għall-2013; ma jistax jaċċetta tnaqqis ulterjuri ieħor fit-tabella tal-persunal kif suġġerit mill-Kunsill mingħajr ma jipperikola l-implimentazzjoni ta' kompiti assenjati reċentement maqbula mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.
18. Ifakkar li l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki u l-programmi differenti jeħtieġ persunal bi kwalifiki għolja u multilingwi b'impenn lejn il-proġett Ewropew u li jirrappreżenta l-aktar bilanċ ġeografiku wiesa' possibbli; jenfasizza li allokazzjoni insuffiċjenti ta' riżorsi finanzjarji sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-persunal tista' tipperikola s-suċċess ta' dawn il-politiki u l-programmi b'detriment għall-Unjoni u l-Istati Membri.
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Kuntest ġenerali
Fil-25 ta' April 2012, il-Kummissjoni ressqet l-Abbozz ta' Baġit (AB) għall-2013 b'total ta' EUR 150,9 biljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn (AI), li jikkorrispondu għal 1.13% tad-DNG. Dan iħalli marġini globali ta' EUR 2 420 miljun fuq il-massimu globali annwali stabbilit mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali (MFF 2007 - 2013). Għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament (AP), it-total jammonta għal EUR 137,9 biljun, u dan jikkorrispondi għal 1.03 % tad-DNG.
Skont il-Kummissjoni, l-AB 2013 jilħaq bilanċ bejn l-investiment għat-tkabbir u l-konsolidament fiskali, filwaqt li jħalli marġni ta’ manuvra għal ħtiġijiet mhux previsti. Huwa baġit responsabbli u realistiku, b’impenji li ma jmorrux lil hinn minn inflazzjoni ta’ 2 %. Il-pagamenti mitluba jikkorrispondu għall-obligazzjonijiet li jeħtieġ li jinqdew, jiġifieri l-AP jiżdiedu aktar mill-AI.
Baġits individwali fil-kompetenzi tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Life+
L-Abbozz ta’ Baġit 2013 jipproponi żieda ta’ 3.34 % f’approprjazzjonijiet ta’ impenn, minn EUR 354,8 miljun fl-2012 għal EUR 366,6 miljun fl-2013. Dan huwa xi ftit taħt il-programmazzjoni finanzajrja għal LIFE+. L-approprjazzjonijiet ta’ pagament se jiżdiedu b’livell kemmxejn ogħla (7.4 %), minn EUR 254,4 miljun fl-2012 għal EUR 273,3 miljun fl-2013. Ir-raġunijiet għaż-żieda f’approprjazzjonijiet ta’ pagament hija meħtieġa b’mod partikolari fir-rigward għotjiet ta' azzjoni, għall-qadi tal-obbligazzjonijiet ta’ ħlas skont it-termini ddefiniti fil-ftehimiet għall-għotjiet, bil-kunsiderazzjoni ta' żidiet fl-approprjazzjonijiet ta' impenn mill-2007; pagamenti interim u finali tal-proġetti li għaddejjin (b'mod partikolari proġetti ffinanzjati taħt il-baġit tal-2009, meta l-Awtorità tal-Baġit ivvotat żieda baġitarja ta' EUR 30 miljun f'impenji); u prefinanzjamenti fuq il-ftehimiet tal-għotjiet tal-2012.
L-ammont ċentrali ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għal LIFE+ fl-2013 se jappoġġja miżuri relatati mal-aspetti tal-effiċjenza tar-riżorsi tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. Dan ifisser li jingħata appoġġ għal proġetti innovattivi u dimostrattivi fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali niex tissaħħaħ il-protezzjoni tan-natura u l-bijodiversità, biex jitnaqqsu l-produzzjoni tal-iskart u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, biex jiġu żviluppati teknoloġiji nodfa u biex tittejjeb il-ġestjoni tal-kwalità tal-arja. il-Kummissjoni titlob li partijiet mill-ammont maħsub għal-LIFE+ ikunu allokati għall-azzjoni klimatika (EUR 22,9 miljun f’AI u EUR 21,4 miljun f’AP) biex jrifdu r-rwol tal-Kummissjoni li tipprepara u timplimenta leġiżlazzjoni ta’ politika, inkluż l-iżvilupp tal-iskema tal-UE għall-iskambju tal-emissjonijiet, u li twitti t-triq għall-bidla lejn ekonomija bi ftit karbonju sal-2050.
Rigward l-appoġġ amministrattiv taħt it-Titolu 7, huwa ppjanat li ż-żieda b’EUR 1,25 miljun tkun iddedikata għal miżuri ta’ appoġġ meħtieġa għall-għażla, il-monitoraġġ, l-awditu u l-evalwazzjoni tal-għadd ta’ proġetti, li żdied b’mod sinifikanti tul is-snin, u għal miżuri mtejba ta’ sigurtà kontra l-abbuż mis-suq u l-attakki ċibernetiċi u l-manutenzjoni u l-ospitar ta’ sistemi tal-informatika.
Is-Saħħa Pubblika
Huwa propost li l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Intestatura 3b “Ċittadinanza” jitnaqqsu b’3.6 % għal EUR 689,4 miljun. B’mod korrispondenti, il-krediti għall-programm tas-Saħħa Pubblika qed jitnaqqsu b’EUR 1,5 miljun, bir-riżultat li għall-Abbozz ta’ Baġit hemm suġġerit l-ammont ta’ EUR 48,3 miljun. B’riżorsi limitati, il-Kummissjoni tissuġġerixxi li l-fokus ikun fuq azzjonijiet ġodda li jtejbu s-sistemi tal-kura tas-saħħa u i jkollhom valur miżjud Ewropew ċar, inklużi sistemi transfruntiera, drittijiet tal-pazjenti, sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa u teknoloġiji innovattivi, partikolarment fir-rigward tal-informazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà tas-saħħa, bħalma huma t-tħejjija u r-rispons għal theddidiet tas-saħħa emerġenti.
Ta’ min wieħed jinnota li, taħt il-programm, huwa propost li s-somma ta' EUR 8,9 miljun tiġi ddedikata għall-kampanja kontra t-tabakk.
Miżuri veterinarji
It-tnaqqis propost b’EUR 62 miljun għal EUR 272 miljun jorbot prinċipalment mal-programmi tal-Eradikazzjoni u huwa allinjat mal-ammont totali previst tad-deċiżjonijiet dwar il-programmi tal-Eradikazzjoni tal-2012. Il-baġit tal-Eradikazzjoni se jikkonċentra primarjament fuq il-mardiet tuberkulosi, melitensis, bruċellosi u tal-ħnieżer, u l-programmi tas-sorveljanza tat-TSE, tal-eradikazzjni tal-BSE u tal-marda tal-ħakk (scrapie). Biss ammont limitat ta’ EUR 10 miljun huwa allokat għal miżuri ta’ emerġenza.
Il-krediti se jkopru wkoll l-eradikazzjoni ta’ organiżmi veġetali ta’ ħsara, taħriġ imtejjeb għal azzjonijiet tal-ikel aktar sikuri u l-finanzjament ta’ laboratorji ta’ referenza.
Aġenziji Deċentralizzati
Bħala parti mill-preparazzjoni għall-Abbożż ta’ Baġit 2013, il-Kummissjoni vvalutat il-ħtiġijiet abbażi tat-tisrif fil-livell reali tal-kontribuzzjonijiet tal-UE għall-aġenziji deċentralizzati tal-ewwel stadju ta’ 1 % tnaqqis tal-persunal mit-tnaqqis ta’ 5 % tul is-snin 2013-2017, li l-Kummissjoni biħsiebha tapplika għall-instituzzjonijet u l-korpi kollha tal-UE. Globalment, dan l-eżerċizzju ppermetta li l-Kummissjoni tasal għal żieda fl-infiq ta’ 0.4 % għall-aġenziji deċentralizzati, kollha meta mqabbla mal-baġit tal-2012. Dan ifisser tnaqqis ta' aktar minn 1 % f'termini reali, minkejja l-estensjoni tal-kompiti u l-fatt li għadd ta' aġenziji jinsabu fil-fażi tal-bidu.
L-Abbozz ta' Baġit 2013 hekk kif imressaq mill-Kummissjoni jalloka EUR 748 miljun lill-aġenziji deċentralizzati għal kompiti operattivi u amministrattivi. Dan l-ammont jirrappreżenta 0.5 % tal-Abbozz ta' Baġit totali tal-UE għall-2013. L-organigrammi jipprevedu 5 115 impjieg f'aġenziji deċentralizzati (mingħajr l-inklużjoni ta' aġenti kuntratt)wali.
· L-Aġenzija Ewropea tal-Ambjent (EEA)
L-EEA titqies bħala aġenzija li qabdet ritmu operattiv normali, iżda għad jeħtiġilha timplimenta kompiti addizzjonali fit-tul li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni ġdida li speċifikament tinvolvi lill-EEA taħt ir-Regolament GMES, leġiżlazzjoni ġdida dwar ir-rappurtar tal-kwalita tal-arja, attivitajiet ġodda dwar it-tnaqqis tal-istorbju li jirfdu leġiżlazzjoni eżistenti dwar din it-tema, attivitajiet ġodda dwar l-adattament klimatiku, id-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi u r-Regolament li għadu kemm ġie propost għal Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ għall-gassijiet serra, li se jirfdu direttament l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020. Fl-ewwel post, dawn il-kompiti ġew koperti b’riallokazzjoni tal-persunal kull fejn kien teknikament fattibbli, is-sekondar ta’ esperti nazzjonali u r-reklutaġġ ta’ aġenti kuntrattwali għal żmien qasir. Bi qbil mal-Kummissjoni ġie deċiż li dawn l-4 karigi ġodda jinfirxu fuq is-snin 2012 u 2013 (2 fl-2012 u 2 fl-2013). Issa qed jiġi propost li żewġ karigi jiġu inklużi fl-organigramma tal-2013 permezz tal-konverżjoni ta’ kuntratti ta’ impjieg qasir f’żewġ aġenti temporanji, li titpatta bit-tnaqqis ta’ żewġ esperti nazzjonali u żewġ aġenti kuntrattwali.
L-AB 2013 jipproponi EUR 36,309 miljun bħala l-kontribuzzjoni tal-UE għall-EEA, l-istess ammont bħall-2012.
· Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-Mard (ECDC)
L-ECDC titqies bħala aġenzija li qabdet ritmu operattiv normali, u bħala tali l-proposta hija li tirċievi l-istess ammont ta’ sussidju tal-UE bħall-fl-2012, jiġifieri l-ammont ta’ EUR 56,727 miljun. Huwa previst li l-organigramma titnaqqas b’żewġ karigi.
· L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Alimentari (EFSA)
L-Awtorità titqies bħala aġenzija li qabdet ritmu operattiv normali. Fl-AB hem propost l-ammont ta’ EUR 74,334 miljun, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ aktar minn EUR 700 000 meta mqabbel mal-2012. Qed jiġi propost ukoll tnaqqis ta’ erba’ karigi mill-organigramma.
· Aġenzija Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
Minħabba li l-attivitajiet tal-Bijoċidali u l-implimentazzjoni tal-iskema Kunsens Infurmat minn Qabel (PIC) l-ECHA titqies bħala aġenzija b’attivitajiet fi stadju inizjali.
Fuq żmien fit-tul, huwa mistenni li l-attività tal-Bijoċidali tiffinanzja lilha nnififsha permezz ta’ dħul ta’ ħlasijiet mill-industrija. Madankollu, fl-ewwel snin teħtieġ kontribuzzjoni ‘bridging’ mill-baġit tal-UE. Il-proposta tal-Kummissjoni hija kemm kemm anqas mill-amont li jidher fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva riveduta (EUR 6,1 miljun). F’dak li jirrigwarda r-riżorsi umani, il-Kummissjoni qed titlob 36 kariga addizzjonali għal dawn l-attivitajiet, li minnhom 16-il kariga huwa maħsub li se jkunu ffinanzjati minn ħlasijiet addizzjonali mill-industrija diġà fl-2013.
Fil-każ tal-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' kimiċi perikolużi, it-talba tal-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit 2013 ta’ EUR 1,6 miljun ukoll hija ftit anqas mill-amont previst fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li takkumpanja l-proposta inizjali tal-Kummissjoni.
· L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA)
L-EMA jeħtiġilha timplimenta l-leġiżlazzjoni dwar il-farmakoviġilanza, kompitu ġdid mogħti lill-Aġenzija. L-AB ma titlob l-ebda kontribuzzjoni addizzjonali tal-UE għal din l-attività. Id-Dikjarazzjoni Finanzjarja mehmuża mal-leġiżlazzjoni kienet tantiċipa ħlasijiet biex ikopru l-kost ta’ din l-attivita. Madakollu, għall-2013 mhux se jkun fis-seħħ Regolament rivedut dwar il-Ħlasijiet għall-farmakoviġilanza, u għalhekk l-Aġenzija se jkollha tnaqqas l-attivitajiet ta’ farmakoviġilanza biex jikkorrispondu mar-riżorsi eżistenti.
L-AB jipprevedi żieda ta’ EUR 8,586 miljun mqabbla mal-2012, biex tkopri l-kost ta' 21 kariga addizzjonali u l-investiment meħtieġ għar-rilokazzjoni maqbula tal-Aġenzija fl-2014. L-AB jipprevedi li fl-organigramma kariga temporanja titbaxxa fil-grad minn AD 16 għal AD 5.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
6.9.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 7 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Milan Cabrnoch, Tadeusz Cymański, Bas Eickhout, Jill Evans, Gerben-Jan Gerbrandy, Matthias Groote, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Holger Krahmer, Corinne Lepage, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Gilles Pargneaux, Andres Perello Rodriguez, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Kārlis Šadurskis, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Sabine Wils |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Margrete Auken, José Manuel Fernandes, Christofer Fjellner, Vicky Ford, Julie Girling, Jutta Haug, Romana Jordan, Jiří Maštálka, Judith A. Merkies, James Nicholson, Vittorio Prodi, Christel Schaldemose, Birgit Schnieber-Jastram, Rebecca Taylor, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Andrea Zanoni |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Emma McClarkin |
||||
- [1] Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja tajba – Inkluż il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2007-2013.
- [2] Bl-esklużjoni tal-aġenzija l-ġdida għall-ġestjoni ta' sistemi tal-IT ta’ skala kbira fl-Intestatura 3A, li se jsiru operazzjonali fi tmiem l-2012.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (25.9.2012)
għall-Kumitat għall-Baġits
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013
(12749/2012 – C7-0233/2012 – 2012/2092(BUD))
Rapporteur għal opinjoni: Reinhard Bütikofer
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jemmen li l-baġit tal-UE għandu jkun iffokat fuq politiki u programmi tal-UE li jistgħu jagħtu kontribut sostanzjali għar-revitalizzazzjoni tat-tkabbir sostenibbli fl-UE u li jindirizzaw l-isfidi prinċipali fis-soċjetà;
2. Jenfasizza l-importanza tal-investiment fit-tul fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni u li jiġi żgurat livell adattat ta' finanzjament fl-2013 għat-tranżizzjoni għal ekonomija b'livelli baxxi tal-karbonju u ekoloġika;
3. Jemmen li għandhom jittieħdu passi biex in-nisa jiġu integrati fis-suq tax-xogħol u biex ikun hemm rikonċilazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja;
4. Ifakkar li l-baġit tal-Unjoni Ewropea huwa strument importanti għat-titjib tas-solidarjetà bejn l-Istati Membru u bejn il-ġenerazzjonijiet, kif ukoll għat-titjib tal-kompetittività Ewropea; hu konvint li l-baġit tal-UE jirrappreżenta potenzjal sinerġetiku għall-implimentazzjoni ta' politiki li ma jistgħux jitwettqu mill-Istati Membri waħedhom; jitlob li jsir l-aħjar użu mill-għoti attwali ta' fondi mill-UE billi jkun hemm enfasi fuq il-valur miżjud tal-UE, il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali miżjuda, ir-razzjonalizzazzjoni effettiva u l-effetti tal-ingranaġġ;
5. Jifhem it-tħassib tal-Kunsill fir-rigward tar-restrizzjonijiet ekonomiċi u baġitarji li jaġixxu fil-livell nazzjonali, bħala riżultat tal-kriżi globali li għamlet ħsara lit-tkabbir ekonomiku u l-istabilità finanzjarja tal-Istati Membri kif ukoll aggravat il-pożizzjoni tad-dejn tagħhom, iżda jemmen li fl-2013 għandhom jittieħdu miżuri li jsaħħu s-solidarjetà u jistimulaw it-tkabbir sostenibbli u l-impjieg sabiex jinkiseb irkupru ekonomiku;
6. Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jifformaw u jiffaċilitaw il-ħolqien ta' impjiegi ġodda sostenibbli ta' kwalità għolja permezz tal-iżvilupp fl-UE, mhux biss ta' industriji li ma jagħmlux ħsara lill-ekosistema u trasport u enerġija ekoloġiċi u effiċjenti, iżda wkoll ta' servizzi innovattivi aġġornati;
7. Ifakkar li l-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea bl-effett ta' lieva tiegħu, irid jappoġġja l-politiki ta' rkupru tal-Istati Membri, u jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-għoti ta' fondi jissaħħaħ u jiġi kkoordinat sabiex jimplimenta u jkun allinjat mal-Istrateġija Ewropa 2020 għat-Tkabbir u l-Impjiegi; isostni li l-valuri limitu taħt l-Intestatura 1a għall-qafas finanzjarju kurrenti huma insuffiċjenti biex jissodisfaw il-politiki prijoritarji tal-UE; jilqa' ż-żieda proposta fl-infiq fuq it-tkabbir sostenibbli, partikolarment is-Seba' Programm Kwadru u l-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li tingħata attenzjoni partikolari lill-implimentazzjoni tal-prijoritajiet baġitarji tal-PE tas-snin preċedenti fl-oqsma tal-politika industrijali, ir-riċerka u l-enerġija;
8. Jemmen, f'dan ir-rigward, li għandu jkun hemm iffokar aktar b'saħħtu fuq il-proġetti ta' mobilizzazzjoni fi ħdan il-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni biex jitnaqqas id-distakk bejn ir-riżultati tar-riċerka u l-kummerċjalizzazzjoni, u b'hekk tiġi żgurata l-kompetittività Ewropea;
9. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura livell suffiċjenti ta' għoti ta' fondi fl-2013 għar-riċerka u l-iżvilupp fir-rigward ta' applikazzjonijiet u servizzi speċifiċi tal-GNSS;
10. Jinnota r-rwol prinċipali li l-programmi ewlenin futuri tal-UE, bħal l-Orizzont 2020, il-COSME u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, jista' jkollhom għall-irkupru ekonomiku tal-UE jekk jingħataw biżżejjed fondi; jemmen li l-baġit tal-2013 għandu jwassal għal tranżizzjoni bla xkiel lejn l-istabbiliment ta' dawn il-programmi l-ġodda; jitlob li jiġu mobilizzati riżorsi aktar sostanzjali, fil-politika ta' sinerġija u koeżjoni, sabiex tissaħħaħ is-sostenibilità tal-ekonomija Ewropea bħala mutur ewlieni għall-kompetittività, l-iżvilupp industrijali u r-reżiljenza fil-futur;
11. Jenfasizza l-importanza tal-politiki ta' appoġġ tal-UE għall-pluraliżmu tal-media, speċjalment permezz tar-riċerka, l-edukazzjoni u attivitajiet ta' disseminazzjoni; jenfasizza r-rwol ta' valur għoli li jista' jkollu ċ-Ċentru għall-Pluraliżmu u l-Libertà tal-Media li għadu kif twaqqaf;
12. Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li 85 % tal-impjiegi netti ġodda fl-UE bejn l-2002 u l-2010 nħolqu minn impriżi żgħar u ta' daqs medju[1]; jitlob li jkun hemm titjib fil-politiki, il-programmi u r-riżorsi ta' appoġġ tal-UE li jiġi provduti biex jappoġġjaw lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju biex jiżviluppaw bis-sħiħ il-potenzjal ta' tkabbir tagħhom, jiġifieri billi tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fl-akkwist pubbliku, jiġu garantiti investimenti fl-innovazzjoni, jiġu appoġġjati l-intrapriżi li għadhom jibdew, tingħata l-għajnuna biex jitqassmu l-piżijiet amministrattivi, titjieb il-mentalità intraprenditorjali u jiġi ffaċilitat u ssimplifikat l-aċċess għall-fondi, inkluż l-aċċess għall-kapital ta' riskju; jilqa' ż-żieda fl-allokazzjoni lill-programm Intraprenditorija u Innovazzjoni li jappoġġja l-innovazzjoni fl-intrapriżi żgħir u ta' daqs medju; jidispjaċih, madanakollu, li l-proposta tal-Kummissjoni ma tipprevedix l-implimentazzjoni sħiħa tal-Programm Enerġija Intelliġenti - Ewropa;
13. Ifakkar lill-Kummissjoni bil-ħtieġa li ssaħħaħ l-iffokar u l-għoti ta' fondi tal-programmi mmirati biex jilħqu l-għanijiet fis-'Small Business Act' għall-Ewropa, li fih ġew stipulati sett ta' għaxar prinċipji biex jiġi żgurat ambjent tan-negozju aktar favorevoli għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju;
14. Jifraħ lill-Kummissjoni għas-suċċess tal-azzjoni preparatorja tal-Erasmus għall-Intraprendituri ż-Żgħar, u jilqa' d-deċiżjoni li l-programm jiġi inkorporat fil-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni; jiddispjaċih, madankollu, li l-azzjoni biex il-programm jiġi estiż hija mxekkla mill-allokazzjoni finanzjarja fqira u li, għal din ir-raġuni, is-sħab interessati u kapaċi qed jaqtgħu qalbhom; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tagħmel il-fondi disponibbli sabiex il-programm jikber b'mod adegwat fl-2012 u l-2013;
15. Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġi evitat li l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jnaqqsu mill-investimenti tagħhom, b'mod partikolari fir-riċerka u l-iżvilupp; jemmen li t-tisħiħ tal-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-infrastruttura min-naħa tal-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) għandu jkun prijorità ewlenija u, għalhekk, l-użu ta' dan l-appoġġ finanzjarju mill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju għandu jiġi massimizzat;
16. Jappoġġa bis-sħiħ l-Inizjattiva pilota tal-Bonds tal-Proġetti, immirata lejn il-mobilizzazzjoni tat-tfaddil privat u biex ittejjeb il-firxa ta’ strumenti finanzjarji disponibbli għal proġetti infrastrutturali tal-enerġija, it-trasport u t-teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jsir użu adegwat mill-kriterji ta’ sostenibbiltà tal-BEI, fuq bażi ugwali mal-kriterji finanzjarji;
17. Jitlob li jiġu stabbiliti strumenti finanzjarji speċifiċi biex jappoġġjaw inizjattivi tal-Fond Ewropew għall-Investiment (FEI) biex tinbena infrastruttura Ewropea ta' għoti ta' fondi lill-intraprenditorija soċjali sabiex dan is-settur jiġi stabbilit bħala settur ekonomiku tal-istess importanza daqs setturi ekonomiċi oħra fl-Ewropa;
18. Ifakkar li madwar EUR 1 triljun[2] għandhom jiġu investiti fis-sistema enerġetika tagħna bejn illum u l-2020 sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima u li hemm diskrepanza finanzjarja ta' madwar EUR 100 biljun għan-netwerks għat-trażmissjoni tal-enerġija;
19. Jiddeplora l-fatt li l-inizjattivi mmirati biex itejbu l-miri tal-enerġija ewlenin tal-UE ma ngħatawx fondi biżżejjed u li l-pjan SET għadu ma rċeviex biżżejjed fondi minkejja t-talbiet kontinwi tal-Parlament Ewropew;
20. Jemmen li jeħtieġ li l-UE tagħmel investimenti biex tiżgura aċċess Ewropew garantit għall-infrastruttura spazjali u orbitali;
21. Ifakkar li l-2103 se tkun l-aħħar sena tal-perjodu ta’ pprogrammar attwali u jinsab imħasseb dwar it-tnaqqis possibbli fil-livell tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet; jenfasizza li huwa essenzjali li jiġu ssodisfati l-impenji tal-UE fi proġetti kurrenti u jappoġġja ż-żieda proposta fil-ħlasijiet imresssqa mill-Kummissjoni fl-abbozz ta' baġit tagħha;
22. Jilqa' l-ftehim li ntlaħaq dwar il-finanzjament tal-ispejjeż addizzjonali tal-ITER f'Diċembru 2011, iżda huwa tal-fehma li l-garanzija tal-ammont ta' EUR 360 miljun fil-baġit tal-2013 ma għandhiex thedded l-implimentazzjoni b'suċċess ta' politiki oħra tal-UE, speċjalment dawk li jikkontribwixxu għall-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020 matul din l-aħħar sena tal-perjodu ta' programmar, u jopponi speċifikament kwalunkwe riallokazzjoni tikser din il-prijorità baġitarja.
ĠUSTIFIKAZZJONI
Introduzzjoni
Il-prijoritajiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (minn hawn 'l isfel imsejjaħ il-Kumitat ITRE) fl-Abbozz tal-Baġit tal-UE għall-2013 ġew espressi fl-opinjoni tiegħu tal-31 ta' Mejju 2012 dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz tal-Baġit 2013 u r-riżultat ta' din il-votazzjoni jinsab mehmuż mal-ġustifikazzjoni. L-emendi dwar linji baġitarji kif modifikati mill-Kunsill ġew adottati mill-Kumitat ITRE fit-3 ta' Settembru 2012.
Il-Kumitat ITRE jesprimi l-konvinzjonijiet ċari tiegħu li l-baġit tal-UE għandu l-ewwel nett jiffoka fuq il-politiki u l-programmi tal-UE li jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għar-revitalizzazzjoni tat-tkabbir sostenibbli fl-UE u li jindirizzaw l-isfidi prinċipali fis-soċjetà.
B'mod partikolari, il-Kumitat ITRE jixtieq jenfasizza l-prijoritajiet li ġejjin fl-Abbozz ta' Baġit tal-2013:
investimenti għall-medda twila ta' żmien fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni kif ukoll investimenti għat-tranżizzjoni lejn ekonomija baxxa fil-karbonju u ekoloġika;
il-bżonn tal-UE li timplimenta politiki ta' appoġġ imtejba għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, programmi u riżorsi biex tirrilaxxa bis-sħiħ il-potenzjal tagħhom ta' tkabbir;
il-fatt li l-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea, bl-effett tiegħu ta' lieva, irid jappoġġja l-politiki ta' rkupru tal-Istati Membri permezz ta' finanzjament iktar koordinat;
finalment, l-importanza li wieħed jiftakar li l-2013 se tkun l-aħħar sena tal-perjodu kurrenti ta' programmazzjoni u, għalhekk, hu essenzjali li jiġu onorati l-impenji tal-UE għall-proġetti kurrenti tagħha; il-fatt li jiddispjaċih mit-tnaqqis propost mill-Kunsill u li jappoġġja ż-żidiet proposti fil-pagamenti preżentati mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit tagħha.
Spjegazzjonijiet skont it-titolu
Titolu 01 - L-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji
It-tnaqqis mill-Kunsill ta' EUR 30 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' pagament għall-"Programm għall-Intraprenditorjat u l-Innovazzjoni" (il-linja 01 04 04) taħt il-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni se jipperikola b'mod gravi l-ilħiq tal-objettivi. Bil-baġit propost tal-Kunsill, il-Kummissjoni tistenna li l-pagamenti jinħlew sas-sajf tal-2013 u dan jikkaġuna implikazzjonijiet legali serji għall-Kummissjoni u implikazzjonijiet finanzjarji għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju involuti. Il-Kumitat ITRE, għalhekk, jipproponi li wieħed jerġa' lura għall-Abbozz ta' Baġit.
Titolu 02 – Intrapriża
It-tnaqqis propost mill-Kunsill taħt it-Titolu 02 jagħmel ħsara lill-kisba tal-Istrateġija Ewropa 2020 f'diversi oqsma importanti relatati mal-politika tal-intrapriżi u l-industrija, b'mod partikolari l-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (il-linji 02 01 04 04, 02 01 04 30 and 02 02 01) li hu vitali biex jiġi appoġġjati l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju Ewropej. Barra minn hekk, ir-ristorazzjoni tal-abbozz ta' baġit fir-riċerka tal-ispazju (il-linji 02 02 15, 02 04 01 01, u 02 04 01 03) u l-appoġġ għall-Aġenzija Ewropea GNSS (02 05 02 01) qed tiġi proposta wkoll.
Titolu 08 - Riċerka
Titolu 10 - Riċerka Diretta
Il-Kumitat ITRE fl-emendi tiegħu jitlob li jerġgħu jiġu kif kienu l-linji baġitarji taħt it-titoli "Riċerka" u "Riċerka Diretta" għall-oqsma kollha li jindirizzaw sfidi importanti fis-soċjetà. Il-Kumitat ITRE dejjem appoġġja l-implimentazzjoni sħiħa tas-7 Programm Kwadru u jemmen li hu iktar neċessarju fl-2013 li jingħata appoġġ permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni lit-tnedija mill-ġdid tal-ekonomija Ewropea. Għalhekk, it-tnaqqis propost fil-programm kwadru huwa inaċċettabbli u jipperikola serjament l-ilħiq tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020.
Titolu 09 - Soċjetà tal-informazzjoni u mezzi tax-xandir
Il-Kumitat ITRE jitlob biex jerġgħu jiġu kif kienu l-linji baġitarji li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-inizjattiva ewlenija tal-Aġenda Diġitali UE 2020, b'mod partikolari l-linji kollha relatati mal-appoġġ ta' attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni.
Titolu 32 – Enerġija
Il-Kumitat ITRE jitlob li jerġgħu jiġu kif kienu diversi linji baġitarji vitali taħt it-Titolu 32 fl-Abbozz ta' Baġit tal-Kummissjoni. Barra minn hekk il-Kumitat ITRE jirrikonoxxi wkoll il-bżonn li l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER, il-linja 32 04 10 01) tingħata ftit fondi addizzjonali (madwar EUR 3 miljuni) sabiex ikun żgurat li din tkun tista' tiżviluppa l-għodod neċessarji tas-softwer għall-implimentazzoni tar-Regolament REMIT (Nru 1227/2011). L-ispejjeż għall-iżvilupp tas-softwer mhumiex previsti fl-Abbozz ta' Baġit 2013 u mingħajr finanzjament addizzjonali fl-2013 l-iskadenza għall-implimentazzjoni tar-REMIT tista' ma tintlaħaqx.
Proġetti pilota u azzjonijiet ta’ tħejjija.
Il-Kumitat ITRE qies u evalwa l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji kollha proposti mill-Membri, u adotta erba' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji ġodda li jappoġġaw prijoritajiet politiċi tal-Kumitat u li għandhom potenzjal li, fil-ġejjieni, jiżviluppaw f'attivitajiet u programmi tal-UE:
· L-azzjoni preparatorja "L-innovazzjoni soċjali mmexxija min-negozju soċjali u l-intraprenditorjat taż-żgħażagħ" (wara l-linja 04 04 17) sabiex tiġi identifikata, żviluppata, promossa u mxerrda l-prassi tajba tal-gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali u tal-intermedjarji finanzjarji fl-għajnuna għall-intraprendituri żgħażagħ u soċjali fi żminijiet ta' qgħad għoli fost iż-żgħażagħ;
· Il-proġett pilota "Programm ta' reazzjoni għat-talba għall-konsumaturi tal-enerġija pubblika istituzzjonali għas-suq tal-ibbilanċjar tal-grilja" (wara l-linja 08 05 03) biex tintwera skema innovattiva għas-servizzi anċillari tat-tip ta' reazzjoni għat-talba għall-ibbilanċjar tal-grilja tal-enerġija li tuża portafoll ta' kapaċità ta' binjiet pubbliċi;
· Il-proġett pilota "L-irkupru tal-materja prima kritika permezz tar-reċiklaġġ: opportunità għall-UE u l-Unjoni Afrikana" (wara l-linja 08 06 02) biex tkun stabbilita l-bażi għal kooperazzjoni solida bejn l-Ewropa u l-Afrika dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tar-reċiklaġġ u l-irkupru tal-materja prima;
· Il-proġett pilota "Mudell innovattiv tal-finanzi għar-rinnovazzjoni tal-unitajiet domestiċi multifamiljari u l-proprjetajiet fir-reġjun tad-Danubju" (wara l-linja 32 04 20) biex jintwera kif jiġi ingranat l-investiment fis-settur privat biex jiġi mobilizzat ammont sinifikanti ta' investimenti fis-suq tar-ristawr tad-djar multifamiljari fl-Ewropa.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
24.9.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
39 1 3 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Amelia Andersdotter, Josefa Andrés Barea, Jean-Pierre Audy, Ivo Belet, Reinhard Bütikofer, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Robert Goebbels, Jacky Hénin, Edit Herczog, Kent Johansson, Romana Jordan, Philippe Lamberts, Judith A. Merkies, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Vittorio Prodi, Jens Rohde, Paul Rübig, Amalia Sartori, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Evžen Tošenovský, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Daniel Caspary, António Fernando Correia de Campos, Ioan Enciu, Vicente Miguel Garcés Ramón, Elisabetta Gardini, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Cristina Gutiérrez-Cortines, Roger Helmer, Jolanta Emilia Hibner, Eija-Riitta Korhola, Werner Langen, Pavel Poc, Vladimír Remek |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jorgo Chatzimarkakis, Keith Taylor |
||||
- [1] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2008 lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – 'Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir' – 'Att dwar in-Negozji ż-Żgħar' għall-Ewropa, COM(2008)0394.
- [2] Prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija għall-2020 u wara – Pjan ddetaljat għal netwerk tal-enerġija Ewropew integrat, COM(2010)0677.
OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (17.9.2012)
għall-Kumitat għall-Baġits
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013
(12749/2012 – C7‑0233/2012 – 2012/2092(BUD))
Rapporteur għal opinjoni: Cornelis de Jong
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Ifakkar li, bħala konsegwenza tal-kriżi ekonomika attwali u tal-qagħda baġitarja diffiċli f’bosta Stati Membri, huwa importanti li l-impenji u l-pagamenti inklużi fil-baġit tal-Unjoni Ewropea jirriflettu valur miżjud ċar u l-ogħla effiċjenza ta’ ġestjoni possibbli;
2. Jenfasizza, madankollu, li s-suq intern huwa qasam ta’ politika ewlieni għat-tkabbir ekonomiku u li l-politiki ta’ awsterità għandhom ikunu akkompanjati minn politiki ta’ tkabbir biex tingħeleb il-kriżi; għalhekk iqis li l-allokazzjoni baġitarja għandha tirrifletti dan;
3. Jieħu nota tal-isforzi li saru biex titnaqqas in-nefqa marbuta mal-persunal estern; hu tal-fehma li, bħala standard, il-baġit għall-persunal estern ma għandux jaqbeż l-10 % tan-nefqa totali għall-persunal;
4. Jirrikonoxxi l-bżonn ta’ finanzjament kontinwu tal-"Forum tas-Suq Uniku", avveniment annwali organizzat b'mod konġunt mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Presidenza tal-Kunsill; jisħaq fuq l-importanza tal-Forum tas-Suq Uniku biex ilaqqa’ rappreżentanti taċ-ċittadini, tan-negozji u tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi kif ukoll rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, sabiex jistabbilixxu impenn ċar għat-traspożizzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar is-suq uniku;
5. Jitlob, għalhekk, finanzjament tal-Azzjoni Preparatorja "Forum tas-Suq Uniku" (linja baġitarja 12 02 05), li ssegwi Proġett Pilota implimentat taħt il-baġits 2011 u 2012 (linja baġitarja 12 02 03);
6. Jieħu nota li l-impenji għal-linja baġitarja 02 03 01 huma 4 % ogħla milli fis-sena ta’ qabel, u huwa tal-fehma li din iż-żieda tista' tiġi evitata billi jiġu stabbiliti l-prijoritajiet it-tajba;
7. Jilqa’ l-ħolqien ta' linja baġitarja 02 03 04 02 li se tippermetti lill-konsumaturi u lill-SMEs biex ikun involuti aktar fi prattiki ta’ standardizzazzjoni;
8. Jaqbel li l-baġit tal-pagamenti għal-linja baġitarja 12 02 01 għandu jiżdied biex ikopri l-bżonnjiet tal-‘Ewrobarometru’ u tal-‘Pariri tal-Ewropa Tiegħek’; huwa xettiku, madankollu, dwar il-baġit propost għal studji f’din it-taqsima;
9. Jiddeplora n-nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta’ impenji għal-linja baġitarja 12 02 02 dwar il-Programm SOLVIT u l-pjan ta' azzjoni tas-Servizzi ta' Għajnuna tas-Suq Uniku, u dan għat-tieni sena konsekuttiva; jenfasizza li, minkejja li huwa mekkamiżmu effikaċi għas-soluzzjoni ta' tilwim barra mill-qrati, SOLVIT xorta jeħtieġ promozzjoni aħjar sabiex iċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jibbenefikaw mis-servizzi tiegħu, u li għad hemm bżonn ta' aktar sforzi biex jiġu razzjonalizzati s-Servizzi ta' Għajnuna tas-Suq Uniku;
10. Jilqa’ l-fatt, f’dan ir-rigward, li SOLVIT, l-Ewropa Tiegħek, Pariri tal-Ewropa Tiegħek u s-sistema IMI diġà qed jaħdmu flimkien fuq ċerti kwistjonijiet; jenfasizza li, fuq dan l-isfond, ikun aħjar li l-baġit għal dawn l-għodod ta' governanza f'linja jitwaħħad f’linja baġitarja waħda; jipproponi li din il-linja baġitarja l-ġdida tiżdied b’EUR 1.3 miljun, biex SOLVIT ikun għalkollox funzjonanti, u li l-ammont ta’ EUR 1.7 miljun attwalment maħsub għall-Pariri tal-Ewropa Tiegħek taħt il-linja baġitarja 12 02 01 jiġu ttrasferiti għal-linja baġitarja konsolidata 12 02 02;
11. Jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-baġit għall-programmi tad-Dwana jiżdied; huwa konvint, madankollu, li dan jista’ jiġi kopert parzjalment billi jitnaqqsu l-avvenimenti u s-seminars;
12. Huwa konvint li l-politika tal-konsumatur hija prijorità mill-ogħla għall-kumitat IMCO, u li l-baġit għal dan il-qasam ta' politika għandu jirrifletti dan il-fatt.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
6.9.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
29 0 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, António Fernando Correia de Campos, Cornelis de Jong, Christian Engström, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Louis Grech, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Sandra Kalniete, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Sirpa Pietikäinen, Phil Prendergast, Robert Rochefort, Zuzana Roithová, Heide Rühle |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Regina Bastos, Jürgen Creutzmann, María Irigoyen Pérez, Emma McClarkin, Pier Antonio Panzeri, Marc Tarabella, Kyriacos Triantaphyllides, Sabine Verheyen |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (7.9.2012)
għall-Kumitat għall-Baġits
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013
(12749/2012 – C7‑0233/2012 – 2012/2092(BUD))
Rapporteur għal opinjoni: Gesine Meissner
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jisħaq li l-politika ta’ trasport tal-UE hija ċentrali għall-ksib tal-prijorità tal-iżvilupp sostenibbli tal-Istrateġija Ewropa 2020, inklużi l-objettivi 20-20-20 u dawk dwar sikurezza, u għall-faċilitizzazzjoni tal-funzjonament tas-suq intern tal-UE, billi jkattar il-kwalità tas-servizzi u jżid il-koeżjoni territorjali; ifakkar li s-settur tat-trasport ilaħħaq is-6.3% tal-PDG tal-Unjoni u madwar 13-il miljun impjieg;
2. Ifakkar fl-isforzi għall-konsolidament fiskali magħmulin mill-maġġoranza tal-Istati Membri fil-baġits nazzjonali; iqis li l-abbozz tal-baġit jikseb bilanċ xieraq u raġonevoli bejn l-awsteritajiet fiskali mill-banda l-waħda u l-ħtieġa li jkunu implementati l-programmi tal-UE u jitwassal il-valur miżjud tal-UE mill-banda l-oħra; jirrimarka li l-politiki ta' awsterità se jkunu effettivi biss jekk ikunu appoġġati minn miżuri li jsaħħu t-tkabbir;
3. Jistieden lill-Kunsill jiżgura li r-riżorsi baġitarji meħtieġa jkunu disponibbli biex ikopru l-pagamenti pendenti;
4. Jisħaq li l-programm TEN-T, permezz tal-investiment fl-infrastrutturi ta’ valur għoli Ewropew, huwa essenzjali biex tikber il-kompetittività tal-UE kollha kemm hi, bit-tneħħija ta’ imbottiljamenti u l-bini kif ukoll it-titjib tal-infrastruttura transkonfinali, bħal konnessjonijiet tal-ferrovija, fis-suq intern; u jenfasizza li, b'mod partikolari, it-titjib u l-aġġornament tal-proġetti tal-infrastruttura eżistenti jagħtu kontribut għal investiment effiċjenti billi jistimulaw l-impjieg; jenfasizza r-rwol tal-programm TEN-T għall-issodisfar tal-adattament għall-għan tat-tibdil fil-klima billi jiżgura s-sostenibbiltà tan-netwerks tat-trasport tal-UE futuri, filwaqt li jinkisbu l-objettivi ta' tkabbir ekonomiku u ta' koeżjoni u l-objettivi relatati mat-tkomplija tas-suq intern fis-settur tat-trasport; jitlob li jkun hemm finanzjament adegwat tal-Aġenzija Eżekuttiva TEN-T ħalli tkun tista' tlaħħaq max-xogħol ta' tħejjija għall-implementazzjoni tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.
5. Jenfasizza li f’perjodu ta’ restrizzjoni fiskali, jinħtieġu b’mod urġenti soluzzjonijiet innovattivi sabiex jiġi mobilizzat sehem akbar ta’ ffrankar privat u sabiex tittejjeb il-firxa ta’ strumenti finanzjarji disponibbli għal proġetti infrastrutturali, b'hekk tissaħħaħ il-promozzjoni ta' proġetti ta' sħubija pubblika privata; jitlob li jkun hemm l-implementazzjoni veloċi tal-fażi pilota li ġiet adottata reċentement tal-inizjattiva Self obbligatorju għall-finanzjament tal-proġetti; ifakkar li r-riżultati ta’ dik il-fażi pilota huma ta’ importanza ċentrali għall-implementazzjoni tal-fażi operazzjonali tal-inizjattiva skont il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perijodu 2014-2020;
6. Jenfasizza l-importanza li tiġi żviluppata infrastruttura għat-trasport fi Stati Membri ġodda sabiex ikun hemm żona unika Ewropea tat-trasport; jitlob sabiex il-fondi meħtieġa jilħqu l-ħtiġijiet li qed jiżdiedu tal-Istati Membri l-ġodda f'termini ta' żvilupp ta' infrastruttura tat-trasport u r-rabta tal-infrastruttura ta' dawn l-istati ma' dawk tal-istati ġirien tal-Unjoni Ewropea; jitlob biex il-ħtiġijiet għall-iżvilupp ta' infrastruttura tat-trasport tal-Istati Membri l-ġodda jkunu riflessi kif xieraq fis-sena finanzjarja 2012;
7. Jitlob li l-modi kollha tat-trasport ikunu interoperabbli u li jkun hemm aktar żvilupp ta' sistemi ta' trasport intelliġenti li jippermetti b'mod partikolari użu intelliġenti tal-loġistika kif ukoll għall-iżvilupp tal-infrastruttura meħtieġa għall-veikoli elettriċi; iqis li biex is-settur tat-trasport jiġi 'dekarbonizzat' u jsir wieħed sostenibbli, se jkunu meħtieġa l-innovazzjoni, teknoloġiji ġodda u riżorsi finanzjarji;
8. Jissottolinja l-importanza ta’ allokazzjonijiet baġitarji suffiċjenti għalbiex il-programmi jsostnu l-iżvilupp ulterjuri tas-Sema Uniku Ewropew, taz-Zona Ferrovjarja Unika Ewropea, tal-Politika Marittima Integrata, konnessjonijiet mal-passaġġi tal-ilma interni, tal-prenotazzjoni intermodali u tal-biljetterija elettronika, tal-fjuwils alternattivi, tal-enerġiji rinnovabbli u tal-mobilità urbana; itenni d-diżappunt tiegħu dwar in-nuqqas ta’intestatura tal-baġit dwar it-turiżmu u jiddispjaċih għat-tnaqqis kostanti fl-allokazzjoni baġitarja għas-sigurtà fit-toroq;
9. Jesprimi t-tħassib tiegħu u d-diżappunt tiegħu dwar il-pożizzjoni adottata mill-Kunsill fil-11 ta' Lulju 2012 dwar l-abbozz ta' baġit għall-2013, għaliex din tqiegħed il-Kummissjoni f'riskju li ma tkunx tista tissodisfa l-obbligi tagħha relatati mat-trasport li hemm fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;
10. Jisħaq li l-allokazzjonijiet baġitarji tal-aġenziji tal-EU huma 'l bogħod milli jkunu konfinati għan-nefqa amministrattiva biss, iżda minflok jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet tal-Ewropa 2020 u tal-objettivi tal-UE inġenerali, filwaqt illi jimmiraw lejn l-iffrankar fil-livell nazzjonali, kif deċiż mill-awtorità leġiżlattiva; ifakkar fl-importanza li fl-Unjoni, ikun żgurat l-ogħla livell ta' sigurtà fil-qasam tat-trasport, li l-AESE, l-AESM u l-ERA jagħtu, fil-livell tal-UE, u li qabel kienu ttrattat mis-27 amministrazzjoni nazzjonali;
11. Jirrikonoxxi li l-baġit u l-persunal tal-aġenziji tal-Unjoni għandhom jiġu kkunsidrati sew fir-rigward tal-iskop u d-dimensjoni tal-kompiti u r-responsabilitajiet assenjati lilhom, u li l-aġenziji kollha ma jistgħux jitqiegħdu taħt l-istess pakkett finanzjarju tal-baġit. L-aġenziji tal-Unjoni mhumiex omoġenji u r-riskji li jiffaċċaw u r-responsabilità potenzjali li għandhom marbuta mat-twettiq tal-kompiti tagħhom jistgħu jkunu ferm differenti;
12. Jenfasizza li, meta jitqiesu l-kompiti u r-responsabilitajiet ġodda assenjati lilha mil-leġiżlatur, u li se jkunu implimentati fl-2012 u 2013, l-EASA għandha titqies bħala aġenzija "b'kompiti ġodda" u mhux "b'veloċità normali" kif ikklassifikata mill-Kummissjoni;
13. Jenfasizza l-fatt li l-baġit attwali u l-proposti tal-persunal tal-Kummissjoni għall-2013 se jirriżultaw f'baġit tal-Unjoni għall-EASA, inklużi introjti assenjati, fuq l-istess livell bħal dak għall-2012 kif ukoll it-tnaqqis tat-tnax-il post ġdid mitluba mill-EASA, l-aktar biex ikunu implimentati l-kompiti l-ġodda, minbarra tnaqqis ta' żewġ karigi eżistenti; jirrimarka li disgħa mit-tnax-il post ġdid huma assenjati biex direttament jiżguraw is-sigurtà tat-traffiku tal-ajru u tal-ajruporti fl-Unjoni.
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Daħla
It-titjib tat-tkabbir ekonomiku u tal-ħolqien tal-impjiegi se jkunu fil-qalbu tal-attività tal-UE fl-2013. Is-sena 2013 se tkun l-aħħar sena tal-perijodu kurrenti ta' programmazzjoni, u se jkun neċessarju li jkun hemm aġġornament f'termini ta' ħlasijiet, kif dejjem kien il-każ f’għeluq il-perspettivi finanzjarji, minħabba fil-bidu tal-proċess ta’ tlestija għall-programmi 2007-2013. B'konsegwenza ta’ dan, l-abbozz tal-baġit tal-2013 jipprevedi żiedi sinifikattivi fil-ħlasijiet (+ 6.8 %) għall-oqsma ta’ politika ċentrali mmirati lejn l-investimenti.
Min-naħa tal-impenji, il-Kummissjoni pproponiet, b'mod globali, li jkun hemm friża nominali fuq l-impenji bejn l-2012 u l-2013. B’dana kollu, għal xi programmi li huma importanti għall-objettivi tal-Ewropa 2020, b'mod partikolari t-TEN-T, ġiet proposta żieda.
I. Baġit tat-trasport
Titolu 6 – Mobilità u trasport tal-abbozz ta’ baġit tal-Kummissjoni għall-2013 (AB) fih il-linji baġitarji kollha li għandhom x’jaqsmu mal-politika tat-trasport tal-UE. L-AB jipproponi żieda ta’ 4.4% f’approprjazzjonijiet għall-impenji (żieda minn EUR 1 547 miljun fl-2012 għal EUR 1 664 miljun fl-2013) u tnaqqis ta’ 1% f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (tnaqqis minn EUR 1.079 miljun fl-2012 għal EUR 1.069 miljun fl-2013). It-tnaqqis fil-ħlasijiet huwa dovut l-aktar għat-tlestija tal-programmi ta' qabel l-2006 fl-2012. L-infiqiet amministrattivi wkoll tnaqqsu fl-Abbozz tal-Baġit.
B’mod partikolari, ir-Rapporteur jixtieq jiġbed l-attenzjoni tagħkom għal:
Netwerks Trans-Ewropew – Trasport (06 03)
Din hi linja baġitarja essenzjali għat-trasport. Fil-perijodu 2007-2013, it-TEN-T jikkonċentraw fuq 30 proġett prijoritarju. L-approprijazzjonijiet ta’ impenn huma ffissati fl-ammont ta' EUR 1, 410 miljun, li jikkorrespondi għall-ammont meħtieq għalbiex tkun iffinanzjata r-realizzazzjoni tal-proġetti li bħalissa jinsabu fi stadju ta' tħejjija. Dan jirrappreżenta żieda ta’ 6.4% fuq l-2012, u b'hekk tkun riflessa implementazzjoni tajba globali tal-programm.
L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet se jonqsu bi 3.6 % għal EUR 763 miljun. Dan hu minħabba fit-tlestija għall-programmi ta’ qabel l-2006 fl-2012.
Attivitajiet ta' appoġġ għal politika Ewropea tat-trasport u d-drittijiet tal-passiġġieri (06 02 03)
Hemm tnaqqis fl-Abbozz tal-Baġit kemm fl-approprijazzjonijiet tal-impenji (tnaqqis minn EUR 31, 770, 00 fl-2012 għal EUR 25, 000, 000 fl-2013) u fil-ħlasijiet (tnaqqis minn EUR 16, 307, 145 għa; EUR 15, 126, 157) għal din il-linja.
Programm Marco Polo II (06 02 06)
Hemm tnaqqis fl-impenji (b’4.5% għal EUR 60 miljun) u żieda sostanzjali fl-approprijazzjonijiet tal-ħlasijiet (minn EUR 24, 187, 314 għal EUR 50 miljun).
SESAR (linji 06 03 05 u 06 06 02 03)
Hemm żewġ linji separati għas-SESAR fil-baġit, b’żewġ għejun ta’ finanzjament li jiswew ta' programm qafas ta' riċerka u l-programm TEN-T. Inlinja mal-programmazzjoni finanzjarja, ma jkunx hemm aktar impenji ġodda mill-programm TEN-T għall-Impriża Konġunta SESAR. B’dana kollu, il-finanzjament tas-SESAR permezz tal-linja ta’ riċerka se tissokta bil-ħlasijiet ta’ EUR 45 miljun (10% ogħla mill-2012). L-ammonti previsti mill-AB jidher li huma sodisfaċenti. Dawn ikollhom l-iskop li jiffinanzjaw l-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp u validazzjoni ta' sistemi ġodda ATM (Air Traffic Management).
Riċerka rigward trasport (06 06)
It-tnaqqis fl-impenji u fil-ħlasijiet li hemm dispożizzjonijiet dwaru fl-Abbozz tal-Baġit ġej mit-tlestija tal-programmi ta' qabel l-2006. Iċ-ċifri tal-Abbozz tal-Baġit (EUR 60, 980, 795 f’impenji u EUR 60, 088, 742 fi ħlasijiet) jidhru sodisfaċenti.
L-Aġenziji
Huwa importanti li l-aġenziji jkollhom biżżejjed riżorsi ħalli jwettqu l-kompiti tagħhom. L-istrateġija “Ewropa 2020” u l-istrateġija tal-Kummissjoni dwar it-trasport, kif definiti fil-White Paper tal-2011 dwar it-trasport - Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport, poġġiet lill-aġenziji Ewropej tat-trasport fil-qagħda ta’ pilastru ċentrali tal-azzjoni Ewropea fis-snin li ġejjin. L-AESE, l-AESM, u l-ERA jiżviluppaw azzjonijiet u politiki li huma prijoritajiet Ewropej, appoġġjati politikament mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri. Dawn l-aġenziji jimmassimizzaw l-effiċjenza u l-effikaċja tal-finanzji tal-Istati Membri u jgħinu fit-tnaqqis tal-infiq totali f’wieħed mis-setturi ċentrali tal-politika pubblika qrib taċ-ċittadin: is-sigurtà fit-trasport, bil-għoti fil-livell ta’ UE ta’ dak li qabel kienu jittrattawh 27 amministrazzjoni nazzjonali. Dan hu valur miżjud ċar tal-UE li l-baġit tal-UE għandu jiffinanzjah. Għandu wkoll jiġu ssottolinjat li dawn l-aġenziji jiżviluppaw attivitajiet f’oqsma li għalihom il-kost ta' non-Ewropa jkun tassew għoli. L-interess tal-mezzi tax-xandir u tal-pubbliku fis-sigurtà tat-trasport huwa kbir u sostnut; il-mezzi tax-xandir u l-attenzjoni politika għall-inċidenti tal-ajru, tal-baħar u ferrovjarji jikkorroboraw dan il-fatt qatigħ.
L-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni (06 02 01)
Il-kontribuzzjoni tal-UE għall-baġit tal-AESA tiżdied minn EUR 33, 296, 776 għal EUR 34, 555, 811, jiġifieri żieda ta’ 3.8%.
Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (06 02 02)
L-ammonti proposti fl-Abbozz tal-Baġit għall-AESM jirrappreżentaw żieda globali fl-approprijazzjonijiet ta’ impenn ta’ 1.2% għal EUR 53, 871, 513. Iż-żieda hija kkontemplata għall-miżuri ta’ kontra t-tniġġis u jkunu koperti minn tqassim mill-ġdid l-aktar mil-linja operazzjonali tat-TEN-T. Hemm tnaqqis ta’ 9.6% fl-approprijazzjonijiet tal-ħlasijiet għal EUR 50, 191, 174.
Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (06 02 08)
Is-sussidju tal-Unjoni Ewropea lill-ERA jiżdied b’EUR 384, 000 għal EUR 24, 871, 400 fl-2013, fl-approprijazzjonijiet kemm tal-impenji kemm tal-ħlasijiet.
II. It-Turiżmu
Il-Baġit tat-turiżmu jiġi inkwadrat Titolu 2 – Intrapriża. Dan ma għandu l-ebda linja baġitarja fl-Abbozz tal-Baġit. Il-Kumitat TRAN qabel li jissokta fiż-żewġ azzjonijiet preparatorji dwar it-turiżmu fl-2013. Sa fejn għandu x’jaqsam il-perijodu l-ġdid ta’ programmazzjoni 2014-2020, il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar l-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja - qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew, talab li tiddaħħal mira speċifika ta’ turiżmu fi Programm dwar il-Kompetittività u l-SMEs.
III. Proġetti pilota u azzjonijiet ta’ tħejjija.
Il-kontinwazzjoni tat-tliet proġetti eżistenti ġiet sostnuta mill-Kumitat TRAN. Dawn huma: il-promozzjoni tal-prodotti tat-turiżmu Ewropew u transnazzjonali b’enfasi speċjali għal dak kulturali u industrijali, it-Turiżmu u l-aċċessibilità għal kulħadd u l-interfaċċa għat-tagħrif u l-prenotazzjonijiet tat-trasport Ewropej fil-modi kollha ta’ trasport.
IV. Emendi possibbli
Ir-Rapporteur tagħraf l-isforzi ta’ konsolidament fiskalil magħmulin minn bosta Stati Membri minħabba fil-kriżi finanzjarja u baġitarja u għalhekk titlob li jkun hemm adozzjoni ta’ baġit responsabbli, realistiku u orjentat lejn ir-riżultati. Fl-istess waqt, ir-Rapporteur tisħaq li l-baġit tal-UE jirrappreżenta investiment dirett lejn politiki li juru l-valur miżjud tal-UE u jsostnu t-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi. Il-perijodu ta’ programmazzjoni ta’ bħalissa, 2006-2013, wasal fi tmiemu u programmi kollha marbutin mat-trasport għaddej bis-sħiħ. Għalhekk, se jkun neċessarju aġġornament f’termini ta’ ħlasijiet ħalli jintlaħqu l-obbligi kontrattwali u l-impenji tal-UE.
Il-livell globali tal-abbozz tal-baġit tal-Kummissjoni jikseb bilanċ xieraq u raġonevoli bejn l-awsteritajiet fiskali mill-banda l-waħda u l-ħtieġa li jkunu implementati l-politiki tal-UE u jitwassal il-valur miżjud tal-UE mill-banda l-oħra.
B’mod partikolari, ir-Rapporteur se tintavola emenda mmirati lejn il-kontinwazzjoni tat-tliet azzjonijiet preparatorji eżistenti. Skont il-pożizzjoni tal-Kunsill għar-rigward tal-Abbozz ta’ Baġit, ir-Rapporteur tirriżerva jeddha li treġġa’ lura l-abbozz tal-baġit f’ċerti linji baġitarji ħalli tieħu qies tal-prijoritajiet tal-Parlament għall-azzjoni. Dan jolqot l-aktar il-linji baġitarji fuq it-TEN-Ts, is-SESAS, it-trasport sikur, ir-riċerka dwar it-trasport, u l-jeddijiet tal-passiġġieri. Għandu wkoll ikun innutat li l-Kummissjoni ġa ħadet approċċ rigoruż f’dak li għandu x’jaqsam mal-baġits tal-Aġenziji fl-Abbozz tagħha tal-Baġit. Kull tnaqqis magħmul mill-Kunsill fil-baġits tal-Aġenziji jista’ jipperikola l-implementazzjoni mingħajr intoppi tal-politiki tat-trasport tal-UE kif iddelineati mill-awtorità leġiżlattiva. Ir-Rapporteur għalhekk tipproponi li jitreġġa’ lura l-abbozz tal-baġit b’rispons.
Ir-Rapporteur ma tipproponi l-ebda żieda mqabbla mal-abbozz tal-baġit.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
6.9.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
34 1 3 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Philip Bradbourn, Antonio Cancian, Michael Cramer, Joseph Cuschieri, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Petri Sarvamaa, Olga Sehnalová, Debora Serracchiani, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Georgios Toussas, Giommaria Uggias, Artur Zasada, Roberts Zīle |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Anna Rosbach, Ramon Tremosa i Balcells, Sabine Wils, Janusz Władysław Zemke |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (20.9.2012)
għall-Kumitat għall-Baġits
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013
(12749/2012 – C7‑0233/2012 – 2012/2092(BUD))
Rapporteur għal opinjoni: Georgios Stavrakakis
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Daħla:
Għalkemm l-irkupru ekonomiku mhuwiex l-istess fl-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni qed tibni fuq previżjoni li se nerġgħu lura għat-tkabbir fit-tieni nofs tal-2012, u b’hekk qiegħda tfassal miżuri bil-għan li ssaħħaħ it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, u timmira li tipprovdi lill-ekonomija tal-Ewropa l-investimenti u l-impjiegi li tant hemm bżonnhom. F’dan il-kuntest, filwaqt li tipproponi żieda stretta fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn, limitata għall-korrezzjoni tal-inflazzjoni, u filwaqt li tispeċifika żieda sinifikanti fil-livell tal-pagamenti, il-Kummissjoni stabbilixxiet ħames prijoritajiet prinċipali għall-Abbozz ta’ Baġit tal-2013, jiġifieri investimenti għal tkabbir li jiffavorixxi l-impjiegi, baġit responsabbli u realistiku, l-iskrutinizzar tal-prestazzjoni, l-implimentar tat-trażżin amministrattiv u l-integrar tal-Kroazja.
Ir-Rapporteur għal opinjoni għandu l-istess fehma tal-Kummissjoni dwar il-valur miżjud indisputibbli tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-Unjoni u dwar ir-rwol tagħha bħala qasam ta’ politika ewlieni immirat lejn l-investiment, li joffri l-aħjar mezz ta’ kif jinħolqu l-impjiegi u kif jiġi promoss it-tkabbir ekonomiku. Jenfasizza, madankollu, li filwaqt li r-riżorsi baġitarji taħt l-Intestatura 1b jmisshom jintużaw bil-għan li l-oqsam ta’ politika jiġu allinjati mal-objettivi tal-Istrateġija UE2020, l-objettivi tal-Politika ta’ Koeżjoni, u b’mod partikolari t-tnaqqis tad-disparitajiet reġjonali u l-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali, jibqgħu tal-akbar importanza.
Ristabbiliment tal-Abbozz ta’ Baġit:
Fil-fatt li għamlet id-dispożizzjonijiet baġitarji tagħha, il-Kummissjoni għaldaqstant ivvalutat il-ħtiġijiet baġitarji filwaqt li qieset id-dispożizzjonijiet u l-pakketti tal-perspettiva finanzjarja 2007-2013 u l-Ftehim Interistituzzjonali, u ġabet iċ-ċifri kollha konformi mad-deċiżjonijiet u d-dispożizzjonijiet relevanti.
Ir-Rapporteur għal opinjoni jqis li l-unika istituzzjoni li għandha l-informazzjoni disponibbli biex ikollha għarfien ġenerali tal-bżonnijiet baġitarji reali tar-reġjuni kollha hija l-Kummissjoni. Għaldaqstant, jipproponi li kull tnaqqis propost mill-Kunsill jiġi kkanċellat u li l-ammonti inizjali proposti mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit, jergħu jiġu kif kienu.
Tqassim tar-riżorsi bejn il-fondi:
It-tqassim bejn l-approprjazzjonijiet u l-fondi differenti huwa kif ġej:
It-total ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Fondi Strutturali (il-FEŻR u l-FSE) jammonta għal EUR 42 144,7 miljun u għall-Fond ta’ Koeżjoni EUR 12 354,2 miljun, li jirrappreżenta żieda globali ta’ 3.3% fir-rigward tal-2012. Iż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament hija ogħla b’mod sinifikanti - 11.7%, fir-rigward tal-2012, li tammonta għal EUR 48 975 miljun, li wkoll tirrappreżenta sforz biex jiġi limitat it-tkabbir tal-impenji pendenti. Madankollu, għandu jiġi nnutata li l-istima tal-Kummissjoni hija relatata strettament mal-2013 u tassumi li l-ħtiġijiet ta’ pagamenti mis-snin preċedenti jkunu ġew koperti, u għalhekk kwalunkwe devjazzjoni minn dan se jwassal għal approprjazzjonijiet ta' pagament li ma jkunux suffiċjenti.
Riżultati prinċipali tal-politiki għall-2012:
Ir-riżultati prinċipali tal-politiki, kif stabbiliti mill-Kummissjoni, jinkludu għal darba oħra l-allinjament tal-Politika ta' Koeżjoni mal-objettivi tal-Ewropa 2020, kif ukoll l-użu tal-Politika ta' Koeżjoni bħala strument effettiv għall-ġlieda kontra l-kriżi, jiġifieri billi jiġu appoġġjati l-Istati Membri li jinsabu fi bżonn partikolari, bħalma huma dawk taħt il-programmi UE/FMI. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni ħadet l-inizjattiva li tipproponi lill-Istati Membri jipprogrammaw mill-ġdid il-fondi li għadhom ma ġewx allokati taħt il-Fondi Strutturali, fejn ikun possibbli, biex isaħħu l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ u jappoġġjaw lill-SMEs, filwaqt li varat inizjattiva konġunta ma’ tmien Stati Membri f’dan il-qafas. Oqsma prinċipali oħra li huma ta’ attenzjoni partikolari se jkunu wkoll il-qafas ġuridiku, il-mekkaniżmi ta’ twettiq għall-perjodu ta’ pprogrammar futur, u l-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku Komuni. Il-Kummissjoni għalhekk trid li tikkonċentra fuq li tiddiskuti mal-Istati Membri l-prijoritajiet ta’ investiment strateġiku għall-2014-2020, u fuq l-istadji preparatorji tal-programmi operazzjonali. Barra minn hekk, il-ħidma fuq l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku u fuq l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju mistennija tkompli, filwaqt li l-kooperazzjoni dwar l-Istrateġija Atlantika se tkompli tiġi żviluppata aktar mad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd. Fl-aħħar, il-Kummissjoni qed tippjana li taħdem fuq il-konsolidament tal-pożizzjoni tal-Kroazja bħala Stat Membru mill-1 ta’ Lulju 2013.
Proġetti pilota u Assistenza Teknika:
Din is-sena l-Membri għal darba oħra pproponew għadd imnaqqas ta’ proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji potenzjali, li fil-biċċa l-kbira jikkonċernaw estensjonijiet ta’ miżuri li kienu ġew approvati preċedentement, jiġifieri l-“Forum tal-Atlantiku għall-Istrateġija Atlantika tal-UE”, “Lejn identità reġjonali komuni, rikonċiljazzjoni tan-nazzjonijiet u kooperazzjoni ekonomika u soċjali inkluża Pjattaforma Pan-Ewropea għall-Għarfien u l-Eċċellenza fil-makroreġjun tad-Danubju”, “It-titjib tal-koperazzjoni reġjonali u lokali permezz tal-promozzjoni tal-politika reġjonali tal-UE fuq skala globali”, “Id-definizzjoni ta’ mudell ta’ Governanza għar-Reġjun tal-Unjoni Ewropea tad-Danubju – kordinament aħjar u effettiv”, kif ukoll “Appoġġ għal Mayotte, jew kwalunkwe territorju ieħor potenzjalment affettwat, bil-bidla għall-istatus ta’ reġjun ultraperiferiku”.
Il-miżuri l-ġodda li ġew proposti jinkludu azzjoni preparatorja għall-iżvilupp ta' strateġiji makroreġjonali fil-Mediterran, proġett pilota li jirrigwarda l-potenzjal ekonomiku attwali u dak speċifikat fir-reġjuni Griegi minbarra r-reġjun kapitali ta’ Ateni bħala mudell għar-reġjuni ta’ konverġenza fl-UE, u finalment proġett pilota għall-iżvilupp ta’ pjattaforma ta’ servizzi għall-esportazzjonijiet tal-SMEs.
Il-kontinwazzjoni tal-miżura tal-“Assistenza teknika u tixrid ta’ informazzjoni dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku u għarfien imtejjeb tal-istrateġija tal-makroreġjuni”, ukoll qed tiġi proposta, u għandha għalhekk titressaq bħala emenda għall-Abbozz ta’ Baġit.
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Hu tal-fehma li l-ammonti mdaħħla fl-Abbozz ta’ Baġit (AB) għall-Intestatura 1b jikkorrispondu għall-bżonnijiet minimi u l-objettivi tal-politika reġjonali kif stabbiliti mill-Unjoni u għalhekk jirrikjedi li l-linji baġitarji tal-Intestatura 1b, kif proposti mill-Kummissjoni, jinżammu kif inhuma jew, fejn meħtieġ, jerġgħu jiġu kif kienu;
2. Jenfasizza li l-implimentazzjoni effikaċi u effiċjenti tal-politika reġjonali hija essenzjali għall-irkupru ekonomiku u għall-ilħuq tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, peress li tikkontribwixxi mhux biss għall-ħolqien tal-qafas korrett għal tkabbir ekonomiku stabbli u sostenibbli u għall-ħolqien tal-impjiegi, imma wkoll, bl-istess importanza, għat-tnaqqis effikaċi tad-disparitajiet reġjonali u biex isseħħ il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali;
3. Jilqa’ ż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-Intestatura 1b bi 3.3% għal EUR 54 499 miljun, u ż-żieda tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament bi 11.7 %, għal EUR 48 975 miljun, fuq l-2012, fejn din is-somma li tissemma l-aħħar tinkludi t-tnaqqis ta’ 33.2% għal EUR 1 923 miljun f’pagamenti għall-għeluq tal-perjodu 2000-2006;
4. Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tirriprogrammar fejn possibbli r-riżorsi li għadhom ma ntefqux mill-approprjazzjonijiet tal-Fondi Strutturali f'xi Stati Membri favur l-SMEs u l-impjiegi għaż-żgħażagħ, skont il-prijoritajiet tal-Parlament; iqis li dan jista’ jirriżulta fi spinta maġġuri għall-irkupru ekonomiku tal-UE u biex jintlaħqu l-objettivi tat-tkabbir u tal-impjiegi u jitlob li jinżamm mgħarraf kif dovut dwar l-implimentazzjoni ta’ din l-inizjattiva fil-livell nazzjonali, l-impatt mistenni tagħha fuq it-tkabbir u l-impjiegi u l-impatt possibbli tagħha fuq il-baġit tal-2013;
5. Jisħaq fuq l-importanza predominanti tal-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji u l-miżuri ta' assistenza teknika bħala għodda kruċjali biex jiġu fformulati l-prijoritajiet u biex titwitta t-triq għal inizjattivi ġodda, u jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja u timplimenta l-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji u l-miżuri ta’ assistenza teknika kollha kif hemm propost mill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali għall-Intestatura 1b.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
18.9.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
31 3 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
François Alfonsi, Luís Paulo Alves, Charalampos Angourakis, Victor Boştinaru, John Bufton, Alain Cadec, Francesco De Angelis, Rosa Estaràs Ferragut, Danuta Maria Hübner, Filiz Hakaeva Hyusmenova, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Mojca Kleva, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Ramona Nicole Mănescu, Riikka Manner, Iosif Matula, Ana Miranda, Jens Nilsson, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Markus Pieper, Ewald Stadler, Georgios Stavrakakis, Nuno Teixeira, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Ivars Godmanis, Karin Kadenbach, Andrey Kovatchev, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Derek Vaughan |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (19.9.2012)
għall-Kumitat għall-Baġits
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013
(12749/2012 – C7‑0233/2012 – 2012/2092(BUD))
Rapporteur għal opinjoni: Esther de Lange
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jinnota li l-Abbozz tal-Baġit 2013 tal-Kummissjoni għall-agrikoltura huwa diġà pjuttost restrittiv, billi jipproponi żidiet fl-impenji ta' 0.4% u 1.3% għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali rispettivament u żidiet fil-ħlasijiet ta' 0.5% u 5.4%, inqas miż-żieda proposta tal-Abbozz tal-Baġit sħiħ;
2. Madankollu jinnota li, minħabba d-diffikultajiet baġitarji u t-tfaddil diffiċli li sar f'ħafna Stati Membri, il-baġit tal-Unjoni għandu juri wkoll realiżmu u restrizzjoni, filwaqt li jiġu rrispettati l-impenji legali eżistenti;
3. Jemmen li t-tfaddil jista' per eżempju jsir permezz ta' tnaqqis gradwali ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal żero ewro; hu tal-fehma li r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għandhom jinżammu bħala intestaturi tal-baġit, madankollu, peress li jistgħu jkunu strumenti importanti għal kriżijiet u assistenza fis-suq agrikolu; jinnota li l-mod u l-użu futuri tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni bħala strument ta' kriżi u assistenza fil-kuntest tad-WTO għandhom ikunu bbażata fuq il-prinċipju ta' reċiproċità;
4. Jitlob lill-Kummissjoni tagħti liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja informazzjoni fil-pront, regolari u sħiħa dwar l-implimentazzjoni - abbażi ta' indikaturi tal-mira ta' prestazzjoni - tad-diversi programmi u inizjattivi taħt l-Intestatura 2, u tivvalutahom apparagun tal-impenji politiċi tal-UE;
5. Jikkritika sew il-Kunsill għall-mod arbitrarju u ta' spiss mhux fondat li bih jipproponi tnaqqis mill-Abbozz tal-Baġit, li jagħti l-impressjoni li jsir għall-apparenza aktar milli għal ibbaġitjar realistiku;
6. Jemmen li jista' jsir titjib fl-għeluq ta' kontijiet tas-snin preċedenti u jistieden lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-Istati Membri ħalli jtejbu l-prestazzjoni amministrattiva tagħhom f'dan il-qasam; madankollu jemmen li dan jinvolvi sforz fuq tul ta' żmien twil u għalhekk iqis li l-istimi tal-Kunsill tad-dħul għall-2013 mill-għeluq tal-kontijiet huma verament mhux realistiċi; jinsisti li jerġgħu jiddaħħlu parzjalment l-istimi tal-Kummissjoni mniżżla fl-Abbozz tal-Baġit għall-2013; barra minn hekk, jirrifjuta t-tnaqqis propost mill-Kunsill fl-Iskema tal-Frott fl-Iskejjel, l-għajnuniet diretti akkoppjati u l-ftehimiet agrikoli internazzjonali;
7. Jinnota li l-PAK hija mistennija li tkun riformata fil-futur qarib u għalhekk jipproponi żieda fil-linja baġitarja mmirata biex iżżid is-sensibilizzazzjoni għall-PAK u kampanja ta' informazzjoni strutturata u organizzata kemm jista' jkun bil-kunsiderazzjoni tal-gruppi destinatarji; barra minn hekk jipproponi li jiżdiedu l-baġits disponibbli għall-miżuri ta' promozzjoni u l-organizzazzjonijiet ta' produtturi, li huwa konformi mar-riforma attwali tal-PAK;
8. Jinnota li, f'dawn l-aħħar snin, in-nefqa fuq l-għajnuna ta' gruppi ta' produtturi għal rikonoxximent preliminari qabżet b'mod konsiderevoli l-previżjonijiet tal-Kummissjoni; jaċċetta li n-nefqa stmata għall-2013 tirriżulta bil-kbir mill-impenji legali eżistenti u għalhekk jipproponi li jerġgħu jiddaħħlu ċ-ċifri tal-Abbozz tal-Baġit tal-Kummissjoni; madankollu jistieden lill-Kummissjoni biex hawnhekk tadotta miżuri li jpoġġu n-nefqa għar-rikonoxximent preliminari ta' gruppi ta' produtturi taħt kontroll aktar strett;
9. Jerġa' jdaħħal l-Abbozz tal-Baġit tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ħlasijiet għal miżuri għall-iżvilupp rurali għax il-programmi tat-tieni pilastru se jiġu fit-tmiem fl-2013, l-aħħar sena tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF), meta tradizzjonalment ikun meħtieġ livell ogħla ta' ħlasijiet; madankollu jistieden lill-Kummissjoni biex timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni korretta ta' dawn il-programmi; Huwa importanti wkoll li tingħata flessibilità lill-Istati Membri biex imexxu l-fondi li ma ntnefqux bejn l-assi, assi li diġà wrew li kienu ta' rendiment għall-bdiewa u l-komunitajiet rurali;
10. Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jimmonitorjaw il-votalità tas-swieq agrikoli u biex jirreaġixxu b'mod mgħaġġel u effettiv meta jkun hemm bżonn; jinsisti dwar il-flessibiltà neċessarja sabiex ikun ikkunsidrat il-fatt li żvilupp pożittiv b'mod ġenerali fis-swieq agrikoli qatt ma jkollu impatt ekwu fuq is-setturi kollha; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni biex tipprovdi strumenti effettivi ta' azzjoni għal perjodi ta' kriżi u jitlob għal studju urġenti fil-livell ta' informazzjoni fost il-bdiewa dwar l-użu ta' strumenti tal-ġestjoni tar-riskji u d-disponibilità ta' taħriġ jew korsijiet f'dan il-qasam;
11. Jenfasizza l-fatt li l-liberalizzazzjoni mfittxija tas-suq agrikolu trid tkun akkumpanjata minn distribuzzjoni iktar ġusta tal-profitti tul il-katina alimentari biex il-bdiewa jkun jista' jkollhom livell ta' għajxien xieraq; Jilqa' l-passi li ttieħdu favur it-twaqqif ta' Osservatorju Ewropew tal-Prezzijiet u l-Marġini tal-Irziezet u jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli dan il-proġett pilota, notevolment bil-għan li jiġu inklużi l-prezzijiet bl-imnut fil-qafas tal-osservatorju u titjieb l-aċċessibilità tad-data;
12. Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi inċentivi speċjali għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti ta' kwalità għolja fil-livell lokali u b'hekk jiġu promossi l-ktajjen ta' provvista qosra; jirrimarka li l-ħruġ ta'denominazzjonijiet tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi jista' jagħti kontribut kbir għal dan;
13. Jinnota li l-konsumaturi mhumiex konxji biżżejjed tal-istandards relattivament għoljin tal-produzzjoni għal oġetti tal-ikel Ewropej; jitlob konsegwentament ġestjoni mtejba tal-informazzjoni biex tinħoloq l-aċċettazzjoni pubblika neċessarja ta' politika agrikola u għajnuniet Ewropej;
14. Jitlob għat-twaqqif ta' proġett pilota dwar "agrikoltura intelliġenti mil-lat ta' klima fil-prattika" li jiġbor flimkien gruppi operattivi biex jiffukaw fuq soluzzjonijiet fl-irziezet bl-intenzjoni li l-prattiki agrikoli jiġu adattati għat-tibdil fil-klima;
15. Jappoġġa l-ħolqien ta' azzjoni ta’ tħejjija għat-tielet programm tal-UE mmirata għaż-żamma u l-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti u l-annimali fl-agrikoltura.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
18.9.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 0 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
John Stuart Agnew, José Bové, Luis Manuel Capoulas Santos, Vasilica Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Diane Dodds, Herbert Dorfmann, Hynek Fajmon, Mariya Gabriel, Iratxe García Pérez, Julie Girling, Béla Glattfelder, Martin Häusling, Esther Herranz García, Elisabeth Jeggle, Elisabeth Köstinger, Agnès Le Brun, George Lyon, Gabriel Mato Adrover, Mairead McGuinness, James Nicholson, Rareş-Lucian Niculescu, Wojciech Michał Olejniczak, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Ulrike Rodust, Alfreds Rubiks, Giancarlo Scottà, Czesław Adam Siekierski, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Alyn Smith, Csaba Sándor Tabajdi, Janusz Wojciechowski |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Maria do Céu Patrão Neves |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd (6.9.2012)
għall-Kumitat għall-Baġits
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013
(12749/2012 – C7‑0233/2012 – 2012/2092(BUD))
Rapporteur għal opinjoni: Crescenzio Rivellini
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jenfasizza li l-abbozz ta' baġit, kif previst mill-Kummissjoni Ewropea, mhuwiex biżżejjed biex ikopri l-bżonnijiet finanzjarji tas-setturi kollha tas-sajd u tal-affarijiet marittimi, minkejja l-importanza ta' dawn l-attivitajiet għall-bilanċ reġjonali, il-konservazzjoni tal-ekosistemi tal-baħar u għal kwistjonijiet ekonomiċi, kif muri mill-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020;
2. Jinnota li l-Abbozz ta' Baġit ma jikkunsidrax l-adeżjoni tal-Kroazja u għaldaqstant se jkun indispensabbli li l-baġit jitranġa fi żmien adegwat, sabiex ikun żgurat livell ta' finanzjament adegwat għal dan il-pajjiż kostali;
3. Jikkunsidra ta' ħsara kbira fuq il-medda ta' żmien qasir u medju, it-tnaqqis sinifikanti tal-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Kapitolu 11 (-2.7% jekk jiġu esklużi r-riżervi) u jfakkar li l-politika komuni tas-sajd, li attwalment qed tkun riformata, u biex ir-riforma tkun ta' suċċess, għandu jkun ipprovdut finanzjament sostanzjali sabiex tkun żgurata s-sostenibilità u l-provvista tal-industrija tas-sajd u tal-prodotti tal-akkwakultura madwar l-Unjoni;
4. Jitlob l-approprjazzjonijiet ta' impenn totali jinżammu fil-livelli tal-baġit tal-2012, sabiex tkun ippreservata s-sostenibilità tal-proġetti fis-settur mniedi mill-Kummissjoni u sabiex fl-istess ħin, ikun ikkontrollat l-infiq fil-kuntest tal-konsolidament baġitarju;
5. Iqis li l-proposta ta' żieda ta' 3.1% tal-approprjazzjonijiet ta' ħlas, bħala konsegwenza antiċipata fi tmiem il-perjodu ta' programmar tal-baġit pluriennali u fid-dawl tal-impenji meħuda fis-snin preċedenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-Fond Ewropew tas-Sajd (FES), u m'għandhiex titqies bħala sforz mill-Kummissjoni biex tappoġġja dan is-settur;
6. Jikkunsidra bħala indispensabbli li jkunu stipulati prijoritajiet fil-politiki dwar l-affarijiet tas-sajd u marittimi, u qabel kollox fir-rigward tal-approprjazzjonijiet għall-FES (11 06), kif ukoll il-kontroll u l-infurzar tal-politika komuni tas-sajd u b'mod aktar partikolari fir-rigward tal-approprjazzjonijiet għall-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (11 08 05) u tal-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-isfruttament tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin (11 07);
7. Jiddeplora t-tnaqqis ta' aktar minn 10% fl-approprjazzjonijet għall-kapitolu dwar is-swieq tas-sajd (11.02) u jinnota li dan it-tnaqqis hu motivat mir-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit 2011 u mill-kuntest ekonomiku attwali;
8. Josserva t-tnaqqis eċċessiv tal-fondi disponibbli għad-dimensjoni esterna tal-politika komuni tas-sajd (11.03), peress li hu preżunt li l-ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd futuri ser jiswew aktar minħabba l-iskarsezza tar-riżorsi u l-istabbiliment ta' appoġġ settorjali;
9. Jikkunsidra inaċċettabbli n-nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Politika Marittima Integrata (11.09) u hu tal-fehma li dan ser jippreġudika l-implimentazzjoni futura tagħha;
10. Jirrifjuta b'mod kategoriku t-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u jistieden lill-Kunsill, biex minflok isostni l-isforzi magħmula minn din l-Aġenzija fl-interessi tal-Unjoni, permezz ta' żieda ulterjuri fl-approprjazzjonijiet ;
11. Jistieden lill-Kunsill jirrevedi l-pożizzjoni tiegħu dwar il-livell globali ta' approprjazzjonijiet għall-Kapitolu 11, sabiex l-approprjazzjonijiet ta' impenn jinżammu fil-livelli tal-2012 u biex jiggarantixxi ħlas biex ikopri l-azzjonijiet diġà ppjanati, u b'hekk isostni l-prijoritajiet stabbiliti għall-affarijiet marittimi u s-sajd.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
6.9.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
19 0 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Kriton Arsenis, Alain Cadec, Chris Davies, João Ferreira, Carmen Fraga Estévez, Dolores García-Hierro Caraballo, Ian Hudghton, Werner Kuhn, Isabella Lövin, Gabriel Mato Adrover, Guido Milana, Maria do Céu Patrão Neves, Crescenzio Rivellini, Ulrike Rodust, Struan Stevenson, Isabelle Thomas, Jarosław Leszek Wałęsa |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean-Paul Besset, Julie Girling, Nikolaos Salavrakos, Antolín Sánchez Presedo |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (24.9.2012)
għall-Kumitat għall-Baġits
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013
(12749/2012 – C7‑0233/2012 – 2012/2092(BUD))
Rapporteur għal opinjoni: Morten Løkkegaard
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jinnota li l-2013 se tkun l-aħħar sena għall-programmi pluriennali fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ, il-kultura, il-midja u ċ-ċittadinanza; jenfasizza kemm hu importanti li jinżamm livell suffiċjenti ta’ pagamenti għal dawn il-programmi bil-għan li jiġi żgurat li jibqgħu jiffunzjonaw għalkollox sa tmiem il-perjodu ta’ pprogrammar;
2. Ifakkar li kemm il-programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja (PTTĦ) u kemm il-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni jġibu valur miżjud Ewropew li hu ċar u li jintwera u huma vitali għas-suċċess tal-Istrateġija Ewropa 2020; ifakkar fir-rati għolja ta’ prestazzjoni tagħhom u jinnota li, fis-sottoprogramm tal-Erasmus, hemm wisq aktar domanda milli tista’ tiġi ssodisfata; jitlob li ssir żieda sostanzjali fl-approprjazzjonijiet għal dawn il-programmi; ifakkar li jeżisti mad-dinja kollha ammont dejjem jikber ta' inizjattivi ta' tagħlim mill-bogħod onlajn li huma ta' suċċess; jitlob għall-inklużjoni ta' investimenti fit-tagħlim mill-bogħod onlajn;
3. Jenfasizza r-rwol sinifikanti li jwettqu l-programmi Culture, MEDIA u MEDIA Mundus, mhux biss fl-appoġġ għall-produzzjoni u t-tixrid ta’ films u materjal awdjoviżiv u fl-appoġġ lill-artisti u l-professjonisti fis-settur kulturali, iżda wkoll fl-iżgurar tal-kooperazzjoni f'dan il-qasam bejn l-UE u l-pajjiżi terzi, u b'hekk jinkoraġixxu rispett akbar għad-diversità kulturali u lingwistika, id-djalogu interkulturali u l-fehim reċiproku, u jippromwovuhom; iqis li l-approprjazzjonijiet għal dawn il-programmi jeħtieġ li jiżdiedu b'mod sostanzjali, b'enfasi partikolari fuq proġetti żgħar;
4. Ifakkar li l-programmi MEDIA u MEDIA MUNDUS iżidu l-kompetittività tal-industrija awdjoviżiva Ewropea; jenfasizza r-rwol relevanti li għandu l-programm Kultura 2007 f’dawk li huma diversità kulturali u mobilità iżda wkoll bħala kontribut għall-ekonomija;
5. Jenfasizza r-rwol importanti li għandu l-isport tan-nies fil-komunitajiet fil-promozzjoni tal-attività fiżika li ttejjeb is-saħħa u fil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali; jinnota li l-Azzjoni Preparatorja “Sħubiji Ewropej dwar l-isport” tiffoka fuq l-ittestjar ta’ oqsma ġodda, bħalma hi l-ġlieda kontra x-xiri tal-logħob, il-ħarsien tas-saħħa tal-atleti permezz ta' monitoraġġ mediku intensifikat u l-promozzjoni tat-tixjiħ attiv, bil-ħsieb li fl-isport tiġi żviluppata d-dimensjoni Ewropea; jitlob li jsir finanzjament suffiċjenti għall-programmi fil-qasam tal-isport, u għall-oqsma kollha tal-azzjoni preparatorja, kif ukoll għall-kompetizzjonijiet sportivi transkonfinali;
6. Jinnota li l-Garanzija Ewropea għaż-Zgħażagħ hija inizjattiva bil-potenzjal li tiġġenera riżultati ekonomiċi sinifikanti sal-2014;
7. Ifakkar li politika effettiva tal-komunikazzjoni twettaq irwol sinifikanti fis-sensibilizzazzjoni, mhux l-anqas fiż-żmien li jwassalna għall-elezzjonijiet Parlamentari tal-2014, u fl-inkoraġġiment taċ-ċittadini biex jipparteċipaw b'mod attiv f'dawk l-elezzjonijiet; jitlob li jsir aktar investiment fl-approprjazzjonijiet għall-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni tal-UE sabiex jiġi żgurat li l-midja nazzjonali kemm kbira u kemm żgħira titfa’ aktar -attenzjoni tagħha fuq kwestjonijiet tal-Unjoni Ewropea; jenfasizza l-irwol important tal-midja soċjali onlajn biex jintlaħqu ż-żgħażagħ Ewropej;
8. Jenfasizza li l-politika tal-komunikazzjoni tal-UE twettaq ukoll irwol kruċjali fil-promozzjoni tal-ħajja demokratika fl-Unjoni u fil-ħolqien ta’ rabtiet aħjar bejn l-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha; jinnota li l-istrateġija tal-komunikazzjoni tal-UE hija prinċipalment ibbażata fuq approċċ minn fuq għal isfel; għalhekk jipprevedi rwol importanti għal strateġija tal-komunikazzjoni tal-UE minn isfel għal fuq, b'mod partikolari permezz tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ kontenut bejn il-midja lokali u dik reġjonali;
9. Ifakkar li l-midja, speċjalment it-televiżjoni, tifforma l-għajn primarja tat-tagħrif għaċ-ċittadini Ewropej; għalhekk iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE jiffurmaw sħubijiet kemm mal-midja pubblika u kemm mal-midja privata bil-għan li jilħqu udjenza wisq aktar wiesgħa;
10. Ifakkar li l-midja soċjali u l-internet huma għajn dejjem akbar ta’ aħbarijiet għaċ-ċittadini Ewropej kif ukoll opportunità biex dak li jkun jagħmel konnessjoni mal-politikanti u dawk li jfasslu l-politika b'mod interattiv u kollaborattiv; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jiftħu aktar informazzjoni tas-settur pubbliku bl-użu tal-midja soċjali u jinteraġixxu b'mod aktar attiv maċ-ċittadini;
11. Jenfasizza l-bżonn li jsir il-finanzjament xieraq tal-programmi mmirati biex iqajmu l-kuxjenza pubblika dwar l-Unjoni Ewropea fil-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat;
12. Jilqa' l-proklamazzjoni tal-2013 bħala s-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, iżda jiddispjaċih ħafna għall-fatt li, b'EUR 1 miljun, il-baġit allokat għaliha huwa wieħed mill-iżgħar baġits li qatt ġie assenjat lil Sena Ewropea; jitlob, għalhekk, li l-baġit tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013 jiżdied u jenfasizza li jrid jiġi previst finanzjament suffiċjenti, peress li s-Sena Ewropea taċ-Ċittadini se tgħin biex jiġi ppreżentat programm taċ-ċittadini ġdid ambizzjuż għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid;
13. Jilqa' l-inizjattivi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-promozzjoni tar-rotot kulturali fl-azzjoni preparatorja dwar it-turiżmu sostenibbli u jitlob għall-kontinwazzjoni ta' din l-azzjoni fl-2013;
14. Jemmen li l-wirt kulturali rikk u divers tal-UE u l-attività kulturali kontemporanja ta' kwalità għolja tagħha jagħtu lill-UE pożizzjoni unika fid-dinja; għalhekk jitlob li l-approprjazzjonijiet jiżdiedu biex jiġi żgurat aċċess ikbar għall-kultura tal-UE barra minnha permezz tal-mezzi tad-diplomazija kulturali u l-użu ta' midja ġdida;
15. Jemmen li, fi żminijiet ta' awsterità u stress ekonomiku, m'għandux jitnaqqas l-investiment kulturali; iqis, madankollu, li xi programmi kulturali jistgħu jitmexxew b'mod aktar effiċjenti; għalhekk jitlob għal aktar kooperazzjoni u konsolidazzjoni tal-programmi għall-kultura, il-midja u l-komunikazzjoni;
16. Jemmen li d-diġitalizzazzjoni toffri opportunità kbira għaċ-ċittadini biex jaċċessaw il-wirt kulturali divers Ewropew; għalhekk jitlob għal żieda fl-approprjazzjonijiet fil-proġetti ta' diġitalizzazzjoni u aċċess għall-kontenut kulturali.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
19.9.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
29 1 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Zoltán Bagó, Malika Benarab-Attou, Lothar Bisky, Piotr Borys, Jean-Marie Cavada, Silvia Costa, Lorenzo Fontana, Cătălin Sorin Ivan, Petra Kammerevert, Morten Løkkegaard, Emilio Menéndez del Valle, Marek Henryk Migalski, Katarína Neveďalová, Doris Pack, Chrysoula Paliadeli, Gianni Pittella, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Marietje Schaake, Marco Scurria, Emil Stoyanov, Hannu Takkula, László Tőkés, Marie-Christine Vergiat |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
François Alfonsi, Heinz K. Becker, Nadja Hirsch, Iosif Matula, Bernd Posselt, Mitro Repo, Kay Swinburne |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (5.9.2012)
għall-Kumitat għall-Baġits
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013
(12749/2012 – C7‑0233/2012 – 2012/2092(BUD))
Rapporteur għal opinjoni: Salvatore Iacolino
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jiddispjaċih mill-fatt li taħt is-subintestatura 3a l-abbozz ta’ baġit propost mill-Kummissjoni jirrappreżenta biss żieda żgħira f'approprjazzjonijiet ta’ impenn meta mqabbel mal-2012; jinsisti li s-sena finanzjarja 2013 hija sena li tagħmilha ta’ pont għall-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid;
2. Jitlob żieda baġitarja fil-programm għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, meta titqies l-importanza ta’ dan il-qasam għall-UE u, b’mod partikolari, għall-Parlament Ewropew;
3. Jinsisti li l-approprjazzjonijiet tal-fondi tal-programm "Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni" għandhom ikunu konsistenti mal-ammonti previsti fl-ipprogrammar finanzjarju 2007-2013; jitlob li jiġi allokat sehem ibbilanċjat tar-riżorsi finanzjarji lill-Fond Ewropew għar-Rifuġjati u lill-Fond għall-Integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi; jitlob allokazzjoni speċifika għall-iżvilupp ta' verifiki fuq il-fruntieri li jikkunsidraw il-protezzjoni u li jirrispettaw għalkollox id-drittijiet fundamentali tal-migranti;
4. Jitlob riżorsi finanzjarji suffiċjenti għall-iskop tar-rilokazzjoni intra-UE tal-migranti;
5. Jirrakkomanda li parti sostanzjali tal-baġit għas-SIS II jinżamm f'riżerva sakemm jinkiseb progress operattiv u jkun hemm konformità mal-ippjanar finanzjarju;
6. Iqis li hu neċċessarju li titqiegħed f'riżerva parti kbira tal-linji baġitarji relatati mas-sigurtà interna sakemm jinkiseb eżitu sodisfaċenti dwar il-governanza ta' Schengen, wara d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti fil-15 ta' Ġunju 2012 li jimblukkaw ħames dossiers, inkluż il-baġit 2013, fir-rigward tas-sigurtà interna biex jesprimu nuqqas ta' qbil mad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-governanza ta' Schengen;
7. Jinnota li l-EASO hija aġenzija ġdida li għadha qed tikber u li l-Frontex għandu kompiti ġodda skont ir-Regolament emendat tiegħu; jinsisti li l-FRA, l-EASO u l-Frontex jingħataw riżorsi finanzjarji adegwati u l-persunal meħtieġ biex iwettqu l-mandat u l-kompiti kollha tagħhom;
8. Jikkunsidra li hu meħtieġ li jiżdied il-baġit għall-Europol, b’mod partikolari għaċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità li se jinħoloq dalwaqt, meta jitqies li l-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Istrateġija ta' Sigurtà Interna tal-Unjoni Ewropea.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
3.9.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
44 1 5 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Philipp Albrecht, Edit Bauer, Simon Busuttil, Philip Claeys, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Ioan Enciu, Frank Engel, Monika Flašíková Beňová, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Timothy Kirkhope, Juan Fernando López Aguilar, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Svetoslav Hristov Malinov, Véronique Mathieu, Anthea McIntyre, Louis Michel, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Rui Tavares, Nils Torvalds, Axel Voss, Renate Weber, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Evelyne Gebhardt, Monika Hohlmeier, Franziska Keller, Ádám Kósa, Marian-Jean Marinescu, Antonio Masip Hidalgo, Jan Mulder, Raül Romeva i Rueda, Marie-Christine Vergiat, Glenis Willmott |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Justas Vincas Paleckis, Iuliu Winkler |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (6.9.2012)
għall-Kumitat għall-Baġits
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013
(12749/2012 – C7‑0233/2012 – 2012/2092(BUD))
Rapporteur għal opinjoni: Enrique Guerrero Salom
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
A. billi jagħraf is-sitwazzjoni tal-finanzi pubbliċi fil-livell tal-Istati Membri, u billi l-baġit tal-Unjoni jirrappreżenta, fost affarijiet oħra, strument ewlieni li jista’ jservi ta’ katalizzatur għall-investiment, li għandu jiġi intensifikat fi żmien ta’ kriżi,
1. Jilqa’ b’sodisfazzjon iż-żieda fl-allokazzjonijiet għall-finanzjament għall-partiti poltiċi fil-livell Ewropew u għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej;
2. Jenfasizza li l-2013 hija sena ta' qabel l-elezzjonijiet, li tirrikjedi l-ħolqien ta’ linja baġitarja speċifika sabiex iċ-ċittadini jkunu mgħarrfa dwar id-drittijiet elettorali tagħhom u l-kwistjonijiet marbutin mal-elezzjonijiet Ewropej;
3. Jiddispjaċih li s-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013 ma setgħetx tibbenefika minn fondi addizzjonali mill-baġit tal-Unjoni; iqis li, f’perjodu ta’ kriżi, l-Unjoni għandha tagħmel ħilitha biex issaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini u tqegħidhom fil-qofol tal-prijoritajiet ta’ tħassib għall-iżvilupp ta’ politiki ġodda;
4. Jiddispjaċih li l-marġni disponibbli taħt is-subintestatura Ċittadinanza huwa għal darb’oħra limitat ħafna meta mqabbel ma’ subintestaturi oħra, u ma jippermettix li l-Unjoni tingħata mezzi suffiċjenti biex tintroduċi inizjattivi ġodda jew biex tħabbat wiċċha ma’ sitwazzjonijiet possibbli mhux mistennija;
5. Iqis li s-sena ta’ qabel l-elezzjoni tal-2013 għandha importanza partikolari fir-rigward tal-komunikazzjoni u li, konsegwentement, l-allokazzjonijiet għall-programm Nikkomunikaw fi Sħubija għandhom ikunu tal-inqas identiċi għal dawk tal-2012;
6. Huwa tal-fehma li l-infiq proprju tal-Parlament Ewropew fuq l-elezzjonijiet Ewropej għandu jkun immirat fuq ir-rwol tal-midja soċjali f’li jinvolvu liċ-ċittadini fid-dibattitu dwar il-kampanja u fil-parteċipazzjoni fiha;
7. Jenfasizza li, mill-introduzzjoni tal-inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej fl-1 ta’ April 2012, diġà ġew irreġistrati mill-Kummissjoni bosta inizjattivi u jistgħu potenzjalment iwasslu għal seduta ta’ smigħ fil-Parlament fl-2013; iqis li l-Parlament għandu jipprevedi finanzjament adegwat għas-seduti ta’ smigħ possibbli.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
5.9.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
15 2 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Carlo Casini, Andrew Duff, Ashley Fox, Enrique Guerrero Salom, Gerald Häfner, Stanimir Ilchev, Constance Le Grip, David Martin, Morten Messerschmidt, Paulo Rangel, Algirdas Saudargas, Luis Yáñez-Barnuevo García |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Zuzana Brzobohatá, Marietta Giannakou, Anneli Jäätteenmäki, Evelyn Regner, Helmut Scholz, György Schöpflin |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (21.9.2012)
għall-Kumitat għall-Baġits
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013
(12749/2012 – C7‑0233/2012 – 2012/2092(BUD))
Rapporteur għal opinjoni: Nikolaos Salavrakos
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Huwa tal-fehma li l-ammont totali ta' riżorsi baġitarji mitlub mill-Ombudsman Ewropew għall-2013 se jippermettilu li jissodisfa l-obbligi skont l-Istatut tiegħu, id-dispożizzjonijiet implimentattivi u l-ftehim ta' koperazzjoni u se jippermettilu li jwettaq dmirijietu b'mod effikaċi;
2. Jinnota li l-estimi tal-Ombudsman għall-2013 juru total ta' EUR 9 887 000, li jirrappreżenta żieda ta' 3.89 % (+EUR 370 500) meta mqabbel mal-baġit tiegħu għall-2012;
3. Jirrimarka li ż-żieda relattivament għolja meta mqabbel mal-baġit tal-2012 tirriżulta fil-parti l-kbira tagħha minn żieda sinifikanti fil-kera li se jkollha titħallas mill-Ombudsman fl-2013 minħabba r-rilokazzjoni tal-uffiċċji tiegħu fi Brussell;
4. Jinnota li ż-żieda fil-ħlasijiet tal-kera waħidha hija responsabbli għal żieda ta' 2.4 % fl-estimi; jirrimarka li mingħajr din l-allokazzjoni għal spejjeż ogħla ta' kera, il-baġit tal-Ombudsman kien jiżdied b'1.4 % biss, li huwa inqas mir-rata prevista ta' inflazzjoni ta' 1.9 %;
5. Jinnota t-talbiet tal-Ombudsman għal kariga waħda addizzjonali (AD6) fl-organigramma tiegħu u r-rivalutazzjoni ta' 8 karigi eżistenti (2 AST u 6 AD);
6. Jappoġġja t-talba tal-Ombudsman għal żieda fl-approprjazzjonijiet għal aġenti kuntrattwali biex tissaħħaħ l-Unità tar-Reġistru, li l-kompiti tagħha ġew estiżi biex jinkludu t-trattament ta' lmenti li mhumiex koperti mill-mandat tal-Ombudsman; jenfasizza li t-tnaqqis ippjanat mill-Ombudsman fl-approprjazzjonijiet għall-apprendistati, biex ipatti għaż-żidiet fl-approprjazzjonijiet li saru neċessarji minħabba l-espansjoni tal-Unità tar-Reġistru, m'għandhomx ikollhom effett negattiv fuq il-valur tat-taħriġ provdut permezz tal-apprendistati jew fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-apprendisti żgħażagħ;
7. Huwa sodisfatt li l-Ombudsman għal darba oħra rnexxielu jiġġenera ffrankar (EUR 211 000) billi skrutinizza sistematikament il-linji baġitarji tiegħu kollha, ħaġa li ppermettietlu juża dan l-iffrankar biex jikkontribwixxi għall-finanzjament ta' proġetti ppjanati fl-2013;
8. Jinnota b'sodisfazzjon li l-Ombudsman, meta titqies is-sitwazzjoni ekonomika attwali fl-Ewropa, biħsiebu jkompli jeżerċita t-trażżin massimu possibbli f'baġits futuri safejn dan ikun konsistenti mal-mandat tiegħu.
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet ħa nota tal-estimi tal-Ombudsman Ewropew għas-sena finanzjarja 2013, li ressaq lill-awtorità baġitarja skont l-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju.
L-estimi tal-Ombudsman għall-2013 juru total ta' EUR 9 887 000. Dan jirrappreżenta żieda ta' 3.89 % (+ EUR 370 500) meta mqabbel mal-baġit finali tal-Ombudsman għall-2012 (EUR 9 516 500). L-estimi jinkludu kemm l-impatt tal-inflazzjoni kif ukoll iż-żieda fl-għoli tal-ħajja mbassra mill-Kummissjoni Ewropea.
Karatteristiċi ewlenin tal-baġit 2013
Iż-żieda relattivament għolja fil-baġit 2013 (+ 3.89 %) meta mqabbel mal-baġit 2012 tirriżulta primarjament minn żieda konsiderevoli fil-kera (+ EUR 230 000) li l-Ombudsman se jkollu jħallas fl-2013.
Fl-2013 l-uffiċċju tal-Ombudsman fi Brussell se jiċċaqlaq mill-post attwali tiegħu fil-bini l-qadim Eastman għal bini ġdid f'Rue Montoyer. Peress li l-kera tal-bini Eastman kienet baxxa minħabba l-istat kemmxejn fqir tal-bini, l-Ombudsman kellu jżid l-approprjazzjonijiet għall-kera fi Brussell (+ EUR 230 000).
Flimkien ma' żieda żgħira fil-kera għall-uffiċċji fi Strasburgu (+ EUR 7 000), l-approprjazzjonijiet globali għall-ħlasijiet ta' kera fl-2013 jammontaw għal EUR 725 000 (+ 49 %). Barra minn hekk, il-ħlasijiet addizzjonali għall-bini l-ġdid huma ogħla (+ 33 %) milli għall-bini qadim Eastman.
Iż-żieda fil-ħlasijiet tal-kera waħidha hija responsabbli għal żieda ta' 2.49 % fil-baġit. Mingħajr din il-bidla fis-sitwazzjoni tal-pagament tal-kera, il-baġit tal-Ombdusman għall-2013 kien jiżdied biss b'1.4 % meta mqabbel mal-baġit tas-sena li għaddiet, li huwa inqas mir-rata prevista ta' inflazzjoni ta' 1.9 %.
Iffrankar u ridistribuzzjonijiet
Bħal fi snin preċedenti, is-servizzi tal-Ombudsman ħejjew l-estimi baġitarji abbażi tal-proġetti ppjanati għall-2013. Meta titqies is-sitwazzjoni attwali fl-Ewropa, is-servizzi tal-Ombudsman skrutinizzaw sistematikament il-linji baġitarji kollha bil-ħsieb li jidentifikaw iffrankar li jkun jista' jikkontribwixxi għall-finanzjament ta' dawn il-proġetti.
L-ammont totali ġġenerat minn dan l-eżerċizzju jammonta għal EUR 211 000, li jirrappreżenta iktar minn 36 % taż-żieda totali f'linji baġitarji oħra (EUR 581 500).
Persunal
Fl-estimi tiegħu għall-2013 l-Ombudsman jitlob kariga waħda permanenti addizzjonali (AD6). Il-kompiti tal-Uffiċjal Kontabilist tal-Ombudsman Ewropew s'issa twettqu minn uffiċjal mill-Parlament Ewropew. Madankollu, bidliet fis-sistemi u l-politiki (tal-IT) tal-Parlament wasslu għal sitwazzjoni fejn ikun vantaġġjuż għaż-żewġ naħat li l-uffiċċju tal-Ombudsman iwettaq il-kompiti ta' kontabilità hu stess. L-ebda karigi oħrajn ma ntalbu għall-2013.
Fir-rigward tar-rivalutazzjonijiet tal-karigi fl-2013 l-Ombudsman jitlob rivalutazzjoni ta' 8 karigi eżistenti (2 AST u 6 AD). Dawn ir-rivalutazzjonijiet huma meħtieġa skont ir-Regolamenti tal-Persunal. L-Ombudsman jenfasizza li dan ma jfissirx li jiġu promossi awtomatikament 8 membri tal-persunal. L-Ombudsman jiddeċiedi fir-rigward ta' kull promozzjoni jekk il-kandidat jistħoqqlux biżżejjed il-promozzjoni.
Fil-bidu tal-2012 l-Ombudsman iddeċieda li jagħti r-responsabilità tat-trattament ta' lmenti li mhumiex koperti mill-mandat tiegħu lill-Unità tar-Reġistru. Dan ifisser li din l-Unità trid tissaħħaħ b'aġenti kuntrattwali. Għal dan it-tisħiħ l-Ombudsman talab żieda ta' EUR 113 000 fl-approprjazzjonijiet għall-aġenti kuntrattwali. L-Ombudsman jenfasizza li din iż-żieda hija paċuta bi tnaqqis ekwivalenti fl-approprjazzjonijiet għall-apprendistati (- EUR 113 000).
Organizzazzjoni
L-attivitajiet tal-uffiċċju tal-Ombudsman jistgħu jinqasmu f'erba' oqsma: 1) it-trattament ta' lmenti u t-twettiq ta' inkjesti, 2) il-komunikazzjoni u -sensibilizzazzjoni, 3) attivitajiet ta' appoġġ, u 4) strateġija u governanza.
Biex jitwettqu l-attivitajiet imsemmija hawn fuq, ġiet stabbilita organizzazzjoni ġdida tas-servizzi tal-Ombudsman li bdiet taħdem f'Jannar 2012. Iż-żewġ Dipartimenti eżistenti ġew riorganizzati u nħolqu żewġ Direttorati, li kull wieħed minnhom kellu tliet Unitajiet: żewġ Unitajiet għall-Ilmenti u l-Inkjesti u Unità inkarigata mill-attivitajiet ta' appoġġ.
Fl-istruttura l-ġdida l-ilmenti u l-inkjesti jirrappreżentaw 57 % tal-persunal totali, il-komunikazzjoni u s-sensibilizzazzjoni 17 %, l-attivitajiet ta' appoġġ 22 % u l-istrateġija u l-governanza 4 %.
Ammont ta' xogħol
Fl-2011 l-Ombudsman irreġistra 2 510 ilmenti, li minnhom 698 kienu koperti mill-mandat tiegħu (fl-2010 ċ-ċifri kienu 2 667 ilment, li 744 minnhom kienu koperti mill-mandat tiegħu). L-Ombudsman fetaħ 382 inkjesta (335 fl-2010). Matul l-2011 lesta 318-il inkjesta (326 fl-2010). B'kollox ittratta 'l fuq minn 3 700 ilment u talbiet għal informazzjoni.
F'iktar minn 65 % tal-każijiet ipproċessati (1 667) l-Ombudsman seta' jgħin lil min ressaq l-ilment billi jiftaħ inkjesta, jittrasferixxi l-każ lill-korp kompetenti jew jagħti pariri. Fir-rigward tal-każijiet trasferiti jew każijiet fejn min ressaq l-ilment imgħata l-parir li jirrikorri għand korp ieħor, 47 % tal-ilmenti kienu indirizzati lil membru tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen (nazzjonali u/jew reġjonali), li l-Parlament Ewropew huwa membru sħiħ tiegħu. Fi 11 % tal-każijiet, min ressaq l-ilment ġie riferut lill-Kummissjoni u 46 % ingħataw il-parir li jirrikorru għand korpi oħra bħas-SOLVIT.
Fl-2011 l-Ombdusman irnexxielu jagħlaq 84 każ li fih l-istituzzjoni kkonċernata qablet li tilħaq soluzzjoni jew ftehim amikevoli għall-kwistjoni. F'47 każ instabet amministrazzjoni ħażina u fi 13 minn dawn intlaħaq eżitu pożittiv, fejn l-istituzzjoni kkonċernata aċċettat għalkollox jew parzjalment l-abbozz ta' rakkomandazzjoni tal-Ombudsman. L-Ombudsman għalaq 35 każ b'kummenti kritiċi u f'39 każ għamel aktar kummenti. F'64 każ ma nstabet l-ebda amministrazzjoni ħażina.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
19.9.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
19 0 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Sonia Alfano, Margrete Auken, Elena Băsescu, Victor Boştinaru, Michael Cashman, Ágnes Hankiss, Roger Helmer, Peter Jahr, Lena Kolarska-Bobińska, Miguel Angel Martínez Martínez, Erminia Mazzoni, Judith A. Merkies, Chrysoula Paliadeli, Nikolaos Salavrakos, Jarosław Leszek Wałęsa, Rainer Wieland |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Phil Prendergast, Angelika Werthmann |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Elisabeth Köstinger |
||||
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
10.10.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
27 2 5 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Francesca Balzani, Reimer Böge, Zuzana Brzobohatá, Jean Louis Cottigny, Jean-Luc Dehaene, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Ivars Godmanis, Ingeborg Gräßle, Lucas Hartong, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, George Lyon, Barbara Matera, Claudio Morganti, Jan Mulder, Juan Andrés Naranjo Escobar, Nadezhda Neynsky, Dominique Riquet, Alda Sousa, Helga Trüpel, Derek Vaughan, Angelika Werthmann, Jacek Włosowicz |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jürgen Klute, María Muñiz De Urquiza |
||||