RAPPORT b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar ir-rapport tal-Presidenti tal-Kunsill Ewropew, tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Grupp tal-euro bit-titolu "Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina"

24.10.2012 - (2012/2151(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Relatur: Sur Marianne Thyssen
Rapporteur għall-opinjoni (*): Roberto Gualtieri, Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura
(Inizjattiva – Artikolu 42 tar-Regoli ta' Proċedura)


Proċedura : 2012/2151(INL)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0339/2012

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar ir-rapport tal-Presidenti tal-Kunsill Ewropew, tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Grupp tal-euro bit-titolu "Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina"

(2012/2151(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2012,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern taż-Żona tal-Euro tad-29 ta' Ġunju 2012,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Presidenti tal-Kunsill Ewropew, tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Grupp tal-euro tas-26 ta' Ġunju 2012 bit-titolu "Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina",

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 42 u 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0000/2012),

A. billi minn mindu ġie ffirmat it-Trattat ta' Ruma, l-Unjoni Ewropea għamlet passi sinifikanti lejn integrazzjoni politika, ekonomika, fiskali u monetarja;

B.  billi l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) mhijiex għan fiha nnifisha iżda pjuttost l-istrument biex jinkisbu l-objettivi tal-Unjoni u tal-Istati Membri, b'mod partikolari tkabbir bilanċjat u sostenibbli u livell għoli ta' impjieg; billi l-inklużjoni soċjali u s-solidarjetà huma s-sisien tal-mudell soċjali Ewropew u tal-integrazzjoni Ewropea kollha kemm hi u ma jistgħux jitħallew barra minn kwalunkwe riforma futura tal-Unjoni;

C. billi f'soċjetà tal-informazzjoni globalizzata l-bżonn ta' integrazzjoni Ewropea aktar mill-qrib imsejsa fuq il-leġittimità demokratika, ir-responsabbiltà, it-trasparenza u l-approvazzjoni taċ-ċittadini qed isir dejjem iżjed ċar;

D. billi integrazzjoni Ewropea aktar mill-qrib għandha tipprevedi parteċipazzjoni parlamentari akbar kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-Unjoni;

E.  billi l-Unjoni tinsab f'salib it-toroq u hemm bżonn li tingħażel direzzjoni ċara jew biex jingħaqdu l-forzi fi ħdan l-Unjoni u jinbena ġejjieni għal Unjoni b'saħħitha, immexxija mill-valuri u bbażata fuq is-solidarjetà f'dinja globalizzata, jew inkella biex tirtira fiha nnifisha u tkun imġiegħla tadatta ruħha passivament għall-globalizzazzjoni;

F.  billi l-kriżi ekonomika, finanzjarja u bankarja u t-tnaqqis attwali fir-ritmu ekonomiku wasslu għal livell għoli ta' dejn pubbliku u privat fil-livell nazzjonali u problemi finanzjarji fis-settur pubbliku f'diversi Stati Membri u, flimkien mal-eżistenza ta' żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi, laqtu l-iżvilupp soċjoekonomiku taż-żona tal-euro u tal-Unjoni kollha kemm hi b'mod rapidu, dirett u negattiv;

G. billi bejn l-2008 u nofs l-2012 ir-rata tal-qgħad fl-UE-27 telgħet minn madwar 7 % għal 10.4 %, jiġifieri 25 miljun persuna qiegħda, u li aktar minn wieħed minn kull ħames żgħażagħ jinsabu bla xogħol (22 %), u l-qgħad taż-żgħażagħ jaqbeż il-50 % f’xi Stati Membri;

H. billi l-ħolqien tal-impjiegi, impjiegi ta' kwalità u xogħol deċenti huma kruċjali biex tingħeleb il-kriżi attwali;

I.  billi bħalissa diversi Stati Membri qed jiffaċċjaw sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja esiġenti ħafna, aggravata bil-pressjoni kontinwa fuq is-swieq tal-bonds sovrani li qed tiġi riflessa f'rati ta' self mhux sostenibbli għal xi pajjiżi kif ukoll f'rati ta' mgħax baxxi jew negattivi għal xi pajjiżi oħrajn u instabbiltà finanzjarja u ekonomika konsiderevoli;

J. billi t-taħlita ta' kompetittività li qed tevolvi f'direzzjonijiet diverġenti u potenzjal baxx ta' tkabbir, rati għoljin ta' qgħad b'defiċits għoljin u b'dejn pubbliku u privat għoli mhux biss qed tkun ta' ħsara f'xi Stati Membri, iżda qed iddgħajjef ukoll iż-żona tal-euro kollha kemm hi;

K. billi l-avvenimenti reċenti wrew biċ-ċar li ż-żona tal-euro xorta għadha mhijiex attrezzata tajjeb biex issolvi l-kriżi u biex tirreaġixxi b'mod adegwat għax-xokkijiet ekonomiċi reġjonali u globali li jseħħu fiha;

L. billi r-rwol importanti li jaqdi l-euro, kemm fiż-żona tal-euro kif ukoll fil-livell globali, bħala t-tieni l-aktar munita internazzjonali ta' riżerva importanti, jitlob reazzjoni Ewropea qawwija u azzjoni Ewropea kkoordinata sabiex jiġu introdotti mill-ġdid it-tkabbir u l-istabbiltà fl-ekonomija;

M.                                                                                                                          billi matul dawn l-aħħar għaxar snin l-euro ġab ħafna benefiċċji lill-Unjoni, bħall-istabbiltà tal-prezzijiet, it-tneħħija tal-ispejjeż relatati mal-konverżjoni tal-munita fiż-żona tal-euro, l-impossibbiltà ta' żvalutazzjonijiet kompetittivi nominali, rati aktar baxxi ta' mgħax, l-inkuraġġiment tal-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji u moviment aktar faċli tal-kapital transkonfinali;

N. billi l-munita unika tal-Unjoni m'għandhiex issir simbolu ta' firda li jhedded il-proġett Ewropew kollu, iżda għandha tibqa' l-munita tal-Unjoni kollha kemm hi, deċiżiva u kapaċi tieħu deċiżjonijiet ta' portata wiesgħa għal ġejjieni komuni u prosperu;

O. billi l-progress lejn UEM ġenwina għandu jirrispetta r-rieda ta' dawk l-Istati Membri li għandhom klawsola ta' nonparteċipazzjoni fir-rigward tal-obbligu li jintroduċu l-euro illi jżommu l-muniti nazzjonali rispettivi tagħhom;

P. billi l-adeżjoni maż-żona tal-euro timplika livell għoli ta' interdipendenza ekonomika u finanzjarja bejn l-Istati Membri kkonċernati u b'hekk tirrikjedi koordinament ferm aktar mill-qrib tal-politiki finanzjarji, fiskali, soċjali u ekonomiċi, fejn l-Istati Membri jgħaddu l-kompetenzi tagħhom lil-livell tal-Unjon, liema koordinament huwa marbut ma' strumenti aktar stretti ta' superviżjoni u implimentazzjoni effikaċi; billi, madankollu, din l-integrazzjoni akbar mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hi l-euro, possibbilment akkumpanjati minn grupp ta' Stati Membri oħra volontarji, għandha bżonn tiġi żviluppata fil-qafas ta' "żewġ veloċitajiet, Ewropa waħda", bil-għan li jiġu evitati passi politiċi li jispiċċaw iwasslu għall-ħolqien ta' żewġ Ewropi differenti;

Q. billi l-aħħar riċerka tal-Ewrobarometru tindika li minħabba l-kriżi persistenti ġie rreġistrat tnaqqis ċar fil-fiduċja tan-nies fl-istituzzjonijiet politiċi kemm fil-livell nazzjonali u kemm fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll tnaqqis ċar fil-perċezzjoni pubblika tal-Unjoni bħala entità li twassal immaġni pożittiva; billi, madankollu, l-Unjoni tibqa' l-attur li ċ-ċittadini tal-Unjoni jħossu li hu l-aktar effikaċi biex jindirizza l-kriżi ekonomika;

R. billi dawk li jfasslu l-politika fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali għandhom jispjegaw bla heda liċ-ċittadini tagħhom il-benefiċċji tal-integrazzjoni Ewropea u l-implikazzjonijiet u l-isfidi marbuta ma' munita unika, inklużi l-ispejjeż u r-riskji involuti jekk tisfaxxa ż-żona tal-euro;

S. billi 17-il Stat Membru diġà adottaw il-munita unika tal-Unjoni u l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri l-oħrajn ser jadottaw l-euro meta jkunu lesti;

T. billi kwalunkwe dubju dwar il-ġejjieni tal-UEM b'mod ġenerali, inkluża l-irreversibbiltà tal-adeżjoni fiż-żona tal-euro, u dwar il-munita unika tal-Unjoni b'mod partikolari mhuwiex ġustifikat, peress li huwa fl-interess taċ-ċittadini kollha li l-Unjoni tkun b'saħħitha;

U. billi l-kompitu ewlieni huwa l-bini mill-ġdid tal-fiduċja sabiex iċ-ċittadini u l-impriżi Ewropej jiġu konvinti jibdew jinvestu mill-ġdid fl-ekonomija u sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex l-istituzzjonijet finanzjarji jkunu jistgħu jagħtu mill-ġdid kreditu fuq bażi mifruxa iżda soda lill-ekonomija reali;

V. billi t-tweġiba għall-kriżi tal-euro hija kumplessa u titlob sforzi varjati u fit-tul fil-livelli istituzzjonali kollha u fil-livelli kollha ta' politika;

W.                                                                                                                          billi huwa kompitu tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-Istati Membri b'mod ġenerali u dawk tal-Istati Membri taż-żona tal-euro b'mod partikolari li jaqdu rwol importanti fil-ħolqien ta' unjoni fiskali b'mod li l-mekkaniżmi kollha tal-ġestjoni ta' kriżi fiż-żona tal-euro, bħal pereżempju l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES), ikunu inkorporati f'qafas istituzzjonali fejn il-Parlament ikun involut bis-sħiħ bħala koleġiżlatur; billi l-istruttura intergovernattiva attwali tippreżenta nuqqas serju ta' leġittimità demokratika; billi l-munita komuni tista' biss tiġi stabbilizzata jekk l-Istati Membri jkollhom ir-rieda li jgħaddu l-kompetenzi tagħhom fil-politiki fiskali lil-livell tal-Unjoni;

X. billi l-bini mill-ġdid tal-fiduċja jirrikjedi wkoll li tali Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern u l-Ministri tagħhom jiddefendu u jispjegaw fl-Istati Membri tagħhom id-deċiżjonijiet ta' politika li jkun intlaħaq qbil dwarhom fil-livell tal-Unjoni; billi meta f'ċerti każijiet ir-responsabbiltà għal deċiżjonijiet impopolari tinxteħet inġustament fuq l-Unjoni, tinħoloq logħba partikolarment perikoluża li tirriskja li tgħawwar l-Unjoni minn taħt, iddgħajjef is-solidarjetà u fl-aħħar mill-aħħar tagħmel ħsara lill-kredibbiltà tal-mexxejja nazzjonali nfushom u potenzjalment lill-proġett Ewropew kollu kemm hu;

Y. billi l-Unjoni bħalissa hija fraġli fil-livell soċjali; billi diversi Stati Membri qed iħaddnu sforzi ta' riforma strutturali u programmi ta' konsolidazzjoni eżigenti għall-aħħar; billi fl-aħħar mill-aħħar l-unjoni politika hija l-muftieħ biex jingħelbu dawn iż-żmenijiet ibsin, filwaqt li titħeġġeġ is-solidarjetà u li jitkompla l-proġett Ewropew;

Z. billi s-samit tal-Kunsill Ewropew u taż-żona tal-euro tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2012 ikkonferma d-determinazzjoni tagħhom li jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-Ewropa tkun finanzjarjament stabbli, kompetittiva u prospera u b'hekk isaħħu l-benesseri taċ-ċittadini;

AA.  billi l-firda dejjem tikber bejn il-pajjiżi li jinsabu fil-qalba u dawk li jinsabu fil-periferija tal-Unjoni m'għandhiex issir ta' natura kronika; billi jrid jinħoloq qafas permanenti li fi ħdanu l-Istati Membri li jinsabu f'diffikultà għandhom ikunu jistgħu jserrħu fuq appoġġ ibbażat fuq is-solidarjetà minn Stati Membri oħrajn; billi dawk l-Istati Membri li jixtiequ s-solidarjetà għandu jkollhom l-obbligu li jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom sabiex jimplimentaw l-impenji kollha tagħhom fil-qasam baġitarju kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tagħhom u l-impenji tagħhom fil-qafas tas-Semestru Ewropew, b'mod partikolari dawk relatati mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST), il-Patt Euro Plus, l-Istrateġija Ewropa 2020 u l-proċedura għall-iżbilanċi makroekonomiċi, filwaqt li jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi speċifiċi għal kull pajjiż; billi l-izgurar tal-istabbiltà finanzjarja ta' kull Stat Membru huwa kwistjoni ta' interess reċiproku għall-Istati Membri; billi l-Artikolu 121 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li l-Istati Membri għandhom iqisu l-politiki ekonomiċi tagħhom bħala kwistjoni ta' interess komuni u jikkoordinawhom fi ħdan il-Kunsill;

AB.  billi l-ikkompletar tas-suq uniku huwa vitali biex jerġa' jinkiseb it-tkabbir; billi, bħala l-gwardjan tat-Trattati, il-Kummissjoni għandha bżonn iżżid l-isforzi tagħha biex tinforza l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar is-suq intern kif ukoll il-konformità magħha; billi biex is-suq intern jaħdem tajjeb jeħtieġ li r-regoli dwar l-integrazzjoni tas-suq ikunu aktar ibbażati fuq regolamenti milli fuq direttivi;

AC.  billi m'hemm l-ebda dubju li l-integrazzjoni Ewropea hija proċess irreversibbli u progressiv ;

It-triq 'il quddiem: ir-rapport tal-erba' Presidenti

AD.  billi minn perspettiva demokratika u fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona mhuwiex aċċettabbli li l-President tal-Parlament Ewropew, li huwa magħmul minn Membri eletti li jirrappreżentaw 'il fuq minn 502 miljun ċittadin Ewropew, ma ġiex involut fit-tfassil tar-rapport imsemmi hawn fuq, intitolat "Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina";

AE.   billi issa wasal iż-żmien li l-mexxejja politiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha juru d-determinazzjoni, il-kreattività, il-kuraġġ, ir-reżiljenza u s-sens ta' tmexxija tagħhom biex ineħħu n-nuqqasijiet li fadal u li għadhom ixekklu l-funzjonament tajjeb tal-UEM; billi l-metodu intergovernattiv laħaq il-limiti tiegħu u mhuwiex adatt għal teħid demokratiku u effiċjenti ta' deċiżjoniijet fis-seklu 21; billi għandha ssir qabża lejn Ewropa tassew federali;

AF.   billi r-rapport imsemmi hawn fuq, intitolat "Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina", jagħżel mingħajr ambigwità li jimxi 'l quddiem u jipprova jkisser iċ-ċiklu ta' sfiduċja permezz ta' miżuri strutturali; billi r-rapport għandu jagħti attenzjoni wkoll lid-dimensjoni soċjali;

AG.  billi l-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2012 talab lill-President tiegħu jiżviluppa pjan direzzjonali speċifiku u marbut biż-żmien għall-ksib ta' UEM ġenwina; billi l-iżvilupp ta' viżjoni globali fit-tul permezz ta' pjan direzzjonali huwa sinjal importanti li jista' jikkontribwixxi għall-bini mill-ġdid tal-fiduċja li tista' tikber hekk kif il-pjan direzzjonali jitwettaq pass wara l-ieħor;

AH.  billi progress kostanti fl-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali fit-tul ma jipprovdi l-ebda soluzzjoni immedjata għall-kriżi u m'għandux idewwem il-miżuri meħtieġa fuq perjodu qasir;

AI.    billi ma jistax jiġi eskluż li jaf ikun hemm bżonn bidliet ġodda fit-Trattat sabiex tiżdied il-leġittimità demokratika ta' UEM totalment operattiva; billi l-Kummissjoni għandha telenka l-inizjattivi leġiżlattivi attwali li ma jridux isofru dewmien minħabba l-iżviluppi istituzzjonali meħtieġa fuq perjodu twil;

AJ.   billi l-ksib ta' UEM ġenwina fl-Unjoni se jirrikjedi li titwettaq bidla fit-Trattati fuq perjodu medju;

AK.  billi l-użu sħiħ tal-proċeduri u l-flessibilità tat-Trattati eżistenti biex itejbu malajr il-governanza tal-UEM fil-kuntest tal-għoti ta' qafas għal spazju politiku Ewropew ta' veru huwa kundizzjoni għall-bini ta' kunsens demokratiku għal bidla futura tat-Trattat li tkun komprensiva u jkollha suċċess;

AL.   billi l-Parlament Ewropew għandu d-dritt li jressaq lill-Kunsill proposti għall-emendar tat-Trattati li sussegwentement ikollhom bżonn jiġu eżaminati minn Konvenzjoni, sabiex jiġi kkompletat il-qafas ta' UEM ġenwina billi jitjiebu l-kompetenzi tal-UE, b'mod partikolari fil-qasam tal-politika ekonomika, u billi jissaħħu r-riżorsi proprji u l-kapaċità baġitarja tal-Unjoni, ir-rwol u r-responsabbiltà demokratika tal-Kummissjoni u l-prerogattivi tal-Parlament;

AM. billi hu realistiku u xieraq li wieħed jaħseb li tali Konvenzjoni m'għandhiex issir qabel l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss; billi t-tħejjijiet għal tali Konvenzjoni għandhom jibdew qabel l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss;

AN.  billi kemm il-miżuri proposti skont it-Trattati eżistenti kif ukoll il-bidliet futuri fit-Trattati m'għandhomx jeskludu klawsoli ta' parteċipazzjoni għal Stati Membri u għandhom jiggarantixxu l-integrità tal-UE;

AO.  billi l-bidliet futuri fit-Trattati m'għandhomx jikkostitwixxu ostaklu għall-implimentazzjoni ta' malajr ta' dak li diġà jista' jinkiseb fil-qafas tat-Trattati eżistenti; billi t-Trattati eżistenti joffru marġni wiesa' għal progress sostanzjali lejn UEM ibbażata fuq qafas politiku finanzjarju, baġitarju u ekonomiku msaħħaħ u aktar integrat u fuq leġittimità u responsabbiltà demokratiċi aktar b'saħħithom;

AP.   billi l-potenzjal sħiħ tat-Trattat ta’ Lisbona rigward il-politiki tal-impjiegi u soċjali għadu sal-lum ma ġiex sfruttat, qabelxejn rigward:

-       l-Artikolu 9 tat-TFUE, skont liema l-promozzjoni ta' rata għolja ta' impjiegi u l-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata għandhom jitqiesu fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-UE;

-       l-Artikolu 151 tat-TFUE, li jiddikjara li "L-Unjoni u l-Istati Membri, (...), għandu jkollhom bħala mira l-promozzjoni tal-impjieg, it-titjib tal-kondizzjonijeit tal-ħajja u tax-xogħol, sabiex jagħmlu possibli l-armonizzazzjoni tagħhom waqt li jitkompla t-titjib, il-protezzjoni soċjali xierqa, id-djalogu bejn min imexxi u l-ħaddiema, l-iżvilupp tar-riżorsi umani bil-mira ta' livell għoli ta' impjieg li jdum għal żmien twil u l-ġlieda kontra l-esklużjoni";

-       l-Artikolu 153(1) tat-TFUE b'mod ġenerali, u l-punt (h) tiegħu b'mod partikolari, li jipprevedi "l-integrazzjoni ta' persuni esklużi mis-suq tax-xogħol";

AQ.  billi l-Artikolu 48(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jipprevedi proċedura speċifika għall-adoxxjoni ta' att li għalih it-TFUE jirrikjedi proċedura leġiżlattiva speċjali f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja; billi l-Artikolu 333 tat-TFUE jinkludi wkoll dispożizzjonijiet li jagħmluha possibbli li l-proċedura leġiżlattiva ordinarja tintuża fil-kuntest tal-kooperazzjoni mtejba;

AR.  billi l-ambizzjoni għandha tkun li l-Istati Membri kollha jieħdu passi 'l quddiem b'mod konġunt lejn integrazzjoni Ewropea akbar; billi jaf ikun hemm bżonn deċiżjonijiet li japplikaw biss għaż-żona tal-euro meta jkun meħtieġ jew ġustifikat abbażi tal-ispeċifiċità taż-żona tal-euro, inklużi klawżoli ta' parteċipazzjoni (opt-ins) raġonevoli u ġusti għal Stati Membri oħrajn bi drittijiet u obbligi bbilanċjati;

AS.   billi Strateġija Ewropea komuni għaż-Żgħażagħ hija essenzjali biex tikkumbatti l-qgħad taż-żgħażagħ u l-periklu li fl-Ewropa nitilfu ġenerazzjoni sħiħa;

Unjoni bankarja

AT.   billi l-miżuri li saru s'issa maħsuba biex jistabbilizzaw is-sistema finanzjarja ma kinux biżżejjed biex il-fiduċja tinbena kompletament mill-ġdid; billi l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), b'sensiela ta' miżuri ta' għajnuna temporanji eċċezzjonali kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall banek, żvolġa rwol fundamentali f'dawn l-operazzjonijiet ta' salvataġġ mingħajr ma warrab minn quddiem għajnejh l-objettiv ewlieni tiegħu: il-garanzija tal-istabbiltà tal-prezzijiet;

AU.  billi l-indipendenza operattiva tal-BĊE, li hija ggarantita abbażi tat-Trattati, fil-qasam tal-politika monetarja tibqa' wieħed mill-pedamenti tal-kredibbiltà tal-UEM u tal-munita unika;

AV.  billi s-sitwazzjoni prekarja tas-settur bankarju f'bosta Stati Membri u fl-Unjoni kollha kemm hi qed thedded l-ekonomija reali u l-finanzi pubbliċi u billi l-ispiża tal-ġestjoni tal-kriżi bankarja qed tiżen ħafna fuq il-kontribwenti u l-iżvilupp tal-ekonomija reali b'mod li qed ixxekkel it-tkabbir; billi l-mekkaniżmi u l-istrutturi eżistenti mhumiex biżżejjed biex jipprevjenu effetti sekondarji negattivi;

AW. billi l-Istati Membri jbatu minn dak li jidher li hu nuqqas ta' tlaqqigħ bejn banek li jwettqu operazzjonijiet fuq bażi ta' suq Ewropew u passivi kontinġenti li qed jagħmlu tajjeb għalihom l-emittenti sovrani tagħhom; billi matul il-kriżi attwali sar ovvju li r-rabta bejn il-banek u l-emittenti sovrani hija aktar b'saħħitha f'unjoni monetarja, fejn ir-rata interna ta' skambju hija fissa u ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu fil-livell tal-Unjoni biex itaffi l-ispejjeż tar-ristrutturar tal-banek;

AX.  billi huwa essenzjali għall-funzjonament tajjeb tal-UEM li jinkiser iċ-ċirku vizzjuż negattiv bejn l-emittenti sovrani, il-banek u l-ekonomija reali;

AY.  billi l-kriżi ħolqot varjazzjoni tar-rati ta' self u fframmentat ukoll de facto s-suq intern għas-servizzi finanzjarji;

AZ.   billi l-Parlament stqarr kemm-il darba u b'mod konsistenti li hemm bżonn urġenti ta' miżuri addizzjonali ta' portata wiesgħa sabiex il-kriżi fis-settur bankarju tiġi solvuta; billi għandha ssir distinzjoni bejn miżuri fuq perjodu qasir maħsuba biex jistabbilizzaw sitwazzjoni ta' kriżi bankarja akuta u miżuri fuq perjodu medju u fit-tul, inkluż l-impenn tal-G-20 favur implimentazzjoni fil-waqt, sħiħa u konsistenti tar-regoli maqbula internazzjonalment dwar il-kapital, il-likwidità u l-proporzjon ta' dejn/ekwità tal-banek, immirati lejn il-ksib ta' unjoni bankarja Ewropea totalment operattiva;

BA.  billi l-miżuri kollha meħuda fil-kuntest ta' tali unjoni bankarja m'għandhomx ixekklu l-funzjonament korrett kontinwu tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji u l-moviment liberu tal-kapital;

BB.   billi l-istituzzjonijiet finanzjarji u r-rappreżentanti tagħhom għandhom jaġixxu b'mod responsabbli u f'konformità ma' standards morali għoljin, għas-servizz tal-ekonomija reali;

BC.  billi l-Unjoni teħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu Ewropew uniku għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet bankarji; billi sabiex jiġu żgurati l-fiduċja meħtieġa fis-suq finanzjarju u l-istabbiltà f'suq intern komuni għas-servizzi finanzjarji, b'moviment ħieles tal-kapital, huwa essenzjali qafas Ewropew għal garanziji tad-depożiti sodi u effiċjenti u għal riżoluzzjoni bankarja;

BD.  billi l-miżuri kollha biex tinkiseb unjoni bankarja għandhom ikunu akkumpanjati minn titjib fit-trasparenza u r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet li jimplimentawha;

BE.   billi, f'konformità mar-rapport Liikanen, għandu jiġi eżaminat jekk huwiex neċessarju li tintalab is-separazzjoni ġudizzjarja ta' ċerti attivitajiet finanzjarji partikolarment riskjużi minn banek ta' depożitu fi ħdan il-grupp bankarju, f'konformità mar-rapport Liikanen;

BF.   billi b'mod ġenerali l-awtoritajiet ta' superviżjoni għandhom jidentifikaw u jsewwu l-problemi fi stadju bikri sabiex jipprevjenu l-kriżijiet u jżommu l-istabbiltà u r-reżiljenza finanzjarja;

BG.  billi l-biċċa l-kbira tal-poteri ta' superviżjoni bankarja fl-Unjoni llum għadhom f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali ta' superviżjoni filwaqt li l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE) imwaqqfa permezz tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010[1] qed taqdi rwol ta' koordinament; billi s-sistema attwali ta' superviżjoni nazzjonali wriet li hija frammentata wisq biex tiffaċċja l-isfidi attwali;

BH.  billi huwa indispensabbli mekkaniżmu Ewropew ta' superviżjoni ta' kwalità għolja u effikaċi biex jiġi żgurat li l-problemi jiġu identifikati u indirizzati bil-qawwa, biex tiġi ggarantita parità ta' kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni bejn l-istituzzjonijiet bankarji kollha, biex tinbena mill-ġdid il-fiduċja transkonfinali u biex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern;

BI.    billi għandu jintlaħaq ftehim dwar diviżjoni ċara tar-responsabbiltajiet operattivi bejn mekkaniżmu Ewropew ta' superviżjoni u l-awtoritajiet nazzjonali ta' superviżjoni, skont id-daqs u l-mudelli ta' negozju tal-banek u l-kompiti ta' superviżjoni, fl-applikazzjoni tal-prinċipji ta' proporzjonalità u sussidjarjetà;

BJ.    billi s-superviżjoni Ewropea tal-istituzzjonijiet bankarji fl-UEM, kif ukoll it-tisħiħ tar-rwol tal-ABE fiż-żamma tas-suq intern, huma prijoritajiet assoluti sabiex tiġi indirizzata l-kriżi; billi, madankollu għandu jiġi żgurat li għall-fini tal-istabbiltà tas-suq finanzjarju intern, il-pajjiżi li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, li jiddeċiedu li jieħdu sehem fil-mekkaniżmu uniku ta' superviżjoni permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib, għandhom jingħataw formula ta' parteċipazzjoni li tiggarantixxi relazzjonijiet simmetriċi bejn l-obbligi aċċettati u l-impatt fuq it-teħid ta' deċiżjonijiet;

BK.  billi l-mekkaniżmu uniku ta' superviżjoni għandu jkopri sa mill-bidu nett l-istituzzjonijiet finanzjarji li jirrikjedu appoġġ dirett mill-Unjoni, kif ukoll l-istituzzjonijiet finanzjarji ta' importanza sistemika;

BL.   billi l-indipendenza tal-mekkaniżmu Ewropew uniku ta' superviżjoni uniku minn influwenza politika u industrijali ma teżonerahx mill-obbligu li jagħti spjegazzjonijiet u ġustifikazzjonijiet lill-Parlament u li jinżamm responsabbli quddiemu, fuq bażi regolari u kull meta s-sitwazzjoni tirrikjedi dan, għall-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet meħuda fil-qasam tas-superviżjoni Ewropea, minħabba l-impatt li l-miżuri ta' superviżjoni jista' jkollhom fuq il-finanzi pubbliċi, il-banek, l-impjegati u l-klijenti; billi responsabbiltà demokratika effikaċi titlob fost l-oħrajn l-approvazzjoni Parlamentari tal-president tal-bord superviżorju tal-mekkaniżmu uniku ta' superviżjoni magħżul wara proċedura miftuħa ta' għażla, l-obbligu li l-president inkwistjoni jirrappurta lill-Parlament u li dan jisimgħu, id-dritt tal-Parlament li jagħmel mistoqsijiet bil-miktub jew orali u d-dritt ta' inkjesta tal-Parlament f'konformità mat-TFUE;

BM.  billi fil-ġejjieni l-MES se jkun jista', f'ċerti kundizzjonijiet, jiffinanzja b'mod dirett il-banek li jinsabu f'diffikultà; billi għal din ir-raġuni l-ewwel u l-aktar kompitu urġenti fit-twettiq tal-unjoni bankarja huwa li l-mekkaniżmu uniku ta' superviżjoni jsir operattiv;

BN.  billi l-ġabra unika ta' regoli, li qed tiġi żviluppata mill-ABE, għandha tiżgura l-armonizzazzjoni sħiħa u l-applikazzjoni uniformi tar-regoli fl-Unjoni kollha; billi t-tlestija tal-ġabra unika ta' regoli dwar is-superviżjoni bankarja u r-rekwiżiti prudenzjali msaħħa u armonizzati b'mod usa' huma meħtieġa għall-funzjonament effikaċi tal-mekkaniżmu uniku ta' superviżjoni, peress li l-awtorità Ewropea ta' superviżjoni ma tistax taħdem b'regoli prudenzjali nazzjonali diverġenti;

BO.  billi, wara l-ħolqien tal-mekkaniżmu uniku ta’ superviżjoni, ir-regoli ta’ votazzjoni fl-ABE għandhom jiġu adattati bir-reqqa sabiex tiġi ffaċilitata kooperazzjoni kostruttiva bejn l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro u sabiex jitqiesu kompletament l-interessi tal-Istati Membri kollha;

BP.   billi l-proċeduri leġiżlattivi pendenti dwar il-mekkaniżmu uniku ta' superviżjoni għandhom jintemmu bla dewmien;

BQ.  billi sabiex tiġi implimentata l-arkitettura finanzjarja l-ġdida huwa essenzjali li jiġu żblukkati b’urġenza n-negozjati relatati mad-direttivi dwar l-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti u dwar l-iskema ta’ kumpens għall-investituri, li n-negozjati fir-rigward tagħhom bejn il-Parlament u l-Kunsill huma sospiżi, minkejja l-importanza kruċjali tagħhom fil-provvediment ta’ mekkaniżmi komuni għar-riżoluzzjoni tal-banek u l-garanzija tad-depożiti tal-klijenti;

BR.   billi qafas Ewropew uniku għall-garanzija tad-depożiti jeħtieġ rekwiżiti uniformi, komuni u stretti applikabbli għall-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti kollha fl-Unjoni sabiex jinkisbu l-istess protezzjoni u l-istess stabbiltà tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti u sabiex tiġi ggarantita parità ta' kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ; billi huwa b’dan il-mod biss li jistgħu jinħolqu l-kundizzjonijiet preliminari għall-flessibbiltà meħtieġa sabiex jitqiesu b’mod suffiċjenti ċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi fis-settur finanazjarju;

BS.   billi s-sistema unika Ewropea għall-garanzija tad-depożiti bi skemi ta’ garanzija tad-depożiti li jiffunzjonaw tajjeb u li jkunu appoġġati minn livelli xierqa ta’ finanzjament, li allura jsaħħu l-kredibbiltà u l-fiduċja tal-investituri, tista' tkun l-għan aħħari, ladarba jkunu qed jaħdmu qafas effikaċi għar-riżoluzzjoni u mekkaniżmu uniku effikaċi ta' superviżjoni;

BT.   billi l-ippjanar ex ante, il-ħeffa, l-interventi bikrija, l-attenzjoni dovuta, l-aċċess għal informazzjoni ta' kwalità u l-kredibbiltà huma essenzjali fil-ġestjoni tal-kriżijiet bankarji;

BU.  billi għandha titwaqqaf sistema Ewropea unika għall-irkupru u r-riżoluzzjoni, idealment b'mod parallel mad-dħul fis-seħħ tal-mekkanuiżmu uniku ta' superviżjoni, għall-bini mill-ġdid tal-vijabbiltà tal-banek li jinsabu f'diffikultà u r-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji li mhumiex vijabbli;

BV.  billi, fuq perjodu qasir, l-adozzjoni tal-proposta attwali tal-Kummissjoni dwar il-qafas għall-ġestjoni tal-kriżi mmirat lejn il-banek li jinsabu f'sitwazzjoni ta' kriżi għandha prijorità assoluta;

BW. billi l-għan ewlieni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni u qafas ta’ rkupru effikaċi huwa l-minimizzar tal-użu potenzjali tar-riżorsi tal-kontribwenti meħtieġa għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet bankarji;

BX.  billi għall-protezzjoni tat-tifdil privat hemm bżonn li tinżamm separazzjoni funzjonali filwaqt li tiġi żgurata artikolazzjoni effikaċi tal-fondi Ewropew għall-garanzija tad-depożiti u dawk għall-irkupru u r-riżoluzzjoni;

BY.  billi l-mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni u ta' garanzija tad-depożiti għandu jkollhom struttura finanzjarja soda, l-ewwel nett ex ante, imsejsa fuq kontribuzzjonijiet mill-industrija, fejn il-kontribuzzjoni ta’ istituzzjoni finanzjarja partikolari għandha tirrifletti l-livell ta' riskju ta' dik l-istituzzjoni, filwaqt li l-flus pubbliċi Ewropej għandhom iservu biss bħala salvagwardja aħħarija, limitata għall-aktar livell baxx possibbli;

Unjoni fiskali

BZ.   billi f’dan ir-rigward, ir-rapport imsemmi hawn fuq, intitolat "Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina", huwa pass importanti 'l quddiem, minħabba li jirrikonoxxi li 'l-funzjonament bla xkiel tal-UEM jirrikjedi mhux biss l-implimentazzjoni rapida u vigoruża tal-miżuri diġà maqbula taħt il-qafas irrinfurzat ta' governanza ekonomika (b'mod partikolari l-PST u t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza (TSCG), iżda wkoll pass kwalitattiv lejn unjoni fiskali";

CA.  billi finanzi pubbliċi sodi, baġits bilanċjati tul iċ-ċiklu ekonomiku u prospetti ta' tkabbir sostenibbli fuq perjodu medju kif ukoll livelli adegwati ta’ investiment pubbliku huma rekwiżit bażiku għal stabbiltà ekonomika u finanzjarja fit-tul, għall-Istat soċjali u għall-ħlas tal-ispejjeż tal-iżvilupp demografiku mistenni;

CB.  billi l-funzjonament bla xkiel tal-UEM jirrikjedi implimentazzjoni sħiħa u mgħaġġla tal-miżuri li diġà ntlaħaq qbil dwarhom fil-qafas ta' governanza ekonomika msaħħa bħall-PST imsaħħaħ u s-Semestru Ewropew flimkien ma' politiki li jistimolaw it-tkabbir; billi sa mhux aktar tard minn ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-TSCG, abbażi ta' valutazzjoni tal-esperjenza bl-implimentazzjoni tiegħun il-passi meħtieġa se jkunu ttieħdu, f'konformità mat-TUE u t-TFUE, bil-għan li s-sustanza tat-TSCG tiġi inkorporata fil-qafas legali tal-Unjoni;

CC.  billi l-Patt għal Tkabbir u Impjiegi jinsisti fuq il-ħtieġa li tiġi segwita konsolidazzjoni fiskali favur it-tkabbir u jappella sabiex tingħata attenzjoni partikolari lill-investimenti f'oqsma orjentati lejn il-futur; billi l-Kummissjoni jmissha tagħmel proposti biex tidentifika l-investimenti li għandhom jingħataw prijorità fil-limiti tal-oqfsa fiskali tal-Unjoni u dawk nazzjonali;

CD.  billi l-kriżi wriet biċ-ċar il-bżonn ta' qabża kwalitattiva lejn unjoni fiskali aktar robusta u demokratika b’żieda fir-riżorsi proprji tal-Unjoni u b'mekkaniżmi aktar effikaċi maħsuba biex jikkoreġu trajettorji fiskali u livelli tad-dejn mhux sostenibbli u jistabbilixxu l-limiti massimi ta' bilanċ baġitarju tal-Istati Membri;

CE.   billi "UEM ġenwina" trid tiġi appoġġata u aċċettata miċ-ċittadini tal-Unjoni; billi, għaldaqstant, trid tiġi enfasizzata l-ħtieġa li dawk li jfasslu l-politika, is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiġu inkorporati fil-livelli kollha

CF.   billi l-mekkaniżmi addizzjonali biex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jirrispettaw l-impenji tagħhom fil-proċeduri baġitarji individwali għandhom isaħħu, u mhux idgħajfu, l-qafas ta’ governazna ekonomika attwali; billi r-rwol indipendenti tal-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji għandu bżonn jissaħħaħ, billi jkun akkumpanjat b’mekkaniżmi b’saħħithom ta’ obbligi ta’ rendikont kemm lill-Parlament kif ukoll lill-Kunsill; billi għandu jiġi stabbilit Teżor Ewropew presedut minn ministru għall-finanzi Ewropew, li jkun responsabbli b'mod individwali quddiem il-Parlament;

CG.  billi skont it-Trattati eżisteni l-klawsola ta' flessibbiltà (Artikolu 352 tat-TFUE) tista' tintuża għal dan l-iskop u biex toħloq Uffiċċju Ewropew tat-Teżor; billi dan huwa element ċentrali ta' UEM ġenwina;

CH.  billi l-Artikolu 136 tat-TFUE jippermetti l-adozzjoni, f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva rilevanti fost dawk imsemmija fl-Artikoli 121 u 126 tat-TFUE, ta' miżuri speċifiċi biex jissaħħu l-koordinament u s-sorveljanza tad-dixxiplina baġitarja tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro; billi tali leġiżlazzjoni tista' tipprevedi d-delega tas-setgħat lill-Kummissjoni biex din tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv; billi t-TFUE jipprevedi l-possibbiltà li l-Parlament jew il-Kunsill jingħataw id-dritt li jirrevokaw id-delega lill-Kummissjoni;

CI.    billi, f'konformità mar-regola ġenerali tal-ordinament legali tal-UE, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha s-setgħa li tiżgura li fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tat-Trattati tiġi osservata l-leġiżlazzjoni tal-UE sakemm din ma tiġix eskluża espliċitament;

CJ.   billi n-negozjati fi trilogu dwar l-hekk imsejħa regolamenti tas-"six-pack" għandhom iwasslu dalwaqt għal riżultati politiċi konkreti;

CK.  billi l-PST, minħabba l-mod kif inhu mfassal, huwa strument ta’ stabbilizzazzjoni ċikliku li, peress li jippermetti li l-Istati Membri jkollhom defiċit ta’ massimu ta’ 3 %, jippermetti li x-xokkijiet ekonomiċi fl-Istat Membru kkonċernat jiġu ribattuti u assorbiti; billi din il-politika antiċiklika tista’ taħdem biss jekk l-Istati Membri jiksbu bilanċi baġitarji pożittivi fi żminijiet tajba; billi l-mekkaniżmi ta' għajnuna finanzjarja bħall-MES huma miżura tal-aħħar istanza;

CL.   billi l-Istati Membri firmatarji tat-TSCG fl-UEM għandhom bżonn jirrappurtaw il-pjanijiet tagħhom rigward il-ħruġ tad-dejn pubbliku lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, u b'hekk ikun possibbli koordinament bikri tal-ħruġ ta' dejn fil-livell tal-Unjoni;

CM. billi, skont it-Trattati eżistenti, l-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro jistgħu jiffinanzjaw baġit miżjud tal-UE fil-qafas tal-proċedura tar-riżorsi proprji billi jdaħħlu taxxi jew tariffi speċifiċi bi qbil mal-proċedura ta' kooperazzjoni mtejba; billi dan għandu jsir billi tingħata preferenza speċifika lir-rabta tiegħu mal-qafas baġitarju diġà eżistenti tal-UE u mingħajr ma jiddgħajjef il-baġit tradizzjonali tal-UE;

CN.  billi, fuq perjodu aktar twil u wara li jkunu ssodisfati kundizzjonijiet stretti, il-ħruġ ta' dejn komuni jista’jkun mod possibbli biex tiġi ssupplimentata l-UEM; billi l-ħruġ ta’ dejn komuni, b'obbligazzjonijiet in solidum, fiż-żona tal-euro jaf jirrikjedi bidliet fit-Trattati;

CO.  billi bħala kundizzjoni preliminari neċessarja għall-ħruġ ta' dejn komuni qed jiġi stabbilit qafas fiskali sostenibbli, immirat kemm lejn it-tisħiħ tal-governanza ekonomika, tad-dixxiplina baġitarja u tal-konformità mal-PST, kif ukoll lejn strumenti ta' kontroll għall-prevenzjoni tal-periklu morali;

CP    billi unjoni fiskali aktar soda u aktar integrata għandha tinkludi tranżizzjoni progressiva lejn fond ta' salvataġġ;

CQ.  billi wieħed irid iżomm f'moħħu li l-introduzzjoni b'mod mgħaġġel jew mhux kredibbli ta' strumenti għall-ħruġ ta' dejn komuni tista' twassal għal konsegwenzi inkontrollabbli u t-telf tal-fiduċja fuq perjodu twil fil-kapaċità taż-żona tal-euro li taġixxi b'mod deċiżiv;

CR.  billi l-kriżi tad-dejn tat lok li l-Unjoni u speċjalment iż-żona tal-euro jistabbilixxu strumenti ġodda ta' solidarjetà finanzjarja fl-Ewropa: il-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (FESF), il-MES u proġetti oħra relatati mal-pjan direzzjonali lejn UEM ġenwina; billi l-impatt finanzjarju ta' dawk l-istrumenti huwa ħafna akbar mill-Baġit tal-Unjoni, fir-rigward tal-ammonti involuti, u billi l-idea innovattiva ta' baġit ċentrali għaż-żona tal-euro ffinanzjat mill-membri taż-żona tal-euro issa qed tiġi proposta bħala l-garanzija aħħarija għal din is-solidarjetà finanzjarja l-ġdida;

CS.   billi l-multiplikazzjoni ta' dawn l-istrumenti ta' solidarjetà tagħmilha diffiċli li tiġi evalwata l-kontribuzzjoni reali ta’ kull Stat Membru għas-solidarjetà Ewropea, li teċċedi bil-kbir il-kontribuzzjonijiet finanzjarji rispettivi tal-Istati Membri għall-Baġit tal-Unjoni; billi, apparti dan, id-diversità tal-istrumenti eżistenti, f'termini ta' bażijiet legali, il-modalità ta' intervent u l-Istati Membri kkonċernati, x’aktarx li tagħmilha diffiċli li dan l-apparat kollu jidderiġuh il-mexxejja Ewropej, li jifhmuh iċ-ċittadini Ewropej inġenerali u li jkun suġġett għal kwalunkwe kontroll parlamentari;

CT.   billi l-MES jista' jiġi integrat fil-qafas legali tal-UE permezz tal-klawsola ta' flessibilità (Artikolu 352 tat-TFUE) flimkien mal-Artikolu 136 revedut tat-TFUE;

CU.  billi, skont it-Trattati eżistenti, id-definizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-"klawsola ta' ebda rikapitalizzazzjoni" (no bailout clause) jistgħu jiġu speċifikati mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jiġi kkonsultat il-Parlament Ewropew (Artikolu 125(2) tat-TFUE);

CV.  billi standards għoljin ta' responsabbiltà demokratika fil-livell Ewropew għandhom japplikaw għat-Trojka;

CW. billi l-attivitajiet tal-Kummissjoni fil-kuntesti tal-unjoni fiskali u ekonomika għandhom ikunu bbażati fuq djalogu soċjali xieraq u għandhom jirrispettaw kompletament l-awtonomija tas-sħab soċjali;

CX.  billi l-indipendenza tas-Sistema Statistika Ewropea trid tiġi ssalvagwardata kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew sabiex tinżamm il-kredibbiltà tal-istatistika Ewropea fir-rwol ċentrali tagħha ta' appoġġ għal unjoni fiskali vera u proprja (permezz ta' standards ta' kwalità għolja u approċċ sistemiku għall-iżvilupp, il-produzzjoni u l–verifika tal-eżattezza tal-istatistika dwar il-finanzi tas-settur pubbliku);

CY.  billi l-istandards tal-kontabbiltà pubblika għandhom japplikaw fl-Istati Membri kollha b'mod standardizzat u għandhom ikunu soġġetti għal mekkaniżmi ta' awditjar intern u estern, bħala komplement essenzjali għas-setgħat aktar qawwija tal-Kummissjoni u għar-rwol imsaħħaħ ta' koordinament li jaqdu l-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-qrati nazzjonali tal-awdituri fil-verifika tal-kwalità tas-sorsi nazzjonali użati għall-istabbiliment taċ-ċifri relatati mad-dej u d-defiċit;

Unjoni ekonomika

CZ.   billi s’issa kien hemm ħafna enfasi dwar il-lat monetarju tal-UEM filwaqt li hemm bżonn urġenti ta’ unjoni ekonomika reali, fejn l-istrateġija "Ewropa 2020" għandha tagħti l-qafas vinkolanti għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi;

DA.  billi l-Patt Euro Plus, l-Istrateġija Ewropa 2020 u l-Patt għal Tkabbir u Impjiegi għandhom jiġu integrati fil-liġi tal-Unjoni u jwittu t-triq għall-introduzzjoni ta’ kodiċi ta’ konverġenza għall-ekonomiji tal-Istati Membri;

DB.  billi s-Semestru Ewropew, kif deskritt fil-fergħa preventiva tal-PST, joffri qafas xieraq għall-koordinament tal-politiki ekonomiċi u l-għażliet baġitarji implimentati fil-livell nazzjonali f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi adottati mill-Kunsill;

DC.  billi l-Artikolu 9 tat-TFUE jappella għall-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjiegi, il-garanzija ta' protezzjoni soċjali xierqa, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;

DD.  billi hemm bżonn konsolidazzjoni fiskali, tnaqqis tal-iżbilanċi makroekonomiċi, riformi strutturali u investimenti sabiex noħorġu ħruġ mill-kriżi u sabiex jiġu żgurati tkabbir u impjieg ta' kwalità u sostenibbli f'soċjetà bbażata fuq l-għarfien, li jirriflettu r-realtà tas-sħubija tal-UEM fi ħdan ekonomija tas-suq soċjali; billi r-riformi strutturali jagħtu frott biss fuq perjodu fit-tul;

DE.   billi l-Patt għal Tkabbir u Impjiegi, approvat waqt is-Samit Ewropew tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2012, jista' jagħti kontribut importanti għat-tkabbir, għall-impjieg u għal kapaċitajiet Ewropej imtejba fil-qasam tal-kompetizzjoni; billi l-Unjoni u l-Istati Membri jridu jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom u jaġixxu malajr biex jikkompletaw is-suq intern u jiftħu l-potenzjal tiegħu; billi jilqa' b'sodisfazzjon il-bidla fl-enfasi permezz tal-adozzjoni ta’ Patt ta’ Tkabbir, minkejja li l-mobilizzazzjoni ta’ fondi għal miżuri li jżidu t-tkabbir mill-fondi strutturali tikkonċerna biss l-allokazzjoni mill-ġdid tal-fondi eżistenti, u għalhekk ma tipprovdix riżorsi addizzjonali;

DF.   billi hemm bżonn li l-Istati Membri jwettqu bla dewmien ir-riformi maqbula fil-programmi nazzjonali ta' riforma tagħhom u li l-parlamenti nazzjonali jagħmlu skrutinju fil-ħin u infurmat tal-azzjonijiet tal-gvernijiet tagħhom f'dan ir-rigward;

DG.  billi l-funzjonament siħ tas-suq intern huwa mxekkel minħabba l-ostakli li għadhom preżenti f’ċerti Stati Membri; billi għall-benefiċċju tal-potenzjal sħiħ ta’ tkabbir tal-Unjoni, l-ekonomija hija neċessarja biex jiġi kkompletat is-suq intern speċjalment f’oqsma bħalma huma s-servizzi, l-enerġija, it-telekomunikazzjonijiet, l-istandardizzazzjoni, is-simplifikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku, l-industriji li jużaw netwerk, il-kummerċ elettroniku, u r-reġim tad-drittijiet tal-awtur;

DH.  billi l-integrazzjoni ekonomika u baġitarja iktar fil-fond se tiddgħajjef jekk ma jkunx hemm koordinament aktar mill-qrib fil-qasam tat-tassazzjoni; billi r-regola tal-unanimità fil-qasam tat-tassazzjoni xxekkel l-iżviluppi f’dan il-qasam, l-istrument ta’ kooperazzjoni msaħħa għandu jintuża aktar ta' spiss; billi tista' ssir referenza għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-bażi komuni konsolidata tat-taxxa korporattiva (BKKTK) u t-taxxa fuq l-attivitajiet finanzjarji (TTF); billi, fil-qasam tat-tassazzjoni, hemm bżonn ċar ta' konverġenza bejn l-istrutturi tas-sistemi tat-taxxa u tal-bażi tat-taxxa fl-Istati Membri; billi jidher ċar li l-kompetizzjoni fiskali dannuża bejn l-Istati Membri tmur kontra l-loġika tas-suq intern u jeħtieġ li tiġi indirizzata;

DI.    billi huwa importanti li l-irkupru tal-ekonomija jimxi id f'id ma' politika għas-suq tax-xogħol li tistimola t-tfittxija għal impjieg u l-intraprenditorija u tnaqqas il-qgħad strutturali, speċjalment għaż-żgħażagħ, l-anzjani u n-nisa, filwaqt li jissalvagwarda l-mudell soċjali Ewropew u jirrispetta bis-sħiħ ir-rwol tas-sħab soċjali u d-dritt li jiġu nnegozjati, konklużi jew infurzati ftehimiet kollettivi u li tittieħed azzjoni kollettiva f’konformità mal-liġijiet u l-prattiki nazzjonali; billi f’dak is-sens għandha titrawwem l-integrazzjoni tas-swieq tax-xogħol tal-Istati Membri sabiex tiżdied il-mobilità tax-xogħol transkonfinali;

DJ.   billi l-koordinament vinkolanti fil-livell tal-Unjoni għandu jintuża għal ċerti kwistjonijiet ewlenin ta' politika ekonomika li huma ta' rilevanza partikolari għat-tkabbir u l-impjieg;

DK.  billi biex jiġu żgurati finanzi pubbliċi sostenibbli fit-tul mhux biss irid isir użu ekonomiku mir-riżorsi skarsi tal-gvern, imma jeħtieġ ukoll tasazzjoni ġusta, taxxa progressiva, ġbir ta' taxxi organizzat tajjeb, ġlieda aħjar kontra kull forma ta' frodi fiskali u evażjoni tat-taxxa, kooperazzjoni u koordinament fiskali bl-għan li tiġi limitata l-kompetizzjoni fiskali, u sistema tat-taxxa mfassla tajjeb li tippromwovi l-iżvilupp tan-negozju u l-ħolqien tal-impjiegi;

DL.   billi l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020;

DM. billi għandha ssir reviżjoni ta’ nofs it-term tal-Istrateġija Ewropa 2020, fejn wieħed m’għandux joqgħod lura milli jsemmi u jċanfar lil dawk li ma jirrispettawx l-objettivi u li għandha teżamina jekk hemmx bżonn li l-objettivi raffinati jew aġġustati u kif tista’ tiżdied il-pressjoni fuq l-Istati Membri biex jiksbu l-objettivi;

DN.  billi d-disponibbiltà ta' statistika Ewropea ta' kwalità għolja taqdi rwol essenzjali fil-qalba tal-governanza ekonomika l-ġdida u b'mod partikolari hija prerekwiżit sabiex jiġi appoġġat il-funzjonament tajjeb tal-proċessi ewlenin ta' sorveljanza u infurzar tagħha, bħalma huma s-Semestru Ewropew, il-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi u l-Istrateġija Ewropa 2020;

DO.  billi għandhom jibqgħu jsiru sforzi għall-immodernizzar tal-metodi ta' produzzjoni tal-istatistika Ewropea sabiex jiġu ggarantiti l-istandards ta' kwalità għolja, il-kosteffettività u l-adegwatezza tar-riżorsi u sabiex jiġu ffaċilitati t-tixrid dovut u l-aċċess għall-awtoritajiet pubbliċi, l-atturi ekonomiċi uċ-ċittadini;

Minn leġittimità u responsabbiltà demokratiċi għal unjoni politika

DP.   billi l-Unjoni taf il-leġittimità tagħha lill-valuri demokratiċi tagħha, l-objettivi li tipprova tilħaq u l-kompetenzi, l-istrumenti u l-istituzzjonijiet tagħha;

DQ.  billi din il-leġittimità tirriżulta minn ċittadinanza doppja, dik tan-nies irrappreżentati mill-Parlament u dik tal-Istati Membri rrappreżentati mill-Kunsill;

DR.  billi minħabba l-kriżi li għaddejja bħalissa u l-mod li bih ittieħdu xi miżuri kontra l-kriżi, id-dibattitu dwar il-bżonn li tiżdied in-natura demokratika tat-teħid tad-deċiżjonijiet fi ħdan l-UEM kiseb aktar importanza;

DS.   billi l-mexxejja politiċi u r-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-entitajiet Ewropej l-oħrajn għandhom ikunu politikament responsabbli quddiem il-Parlament; billi r-rappurtar regolari u l-preżentazzjonijiet annwali tal-ħidma u t-tbassir tagħhom għandhom isiru quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament;

DT.   billi matul dawn l-aħħar snin il-Kunsill Ewropew ipprova jfittex triq biex noħorġu mill-kriżi, u fassal bosta proposti li għalihom it-Trattati mhux dejjem taw kompetenza ċara lill-Unjoni f'dan ir-rigward;

DU.  billi wieħed jista' jiddeplora l-għażla tiegħu li jieħu t-triq intergovernattiva, fejn naqas milli jinkludi lill-Parlament bħala attur importanti fl-isforzi biex noħorġu mill-kriżi, għad li dan kien inevitabbli f'xi każijiet;

DV.  billi għall-proposti li jidħlu fil-kompetenza tal-Unjoni għandhom jittieħdu deċiżjonijiet f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, bl-involviment sħiħ tal-Parlament;

DW. billi s-setgħat eżekuttivi tal-Kummissjoni fl-approċċ ibbażat fuq ir-regoli lejn il-qafas ta' governanza ekonomika, kif stabbilit b'mod partikolari fil-PST u l-mekkaniżmu ta' superviżjoni makroekonomika, għandhom ikunu soġġetti għal kontroll demokratiku ex post mill-Parlament u għandhom ikunu responsabbli quddiem il-Parlament;

DX.  billi l-istrumenti intergovernattivi li nħolqu sa mill-bidu tal-kriżi f'Diċembru 2009 għandhom jiġu komunitarizzati;

DY.  billi hemm bżonn aktar skrutinju demokratiku, parteċipazzjoni u kodeċiżjoni fir-rigward tal-politika ekonomika, monetarja u soċjali, it-tassazzjoni, il-Qafas Finanzjarju Pluriennali u r-riżorsi proprji; billi bħalissa l-klawsoli "passerelle' għandhom jiġu attivati b'dan l-iskop;

DZ.   billi m'għadux aċċettabbli aktar li l-President tal-Parlament Ewropew ma jistax ikun preżenti tul il-perjodu kollu tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew u s-Samit taż-żona tal-euro; billi għandha tinstab soluzzjoni urġenti għal dan in-nuqqas ta' leġittimità demokratika permezz ta' ftehim politiku bejn iż-żewġ istituzzjonijiet;

EA.   billi hija ħaġa urġenti li jiġi indirizzat id-defiċit demokratiku tal-UEM u li kwalunkwe pass ulterjuri lejn unjoni bankarja, unjoni fiskali u unjoni ekonomika tintrabat b'mod strett ma' leġittimità u responsabbiltà demokratiċi msaħħin fil-livell tal-Unjoni;

EB.   billi kull meta kompetenzi ġodda jiġu trasferiti jew maħluqa fil-livell tal-Unjoni jew kull meta jitwaqqfu istituzzjonijiet ġodda tal-Unjoni, għandhom jiġu żgurati leġittimità korrispondenti, kontroll demokratiku korrispondenti min-naħa tal-Parlament kif ukoll responsabbiltà korrispondenti quddiem il-Parlament;

EC.   billi l-ebda ftehim intergovernattiv bejn l-Istati Membri ma jista' joħloq strutturi paralleli ma' dawk tal-Unjoni; billi l-ftehimiet kollha li jistabbilixxu reġimi internazzjonali jew sopranazzjonali jridu jkunu soġġetti għall-iskrutinju demokratiku sħiħ tal-Parlament;

ED.   billi l-iżgurar tal-produzzjoni, il-verifika u t-tixrid ta' statistika Ewropea ta' kwalità għolja premezz ta' Sistema Statistika Ewropea ġenwina huwa kontribut essenzjali għat-tisħiħ ta' trasparenza sħiħa u ta' responsabbiltà pubblika effikaċi fit-tfassil, il-ġestjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-politiki tal-Unjoni kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f'dak nazzjonali;

EE.   billi l-kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-parlamenti nazzjonali fuq il-bażi tal-Protokoll Nru 1 għandha tissaħħaħ sabiex jitjieb l-iskambju ta' fehmiet u l-kwalità tal-attività parlamentari fil-qasam tal-governanza tal-UEM kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f'dak nazzjonali; billi tali kooperazzjoni m'għandhiex titqies bħala l-ħolqien ta' korp parlamentari mħallat ġdid li jkun kemm ineffikaċi kif ukoll illeġittimu minn perspettiva demokratika u kostituzzjonali;

1.  Iqis neċessarju li l-governanza tal-UEM titqiegħed fi ħdan il-qafas istituzzjonali tal-Unjoni, li hija kundizzjoni preliminari għall-effikaċja tagħha u biex timtela d-differenza politika kurrenti bejn il-politiki nazzjonali u dawk Ewropej;

2.  Jistieden lill-istituzzjonijiet kollha jipproċedu malajr għall-massimizzazzjoni tal-possibbiltajiet mogħtija mit-Trattati eżistenti u l-elementi tagħhom ta' flessibbiltà u fl-istess ħin iħejju għall-bidliet neċessarji fit-Trattati sabiex jiġu ggarantiti ċ-ċertezza legali u l-leġittimità demokratika; itenni li l-għażla ta' ftehim intergovernattiv ġdid għandha tiġi eskluża;

3.  Jenfasizza li kemm il-miżuri proposti skont it-Trattati eżistenti kif ukoll il-bidliet futuri tat-Trattat m'għandhomx jeskludu klawsoli ta' parteċipazzjoni u għandhom jiggarantixxu l-integrità tal-UE;

4.  Jistieden lill-Kunsill – li ħareġ il-mandat għall-awturi tar-rapport imsemmi hawn fuq, intitolat "Lejn unjoni ekonomika u monetarja ġenwina" – biex jaħtar minnufih il-President tal-Parlament Ewropew bħala korapporteur ta' din il-proposta bi drittijiet indaqs sabiex tiżdied il-leġittimità demokratika tagħha;

5.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, għalkemm s'issa l-parteċipazzjoni kienet biss waħda formali, il-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament talbet lill-kumitat kompetenti tal-Parlament biex jeżamina l-proposti sostantivi b'mod konġunt mat-tliet rappreżentanti (sherpas) li qed jinnegozjaw mal-President permanenti tal-Kunsill Ewropew f'isem il-Parlament;

6.  Jikkonferma li se jagħmel użu sħiħ mill-prerrogattiva tiegħu li jressaq lill-Kunsill proposti għall-emendar tat-Trattati li sussegwentement ikollhom bżonn jiġu eżaminati minn Konvenzjoni, sabiex jiġi kkompletat il-qafas ta' UEM ġenwina billi jitjiebu l-kompetenzi tal-UE, b'mod partikolari fil-qasam tal-politika ekonomika, u billi jissaħħu r-riżorsi proprji u l-kapaċità baġitarja tal-Unjoni, ir-rwol u r-responsabbiltà demokratika tal-Kummissjoni u l-prerogattivi tal-Parlament;

7.  Jistieden lill-parlamenti nazzjonali jinvolvu ruħhom fil-proċess tat-tħejjija tal-pjanijiet fiskali u ta' riforma tal-gvernijiet tagħhom qabel ma jippreżentawhom lill-Unjoni; għandu l-intenzjoni li fil-Konvenzjoni jipproponi li din ir-responsabblità espliċita tiżdied mal-funzjonijiet li għandhom il-parlamenti nazzjonali skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 tat-TUE;

8.  Jistieden lill-President tal-Kunsill jikkonkludi, bla dewmien u bi ftehim mal-Parlament, il-proċeduri leġiżlattivi skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja f'konformità mat-Trattat ta’ Lisbona li qed jiġu mblukkati mill-Kunsill u jadottahom, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw is-CRD IV (ir-rekwiżiti ta' kapital) u l-iskemi nazzjonali ta’ garanzija tad-depożitu;

9.  Iqis it-titjib sostanzjali fil-leġittimità demokratika u r-responsabilizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni tal-governanza tal-UEM permezz ta' rwol miżjud tal-Parlament Ewropew bħala neċessità assoluta u kundizzjoni preliminari għal kwalunkwe pass ulterjuri lejn unjoni bankarja, unjoni fiskali u unjoni ekonomika;

10. Iqis li, skont it-Trattati eżistenti, il-koordinament u s-sorveljanza tad-dixxiplina baġitarja tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jistgħu jsiru vinkolanti u soġġetti għall-kontroll tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fuq il-bażi sempliċi tal-Artikolu 136 tat-TFUE flimkien mal-Artikolu 121(6), imma li, mill-perspettiva kostituzzjonali, dan il-pass għandu jitqies biss jekk isaħħaħ b'mod sostanzjali r-rwol tal-Parlament f'dak li jikkonċerna l-implimentazzjoni dettaljata tal-Artikoli 121(3) u 121(4) tat-TFUE u sabiex tiġi kkompletata u implimentata l-proċedura ta' sorveljanza multilaterali b'atti delegati abbażi tal-Artikolu 290 tat-TFUE; ifakkar li, skont it-Trattati, il-promozzjoni ta' rata għolja ta' impjiegi u l-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata għandhom jitqiesu fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni, jiġifieri billi abbażi tal-istrateġiji eżistenti tiddaħħal ġabra ġdida ta' linji gwida għall-Istati Membri, inklużi punti ta' riferiment soċjali u ekonomiċi bi standards minimi li għandhom jiġu applikati għall-pilastri prinċipali tal-ekonomiji tagħhom;

11. Huwa tal-fehma li "UEM ġenwina" ma tistax tkun limitata għal sistema ta' regoli imma teħtieġ kapaċità baġitarja miżjuda bbażata fuq ir-riżorsi proprji (inkluża TTF) li, fil-qafas tal-baġit tal-UE, għandha tappoġġja t-tkabbir u l-koeżjoni soċjali filwaqt li tindirizza l-iżbilanċi, id-diverġenzi strutturali u l-emerġenzi finanzjarji li huma direttament konnessi mal-Unjoni Monetarja, mingħajr ma tippreġudika l-funzjonijiet tradizzjonali tagħha li tiffinanzja l-politiki komuni;

12. Huwa tal-fehma li, skont it-Trattati eżistenit, l-Artikolu 136 tat-TFUE jippermetti lill-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u permezz tal-votazzjoni tal-Istati Membri biss li l-valuta tagħhom hija l-euro, li jadotta linji gwida vinkolanti dwar il-politika ekonomika għall-pajjiżi taż-żona tal-euro fil-qafas tas-Semestru Ewropew; jenfasizza li mekkaniżmu ta' inċentiv isaħħaħ in-natura vinkolanti tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika; jistieden li jkun hemm Ftehim Interistituzzjonali li jinvolvi lill-Parlament fl-abbozzar u l-approvazzjoni tal-Istħarriġ dwar it-Tkabbir Annwali u l-Linji Gwida dwar il-Politika Ekonomika u l-Impjiegi;

13. Filwaqt li jsostni mil-ġdid l-intenzjoni tiegħu li jintensifika l-kooperazzjoni mal-parlamenti nazzjonali fuq il-bażi tal-Protokoll Nru 1, jenfasizza li tali kooperazzjoni m'għandhiex titqies bħala l-ħolqien ta' korp parlamentari mħallat ġdid li jkun kemm ineffikaċi kif ukoll illeġittimu minn perspettiva demokratika u kostituzzjonali; jenfasizza l-leġittimità sħiħa tal-Parlament bħala korp parlamentari fil-livell tla-Unjoni għal governanza msaħħa u demokratika tal-UEM;

14. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex mill-aktar fis possibbli, wara li jkunu ġew ikkonsultati l-partijiet interessati kollha, bil-Parlament bħala koleġiżlatur, tressaq proposti leġiżlattivi quddiem il-Parlament b'segwitu għar-rakkomandazzjonijiet dettaljati ppreżentati fl-Anness;

15. Jikkonferma li r-rakkomandazzjonijiet jirrispettaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-Unjoni;

16. Jistieden lill-Kummissjoni, minbarra l-miżuri li jistgħu u li jridu jittieħdu malajr fil-qafas tat-Trattati eżistenti, biex telenka l-iżviluppi istituzzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex tiġi stabbilita arkitettura aktar b'saħħitha għall-UEM, abbażi tal-ħtieġa ta' qafas finanzjarju integrat, qafas baġitarju integrat u qafas integrat għall-politika ekonomika msejjes fuq it-tisħiħ tar-rwol tal-Parlament;

17. Iqis li l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-proposta mitluba għandhom ikunu koperti b'allokazzjonijiet baġitarji xierqa;

18. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet dettaljati ppreżentati fl-Anness lill-Kummissjoni, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-President tal-Grupp tal-Euro u lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri.

  • [1]               ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

ANNESS GĦALL-MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI:RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI DWAR IL-KONTENTUT TAL-PROSPOSTA MITLUBA

1.  Qafas finanzjarju integrat

Rakkomandazzjoni 1.1 dwar mekkaniżmu uniku ta' superviżjoni

Il-Parlament Ewropew iqis li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:

Il-proposti attwali tal-Kummissjoni dwar mekkaniżmu uniku ta' superviżjoni għandhom jiġu adottati malajr kemm jista' jkun biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effikaċi tar-regoli prudenzjali, il-kontroll tar-riskji u l-prevenzjoni tal-kriżijiet fir-rigward tal-istituzzjonijiet tal-kreditu fl-Unjoni kollha.

Il-bażi ġuridika, il-forma u l-kontenut tal-proposta għandhom jipprevedu l-possibbiltà li l-Istati Membri kollha jieħdu sehem sħiħ fil-mekkaniżmu uniku Ewropew ta’ superviżjoni, f'forma li tiżgura l-involviment sħiħ fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Istati Membri li jipparteċipaw li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, b'mod li tiġi garantita relazzjoni simmetrika bejn l-obbligi aċċettati u l-impatt fuq it-teħid ta' deċiżjonijiet.

Il-parteċipazzjoni ta' Stati Membri li huma fiż-żona tal-euro fi ħdan is-superviżur Ewropew għandha tkun obbligatorja.

Il-proposta għandha tkun suġġetta għal skrutinju demokratiku u estensiv mill-Parlament Ewropew, fil-limiti tat-Trattati.

Il-bażi ġuridika għandha tinvolvi lill-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur meta r-rwol ta’ kodeċiżjoni tal-Parlament Ewropew ma jkunx jista’ jinkiseb permezz ta’ kunċett ta' "pakkett ta’ superviżjoni". Bi qbil mal-artikolu 263 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha teżamina il-legalità tal-atti tal-BĊE, minbarra r-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet, maħsuba li joħolqu effetti legali fir-rigward ta' terzi.

Il-proposta għandha tiżgura li l-kompiti kollha tal-ABE, kif previsti fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jibqgħu jitwettqu fil-livell tal-Unjoni u li l-proposti jkunu konsistenti mal-funzjonament xieraq tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej kif previst fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Il-mekkaniżmu uniku ta' superviżjoni jeħtieġ li jagħti rendikont lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-qasam tas-superviżjoni Ewropea u għandu jirrapporta lill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew. Ir-responsabbiltà demokratika tirrikjedi, fost l-oħrajn, l-approvazzjoni Parlamentari tal-president tal-bord superviżorju tal-mekkaniżmu uniku ta' superviżjoni magħżul wara proċedura miftuħa ta' selezzjoni, l-obbligu tal-president li jirrapporta lill-Parlament Ewropew u li jinstema' minnu, id-dritt tal-Parlament Ewropew li jagħmel mistoqsijiet bil-miktub jew orali u d-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew bi qbil mat-TFUE.

Il-mekkanimżu uniku Ewropew ta’ superviżjoni għandu jkun indipendenti mill-interessi politiċi nazzjonali, u għandu jiżgura li l-interessi Ewropej jipprevalu fuq dawk nazzjonali permezz ta’ mandat mill-Unjoni u governanza adegwata.

Il-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-mekkaniżmu ta’ superviżjoni uniku għandhom ikunu speċifikati fil-proposta leġiżlattiva rilevanti skont proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Is-superviżur Ewropew għandu jkollu l-kompetenza u r-responsabbiltà biex:

-    iwettaq is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu fil-pajjiżi inklużi fis-sistema iżda b'diviżjoni ċara tar-responsabbiltajiet operattivi bejn is-superviżuri Ewropej u dawk nazzjonali skont id-daqs u l-mudelli kummerċjali tal-banek u n-natura tal-kompiti ta' superviżjoni;

-    jaġixxi b’mod li jkun konsistenti mal-bżonn li tinżamm l-unità u l-integrità u l-kompetittività internazzjonali tas-suq intern, pereżempju, biex jiġi żgurat li ma jkun jeżisti l-ebda ostaklu għall-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri;

-    iqis b’mod xieraq l-impatt tal-attivitajiet tiegħu fuq il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni fis-suq intern, l-integrità tal-Unjoni kollha kemm hi, il-kompetittività globali tal-Unjoni, l-inklużjoni finanzjarja, il-ħarsien tal-konsumatur u l-istrateġija tal-Unjoni għall-impjiegi u t-tkabbir;

-    jipproteġi l-istabbiltà u l-kapaċità ta' rkupru tal-partijiet kollha tas-sistema finanzjarja tal-Istati Membri parteċipanti, it-trasparenza tas-swieq u l-prodotti finanzjarji u l-protezzjoni tad-depożitanti u l-investituri u l-kontribwenti tat-taxxa, filwaqt li titqies id-diversità tas-swieq u tal-forom istituzzjonali;

-    jevita l-arbitraġġ regolatorju u jiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi;

-    issaħħaħ il-koordinament tas-superviżjoni internazzjonali u, fejn ikun xieraq, jirrappreżenta l-Unjoni fl-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali;

-    fil-każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirristruttura, isalva jew jistralċa l-istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu qed ifallu jew li l-falliment tagħhom joħloq tħassib fir-rigward tal-interess pubbliku ġenerali.

Il-korpi responsabbli għas-superviżjoni fil-livell supranazzjonali għandhom jiġu allokati riżorsi suffiċjenti, inklużi persunal, biex jiġi żgurat li jkollhom il-kapaċitajiet operazzjonali meħtieġa biex iwettqu l-missjoni tagħhom.

Rakkomandazzjoni 1.2 dwar il-garanzija tad-depożiti

Il-Parlament Ewropew iqis li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:

Il-Parlament Ewropew jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħmel dak kollu li hu possibbli sabiex tiżgura li tkun tista' tiġi konkluża kemm jista' jkun malajr il-proċedura leġiżlattiva dwar id-direttiva riformulata dwar l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti abbażi tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012.

Meta jitqies l-għan fit-tul ta' qafas uniku Ewropew għad-depożiti, għandhom japplikaw rekwiżiti uniformi u stretti għall-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti kollha fl-Unjoni sabiex jinkisbu l-istess protezzjoni komprensiva u l-istess stabilità tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti u jiġu ggarantiti kundizzjonijiet ugwali. B'dan il-mod biss il-prekundizzjonijiet għall-flessibilità meħtieġa jkunu jistgħu jinħolqu sabiex jitqiesu b’mod suffiċjenti ċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi fis-settur finanazjarju.

Għandhom jiġu esplorati għażliet għal fond uniku Ewropew għall-garanzija tad-depożiti bi skemi li jiffunzjonaw sew ta' garanzija tad-depożiti appoġġati b'livelli xierqa ta' finanzjament, li għalhekk isaħħu l-kredibbiltà u l-fiduċja tal-investituri, ladarba jkunu qed jitħaddmu skema effikaċi ta' riżoluzzjoni u mekkaniżmu uniku effikaċi ta' superviżjoni.

Għall-protezzjoni tat-tifdil privat hemm bżonn li tinżamm separazzjoni funzjonali filwaqt li tiġi żgurata artikolazzjoni effikaċi tal-fondi għall-garanzija tad-depożiti u dawk għall-irkupru u r-riżoluzzjoni.

Il-mekkaniżmi ta’ garanzija tad-depożiti, kif ukoll l-iskemi ta’ rkupru u riżoluzzjoni, għandu jkollhom struttura finanzjarja b'saħħitha, l-ewwel nett ex ante, imsejsa fuq kontribuzzjonijiet mill-industrija, fejn il-kontribuzzjoni ta’ istituzzjoni finanzjarja partikolari għandha tirrifletti l-livell ta' riskju ta' dik l-istituzzjoni, filwaqt li l-fondi pubbliċi għandhom iservu biss bħala salvagwardja aħħarija mnaqqsa sal-minimu possibbli.

Rakkomandazzjoni 1.3 dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni

Il-Parlament Ewropew iqis li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:

Il-proposta attwali għal direttiva li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment għandha tiġi adottata malajr kemm jista’ jkun sabiex tinħoloq skema Ewropea għall-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ riżoluzzjoni u twassal, fuq medda ta’ żmien medju għall-ħolqien ta’ sistema Ewropea ta’ rkupru u ta’ riżoluzzjoni unika. Għandu jitqies il-fatt li ċerti setturi bankarji diġà għandhom mekkaniżmi ta’ protezzjoni sħiħa u għodod ta’ rkupru u riżoluzzjoni li għandhom jiġu rikonoxxuti, appoġġjati u artikolati fl-att leġiżlattiv.

L-iskop ġenerali ta’ skema ta’ riżoluzzjoni u ta’ rkupru effettiva għandu jkun li jitnaqqas l-użu potenzjali tar-riżorsi tal-kontribwenti meħtieġa għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet bankarji;

Għall-protezzjoni tat-tifdil privat hemm bżonn li tinżamm separazzjoni funzjonali filwaqt li tiġi żgurata artikolazzjoni effikaċi tal-fondi għall-garanzija tad-depożiti u dawk għall-irkupru u r-riżoluzzjoni;

L-iskemi ta’ rkupru u riżoluzzjoni, kif ukoll l-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti għandu jkollhom struttura finanzjarja soda, stabbilita essenzjalment ex ante u msejsa fuq kontribuzzjonijiet mill-industrija, fejn il-kontribuzzjoni ta’ istituzzjoni finanzjarja partikolari għandha tirrifletti l-livell ta' riskju ta' dik l-istituzzjoni, filwaqt li l-fondi pubbliċi għandhom iservu biss bħala salvagwardja aħħarija mnaqqsa sal-minimu possibbli.

Il-proposta għandha wkoll tkun konformi ma’ aspetti oħra tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ġunju 2010 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-Immaniġġjar Transkonfinali tal-Kriżijiet fis-Settur Bankarju, bħall-armonizzazzjoni tal-liġijiet dwar l-insolvenza u l-valutazzjonijiet komuni tar-riskji, sett ta’ għodod uniku u “skala ta’ intervent”.

Rakkomandazzjoni 1.4 dwar elementi addizzjonali ta’ Unjoni bankarja

Il-Parlament Ewropew iqis li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:

-    ir-rekwiżit, fejn neċessarju, tas-eparazzjoni legali ta’ ċerti attivitajiet finanzjarji partikolarment riskjużi minn banek li jieħdu depożiti fi ħdan il-grupp bankarju, b’mod konformi mar-rapport Liikanen;

-    qafas regolatorju ‘tal-istess riskju, tal-istess regola’, li jiżgura li entitajiet li mhumiex banek u li jagħmlu attivitajiet simili għal dawk tal-banek u li jinteraġixxu mal-banek ma jkunux barra mill-kontroll tar-regolaturi;

-    ittestjar kredibbli u regolari tal-istress tas-saħħa finanzjarja tal-banek li jippromwovi l-iskoperta bikrija tal-problemi u d-daqs effettiv tal-intervent;

-    kodiċi uniku uniformi ta’ superviżjoni prudenzjali tal-banek kollha u qafas makroprudenzjali uniku biex tiġi evitata aktar frammentazzjoni finanzjarja.

2.  Qafas fiskali integrat

Rakkomandazzjoni 2.1 dwar it-"two-pack"

Il-Parlament Ewropew iqis li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:

Fl-oqsma li ġejjin, il-Kummissjoni għandha tintalab timplimenta b'mod effikaċi l-kompromessi li se jintlaħqu fil-kuntest tan-negozjati fi trilogu dwar it-"two-pack" bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill:

-    il-ħolqien ta' kalendarju baġitarju komuni;

-    ir-riforma tal-oqfsa baġitarji nazzjonali;

-    il-valutazzjoni tal-pjanijiet baġitarji inklużi valutazzjoni kwalitattiva tal-investimenti pubbliċi u l-infiq relatati mal-objettivi tal-“Ewropa 2020”;

-    l-istabbiliment ta' programmi ta' sħubija ekonomika;

-    monitoraġġ aktar mill-qrib għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u li huma suġġetti għal proċedura għal żbilanċ eċċessiv;;

-    monitoraġġ aktar mill-qrib għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u li jinsabu f'riskju ta' nuqqas ta’ konformità mal-obbligu tagħhom fil-qafas ta' proċedura għal żbilanċ eċċessiv;

-    rappurtar dwar il-ħruġ tad-dejn.

-    inizjattiva li tispeċifika sett ta’ programmi meħtieġa għall-mobilizzazzjoni ta’ investiment ulterjuri fit-tul ta’ madwar 1% tal-PDG għat-tisħiħ tat-tkabbir sostenibbli u tikkumplementa r-riformi strutturali meħtieġa;

Rakkomandazzjoni 2.2 dwar l-issuġġetar tal-Patt Fiskali għall-metodu Komunitarju

Il-Parlament Ewropew iqis li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:

Fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tiegħu u skont it-TEU u t-TFUE, il-Patt Fiskali għandu jkun traspost f’leġiżlazzjoni sekondarja tal-Unjoni kemm jista’ jkun malajr.

Rakkomandazzjoni 2.3: Tassazzjoni

Il-Parlament Ewropew iqis li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:

Fi ħdan unjoni ekonomika, fiskali u baġitarja dejjem aktar stretta għandu jsir aktar biex jiġu kkoordinati s-sistemi tassazzjoni, u biex tiġi indirizzata l-kompetizzjoni fiskali dannuża bejn l-Istati Membri li hija evidentement kontra l-loġika ta’ suq intern. L-ewwel nett, fil-każ fejn ġew eżawriti l-possibiltajiet kollha ta’ diskussjoni u kompromess, il-kooperazzjoni msaħħa għandha tintuża aktar ta’ spiss fil-qasam tat-tassazzjoni (pereżempju għall-istabbiliment ta’ BKKTK jew taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji) peress li oqfsa armonizzati għat-tassazzjoni jsaħħu l-integrazzjoni tal-politika baġitarja.

Rakkomandazzjoni 2.4: Baġit Ewropew ċentrali ffinanzjat minn riżorsi proprji

Il-Parlament Ewropew iqis li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:

Fit-tfassil l-għażliet ta' politika, il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jintalbu jikkunsidraw il-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar il-qafas finanzjarju pluriennali u r-riżorsi proprji. Il-Parlament Ewropew esprima kemm-il darba l-ħtieġa urġenti għal riforma fis-sistema tar-riżorsi proprji u r-ritorn għall-ispirtu u t-tifsira tat-TFUE, li jiddikjara li l-baġit tal-Unjoni għandu jkun iffinanzjat biss permezz tar-riżorsi proprji.

Għandha tiġi indirizzata b'urġenza s-sitwazzjoni fejn il-ħtiġijiet finanzjarji tal-Baġit tal-UE jkunu f'kunflitt mal-konsolidament neċessarju tal-baġit fl-Istati Membri. Għalhekk wasal iż-żmien li progressivament nerġgħu lura għal sitwazzjoni fejn il-Baġit tal-Unjoni jiġi ffinanzjat minn riżorsi proprji ġenwini, sitwazzjoni li sserraħ lill-baġits nazzjonali b’mod korrispondenti. Barra minn hekk hu mfakkar li fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007, tat-8 ta' Ġunju 2011, tat-13 ta' Ġunju 2012 u tat-23 ta' Ottubru 2012, il-Parlament Ewropew spjega l-fehmiet tiegħu dwar xi tfisser sistema ġenwina ta' riżorsi proprji u kif din is-sistema tista' ssir kompatibbli mal-konsolidament fiskali meħtieġ fil-livell nazzjonali fuq perjodu qasir.

Koordinament baġitarju ulterjuri fi ħdan l-Unjoni jeħtieġ data konsolidata dwar il-kontijiet pubbliċi fl-Unjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, skont l-objettivi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għaldaqstant għandha tinkludi l-istabbiliment ta' tali data konsolidata fil-proposti leġiżlattivi li ġejjin.

Rakkomandazzjoni 2.5 tranżizzjoni progressiva lejn fond ta' salvataġġ

Il-Parlament Ewropew iqis li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:

Għandu jkun hemm tranżizzjoni progressiva ta' dejn eċċessiv f'fondi ta' salvataġġ ibbażati fuq il-proposta tal-Kunsill Ekonomiku ta' Esperti Ġermaniż, li jipprevedi l-ħolqien temporanju ta' fond li jieħu d-dejn kollu l'fuq minn 60% tal-Istati Membri li jissodisfaw ċerti kriterji; id-dejn jinfeda fuq perjodu ta' madwar 25 sena; b'hekk jinħoloq fond li, flimkien mal-infurzar tal-mekkaniżmi eżistenti kollha, se jgħin biex jinżamm id-dejn totali tal-Istati Membri taħt is-60% fil-futur.

Rakkomandazzjoni 2.6 dwar il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa

Il-Parlament Ewropew iqis li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:

Il-moviment liberu tal-kapital ma jistax jintuża bħala mod kif wieħed jevadi t-taxxa, b'mod partikolari għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u li qed jesperjenzaw jew jinsabu mhedda minn diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-euro. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-inizjattiva importanti tagħha tas-27 ta’ Ġunju 2012, issaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, tiffinalizza ċikli ta’ negozjati internazzjonali u tressaq proposti biex ittejjeb il-kooperazzjoni u l-koordinament bejn l-awtoritajiet tat-taxxa.

Għandha titwaqqaf taxxa finali fuq it-tranżazzjonijiet b’kooperazzjoni msaħħa bi qbil mal-Artikoli 326 sa 333 TFUE.

Rakkomandazzjoni 2.7 dwar l-iżgurar ta' sorveljanza demokratika tal-MES

Il-Parlament Ewropew iqis li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:

Il-MES għandu jevolvi lejn ġestjoni b’metodu Komunitarju u jsir responsabbli lejn il-Parlament Ewropew. Id-deċiżjonijiet ewlenin, bħall-għoti ta’ assistenza finanzjarja lil Stat Membru u l-konklużjoni tal-memoranda, għandhom ikun suġġetti għall-iskrutinju xieraq tal-Parlament Ewropew.

It-Troika, maħtura biex tiżgura l-implimentazzjoni tal-memorandums, għandha tinstema' fil-Parlament Ewropew qabel ma tassumi l-kompiti tagħha u tkun suġġetta għal rappurtar regolari u skrutinju demokratiku fil-konfront tal-Parlament Ewropew.

Rakkomandazzjoni 2.8 dwar l-iżgurar tal-kontabbiltà u l-leġittimità demokratika tal-koordinazzjoni fiskali

Il-Parlament Ewropew iqis li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:

Kull mekkaniżmu ġdid maħluq għall-koordinazzjoni tal-politika fiskali għandu jitqabbel ma’ għadd suffiċjenti ta' dispożizzjonijiet biex tiġi żgurata l-kontabbiltà u l-leġittimità demokratika;

Qafas integrat ta' politika ekonomika

Rakkomandazzjoni 3.1 dwar il-koordinazzjoni mtejba ex-ante tal-politika ekonomika u t-titjib tas-Semestru Ewropew

Il-Parlament Ewropew iqis li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kompromessi li se jintlaħqu fil-kuntest tan-negozjati fi trilogu dwar it-"two-pack" bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiġu implimentati b'mod komprensiv.

Għandhom ikunu esplorati strumenti tal-Unjoni għall-protezzjoni soċjali u għal standards minimi soċjali, inklużi dawk li jindirizzaw il-qgħad taż-Żgħażagħ, bħal garanzija Ewropea għaż-żgħażagħ.

Il-Kummissjoni għandha tressaq immedjatament proposti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja biex tittraduċi f’leġiżlazzjoni sekondarja l-impenji tal-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern tat-28 ta’ Ġunju 2012 għal “Patt dwar it-Tkabbir u l-Impjiegi”;

B’mod partikolari, il-qafas ta’ koordinazzjoni ekonomika għandu jqis b’mod xieraq l-impenn tal-Istat Membru biex “isegwi konsolidazzjoni fiskali differenzjata favur it-tkabbir, filwaqt li jirrispetta l-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u jqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-pajjiż” u biex jippromwovi l-“investiment fl-oqsma orjentati lejn il-futur relatati direttament mal-potenzjal ta’ tkabbir tal-ekonomija”;

Il-Kummissjoni għandha tressaq kjarifika dwar l-istatus tal-istħarriġ tat-tkabbir annwali. Is-Semestru Ewropew għandu jinvolvi lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali.

Koordinament baġitarju ulterjuri fi ħdan l-Unjoni jeħtieġ data konsolidata dwar il-kontijiet pubbliċi tal-Unjoni, tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, skont l-objettivi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għaldaqstant għandha tinkludi l-istabbiliment ta' tali data konsolidata fil-proposti leġiżlattivi li ġejjin.

Abbażi ta’ kunsiderazzjoni tal-fażijiet differenti tas-Semestru Ewropew, kif stabbilit fil-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir imsaħħaħ u l-mekkaniżmu ta’ sorveljanza makroekonomika, għandu jiġi vvalutat il-bżonn għal leġiżlazzjoni addizzjonali, filwaqt li jitqies:

-    L-iżvilupp u t-tisħiħ tas-suq intern u l-promozzjoni tar-relazzjonijiet kummerċjali internazzjonali huma ċentrali biex jiġi stimolat it-tkabbir ekonomiku sostenibbli, biex tiżdied il-kompetittività u biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi makroekonomiċi. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tintalab tikkunsidra, fl-Istħarriġ Annwali tagħha dwar it-Tkabbir, liema passi għad iridu jittieħdu mill-Istati Membri u liema ttieħdu biex jiġi kkompletat is-suq intern;

-    Il-programmi nazzjonali ta’ riforma (PNR) u l-programmi nazzjonali ta’ stabbiltà (NSP) għandhom ikunu marbuta mill-viċin. Monitoraġġ xieraq għandu jiżgura l-koerenza tal-PNR u l-NSP;

-    is-Semestru Ewropew għandu jippermetti l-iżvilupp ta' sinerġija akbar bejn il-baġit tal-Unjoni u l-baġits tal-Istati Membri bil-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa-2020; ma’ dan, is-Semestru Ewropew għandu jiġi żviluppat ukoll biex jinkludi indikaturi effiċjenti tar-riżorsi;

-    Għandu jiżdied l-involviment tal-awtoritajiet u l-imsieħba reġjonali u lokali fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-programmi rilevanti, sabiex b’hekk jikber is-sens ta’ responsabbiltà għall-għanijiet tal-Istrateġija fil-livelli kollha u sabiex tiġi żgurata sensibilizzazzjoni akbar minħabba l-objettivi u r-riżultati tagħha;

-    Il-Kummissjoni għandha tadotta l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u l-mekkaniżmu ta' twissija sal-1 ta' Diċembru ta' kull sena b'kapitolu speċifiku għaż-żona tal-euro; Il-Kummissjoni għandha tiżvela l-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi prinċipali kollha;

-    Il-Kummissjoni għandha tivvaluta b’mod ċar, fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, il-problemi ekonomiċi u fiskali ewlenin tal-Unjoni u tal-Istati Membri individwali, tipproponi miżuri prijoritarji biex jingħelbu dawn il-problemi u tidentifika l-inizjattivi meħuda mill-Unjoni u mill-Istati Membri biex jappoġġaw kompetittività msaħħa u l-investiment fit-tul u biex jitneħħew l-ostakli għat-tkabbir sostenibbli, jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fit-Trattati u fl-Istrateġija Ewropa-2020 attwali, jiġu implimentati s-seba’ inizjattivi emblematiċi u jitnaqqsu l-iżbilanċi makroekonomiċi;

-    L-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom għandhom, b'mod partikolari, jinvolvu lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali, lill-imsieħba soċjali, lill-awtoritajiet pubbliċi u lis-soċjetà ċivili iżjed mill-qrib fil-formulazzjoni tar-riforma nazzjonali, fl-iżvilupp u fil-programmi ta’ koeżjoni, u jikkonsultaw magħhom b’mod regolari;

-    Il-Kummissjoni għandha tidentifika b’mod espliċitu, fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, ir-riperkussjonijiet potenzjali transkonfinali tal-miżuri ewlenin tal-politika ekonomika implimentati fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fl-Istati Membri;

-    Il-Kummissarji responsabbli mis-Semester Ewropew għandhom jiġu u jiddibattu l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir mal-kumitati rilevanti tal-Parlament hekk kif jiġi adottat mill-Kummissjoni;

-    Il-Kunsill għandu jippreżenta ruħu quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament f’Lulju biex jispjega kull bidla sostanzjali li jkun għamel fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi proposti mill-Kummissjoni; il-Kummissjoni għandha tieħu sehem f’din is-seduta biex tagħti l-opinjonijiet tagħha dwar is-sitwazzjoni;

-    L-Istati Membri għandhom jippreżentaw informazzjoni kemm jista' jkun dettaljata dwar il-miżuri u l-istrumenti previsti fil-programmi nazzjonali ta' riforma għall-ilħuq tal-objettivi nazzjonali stabbiliti, inklużi l-iskadenza għall-implimentazzjoni, l-effetti mistennija, ir-riperkussjonijiet potenzjali, ir-riskju li l-implimentazzjoni ma tirnexxix, l-ispejjeż u, jekk ikun il-każ, l-użu tal-Fondi Strutturali tal-UE;

-    Il-mekkaniżmi ta’ inċentiv isaħħu n-natura vinkolanti tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika;

Rakkomandazzjoni 3.3 dwar patt soċjali għall-Ewropa

Il-Parlament Ewropew iqis li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:

Skont it-Trattati, il-promozzjoni ta’ rata għolja ta’ impjiegi u l-garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata għandhom jiġu kkunsidrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni.

Ir-regoli speċifiċi għal superviżjoni vinkolanti tad-dixxiplina baġitarja fiż-żona tal-euro jistgħu u għandhom jikkomplementaw il-punti ta’ referenza fiskali u makroekonomiċi b'punti ta’ referenza soċjali u tal-impjiegi sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tad-dispożizzjoni msemmija hawn fuq permezz ta’ dispożizzjonijiet finanzjarji adegwati tal-Unjoni.

Għandu jiġi stabbilit patt soċjali għall-Ewropa biex jippromwovi:

-    l-impjiegi għaż-żgħażagħ, inklużi inizjattivi bħall-garanzija Ewropea għaż-żgħażagħ;

-    finanzjament xieraq u ta’ kwalità għolja tas-servizzi pubbliċi;

-    pagi għal għajxien diċenti;

-    aċċess għal akkomodazzjoni soċjali u bi prezz raġonevoli;

-    limitu minimu ta’ protezzjoni soċjali biex jiġi żgurat aċċess universali għas-servizzi tas-saħħa essenzjali irrispettivament mid-dħul;

-    l-implimentazzjoni ta’ protokoll soċjali li jipproteġi d-drittijiet fundamentali soċjali u tax-xogħol;

-    standards Ewropej għall-ġestjoni tar-ristrutturar b’mod responsabbli u soċjali;

-    strateġija ġdida dwar is-saħħa u s-sikurezza li tinkludi l-mard relatat mal-istress;

-    paga ndaqs u drittijiet ugwali għal xogħol tal-istess valur għal kulħadd.

4. It-tisħiħ tal-leġittimità u r-responsabbiltà demokratiċi

Rakkomandazzjoni 4.1 dwar id-djalogu ekonomiku

Il-Parlament Ewropew iqis li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:

Il-Kummissjoni għandha tintalab timplimenta b'mod kompensiv il-kompromessi li se jintlaħqu fil-kuntest tan-negozjati fi trilogu dwar it-"two-pack" bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Rakkomandazzjoni 4.2 dwar mekkaniżmi Ewropej ta' appoġġ finanzjarju

Il-Parlament Ewropew iqis li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:

L-operazzjonijiet tal-EFSF/MES u kull struttura simili futura, għandhom ikunu suġġetti għal kontroll demokratiku regolari u superviżjoni mill-Parlament Ewropew u l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF għandhom ikunu involuti f'dak il-kontroll u s-superviżjoni. Il-MES għandu jkun suġġett għall-metodu Komunitarju.

Rakkomandazzjoni 4.3 dwar it-tisħiħ tar-rwol tal-Parlament Ewropew u l-kooperazzjoni interparlamentari fil-kuntest tas-Semestru Ewropew

Il-Parlament Ewropew iqis li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:

-    Il-President tal-Parlament Ewropew jippreżenta l-fehmiet tal-Parlament dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir waqt il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa. Għandu jiġi nnegozjat ftehim interistituzzjonali sabiex il-Parlament Ewropew jiġi involut fl-abbozzar u l-approvazzjoni tal-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir u l-linji gwida tal-politika ekonomika u tal-impjiegi.

-    Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom ikunu preżenti meta jiġu organizzati laqgħat interparlamentari bejn ir-rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali u r-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew f'mumenti kruċjali tas-Semestru (jiġifieri wara l-pubblikazzjoni tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u wara l-pubblikazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi), sabiex b'mod partikolari l-parlamenti nazzjonali jkunu jistgħu jikkunsidraw perspettiva Ewropea huma u jiddiskutu l-baġits nazzjonali.

Rakkomandazzjoni 4.4 dwar żieda fit-trasparenza, il-leġittimità u r-responsabbiltà

Il-Parlament Ewropew iqis li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jimmira li jirregola kif ġej:

-    sabiex tissaħħaħ it-trasparenza, Ecofin u l-Grupp tal-euro għandhom jintalbu jgħaddu d-dokumenti interni ewlenin, l-aġendi u l-materjal ta' referenza lill-Parlament Ewropew qabel il-laqgħat tagħhom; barra minn hekk, il-President tal-Grupp tal-euro għandu jidher b’mod regolari quddiem il-Parlament Ewropew, pereżempju fil-forma ta’ seduti ta’ smigħ li għandhom jiġu organizzati taħt il-patroċinju tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew;

-    il-Parlament Ewropew irid ikun involut bis-sħiħ fit-tfassil ulterjuri tar-rapport tal-erba’ Presidenti, f’konformità mal-metodu Komunitarju; dan l-involviment jista’ jiġi organizzat fil-livell tal-grupp ta’ ħidma (xogħol preparatorju) kif ukoll fil-livell tal-President (teħid ta’ deċiżjonijiet);

-    il-President tal-Parlament Ewropew għandu jiġi mistieden jieħu sehem fil-laqgħat tal-Kunsill Ewropew u fis-samits taż-żona tal-euro;

-    meta jiġu trasferiti jew jinħolqu kompetenzi ġodda fil-livell tal-Unjoni jew meta jitwaqqfu istituzzjonijiet ġodda tal-Unjoni, għandhom jiġu żgurati kontroll demokratiku korrispondenti min-naħa tal-Parlament Ewropew kif ukoll responsabbiltà korrispondenti quddiem il-Parlament Ewropew;

-    il-Parlament Ewropew għandu jorganizza seduta ta' smigħ u japprova l-ħatra tal-President tal-MES. Il-President tal-MES għandu jkun suġġett għal rappurtar regolari fil-konfront tal-Parlament Ewropew;

-    Ir-rappreżentant(i) tal-Kummissjoni fit-trojka għandu/għandhom jinstema'/jinstemgħu fil-Parlament Ewropew qabel ma jassumi/jassumu l-kariga tiegħu/tagħhom u għandu/għandhom ikun(u) suġġett(i) għal rappurtar regolari fil-konfront tal-Parlament Ewropew.

-    it-tisħiħ tar-rwol tal-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jew il-ħolqien ta’ uffiċċju tat-teżor Ewropew għandu jkun marbut ma’ mezzi adegwati għar-responsabbiltà u l-leġittimità demokratiċi, li jinvolvu proċeduri ta’ approvazzjoni u ta' kontroll mill-Parlament Ewropew;

-    huwa biss ir-rispett lejn il-metodu tal-Komunità, il-liġi tal-Unjoni u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jista’ jiżgura r-rispett tar-responsabbiltà u l-leġittimità demokratiċi fl-Unjoni; skont it-Trattati, l-UEM tista’ tiġi stabbilita biss mill-Unjoni;

-    il-munita tal-Unjoni hija l-euro u l-parlament tagħha huwa l-Parlament Ewropew; l-arkitettura futura tal-UEM għandha tirrikonoxxi li l-Parlament Ewropew huwa s-sede ta’ responsabbiltà fil-livell tal-Unjoni;

-il-proċess li permezz tiegħu jiġi żviluppat pjan għall-futur tal-UEM għandu jinvolvi bis-sħiħ lill-Parlament skont il-metodu Komunitarju.

Id-deċiżjonijiet kollha relatati mat-tisħiħ tal-UEM għandhom jittieħdu abbażi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; kwalunkwe devjazzjoni mill-metodu Komunitarju u użu akbar tal-ftehimiet intergovernattivi jaqsmu u jdgħajfu l-Unjoni, inkluża ż-żona tal-euro.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (12.10.2012)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina
(2012/2151(INI))

Rapporteur għal opinjoni(*): Sur Roberto Gualtieri

(Inizjattiva – Artikolu 42 tar-Regoli ta' Proċedura)

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

Suġġeriment  1

Premessa O

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

O. billi 17-il Stat Membru diġà adottaw il-munita unika tal-Unjoni u l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri l-oħrajn ser jadottaw l-euro meta jkunu lesti;

O. billi 17-il Stat Membru diġà adottaw il-munita unika tal-Unjoni u l-oħrajn kollha ħlief ir-Renju Unit huma obbligati jadottaw l-euro malli jissodisfaw il-kriterji ta' konverġenza u jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti kostituzzjonali domestiċi;

Suġġeriment  2

Premessa X

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

X. billi minn perspettiva demokratika hija impossibbli li wieħed jifhem għaliex il-President tal-Parlament Ewropew, li jirrappreżenta 'l fuq minn 502 miljun ċittadin Ewropew, ma ġiex involut fit-tfassil tar-rapport tas-26 ta' Ġunju 2012 tal-President tal-Kunsill Ewropew, f'kollaborazzjoni mal-Presidenti tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Grupp tal-euro u tal-Bank Ċentrali Ewropew, intitolat "Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina";

X. billi l-Parlament Ewropew ma ġiex direttament involut fit-tfassil tar-rapport tas-26 ta' Ġunju 2012 tal-President tal-Kunsill Ewropew, f'kollaborazzjoni mal-Presidenti tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Grupp tal-euro u tal-Bank Ċentrali Ewropew, intitolat "Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina";

Suġġeriment  3

Premessa AC

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

AC. billi ma jistax jiġi eskluż li jaf ikun hemm bżonn bidliet ġodda fit-Trattat sabiex tiżdied il-governanza ta' UEM totalment operattiva; billi l-Kummissjoni għandha telenka bla dewmien l-iżviluppi istituzzjonali meħtieġa fuq perjodu twil;

AC. billi t-Trattati Ewropej eżistenti joffru marġni wiesa' għal progress sostanzjali lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja bbażata fuq qafas politiku finanazjarju, baġitarju u ekonomiku mtejjeb, iktar integrat u iktar ibbilanċjat, u fuq leġittimità demokratika u responsabilizzazzjoni iktar b'saħħithom; billi l-ksib ta' Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina fl-UE se jirrikjedi li għall-medda medja ta' żmien issir bidla fit-Trattat;

Suġġeriment  4

Premessa ACa (ġdida)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

ACa. billi t-Trattati diġà jipprovdu proċeduri xierqa għal governanza f'diversi livelli li jagħmluha possibbli li wieħed jersaq eqreb lejn UEM ġenwina mingħajr ma tkun ipperikolata l-integrità tal-ordni legali u istituzzjonali tal-UE, billi jadottaw dispożizzjonijiet fil-qafas tal-politiki fiskali u ekonomiċi li japplikaw speċifikament għal dawk l-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro, u billi jistabbilixxu kooperazzjoni mtejba bejn l-Istati Membri fil-qafas tal-kompetenzi mhux esklużivi tal-Unjoni;

Suġġeriment  5

Premessa AD

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

AD. billi l-bidliet futuri fit-Trattat m'għandhomx jikkostitwixxu ostaklu għall-implimentazzjoni ta' malajr ta' dak li diġà jista' jinkiseb fil-qafas tat-Trattati eżistenti; billi diġà jista' jinkiseb progress konsiderevoli fil-qafas istituzzjonali attwali;

AD. billi l-użu sħiħ tal-proċeduri u l-flessibilità tat-Trattati eżistenti biex itejbu malajr il-governanza tal-UEM fil-kuntest tal-għoti ta' qafas għal spazju politiku Ewropew ta' veru huwa kundizzjoni għall-bini ta' kunsens demokratiku għal bidla futura tat-Trattat li tkun komprensiva u jkollha suċċess;

Suġġeriment  6

Premessa ADa (ġdida)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

ADa. billi l-Parlament Ewropew għandu d-dritt li jissottometti lill-Kunsill proposti għall-emendar tat-Trattati li sussegwentement jeħtieġu jiġu eżaminati minn Konvenzjoni, sabiex jitkompla l-għoti ta' qafas ta' UEM ġenwina billi jitjiebu l-kompetenzi tal-UE, partikolarment fil-qasam tal-politika ekonomika, u billi jissaħħu r-riżorsi proprji tal-Unjoni u l-kapaċità baġitarja, ir-rwol u r-responsabilizzazzjoni demokratika tal-Kummissjoni u l-prerrogattivi tal-Parlament Ewropew;

Suġġeriment  7

Premessa ADb (ġdida)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

ADb. billi hu realistiku u xieraq li wieħed jaħseb li tali Konvenzjoni m'għandhiex issir qabel l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss; billi l-preparament għal tali Konvenzjoni għandhom jibdew diġà qabel l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss;

Suġġeriment  8

Premessa AE

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

AE. billi l-ambizzjoni għandha tkun li l-Istati Membri kollha jieħdu passi 'l quddiem b'mod konġunt lejn integrazzjoni Ewropea akbar; billi jaf ikun hemm bżonn deċiżjonijiet li japplikaw biss għaż-żona tal-euro meta jkun meħtieġ jew ġustifikat abbażi tal-ispeċifiċità taż-żona tal-euro, mingħajr ma jiġu esklużi klawżoli ta' parteċipazzjoni (opt-ins) għal Stati Membri oħrajn;

AE. billi kemm il-miżuri proposti skont it-Trattati eżistenti kif ukoll il-bidliet futuri tat-Trattat m'għandhomx jeskludu klawsoli ta' parteċipazzjoni għal Stati Membri u għandhom jiggarantixxu l-integrità tal-UE;

Suġġeriment  9

Premessa AYa (ġdida)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

AYa. billi l-istabbiliment ta' mekkaniżmu superviżorju uniku se jkun iktar leġittimu, iktar trasparenti u iktar effettiv jekk dan jiġi adottat b'kodeċiżjoni mal-Parlament Ewropew;

Suġġeriment  10

Premessa AYb (ġdida)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

AYb. billi l-Artikolu 48(7) tat-Trattat UE jipprevedi proċedura speċifika għall-adoxxjoni ta' att li għalih it-TFUE jirrikjedi proċedura leġiżlattiva speċjali bi qbil mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja; billi l-Artikolu 333 tat-TFUE jinkludi wkoll dispożizzjonijiet li jagħmluha possibbli li l-proċedura leġiżlattiva ordinarja tintuża fil-kuntest tal-kooperazzjoni mtejba;

Suġġeriment                                                                                                              11

Premessa AYc (ġdida)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

AYc. billi għandu jiġi stabbilit monitoraġġ parlamentari demokratika fuq l-attivitajiet ta' superviżjoni bankarja;

Suġġeriment  12

Premessa BV

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

BV. billi hemm bżonn mekkaniżmi addizzjonali sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jirrispettaw l-impenji tagħhom fil-proċeduri baġitarji individwali tagħhom, u ma jistax jiġi eskluż li għandu bżonn jissaħħaħ ir-rwol tal-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji;

BV. billi hemm bżonn mekkaniżmi addizzjonali sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jirrispettaw l-impenji tagħhom fil-proċeduri baġitarji individwali tagħhom, u ma jistax jiġi eskluż li għandu bżonn jissaħħaħ ir-rwol tal-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji; billi skont t-Trattati eżisteni l-klawsola ta' flessibilità (l-Artikolu 352 tat-TFUE) tista' tintuża għal dan l-iskop u biex toħloq Uffiċċju Ewropew tat-Teżor; billi din hija element prinċipali ta' Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina;

Suġġeriment  13

Premessa BVa (ġdida)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

BVa. billi l-Artikolu 136 tat-TFUE jippermetti l-adozzjoni, bi qbil mal-proċedura leġiżlattiva rilevanti għal dawk imsemmija fl-Artikoli 121 u 126 tat-TFUE, ta' miżuri speċifiċi biex jissaħħu l-koordinazzjoni u s-sorveljanza tad-dixxiplina baġitarja tal-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro; billi tali leġiżlazzjoni tista' tipprevedi d-delega tas-setgħat lill-Kummissjoni biex din tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv; billi t-TFUE jipprevedi l-possibilità li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jingħataw id-dritt li jirrevokaw d-delega lill-Kummissjoni;

Suġġeriment  14

Premessa BVb (ġdida)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

BVb. billi skont it-Trattati l-promozzjoni ta' rata għolja ta' impjiegi u l-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata għandhom jitqiesu fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-UE; billi filwaqt li wieħed jibni fuq l-istrateġiji eżistenti, għandu jiddaħħal sett ġdid ta' linji gwida għall-Istati Membri, inklużi punti ta' referenza soċjali u ekonomiċi bi standards minimi li għandhom jiġu applikati għall-pilastri prinċipali tal-ekonomiji tagħhom;

Suġġeriment  15

Premessa BVc (ġdida)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

BVc. billi, b'konformità mar-regola ġenerali tad-dritt legali tal-UE, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tingħata s-setgħa li tiżgura li fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tat-Trattati tiġi osservata l-leġiżlazzjoni tal-UE sakemm din ma tiġix eskluża espliċitament;

Suġġeriment  16

Premessa BW

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

BW. billi n-negozjati fi trilogu dwar l-hekk imsejħa regolamenti tas-"six-pack" għandhom iwasslu dalwaqt għal riżultati politiċi konkreti; il-Kunsill għandu jabbanduna r-riluttanza tiegħu dwar dan id-dossier;

BW. billi hu essenzjali l-ewwel nett li jiġu konklużi n-negozjati dwar l-hekk imsejħa regolamenti tas-"six-pack" li se jsaħħu iktar is-setgħat eżistenti tal-Kummissjoni fil-kwistjonijiet baġitarji

Suġġeriment  17

Premessa BXa (ġdida)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

BXa. billi, skont it-Trattati eżistenti, l-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro jistgħu jiffinanzjaw baġit miżjud tal-UE fil-qafas tal-proċedura tar-riżorsi proprji billi jdaħħlu taxxi jew tariffi speċifiċi bi qbil mal-proċedura ta' kooperazzjoni mtejba; billi dan għandu jsir billi tingħata preferenza speċifika lir-rabta tiegħu mal-qafas baġitarju diġà eżistenti tal-UE u mingħajr ma jiġu pperikolati l-funzjonijiet tradizzjonali tal-baġit tal-UE biex jiġu ffinanzjati l-politiki komuni; billi tali kapaċità baġitarja miżjuda għandha tappoġġja t-tkabbir u l-koeżjoni soċjali filwaqt li tindirizza l-iżbilanċi, id-diverġenzi strutturali u l-emerġenzi finanzjarji li huma direttament konnessi mal-Unjoni Monetarja;

Suġġeriment  18

Premessa BXb (ġdida)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

BXb. billi l-MES għandhu jkun suġġett għal skrutinju proprju mill-Parlament Ewropew;

Suġġeriment  19

Premessa CBa (ġdida)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

CBa. billi l-MES jista' jiġi integrat fil-qafas legali tal-UE permezz tal-klawsola ta' flessibilità (l-Artikolu 352 tat-TFUE) flimkien mal-Artikolu 136 revedut tat-TFUE;

Suġġeriment  20

Premessa CBb (ġdida)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

CBb. billi, skont it-Trattati eżistenti, id-definizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-"klawsola ta' ebda rikapitalizzazzjoni" (no bailout clause) jistgħu jiġu speċifikati mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew (l-Artikolu 125(2) tat-TFUE);

Suġġeriment  21

Premessa CBc (ġdida)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

CBc. billi standards għoljin ta' responsabilizzazzjoni demokratika fil-livell Ewropew għandhom japplikaw għat-Trojka;

Suġġeriment  22

Premessa CG

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

CG. billi hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jwettqu bla dewmien ir-riformi maqbula fil-programmi nazzjonali ta' riforma tagħhom;

CG. billi hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jwettqu bla dewmien ir-riformi maqbula fil-programmi nazzjonali ta' riforma tagħhom, u r-responsabbiltà tal-parlamenti nazzjonali li jagħmlu skrutinju fil-ħin u infurmat tal-azzjonijiet tal-gvernijiet tagħhom f'dan ir-rigward;

Suġġeriment  23

Premessa CJ

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

CJ. billi jista' jitqies koordinament vinkolanti fil-livell tal-Unjoni għal ċerti kwistjonijiet ewlenin ta' politika ekonomika li huma ta' rilevanza partikolari għat-tkabbir u l-impjieg;

CJ. billi għandhom jitqiesu kriterji ta' konverġenza fil-livell tal-Unjoni għal ċerti kwistjonijiet ewlenin ta' politika ekonomika li huma ta' rilevanza partikolari għall-miżuri ta' produttività u kompetittività stipulati fl-Istrateġija Ewropa 2020;

Suġġeriment  24

Premessa CJa (ġdida)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

CJa. billi l-Artikolu 136 tat-TFUE jippermetti lill-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u permezz tal-votazzjoni tal-Istati Membri biss li l-valuta tagħhom hija l-euro, li jadotta linji gwida vinkolanti dwar il-politika ekonomika għall-pajjiżi taż-żona tal-euro fil-qafas tas-Semestru Ewropew; billi mekkaniżmu ta' inċentiv isaħħaħ in-natura vinkolanti tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika;

Suġġeriment  25

Premessa CJb (ġdida)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

CJb. billi, skont it-Trattati eżistenti, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jistgħu jikkondkludu ftehim interistituzzjonali biex, minn naħa, jipprevedu l-involviment minn qabel tal-Parlament Ewropew fl-abbozzar tal-Istħarriġ dwar it-Tkabbir Annwali, ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill dwar il-linji gwida dwar il-politika ekonomika għall-pajjiżi taż-żona tal-euro u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill dwar il-linji gwida dwar l-impjiegi; u, min-naħa l-oħra, l-impenn tal-Kunsill li jiddiskuti u jqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament dwar il-linji gwida dwar il-politika ekonomika u l-impjiegi, u li jdaħħal il-kontroll permezz tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea;

Suġġeriment  26

Premessa CL

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

CL. billi l-Unjoni taf il-leġittimità tagħha lill-valuri demokratiċi tagħha, l-objettivi li tipprova tilħaq u l-kompetenzi, l-istrumenti u l-istituzzjonijiet tagħha;

imħassar

Suġġeriment  27

Premessa CM

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

CM. billi minħabba l-kriżi li għaddejja bħalissa kiseb aktar importanza d-dibattitu mhux biss dwar il-governanza tal-UEM iżda wkoll dwar in-natura demokratika tat-teħid tad-deċiżjonijiet fi ħdan l-UEM;

CM. billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika intensa mill-2008 'l hawn biddlet radikalment id-dibattitu dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea u tippreżenta mistoqsijiet importanti dwar l-iżvilupp politiku u kostituzzjonali tal-Unjoni Ewropea u l-post tagħha fid-dinja;

Suġġeriment  28

Premessa CN

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

CN. billi l-Kunsill Ewropew aġixxa b'mod responsabbli għal dawn l-aħħar snin rigward il-ġestjoni tal-kriżi, u fassal bosta proposti bil-għan li tinstab triq biex noħorġu mill-kriżi, meta t-Trattati mhux dejjem taw kompetenza ċara lill-Unjoni f'dan ir-rigward;

CN. billi l-Kunsill Ewropew kellu jirrikorri għal ġestjoni tal-kriżi f'dawn l-aħħar snin, u wasal iż-żmien issa li ssir analiżi iktar rigoruża tad-dgħjufijiet tal-UEM kif minquxa fit-Trattat ta' Maastricht, u li jsir eżami profond tal-implikazzjonijiet tal-unjoni fiskali għall-governanza ekonomika tal-Unjoni, inklużi l-kompetenzi mogħtija u s-setgħat tal-istituzzjonijiet tagħha;

Suġġeriment  29

Premessa CP

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

CP. billi l-miżuri meħuda fil-livell tal-Unjoni spiss jitqies li mhumiex biżżejjed u li jittieħdu tard wisq, minħabba l-proċeduri li jirriżultaw mill-proċess leġiżlattiv demokratiku, in-nuqqas ta' sottostruttura istituzzjonali Ewropea jew in-nuqqas ta' riżorsi proprji tal-Unjoni sabiex din tintervjeni direttament biex tindirizza sitwazzjoni ta' kriżi;

imħassar

Suġġeriment  30

Premessa CQ

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

CQ. billi ġew identifikati lakuni fis-sistema tal-UEM u għandha tinstab soluzzjoni definittiva għalihom;

imħassar

Suġġeriment  31

Premessa CR

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

CR. billi r-rapporti intermedji u finali li ser jitressqu mill-President tal-Kunsill Ewropew f'Ottubru u f'Diċembru rispettivament għandhom jitfasslu f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew, li jinsisti li għandu jiġi involut bis-sħiħ bħala msieħeb indaqs f'konformità mal-metodu Komunitarju; billi dan jista' jiġi organizzat permezz tal-parteċipazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew fil-ħidma tal-erba' Presidenti, kif ukoll permezz tar-rappreżentanti li għandhom jinħatru mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament fil-grupp ta' ħidma ad hoc tal-Kunsill dwar ir-rapport tal-erba' Presidenti;

CR. billi l-President tal-Parlament Ewropew ġie assoċjat mal-preparazzjoni tar-rapport li għandu jiġi preżentat lill-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2012 mill-President tiegħu; billi l-Parlament Ewropew ħatar ir-rappreżentanti tiegħu fil-grupp ta' ħidma ad hoc;

Suġġeriment  32

Premessa CS

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

CS. billi m'għadux aċċettabbli aktar li l-President tal-Parlament Ewropew ma jistax ikun preżenti tul il-perjodu kollu tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew u s-Samit taż-żona tal-euro; billi għandha tinstab soluzzjoni urġenti għal dan in-nuqqas ta' leġittimità demokratika permezz ta' ftehim politiku bejn iż-żewġ istituzzjonijiet;

imħassar

Suġġeriment  33

Premessa CSa (ġdida)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

CSa. billi hija ħaġa urġenti li jiġi indirizzat id-defiċit demokratiku tal-UEM u li kwalunkwe pass ulterjuri lejn Unjoni Bankarja, Unjoni Fiskali u Unjoni Ekonomnnika tintrabat b'mod stress ma' leġittimità demokratika u responsabilizzazzjoni fil-livell tal-UE;

Suġġeriment  34

Premessa CTa (ġdida)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

CTa. billi l-kooperazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali fuq il-bażi tal-Protokoll Nru 1 għandha tissaħħaħ sabiex jitjieb l-iskambju ta' fehmiet u l-kwalità tal-attività parlamentari fil-qasam tal-governanza tal-UEM kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak nazzjonali; billi tali kooperazzjoni m'għandhiex titqies bħala l-ħolqien ta' korp parlamentari mħallat ġdid li jkun kemm ineffettiv kif ukoll illeġittimu minn perspettiva demokratika u kostituzzjonali;

Suġġeriment  35

Paragrafu -1 (ġdid)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

-1. Iqis neċessarju li l-governanza tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja titqiegħed fi ħdan il-qafas istituzzjonali tal-Unjoni, li hija kundizzjoni preliminari għall-effettività tagħha u biex timtela' d-differenza politika kurrenti bejn il-politiki nazzjonali u dawk Ewropej;

Suġġeriment  36

Paragrafu -1a (ġdid)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

-1a. Iqis it-titjib sostanzjali fil-leġittimità demokratika u r-responsabilizzazzjoni fil-livell tal-UE tal-governanza tal-UEM permezz ta' rwol miżjud tal-Parlament Ewropew bħala neċessità assoluta u kundizzjoni preliminari għal kwalunkwe pass ulterjuri lejn Unjoni Bankarja, Unjoni Fiskali u Unjoni Ekonomika;

Suġġeriment  37

Paragrafu -1b (ġdid)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

-1b. Jistieden lill-istituzzjonijiet kollha biex jipproċedu malajr għall-massimizzazzjoni tal-possibilitajiet mogħtija mit-Trattati eżistenti u l-elementi tagħhom ta' flessibilità u fl-istess ħin jippreparaw għall-bidliet neċessarji fit-Trattat sabiex jiggarantixxu ċ-ċertezza legali u l-leġittimità demokratika; itenni li l-għażla ta' ftehim intergovernattiv ġdid għandha tiġi eskluża;

Suġġeriment  38

Paragrafu -1c (ġdid)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

- 1c. jiġbed l-attenzjoni li l-Parlament Ewropew se jittratta r-regolament li jagħti kompiti speċifiċi lill-BĊE dwar il-politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu b'mod konġunt mal-proposti dwar l-Awtorità Bankarja Ewropea u se jittrattawhom f'pakkett wieħed;

Suġġeriment  39

Paragrafu -1 d (ġdid)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

-1d. Iqis li, skont it-Trattati eżistenti, il-koordinazzjoni u s-sorveljanza tad-dixxiplina baġitarja tal-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro jistgħu jsiru vinkolanti u suġġetti għall-kontroll tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fuq il-bażi sempliċi tal-Artikolu 136 tat-TFUE flimkien mal-Artikolu 121(6), imma li, mill-perspettiva kostituzzjonali, dan il-pass għandu jitqies biss jekk isaħħaħ b'mod sostanzjali r-rwol tal-Parlament Ewropew f'dak li jikkonċerna l-implimentazzjoni dettaljata tal-Artikoli 121(3) u 121(4) tat-TFUE u sabiex titkompla u tiġi implimentata l-proċedura ta' sorveljanza multilaterali mal-atti delegati fuq il-bażi tal-Artikolu 290 tat-TFUE; ifakkar li, skont it-Trattati, il-promozzjoni ta' rata għolja ta' impjiegi u l-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata għandhom jitqiesu fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-UE, jiġifieri billi wieħed jibni fuq l-istrateġiji eżistenti, għandu jiddaħħal sett ġdid ta' linji gwida għall-Istati Membri, inklużi punti ta' referenza soċjali u ekonomiċi bi standards minimi li għandhom jiġu applikati għall-pilastri prinċipali tal-ekonomiji tagħhom;

Suġġeriment  40

Paragrafu -1e (ġdid)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

-1e. Hu tal-fehma li "Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina" ma tistax tkun limitata għal sistema ta' regoli imma teħtieġ kapaċità baġitarja miżjuda bbażata fuq ir-riżorsi proprji (inkluża taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji) li, fil-qafas tal-baġit tal-UE, għandha tappoġġja t-tkabbir u l-koeżjoni soċjali filwaqt li tindirizza l-iżbilanċi, id-diverġenzi strutturali u l-emerġenzi finanzjarji li huma direttament konnessi mal-Unjoni Monetarja, mingħajr ma tippreġudika l-funzjonijiet tradizzjonali tagħha li tiffinanzja l-politiki komuni;

Suġġeriment  41

Paragrafu -1f (ġdid)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

- 1f. Hu tal-fehma li, skont it-Trattati eżistenit, l-Artikolu 136 tat-TFUE jippermetti lill-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u permezz tal-votazzjoni tal-Istati Membri biss li l-valuta tagħhom hija l-euro, li jadotta linji gwida vinkolanti dwar il-politika ekonomika għall-pajjiżi taż-żona tal-euro fil-qafas tas-Semestru Ewropew; jenfasizza li mekkaniżmu ta' inċentiv isaħħaħ in-natura vinkolanti tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika; jistieden li jkun hemm Ftehim Interistituzzjonali li jinvolvi lill-Parlament Ewropew fl-abbozzar u l-approvazzjoni tal-Istħarriġ dwar it-Tkabbir Annwali u l-Linji Gwida dwar il-Politika Ekonomika u l-Impjiegi;

Suġġeriment  42

Paragrafu -1g (ġdid)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

- 1g. filwaqt li jerġa' jafferma l-intenzjoni tiegħu li jintensifika l-kooperazzjoni mal-parlamenti nazzjonali fuq il-bażi tal-Protokoll Nru 1, jenfasizza li tali kooperazzjoni m'għandhiex titqies bħala l-ħolqien ta' korp parlamentari mħallat ġdid li jkun kemm ineffettiv kif ukoll illeġittimu minn perspettiva demokratika u kostituzzjonali; jenfasizza l-leġittimità sħiħa tal-Parlament Ewropew bħala korp parlamentari fil-livell tal-UE għal governanza msaħħa u demokratika tal-UEM;

Suġġeriment  43

Paragrafu -1h (ġdid)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

-1h. jissottolinja li kemm il-miżuri proposti skont it-Trattati eżistenti kif ukoll il-bidliet futuri tat-Trattat m'għandhomx jeskludu klawsoli ta' parteċipazzjoni u għandhom jiggarantixxu l-integrità tal-UE;

Suġġeriment  44

Paragrafu 1

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

1. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex mill-aktar fis possibbli, wara li jkunu ġew ikkonsultati l-partijiet interessati kollha, bil-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur, tressaq proposti leġiżlattivi quddiem il-Parlament b'segwitu għar-rakkomandazzjonijiet dettaljati ppreżentati fl-Anness;

1. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex mill-aktar fis possibbli, wara li jkunu ġew ikkonsultati l-partijiet interessati kollha u wara li jsiru valutazzjonijiet komprensivi tal-impatt, tissottometti lill-Parlament il-proposti leġiżlattivi kollha neċessarji biex jintlaħaq il-bini ta' unjoni ekonomika u monetarja ġenwina u biex tieħu nota tar-rakkomandazzjonijiet dettaljati tal-Parlament ppreżentati fl-Anness;

Suġġeriment  45

Paragrafu 2

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

2. Jikkonferma li r-rakkomandazzjonijiet jirrispettaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea;

imħassar

Suġġeriment  46

Paragrafu 3

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

3. Jistieden lill-Kummissjoni, minbarra l-miżuri li jistgħu u li jridu jittieħdu malajr fil-qafas tat-Trattati eżistenti, biex telenka l-iżviluppi istituzzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex tiġi stabbilita arkitettura aktar b'saħħitha għall-UEM, abbażi tal-ħtieġa ta' unjoni bankarja, unjoni fiskali u unjoni ekonomika;

3. Jikkonferma li se jagħmel użu sħiħ mill-prerrogattiva tiegħu li jissottometti lill-Kunsill proposti għall-emendar tat-Trattati li sussegwentement jeħtieġu jiġu eżaminati minn Konvenzjoni, sabiex jitkompla l-għoti ta' qafas ta' UEM ġenwina billi jitjiebu l-kompetenzi tal-UE, partikolarment fil-qasam tal-politika ekonomika, u billi jissaħħu r-riżorsi proprji tal-Unjoni u l-kapaċità baġitarja, ir-rwol u r-responsabilizzazzjoni demokratika tal-Kummissjoni u l-prerrogattivi tal-Parlament Ewropew;

Suġġeriment  47

Paragrafu 3a (ġdid)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

3a. Jistieden lill-parlamenti nazzjonali biex jinvolvu ruħhom fil-proċess tal-preparament tal-pjanijiet fiskali u ta' reforma tal-gvernijiet tagħhom qabel ma jippreżentawhom lill-UE; għandu l-intenzjoni li fil-Konvenzjoni jipproponi li din ir-responsabilità espliċita tiżdied mal-funzjonijiet li għandhom il-parlamenti nazzjonali, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 tat-Trattat UE;

Suġġeriment  48

Paragrafu 4a (ġdid)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

4a. Jinsisti fuq it-tlestija urġenti tal-pjan ta' azzjoni dwar is-suq uniku, anke fil-qasam tas-servizzi;

Suġġeriment  49

Anness – Rakkomandazzjoni 1.1 – Paragrafu 8

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

Il-korp jew korpi bl-awtorità aħħarija taħt l-awtorità Ewropea ta' superviżjoni għandhom ikunu mmexxija minn uffiċjali maħtura wara konferma mill-Parlament Ewropew.

Ir-rappreżentanti tal-BĊE fil-bord superviżorju għandhom jinħatru mill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE wara konferma mill-Parlament Ewropew.

 

Il-President u l-Viċi Presidnet tal-bord superviżorju għandhom jinħatru minn u minn fost il-membri tal-Kunsill Eżekuttiv tal-BĊE wara konferma mill-Parlament Ewropew.

Suġġeriment  50

Anness – Rakkomandazzjoni 4.4 – inċiż 1a (ġdid)

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

 

L-euro hija l-valuta tal-Unjoni Ewropea; il-Parlament Ewropew huwa l-parlament tal-Unjoni Ewropea; għalhekk, il-Parlament Ewropew huwa l-parlament tal-UEM;

Suġġeriment  51

Anness – Rakkomandazzjoni 4.4 – inċiż 3

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

Il-President tal-Parlament Ewropew għandu jiġi mistieden jieħu sehem fil-laqgħat tal-Kunsill Ewropew u fis-samits taż-żona tal-euro;

imħassar

Suġġeriment  52

Anness – Rakkomandazzjoni 4.4 – inċiż 5

Abbozz ta' rapport tal-kumitat responsabbli

Suġġeriment

Il-Parlament Ewropew għandu jisma' u japprova l-ħatra tal-President tal-MES. Il-President tal-MES għandu jkun suġġett għal rappurtar regolari fil-konfront tal-Parlament Ewropew;

Il-Parlament Ewropew għandu jisma' u jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra tad-Direttur Ġestjonarju tal-MES. Id-Direttur Ġestjonarju tal-MES għandu jkun suġġett għal rappurtar regolari fil-konfront tal-Parlament Ewropew;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

9.10.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alfredo Antoniozzi, Andrew Henry William Brons, Carlo Casini, Andrew Duff, Roberto Gualtieri, Enrique Guerrero Salom, Zita Gurmai, Gerald Häfner, Stanimir Ilchev, Constance Le Grip, David Martin, Morten Messerschmidt, Paulo Rangel, Algirdas Saudargas, Indrek Tarand, Rafał Trzaskowski, Manfred Weber, Luis Yáñez-Barnuevo García

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Zuzana Brzobohatá, Andrea Češková, Marietta Giannakou, Anneli Jäätteenmäki, Vital Moreira, Helmut Scholz, György Schöpflin

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (11.10.2012)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar ir-rapport tal-Presidenti tal-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Grupp tal-euro "Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina"
(2012/2151(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Sur Alain Lamassoure

(Inizjattiva – Artikolu 42 tar-Regoli ta' Proċedura)

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli:

–   biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A. billi l-kriżi tad-dejn tat lok li l-Unjoni u speċjalment iż-żona tal-euro jistabbilixxu strumenti ġodda ta' solidarjetà finanzjarja fl-Ewropa: il-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja, il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà u proġetti oħra relatati mal-pjan direzzjonali lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina; billi l-impatt finanzjarju ta' dawk l-istrumenti huwa ħafna akbar mill-Baġit tal-Unjoni, fir-rigward tal-ammonti involuti, u billi l-idea innovattiva ta' baġit ċentrali għaż-żona tal-euro ffinanzjat mill-membri taż-żona tal-euro issa qed tiġi proposta bħala l-garanzija aħħarija għal din is-solidarjetà finanzjarja l-ġdida;

B. billi l-multiplikazzjoni ta' dawn l-istrumenti ta' solidarjetà tagħmilha diffiċli li tiġi evalwata l-kontribuzzjoni reali ta’ kull Stat Membru għas-solidarjetà Ewropea, li tisboq bil-kbir il-kontribuzzjonijiet finanzjarji rispettivi tal-Istati Membri għall-Baġit tal-Unjoni; billi apparti dan, id-diversità tal-istrumenti eżistenti, f'termini ta' bażijiet ġuridiċi, il-modalità ta' intervent u l-Istati Membri kkonċernati, x’aktarx li tagħmilha diffiċli li dan l-apparat kollu jidderiġuh il-mexxejja Ewropej, li jifhmuh iċ-ċittadini Ewropej inġenerali u li jkun suġġett għal kwalunkwe kontroll parlamentari;

C. billi barra minn hekk, id-diversità tal-mekkaniżmi ta' stabbilizzazzjoni eżistenti jagħmluha diffiċli li jiġi vvalutat l-impatt kombinat possibbli tagħhom, speċjalment fuq l-Istati Membri li għadhom m'adottawx l-euro jew għażlu li ma jkunux parti minnu, u tista' twassal għal nuqqasijiet ta' kontroll sistematiku, effetti sekondarji reċiproċi bejn il-pajjiżi parteċipanti fl-'unjoni bankarja' u dawk mhux parteċipanti;

D. billi, mingħajr data konsolidata adegwata dwar il-kontijiet pubbliċi tal-Unjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, huwa impossibli li tiġi vvalutata t-taħlita politika adegwata fi ħdan iż-żona tal-euro u fi ħdan il-bqija tal-Unjoni; billi tali data għandha tagħmilha possibbli li jiġi evalwat liema proporzjon tal-baġits nazzjonali, reġjonali u lokali huwa ddedikat għall-finanzjament tal-objettivi tal-Unjoni, bħall-Istrateġija Ewropa 2020; billi, attwalment, lanqas il-kobor ta' tali data bażika ma huwa magħruf;

E. billi r-riskji u l-benefiċċji kollha taż-żona tal-euro jaffettwaw l-Unjoni kollha kemm hi; billi l-istabbiltà tal-euro tinteressa lill-Istati Membri kollha tal-UE; billi kwalunkwe devjazzjoni mill-metodu komunitarju u użu akbar tal-ftehimiet intergovernattivi jaqsmu u jdgħajfu l-Unjoni Ewropea, inkluża ż-żona tal-euro;

F. billi kwalunkwe taqsim tal-UE, kemm fil-linja tal-adeżjoni maż-żona tal-euro jew xi mkien ieħor huwa ta' theddida għall-kisbiet tal-Unjoni u jkun ta' dannu għall-kapaċitajiet tagħha;

G. billi l-Patt għat-Tkabbir u l-Impjiegi, approvat waqt is-Samit Ewropew tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2012, jista' jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-tkabbir, l-impjiegi u għal kapaċitajiet Ewropej imtejba fil-qasam tal-kompetizzjoni, l-Unjoni u l-Istati Membri jridu jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom u jaġixxu malajr billi jippermettu r-riżorsi neċessarji;

H. billi l-istrument ta' kooperazzjoni msaħħa għandu jintuża aktar ta' spiss fil-qasam tat-tassazzjoni; billi tista' ssir referenza għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-bażi komuni konsolidata tat-taxxa korporattiva (BKKTK) u t-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (TTF) bħala riżorsa proprja ġenwina;

I. Billi, irrispettivament mill-għażla istituzzjonali, il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku previst għas-settur bankarju Ewropew se jkollu konsegwenzi baġitarji għall-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej eżistenti;

–   biex jinkorpora r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin fl-anness għall-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. L-impenji u l-garanziji kollha li impenjaw ruħhom għalihom l-Unjoni jew uħud mill-Istati Membri tagħha fil-qafas tal-istrumenti ġodda Ewropej ta' solidarjetà finanzjarja, bħall-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja, il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà jew proġetti oħra relatati mal-pjan direzzjonali lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina, għandhom jiġu deskritti b'mod konċiż f'sommarju anness mal-Baġit tal-Unjoni;

2. Koordinament baġitarju ulterjuri fi ħdan l-Unjoni jeħtieġ data konsolidata dwar il-kontijiet pubbliċi fl-Unjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, skont l-objettivi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għaldaqstant għandha tinkludi l-istabbiliment ta' tali data konsolidata fil-proposti leġiżlattivi li ġejjin;

3. Għandha tiġi indirizzata b'urġenza s-sitwazzjoni li permezz tagħha l-ħtiġijiet finanzjarji tal-Baġit tal-Unjoni jkunu f'kunflitt mal-konsolidament neċessarju tal-baġit fl-Istati Membri. Għalhekk wasal iż-żmien li progressivament nerġgħu lura għal sitwazzjoni fejn il-Baġit tal-Unjoni jiġi ffinanzjat minn riżorsi proprji ġenwini, sitwazzjoni li sserraħ lill-baġits nazzjonali b’mod korrispondenti. Barra minn hekk hu mfakkar li fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007[1], tat-8 ta' Ġunju 2011[2], tat-13 ta' Ġunju 2012[3] u tat-23 ta' Ottubru 2012[4], il-Parlament spjega l-fehmiet tiegħu dwar xi tfisser sistema ġenwina ta' riżorsi proprji u kif din is-sistema tista' ssir kompatibbli mal-konsolidament fiskali meħtieġ fil-livell nazzjonali fuq perjodu qasir;

4. Sadattant, il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibilità li teskludi mill-kalkolu tad-defiċit strutturali, kif definit fit-'two pack', is-'six-pack' u t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja, fi spirtu ta' solidarjetà u konsistenza, il-kontribuzzjonijiet gross tal-Istati Membri għall-Baġit tal-Unjoni ibbażati fuq l-introjtu nazzjonali gross (ING), filwaqt li jiġi evitat strettament ir-riskju li jinħoloq preċedent li jista' jwassal għal tgħawwiġ tal-metodu unifikat li permezz tiegħu jiġu kkalkulat id-defiċit strutturali;

5. Id-deċiżjonijiet kollha relatati mat-tisħiħ tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja għandhom jittieħdu abbażi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; kwalunkwe devjazzjoni mill-metodu komunitarju u użu akbar tal-ftehimiet intergovernattivi jaqsmu u jdgħajfu l-Unjoni Ewropea, inkluża ż-żona tal-euro;

6. Il-Kummissjoni għandha tqis il-konsegwenzi baġitarji tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, partikolarment fir-rigward tal-Aġenziji Superviżorji Ewropej eżistenti.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

10.10.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

2

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Richard Ashworth, Francesca Balzani, Reimer Böge, Zuzana Brzobohatá, Jean Louis Cottigny, James Elles, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Ingeborg Gräßle, Lucas Hartong, Jutta Haug, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, George Lyon, Barbara Matera, Juan Andrés Naranjo Escobar, Nadezhda Neynsky, Dominique Riquet, Potito Salatto, Alda Sousa, Helga Trüpel, Derek Vaughan, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Jürgen Klute, Georgios Papastamkos, Nils Torvalds, Catherine Trautmann

  • [1]  ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 214
  • [2]  Testi adottati, P7_TA(2011)0266
  • [3]  Testi adottati, P7_ TA(2012)0245.
  • [4]  għall-fini li jintlaħaq eżitu pożittiv tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2014-2020 (COM(2012)03882011/0177(APP))

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (12.10.2012)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina
(2012/2151(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Sur Pervenche Berès

(Inizjattiva – Artikolu 42 tar-Regoli ta' Proċedura)

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli:

– biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A. billi bejn l-2008 u l-2012 ir-rata tal-qgħad fl-UE-27 telgħet minn madwar 7 % għal 10.4 %, jew 25 miljun persuna qiegħda, u li aktar minn wieħed minn kull ħames żgħażagħ huma bla xogħol (22 %), u l-qgħad taż-żgħażagħ jaqbeż 50 % f’xi Stati Membri;

B. billi l-ħolqien tal-impjiegi, impjiegi ta' kwalità u xogħol deċenti huma kruċjali biex il-kriżi kurrenti tingħeleb;

C. billi l-pjan direzzjonali “Għal UE ta’ stabilità u prosperità” ppreżentat mill-President Van Rompuy lill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2012 ma jindirizzax il-politika tal-impjiegi u dik soċjali b’mod adegwat, minkejja li huma element fundamentali hekk kif l-Unjoni, u b’mod speċjali l-pajjiżi taż-żona tal-euro, jimxu lejn unjoni ekonomika u monetarja ġenwina; billi, minħabba li ma jindirizzax dawn l-aspetti, hemm ir-riskju li nimxu fuq politiki ekonomiċi li ma jqisux indikaturi oħrajn, u li għaldaqstant ma jħallux frott f'dak li jirrigwarda x-xogħol u l-inklużjoni soċjali;

D. billi l-Istati Membri jeħtiġilhom jadottaw politiki ekonomiċi maħsuba biex iżommu u joħolqu l-impjiegi f'ambjent dejjem aktar kompetittiv filwaqt li jappoġġjaw il-bidla lejn ekonomija aktar sostenibbli; billi l-ħtieġa tat-tfassil tal-politiki fuq materji ekonomiċi u monetarji u n-nuqqas ta’ approċċ bilanċjat u olistiku jkabbru r-riskju ta’ impatti proċikliċi minn inizjattivi li oriġinalment ikunu maħsuba biex jistabilizzaw is-swieq finanzjarji;

E. billi proċessi ta’ ristrutturazzjoni u rilokazzjoni fuq skala kbira wasslu għat-telf ta’ kważi 2 miljun impjieg f’dawn l-aħħar tliet snin ġewwa l-UE, u billi ma kien hemm l-ebda risposta Ewropea biex tiffaċilita l-ġestjoni tar-ristrutturar b’mod aktar responsabbli mil-lat soċjali u dak ekonomiku;

F. billi jeħtieġ li l-UE, f’xi Stati Membri, toħroġ miċ-ċirku vizzjuż ta’ miżuri ta’ awsterità/reċessjoni u tutilizza bis-sħiħ il-valur miżjud tagħha, li ma jirrigwardax biss ir-regoli, imma wkoll politiki komuni;

G. billi Unjoni Monetarja u Ekonomika Ewropea għandha l-ewwel u qabel kollox taqdi lill-popli u lill-ekonomija reali bħala bażi għat-titjib tal-istandards tal-għajxien ta’ kulħadd;

H. billi l-potenzjal sħiħ tat-Trattat ta’ Lisbona rigward il-politiki tal-impjiegi u soċjali għadu sal-lum ma ġiex sfruttat, qabelxejn rigward:

– l-Artikolu 9 tat-TFUE, skont liema l-promozzjoni ta' rata għolja ta' impjiegi u l-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata għandhom jitqiesu fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-UE;

– l-Artikolu 151 tat-TFUE, li jiddikjara li “L-Unjoni u l-Istati Membri, (...), għandu jkollhom bħala mira l-promozzjoni tal-impjieg, it-titjib tal-kondizzjonijeit tal-ħajja u tax-xogħol, sabiex jagħmlu possibli l-armonizzazzjoni tagħhom waqt li jitkompla t-titjib, il-protezzjoni soċjali xierqa, id-djalogu bejn min imexxi u l-ħaddiema, l-iżvilupp tar-riżorsi umani bil-mira ta' livell għoli ta' impjieg li jdum għal żmien twil u l-ġlieda kontra l-esklużjoni”,

– l-Artikolu 153(1) tat-TFUE b’mod ġenerali u partikolarment l-Artikolu 153(1)(h) “l-integrazzjoni ta' persuni esklużi mis-suq tax-xogħol”;

I. billi l-munita tal-Unjoni hija l-euro, u l-ġestjoni tagħha hija prevista mit-Trattati l-ewwel u qabelxejn fil-qafas tat-tfassil ta’ politiki ekonomiċi u soċjali fl-Artikoli 121 u 148, li japplikaw għall-Istati Membri kollha;

Lejn qafas integrat tal-politika tal-impjiegi u dik soċjali

J. billi jikkupplimenta l-erba’ elementi mfissra fil-pjan direzzjonali tal-EMU għandu jkun hemm il-ħames wieħed “Lejn qafas integrat tal-politika tal-impjiegi u dik soċjali”, bil-għan li jippromwovi:

– rispett tal-awtonomija tas-sħab soċjali kif rikonoxxuta bl-Artikolu 152 tat-Trattat, u l-istabbiliment ta’ format tripartitiku tal-UE għal monitoraġġ u skambju tal-fehmiet dwar żviluppi tal-pagi f’relazzjoni mal-produttività, l-inflazzjoni u d-domanda interna, il-qgħad u l-inugwaljanzi tad-dħul,

– l-introduzzjoni ta’ Garanzija Ewropea għaż-Żgħażagħ,

– qafas ta’ kwalita tal-UE għall-internships u apprendistati,

– l-implimentazzjoni ta’ protokoll soċjali għall-ħarsien tad-drittijiet fundamentali soċjali u tax-xogħol,

– patt tal-investiment soċjali, inkluża allokazzjoni ta’ 25 % ta’ finanzjament ta’ koeżjoni għall-Fond Soċjali Ewropew,

– strateġija mġedda tas-saħħa u s-sikurezza,

u b’komplementarjetà ma’ azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri,

– servizzi pubbliċi deċenti u aċċessibbli,

– pagi li jippermettu għajxien deċenti bi dħul minimu li jipprevjeni l-faqar fix-xogħol,

– ugwaljanza fil-pagi u d-drittijiet għal xogħol tal-istess valur għal kulħadd;

– aċċess għal akkomodazzjoni soċjali adegwata u bi prezzijiet għal but kulħadd,

– politika integrata tal-impjieg attiv,

– il-ħolqien ta’ livell minimu tal-protezzjoni soċjali li jiggarantixxi aċċess universali għas-servizzi essenzjali tas-saħħa u sigurtà tas-sussistenza,

K. billi rigward l-iżbilanċ globali fiż-żona tal-euro u sitwazzjoni kurrenti tal-qgħad, il-Kummissjoni għandha telabora fuq il-fattibbiltà u l-valur miżjud tal-introduzzjoni ta’ benefiċċju minimu tal-qgħad;

L. billi l-Kummissjoni jeħtiġilha ssaħħaħ u tippromwovi l-mobbiltà, li tista’ tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-qgħad, fuq bażi ġusta biex tevita ħrib tal-imħuħ u inugwaljanza soċjali billi tagħti aċċess għall-protezzjoni soċjali u għall-portabilità tad-drittijiet tal-pensjoni jinġarru mal-individwu; billi għandu jiġi mfakkar li l-ħaddiema stazzjonati għandhom jitħallsu adegwatament u mhux jiġu impjegati bħala forma ta’ kompetizjzoni inġusta;

M. billi hemm ħtieġa għal sorveljanza mtejba fuq l-effetti tal-politiki ekonomiċi u monetarji fuq is-sitwazzjoni soċjali u s-swieq tax-xogħol, kif ukoll għal miżuri biex jeliminaw il-konsegwenzi soċjali ħżiena ta’ dawn il-politiki; billi jeħtieġ li, għaldaqstant, politiki soċjali marbuta mal-ħolqien tal-impjiegi jiżdiedu mad-dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza ta’ politiki ekonomiċi nazzjonali fil-qafas tas-Semestru Ewropew;

N. billi sorveljanza mtejba tad-dimensjonijiet makroekonomiċi differenti, bħalma huma l-investiment u l-konsum, l-inugwaljanzi fid-distribuzzjoni tad-dħul, il-qgħad, il-faqar u l-inugwaljanzi reġjonali, hija essenzjali minħabba li l-kriżi attwali kompliet għarrqet l-iżbilanċi makroekonomiċi u b'hekk naqqset il-konverġenza reali fi ħdan iż-żona tal-euro;

O. billi l-Kummissjoni għandha tinkludi, fil-valutazzjoni tagħha tal-pjanijiet baġitarji tal-Istati Membri, il-promozzjoni tal-miri ta’ tkabbir, impjiegi u soċjali tal-UE 2020, u għandha tiżviluppa approċċ sistematiku għar-rakkomandazzjonijiet, filwaqt li tindirizza kull każ fejn l-Istati membri ma jkunux fit-triq li jilħqu l-miri differenti;

P. billi ta’ min wieħed jilqa’ l-impenn tal-Kunsill li jkompli jelimina l-ostakoli eżistenti għall-mobilità tax-xogħol , u billi l-Istati Membri għandhom b’urġenza jwarrbu r-restrizzjonijiet kollha fuq l-aċċess liberu għax-xogħol min-naħa ta’ ħaddiema mir-Rumanija u mill-Bulgarija;

Q. billi l-Kunsill u l-Kummissjoni ssottolinjaw l-impenn tagħhom li l-qgħad taż-żgħażagħ jittrattawh bħala prijorità mill-ogħla tal-UE; billi l-Istati Membri bl-ogħla rata ta’ qgħad taż-żgħażagħ ma ssottomettewx Pjanijiet Nazzjonali għall-Impjiegi taż-Żgħażagħ biex ma jħallux li l-qgħad taż-żgħażagħ isir qgħad strutturali;

R. billi Strateġija Ewropea komuni għaż-Żgħażagħ hija essenzjali biex tikkumbatti l-qgħad taż-żgħażagħ u l-periklu li fl-Ewropa nitilfu ġenerazzjoni sħiħa;

Lejn Unjoni Bankarja

S. billi l-euro huwa korollarju għas-suq intern, jiġifieri l-partijiet kollha involuti f’dan tal-aħħar jeħtieġ li jkunu impenjati bis-sħiħ fir-ristawr ta’ żona tal-euro li taħdem sewwa;

T. billi unjoni bankarja għandha tkun akkumpanjata minn regolazzjoni u superviżjoni msaħħa; billi r-rwol tas-sistema finanzjarja huwa wkoll li ssostni t-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u s-sostenibbiltà tal-protezzjoni soċjali;

U. billi l-istabbiliment ta’ unjoni bankarja se jkollu impatt fuq impjiegi fis-settur bankarju fl-Istati Membri;

Lejn qafas fiskali integrat

V. billi l-konsolidament fiskali u l-irkupru ekonomiku jirrikjedu livell stabbli ta’ konsum intern u kontribuzzjoni adegwata għas-sistemi tal-welfare u tas-sigurtà soċjali, li jistgħu jintlaħqu biss b’livelli għolja ta’ impjiegi ta’ kwalità f’ekonomija kompetittiva, b’pagi li jippemettu għajxien deċenti u bi qsim ġust tal-piżijiet;

W. billi l-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jiżguraw li gwida politika għall-konsolidament fiskali tkun għalkollox koerenti mal-objettivi soċjali tal-Unjoni u rigward żvilupp sostenibbli, abbażi tal-Artikolu 9 tat-TFUE u li tkun komplementari mal-objettivi tal-pakkett għat-tkabbir u l-impjiegi – b'mod li jippermetti li d-dejn pubbliku jitbaxxa –partikolarment mal-objettivi ta’ żvilupp sostenibbli u ta’ impjiegi ta’ kwalità; billi m’għandux jintesa li l-pagi u l-pensjonijiet mhumiex biss varjabbli ekonomiku, imma qabelxejn id-dħul li n-nies jiddependu fuqu għall-għajxien tagħhom;

X. billi l-governanza soċjali fil-livell Ewropew għandha tittejjeb u tkun koordinata aħjar, b’mod parallel mal-governanza ekonomika Ewropea, biex tiżgura sorveljanza qawwija u monitoraġġ robust tal-miri okkupazzjonali u soċjali tal-istrateġija Ewropa 2020, kif ukoll effetti ta’ sinerġija u tfassil koerenti tal-politiki;

Y. billi “Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina” jeħtiġilha tgawdi l-appoġġ u l-aċċettazzjoni taċ-ċittadini tal-UE, u għaldaqstant tissottolinja l-ħtieġa li dawk li jfasslu l-politiki, is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jkunu inkorporati fil-livelli politiċi kollha;

Z. billi se jkun jeħtieġ li ma’ kwalunkwe tqawwija tar-rwol tal-Kummissarju għall-affarijiet ekonomiċi u monetarji jitqawwa wkoll ir-rwol tal-Kummissarju għall-impjiegi u l-affarijiet soċjali, b’tali mod li jkun żgurat approċċ bilanċjat ta’ ekonomija tas-suq soċjali, u fl-istess spirtu l-Kunsill EPSCO għandu jittejjeb u jkun organizzat f'formazzjoni taż-żona tal-euro;

AA. billi l-kriżi kurrenti wriet li jeżistu, u saru aktar gravi, żbilanċi interni li jinneċessitaw l-istabbiliment ta’ stabilizzaturi awtomatiċi fil-livell tal-UE jew f’dak taż-żona tal-euro;

Lejn qafas integrat ta' politika ekonomika

AB. billi hija essenzjali interazzjoni bilanċjata bejn il-politiki ekonomiċi u monetarji, minn naħa waħda, u l-politiki tal-impjiegi u soċjali min-naħa l-oħra, ladarba l-mudell soċjali Ewropew huwa fattur importanti fl-iżgurar ta’ distribuzzjoni ekwa tad-dħul mingħajr kollass tal-koeżjoni soċjali, li jista’ jikkomprometti l-irkupru ekonomiku; billi għandhom jiġi stabbiliti normi soċjali minimi ta’ referenza biex ma jkomplux jitgħarrqu l-inugwaljanzi soċjali u biex tkun żgurata protezzjoni soċjali adegwata;

AC. billi l-parti l-kbira tal-Istati Membri ma ssottomettewx Pjan Nazzjonali tal-Impjiegi bħala parti minn Programm Nazzjonali ta’ Riforma 2012, u l-Kummissjoni ma nsistietx mal-Istati Membri li jissottomettuhom; billi qafas integrat u msaħħaħ tal-politika ekonomika jrid jinkludi l-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli, tal-impjieg u tal-welfare soċjali u tal-koeżjoni soċjali;

AD. billi l-adozzjoni tal-patt tat-Tkabbir huwa pass fid-direzzjoni t-tajba li għandu jiġi implimentat b’mod adegwat; billi għandhom isegwu inizjattivi ta’ politika komparabbli fis-settur soċjali;

AE. billi l-monitoraġġ tal-aċċess għas-suq kapitali għandu jiddependi fuq il-kontenut tal-investimenti f’dak li jirrigwarda l-impjiegi; billi l-istrument tal-kooperazzjoni msaħħa jista’ jintuża wkoll bil-għan li tittaffa t-tassazzjoni fuq ix-xogħol, b’tali mod li l-piż imur aktar fuq attivitajiet li jagħmlu ħsara lill-ambjent;

AF. billi d-dimensjoni demokratika tas-Semestru Ewropew jeħtieġ li tissaħħaħ, inkluż permezz ta’ tisħiħ tar-rwol tal-Parlament Ewropew fi ħdan proċedura ta’ kodeċiżjoni u billi l-Parlament Ewropew jitħalla jiddefinixxi l-kalendarju, il-kontenut u l-metodoloġija tiegħu f’kooperazzjoni stretta mal-parlamenti nazzjonali u f’interazzjoni mas-sħab soċjali u mas-soċjetà ċivili;

AG. billi l-Kummissjoni jeħtiġilha tiżgura aktar komparabilità bejn il-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma u tistabbilixxi normi ta’ referenza komuni għall-valutazzjoni tagħhom;

– biex jinkorpora r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin fl-anness tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

Rakkomandazzjoni 1

Lejn qafas integrat tal-politika tal-impjiegi u soċjali bħala Patt Soċjali għall-Ewropa

Il-Parlament Ewropew iqis li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jkollu l-għan li jirregola kif ġej:

Ir-regoli speċifiċi għal superviżjoni vinkolanti tad-dixxiplina baġitarja fiż-żona tal-euro jistgħu u għandhom jikkomplementaw normi ta’ referenza fiskali u makroekonomiċi b’riferiment espliċitu għal normi ta’ referenza tal-impjiegi u soċjali sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tad-dispożizzjoni msemmija hawn fuq u biex jiżguraw is-sostenibbiltà tal-mudell soċjali bħala għodda għall-kompetittivita tal-Ewropa;

Għandu jinbena fuq erba’ blokki:

1) rigward il-politiki:

Skont it-Trattati, il-promozzjoni ta’ rata għolja ta’ impjiegi u l-garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata għandhom ikunu kkunsidrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni. Għaldaqstant il-governanza soċjali, b’politika integrata tal-impjieg attiv bħala element ewlieni, jeħtieġ li tittejjeb b’mod parallel mal-istabbiliment ta’ governanza ekonomika Ewropea. Jeħtieġ li dan jirrispetta l-awtonomija tas-sħab soċjali u tad-djalogu soċjali.

2) definizzjoni tal-istrumenti għal:

– l-introduzzjoni ta’ Garanzija Ewropea għaż-Żgħażagħ,

– qafas ta’ kwalita tal-UE għall-internships u l-apprendistati,

– servizzi pubbliċi deċenti u aċċessibbli,

– pagi li jippermettu għajxien deċenti bi dħul minimu li jipprevjeni l-faqar fix-xogħol,

– protezzjoni soċjali u portabilità tad-drittijiet tal-pensjoni,

– aċċess għal akkomodazzjoni soċjali adegwata u bi prezzijiet għal but kulħadd,

– minimu tal-protezzjoni soċjali li jiggarantixxi aċċess indaqs għas-servizzi essenzjali tas-saħħa u sigurtà tas-sussistenza,

– l-implimentazzjoni ta’ protokoll soċjali għall-ħarsien tad-drittijiet fundamentali soċjali u tax-xogħol,

– paga ndaqs u drittijiet ugwali għal xogħol tal-istess valur għal kulħadd,

– strateġija mġedda tas-saħħa u s-sikurezza,

3) inizjattiva leġiżlattiva ġdida rigward:

– li l-parlamenti nazzjonali jitħallew jirrikjedu inizjattiva leġiżlattiva mill-Kummissjoni bħala “karta ħadra” abbażi tal-Artikolu 352 tat-Trattat;

4) mezzi finanzjarji adegwati għall-investiment soċjali li għandhom ikunu stabbiliti f’patt tal-investiment soċjali:

– 25 % ta’ finanzjament ta’ koeżjoni għall-FES,

– bonds tal-proġetti għall-investiment soċjali,

– miri komuni għall-investiment fl-edukazzjoni.

Rakkomandazzjoni 2

L-awtorità Ewropea ta' superviżjoni għandu jkollha l-kompetenza u r-responsabbiltà biex:

-    tinkludi superviżjoni msejsa fuq ir-responsabbiltà soċjali korporattiva u r-rwol tas-sistema finanzjarja fis-sostenn tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u s-sostenibbilta tal-protezzjoni soċjali;

Rakkomandazzjoni 3

Kull missjoni tat-Troika fi Stat Membru jeħtieġ li titwessa' biex tinkludi membru tal-ILO.

Rakkomandazzjoni 4

Il-kooperazzjoni msaħħa għandha tintuża aktar ta’ spiss meta jkun irriżulta li approċċ tal-UE ma jkunx possibbli fil-qasam tat-taxxa (bħall-istabbiliment ta’ CCCTB jew taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, ċaqliq tal-piż mix-xogħol għall-kapital jew tassazzjoni favur l-ambjent) minħabba li oqfsa armonizzati għat-tassazzjoni se jtejbu l-integrazzjoni tal-politika baġitarja u jiffavorixxu l-finanzjament tas-servizzi pubbliċi, il-ħolqien tal-impjiegi u t-tranżizzjoni enerġetika.

Rakkomandazzjoni 5

Il-moviment liberu tal-kapital ma jistax jintuża bħala mod kif wieħed jevita t-taxxa, b’mod partikolari għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u li qed jesperjenzaw jew jinsabu mhedda minn diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja fiż-żona tal-euro u b’hekk rigward il-finanzjament tas-servizzi pubbliċi tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tiffinalizza ċikli ta’ negozjati internazzjonali u tressaq proposti biex ittejjeb il-kooperazzjoni u l-koordinament bejn l-awtoritajiet tat-taxxa.

Rakkomandazzjoni 6

Il-fażijiet differenti tas-Semestru Ewropew għandhom jitnaqqxu fil-leġiżlazjoni, kif ġej:

-    L-iżvilupp u t-tisħiħ tas-suq intern u tal-mudell soċjali u t-trawwim tar-relazzjonijiet kummerċjali internazzjonali huma ċentrali biex jiġi stimolat it-tkabbir ekonomiku, biex tiżdied il-kompetittività u biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi makroekonomiċi; għalhekk, il-Kummissjoni għandu jkollha l-obbligu li tikkunsidra, fl-Istħarriġ Annwali tagħha dwar it-Tkabbir, liema passi l-Istati Membri jkunu ħadu biex jikkompletaw is-suq intern u biex jiffavorixxu s-sostenibbiltà tal-mudell soċjali;

-    Jeħtieġ li tiġi stabbilita konferenza tripartitika biannwali, li tinkludi l-Membri kollha tal-Kunsill, biex tiddiskuti kwistjonijiet soċjali nazzjonali li jkollhom efett sekondarju fuq l-UE, il-garanzija għaż-żgħażagħ u l-benefiċċju minimu tal-qgħad tal-UE;

-    Il-Kummissjoni għandha tivvaluta b'mod ċar, fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, il-problemi ekonomiċi u fiskali ewlenin tal-Unjoni u tal-Istati Membri individwali, tipproponi miżuri prijoritarji biex jingħelbu dawn il-problemi u tidentifika l-inizjattivi meħuda mill-Unjoni u mill-Istati Membri biex jappoġġaw kompetittività msaħħa u l-investiment fit-tul u biex jitneħħew l-ostakli għat-tkabbir sostenibbli, jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fit-Trattati u fl-istrateġija “Ewropa 2020” attwali, jiġu implimentati s-seba' inizjattivi emblematiċi u jitnaqqsu l-iżbilanċi makroekonomiċi;

-    L-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom għandhom jinvolvu lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali, l-imsieħba soċjali, l-awtoritajiet pubbliċi u s-soċjetà ċivili aktar mill-qrib fit-tfassil tal-programmi nazzjonali ta' riforma u fil-programmi ta' żvilupp u koeżjoni, u jikkonsultawhom regolarment;

-    L-Istati Membri għandhom jippreżentaw informazzjoni kemm jista' jkun dettaljata dwar il-miżuri u l-istrumenti provduti fil-programmi nazzjonali ta' riforma għall-ilħiq tal-objettivi nazzjonali stabbiliti, inklużi fil-Pjan Nazzjonali dwar l-Impjiegi u l-iskadenza għall-implimentazzjoni, l-effetti mistennija, ir-riperkussjonijiet potenzjali, ir-riskju li l-implimentazzjoni ma tirnexxix, il-kosts u, jekk ikun il-każ, l-użu tal-Fondi Strutturali tal-UE.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

9.10.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

16

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Heinz K. Becker, Jean-Luc Bennahmias, Phil Bennion, Pervenche Berès, Vilija Blinkevičiūtė, Philippe Boulland, Milan Cabrnoch, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Minodora Cliveti, Emer Costello, Karima Delli, Richard Falbr, Thomas Händel, Marian Harkin, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Jean Lambert, Patrick Le Hyaric, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu, Andrea Zanoni

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Malika Benarab-Attou, Edite Estrela, Ria Oomen-Ruijten, Antigoni Papadopoulou, Csaba Sógor, Gabriele Zimmer

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

15.10.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

8

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Jean-Paul Besset, Sharon Bowles, George Sabin Cutaş, Rachida Dati, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Elisa Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Gunnar Hökmark, Philippe Lamberts, Werner Langen, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Sławomir Witold Nitras, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Philippe De Backer, Vicky Ford, Roberto Gualtieri, Sophia in ‘t Veld, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Gay Mitchell

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Alejandro Cercas, Knut Fleckenstein, Vittorio Prodi, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Wim van de Camp