RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd

10.1.2013 - (COM(2011)0425 – C7‑0198/2011 – 2011/0195(COD)) - ***I

Kumitat għas-Sajd
Rapporteur (għal opinjoni): Ulrike Rodust


Proċedura : 2011/0195(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0008/2013

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd

(COM(2011)0425 – C7‑0198/2011 – 2011/0195(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0425),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0198/2011),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-28 ta' Marzu 2012[1],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-4 ta' Mejju 2012[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd, kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0008/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bl-isem "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva[3]; itenni li huma meħtieġa riżorsi addizzjonali suffiċjenti fl-QFM li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista' tissodisfa l-prijoritajiet politiċi eżistenti tagħha u twettaq il-kompiti ġodda provduti fit-Trattat ta' Lisbona, kif ukoll biex tirreaġixxi għal avvenimenti mhux previsti; jisfida lill-Kunsill, jekk ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika b’mod ċar liema mill-prijoritajiet jew proġetti politiċi tiegħu jistgħu jitneħħew kompletament, minkejja li taw prova tal-valur miżjud Ewropew tagħhom;

3.  Jirrimarka li l-impatt finanzjarju stmat tal-proposta jikkostitwixxi biss indikazzjoni lill-awtorità leġiżlattiva u li dan ma jistax jiġi ffissat qabel ma jkun intlaħaq qbil dwar il-proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Qafas Finanzjarju Multiannwali għas-snin 2014-2020;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 349 tiegħu,

Emenda                     2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd jestendi għall-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-isfruttar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar. Barra minn hekk, l-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd jestendi fir-rigward ta' miżuri tas-suq u miżuri finanzjarji b'appoġġ għall-għanijiet tagħha, għar-riżorsi bijoloġiċi tal-ilma ħelu u l-akkwakultura, kif ukoll għall-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, meta tali attivitajiet iseħħu fit-territorju tal-Istati Membri, jew fl-ilmijiet tal-Unjoni, inkluż minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta', u li jkunu rreġistrati f'pajjiżi terzi, jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, jew minn ċittadini tal-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 117 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar.

(2) L-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd jestendi għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-ġestjoni tas-sajd iffukata fuqhom. Barra minn hekk, l-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd jestendi fir-rigward ta' miżuri tas-suq u miżuri finanzjarji b'appoġġ għall-għanijiet tagħha, għall-attivitajiet tal-akkwakultura, kif ukoll għall-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, meta tali attivitajiet iseħħu fit-territorju tal-Istati Membri, jew fl-ilmijiet tal-Unjoni, inkluż minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta', u li jkunu rreġistrati f'pajjiżi terzi, jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, jew minn ċittadini tal-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 117 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet ambjentali, ekonomiċi u soċjali sostenibbli fit-tul. Barra minn hekk hija għandha tikkontribwixxi għal żieda fil-produttività, standard xieraq tal-għajxien għas-settur tas-sajd, swieq stabbli, tiżgura d-disponibbiltà tar-riżorsi u li l-provvisti jaslu għand il-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli.

(3) Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura jikkontribwixxu għal sostenibilità ambjentali, ekonomika u soċjali fit-tul. Għandha tinkludi regoli fir-rigward tat-traċċabilità, is-sikurezza u l-kwalità tal-prodotti importati tal-Unjoni, standard xieraq tal-għajxien għas-settur tas-sajd, sikurezza tal-ikel, swieq stabbli, tiżgura d-disponibbiltà tar-riżorsi u li l-provvisti jaslu għand il-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) L-Unjoni hija Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 (UNCLOS) u rratifikat il-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 relatat mal-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Stokkijiet ta' Ħut Tranżonali u Stokkijiet ta' Ħut li Jpassi Ħafna tal-4 ta’ Awwissu 1995 (il-Ftehim tan-NU dwar l-Istokkijiet tal-Ħut). Aċċettat ukoll il-Ftehim għall-Promozzjoni tal-Konformità mal-Miżuri Internazzjonali ta' Konservazzjoni u Ġestjoni minn Bastimenti tas-Sajd fl-Ibħra Miftuħa tal-24 ta' Novembru 1993 tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Alimentazzjoni u l-Agrikoltura (il-Ftehim ta’ Konformità tal-FAO). Dawn l-istrumenti internazzjonali b'mod predominanti jipprevedu obbligi ta' konservazzjoni, inklużi fost oħrajn obbligi biex jittieħdu miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni mfassla biex iżommu jew ireġġgħu lura r-riżorsi tal-baħar għal livelli li jistgħu jipproduċu rendiment massimu sostenibbli kemm fiż-żoni tal-baħar taħt ġurisdizzjoni nazzjonali kif ukoll fl-ibħra miftuħa, u biex jikkooperaw ma’ Stati oħra għal dan il-għan, obbligi biex jiġi applikat b'mod wiesa' l-approċċ prekawzjonarju għall-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-isfruttar ta' stokkijiet tal-ħut, obbligi biex jiżguraw il-kompattibbiltà tal-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni fejn ir-riżorsi tal-baħar qegħdin f'żoni tal-baħar bi status ġurisdizzjonali differenti u obbligi biex ikun hemm qies xieraq għal użi leġittimi oħra tal-ibħra. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tikkontribwixxi għall-qadi xieraq tal-Unjoni tal-obbligi internazzjonali tagħha skont dawn l-istrumenti internazzjonali. Fejn Stati Membri jadottaw miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni li ingħataw is-setgħa għalihom fil-qafas tal-Politika Komuni tas-Sajd, huma għandhom jaġixxu wkoll b’mod li huwa konsistenti għalkollox mal-obbligi internazzjonali ta’ konservazzjoni u kooperazzjoni skont l-imsemmija strumenti internazzjonali.

(4) L-Unjoni hija Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 (UNCLOS) u rratifikat il-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 relatat mal-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Stokkijiet ta' Ħut Tranżonali u Stokkijiet ta' Ħut li Jpassi Ħafna tal-4 ta’ Awwissu 1995 (il-Ftehim tan-NU dwar l-Istokkijiet tal-Ħut). Aċċettat ukoll il-Ftehim għall-Promozzjoni tal-Konformità mal-Miżuri Internazzjonali ta' Konservazzjoni u Ġestjoni minn Bastimenti tas-Sajd fl-Ibħra Miftuħa tal-24 ta' Novembru 1993 tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Alimentazzjoni u l-Agrikoltura (il-Ftehim ta’ Konformità tal-FAO). Dawn l-istrumenti internazzjonali b'mod predominanti jipprevedu obbligi ta' konservazzjoni, inklużi fost oħrajn obbligi biex jittieħdu miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni mfassla biex iżommu jew ireġġgħu lura r-riżorsi tal-baħar għal livelli li jistgħu jipproduċu rendiment massimu sostenibbli kemm fiz-zoni tal-baħar taħt ġurisdizzjoni nazzjonali kif ukoll fl-ibħra miftuħa, u biex jikkooperaw ma’ Stati oħra għal dan il-għan, obbligi biex jiżguraw il-kompattibbiltà tal-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni fejn ir-riżorsi tal-baħar qegħdin f'zoni tal-baħar bi status ġurisdizzjonali differenti u obbligi biex ikun hemm qies xieraq għal użi leġittimi oħra tal-ibħra. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tikkontribwixxi għall-qadi xieraq tal-Unjoni tal-obbligi internazzjonali tagħha skont dawn l-istrumenti internazzjonali. Fejn Stati Membri jadottaw miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni li ingħataw is-setgħa għalihom fil-qafas tal-Politika Komuni tas-Sajd, huma għandhom jaġixxu wkoll b’mod li huwa konsistenti għalkollox mal-obbligi internazzjonali ta’ konservazzjoni u kooperazzjoni skont l-imsemmija strumenti internazzjonali.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li sar f'Johannesburg fl-2002, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom li jaġixxu kontra t-tnaqqis kontinwu ta' bosta stokkijiet ta' ħut. Għalhekk, l-Unjoni għandha ttejjeb il-Politika Komuni tas-Sajd tagħha sabiex tiżgura li bħala materja ta' prijorità, il-livelli ta' sfruttar tal-istokkijiet ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jitreġġgħu lura u jinżammu f'livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli mill-popolazzjonijiet tal-istokkijiet maqbuda sal-2015. Fejn tkun disponibbli inqas informazzjoni xjentifika, dan jista' jitlob li jiġu applikati alternattivi għar-rendiment massimu sostenibbli.

(5) Fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li sar f'Johannesburg fl-2002, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom li jaġixxu kontra t-tnaqqis kontinwu ta' bosta stokkijiet ta' ħut. Għalhekk, l-Unjoni għandha ttejjeb il-Politika Komuni tas-Sajd tagħha sabiex tiżgura li bħala materja ta' prijorità, sal-2015, ir-rati ta' mortalità mis-sajd jiġu stabbiliti f'livelli li għandhom jippermettu lill-istokkijiet tal-ħut li jirkurpaw, sa mhux aktar tard mill-2020, f'livelli li huma kapaċi jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli u biex l-istokkijiet kollha rkuprati jkunu jistgħu jinżammu f'dan il-livell. Fejn tkun disponibbli inqas informazzjoni xjentifika, dan jista' jitlob li jiġu applikati alternattivi għar-rendiment massimu sostenibbli.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Il-kunċett ta’ Prodott Massimu Sostenibbli kif minqux fl-UNCLOS, hu mira tal-ġestjoni tas-sajd li ilha legalment vinkolanti fuq l-Unjoni mir-ratifika fl-1998.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b) Il-pjanijiet multiannwali għandhom ikunu l-għodda ewlenija biex jiġi żgurat li, sal-2015, ir-rati ta' mortalità mis-sajd jiġu stabbiliti f'livelli li għandhom jippermettu lill-istokkijiet tal-ħut li jirkurpaw, sa mhux aktar tard mill-2020, f'livelli li huma kapaċi jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli u biex l-istokkijiet kollha rkuprati jkunu jistgħu jinżammu f'dan il-livell. Huwa biss impenn ċar u vinkolanti lejn dawn id-dati li jista' jiżgura li tittieħed azzjoni immedjata u li l-proċess ta' rkupru ma jiddewwimx iktar. Għal dawk l-istokkijiet fejn għadu ma ġie adottat l-ebda pjan multiannwali, hu essenzjali li jiġi żgurat li, meta jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd għal dawn l-istokkijiet, il-Kunsill jaderixxi bis-sħiħ mal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 5c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c) Għandu jkun possibbli wkoll li l-Pjanijiet multiannwali jkun fihom dispożizzjonijiet li jillimitaw ċaqliq annwali tal-qabda totali permissibbli ta' stokkijiet irkuprati sabiex jinħolqu kundizzjonijiet iktar stabbli għas-settur tas-sajd. Il-limiti eżatti għal dan iċ-ċaqliq għandu jissemma’ fil-pjanijiet multiannwali.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 5d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5d) Id-deċiżjonijiet ta' ġestjoni b'rabta mar-rendiment massimu sostenibbli fis-sajd imħallat għandhom iqisu d-diffikultà tas-sajd tal-istokkijiet kollha f'sajd imħallat b'rendiment massimu sostenibbli fl-istess waqt, jekk il-pariri xjentifiċi jindikaw li huwa diffiċli ħafna li jiġi evitat il-fenomenu tal-ispeċijiet "choke" billi tiżdied is-selettività tal-irkaptu tas-sajd użat. L-ICES u l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għandhom jintalbu jipprovdu pariri dwar il-livelli adegwati tal-livelli ta’ mortalità mis-sajd f'tali ċirkostanzi.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 5e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5e) L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk tul perjodu ta’ tranżizzjoni l-opportunitajiet tas-sajd ikunu jeħtieġu jitnaqqsu drastikament biex jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli, għandhom jiġu applikati miżuri soċjali u finanzjarji adegwati, sabiex biżżejjed intrapriżi jinżammu attivi tul il-katina ta' produzzjoni, biex jinkiseb bilanċ aħjar bejn il-kapaċità tal-flotta u r-riżorsi disponibbli meta jintlaħaq ir-rendiment massimu sostenibbli.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-miri tas-sajd ġew stipulati fid-Deċiżjoni mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Diversità Bijoloġika dwar il-Pjan Strateġiku għall-Bijodiversità 2011/2020, il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura l-koerenza mal-miri tal-bijodiversità adottati mill-Kunsill Ewropew, u l-miri tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "L-assigurazzjoni ta’ ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020", b’mod partikolari biex jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli sal-2015.

(6) Il-miri tas-sajd ġew stipulati fid-Deċiżjoni mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Diversità Bijoloġika dwar il-Pjan Strateġiku għall-Bijodiversità 2011/2020, il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura l-koerenza mal-miri tal-bijodiversità adottati mill-Kunsill Ewropew, u l-miri tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "L-assigurazzjoni ta’ ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020", b’mod partikolari biex jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) L-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar għandu jkun ibbażat fuq l-approċċ prekawzjonarju, li għandu jiġi derivat mill-prinċipju prekawzjonarju msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 191(2) tat-Trattat.

(7) L-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar dejjem għandu jkun ibbażat fuq l-approċċ prekawzjonarju, li għandu jiġi derivat mill-prinċipju prekawzjonarju msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 191(2) tat-Trattat, filwaqt li għandha titqies id-data xjentifika disponibbli.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tikkontribwixxi għall-protezzjoni u l-preservazzjoni tal-ambjent tal-baħar kompatibbli mal-kisba ta' status ambjentali tajjeb sa mhux aktar tard mill-2020 kif stipulat fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin [tal-baħar] (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina [tal-baħar]).

(8) Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tikkontribwixxi għall-protezzjoni u l-preservazzjoni tal-ambjent tal-baħar, għall-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet sfruttati għal skop kummerċjali, u b'mod partikolari għall-kisba ta' status ambjentali tajjeb sa mhux aktar tard mill-2020 kif stipulat fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin [tal-baħar] (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina [tal-baħar]).

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha wkoll tikkontribwixxi għall-forniment tas-suq tal-Unjoni b’ikel li jkun nutrittiv ħafna, għat-tnaqqis tad-dipendenza tas-suq intern fejn jidħol l-ikel, u għall-ħolqien dirett u indirett tal-impjiegi u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żona tal-kosta.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Jeħtieġ li jiġi implimentat approċċ ibbażat fuq l-ekosistema, l-impatti ambjentali tal-attivitajiet tas-sajd għandhom jiġu limitati u l-qabdiet mhux mixtieqa għandhom jiġu minimizzati u progressivament eliminati.

(9) Jeħtieġ li jiġi implimentat approċċ ibbażat fuq l-ekosistema, biex jiġi żgurat li jiġi minimizzat l-impatt tal-attivitajiet umani fuq l-ekosistema marittima u biex jiġi żgurat li qabdiet mhux mixtieqa jiġu evitati, minimizzati u, fejn ikun possibbli, eliminati, u li progressivament tinħoloq sitwazzjoni bejn il-qabdiet kollha jinħattu l-art.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Huwa importanti li l-ġestjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd tkun iggwidata minn prinċipji ta' governanza tajba. Dawk il-prinċipji jinkludu teħid tad-deċiżjonijiet ibbażat fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli, involviment wiesa' tal-partijiet interessati u perspettiva fit-tul. Il-ġestjoni b'suċċess tal-Politika Komuni tas-Sajd tiddependi wkoll fuq definizzjoni ċara tar-responsabbiltajiet fuq livelli tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali u fuq il-kompatibbiltà u l-konsistenza reċiproka tal-miżuri meħuda ma' politiki oħra tal-Unjoni.

(10) Huwa importanti li l-ġestjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd tkun iggwidata minn prinċipji ta' governanza tajba. Dawk il-prinċipji jinkludu teħid tad-deċiżjonijiet ibbażat fuq parir xjentifiku preċiż u aġġornat, involviment wiesa' tal-partijiet interessati u perspettiva fit-tul. Il-ġestjoni b'suċċess tal-Politika Komuni tas-Sajd tiddependi wkoll fuq definizzjoni ċara tar-responsabbiltajiet fuq livelli tal-Unjoni, reġjonali, nazzjonali, u lokali u fuq il-kompatibbiltà u l-konsistenza reċiproka tal-miżuri meħuda ma' politiki oħra tal-Unjoni.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) L-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd għandha tqis l-interazzjonijiet ma' kwistjonijiet oħra marittimi kif indirizzati mill-Politika Marittima Integrata24, billi tirrikonoxxi li l-kwistjonijiet kollha relatati mal-oċeani u l-ibħra Ewropej huma interkonnessi, inkluż l-ippjanar tal-ispazju marittimu. Għandhom jiġu żgurati l-koerenza u l-integrazzjoni fil-ġestjoni ta' politiki settorjali differenti fi ħdan il-baċiri tal-Baħar Baltiku, il-Baħar tat-Tramuntana, l-Ibħra Ċeltiċi, il-Bajja ta' Biscay u l-Kosta tal-Iberja, il-Mediterran u l-Baħar l-Iswed.

(12) L-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd għandha tqis l-interazzjonijiet ma' kwistjonijiet oħra marittimi u ġeneralment għandha tkun konsistenti ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni, billi tirrikonoxxi li l-kwistjonijiet kollha relatati mal-oċeani u l-ibħra Ewropej huma interkonnessi, inkluż l-ippjanar tal-ispazju marittimu. Għandhom jiġu żgurati l-koerenza u l-integrazzjoni fil-ġestjoni ta' politiki settorjali differenti fi ħdan il-baċiri tal-Baħar Baltiku, il-Baħar tat-Tramuntana, l-Ibħra Ċeltiċi, il-Bajja ta' Biscay u l-Kosta tal-Iberja, il-Mediterran u l-Baħar l-Iswed.

Ġustifikazzjoni

Il-PKS għandha tkun konsistenti mal-politiki kollha tal-Unjoni, mingħajr ma tkun subordinata għal ebda waħda minnhom.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Ir-regoli fis-seħħ li jillimitaw l-aċċess għar-riżorsi fi ħdan iż-żoni ta' 12-il mil nawtiku tal-Istati Membri ħadmu b'mod sodisfaċenti u kienu ta' benefiċċju għall-konservazzjoni billi llimitaw l-isforz tas-sajd fl-iżjed parti sensittiva tal-ilmijiet tal-Unjoni. Dawk ir-regoli ppreservaw ukoll l-attivitajiet tradizzjonali tas-sajd li minnhom jiddependi ħafna l-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta' ċerti komunitajiet kostali. Dawk ir-regoli għalhekk għandhom ikomplu japplikaw.

(14) Ir-regoli fis-seħħ li jillimitaw l-aċċess għar-riżorsi fi ħdan iż-żoni ta' 12-il mil nawtiku tal-Istati Membri ħadmu b'mod sodisfaċenti u kienu ta' benefiċċju għall-konservazzjoni billi llimitaw l-isforz tas-sajd fl-iżjed parti sensittiva tal-ilmijiet tal-Unjoni. Dawk ir-regoli ppreservaw ukoll l-attivitajiet tradizzjonali tas-sajd li minnhom jiddependi ħafna l-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta' ċerti komunitajiet kostali. Dawk ir-regoli għalhekk għandhom ikomplu japplikaw u għandhom, meta jkun possibbli, jissaħħu biex jingħata aċċess preferenzjali għal sajjieda fuq skala żgħira, artiġjanali jew tal-kosta.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Id-definizzjoni tas-sajd fuq skala żgħira jeħtieġ titwessa’ sabiex tqis għadd ta' kriterji, lil hinn mid-daqs tad-dgħajjes, fosthom il-kundizzjonijiet klimatiċi, l-impatt tat-tekniki tas-sajd fuq l-ekosistema marittima, iż-żmien imqatta’ fuq il-baħar, il-karatteristiċi tal-unità ekonomika li tisfrutta r-riżors. Il-gżejjer żgħar lil hinn mill-kosta li jiddependu mis-sajd għandhom ikunu rikonoxxuti b’mod speċjali u megħjuna kemm finanzjarjament kif ukoll permezz tal-allokazzjoni ta’ riżorsi addizzjonali, sabiex ikunu permessi s-sopravivenza u l-prosperità futuri tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Dan hu xenarju tipiku li juri l-periklu tal-applikazzjoni tal-prinċipju li “daqs wieħed jiġi lil kulħadd”. Il-gżejjer lil hinn mill-kosta huma kkaratterizzati mid-dipendenza tagħhom mill-bastimenti żgħar tal-baħar li jiddependu mill-kundizzjonijiet klimatiċi tal-Atlantiku. Huwa aspett uniku, drammatiku u aħrax tal-wirt komuni Ewropew tagħna li jekk nitilfu jkun bi ħtija tagħna. Il-kriterji kif applikata jużaw il-kategorija tad-daqs tal-bastimenti tal-baħar ta’ 12-il metru ma humiex xierqa f’dan il-każ.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) L-għan tal-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jintlaħaq b'mod iżjed effettiv permezz ta' approċċ multiannwali għall-ġestjoni tas-sajd, li jistabbilixxi bħala prijorità pjanijiet multiannwali li jirriflettu l-ispeċifiċitajiet ta' setturi differenti tas-sajd.

(16) L-għan tal-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jintlaħaq b'mod iżjed effettiv permezz ta' approċċ multiannwali għall-ġestjoni tas-sajd. Għal dak il-għan, l-Istati Membri, li jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet pubbliċi u l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali, għandhom joħolqu l-kundizzjonijiet għas-sostenibbiltà, inkluż fil-livell lokali, li jistabbilixxi bħala prijorità pjanijiet multiannwali li jirriflettu l-ispeċifiċitajiet ta' setturi differenti tas-sajd. Dan jista’ jinkiseb permezz ta’ azzjonijiet komuni fil-livell reġjonali u, b’mod iktar vinkolanti, permezz ta’ proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li jwasslu għat-tfassil ta’ pjanijiet multiannwali.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-pjanijiet multiannwali għandhom fejn ikun possibbli jkopru diversi stokkijiet meta dawk l-istokkijiet jiġu sfruttati flimkien. Il-pjanijiet multiannwali għandhom jistabbilixxu l-bażi għall-istabbiliment ta' opportunitajiet tas-sajd u miri kwantifikabbli għall-isfruttar sostenibbli tal-istokkijiet u l-ekosistemi tal-baħar ikkonċernati, billi jiddefinixxu skedi ta’ żmien ċari u mekkaniżmi ta' salvagwardja għal żviluppi mhux previsti.

(17) Il-pjanijiet multiannwali għandhom fejn ikun possibbli jkopru diversi stokkijiet meta dawk l-istokkijiet jiġu sfruttati flimkien. Il-pjanijiet multiannwali għandhom jistabbilixxu l-bażi għall-istabbiliment ta' opportunitajiet tas-sajd u miri kwantifikabbli għall-isfruttar sostenibbli tal-istokkijiet u l-ekosistemi tal-baħar ikkonċernati, billi jiddefinixxu skedi ta’ żmien ċari u mekkaniżmi ta' salvagwardja għal żviluppi mhux previsti. Il-pjanijiet multiannwali għandhom ukoll ikunu rregolati minn objettivi ta’ ġestjoni ddefiniti b’mod preċiż sabiex jikkontribwixxu għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet u l-ekosistemi tal-baħar ikkonċernati. Meta x-xenaji ta’ ġestjoni jista’ jkollhom impatt soċjo-ekonomiku fuq ir-reġjuni kkonċernati, dawn il-pjanijiet għandhom jiġu adottati b’konsultazzjoni mal-operaturi fl-industrija tas-sajd, ix-xjenzati kif ukoll is-sħab istituzzjonali.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Hemm bżonn ta' miżuri sabiex jitnaqqsu u jiġu eliminati l-livelli għolja preżenti ta' qabdiet mhux mixtieqa u l-iskartar tal-ħut. Fil-fatt, il-qabdiet mhux mixtieqa u l-iskartar tal-ħut jikkostitwixxu skart sostanzjali u jaffettwaw ħażin l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-ekosistemi marittimi kif ukoll il-vijabbiltà finanzjarja tas-sajd. Għandu jiġi stabbilit u gradwalment implimentat obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha tal-istokkijiet immaniġġjati waqt l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni.

(18) Hemm bżonn ta' miżuri sabiex jitnaqqsu l-livelli għolja preżenti ta' qabdiet mhux mixtieqa u li jiġi eliminat gradwalment l-iskartar tal-ħut. B’xorti ħażina, il-leġiżlazzjoni preċedenti ta’ sikwit obbligat lis-sajjieda jarmu riżorsi ta’ valur. Fil-fatt, l-iskartar jikkostitwixxi skart sostanzjali u jaffettwaw ħażin l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-ekosistemi marittimi kif ukoll il-vijabbiltà finanzjarja tas-sajd. Għandu jiġi stabbilit u gradwalment implimentat obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha tal-istokkijiet immaniġġjati waqt l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni. Għandha tingħata prijorità lill-miżuri u inċentivi ta’ żvilupp, promozzjoni u inkoraġġiment li għandhom il-mira li jkunu evitati l-qabdiet mhux mixtieqa fl-ewwel lok.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) L-obbligu ta’ ħatt tal-qabdiet kollha għandu jiġi introdott skont l-attività tas-sajd b’mod individwali. Is-sajjieda għandhom jitħallew ikomplu jiskartaw dawk l-ispeċijiet li, skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli, għandhom rata ta' sopravivenza għolja meta jiġu rilaxxati fil-baħar skont kundizzjonijiet definiti għal sajd partikolari.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 18b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18b) Sabiex l-obbligu li jinħattu l-art il-qabdiet kollha u biex jittaffa l-effett ta' kompożizzjonijiet differenti tal-qabdiet annwali, l-Istati Membri għandhom jitħallew jittrasferixxu kwoti bejn is-snin, sa ċertu perċentwali.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Il-ħatt l-art ta' qabdiet mhux mixtieqa ma għandhomx jirriżultaw f'vantaġġi ekonomiċi sħaħ għall-operatur. Għall-ħatt l-art ta’ qabdiet ta’ ħut taħt id-daqs ta’ referenza minimu għall-konservazzjoni, id-destinazzjoni ta’ qabdiet bħal dawn għandha tkun limitata u teskludi l-bejgħ għall-konsum mill-bniedem.

(19) Il-ħatt l-art ta' qabdiet mhux mixtieqa ma għandhomx jirriżultaw f'vantaġġi ekonomiċi sħaħ għall-operatur. Għall-ħatt l-art ta’ qabdiet ta’ ħut taħt id-daqs ta’ referenza minimu għall-konservazzjoni, id-destinazzjoni ta’ qabdiet bħal dawn għandha tkun limitata u teskludi l-bejgħ għall-konsum mill-bniedem. Kull Stat Membru għandu jkun jista' jiddeċiedi jekk jixtieqx jippermetti d-distribuzzjoni ħielsa tal-ħut imħatt l-art għal skopijiet ta’ benefiċċju jew karità.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Għall-ġid tal-konservazzjoni tal-istokkijiet għandhom jiġu applikati għanijiet ċari fir-rigward ta' ċerti miżuri tekniċi.

(20) Għall-ġid tal-konservazzjoni tal-istokkijiet u l-adattabilità tal-flotot u s-sajd, għandhom jiġu applikati għanijiet ċari fir-rigward ta' ċerti miżuri tekniċi, u livelli tal-governanza għandhom isiru apposta għar-rekwiżiti tal-ġestjoni.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Għal stokkijiet li għalihom ma ġie stabbilit l-ebda pjan multiannwali, għandhom jiġu żgurati rati ta' sfruttar li jagħtu rendiment massimu sostenibbli billi jiġu stabbiliti limiti ta' qbid u/jew tal-isforz tas-sajd.

(21) Għal stokkijiet li għalihom ma ġie stabbilit l-ebda pjan multiannwali, għandhom jiġu żgurati rati ta' sfruttar li jagħtu rendiment massimu sostenibbli billi jiġu stabbiliti limiti ta' qbid u/jew tal-isforz tas-sajd. Jekk ma jkunx hemm biżżejjed data disponibbli, l-azjendi tas-sajd għandhom ikunu ġestiti bl-użu ta’ standards analogi.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) L-Unjoni għandha żżid l-intensità tal-isforzi tagħha biex tikseb kooperazzjoni internazzjonali u ġestjoni tal-istokkijiet effikaċi fl-ibħra li jikkonfinaw kemm mal-Istati Membri kemm ma’ pajjiżi terzi, billi tiddisponi għall-ħolqien, fejn ikun xieraq, ta’ organizzazzjonijiet reġjonali ta’ ġestjoni tas-sajd għal tali zoni. B’mod partikolari, l-Unjoni għandha tiffavorixxi l-ħolqien ta’ Organizzazzjoni ta’ Ġestjoni tas-Sajd Reġjonali għall-Baħar l-Iswed.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Minħabba l-qagħda ekonomika prekarja tal-industrija tas-sajd u d-dipendenza ta' ċerti komunitajiet kostali fuq l-attivitajiet tas-sajd, huwa neċessarju li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd permezz tal-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri, fuq il-bażi ta' sehem prevedibbli ta' stokkijiet għal kull Stat Membru.

(22) Minħabba l-qagħda ekonomika prekarja ta' parti mill-industrija tas-sajd u d-dipendenza ta' ċerti komunitajiet kostali fuq l-attivitajiet tas-sajd, huwa neċessarju li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd permezz tal-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri, fuq il-bażi ta' sehem prevedibbli ta' stokkijiet għal kull Stat Membru.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tadotta miżuri temporanji f'każ ta' theddida serja, li tkun teħtieġ azzjoni immedjata, għall-konservazzjoni ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jew għall-ekosistema tal-baħar li tirriżulta minn attivitajiet tas-sajd.

(25) Il-Kummissjoni, wara li kkonsultat lill-Kunsilli Konsultattivi u lill-Istati Membri kkonċernati, għandha tkun kapaċi tadotta miżuri temporanji f'każ ta' theddida serja, li tkun teħtieġ azzjoni immedjata, għall-konservazzjoni ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jew għall-ekosistema tal-baħar li tirriżulta minn attivitajiet tas-sajd. Dawn il-miżuri għandhom jiġu stabbiliti fi skadenzi definiti u għandhom ikunu operattivi għal perijodu fiss ta’ żmien.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jadottaw miżuri ta' konservazzjoni u miżuri tekniċi għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd sabiex jippermettu l-politika tindirizza aħjar ir-realtajiet u l-ispeċifiċitajiet ta' setturi tas-sajd individwali u biex iżidu l-osservanza tal-politika.

(26) L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jadottaw, wara li jkunu qiesu debitament l-opinjonijiet tal-Kunsilli Konsultattivi u l-partijiet interessati rilevanti, miżuri ta' konservazzjoni u miżuri tekniċi għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd sabiex jippermettu l-politika tindirizza aħjar ir-realtajiet u l-ispeċifiċitajiet tad-diversi baċiri tal-baħar u s-setturi tas-sajd individwali u biex iżidu l-osservanza tal-politika.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a) L-Istati Membri għandhom jitħeġġu jikkooperaw ma’ xulxin fuq bażi reġjonali.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Sistema ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għall-maġġoranza tal-istokkijiet immaniġġjati taħt il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiġi implimentata sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013 għall-bastimenti kollha b'tul ta' 12-il metru jew aktar u l-bastimenti l-oħra kollha li jistadu b'irkaptu rmunkat. L-Istati Membri jistgħu jeskludu bastimenti ta’ sa 12-il metru tul minbarra l-bastimenti li jużaw irkaptu rmunkat mill-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli. Sistema bħal din għandha tikkontribwixxi għal tnaqqis fil-flotta u titjib fil-prestazzjoni ekonomika prodott mill-industrija filwaqt li fl-istess ħin toħloq konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli legalment siguri u esklużivi tal-opportunitajiet annwali tas-sajd ta' Stat Membru. Billi r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar huma ġid komuni, il-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandhom jistabbilixxu biss drittijiet għall-utent għal parti mill-opportunitajiet annwali tas-sajd ta' Stat Membru li jistgħu jiġu rtirati skont regoli stabbiliti.

imħassar

Emenda  34

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a) Il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjonijiet tal-flotot sabiex tikseb riżultati kredibbli rigward il-livell preċiż tal-kapaċità żejda fil-livell tal-Unjoni, u b’hekk tagħmilha possibbli li jiġu proposti strumenti xierqa u fil-mira għat-tnaqqis tagħha.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Il-konċessjonijiet tas-sajd għandhom ikunu jistgħu jiġu trasferiti u mikrija sabiex il-ġestjoni tal-opportunitajiet tas-sajd tiġi deċentralizzata lejn l-industrija tas-sajd u jkun żgurat li s-sajjieda li jitilqu mill-industrija ma jkollhomx għalfejn jiddependu fuq għajnuna finanzjarja pubblika skont il-Politika Komuni tas-Sajd.

imħassar

Emenda  36

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Il-karatteristiċi speċifiċi u l-vulnerabbiltà soċjoekonomika ta' xi flotot fuq skala żgħira jiġġustifikaw il-limitazzjoni tas-sistema obbligatorja tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għal bastimenti kbar. Is-sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandha tapplika għal stokkijiet li hemm opportunitajiet tas-sajd allokati għalihom.

imħassar

Emenda  37

Proposta għal regolament

Premessa 31a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(31a) Kull Stat Membru għandu jkun permess li jagħżel il-metodu tiegħu kif jalloka l-opportunitajiet ta' sajd allokati lilu, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, mingħajr ma jkun hemm l-impożizzjoni ta' sistema ta' allokazzjoni fuq livell Ewropew. B’dan il-mod, l-Istati Membri jibqgħu liberi li jistabbilixxu – jew ma jistabbilixxux – sistema ta’ konċessjonijiet trasferibbli ta’ sajd.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Premessa 31a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(31b) Għandha tkun stabbilita sistema vinkolanti li tivvaluta r-reġistri tal-flotot u tivverifika l-limiti massimi tal-kapaċità sabiex tiżgura li kull Stat Membru jirrispetta l-limitu massimu tal-kapaċità assenjat lilu u li jtejjeb is-sistema ta' kontroll tas-sajd sabiex il-kapaċità tas-sajd tkun allinjata mar-riżorsi disponibbli.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Fil-każ tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li ma joperawx taħt sistema ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli, jistgħu jittieħdu miżuri speċifiċi sabiex l-għadd ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jiġi allinjat mar-riżorsi disponibbli. Tali miżuri għandhom jistabbilixxu limiti massimi obbligatorji għall-kapaċità tal-flotta u jistabbilixxu skemi nazzjonali ta' dħul/ħruġ fir-rigward tal-finanzjament għall-irtirar mis-servizz, mogħti taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd.

(32) F'xi każijiet, l-Istati Membri għad iridu jieħdu miżuri speċifiċi sabiex il-kapaċità tas-sajd tagħhom tiġi allinjata mar-riżorsi disponibbli. Għalhekk, il-kapaċità għandha tiġi vvalutata għal kull stokk u baċir tal-Unjoni. Din il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq linji gwida komuni. Kull Stat Membru għandu jkun jista' jagħżel il-miżuri u strumenti li jixtieq jadotta biex inaqqas il-kapaċità eċċessiva ta' sajd.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Ġestjoni tas-sajd ibbażata fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli titlob settijiet ta' dejta armonizzati, affidabbli u preċiżi. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jiġbru dejta dwar il-flotot u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom, b'mod partikolari dejta dwar il-qabdiet, inkluż l-iskartar tal-ħut, informazzjoni minn stħarriġ dwar l-istokkijiet tal-ħut u dwar l-impatt ambjentali potenzjali tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar.

(34) Ġestjoni tas-sajd ibbażata fuq parir xjentifiku sħiħ u preċiż titlob settijiet ta' data armonizzati, affidabbli u preċiżi. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jiġbru data dwar il-flotot u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom, b'mod partikolari data dwar il-qabdiet, inkluż l-iskartar tal-ħut, informazzjoni minn stħarriġ dwar l-istokkijiet tal-ħut u dwar l-impatt ambjentali potenzjali tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar. Il-Kummissjoni għandha tkattar il-kundizzjonijiet neċessarji għall-armonizzazzjoni tad-data sabiex tippromwovi interpretazzjoni msejsa fuq l-ekosistema tar-riżorsi.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Il-ġbir tad-data għandu jinkludi dejta li tiffaċilita l-valutazzjoni ekonomika ta' impriżi attivi fis-settur tas-sajd, fl-akkwakultura u fl-ipproċessar ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura u tax-xejriet tal-impjiegi f'dawn l-industriji.

(35) Il-ġbir tad-data għandu jinkludi data li tiffaċilita l-valutazzjoni ekonomika tal-impriżi kollha attivi fis-settur tas-sajd, fl-akkwakultura u fl-ipproċessar ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, ikun xi jkun id-daqs tagħhom, u x-xejriet tal-impjiegi f'dawn l-industriji, kif ukoll data dwar l-impatt ta’ żviluppi bħal dawn fuq il-komunitajiet tas-sajjieda.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) L-Istati Membri għandhom jimmaniġġjaw u jagħmlu disponibbli għall-utenti finali ta' dejta xjentifika, id-dejta miġbura, fuq il-bażi ta' programm multiannwali tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ukoll ma' xulxin sabiex jikkoordinaw l-attivitajiet ta' ġbir tad-data. Fejn ikun rilevanti, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw ukoll ma' pajjiżi terzi fl-istess baċir tal-baħar dwar il-ġbir tad-data.

(36) L-Istati Membri għandhom jimmaniġġjaw u jagħmlu disponibbli għall-utenti finali ta' data xjentifika, id-data miġbura, fuq il-bażi ta' programm multiannwali tal-Unjoni, bl-għoti ta’ riżultati rilevanti lill-partijiet kollha interessati. L-awtoritajiet reġjonali għandhom ikunu involuti aktar attivament fl-attivitajiet tal-ġbir tad-data. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ukoll ma' xulxin sabiex jikkoordinaw l-attivitajiet ta' ġbir tad-data. Fejn ikun rilevanti, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw ukoll ma' pajjiżi terzi dwar il-ġbir tad-data, jekk ikun possibbli bl-użu ta’ entità reġjonali stabbilita għal din ir-raġuni, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali u b’mod partikolari UNCLOS.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Ix-xjenza tas-sajd orjentata lejn il-politika għandha tiġi msaħħa permezz ta' programmi adottati b'mod nazzjonali ta' ġbir ta' dejta xjentifika dwar is-sajd, ir-riċerka u l-innovazzjoni flimkien ma' Stati Membri oħra kif ukoll permezz ta' strumenti tal-qafas tal-Unjoni dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni.

(37) Ix-xjenza tas-sajd orjentata lejn il-politika għandha tiġi msaħħa permezz ta' programmi indipendenti adottati b'mod nazzjonali ta' ġbir ta' data xjentifika dwar is-sajd, ir-riċerka u l-innovazzjoni flimkien ma' Stati Membri oħra kif ukoll permezz ta' strumenti tal-qafas tal-Unjoni dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni, u permezz tal-armonizzazzjoni neċessarja tad-data u s-sistemizzazzjoni li għandha titwettaq mill-Kummissjoni.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) L-Unjoni għandha tippromwovi l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd fuq livell internazzjonali. Għal dan il-għan, l-Unjoni għandha taħdem sabiex ittejjeb il-prestazzjoni ta' organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali fil-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' stokkijiet internazzjonali tal-ħut, billi tippromwovi teħid tad-deċiżjonijiet ibbażat fuq ix-xjenza u titjib fil-konformità, żieda fit-trasparenza u l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, u billi tiġġieled l-attivitajiet tas-sajd illegali, mhux irrappurtati u mhux irregolati (IUU).

(38) L-Unjoni għandha tippromwovi l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd fuq livell internazzjonali. Għal dan il-għan, l-Unjoni għandha taħdem sabiex ittejjeb il-prestazzjoni ta' organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali fil-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli ta' stokkijiet internazzjonali tal-ħut, billi tippromwovi teħid tad-deċiżjonijiet ibbażat fuq ix-xjenza, titjib fil-konformità, żieda fit-trasparenza, l-iżgurar effettiv ta’ parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, u billi tiġġieled l-attivitajiet tas-sajd illegali, mhux irrappurtati u mhux irregolati (IUU).

Emenda  45

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Il-ftehimiet dwar sajd sostenibbli konklużi ma' pajjiżi terzi għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta' pajjiżi terzi jkunu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli, li jiżgura sfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar. Il-ftehimiet li jipprovdu għal drittijiet ta' aċċess fi skambju ma' kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, għandhom jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta' qafas ta' governanza ta' kwalità għolja biex jiżguraw b'mod partikolari miżuri ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza effikaċi.

(39) Il-ftehimiet dwar sajd sostenibbli konklużi ma' pajjiżi terzi għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta' pajjiżi terzi jkunu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli, li jiżgura sfruttar sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, filwaqt li josservaw il-prinċipju tal-eċċess imsemmi fl-UNCLOS. Il-ftehimiet li jipprovdu għal drittijiet ta' aċċess fi skambju ma' kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, għandhom jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta' sistema ta' ġbir ta’ data xjentifika u ta' qafas ta’ governanza ta' kwalità għolja biex jiżguraw b'mod partikolari miżuri ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza effikaċi.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Premessa 41a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(41a) Fid-dawl tal-problema serja ta’ piraterija li tolqot lill-bastimenti tal-Unjoni li jistadu f’pajjiżi terzi bis-saħħa ta’ ftehimiet bilaterali jew multilaterali u vulnerabilità partikolari ta’ bastimenti bħal dawn għall-piraterija, għandhom jissaħħu l-miżuri u l-operazzjonijiet sabiex jipproteġuhom.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42) L-akkwakultura għandha tikkontribwixxi għall-preservazzjoni tal-potenzjal tal-produzzjoni tal-ikel fuq bażi sostenibbli mal-Unjoni kollha biex tiggarantixxi s-sigurtà tal-ikel fit-tul għaċ-ċittadini Ewropej u biex tikkontribwixxi għad-domanda dinjija dejjem tibker għal ikel akkwatiku.

(42) L-akkwakultura għandha tikkontribwixxi għall-preservazzjoni tal-potenzjal tal-produzzjoni tal-ikel fuq bażi sostenibbli mal-Unjoni kollha biex tiggarantixxi s-sigurtà tal-ikel u l-provvisti, kif ukoll it-tkabbir u l-impjiegi fit-tul għaċ-ċittadini Ewropej u biex tikkontribwixxi għad-domanda dinjija dejjem tibker għal ikel akkwatiku.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Premessa 46a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(46a) Fid-dawl tal-karatteristiċi speċjali tar-reġjuni li jinsabu l-aktar imbiegħda, l-aktar il-bgħid ġeografiku tagħhom u l-importanza tas-sajd għall-ekonomiji tagħhom, għandu jitwaqqaf kumitat konsultattiv għar-reġjuni l-iktar imbiegħda li jkun fih tliet sottokumitati (ibħra tal-Lbiċ, ibħra tal-Lbiċ tal-Oċean Indjan, ibħra tal-West Indies Franċiżi u tal-Baċir tal-Antilli u l-Gijana). Dak il-kumitat konsultattiv għandu jkollu bħala wieħed mill-għanijiet tiegħu, l-għan li jikkontribwixxi għal miżuri kontra s-sajd madwar id-dinja kollha li jkun illegali, mhux iddikjarat u mhux ġestit.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47) Hemm bżonn li tissaħħaħ il-kompetittività tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura tal-Unjoni u li jkun hemm enfasi fuq is-simplifikazzjoni b’appoġġ għal ġestjoni aħjar tal-attivitajiet ta’ produzzjoni u kummerċ tas-settur; l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura għandha tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-prodotti kollha tas-sajd u l-akkwakultura kkummerċjalizzati fl-Unjoni, għandha tippermetti li l-konsumaturi jagħmlu għażliet informati aħjar u tappoġġa l-konsum responsabbli u għandha ttejjeb l-għarfien u l-fehim ekonomiku tas-swieq tal-Unjoni matul il-katina tal-provvista.

(47) Hemm bżonn li tissaħħaħ il-kompetittività tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura tal-Unjoni u li jkun hemm enfasi fuq is-simplifikazzjoni b’appoġġ għal ġestjoni aħjar tal-attivitajiet ta’ produzzjoni u kummerċ tas-settur, billi tiġi garantita r-reċiproċità fl-iskambji kummerċjali ma’ pajjiżi terzi b'tali mod li jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għal kulħadd fis-suq tal-Unjoni, mill-aspett mhux biss tas-sostenibilità tas-sajd iżda wkoll fir-rigward tal-kontroll sanitarju; l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura għandha tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-prodotti kollha tas-sajd u l-akkwakultura kkummerċjalizzati, kemm jekk dawn il-prodotti għandhom l-oriġini tagħhom fl-Unjoni kif ukoll f’pajjiżi terzi, għandha tippermetti li l-konsumaturi jagħmlu għażliet informati aħjar ibbażati fuq it-traċċabilità, għandha tappoġġa l-konsum responsabbli u għandha ttejjeb l-għarfien u l-fehim ekonomiku tas-swieq tal-Unjoni matul il-katina tal-provvista. F’dan ir-Regolament, il-Kapitolu dwar l-Organizzjoni Komuni tas-Swieq għandu jinkludi dispożizzjonijiet li jagħmlu l-importazzjonijiet tas-sajd u tal-prodotti tal-akkwakultura soġġetti għall-konformità mal-istandards soċjali u ambjentali rikonoxxuti internazzjonalment.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48) L-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq għandha tiġi implimentata f’konformità mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Is-suċċess tal-Politika Komuni tas-Sajd tirrikjedi sistema effikaċi ta’ kontroll, spezjoni u infurzar, inkluża l-ġlieda kontra l-attivitajiet tas-sajd IUU (illegali, mhux irrappurtati u mhux irregolati). Għandha tiġi stabbilita sistema ta' kontroll, spezzjoni, u infurzar tal-Unjoni sabiex tiżgura l-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

(48) L-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq għandha tiġi implimentata f’konformità mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Is-suċċess tal-Politika Komuni tas-Sajd tirrikjedi sistema effikaċi ta’ kontroll, spezjoni u infurzar, inkluża l-ġlieda kontra l-attivitajiet tas-sajd IUU (illegali, mhux irrappurtati u mhux irregolati). Il-leġiżlazzjoni eżistenti f’dan il-qasam għandha tiġi implimentata b’mod effettiv u għandha tiġi stabbilita sistema ta' kontroll, spezzjoni, u infurzar tal-Unjoni sabiex tiżgura l-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49) L-użu ta' teknoloġiji moderni għandu jiġi promoss fil-qafas tas-sistema ta' kontroll, spezzjoni, u infurzar tal-Unjoni. L-Istati Membri jew il-Kummissjoni għandhom ikollhom il-possibbiltà li jwettqu proġetti pilota fuq teknoloġiji ta' kontroll u sistemi ta' ġestjoni tad-data ġodda.

(49) L-użu ta' teknoloġiji moderni u effettivi għandu jiġi promoss fil-qafas tas-sistema ta' kontroll, spezzjoni, u infurzar tal-Unjoni. L-Istati Membri jew il-Kummissjoni għandhom ikollhom il-possibbiltà li jwettqu proġetti pilota fuq teknoloġiji ta' kontroll u sistemi ta' ġestjoni tad-data ġodda.

Ġustifikazzjoni

Il-teknoloġija mhux biss għandha tkun moderna, iżda għandha wkoll tagħti prova ta’ effikaċja.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51) L-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba l-problemi li jiltaqgħu magħhom fl-iżvilupp tal-industrija tas-sajd u l-ġestjoni tagħha, u l-limiti fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri. Għalhekk, għandha tingħata għajnuna finanzjarja multiannwali tal-Unjoni, li tkun iffukata fuq il-prijoritajiet tal-Politika Komuni tas-Sajd, sabiex tikkontribwixxi għall-kisba ta' dawn l-għanijiet.

(51) L-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba l-problemi li jiltaqgħu magħhom fl-iżvilupp tal-industrija tas-sajd u l-ġestjoni tagħha, u l-limiti fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri. Għalhekk, għandha tingħata għajnuna finanzjarja multiannwali tal-Unjoni, li tkun iffukata fuq il-prijoritajiet tal-Politika Komuni tas-Sajd u mfassla għall-fatturi speċifiċi tal-industrija tas-sajd fi Stati Membri inividwali, sabiex tikkontribwixxi għall-kisba ta' dawn l-għanijiet.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52) L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun kundizzjonali fuq il-konformità mill-Istati Membri u l-operaturi mal-Politika Komuni tas-Sajd. Għaldaqstant tali għajnuna finanzjarja għandha tiġi interrotta, sospiża jew korretta f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-Istati Membri u ksur serju ta' dawk ir-regoli mill-operaturi.

(52) L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun kundizzjonali fuq il-konformità mill-Istati Membri u l-operaturi, inklużi s-sidien tal-bastimenti, mal-Politika Komuni tas-Sajd. Għaldaqstant tali għajnuna finanzjarja għandha tiġi interrotta, sospiża jew korretta f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-Istati Membri u ksur serju ta' dawk ir-regoli mill-operaturi.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53) Id-djalogu mal-partijiet interessati kien essenzjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd. Meta jitqiesu l-kundizzjonijiet differenti fl-ilmijiet tal-Unjoni u ż-żieda fir-reġjonalizzazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd, il-Kunsilli Konsultattivi għandhom jippermettu lill-Politika Komuni tas-Sajd li tibbenefika mill-għerf u l-esperjenza tal-partijiet kollha interessati.

(53) Id-djalogu mal-partijiet interessati kien essenzjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd. Meta jitqiesu l-kundizzjonijiet differenti fl-ilmijiet tal-Unjoni u ż-żieda fir-reġjonalizzazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd, il-Kunsilli Konsultattivi għandhom jippermettu lill-Politika Komuni tas-Sajd li tibbenefika mill-għerf u l-esperjenza tal-partijiet kollha interessati, b’mod partikolari fit-tfassil tal-pjanijiet multiannwali.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Premessa 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54) Jidher xieraq li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa permezz ta' atti delegati li toħloq Kunsill Konsultattiv ġdid u biex timmodifika l-oqsma ta' kompetenza ta' kunsilli eżistenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-ispeċifitajiet tal-Baħar l-Iswed.

(54) Fid-dawl tal-karatteristiċi speċjali tal-aktar reġjuni mbiegħda, tal-akkwakultura u s-sajd fl-ilmijiet interni u tal-Baħar l-Iswed, huwa xieraq li jiġi stabbilit Kunsill Konsultattiv għal kull wieħed minnhom.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55) Għall-kisba tal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-ispeċifikazzjoni ta' miżuri relatati mas-sajd biex jittaffa' l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd f'żoni speċjali ta' konservazzjoni, l-adattament tal-obbligu li jinħattu l-art il-qabdiet kollha għall-fini ta' konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, il-miżuri default ta' konservazzjoni fil-qafas ta' pjanijiet multiannwali jew miżuri tekniċi, il-kalkolu mill-ġdid tal-limiti massimi tal-kapaċità tal-flotta, id-definizzjoni tal-informazzjoni dwar il-karatteristiċi u l-attività għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, ir-regoli għat-twettiq ta' proġetti pilota dwar sistemi ġodda ta' teknoloġiji ta' kontroll u ġestjoni tad-data, l-emendi għall-Anness III fir-rigward tal-oqsma ta' kompetenza għall-Kunsilli Konsultattivi u l-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi.

(55) Għall-kisba tal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tat-taffija, meta jkun hemm raġunijiet urġenti li jirrikjedu dan, tat-theddid serju għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, jew l-ekosistema tal-baħar, l-adattament tal-obbligu li jinħattu l-art il-qabdiet kollha għall-fini ta' konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, il-miżuri default ta' konservazzjoni fil-qafas ta' pjanijiet multiannwali jew miżuri tekniċi, id-definizzjoni tal-informazzjoni dwar il-karatteristiċi u l-attività għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, ir-regoli għat-twettiq ta' proġetti pilota dwar sistemi ġodda ta' teknoloġiji ta' kontroll u ġestjoni tad-data u l-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Premessa 59

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59) Sabiex jintlaħaq l-għan bażiku tal-Politika Komuni tas-Sajd, jiġifieri li tipprovdi kundizzjonijiet ambjentali, ekonomiċi u soċjali sostenibbli fit-tul għas-setturi tas-sajd u l-akkwakultura, u li tikkontribwixxi għad-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel, huwa neċessarju u xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u regoli li jiżguraw is-sostenibilità ekonomika u soċjali tas-settur tas-sajd u ġbir tal-molluski fl-Unjoni Ewropea, fejn ikun xieraq, billi jiġi pprovdut finanzjament suffiċjenti.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Premessa 62

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(62) Ir-Regolament (KE) 199/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta' qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data [dejta] fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni tas-Sajd għandu jiġi revokat, iżda għandu jkompli japplika għall-programmi nazzjonali adottati għall-ġbir u l-ġestjoni ta' dejta għas-snin 2011 – 2013.

imħassar

Emenda  59

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ambitu

Ambitu

1. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tkopri:

1. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tkopri:

(a) il-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-isfruttar ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar; kif ukoll

(a) il-konservazzjoni ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-isfruttar sostenibbli u l-ġestjoni tas-setturi tas-sajd immirati għal dawn ir-riżorsi;

(b) ir-riżorsi bijoloġiċi tal-ilma ħelu, l-akkwakultura, u l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, fir-rigward ta' miżuri dwar is-swieq u miżuri finanzjarji b'appoġġ għall-Politika Komuni tas-Sajd.

(b) ir-riżorsi bijoloġiċi tal-ilma ħelu, l-akkwakultura u l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, fir-rigward ta' miżuri dwar is-swieq u miżuri finanzjarji b'appoġġ għall-Politika Komuni tas-Sajd, miżuri strutturali u l-ġestjoni tal-kapaċità tal-flotta;

 

(ba) il-vijabilità soċjali u ekonomika tal-attivitajiet tas-sajd, il-promozzjoni tal-impjieg fil-komunitajiet kostali u l-iżvilupp tagħhom u l-problemi speċifiċi tas-sajd fuq skala żgħira u dak artiġjanali u l-akkwakultura.

2. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tkopri l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 meta dawn jitwettqu:

2. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tkopri l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 meta dawn jitwettqu:

(a) fit-territorju tal-Istati Membri; jew

(a) fit-territorju tal-Istati Membri; jew

(b) fl-ilmijiet tal-Unjoni, inkluż minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta', u jkunu rreġistrati f'pajjiżi terzi; jew

(b) fl-ilmijiet tal-Unjoni, inkluż minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta', u jkunu rreġistrati f'pajjiżi terzi; jew

(c) minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni; jew

(c) minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni; jew

(d) minn ċittadini tal-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja tal-Istat tal-bandiera.

(d) minn ċittadini tal-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja tal-Istat tal-bandiera.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għanijiet ġenerali

Għanijiet ġenerali

1. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura jipprovdu kundizzjonijiet ambjentali, ekonomiċi u soċjali sostenibbli fit-tul u jikkontribwixxu għall-provvisti tal-ikel.

1. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura jkunu sostenibbli ambjentalment għal żmien twil u jiġu ġestiti b'mod li jkun konsistenti mal-objettivi li jinkisbu benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi, li jsir kontribut għall-provvisti tal-ikel u l-opportunitajiet ta' sajd rikreattiv, u li tippermetti l-industriji tal-ipproċessar u l-attivitajiet tal-art direttament marbuta mal-attivitajiet tas-sajd, filwaqt li jitqiesu l-interessi kemm tal-konsumaturi kif ukoll tal-produtturi.

2. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tapplika l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd, u għandha tfittex li tiżgura, sal-2015, li l-isfruttar ta' riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar ireġġa' lura u jżomm il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada 'l fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli.

2. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tapplika l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd, u għandha tfittex li tiżgura, sal-2015, li r-rati tal-mortalità mis-sajd jiġu stabbiliti f'livelli li għandhom jippermettu li l-istokkijiet tal-ħut jirkupraw, mhux iktar tard mill-2020, 'l fuq mil-livelli li jkunu jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli u li l-istokkijiet kollha rkuprati jistgħu jinżammu f'dawn il-livelli.

3. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha timplimenta l-approċċ abbażi tal-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex tiżgura li l-impatti tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar ikunu limitati.

3. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha timplimenta l-approċċ abbażi tal-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd u l-akkwakultura sabiex tiżgura li s-sajd u l-akkwakultura jikkontribwixxu għall-objettiv tal-minimizzazzjoni tal-impatt tal-attivitajiet tal-bniedem fuq l-ekosistema tal-baħar u li ma jikkontribwixxux għad-degradazzjoni tal-ambjent marittimu u jkunu mfassla b'mod effettiv skont is-setturi tas-sajd u r-reġjuni individwali.

 

3a. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli u l-benesseri tal-komunitajiet kostali, u l-impjiegi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-sikurezza tal-operaturi tas-sajd.

4. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tintegra r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni.

4. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tkun konsistenti mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni kif ukoll ma' politiki oħra tal-Unjoni.

 

4a. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura li l-kapaċità tas-sajd tal-flotot tkun integrata mal-livelli tal-isfruttament li jikkonformaw mal-paragrafu 2.

 

4b. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tikkontribwixxi għall-ġbir ta’ data xjentifika komprensiva u kredibbli.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali stipulati fl-Artikolu 2, il-Politika Komuni tas-Sajd għandha b'mod partikolari:

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali stipulati fl-Artikolu 2, il-Politika Komuni tas-Sajd għandha b'mod partikolari:

(a) telimina l-qbid mhux mixtieq ta' stokkijiet kummerċjali u gradwalment tiżgura li l-qbid kollu ta' dawn l-istokkijiet jinħatt l-art;

(a) tevita, timminimizza u kemm jista' jkun telimina l-qbid mhux mixtieq;

 

(aa) tiżgura li l-qbid kollu ta' stokkijiet mistada u stokkijiet regolati jinħatt, filwaqt li jitqies l-aħjar parir xjentifiku u jiġi evitat il-ħolqien ta' swieq ġodda jew l-espansjoni ta' dawk eżistenti;

(b) tipprovdi kundizzjonijiet għal attivitajiet tas-sajd effiċjenti fi ħdan industrija tas-sajd ekonomikament vijabbli u kompetittiva;

(b) tipprovdi kundizzjonijiet għal attivitajiet tas-sajd effiċjenti u ambjentalment sostenibbli fl-Unjoni biex jerġa' jkun hemm industrija tas-sajd ekonomikament vijabbli u kompetittiva, filwaqt li jkunu żgurati kundizzjonijiet ġusti fis-Suq Intern;

(c) tippromwovi l-iżvilupp tal-attivitajiet tal-akkwakultura fl-Unjoni biex tikkontribwixxi għas-sikurezza tal-ikel u l-impjiegi f'żoni kostali u rurali;

(c) tippromwovi l-iżvilupp tal-attivitajiet tal-akkwakultura u tal-industriji marbuta magħhom, filwaqt li tiżgura li dawn ikunu ambjentalment sostenibbli u li jikkontribwixxu għas-sikurezza tal-ikel u l-impjiegi f'żoni kostali u rurali;

(d) tikkontribwixxi għal standard tal-għajxien ġust għal dawk li jiddependu fuq l-attivitajiet tas-sajd;

(d) tippromwovi distribuzzjoni ekwa tar-riżorsi tal-baħar sabiex tikkontribwixxi għal standard tal-għajxien ġust u standards soċjali għal dawk li jiddependu fuq l-attivitajiet tas-sajd;

(e) tqis l-interessi tal-konsumaturi;

(e) tqis l-interessi tal-konsumaturi;

(f) tiżgura ġbir u ġestjoni sistematiċi u armonizzati tad-data.

(f) tiżgura ġbir sistematiku, armonizzat, regolari u affidabbli tad-data u ġestjoni trasparenti tad-data u tindirizza l-kwistjonijiet li jirriżultaw mill-ġestjoni tal-istokkijiet li ma jkollhiex biżżejjed data;

 

(fa) tippromwovi attivitajiet ta’ sajd kostali fuq skala żgħira.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tkun immexxija mill-prinċipji ta' governanza tajba li ġejjin:

Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tapplika l-prinċipji ta' governanza tajba li ġejjin:

(a) id-definizzjoni ċara tar-responsabbiltajiet fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali;

(a) id-definizzjoni ċara tar-responsabbiltajiet fil-livelli tal-Unjoni, reġjonali, nazzjonali u lokali;

 

(aa) il-ħtieġa li jittieħed approċċ deċentralizzat u reġjonalizzat għall-immaniġġjar tal-attivitajiet tas-sajd;

(b) l-istabbilitment ta’ miżuri skont l-aħjar parir xjentifiku disponibbli;

(b) l-istabbilitment ta’ miżuri skont l-aħjar parir xjentifiku disponibbli;

(c) perspettiva fit-tul;

(c) perspettiva fit-tul;

 

(ca) it-tnaqqis tal-ispejjeż amministrattivi,

(d) involviment wiesa' tal-partijiet interessati fl-istadji kollha mill-konċepiment sal-implimentazzjoni tal-miżuri;

(d) involviment xieraq tal-partijiet interessati, b'mod partikolari tal-Kunsilli Konsultattivi u s-sħab soċjali, fl-istadji kollha mill-konċepiment sal-implimentazzjoni tal-miżuri, li jiżgura li l-elementi reġjonali speċifiċi jinżammu, permezz ta' approċċ reġjonalizzat;

(e) ir-responsabbiltà primarja tal-Istat tal-bandiera;

(e) ir-responsabbiltà primarja tal-Istat tal-bandiera;

(f) konsistenza mal-politika marittima integrata, u ma' politiki oħra tal-Unjoni.

(f) konsistenza mal-politika marittima integrata, u ma' politiki oħra tal-Unjoni.

 

(fa) il-ħtieġa li jitwettqu valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali u strateġiċi;

 

(fb) parità bejn id-dimensjoni interna u esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd, sabiex l-istandards u l-mekkaniżmi ta' infurzar applikati internament fl-Unjoni jiġu applikati wkoll esternament, meta jkun il-każ;

 

(fc) immaniġġjar trasparenti tad-data u t-teħid ta' deċiżjonijiet bi qbil mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid tad-deiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali ("il-Konvenzjoni ta' Aarhus"), approvata f'isem l-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta' Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali1.

 

______________________

 

1 ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'ilmijiet tal-Unjoni' tfisser l-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġuris dizzjoni tal-Istati Membri ħlief l-ilmijiet li jmissu mat-territorji msemmija fl-Anness II għat-Trattat;

'ilmijiet tal-Unjoni' tfisser l-ilmijiet u qiegħ il-baħar taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ħlief dawk li jmissu mat-territorji msemmija fl-Anness II għat-Trattat;

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu inklużi speċijiet sessili.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

'sajjieda' tfisser kwalunkwe persuna involuta f’sajd professjonali, kif rikonoxxut minn Stat Membru, abbord bastiment operattiv tas-sajd jew involuta f’qabdiet professjonali ta’ organiżmi tal-baħar, kif rikonoxxut mill-Istat Membru, mingħajr bastiment;

Emenda  65

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

‘dħul fil-flotta tas-sajd’ tfisser reġistrazzjoni ta’ bastiment tas-sajd fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd ta’ Stat Membru;

Emenda  66

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'rendiment massimu sostenibbli' tfisser il-qabda massima li tista' tittieħed minn stokk ta' ħut b'mod indefinit;

'rendiment massimu sostenibbli' tfisser l-akbar rendiment teoretiku ta’ ekwilibriju li jista’ jittieħed kontinwament (bħala medja) minn stokk f’kundizzjonijiet ambjentali eżistenti (medji) mingħajr ma jiġi affettwat b’mod sinifikanti l-proċess tar-riproduzzjoni;

Emenda  67

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

‘speċijiet mistada’ tfisser speċijiet soġġetti għal pressjoni/sfruttar ta’ sajd inklużi speċijiet li ma jitħattewx l-art, imma jinqabdu bħala jew qabda sekondarja jew isofru impatt minħabba s-sajd;

Emenda  68

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd' tfisser approċċ li skontu n-nuqqas ta' informazzjoni xjentifika adegwata m'għandux jiġġustifika l-posponiment jew in-nuqqas ta' teħid ta' miżuri amministrattivi sabiex jiġu kkonservati speċijiet fil-mira, speċijiet assoċjati jew dipendenti u speċijiet mhux fil-mira u l-ambjent tagħhom;

'approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd', kif imsemmi fl-Artikolu 6 tal-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istokkijiet tal-Ħut tfisser approċċ li skontu n-nuqqas ta' informazzjoni xjentifika adegwata m'għandux jiġġustifika l-posponiment jew in-nuqqas ta' teħid ta' miżuri ta' ġestjoni sabiex jiġu kkonservati l-ispeċijiet fil-mira, speċijiet assoċjati jew dipendenti u speċijiet mhux fil-mira u l-ambjent tagħhom;

Emenda  69

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'approċċ għall-ġestjoni tas-sajd ibbażat fuq l-ekosistema' tfisser approċċ li jiżgura li l-benefiċċji mir-riżorsi akkwatiċi ħajjin ikunu għoljin filwaqt li l-impatti diretti u indiretti tal-operazzjonijiet tas-sajd fuq l-ekosistemi tal-baħar ikunu baxxi u mhux detrimentali għall-funzjonament, id-diversità u l-integrità futuri ta' dawk l-ekosistemi;

'approċċ għall-ġestjoni tas-sajd ibbażat fuq l-ekosistema' tfisser approċċ ibbażat fuq il-linji gwida għall-preservazzjoni tad-diversità bijoloġika u l-kompożizzjoni, l-istruttura u l-iffunzjonar ta’ ekosistemi li r-riżorsi naturali tagħhom jgħinu, permezz tas-sajd, biex jissodisfaw il-bżonnijiet tal-bniedem;

Emenda  70

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'rata ta' mortalità mis-sajd' tfisser il-qbid ta' stokk matul perjodu partikolari bħala proporzjon tal-istokk medju disponibbli għas-sajd f'dak il-perjodu;

'rata ta' mortalità mis-sajd' tfisser ir-rata li biha l-bijomassa u individwi ta’ speċijiet qed jitneħħew minn stokk permezz ta’ attivitajiet tas-sajd;

Emenda  71

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

'RMSR' tfisser rata ta' mortalità tas-sajd li hi konsistenti mal-kisba tar-Rendiment Massimu Sostenibbli;

Emenda  72

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'stokk' tfisser riżorsa bijoloġika tal-baħar li jkollha karatteristiċi distinti u li sseħħ f'żona ta' ġestjoni partikolari;

'stokk' tfisser riżorsa bijoloġika tal-baħar li tkun tinsab f'żona ta' ġestjoni partikolari;

Emenda  73

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'limitu ta' qbid' tfisser limitu kwantitattiv fuq il-ħatt l-art ta' stokk ta' ħut jew ta' grupp ta' stokkijiet ta' ħut matul perjodu partikolari;

'limitu ta' qbid' tfisser limitu kwantitattiv fuq il-qabdiet ta' stokk ta' ħut jew ta' grupp ta' stokkijiet ta' ħut matul perjodu partikolari;

Emenda  74

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

'qabdiet mhux mixtieqa' tfisser qabdiet ta' speċijiet taħt id-daqs minimu ta' referenza jew id-daqs minimu ta' ħatt l-art jew qabdiet ta' speċijiet projbiti jew protetti, jew ta' speċijiet li ma jistgħux jinbigħu jew individwi ta' speċijiet li jistgħu jinbigħu li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti speċifikati fid-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sajd li tistipula miżuri tekniċi, ta' monitoraġġ u ta' konservazzjoni;

Emenda  75

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– 'punt ta' referenza dwar konservazzjoni' tfisser il-valuri ta' parametri tal-popolazzjoni ta' stokk ta' ħut (bħall-bijomassa jew ir-rata ta' mortalità mis-sajd) użati fil-ġestjoni tas-sajd, pereżempju fir-rigward ta' livell aċċettabbli ta' riskju bijoloġiku jew livell mixtieq ta' rendiment;

– 'punt ta' referenza dwar il-konservazzjoni' tfisser il-valuri ta' parametri tal-popolazzjoni ta' stokk ta' ħut (bħall-bijomassa (B), il-bijomassa ta' stokk riproduttiv (SSB) jew ir-rata ta' mortalità mis-sajd (F)) użati fil-ġestjoni tas-sajd biex jiddefinixxu, pereżempju, fir-rigward ta' livell aċċettabbli ta' riskju bijoloġiku jew livell mixtieq ta' rendiment;

Emenda  76

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– 'punt ta' referenza dwar il-limitu' tfisser il-valuri ta' parametri tal-popolazzjoni ta' stokk ta' ħut (bħall-bijomassa jew ir-rata ta' mortalità mis-sajd) użati fil-ġestjoni tas-sajd biex jindikaw limitu li 'l fuq jew ’l isfel minnu l-ġestjoni tas-sajd tkunkonsistenti ma' objettiv tal-ġestjoni bħal livell aċċettabbli ta' riskju bijoloġiku jew livell mixtieq ta' rendiment;

Emenda  77

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 12b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– 'stokk fil-limiti bijoloġiċi sikuri' tfisser stokk li hu probabbli ħafna li l-bijomassa stmata ta' stokk riproduttiv tiegħu fl-aħħar tas-sena preċedenti hija ogħla mill-punt ta' referenza limitu tal-bijomassa (Blim) u r-rata stmata tiegħu ta' mortalità mis-sajd għas-sena preċedenti hija inqas mill-punt ta' referenza limitu tar-rata ta' mortalità (Flim).

Emenda                      78

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– 'salvagwardja' tfisser miżura prekawzjonarja maħsuba biex tipproteġi jew timpedixxi milli sseħħ xi ħaġa mhux mixtieqa;

– 'salvagwardja' tfisser miżura prekawzjonarja maħsuba biex tipproteġi milli sseħħ xi ħaġa mhux mixtieqa;

Emenda  79

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– 'miżuri tekniċi' tfisser il-miżuri li jirregolaw il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet, il-kompożizzjoni tad-daqs tal-qabdiet u l-impatti fuq komponenti tal-ekosistemi li jirriżultaw mill-attivitajiet tas-sajd permezz tal-kundizzjonament tal-użu u l-istruttura tal-irkaptu tas-sajd u r-restrizzjoni tal-aċċess għal żoni tas-sajd;

– 'miżuri tekniċi' tfisser il-miżuri li jirregolaw il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet, il-kompożizzjoni tad-daqs tal-qabdiet u l-impatti fuq komponenti tal-ekosistemi jew il-funzjonament tagħhom li jirriżultaw mill-attivitajiet tas-sajd permezz tal-kundizzjonament tal-użu u l-karatteristiċi tal-irkaptu tas-sajd u permezz tal-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet relatati mal-ħin jew mal-ispazju għall-aċċess għal żoni tas-sajd;

Emenda  80

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– 'ħabitats essenzjali tal-ħut' tfisser ħabitats tal-baħar fraġli li jeħtieġu protezzjoni minħabba r-rwol vitali tagħhom li jissodisfaw il-ħtiġijiet ekoloġiċi u bijoloġiċi tal-ispeċijiet tal-ħut, inkluż it-territorju għall-bidien, it-trobbija u t-tmigħ;

Emenda  81

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 14b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– 'sit ta' sajd protett' tfisser sit tal-baħar definit ġeografikament fejn ċerti attivitajiet ta' sajd, jew kollha kemm huma, li jseħħu fih huma pprojbiti temporanjament jew b'mod permanenti sabiex jittejbu l-isfruttament u l-konservazzjoni tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin jew il-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar;

Emenda  82

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– 'opportunità tas-sajd' tfisser dritt legali kkwantifikat għas-sajd, espress f'termini ta' qabdiet u/jew sforz tas-sajd u l-kundizzjonijiet marbuta funzjonalment magħhom li jkunu neċessarji sabiex jiġu kkwantifikati f'ċertu livell;

– 'opportunità tas-sajd' tfisser dritt legali kwantifikat għas-sajd ta' ċertu stokk ta' ħut, espress f'termini ta' qabdiet massimi jew sforz massimu tas-sajd għal sit partikolari ta' ġestjoni;

Emenda  83

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli' tfisser id-drittijiet revokabbli tal-utenti għal parti speċifika tal-opportunitajiet tas-sajd allokati lil Stat Membru jew stabbiliti f'pjanijiet ta' ġestjoni adottati minn Stat Membru skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1967/200634, li d-detentur jista' jittrasferixxi lil detenturi oħra eliġibbli ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli bħal dawn;

imħassar

Emenda  84

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– 'opportunitajiet individwali tas-sajd' tfisser opportunitajiet annwali tas-sajd allokati lil detenturi ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli fi Stat Membru fuq il-bażi tal-proporzjon tal-opportunitajiet tas-sajd li jappartjenu lil dak l-Istat Membru;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Wara t-tħassir tal-Artikoli 27 sa 33 tar-regolament, din id-definizzjoni hija irrelevanti. L-Artikolu 5 għandu jinġieb konformi ma' dan ukoll.

Emenda  85

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– 'kapaċità għas-sajd' tfisser it-tunnellaġġ ta' bastiment f'TG (Tunnellaġġ Gross) u l-qawwa tiegħu f'kW (Kilowatt) kif definit fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/86;

– 'kapaċità għas-sajd' tfisser l-abilità ta' bastiment li jaqbad il-ħut, imkejla mil-lat tal-karatteristiċi tal-bastiment, inklużi t-tunnellaġġ ta' bastiment f'TG (Tunnellaġġ Gross), il-qawwa tiegħu f'kW (Kilowatt) kif definit fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/86, kif ukoll in-natura u d-daqs tal-irkapti tas-sajd tiegħu u kwalunkwe parametru ieħor li jaffettwa l-abilità tiegħu li jaqbad il-ħut;

Emenda  86

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

–'il-kapaċità tal-akkomodazzjoni' tfisser iż-żoni abbord maħsuba biss biex jipprovdu spazju ta' għajxien u mistrieħ għall-ekwipaġġ;

Emenda  87

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– 'akkwakultura' tfisser it-tkabbir u l-kultivazzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi bl-użu ta’ tekniki mfassla biex tiżdied il-produzzjoni tal-organiżmi inkwistjoni lil hinn mill-kapaċità naturali tal-ambjent, fejn l-organiżmi jibqgħu l-proprjetà tal-persuna fiżika jew ġuridika matul l-istadju tat-tkabbir u tal-kultivazzjoni, sa u inkluż il-ħsad;

– 'akkwakultura' tfisser it-tkabbir u l-kultivazzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi bl-użu ta’ tekniki mfassla biex tiżdied il-produzzjoni tal-organiżmi inkwistjoni lil hinn mill-kapaċità naturali tal-ambjent;

Ġustifikazzjoni

L-attività ma tistax tiġi definita skont pussess.

Ukoll, id-definizzjoni preċedenti teskludi l-bini mill-ġdid artifiċjali tal-istokkijiet jew tal-kultivazzjonijiet fi spazju miftuħ.

Emenda  88

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– 'operatur' tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li topera jew li tikkontrolla kwalunkwe impriża li twettaq xi waħda mill-attivitajiet relatati ma' xi stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar, it-tqegħid fis-suq, il-ktajjen ta' distribuzzjoni u tal-bejgħ lill-konsumatur tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura;

– 'operatur' tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li topera jew li tikkontrolla kwalunkwe impriża li twettaq xi waħda mill-attivitajiet relatati ma' xi stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar, it-tqegħid fis-suq, il-ktajjen ta' distribuzzjoni u tal-bejgħ lill-konsumatur tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, jew kwalunkwe organizzazzjoni oħra li tirrappreżenta l-professjonisti tas-sajd li jkollha rikonoxximent ġuridiku u li tkun inkarigata mill-ġestjoni tal-aċċess għar-riżorsi tas-sajd kif ukoll tal-attivitajiet professjonali tas-sajd u tal-akkwakultura;

Emenda  89

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– 'utent finali ta' data xjentifika' tfisser korp b'interess ta' riċerka jew ġestjoni fl-analiżi xjentifika ta' data fis-settur tas-sajd;

– 'utent finali ta' data xjentifika' tfisser korp ta' riċerka, jew korp ta' ġestjoni b'interess fl-analiżi xjentifika ta' data fis-settur tas-sajd;

Emenda  90

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– 'eċċess tal-qabda permissibbli' tfisser dik il-parti tal-qabda permissibbli li Stat kostali ma jkollux il-kapaċità li jaħsad;

– 'eċċess tal-qabda permissibbli' tfisser dik il-parti tal-qabda permissibbli li Stat kostali ma jkollux il-kapaċità li jistad matul perjodu partikolari ta’ żmien, li jirriżulta f’li r-rata ta' sfruttament globali għall-istokkijiet individwali tinżamm anqas mill-livelli li huma kapaċi jreġġgħu lura lilhom infushom għal li kienu u ż-żamma ta' popolazzjonijiet ta' speċijiet maqbuda 'l fuq mil-livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' eċċess għandha tiżgura li jiġi evitat sajd żejjed f'ilmijiet ta' pajjiżi terzi.

Emenda  91

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– 'bijomassa ta' stokk riproduttiv tfisser stima tal-massa tal-ħut ta' riżorsa partikolari li jirriproduċi f'ħin definit, li tinkludi ħut kemm irġiel kif ukoll nisa u ħut li jirriproduċi bit-tifriħ;

– 'bijomassa ta' stokk riproduttiv' tfisser stima tal-massa tal-ħut ta' riżors partikolari li tkun matura biżżejjed biex tirriproduċi fi żmien definit;

Emenda  92

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– 'sajd imħallat' tfisser sajd fejn tkun preżenti iżjed minn speċi waħda fiż-żona fejn ikun qiegħed isir is-sajd u jkunu vulnerabbli li jinqabdu fl-irkaptu tas-sajd.

– 'sajd imħallat' tfisser sajd li fih tkun preżenti iżjed minn speċi waħda f'żona speċifika u jkunu jistgħu jinqabdu fl-istess qabda;

Emenda  93

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– 'ftehimiet dwar sajd sostenibbli' tfisser ftehimiet internazzjonali konklużi ma' stat ieħor għall-fini li jinkiseb aċċess għar-riżorsi jew l-ilmijiet fi skambju ma' kumpens finanzjarju mill-Unjoni.

– 'ftehimiet dwar sajd sostenibbli' tfisser ftehimiet internazzjonali konklużi ma' stat ieħor għall-fini li jinkiseb aċċess għar-riżorsi jew l-ilmijiet bil-għan li tiġi sfruttata b’mod sostenibbli parti mill-eċċess tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fi skambju ma' kumpens finanzjarju mill-Unjoni, li jmur biex isostnu lis-settur lokali tas-sajd, b’enfasi partikolari fuq il-ġbir tad-data xjentifika, il-monitoraġġ u l-kontroll, u għall-fini li jinkiseb aċċess reċiproku għal riżorsi jew ilmijiet permezz tal-iskambju ta’ opportunitajiet tas-sajd bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz;

Emenda  94

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 32a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– 'sajd fuq skala żgħira u artiġjanali' tfisser is-sajd li jsir minn bastimenti li għandhom tul globali ta' 15-il metru jew inqas, u/jew li jqattgħu inqas minn 24 siegħa fuq il-baħar u jbiegħu il-qabdiet tagħhom friski, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-bastimenti li jistadu b'irkaptu tal-irmonk;

Ġustifikazzjoni

Hu neċessarju li dan il-kunċett jiġi definit peress li se jintuża fir-rapport kollu.

Emenda  95

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 32b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– 'qabda inċidentali' tfisser il-qabda ta' kwalunkwe organiżmu mhux intenzjonat li jinqabad sew jekk jinżamm jew jinħatt l-art jew jekk jintrema;

Emenda  96

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 32c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– 'qabda' tfisser kwalunkwe riżors bijoloġiku tal-baħar li jinqabad bis-sajd;

Emenda  97

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 32d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– ‘impatt baxx tas-sajd’ tfisser l-użu ta’ tekniki selettivi tas-sajd, li jkollhom impatt detrimentali minimu fuq l-ekosistemi tal-baħar u emissjonijiet baxxi ta’ fjuwil;

Emenda  98

Proposta għal regolament

Parti I – Artikolu 5 – inċiż 32e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

–‘sajd selettiv’ tfisser sajd b’metodi ta’ sajd jew irkapti tas-sajd li jimmiraw għal organiżmi u jaqbadhom skont id-daqs u l-ispeċi tagħhom matul l-operazzjoni tas-sajd, li jippermettu li dawk li ma humiex il-miri jiġu evitati jew rilaxxati mingħajr dannu;

Emenda  99

Proposta għal regolament

Parti II – Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-istatus taż-Żona Bijoloġikament Sensittiva eżistenti kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 għandu jinżamm fil-forma attwali tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Iż-Żona Bijoloġikament Sensittiva hija estremament importanti fil-ġestjoni tal-istokkijiet tal-ħut fl-Ilmijiet tal-Punent u għandha tiġi trattata bħal ma ġiet ittrattata s'issa u b'mod simili għal dawk iż-żoni tal-baħar madwar l-Azores, il-Madejra u l-Gżejjer Kanarji.

Emenda  100

Proposta għal regolament

Parti III – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

MIŻURI GĦALL-KONSERVAZZJONI TAR-RIŻORSI BIJOLOĠIĊI TAL-BAĦAR

MIŻURI GĦALL-KONSERVAZZJONI U L-ISFRUTTAR SOSTENIBBLI TAR-RIŻORSI BIJOLOĠIĊI TAL-BAĦAR

Emenda  101

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu  -7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -7a

 

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-miżuri ta' konservazzjoni

 

1. Bil-għan li jintlaħqu l-objettivi ġenerali tal-Politika Komuni tas-Sajd stipulati fl-Artikolu 2, l-Unjoni għandha tadotta miżuri għall-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar kif spjegat fl-Artikoli 7 u 8. Dawn għandhom jiġu adottati, b'mod partikolari, fil-forma ta' pjanijiet multiannwali skont l-Artikoli 9, 10 u 11 ta' dan ir-Regolament.

 

2. Tali miżuri għandhom jikkonformaw mal-objettivi spjegati fl-Artikoli 2 u 3 ta' dan ir-Regolament u għandhom jiġu adottati b'kunsiderazzjoni tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli u l-opinjonijiet li jaslu mingħand il-Kunsilli Konsultattivi kkonċernati.

 

3. L-Istati Membri għandhom jingħataw is-setgħa li jadottaw miżuri ta' konservazzjoni skont l-Artikoli 17 sa 24 u dispożizzjonijiet rilevanti oħra ta' dan ir-Regolament.

Emenda  102

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-miżuri għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

Il-miżuri għall-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

(a) l-adozzjoni ta’ pjanijiet multiannwali skont l-Artikoli 9 - 11;

(a) l-adozzjoni ta’ pjanijiet multiannwali skont l-Artikoli 9 - 11;

(b) l-istabbiliment ta’ miri għall-isfruttar sostenibbli tal-istokkijiet;

(b) l-istabbiliment ta’ miri għall-isfruttar sostenibbli u l-konservazzjoni tal-istokkijiet u għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar mill-impatt tal-attivitajiet tas-sajd;

(c) l-adozzjoni ta’ miżuri sabiex l-għadd ta' bastimenti tas-sajd u/jew it-tipi ta' bastimenti tas-sajd jiġu adattati għall-opportunitajiet disponibbli ta' sajd;

(c) l-adozzjoni ta’ miżuri sabiex l-għadd ta' bastimenti tas-sajd u/jew it-tipi ta' bastimenti tas-sajd jiġu adattati għall-opportunitajiet disponibbli ta' sajd;

(d) l-istabbiliment ta’ inċentivi, inklużi dawk ta' natura ekonomika, sabiex jippromwovu sajd iżjed selettiv jew b'impatt baxx;

(d) l-istabbiliment ta' inċentivi sabiex jippromwovu sajd iżjed selettiv u metodi ta' sajd li jkollhom impatt baxx fuq l-ekosistema tal-baħar u r-riżorsi tas-sajd, inkluż aċċess preferenzjali għal opportunitajiet nazzjonali tas-sajd u inċentivi ta' natura ekonomika;

(e) l-iffissar ta’ opportunitajiet tas-sajd;

(e) l-adozzjoni ta' miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd, kif definit fl-Artikolu 16;

(f) l-adozzjoni ta' miżuri tekniċi kif imsemmija fl-Artikolu 14;

(f) l-adozzjoni ta' miżuri tekniċi kif imsemmija fl-Artikoli 8 u 14;

(g) l-adozzjoni ta’ miżuri fir-rigward tal-obbligu li jitniżżlu l-qabdiet kollha;

(g) l-adozzjoni ta' miżuri maħsuba biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament;

(h) it-twettiq ta’ proġetti pilota dwar tipi alternattivi ta' tekniki tal-ġestjoni tas-sajd.

(h) it-twettiq ta’ proġetti pilota dwar tipi alternattivi ta' tekniki tal-ġestjoni tas-sajd u rkapti tas-sajd li jżidu s-selettività jew jimminimizzaw l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar;

 

(ha) l-adozzjoni ta' miżuri li jgħinu lill-Istati Membri jissodisfaw ir-rekwiżiti skont il-leġiżlazzjoni ambjentali;

 

 

 

(hb) l-adozzjoni ta' miżuri oħra li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-Artikoli 2 u 3.

Emenda  103

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

L-istabbiliment ta' żoni ta' rkupru tal-istokkijiet tal-ħut

 

1. Sabiex tiġi żgurata l-konservazzjoni tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin u tal-ekosistemi tal-baħar, u bħala parti minn approċċ ta’ prekawzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu netwerk koerenti ta' żoni ta' rkupru tal-istokkijiet tal-ħut li fihom l-attivitajiet kollha tas-sajd jiġu pprojbiti, inkluż, b’mod partikolari, żoni li huma importanti għar-riproduzzjoni tal-ħut.

 

2. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jagħżlu ż-żoni li huma neċessarji biex jiġi stabbilit netwerk koerenti ta' żoni ta' rkupru tal-istokkijiet tal-ħut.

Emenda  104

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-miżuri tekniċi jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

Il-miżuri tekniċi jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

(a) id-daqsijiet tal-malji u regoli dwar l-użu tal-irkapti tas-sajd;

(a) definizzjonijiet tal-karatteristiċi tal-irkapti tas-sajd u regoli dwar l-użu tagħhom;

(b) restrizzjonijiet fuq il-kostruzzjoni tal-irkaptu tas-sajd, li jinkludu

(b) speċifikazzjonijiet dwar il-kostruzzjoni tal-irkaptu tas-sajd, li jinkludu:

i) modifiki jew apparat addizzjonali sabiex itejbu s-selettività jew inaqqsu l-impatt fuq iż-żona bentika;

(i) modifiki jew apparat addizzjonali sabiex itejbu s-selettività jew jimminimizzaw l-impatt negattiv minn fuq l-ekosistema;

ii) modifiki jew apparat addizzjonali sabiex inaqqsu l-qbid aċċidentali ta' speċijiet fil-periklu, mhedda u protetti;

(ii) modifiki jew apparat addizzjonali sabiex inaqqsu l-qbid aċċidentali ta' speċijiet li jinsabu fil-periklu, mhedda u protetti, kif ukoll qabdiet oħra mhux mixtieqa;

(c) projbizzjonijiet tal-użu ta' ċerti rkapti tas-sajd f'ċerti żoni jew staġuni;

(c) projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-użu ta' ċerti rkapti tas-sajd jew tagħmir tekniku ieħor;

(d) projbizzjoni jew restrizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd f'ċerti żoni u/jew perjodi;

(d) projbizzjoniijiet jew restrizzjoni fuq l-attivitajiet tas-sajd f'ċerti żoni jew perjodi;

(e) rekwiżiti għall-bastimenti tas-sajd biex jieqfu joperaw f'żona għal perjodu minimu definit sabiex tiġi protetta aggregazzjoni temporanja ta' riżorsa tal-baħar vulnerabbli;

(e) rekwiżiti għall-bastimenti tas-sajd biex jieqfu joperaw f'żona definita għal perjodu minimu definit sabiex jiġu protetti l-ħabitats essenzjali tal-ħut, l-aggregazzjonijiet temporanji ta' riżors tal-baħar vulnerabbli, l-ispeċijiet fil-periklu, ħut li jkun qed iferragħ jew ħut li jkun għadu żgħir;

(f) miżuri speċifiċi sabiex inaqqsu l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistemi tal-baħar u speċijiet mhux fil-mira;

(f) miżuri speċifiċi sabiex jimminimizzaw l-impatt negattiv tal-attivitajiet tas-sajd fuq il-bijodiversità tal-baħar u l-ekosistemi tal-baħar, inklużi miżuri biex jiġi evitat, jitnaqqas u, kemm jista' jkun, jiġu eliminati l-qabdiet mhux mixtieqa;

(g) miżuri tekniċi oħra mmirati sabiex jipproteġu l-bijodiversità tal-baħar.

 

Emenda  105

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għandhom jiġu stabbiliti bħala prijorità pjanijiet multiannwali li jipprovdu għal miżuri ta' konservazzjoni sabiex l-istokkijiet tal-ħut jinżammu jew jitreġġgħu lura fuq livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli.

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom, bħala prijorità u sa mhux aktar tard minn ...*, jistabbilixxu pjanijiet multiannwali li jsegwu l-parir xjentifiku mill-STECF u mill-ICES u li jinkludu miżuri ta' konservazzjoni sabiex l-istokkijiet tal-ħut jinżammu jew jitreġġgħu lura fuq livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli skont l-Artikolu 2(2). Il-pjanijiet multiannwali għandhom jippermettu wkoll li jintlaħqu objettivi oħra spjegati fl-Artikoli 2 u 3 ta' dan ir-Regolament.

2. Il-pjanijiet multiannwali għandhom jipprovdu għal:

2. Il-pjanijiet multiannwali għandhom jipprovdu għal:

(a) il-bażi sabiex jiġu stabbiliti opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet tal-ħut ikkonċernati fuq il-bażi ta' punti ta' referenza definiti minn qabel dwar il-konservazzjoni; kif ukoll

(a) il-bażi sabiex jiġu stabbiliti opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet tal-ħut ikkonċernati fuq il-bażi ta' punti ta' referenza definiti minn qabel dwar il-konservazzjoni u/jew punti ta' referenza dwar il-limitu konsistenti mal-objettivi stipulati fl-Artikolu 2 u li jirrispettaw il-parir xjentifiku,

(b) miżuri li kapaċi jimpedixxu b'mod effettiv il-ksur tal-punti ta' referenza dwar il-konservazzjoni.

(b) miżuri li kapaċi jimpedixxu b'mod effettiv il-ksur tal-punti ta' referenza dwar il-limitu u li jimmiraw li jilħqu l-punti ta' referenza dwar il-konservazzjoni,

3. Il-pjanijiet multiannwali għandhom, fejn possibbli, ikopru jew sajd li jisfrutta stokkijiet waħdiena ta' ħut jew sajd li jisfrutta taħlita ta' stokkijiet, filwaqt li jqisu l-interazzjonijiet bejn l-istokkijiet u s-sajd.

3. Il-pjanijiet multiannwali għandhom ikopru, fejn possibbli, jew sajd li jisfrutta stokkijiet waħdiena ta' ħut jew sajd li jisfrutta taħlita ta' stokkijiet, filwaqt li jqisu l-interazzjonijiet bejn l-istokkijiet, is-sajd u l-ekosistemi tal-baħar.

4. Il-pjanijiet multiannwali għandhom ikunu bbażati fuq l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd u għandhom iqisu l-limitazzjonijiet tad-dejta disponibbli u l-metodi ta' valutazzjoni u s-sorsi kwantifikati kollha tal-inċertezza b'mod xjentifikament validu.

4. Il-pjanijiet multiannwali għandhom ikunu bbażati fuq l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd u għandhom iqisu l-limitazzjonijiet tad-data disponibbli u l-metodi ta' valutazzjoni, inklużi valutazzjonijiet tal-istokkijiet li m'għandhomx biżżejjed data u s-sorsi kwantifikati kollha tal-inċertezza b'mod xjentifikament validu.

 

___________________

 

* ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data, erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda  106

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-pjanijiet multiannwali għandhom jipprovdu għal addattamenti tar-rata ta' mortalità mis-sajd, li tirriżulta f'rata ta' mortalità mis-sajd li treġġa' lura u żżomm il-livelli tal-istokkijiet 'il fuq minn livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli sal-2015.

1. Il-pjanijiet multiannwali jipprovdu għal adattament tar-rati ta’ mortalità mis-sajd, ħalli, sal-2015, ir-rati tal-mortalità mis-sajd jiġu stabbiliti f'livelli li għandhom jippermettu li l-istokkijiet tal-ħut jirkupraw, sa mhux iktar tard mill-2020, 'il fuq minn livelli li huma kapaċi jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli u li jippermettu li l-istokkijiet kollha rkuprati jinżammu f'dawn il-livelli.

2. F'każijiet fejn ma jkunx possibbli li tiġi stabbilita rata ta' mortalità mis-sajd li treġġa' lura u żżomm l-istokkijiet 'il fuq minn livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli, il-pjanijiet multiannwali għandhom jipprovdu għal miżuri prekawzjonarji li jiżguraw livell komparabbli ta' konservazzjoni tal-istokkijiet rilevanti.

2. F'każijiet fejn ma jkunx possibbli li tiġi stabbilita mortalità mis-sajd, kif stabbilita fil-paragrafu 1, il-pjanijiet multiannwali għandhom japplikaw l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd u għandhom jispjegaw standards u miżuri sostituti li jiżguraw mill-inqas livell komparabbli ta' konservazzjoni tal-istokkijiet rilevanti.

 

2a. Bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, il-miżuri li għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet multiannwali, u l-kalendarju tal-implimentazzjoni tagħhom, għandhom ikunu proporzjonati mal-objettivi u l-miri segwiti u l-qafas ta' żmien ikkunsidrat. Qabel ma l-miżuri jiġu inklużi fil-pjanijiet multiannwali għandu jitqies l-impatt ekonomiku u soċjali li probabbilment ikollhom u, ħlief f'każijiet urġenti, għandhom jiġu implimentati gradwalment.

Emenda  107

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 10 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Il-pjanijiet multiannwali jista' jkun fihom dispożizzjonijiet li jindirizzaw il-problemi speċifiċi tas-sajd imħallat b'rabta maż-żamma u l-irkupru tal-istokkijiet 'il fuq mil-livelli li kapaċi jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli, fejn il-parir xjentifiku jindika li ż-żidiet fis-selettività biex jiġi evitat il-fenomenu tal-“ispeċijiet choke” ma jistgħux jinkisbu.

Emenda  108

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Pjan multiannwali għandu jinkludi:

1. Pjan multiannwali għandu jinkludi:

(a) l-ambitu, f'termini tal-istokkijiet, is-sajd u l-ekosistema tal-baħar li għalihom għandu jiġi applikat il-pjan multiannwali;

(a) l-ambitu, f'termini taż-żona ġeografika, tal-istokkijiet, it-tipi ta’ sajd u l-ekosistemi tal-baħar li għalihom għandu jiġi applikat il-pjan multiannwali;

(b) għanijiet li huma konsistenti mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3;

(b) objettivi li huma konsistenti ma’ objettivi stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 u mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli -7a, 9 u 10.

 

(ba) valutazzjoni tal-kapaċità tal-flotta u, fejn ma hemm l-ebda bilanċ effettiv bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli, pjan għat-tnaqqis tal-kapaċità inkluża skeda ta' żmien u l-passi speċifiċi li għandhom jittieħdu minn kull Stat Membru kkonċernat li għandu jwassal għall-allinjament ta’ tali kapaċità tas-sajd mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fi żmien skeda ta’ żmien vinkolanti; mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 34, tali valutazzjoni għandha tinkludi wkoll valutazzjoni tad-dimensjoni soċjoekonomika tal-flotta li tkun qed tiġi investigata;

 

(bb) valutazzjoni tal-impatt soċjoekonomiku tal-miżuri meħuda fil-pjan multiannwali;

(c) miri kwantifikabbli espressi f’termini ta’:

(c) miri kwantifikabbli espressi f’termini ta’:

i) ir-rati ta' mortalità mis-sajd, u/jew

(i) ir-rati ta' mortalità mis-sajd, u/jew

ii) il-bijomassa ta' stokk riproduttiv, u

(ii) il-bijomassa ta' stokk riproduttiv, u

 

(iia)

il-perċentwali massimi ta' qabdiet mhux mixtieqa u mhux awtorizzati

 

(iib)

il-bidliet annwali massimi fl-opportunitajiet tas-sajd

iii) l-istabbiltà tal-qabdiet.

 

(d) skedi ta' żmien ċari biex jintlaħqu l-miri kwantifikabbli;

(d) skedi ta' żmien ċari biex jintlaħqu l-miri kwantifikabbli kollha;

(e) miżuri tekniċi fosthom miżuri rigward l-eliminazzjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa;

(e) miżuri ta' konservazzjoni u tekniċi li għandhom jittieħdu bil-ħsieb li jintlaħqu l-miri spjegati fl-Artikolu 15 u miżuri mfassla biex jiġu evitati u kemm jista' jkun eliminati l-qabdiet mhux mixtieqa;

(f) indikaturi kwantifikabbli għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni perjodiċi tal-progress fir-rigward tal-kisba tal-miri tal-pjan multiannwali;

(f) indikaturi kwantifikabbli għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni perjodiċi tal-progress fir-rigward tal-ilħuq tal-miri tal-pjan multiannwali u tal-impatt soċjoekonomiku tiegħu;

(g) mi¿uri u għanijiet speċifiċi għall-parti tal-ilma ħelu taċ-ċiklu tal-ħajja ta' speċijiet anadromi u katadromi;

(g) miżuri u objettivi speċifiċi għall-parti tal-ilma ħelu taċ-ċiklu tal-ħajja ta' speċijiet anadromi u katadromi, meta xieraq;

(h) tnaqqis tal-impatti tas-sajd fuq l-ekosistema;

(h) miżuri għat-tnaqqis tal-impatt tas-sajd fuq l-ekosistema;

(i) salvagwardji u kriterji li jattivaw dawk is-salvagwardji;

(i) salvagwardji u kriterji li jattivaw dawk is-salvagwardji;

 

(ia) miżuri għall-iżgurar tal-osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-pjan multiannwali;

(j) kull miżura oħra xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjanijiet multiannwali.

(j) kull miżura oħra adattata u proporzjonata sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-pjanijiet multiannwali.

 

1a. Il-pjanijiet multiannwali għandhom jipprovd li r-rieżami perjodiku tagħhom jivvaluta l-progress li jkun sar lejn l-ilħuq tal-objettivi tagħhom. B’mod partikolari, tali rieżamijiet perjodiċi għandhom iqisu elementi ġodda, bħalma huma t-tibdiliet li jkun hemm fil-parir xjentifiku bil-għan li jkunu jistgħu jsiru kwalunkwe aġġustamenti intermedjarji.

Emenda  109

Proposta għal regolament

Parti III – artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Konformità mal-obbligi skont il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni

Konformità mal-obbligi skont il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni fir-rigward taż-żoni protetti

1. F’żoni speċjali ta' konservazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE, tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KE u tal-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2008/56/KE, l-attivitajiet tas-sajd għandhom jitwettqu mill-Istati Membri b'tali mod li jtaffu l-impatt mill-attivitajiet tas-sajd f'żoni speċjali ta' konservazzjoni bħal dawn.

1. Il-Politika Komuni tas-Sajd u l-miżuri sussegwenti kollha adottati mill-Istati Membri dwar żoni speċjali ta’ konservazzjoni għandhom jikkonformaw għalkollox mad-Direttiva 92/43/KEE, mad-Direttiva 2009/147/KE u mad- Direttiva 2008/56/KE. Fejn Stat Membru jkun għażel iż-żoni msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE, fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KE u fl-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2008/56/KE, huwa għandu, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, mal-Kunsilli Konsultattivi u partijiet interessati rilevanti oħra, jirregola l-attivitajiet tas-sajd b'tali mod li jkun jikkonforma għalkollox mal-objettivi ta' dawk id-Direttivi. .

Emenda  110

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jingħataw is-setgħa li jadottaw il-miżuri applikabbli għall-ilmijiet li jinsabu taħt is-sovranità u l-ġurisdizzjoni tagħhom li huma meħtieġa għal konformità mal-obbligi tagħhom skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar il-ħarsien tal-ambjent tal-baħar. Tali miżuri għandhom ikunu kompatibbli mal-objettivi stipulati fl-Artikolu 2 u m’għandhomx ikunu inqas stretti mil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-artikolu għandu l-għan li jkopri dak li hu meħtieġ għall-PKS biex tkun żgurata koerenza mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE b’mod komprensiv. L-artikolu joffri żewġ għażliet għas-sitwazzjoni speċjali fejn l-Istati Membri jkollhom aċċess għall-ilmijiet territorjali ta’ Stat Membru ieħor u għandu l-għan li jibbilanċja kwalunkwe konsegwenzi negattivi li jirriżultaw għas-sajjieda.

Emenda  111

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 12 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. L-Istati Membri li jkollhom interess dirett tas-sajd fiż-żoni li se jiġu affetwati mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkooperaw ma' xulxin skont l-Artikolu 21(1a). Kwalunkwe tali Stat Membru jista’ jitlob li l-Kummissjoni tadotta l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.

Emenda  112

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 12 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c. Meta tkun qed taġixxi fuq it-talba msemmija fil-paragrafu 1b, il-Kummissjoni għandha tirċievi mingħand l-Istat Membru jew l-Istati Membri li jkunu qed jagħmlu t-talba l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-miżuri mitluba, inklużi r-raġunijiet ġustifikattivi li fuqhom tkun ibbażata t-talba, id-data xjentifika u d-dettalji li jirrigwardaw l-implimentazzjoni prattika tal-miżuri. Hi u tadotta l-miżuri, il-Kummissjoni għandha tqis kull parir xjentifiku rilevanti li jkollha għad-disponibilità tagħha.

Emenda  113

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 12 – paragrafu 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1d. L-Unjoni għandha tieħu miżuri biex tnaqqas il-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi negattivi possibbli tal-adozzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.

Emenda  114

Proposta għal regolament

Parti III – artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni se jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55, biex tispeċifika miżuri relatati mas-sajd biex itaffu l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd f’żoni speċjali ta’ konservazzjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-miżuri li hemm referenza għalihom f’dan il-paragrafu jirrikjedu li titfassal leġiżlazzjoni nazzjonali, li jfisser li atti delagati m’għandhomx japplikaw.

Emenda  115

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fuq il-bażi ta' evidenza ta' theddida serja għall-konservazzjoni ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, jew għall-ekosistema tal-baħar u li tkun teħtieġ azzjoni immedjata, il-Kummissjoni, fuq talba raġunata ta' xi Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi miżuri temporanji sabiex ittaffi t-theddida.

1. Meta jkun hemm evidenza, fuq il-bażi ta' data xjentifika affidabbli, ta' theddida serja għall-konservazzjoni ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, jew għall-ekosistema tal-baħar li tkun teħtieġ azzjoni immedjata, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 55, sabiex ittaffi t-theddida.

 

Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati biss meta jirrikjedu hekk raġunijiet imperattivi ta' urġenza u għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 55a.

2. L-Istat Membru għandu jikkomunika b'mod simultanju t-talba raġunata msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kunsilli Konsultattivi kkonċernati.

 

Emenda  116

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13a

 

Miżuri ta' emerġenza tal-Istati Membri

 

1. Jekk ikun jidher li teżisti xi theddida serja u li ma kenitx prevista qabel għall-konservazzjoni tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin, jew għall-ekosistema tal-baħar b'riżultat ta' attivitajiet tas-sajd, f'ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru u li kwalunkwe dewmien żejjed ikun jirriżulta fi ħsara li tkun diffiċli biex tissewwa, dak l-Istat Membru jista' jieħu miżuri ta' emerġenza li m'għandhomx idumu għal aktar minn tliet xhur.

 

2. Stati Membri li jkunu bi ħsiebhom jieħdu miżuri ta' emerġenza għandhom, qabel jadottawhom, jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali konċernati billi jibagħtu abbozz ta' dawk il-miżuri, flimkien ma' memorandum ta' spjegazzjoni.

 

3. L-Istati Membri u l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali kkonċernati jistgħu jressqu l-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tan-notifika. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jikkonfermaw, jikkanċellaw jew jemendaw il-miżura. Dawk l-atti implimentattivi għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

 

Għal raġunijiet imperattivi dovutament ġustifikati ta' urġenza relatati ma' theddida serja u imprevedibbli għall-konservazzjoni ta' riżorsi akkwatiċi ħajjin jew għall-ekosistema tal-baħar li tirriżulta minn attivitajiet tas-sajd, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 56(3).

 

 

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li l-Artikolu 13(1) jipprovdi lill-Kummissjoni bis-setgħat, dan l-Artikolu jipprovdi lill-Istati Membri b'tali setgħat biex jieħdu azzjoni ta' emerġenza. It-test jerġa' jistabbilixxi l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-PKS preċedenti, emendat bi ftit skont ir-rakkomandazzjonijiet tas-servizz legali tal-Parlament.

Emenda  117

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

Għandhom jiġu stabbiliti oqsfa ta’ miżuri tekniċi sabiex jiżguraw il-protezzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u t-tnaqqis tal-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-istokkijiet tal-ħut u fuq l-ekosistemi tal-baħar. Il-miżuri tekniċi għandhom:

Għandhom jiġu stabbiliti oqsfa ta’ miżuri tekniċi sabiex jiżguraw il-protezzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u t-tnaqqis tal-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-istokkijiet tal-ħut u fuq speċijiet oħra. Il-miżuri tekniċi għandhom:

(a) jikkontribwixxu sabiex l-istokkijiet tal-ħut jinżammu jew jitreġġgħu lura 'l fuq minn livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli permezz ta' titjib fl-għażla tad-daqs u fejn ikun xieraq, fl-għażla tal-ispeċi;

(a) jikkontribwixxu sabiex l-istokkijiet tal-ħut jinżammu jew jitreġġgħu lura għal li kienu 'l fuq mil-livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli skont l-Artikolu 2(2), permezz ta' titjibiet fl-għażla skont l-ispeċi u d-daqs;

(b) inaqqsu l-qbid ta' individwi ta' daqs iżgħar milli suppost mill-istokkijiet tal-ħut;

(b) jevitaw, jimminimizzaw u, sa fejn ikun possibbli, jeliminaw il-qabdiet ta' individwi ta' daqs iżgħar milli suppost mill-istokkijiet tal-ħut;

(c) inaqqsu l-qbid ta' organiżmi tal-baħar mhux mixtieqa;

(c) jevitaw, jimminimizzaw u, sa fejn ikun possibbli, jeliminaw il-qabdiet ta' organiżmi tal-baħar u għasafar tal-baħar mhux mixtieqa;

(d) itaffu l-impatt tal-irkaptu tas-sajd fuq l-ekosistema u l-ambjent, b'attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' stokkijiet u ħabitats bijoloġikament sensittivi.

(d) jimminimizzaw l-impatt tal-irkaptu tas-sajd fuq l-ekosistema u l-ambjent tal-baħar, b'attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' stokkijiet u ħabitats bijoloġikament sensittivi.

Emenda  118

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Evitar u minimizzazzjoni ta' qabdiet mhux mixtieqa

 

1. Qabel l-introduzzjoni tal-obbligu li jinħattu l-art il-qabdiet kollha fl-attività tas-sajd rispettiva bi qbil mal-Artikolu 15, l-Istati Membri għandhom, fejn ikun meħtieġ, imexxu proġetti pilota, fuq il-bażi tal-aħjar parir xjentifiku u b'kunsiderazzjoni tal-opinjonijiet tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali kompetenti, bil-ħsieb li jesploraw għalkollox il-metodi prattikabbli kollha għall-evitar, il-minimizzazzjoni u l-eliminazzjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa f'attività tas-sajd. Dawn il-proġetti pilota għandhom, fejn jixraq, jitmexxew mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Ir-riżultati ta’ dawk il-proġetti pilota għandhom jiġu riflessi fil-pjan ta' ġestjoni fit-tul għal kull tip ta’ sajd fil-forma ta’ inċentivi addizzjonali għall-użu tal-irkaptu tas-sajd u tal-metodi tas-sajd l-aktar selettivi disponibbli. L-Istati Membri għandhom jipproduċu wkoll "atlas tar-rimi” li juri l-livell ta' rimi f'kull waħda mill-attivitajiet tas-sajd koperti mill-Artikolu 15(1). Dak l-atlas għandu jkun ibbażat fuq data oġġettiva u rappreżentattiva.

 

2. L-Unjoni għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' proġetti pilota introdotti f'konformità mal-paragrafu 1, kif ukoll għall-użu ta' rkapti tas-sajd selettivi sabiex jitnaqqsu l-qabdiet mhux mixtieqa u mhux awtorizzati. Meta jkunu qed jiġu adottati miżuri ta' appoġġ finanzjarju, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali lis-sajjieda li huma soġġetti għall-obbligu li jħottu l-art il-qabdiet kollha u li joperaw f'kuntest ta' sajd imħallat.

Emenda  119

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Obbligu tal-ħatt l-art tal-qabdiet kollha

Obbligu tal-ħatt l-art u r-reġistrazzjoni tal-qabdiet kollha ta' speċijiet maqbuda jew regolati

1. Il-qabdiet kollha tal-istokkijiet tal-ħut li ġejjin suġġetti għal limiti ta' qbid, li jinqabdu waqt attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni, għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd u jiġu rreġistrati u jinħattu l-art, ħlief meta jintużaw bħala lixka ħajja, skont l-iskeda ta’ żmien li ġejja:

1. Il-qabdiet kollha ta’ speċijiet maqbuda u regolati li jinqabdu fit-tipi ta’ sajd li ġejjin waqt attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni, għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd u jiġu rreġistrati u jinħattu l-art, skont l-iskeda ta’ żmien li ġejja:

(a) Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2014:

(a) Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2014:

– kavall, aringa, sawrell, stokkafixx, pixxitrumbetta, inċova, arġentin, sardinella, capelin;

sajd pelaġiku żgħir jiġifieri sajd għal kavall, aringa, sawrell, stokkafixx, pixxitrumbetta, inċova, arġentin, sardin, laċċa kaħla;

– tonn, pixxispad, alonga, tonn għajnu kbira, kastardell ieħor.

sajd pelaġiku kbir jiġifieri sajd għal tonn, pixxispad, alonga, tonn għajnu kbira, kastardell ieħor;

 

– sajd għal skopijiet industrijali, inter alia sajd għal capelin, ċiċċirell u Norway pout;

 

– salamun fil-Baħar Baltiku.

(b) Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2015: merluzz, marlozz, lingwata;

(b) Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2016:

 

– is-sajd li ġej fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Atlantiku tat-Tramuntana:

 

Il-Baħar tat-Tramuntana

 

– sajd għal merluzz, haddock, merlangu, pollakkju;

 

– sajd għal ksampu;

 

– sajd għal lingwata komuni u barbun tat-tbajja’;

 

– sajd għal marlozz;

 

– sajd għal gambli tat-Tramuntana;

 

– sajd ieħor li għad irid jiġi analizzat aktar;

 

– sajd fil-Baħar Baltiku ħlief għas-salamun;

 

L-ilmijiet tal-Majjistral

 

– sajd għal merluzz, haddock, merlangu, pollakkju;

 

– sajd għal ksampu;

 

– sajd għal lingwata komuni u barbun tat-tbajja’;

 

– sajd għal marlozz;

 

– sajd ieħor li għad irid jiġi analizzat aktar;

 

L-ilmijiet tal-Lbiċ

 

– sajd għal merluzz, haddock, merlangu, pollakkju;

 

– sajd għal ksampu;

 

– sajd għal lingwata komuni u barbun tat-tbajja’;

 

– sajd għal marlozz;

 

– sajd ieħor li għad irid jiġi analizzat aktar

(c) Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2016: haddock, merlangu, megrim, petriċi, barbun tat-tbajja’, mova, pollakju (saithe), pollakkju, lemon sole, barbun imperjali, barbun lixx, linarda, ċinturin iswed, roundnose grenadier, orange roughy, ħalibatt tal-Groenlandja, tusk, redfish u stokkijiet demersali tal-Mediterran.

(c) Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2017:

 

– attivitajiet ta' sajd mhux koperti mill-paragrafu 1(a) fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet mhux tal-Unjoni.

 

1a. Malli l-obbligu tal-ħatt l-art tal-qabdiet kollha jiġi introdott f'attività tas-sajd, il-qabdiet kollha ta’ dawk l-ispeċijiet soġġetti għal dak l-obbligu għandhom jiġu reġistrati u għandhom, fejn ikun applikabbli, jitnaqqsu mill-kwota tas-sajjieda, tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew tal-grupp ta’ ġestjoni kollettiva kkonċernati, bl-eċċezzjoni tal-ispeċijiet li jistgħu jiġu rilaxxati għal ġol-baħar skont il-paragrafu 1b;

 

1b. L-ispeċijiet li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-obbligu ta’ ħatt l-art stipulat fil-paragrafu 1:

 

– speċijiet maqbuda biex jintużaw bħala lixka ħajja;

 

– speċijiet li l-informazzjoni xjentifika disponibbli dwarhom turi li għandhom rata għolja ta’ sopravivenza meta jinqabdu, b'kunsiderazzjoni tat-tip ta’ rkaptu tas-sajd, il-prattiki tas-sajd u ċ-ċirkostanzi fiż-żona tas-sajd;

 

1c. Għall-iskop ta’ simplifikazzjoni u armonizzazzjoni tal-implimentazzjoni tal-obbligu li l-qabdiet kollha jitħattu l-art u biex jiġu evitati interruzzjonijiet mhux xierqa fiż-żoni tas-sajd fil-mira u biex jonqos l-ammont ta’ qabdiet mhux mixtieqa, il-pjanijiet multiannwali msemmija fl-Artikolu 9 jew regolamenti speċifiċi tal-Unjoni dwar l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art jew atti leġiżlattivi oħra adottati mill-Unjoni, meta jkun xieraq, għandhom jistipulaw:

 

(a) lista ta’ speċijiet li mhumiex fil-mira li b’mod naturali mhumiex abbundanti li jistgħu jingħaddu mal-kwota tal-ispeċijiet fil-mira ta’ dik l-attività tas-sajd fejn:

 

– il-kwota annwali nazzjonali għal din l-ispeċi li mhix fil-mira tkun intużat kollha;

 

– il-qabdiet akkumulati tal-ispeċi li mhix fil-mira ma jaqbżux sehem ta’ 3 % tal-qabda ġenerali tal-ispeċi fil-mira; kif ukoll

 

– l-istokk tal-ispeċi li mhix fil-mira hu ta’ daqs bijoloġikament sikur;

 

(b) dispożizzjonijiet għal eżenzjonijiet de-minimis mill-obbligu tal-ħatt l-art tal-qabdiet kollha - li jistgħu jippermettu lis-sajjieda jarmu sa 5% tal-qabda annwali ġenerali tagħhom filwaqt li jiġi żgurat li r-rimi akkumulat ta’ kull stokk ma jaqbiżx il-5% tal-qabda annwali totali tal-UE ta’ dan l-istokk, bil-kundizzjoni li tali eżenzjonijiet jipprevjenu l-ispejjeż sproporzjonati tat-trattament tal-qabdiet mhux mixtieqa u jingħataw biss fejn l-evidenza xjentifika tindika li ż-żidiet fis-selettività jkunu diffiċli ħafna biex jintlaħqu;

 

(c) regoli dwar inċentivi biex jiġi pprevenut il-qbid ta’ ħut li għadu qed jikber, inklużi partijiet akbar tal-kwoti li jkollhom jitnaqqsu mill-kwota ta’ sajjied f’każ ta’ qbid ta’ ħut li għadu qed jikber;

2. Għandhom jiġu stabbiliti daqsijiet ta' referenza minimi għall-konservazzjoni li jkunu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli għall-istokkijiet tal-ħut stipulati fil-paragrafu 1. Il-bejgħ ta' tali stokkijiet ta' ħut taħt id-daqs ta' referenza minimu għall-konservazzjoni għandu jiġi limitat għal tnaqqis għall-ikel tal-ħut jew ikel tal-annimali domestiċi biss.

2. Fuq il-bażi tal-aħjar parir xjentifiku eżatt u aġġornat disponibbli u, meta jkun neċessarju sabiex jiġi protett il-ħut li għadu qed jikber billi jiġi skoraġġut is-sajd deliberat għalih, għandhom jiġu stabbiliti daqsijiet ta' referenza minimi għall-konservazzjoni, li jkunu jirriflettu l-età u d-daqs għall-ewwel riproduzzjoni, għall-istokkijiet tal-ħut li huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art tal-qabdiet kollha stipulat fil-paragrafu 1. Il-qabdiet ta' tali stokkijiet ta' ħut taħt id-daqs ta' referenza minimu għall-konservazzjoni għandu jiġi limitat għal użi barra dawk għall-konsum tal-bniedem bħalma hu l-ikel tal-ħut, żejt tal-ħut, ikel tal-annimali ta’ kumpanija jew lixka. L-Istat Membru kkonċernat jista’ wkoll jippermetti li tali ħut jingħata b’donazzjoni għal finijiet ta’ għajnuna jew karità.

3. L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għal qabdiet ta’ ħut maqbud f’kwantitajiet akbar mill-opportunitajiet tas-sajd fissi għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 27 ta’ [ir-Regolament dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura].

3. Għall-istokkijiet soġġetti għal obbligu ta' ħatt l-art, l-Istati Membri jistgħu jużaw marġini ta’ flessibilità ta' minn sena għal sena ta' sa 5 % mill-kwantità tal-ħatt l-art permess tagħhom, bla preġudizzju għal rati ogħla ta' flessibilità stabbiliti f’leġiżlazzjoni speċifika. L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u r-regoli tal-kummerċjalizzazzjoni għal qabdiet ta’ ħut maqbud f’kwantitajiet akbar mill-opportunitajiet tas-sajd fissi jistgħu jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 39 ta’ [ir-Regolament dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura].

 

3a. Id-dħul kollu kemm hu mill-bejgħ tal-qabdiet kollha li jinħattu l-art skont il- paragrafu 1 għandu jitpoġġa f’fond ġestit mill-Istat Membru fejn isir il-ħatt l-art tal-qabdiet u għandu jintuża għall-kontroll u l-monitoraġġ u l-ġbir ta’ data xjentifika u relatata mas-sajd.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tagħhom ikunu mgħammra sabiex jiżguraw dokumentazzjoni sħiħa tal-attivitajiet kollha tas-sajd u tal-ipproċessar bl-għan li tiġi mmonitorjata l-konformità mal-obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tagħhom ikunu mgħammra sabiex jiżguraw dokumentazzjoni sħiħa tal-attivitajiet kollha tas-sajd u tal-ipproċessar bl-għan li tiġi mmonitorjata l-konformità mal-obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha. Meta qed jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-effiċjenza u l-proporzjonalità.

5. Il-paragrafu 1 għandu jkun bla preġudizzju għall-obbligi internazzjonali.

5. Il-paragrafu 1 għandu jkun bla preġudizzju għall-obbligi internazzjonali.

6. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tispeċifika l-miżuri stipulati fil-paragrafu 1 bl-għan li jkun hemm konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

6. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 li jistipulaw il-miżuri spjegati fil-paragrafu 1 bl-għan li jkun hemm konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

Emenda  120

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istati Membri għandhom jiżguraw lil kull Stat Membru stabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd għal kull stokk ta' ħut jew sajd. Għandhom jitqiesu l-interessi ta’ kull Stat Membru meta jiġu allokati l-opportunitajiet tas-sajd il-ġodda.

1. Fl-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, il-Kunsill għandu jaġixxi f'konformità mal-Artikoli 2, 9, 10 u 11 ta' dan ir-Regolament, japplika perspettiva fit-tul u jsegwi l-aħjar parir xjentifiku disponibbli. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri b’tali mod li, għal kull wieħed minnhom, tiġi żgurata l-istabilità relattiva tal-attivitajiet tas-sajd għal kull stokk jew tip ta' sajd. Għandhom jitqiesu l-interessi ta’ kull Stat Membru meta jiġu allokati l-opportunitajiet tas-sajd il-ġodda.

 

Il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-pajjiżi terzi fl-ilmijiet tal-Unjoni u għandu jalloka dawk l-opportunitajiet lil dawn il-pajjiżi terzi.

 

L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd lil Stat Membru jew pajjiż terz għandha tkun bil-kundizzjoni li dawn josservaw ir-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

2. L-opportunitajiet tas-sajd tal-qabdiet inċidentali jistgħu jiġu rriservati taħt it-total tal-opportunitajiet tas-sajd.

2. L-opportunitajiet tas-sajd tal-qabdiet inċidentali jistgħu jiġu rriservati taħt it-total tal-opportunitajiet tas-sajd.

3. L-opportunitajiet ta' sajd għandhom ikunu konformi mal-miri kwantifikabbli, l-iskedi taż-żmien u l-marġini stabbiliti skont l-Artikolu 9(2) u 11(b), (c) u (h)

3. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom ikunu konformi mal-miri kwantifikabbli tal-qabdiet, l-iskedi taż-żmien u l-marġini stabbiliti fil-pjanijiet multiannwali skont l-Artikolu 9(2) u 11(b), (c) u (h) Jekk ma jkun ġie adottat l-ebda pjan multiannwali korrispondenti għal stokk ta’ ħut użat kummerċjalment, il-Kunsill għandu jiżgura li, sal-2015, il-qabdiet totali permissibbli jkunu ġew stabbiliti f’livelli li għandhom jippermettu li l-istokkijiet tal-ħut jirkupraw, mhux iktar tard mill-2020, 'il fuq mil-livelli li jkunu kapaċi jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli u jippermettu li l-istokkijiet kollha rkuprati jinżammu f'dawn il-livelli.

 

3a. Meta jkunu qed jittieħdu deċiżjonijiet mill-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-opportunitajiet tas-sajd, għandhom ikunu preżenti delegazzjonijiet mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsilli Konsultattivi.

 

3b. Meta, għal stokkijiet partikolari, ma jkunx possibbli, minħabba nuqqas ta’ data, li jiġu determinati rati ta’ sfruttament li jkunu konsistenti mar-rendiment massimu sostenibbli:

 

(i) għandu jiġi applikat l-approċċ ta’ prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd;

 

(ii) għandhom jiġu adottati standards sostituti abbażi tal-metodoloġiji stipulati fil-punti 3.1 u 3.2 tal-Parti B tal-Anness tad-Deċiżjoni 2010/477/UE, u l-mortalità mis-sajd għandha tkompli titnaqqas aktar f'konformità mal-prinċipju tal-prekawzjoni jew, f’każijiet fejn ikun hemm indikazzjonijiet li l-istatus tal-istokkijiet hu sodisfaċenti, abbażi ta’ xejriet stabbli;

 

(iii)

il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jevalwaw l-ostakoli għar-riċerka u għall-akkwist tal-għarfien u għandhom jieħdu passi biex mingħajr dewmien tiġi pprovduta data addizzjonali dwar l-istokkijiet u dwar l-ekosistemi.

 

3c. Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi, għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, dwar il-metodu ta’ allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd assenjati lil dak l-Istat Membru skont il-liġi tal-Unjoni. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dak il-metodu ta' allokazzjoni.

4. L-Istati Membri jistgħu, wara li jinnotifikaw lill-Kummissjoni, iwettqu skambju ta’ parti mill-opportunitajiet tas-sajd jew l-opportunitajiet kollha ta' sajd allokati lilhom.

4. L-Istati Membri jistgħu, wara li jinnotifikaw lill-Kummissjoni, iwettqu skambju ta’ parti mill-opportunitajiet tas-sajd jew l-opportunitajiet kollha ta' sajd allokati lilhom.

 

4a. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali li jivvaluta jekk l-opportunitajiet tas-sajd attwali humiex qed ikunu effikaċi biex il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet maqbuda jiġu rkuprati u miżmuma f'livelli ogħla minn dawk li jistgħu jipproduċu l-mira stipulata fl-Artikolu 2(2).

 

____________________

 

1 ĠU L 232, 2.9.2010, p. 14.

Emenda  121

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fi pjan multiannwali stabbilit skont l-Artikoli 9, 10 u 11, l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati jadottaw miżuri, f'konformità ma' dak il-pjan multiannwali, li jispeċifikaw il-miżuri ta' konservazzjoni applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom fir-rigward ta' stokkijiet fl-ilmijiet tal-Unjoni li għalihom ġew allokali opportunitajiet tas-sajd.

1. Fi pjan multiannwali stabbilit skont l-Artikoli 9, 10 u 11, l-Istati Membri li jikkondividu l-attività ta' sajd ikkonċernat għandhom jiġu awtorizzati, wara l-proċeduri spjegati f’dan l-Artikolu, li jadottaw miżuri, f'konformità ma' dak il-pjan multiannwali, li jispeċifikaw il-miżuri ta' konservazzjoni applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom fir-rigward ta' stokkijiet fl-ilmijiet tal-Unjoni li għalihom ġew allokali opportunitajiet tas-sajd.

2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li miżuri ta’ konservazzjoni adottati skont il-paragrafu 1:

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li miżuri ta’ konservazzjoni adottati skont il-paragrafu 1:

(a) huma kompatibbli mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3;

(a) huma kompatibbli mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3, u mal-prinċipji tal-governanza tajba stipulati fl-Artikolu 4;

(b) huma kompatibbli mal-ambitu u l-għanijiet tal-pjan multiannwali;

(b) huma kompatibbli mal-ambitu u l-għanijiet tal-pjan multiannwali;

(c) jilħqu b'mod effettiv l-għanijiet u l-miri kwantifikabbli stabbiliti fi pjan multiannwali; kif ukoll

(c) jilħqu b'mod effettiv l-objettivi u l-miri kwantifikabbli stabbiliti fi pjan multiannwali sal-kalendarju speċifikat; kif ukoll

(d) mhumiex inqas stretti minn dawk li jeżistu fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(d) mhumiex inqas stretti minn dawk li jeżistu fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

 

2a. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin biex jiżguraw l-adozzjoni ta’ miżuri kompatibbli li jilħqu l-objettivi spjegati fil-pjanijiet multiannwali u għandom jikkoordinaw dawk il-miżuri bejniethom. Għal dan il-għan, l-Istati Membri, fejn ikun prattiku u xieraq, għandhom jużaw strutturi u mekkaniżmi istituzzjonali reġjonali eżistenti, inklużi dawk li jeżistu fil-qafas tal-Konvenzjonijiet tal-Ibħra Reġjonali li jkopru ż-żona jew l-attività tas-sajd rilevanti.

 

L-isforzi ta’ koordinazzjoni bejn l-Istati Membri li jikkondividu attività tas-sajd għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament taħt il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS), skont ir-Regolament (UE) Nru xx/2013 [dwar il- Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd].

 

2b. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw mal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti u l-ICES u/jew il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (l-STEFC) billi jibagħtulhom abbozz tal-miżuri li għandhom jiġu adottati, akkumpanjati minn memorandum ta’ spjegazzjoni. Tali abbozzi għandhom fl-istess ħin jiġu notifikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li jikkondividu l-attività tas-sajd. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jinvolvu f’din il-konsultazzjoni, fi stadju bikri u b’mod miftuħ u trasparenti, partijiet ikkonċernati rilevanti oħra tal-attività tas-sajd ikkonċernata, biex jiġu identifikati l-opinjonijiet u l-proposti tal-partijiet rilevanti kollha waqt it-tfassil tal-miżuri ppjanati.

 

L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-disponibilità tal-pubbliku sommarji tal-abbozz ta' miżuri ta' konservazzjoni li huma proposti għall-adozzjoni .

 

2c. L-Istati Membri għandhom iqisu kif jixraq l-opinjonijiet imressqa mill-Kunsilli Konsultattivi rilevanti, l-ICES u/jew l-STECF u, fejn il-miżuri finali adottati jiddevjaw minn dawn l-opinjonijiet, jipprovdu spjegazzjonijiet dettaljati ta’ għalfejn ikunu qed jiddevjaw.

 

2d. Meta l-Istati Membri jkunu jixtiequ jemendaw il-miżuri adottati, għandhom japplikaw ukoll il-paragrafi 2 sa 2c.

 

2e. Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida li jispjegaw id-dettalji tal-proċedura li għandha tiġi segwita għall-applikazzjoni tal-paragrafi 2a sa 2c, sabiex jiġi żgurat li l-miżuri adottati jkunu koerenti u kkoordinati fil-livell reġjonali u bi qbil mal-pjanijiet multiannwali stabbiliti. Dawk il-linji gwida jistgħu wkoll jidentifikaw jew jistabbilixxu oqfsa amministrattivi, bħal Gruppi ta' Ħidma Reġjonali dwar is-Sajd, bil-għan li jorganizzaw, fuq livell prattiku l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, partikolarment fid-dawl tal-promozzjoni u l-iffaċilitar tal-adozzjoni tal-miżuri minn kull wieħed mill-Istati Membri.

 

2f. L-Istati Membri li jikkondividu l-istess attività tas-sajd jistgħu jiftiehmu bejniethom u jikkooperaw biex jimplimentaw miżuri konġunti fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ ġestjoni fit-tul adottati qabel l-2014, f’konformità mal-proċedura spjegata fl-Artikolu 25.

 

2g. Għal sajd li jsir għalkollox fl-ilmijiet fl-ambitu tas-sovranità u tal-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru wieħed, l-Istat Membru kkonċernat għandu joħloq kumitat ta' koġestjoni wieħed jew iktar li jkun jinkludi l-partijiet interessati rilevanti kollha li għandhom jiġu kkonsultati dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati. Jekk l-Istat Membru jkollu l-intenzjoni li jiddevja b’xi mod mill-parir li jirċievi mingħand dak il-kumitat hu għandu jippubblika valutazzjoni li tkun tagħti fid-dettall ir-raġunijiet tiegħu għalfejn ikun qed jiddevja mill-parir.

Emenda  122

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri li jadottaw miżuri ta' konservazzjoni skont l-Artikolu 17(1) għandhom jinnotifikaw b'dawn il-miżuri lill-Kummissjoni, lil Stati Membri oħra interessati u lill-Kunsilli Konsultattivi rilevanti.

L-Istati Membri li jadottaw miżuri ta' konservazzjoni skont l-Artikolu 17(1) għandhom jippubblikaw tali miżuri u jinnotifikaw bihom lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra interessati u lill-Kunsilli Konsultattivi rilevanti.

Emenda  123

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' fi kwalunkwe żmien tevalwa l-kompatibbiltà u l-effikaċja tal-miżuri ta' konservazzjoni adottati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 17(1).

1. Il-Kummissjoni tista' fi kwalunkwe żmien tevalwa l-kompatibbiltà u l-effikaċja tal-miżuri ta' konservazzjoni adottati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 17 u għandha, fi kwalunkwe każ, tivvaluta u tirrapporta dwar dawk l-aspetti mhux inqas minn darba kull tliet snin jew skont kemm ikun meħtieġ mill-pjan multiannwali rilevanti. Il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli.

 

Skont id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE)1, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, għat-twettiq tal-kompitu tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd, aċċess u drittijiet tal-utent fir-rigward tal-materjal imħejji u d-data użata b'rabta mat-tfassil u l-adozzjoni tal-miżuri ta' konservazzjoni nazzjonali, adottati skont l-Artikolu 17.

 

Fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni ambjentali, għandhom japplikaw id-Direttiva 2003/4/KE2 u r-Regolamenti (KE) Nru 1049/200133 u Nru 1367/200644.

 

1 ĠU L 108, 25.4.2007, p.1.

 

2 ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.

 

3 ĠU L 145, 31.5.2001, p.43.

 

4 ĠU L 264, 25.9.2006, p.13.

Emenda  124

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 19 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika kwalunkwe valutazzjoni magħmula skont dan l-Artikolu, u għandha tagħmel din l-informazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku billi tippubblikaha fuq il-websajts rilevanti jew inkella billi tipprovdi ‘hyperlink’ diretta għaliha. Fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni ambjentali, għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u Nru 1367/2006.

Emenda  125

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

1. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tispeċifika miżuri ta' konservazzjoni għal sajd kopert minn pjan multiannwali, jekk l-Istati Membri awtorizzati biex jieħdu miżuri skont l-Artikolu 17 ma jinnotifikawx dawn il-miżuri lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-pjan multiannwali.

1. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tispeċifika miżuri ta' konservazzjoni għal sajd kopert minn pjan multiannwali, jekk l-Istati Membri awtorizzati biex jieħdu miżuri skont l-Artikolu 17 ma jinnotifikawx dawn il-miżuri lill-Kummissjoni fi żmien il-perjodu previst fil-pjan multiannwali jew, fin-nuqqas ta' dak, fi żmien sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-pjan multiannwali.

2. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tispeċifika miżuri ta’ konservazzjoni għal sajd kopert minn pjan multiannawli, jekk

2. Fejn il-Kummissjoni tkun tal-fehma li

(a) il-miżuri tal-Istat Membru ma jitqisux kompatibbli mal-għanijiet ta’ pjan multiannwali abbażi ta’ valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 19, jew

(a) il-miżuri tal-Istat Membru mhumiex kompatibbli mal-objettivi ta’ pjan multiannwali abbażi ta’ valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 19, jew

(b) il-miżuri tal-Istat Membru ma jitqisux bħala li jilħqu l-għanijiet u l-miri kwantifikabbli stipulati fil-pjan multiannwali b'mod effiċjenti, abbażi ta' valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 19, jew

(b) il-miżuri tal-Istat Membru ma jilħqux l-objettivi u l-miri kwantifikabbli spjegati fil-pjanijiet multiannwali b'mod effikaċi, abbażi ta' valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 19, jew

(c) jiġu attivati salvagwardji stabbiliti skont l-Artikolu 11(i).

(c) jiġu attivati salvagwardji stabbiliti skont l-Artikolu 11(i).

 

hija għandha tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat, filwaqt li tagħtih ir-raġunijiet tagħha.

 

2a. F'każ li l-Kummissjoni tagħti opinjoni skont il-paragrafu 2, l-Istat Membru rilevanti għandu jkollu tliet xhur biex fihom jimmodifika l-miżuri tiegħu sabiex dawn isiru kompatibbli mal-objettivi tal-pjan multiannwali u jilħquhom.

 

2b. F'każ li Stat Membru jonqos milli jimmodifika l-miżuri tiegħu skont il-paragrafu 2a, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 fejn tispeċifika l-miżuri ta' konservazzjoni għas-sajd koperti mill-pjan multiannwali.

3. Il-miżuri ta’ konservazzjoni adottati mill-Kummissjoni għandu jkollhom l-għan li jiżguraw li jintlaħqu l-objettivi u l-miri stipulati fil-pjan multiannwali.Mal-adozzjoni tal-att delegat mill-Kummissjoni, il-miżuri tal-Istati Membri għandhom jieqfu milli jkunu effettivi

3. Il-miżuri ta’ konservazzjoni adottati mill-Kummissjoni għandu jkollhom l-għan li jiżguraw li jintlaħqu l-objettivi u l-miri stipulati fil-pjan multiannwali.Mal-adozzjoni tal-att delegat mill-Kummissjoni, il-miżuri tal-Istati Membri għandhom jieqfu milli jkunu effettivi

 

3a. Qabel ma tadotta l-atti delegati msemmija f’dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Kunsilli Konsultattivi rilevanti u l-ICES u/jew l-STECF dwar abbozz tal-miżuri akkumpanjat minn memorandum ta' spjegazzjoni.

Emenda  126

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

F’qafas ta’ miżuri tekniċi stabbilit skont l-Artikolu 14 l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati jadottaw miżuri, f'konformità ma' dak il-qafas, li jispeċifikaw il-miżuri tekniċi applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom fir-rigward ta' stokkijiet fl-ilmijiet tagħhom li għalihom ġew allokali opportunitajiet tas-sajd. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali miżuri tekniċi:

1. F’qafas ta’ miżuri tekniċi stabbilit skont l-Artikolu  4 l-Istati Membri għandhom jingħataw is-setgħa li jadottaw miżuri, f'konformità ma' dak il-qafas, li jispeċifikaw il-miżuri tekniċi applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom fir-rigward ta' stokkijiet fl-ilmijiet tal-Unjoni li għalihom ġew allokali opportunitajiet tas-sajd. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali miżuri tekniċi:

(a) huma kompatibbli mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3;

(a) huma kompatibbli mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3;

(b) huma kompatibbli mal-għanijiet stabbiliti f'miżuri adottati skont l-Artikolu 14;

(b) huma kompatibbli mal-għanijiet stabbiliti f'miżuri adottati skont l-Artikolu 14;

(c) jilħqu b'mod effettiv l-għanijiet stipulati f'miżuri adottati skont l-Artikolu 14; kif ukoll

(c) jilħqu b'mod effettiv l-għanijiet stipulati f'miżuri adottati skont l-Artikolu 14; kif ukoll

(d) mhumiex inqas stretti minn dawk li jeżistu fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(d) mhumiex f'konflitt ma' dawk li jeżistu fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u m'humiex inqas stretti minnhom.

 

1a. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin biex jiżguraw l-adozzjoni ta’ miżuri kompatibbli li jilħqu l-objettivi spjegati fl-oqfsa tal-miżuri tekniċi u għandom jikkoordinaw dawn il-miżuri bejniethom. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri, fejn ikun prattiku u xieraq, għandhom jużaw strutturi u mekkaniżmi istituzzjonali reġjonali eżistenti ta’ kooperazzjoni, inklużi dawk fil-qafas tal-Konvenzjonijiet tal-Ibħra Reġjonali li jkopru ż-żona jew l-attività tas-sajd rilevanti.

 

1b. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-Kunsilli Konsultattivi u l-ICES u/jew l-STECF dwar abbozz tal-miżuri akkumpanjat minn memorandum ta’ spjegazzjoni. Tali abbozzi għandhom, fl-istess ħin, jiġu notifikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li jikkondividu l-attività tas-sajd. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jinvolvu f’din il-konsultazzjoni, fi stadju bikri u b’mod miftuħ u trasparenti, partijiet interessati rilevanti oħra tal-attività tas-sajd ikkonċernata, bil-għan li jiġu identifikati l-opinjonijiet u l-proposti tal-partijiet rilevanti kollha waqt it-tfassil tal-miżuri ppjanati.

 

1c. L-Istati Membri għandhom iqisu kif jixraq l-opinjonijiet ippreżentati mill-Kunsilli Konsultattivi rilevanti u l-ICES u/jew l-STECF u, fejn il-miżuri finali adottati jiddevjaw minn dawn l-opinjonijiet, għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet dettaljati tar-raġunijiet għalfejn ikunu qed jiddevjaw.

 

1d. Meta l-Istati Membri jkunu jixtiequ jemendaw il-miżuri adottati, għandhom japplikaw ukoll il-paragrafi 1a sa 1c.

 

1e. Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida li jistipulaw id-dettalji tal-proċedura li għandha tiġi segwita għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1a sa 1c, sabiex jiġi żgurat li l-miżuri adottati jkunu koerenti, ikkoordinati fil-livell reġjonali u konformi mal-qafas stabbilit tal-miżuri tekniċi. Dawn il-linji gwida jistgħu wkoll jidentifikaw jew jistabbilixxu oqfsa amministrattivi, bħalma huma Gruppi ta' Ħidma Reġjonali dwar is-Sajd bil-għan li jorganizzaw fuq livell prattiku l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, partikolarment fid-dawl tal-promozzjoni u l-iffaċilitar tal-adozzjoni tal-miżuri minn kull wieħed mill-Istati Membri.

Emenda  127

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri li jadottaw miżuri tekniċi skont l-Artikolu 21 għandhom jinnotifikaw dawn il-miżuri lill-Kummissjoni, Stati Membri oħra interessati u lill-Kunsilli Konsultattivi rilevanti.

L-Istati Membri li jadottaw miżuri tekniċi skont l-Artikolu 21 għandhom jippubblikaw tali miżuri u jinnotifikaw b'dawn il-miżuri lill-Kummissjoni, lil Stati Membri oħra interessati u lill-Kunsilli Konsultattivi rilevanti.

Emenda  128

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' fi kwalunkwe żmien tevalwa l-kompatibbiltà u l-effikaċja tal-miżuri tekniċi adottati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 21.

1. Il-Kummissjoni tista' fi kwalunkwe żmien tevalwa l-kompatibbiltà u l-effikaċja tal-miżuri tekniċi adottati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 21 u għandha, fi kwalunkwe każ, tivvaluta u tirrapporta dwar dan mill-inqas darba kull tliet snin jew skont kemm ikun meħtieġ mill-qafas tal-miżuri tekniċi rilevanti.

 

1a. Skont id-Direttiva 2007/2/KE, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, għat-twettiq tal-kompiti tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd, aċċess u drittijiet tal-utent fir-rigward tal-materjal imħejji u d-data użata b'rabta mat-tfassil u l-adozzjoni tal-miżuri tekniċi skont l-Artikolu 21, .

 

Fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni ambjentali, għandhom japplikaw id-Direttiva 2003/4/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u Nru 1367/2006.

Emenda  129

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 23 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Il-Kummissjoni għandha tippubblika kwalunkwe valutazzjoni magħmula skont dan l-Artikolu, u għandha tagħmel din l-informazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku billi tippubblikaha fuq il-websajts rilevanti jew inkella billi tipprovdi ‘hyperlink’ diretta għaliha. Fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni ambjentali, għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u Nru 1367/2006.

Emenda  130

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tispeċifika miżuri tekniċi koperti minn qafas ta' miżuri tekniċi, jekk l-Istati Membri awtorizzati biex jieħdu miżuri skont l-Artikolu 21 ma jinnotifikawx b'dawn il-miżuri lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-qafas ta' miżuri tekniċi.

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tispeċifika miżuri tekniċi koperti minn qafas ta' miżuri tekniċi, jekk l-Istati Membri awtorizzati biex jieħdu miżuri skont l-Artikolu 21 ma jinnotifikawx b'dawn il-miżuri lill-Kummissjoni fi żmien il-perjodu previst fil-qafas ta’ miżuri tekniċi jew, fin-nuqqas ta' dan, fi żmien sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-qafas ta' miżuri tekniċi.

2. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tispeċifika miżuri tekniċi, jekk il-miżuri tal-Istati Membri jitqiesu, abbażi ta' valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 23:

2. Fejn il-Kummissjoni tkun tal-fehma li l-miżuri tal-Istati Membri

(a) mhux kompatibbli mal-għanijiet stipulati fil-qafas tal-miżuri tekniċi, jew

(a) mhumiex kompatibbli mal-objettivi stipulati fil-qafas tal-miżuri tekniċi, jew

(b) li ma jilħqux l-għanijiet stipulati f’qafas ta’ miżuri tekniċi bħal dan b’mod effettiv.

(b) ma jilħqux l-objettivi stipulati f’qafas ta’ miżuri tekniċi bħal dan b’mod effettiv.

 

hija għandha tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat, filwaqt li tagħtih ir-raġunijiet tagħha.

 

2a. F'każ li l-Kummissjoni tressaq opinjoni skont il-paragrafu 2, l-Istat Membru rilevanti għandu jkollu tliet xhur biex fihom jimmodifika l-miżuri tiegħu sabiex jagħmilhom kompatibbli mal-objettivi tal-qafas ta' miżuri tekniċi u biex jilħqu dawn l-objettivi .

 

2b. F'każ li Stat Membru jonqos milli jimmodifika l-miżuri tiegħu skont il-paragrafu 2a, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 sabiex tispeċifika l-miżuri tekniċi koperti mill-qafas ta' miżuri tekniċi.

3. Il-miżuri ta’ konservazzjoni adottati mill-Kummissjoni għandu jkollhom l-għan li jiżguraw li jintlaħqu l-objettivi u l-miri stipulati fil-pjan multiannwali.Mal-adozzjoni tal-att delegat mill-Kummissjoni, il-miżuri tal-Istati Membri għandhom jieqfu milli jkunu effettivi

3. Il-miżuri ta’ konservazzjoni adottati mill-Kummissjoni għandu jkollhom l-għan li jiżguraw li jintlaħqu l-objettivi u l-miri stipulati fil-pjan multiannwali.Mal-adozzjoni tal-att delegat mill-Kummissjoni, il-miżuri tal-Istati Membri għandhom jieqfu milli jkunu effettivi

 

3a. Qabel ma tadotta l-atti delegati msemmija f’dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Kunsilli Konsultattivi rilevanti, l-ICES u/jew l-STECF dwar abbozz tal-miżuri akkumpanjat minn memorandum ta' spjegazzjoni.

Emenda 131

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) japplikaw biss għal bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' dak l-Istat Membru jew, fil-każ ta' attivitajiet tas-sajd li ma jitwettqux minn bastiment tas-sajd, għal persuni stabbiliti fit-territorju;

(a) japplikaw għall-bastimenti kollha li joperaw fir-rigward ta' stokkijiet fl-ilmijiet tagħhom li għalihom ikun ġew allokati opportunitajiet tas-sajd;

Ġustifikazzjoni

Fl-ilmijiet ta' qrib il-kosta r-rekwiżiti tal-Istati Membri għandhom ikunu japplikaw għall-bastimenti kollha tas-sajd, tkun liema tkun in-nazzjonalità. L-ebda approċċ ieħor ma jista' jitqies bħala ġust għal kulħadd.

Emenda  132

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 25 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istat Membru għandu, għal skopijiet ta' kontroll, jinforma lill-Istati Membri kkonċernati l-oħra dwar id-dispożizzjonijiet adottati skont il-paragrafu 1.

Emenda  133

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 25 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni relatata mal-miżuri adottati skont dan l-Artikolu pubblikament disponibbli.

Emenda  134

Proposta għal regolament

Parti III – artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Stat Membru jista' jieħu miżuri mhux diskriminatorji għall-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' stokkijiet tal-ħut u biex inaqqas l-effett tas-sajd fuq il-konservazzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar sa 12-il mil nawtiku mil-linji bażi tiegħu bil-kundizzjoni li l-Unjoni ma tkunx adottat miżuri li jindirizzaw konservazzjoni u ġestjoni b'mod speċifiku għal dik iż-żona. Il-miżuri tal-Istat Membru għandhom ikunu kompatibbli mal-għanijiet stipulati fl-Artikoli 2 u 3 u mhux inqas stretti minn dawk li jeżistu fil-leġislazzjoni tal-Unjoni.

1. Stat Membru jista' jieħu miżuri mhux diskriminatorji għall-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' stokkijiet tal-ħut u biex jintlaħqu l-miri relatati ma’ riżorsi akkwatiċi ħajjin oħra u ż-żamma jew it-titjib tal-istatus ta’ konservazzjoni tal- ekosistemi tal-baħar sa 12-il mil nawtiku mil-linji bażi tiegħu bil-kundizzjoni li l-Unjoni ma tkunx adottat miżuri li jindirizzaw il-konservazzjoni u l-ġestjoni b'mod speċifiku għal dik iż-żona jew li jindirizzaw b'mod speċifiku l-problema identifikata mill-Istat Membru kkonċernat. Il-miżuri tal-Istat Membru għandhom ikunu kompatibbli mal-għanijiet stipulati fl-Artikoli 2 u 3 u mhux inqas stretti minn dawk li jeżistu fil-leġislazzjoni tal-Unjoni.

Emenda 135

Proposta għal regolament

Parti III – artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn il-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni li għandhom jiġu adottati minn Stat Membru jistgħu jaffettwaw bastimenti tas-sajd ta' Stati Membri oħra, tali miżuri għandhom jiġu adottati biss wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, l-Istati Membri rilevanti u l-Kunsilli Konsultattivi rilevanti dwar abbozz tal-miżuri akkumpanjat minn memorandum ta' spjegazzjoni.

2. Fejn il-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni li għandhom jiġu adottati minn Stat Membru jistgħu jaffettwaw bastimenti tas-sajd ta' Stati Membri oħra, tali miżuri għandhom jiġu adottati biss wara notifika lill-Kummissjoni, l-Istati Membri rilevanti u l-Kunsilli Konsultattivi rilevanti tal-miżuri akkumpanjati minn memorandum ta' spjegazzjoni li għandu juri wkoll li dawk il-miżuri mhumiex diskriminatorji.

Ġustifikazzjoni

Fl-interessi tal-konservazzjoni, u sabiex titħeġġeġ l-ekwità bejn il-bastimenti kollha tas-sajd, ir-rwol tal-Istati Membri jeħtieġ li jissaħħaħ f'dan ir-rigward.

Emenda  136

Proposta għal regolament

Parti III – Artikolu 26 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni relatata mal-miżuri adottati skont dan l-Artikolu pubblikament disponibbli.

Emenda  137

Proposta għal regolament

Parti IV

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Parti IV mħassra

Ġustifikazzjoni

It-tħassir tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandu jiġi akkumpanjat minn paragrafu ġdid fl-Artikolu 16, li għandu jħalli f'idejn kull Stat Membru l-għażla tal-metodu tal-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd assenjati lilu, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Dan se jippermetti lill-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu dan jimplimentaw sistema ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli.

Emenda  138

Proposta għal regolament

Parti V – Artikolu 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu miżuri sabiex jaġġustaw il-kapaċità tas-sajd tal-flotot tagħhom biex jiksbu bilanċ effettiv bejn dik il-kapaċità għas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom.

1. L-Istati Membri, jekk u meta jkun neċessarju, għandhom idaħħlu miżuri sabiex jaġġustaw il-kapaċità tas-sajd tal-flotot tagħhom, bl-objettiv li jilħqu bilanċ stabbli u dejjiemi bejn il-kapaċità tas-sajd tagħhom u l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom, skont l-objettivi ġenerali spjegati fl-Artikolu 2.

 

1a. Bil-għan li jintlaħaq l-objettiv speċifikat fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom imexxu valutazzjonijiet annwali tal-kapaċità u jittrażmettu r-riżultati lill-Kummissjoni sat-30 ta' Mejju ta' kull sena. Il-valutazzjonijiet tal-kapaċità għandhom jinkludu analiżi tal-kapaċità totali tal-flotta għal kull tip ta’ sajd u għal kull taqsima tal-flotta fil-ħin tal-valutazzjoni, u l-impatt tagħha fuq l-istokkijiet u fuq l-ekosistema tal-baħar aktar wiesgħa. Għandhom jinkludu wkoll analiżi tal-profitabilità tal-flotta fuq medda twila ta' żmien. Biex jiġi żgurat approċċ komuni għal valutazzjonijiet bħal dawn fl-Istati Membri kollha, il-valutazzjonijiet għandhom jitwettqu bi qbil mal-linji gwida tal-Kummissjoni għal analiżi mtejba tal-bilanċ bejn il-kapaċità tal-flotta u l-opportunitajiet tas-sajd u għandhom iqisu wkoll il-profitabilità tal-flotta. »Il-valutazzjonijiet għandhom jitqiegħdu għad-disponibilità tal-pubbliku

 

1b. Jekk il-valutazzjonijiet juru diskrepanza bejn il-kapaċità tas-sajd tagħhom u l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom, l-Istati Membri għandhom jadottaw fi żmien sena programm dettaljat, inkluża skeda taż-żmien vinkolanti, għal kwalunkwe aġġustament meħtieġ tal-kapaċità tas-sajd tal-flotot tagħhom f’dawk li huma għadd ta’ bastimenti u l-karatteristiċi tagħhom, biex jilħqu bilanċ stabbli u dejjiemi bejn il-kapaċità tas-sajd tagħhom u l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom. Dan il-programm għandu jiġi trażmess lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni, u lill-Istati Membri l-oħra.

 

1c. Jekk ma tiġi pprovduta l-ebda valutazzjoni bħal din, jew jekk Stat Membru jkun mitlub jadotta programm biex inaqqas il-kapaċità u jonqos milli jagħmel dan, jew jekk l-Istat Membru jonqos milli jimplimenta tali programm, dan jirriżulta fl-interruzzjoni tal-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni lil dak l-Istat Membru taħt il-Politika Komuni tas-Sajd.

 

Meta ma jkunx fadal soluzzjoni oħra, u unikament jekk ikun hemm dewmien ta' sentejn jew iktar fit-teħid ta' xi wieħed minn dawk il-passi, il-Kummissjoni tista' tissospendi l-opportunitajiet tas-sajd tat-taqsimiet tal-flotta kkonċernati.

2. M'għandu jkun permess l-ebda ħruġ mill-flotta sostnut minn għajnuna pubblika skont il-qafas tal-Fond Ewropew għas-Sajd għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 sakemm ma jkunx hemm qabel l-irtirar tal-liċenzja tas-sajd u l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd.

2. M'għandu jkun permess l-ebda ħruġ mill-flotta sostnut minn għajnuna pubblika skont il-qafas tal-Fond Ewropew għas-Sajd għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 sakemm ma jkunx hemm qabel l-irtirar tal-liċenzja tas-sajd u l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd.

3. Il-kapaċità tas-sajd li tikkorrispondi għall-bastimenti tas-sajd irtirati b'għajnuna pubblika m'għandhiex tiġi sostitwita.

3. Il-kapaċità tas-sajd li tikkorrispondi għall-bastimenti tas-sajd irtirati b'għajnuna pubblika m'għandhiex tiġi sostitwita.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-1 ta’ Jannar 2013 il-kapaċità tas-sajd tal-flotta tagħhom ma taqbiżx, fi kwalunkwe ħin, il-limiti massimi tal-kapaċità tas-sajd stabbiliti skont l-Artikolu 35.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-1 ta’ Jannar 2013 il-kapaċità tas-sajd tal-flotta tagħhom ma taqbiżx, fi kwalunkwe ħin, il-limiti massimi tal-kapaċità tas-sajd stabbiliti skont l-Artikolu 35.

Emenda  139

Proposta għal regolament

Parti V – Artikolu 34a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 34a

 

Skema ta’ dħul/ħruġ

 

L-Istati Membri għandhom jiġġestixxu d-dħul fil-flotot tagħhom u l-ħruġ mill-flotot tagħhom b’tali mod li d-dħul fil-flotta ta’ kapaċità ġdida mingħajr għajnuna pubblika jiġi kkumpensat billi, qabel, jiġi rtirat mingħajr għajnuna pubblika tal-inqas l-istess ammont ta’ kapaċità.

Emenda  140

Proposta għal regolament

Parti V – Artikolu 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull flotta ta’ Stat Membru għandha tkun suġġetta għal limiti massimi tal-kapaċità tas-sajd stipulati fl-Anness II.

1. Kull flotta ta’ Stat Membru għandha tkun strettament suġġetta għall-limiti massimi tal-kapaċità tas-sajd stipulati fl-Anness II.

2. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni teskludi bastimenti tas-sajd suġġetti għal sistema ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli stabbilita skont l-Artikolu 27 mil-limiti massimi għall-kapaċità tas-sajd stabbiliti skont il-paragrafu 1. F’dak il-każ il-limiti massimi tal-kapaċità tas-sajd għandha tiġi kkalkulata mill-ġdid biex jitqiesu l-bastimenti tas-sajd li mhumiex suġġetti għal sistema ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli.

2. Sat-30 ta’ Diċembru ...*, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiġi emendat l-Anness II ta’ dan ir-Regolament u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) 2930/1986 bil-għan li tiġi definita l-kapaċità fir-rigward ta’ kwalunkwe parametru li jista’ jitkejjel tal-bastiment li jista’ jkun li jaffettwa l-abilità tiegħu li jaqbad il-ħut.

 

Din id-definizzjoni ġdida għandha tqis il-kriterji soċjali u ekonomiċi kif ukoll l-isforzi ta' kontroll li jsiru min-naħa tal-Istati Membri. F’din il-proposta l-kapaċità tal-flotta ta’ kull Stat Membru għandha titniżżel fid-dettall skont it-taqsimiet tal-flotta, inkluż tqassim fid-dettall speċifiku għall-bastimenti li joperaw fir-reġjuni ultraperiferiċi u għall-bastimenti li joperaw esklussivament barra mill-ilmijiet tal-Unjoni.

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 dwar il-kalkolu mill-ġdid tal-limiti massimi għall-kapaċità tas-sajd kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2.

 

 

______________

 

* ĠU jekk jogħġbok daħħal is-sena ta’ wara dik tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  141

Proposta għal regolament

Parti V – Artikolu 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jirreġistraw l-informazzjoni meħtieġa għall-ġestjoni tal-miżuri stabbiliti skont dan ir-Regolament dwar il-karatteristiċi u l-attività tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tagħhom.

1. L-Istati Membri għandhom jirreġistraw l-informazzjoni meħtieġa għall-ġestjoni tal-miżuri stabbiliti skont dan ir-Regolament dwar is-sieda, il-karatteristiċi tal-bastiment u tal-irkaptu u dwar l-attività tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tagħhom u għandhom jippubblikaw din l-informazzjoni, filwaqt li jiżguraw li d-data personali tiġi mħarsa b’mod adegwat.

2. L-Istati Membri għandhom ipoġġu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

2. L-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġistru tal-flotot tas-sajd tal-Unjoni li jkun fih l-informazzjoni li tirċievi skont il-paragrafu 2.

3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġistru tal-flotot tas-sajd tal-Unjoni li jkun fih l-informazzjoni li tirċievi skont il-paragrafu 2.

4. L-informazzjoni li tinsab fir-reġistru tal-flotot tas-sajd tal-Unjoni għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 dwar id-definizzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

4. L-informazzjoni li tinsab fir-reġistru tal-flotot tas-sajd tal-Unjoni għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri kollha u għall-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 dwar id-definizzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

5. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rekwiżiti tekniċi operattivi għall-modalitajiet għat-trasmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56.

5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu rekwiżiti tekniċi operattivi għall-modalitajiet għat-trasmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

Emenda  142

Proposta għal regolament

Parti VI – Artikolu 37 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiġbru dejta bijoloġika, teknika, ambjentali u soċjoekonomika meħtieġa għal ġestjoni tas-sajd ibbażata fuq l-ekosistema, jimmaniġġjawha u jagħmluha disponibbli għall-utenti finali ta' dejta xjentifika, inklużi korpi maħtura mill-Kummissjoni. Dik id-dejta għandha b'mod partikolari tippermetti l-valutazzjoni ta':

1. Il-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar għandhom ikunu bbażati fuq l-aqwa informazzjoni disponibbli. Għal dan il-għan, Istati Membri għandhom jiġbru data bijoloġika, teknika, ambjentali u soċjoekonomika meħtieġa għal sajd ibbażat fuq l-ekosistema, jimmaniġġjawha u jagħmluha disponibbli għall-utenti finali ta' data xjentifika, inklużi korpi maħtura mill-Kummissjoni. L-Unjoni għandha tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja adegwata, permezz tal-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, li tkun biżżejjed biex tiffinanzja l-akkwist ta’ din id-data. Id-data għandha b'mod partikolari tippermetti l-valutazzjoni ta':

Emenda 143

Proposta għal regolament

Parti VI − Artikolu 37 − paragrafu 1 − punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-istat tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar sfruttati,

(a) l-istat attwali tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar sfruttati,

Emenda 144

Proposta għal regolament

Parti VI – artikolu 37 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-prestazzjoni soċjoekonomika tas-setturi tas-sajd, l-akkwakultura u l-ipproċessar ġewwa u barra l-ilmijiet tal-Unjoni.

(c) il-prestazzjoni soċjoekonomika attwali tas-setturi tas-sajd, l-akkwakultura u l-ipproċessar ġewwa u barra l-ilmijiet tal-Unjoni.

Emenda  145

Proposta għal regolament

Parti VI − Artikolu 37 − paragrafu 2 − punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jiżguraw li d-dejta miġbura tkun preċiża u affidabbli;

(a) jiżguraw li d-data tinġabar b’mod li jkun f’waqtu u li d-data miġbura tkun preċiża, affidabbli u komprensiva, u miġbura b’mod armonizzat fl-Istati Membri kollha;

Ġustifikazzjoni

Huwa estremament importanti li d-deċiżjonijiet għall-ġestjoni tajba jkollhom id-data disponibbli fil-ħin.

Emenda  146

Proposta għal regolament

Parti VI – Artikolu 37 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) jiżguraw li d-data u l-metodoloġiji xjentifiċi jikkunsidraw fatturi bħalma huma l-aċidifikazzjoni u t-temperaturi tal-baħar meta jkunu qed jiġbru d-data, u b’hekk jiġi żgurat li d-data tinġabar minn reġjuni differenti matul is-sena kollha;

Emenda  147

Proposta għal regolament

Parti VI − Artikolu 37 − paragrafu 2 − punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) jevitaw id-duplikazzjoni tal-ġbir ta' dejta għal skopijiet differenti;

(b) jistabbilixxu mekkaniżmi ta' koordinazzjoni bil-ħsieb li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-ġbir ta' data għal skopijiet differenti;

Emenda 148

Proposta għal regolament

Parti VI − Artikolu 37 − paragrafu 2 − punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) jiżguraw ħażna sigura tad-dejta miġbura u fejn applikabbli, protezzjoni u kunfidenzjalità xierqa tad-dejta miġbura;

(c) jiżguraw ħażna sigura tad-data miġbura, filwaqt li jagħmluha pubblikament disponibbli ħlief f'ċirkustanzi eċċezzjonali fejn ikunu meħtieġa protezzjoni u kunfidenzjalità xierqa bil-kundizzjoni li r-raġunijiet għal tali restrizzjonijiet jiġu ddikjarati;

Emenda 149

Proposta għal regolament

Parti VI − Artikolu 37 − paragrafu 2 − punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) jiżguraw li l-Kummissjoni, jew l-entitajiet maħtura minnha, ikollhom aċċess għad-dejtabejżis nazzjonali u s-sistemi użati għall-ipproċessar tad-dejta miġbura sabiex tiġi verifikata l-eżistenza u l-kwalità tad-dejta.

(d) jiżguraw li l-Kummissjoni, jew l-entitajiet maħtura minnha, ikollhom aċċess għall-bażijiet tad-data nazzjonali u s-sistemi kollha użati għall-ipproċessar tad-data miġbura sabiex tiġi verifikata l-eżistenza u l-kwalità tad-data.

Emenda  150

Proposta għal regolament

Parti VI – Artikolu 37 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati d-data rilevanti u l-metodoloġiji rispettivi li permezz tagħhom tiġi miksuba, filwaqt li jqisu kwalunkwe data kumplementari li tista' tingħata minn tali partijiet.

Emenda  151

Proposta għal regolament

Parti VI – Artikolu 37 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri kull sena għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport sommarju li jagħti lista tal-attivitajiet ta' sajd li għalihom ikunu mitluba jiġbru d-data u għandhom jindikaw, għal kull każ u kategorija, jekk ir-rekwiżiti ġewx issodisfati. Ir-rapport sommarju għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Minkejja l-obbligu tal-Istati Membri li jipprovdu data xjentifika dwar l-attivitajiet tas-sajd tagħhom, ħafna Stati Membri naqsu milli jagħmlu dan. L-Istati Membri li ma jissodisfawx dan l-obbligu għandhom jidentifikaw liema attivitajiet ta' sajd ma analizzawx.

Emenda  152

Proposta għal regolament

Parti VI – Artikolu 37 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koordinament nazzjonali tal-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta xjentifika għall-ġestjoni tas-sajd. Għal dan il-għan, huma għandhom jaħtru korrispondent nazzjonali u jorganizzaw laqgħa annwali ta' koordinazzjoni nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata bl-attivitajiet ta' koordinazzjoni nazzjonali u tiġi mistiedna għal-laqgħat ta' koordinazzjoni.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koordinament nazzjonali tal-ġbir u l-ġestjoni tad-data xjentifika, inkluża data soċjoekonomika, għall-ġestjoni tas-sajd. Għal dan il-għan, huma għandhom jaħtru korrispondent nazzjonali u jorganizzaw laqgħa annwali ta' koordinazzjoni nazzjonali. Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjonigħandhom jiġu infurmati bl-attivitajiet ta' koordinazzjoni nazzjonali u jiġu mistiedna għal-laqgħat ta' koordinazzjoni.

Emenda  153

Proposta għal regolament

Parti VI – Artikolu 37 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom ta' ġbir tad-dejta ma' Stati Membri oħra fl-istess reġjun, u jagħmlu kull sforz sabiex jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom ma' pajjiżi terzi li jkollhom sovranità jew ġurisdizzjoni fuq ilmijiet fl-istess reġjun.

4. L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, l-attivitajiet tagħhom ta' ġbir tad-data ma' Stati Membri oħra fl-istess reġjun, u jagħmlu kull sforz sabiex jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom ma' pajjiżi terzi li jkollhom sovranità jew ġurisdizzjoni fuq ilmijiet fl-istess reġjun.

Emenda 154

Proposta għal regolament

Parti VI – Artikolu 37 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55, biex tispeċifika l-miri għall-preċiżjoni tad-dejta li għandha tinġabar u biex tiddefinixxi l-livelli ta' aggregazzjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' dejta bħal din, għall-programm multiannwali msemmi fil-paragrafu 5.

6. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55, biex tispeċifika l-miri għall-preċiżjoni tad-data li għandha tinġabar u biex tiddefinixxi l-livelli ta' aggregazzjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data bħal din, għall-programm multiannwali msemmi fil-paragrafu 5, u biex tiżgura l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri tal-ġbir u tal-preżentazzjoni tad-data.

Emenda  155

Proposta għal regolament

Parti VI – Artikolu 37 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. Jekk Stat Membru jonqos milli josserva r-rekwiżiti tal-ġbir tad-data, l-għajnuna pubblika għandha tiġi rtirata u sussegwentement għandhom jiġu imposti penalitajiet addizzjonali mill-Kummissjoni.

Emenda  156

Proposta għal regolament

Parti VI – Artikolu 37a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 37a

 

Korpi xjentifiċi konsultattivi

 

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lil korpi xjentifiċi xierqa f’intervalli regolari dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd, inklużi kunsiderazzjonijiet bijoloġiċi, ekonomiċi, ambjentali, soċjali u tekniċi, filwaqt li titqies il-ġestjoni xierqa ta' fondi pubbliċi, bl-objettiv li jiġi evitat l-irduppjar tax-xogħol minn korpi xjentifiċi differenti.

Emenda  157

Proposta għal regolament

Parti VI – Artikolu 38 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw programmi nazzjonali ta’ ġbir ta' dejta xjentifika tas-sajd, ta' riċerka u ta' innovazzjoni. Huma għandhom jikkoordinaw il-ġbir tad-dejta tas-sajd, ir-riċerka u l-attivitajiet ta’ innovazzjoni tagħhom ma' oqfsa ta' riċerka u innovazzjoni oħra ta' Stati Membri u tal-Unjoni.

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw programmi nazzjonali ta’ ġbir ta' data xjentifika , riċerka u innovazzjoni dwar is-sajd u l-akkwakultura. Huma għandhom jikkoordinaw il-ġbir tad-data tas-sajd, ir-riċerka u l-attivitajiet ta’ innovazzjoni tagħhom ma' Stati Membri oħra, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, fil-kuntest tal-oqfsa ta' riċerka u innovazzjoni tal-Unjoni, filwaqt li, meta jkun xieraq, jinvolvu l-Kunsilli Konsultattivi rilevanti.

Emenda  158

Proposta għal regolament

Parti VI – Artikolu 38 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà ta' kompetenzi u riżorsi umani rilevanti sabiex ikunu involuti fil-proċess konsultattiv xjentifiku.

2. L-Istati Membri, bl-involviment tal-partijiet interessati xjentifiċi rilevanti, għandhom jiżguraw id-disponibbiltà ta' kompetenzi u riżorsi umani rilevanti sabiex ikunu involuti fil-proċess konsultattiv xjentifiku .

Emenda  159

Proposta għal regolament

Parti VI – Artikolu 38 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom iressqu rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali ta’ ġbir ta' data, riċerka u innovazzjoni dwar is-sajd.

Emenda  160

Proposta għal regolament

Parti VI – Artikolu 38 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Is-sejbiet tal-programmi ta’ riċerka għandhom isiru disponibbli għall-komunità xjentifika Ewropea kollha kemm hi.

Emenda  161

Proposta għal regolament

Parti VII − Artikolu 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

1. L-Unjoni għandha tipparteċipa fl-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali relatati mas-sajd, fosthom l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs) b'mod konformi mal-obbligi internazzjonali u l-għanijiet tal-politika u konsistenti mal-għanijiet stipulati fl-Artikoli 2 u 3.

1. Bil-ħsieb li jiġu żgurati l-isfruttar u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, l-Unjoni għandha tippromwovi l-implimentazzjoni effettiva tal-istrumenti u r-regolamenti internazzjonali tas-sajd, tipparteċipa fl-organizzazzjonijiet internazzjonali li jittrattaw is-sajd u tappoġġja l-attivitajiet tagħhom, inklużi l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd. Meta tkun qed tagħmel dan, l-Unjoni għandha taġixxi skont l-impenji, l-obbligi u l-objettivi politiki internazzjonali u konsistentement skont l-objettivi stipulati fl-Artikoli 2, 3 u 4 ta' dan ir-Regolament u f’politiki oħra tal-Unjoni.

2. Il-pożizzjonijiet tal-Unjoni f'organizzazzjonijiet internazzjonali relatati mas-sajd u l-RFMOs għandha tkun ibbażata fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli sabiex ikun żgurat li r-riżorsi tas-sajd jinżammu 'l fuq jew jerġgħu jinġiebu 'l fuq minn livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli.

2. B’mod partikolari l-Unjoni għandha:

 

(a) tappoġġja, tippromwovi u tikkontribwixxi b'mod attiv għall-iżvilupp tal-aqwa għarfien xjentifiku disponibbli;

 

(b) tippromwovi miżuri biex tiżgura li r-riżorsi tas-sajd jinżammu f'konsistenza mal-objettivi tal-Artikolu 2, u b'mod partikolari mal-Artikoli 2(2) u (4b);

 

(c) tippromwovi l-istabbiliment u t-tisħiħ tal-kumitati ta’ konformità tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, reviżjonijiet perjodiċi indipendenti tal-prestazzjonijiet u azzjonijiet xierqa ta’ rimedju, inklużi penalitajiet dissważivi u effettivi, li jeħtieġ li jiġu applikati b’mod trasparenti u nondiskriminatorju;

 

(d) ittejjeb il-koerenza politika tal-inizjattivi tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-attivitajiet ambjentali, ta' żvilupp u dawk kummerċjali;

 

(e) tippromwovi u tappoġġja, fl-oqsma internazzjonali kollha, l-azzjoni neċessarja biex jinqered is-sajd illegali, mhux rapportat u mhux regolat, filwaqt li tiżgura, għal dan il-għan, li ebda prodott mis-sajd illegali, mhux rapportat u mhux regolat ma jidħol fis-suq tal-Unjoni, u b'hekk tikkontribwixxi għall-attivitajiet sostenibbli tas-sajd li jkunu vijabbli ekonomikament u li jippromwovu l-impjiegi fl-Unjoni;

 

(f) tinkoraġġixxi u tieħu sehem attiv fi sforzi internazzjonali konġunti biex tiġi miġġielda l-piraterija fuq il-baħar, bil-ħsieb li tiġi żgurata s-sikurezza tal-ħajja umana u jiġi evitat l-isfrattar tal-attivitajiet tas-sajd marittimi;

 

(g) tippromwovi l-implimentazzjoni effettiva ta' strumenti u regolamenti internazzjonali tas-sajd;

 

(h) tiżgura li l-attivitajiet ta' sajd lil hinn mill-ilmijiet tal-Unjoni jkunu bbażati fuq l-istess prinċipji u standards applikabbli għall-ilmijiet tal-Unjoni, filwaqt li tippromwovi l-applikazzjoni tal-istess prinċipji u standards applikati fl-ilmijiet tal-Unjoni min-naħa tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd.

 

2a. l-Unjoni għandha b'mod attiv tappoġġja l-iżvilupp ta' mekkaniżmi ekwi u trasparenti għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.

3. L-Unjoni għandha tikkontribwixxi attivament għal, u tappoġġja l-iżvilupp ta' għarfien u parir xjentifiku fl-RFMOs u l-organizzazzjonijiet internazzjonali.

 

Emenda  162

Proposta għal regolament

Parti VII – Artikolu 39 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Unjoni għandha trawwem rabtiet ta' kooperazzjoni bejn l-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd biex tallinja, tarmonizza u twessa' l-qafas għal azzjoni multilaterali u tappoġġja l-iżvilupp ta' għarfien xjentifiku u ta' pariri fl-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd u f'organizzazzjonijiet internazzjonali u taderixxi ma' rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn dan.

Emenda  163

Proposta għal regolament

Parti VII − Artikolu 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

L-Unjoni għandha tikkoopera ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali relatati mas-sajd, fosthom l-RFMOs, sabiex issaħħaħ il-konformità mal-miżuri adottati minn dawn l-organizzazzjonijiet internazzjonali.

L-Unjoni, megħjuna mill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, għandha tikkoopera ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali relatati mas-sajd, fosthom l-RFMOs, sabiex issaħħaħ il-konformità mal-miżuri, speċjalment dawk dwar il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rapportat u mhux regolat, adottati minn dawn l-organizzazzjonijiet internazzjonali, biex jiġi żgurat li dawk il-miżuri jiġu rispettati b'mod strett.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tagħhom josservaw il-miżuri msemmija fl-ewwel paragrafu.

Emenda  164

Proposta għal regolament

Parti VII − Artikolu 41 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Ftehimiet dwar is-Sajd Sostenibbli ma’ pajjiżi terzi għandhom jistabbilixxu qafas ta’ governanza legali, ekonomiku u ambjentali għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi.

1. Il-Ftehimiet dwar is-Sajd Sostenibbli ma’ pajjiżi terzi għandhom jistabbilixxu qafas ta’ governanza legali, ekonomiku u ambjentali għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi skont il-miżuri relevanti adottati mill-organizzazzjonijiet internazzjonali inklużi l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd. Tali oqfsa jistgħu jinkludu:

 

(a) żvilupp u appoġġ għall-istituzzjonijiet meħtieġa fil-qasam tax-xjenza u r-riċerka;

 

(b) kapaċitajiet ta' monitoraġġ, kontroll u sorveljanza; kif ukoll

 

(c) elementi oħra tal-bini tal-kapaċitajiet li jikkonċernaw l-iżvilupp ta' politika tas-sajd sostenibbli tal-pajjiż terz.

 

Huma għandhom jiżguraw ukoll li l-attivitajiet tas-sajd isiru f'kundizzjonijiet ta' ċertezza ġuridika.

Emenda  165

Proposta għal regolament

Parti VII – Artikolu 41 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Sabiex jiġi żgurat li r-riżorsi ħajjin tal-baħar jiġu sfruttati b’mod sostenibbli, l-Unjoni għandha tkun gwidata mill-prinċipju li għandhom jiġu stabbiliti Ftehimiet ta’ Sajd Sostenibbli ma’ pajjiżi terzi għall-ġid reċiproku taż-żewġ partijiet u dawn għandhom jikkontribwixxu biex tkompli titwettaq l-attività tal-flotot tal-Unjoni billi jinkiseb sehem mill-eċċess tal-pajjiż terz li jkun fi proporzjon mal-interess tal-flotot tal-UE.

Emenda  166

Proposta għal regolament

Parti VII − Artikolu 41 − paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jaqbdu biss l-eċċess tal-qabda permessibbli determinata mill-pajjiż terz kif imsemmi fl-Artikolu 62(2) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, u identifikat abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli u informazzjoni rilevanti skambjata bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz dwar l-isforz totali tas-sajd fuq l-istokkijiet affettwati, sabiex ikun żgurat li r-riżorsi tas-sajd jibqgħu 'l fuq mil-livelli kapaċi li jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli.

2. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jaqbdu biss l-eċċess tal-qabda permessibbli determinata mill-pajjiż terz kif imsemmi fl-Artikolu 62(2) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, u identifikata, b’mod ċar u trasparenti, abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli u informazzjoni rilevanti skambjata bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz dwar l-isforz totali tas-sajd fuq l-istokkijiet affettwati mill-flotot kollha, sabiex ikun żgurat li r-riżorsi tas-sajd jibqgħu ('l fuq mil-livelli kapaċi li jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli).

Emenda  167

Proposta għal regolament

Parti VII – Artikolu 41 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Ftehimiet dwar is-Sajd Sostenibbli u ftehimiet dwar l-aċċess reċiproku għandhom jinkludu:

 

(a) rekwiżit ta' konformità mal-prinċipju ta’ limiti fuq l-aċċess għar-riżorsi li jkun intwera xjentifikament li huma żejda għall-Istat tal-kosta, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-UNCLOS;

 

(b) klawsola li tipprojbixxi l-għoti ta' kundizzjonijiet iktar favorevoli lill-flotot differenti li jistadu f'dawk l-ilmijiet minn dawk mogħtija mill-atturi ekonomiċi tal-Unjoni, inklużi dawk li jirrigwardaw il-konservazzjoni, l-iżvilupp u l-ġestjoni ta' riżorsi jew ftehimiet finanzjarji, tariffi u drittijiet oħra, b'rabta mal-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd;

 

(c) klawsola ta' kundizzjonalità, li tikkundizzjona l-ftehim għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem bi qbil mal-ftehimiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; kif ukoll

 

(d) klawsola ta' esklussività.

Emenda  168

Proposta għal regolament

Parti VII – Artikolu 41 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Il-Ftehimiet dwar is-Sajd Sostenibbli u l-ftehimiet dwar aċċess reċiproku għandhom jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd tal-UE jkunu jistgħu joperaw fl-ilmijiet tal-pajjiż terz li miegħu jkun ġie konkluż ftehim biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd, li tkun inħarġet skont proċedura miftiehma miż-żewġ partijiet tal-ftehim.

Emenda  169

Proposta għal regolament

Parti VII – Artikolu 41 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c. Il-bastimenti li jtajru bandiera tal-Unjoni li jkunu ħarġu temporanjament mir-reġistru ta' Stat Membru biex ifittxu opportunitajiet ta' sajd band'oħra m'għandhomx jitħallew jibbenefikaw, għal perjodu ta' 24 xahar, mill-opportunitajiet ta' sajd skont il-Ftehim dwar is-Sajd Sostenibbli jew il-protokolli fis-seħħ meta jkunu ħallew ir-reġistru, jekk jirritornaw sussegwentement f'reġistru tal-Unjoni u l-istess għandu japplika fir-rigward tal-għoti mill-ġdid ta' bandiera, filwaqt li jistadu taħt organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd;

Emenda 170

Proposta għal regolament

Parti VII – Artikolu 41 – paragrafu 2d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2d. Il-Ftehimiet dwar is-Sajd Sostenibbli għandhom jipprovdu li l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd ta’ kwalunkwe tip għandhom jingħataw biss lil bastimenti tas-sajd ġodda u lil bastimenti li qabel kienu jtajru bandiera tal-Unjoni għal tal-inqas l-24 xahar ta’ qabel ma saret it-talba għal awtorizzazzjoni tas-sajd u li juru x-xewqa li jimmiraw għal speċijiet koperti mill-Ftehim dwar is-Sajd Sostenibbli.

Emenda  171

Proposta għal regolament

Parti VII – Artikolu 41 – paragrafu 2e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2e. Meta jkunu qed jiġu determinati l-opportunitajiet tas-sajd fir-rigward tal-ftehimiet li jkopru stokkijiet ta’ ħut transżonali jew stokkijiet ta’ ħut li jpassi ħafna, għandhom jitqiesu kif dovut il-valutazzjonijiet xjentifiċi li jsiru fil-livell reġjonali kif ukoll il-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd.

Emenda  172

Proposta għal regolament

Parti VII – Artikolu 41 – paragrafu 2f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2f. Għandu jsir sforz fil-livell tal-Unjoni biex jiġu mmonitorjati l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw f'ilmijiet mhux tal-Unjoni barra mill-ambitu tal-qafas tal-ftehimiet dwar is-sajd sostenibbli. Tali bastimenti għandhom jirrispettaw l-istess prinċipji gwida li huma applikati għal dawk il-bastimenti li jistadu fl-Unjoni.

Emenda  173

Proposta għal regolament

Parti VII – Artikolu 41 – paragrafu 2g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2g. Il-basitmenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw barra mill-ilmijiet tal-Unjoni għandhom jiġu mgħammra b’kameras tas-CCTV jew ekwivalenti biex tkun tista’ ssir dokumentazzjoni kompleta tal-prattiki tas-sajd u tal-qabdiet.

Emenda  174

Proposta għal regolament

Parti VII – Artikolu 41 – paragrafu 2h (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2h. Għandhom isiru valutazzjonijiet indipendenti tal-impatt li għandu kull protokoll qabel ma l-Kummissjoni tingħata mandat għan-negozjati għall-protokolli suċċedenti u dawn għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-qabdiet u l-attivitajiet tas-sajd. Tali valutazzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Emenda  175

Proposta għal regolament

Parti VII – Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) Sabiex jiġi żgurat li l-istokkijiet kondiviżi ma’ pajjiżi ġirien jiġu ġestiti b’mod sostenibbli, jeħtieġ li jkunu jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Ma hemm l-ebda dispożozzjoni għall-ftehimiet tat-Tramuntana fil-proposta. Din l-emenda tinkludihom fil-proposta.

Emenda  176

Proposta għal regolament

Parti VII − Artikolu 42 − paragrafu 1 − punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tistabbilixxi qafas ta’ governanza, inklużi l-iżvilupp u ż-żamma ta’ istituzzjonijiet xjentifiċi u ta’ riċerka neċessarji, il-kapaċità ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza u elementi oħra ta’ bini tal-kapaċità li għandhom x’jaqsmu mal-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli mmexxija mill-pajjiż terz. Għanjuna finanzjarja bħal din tkun ikkundizzjonata mill-kisba ta’ riżultati speċifiċi.

(b) tistabbilixxi qafas ta’ governanza, inklużi l-iżvilupp u ż-żamma ta’ istituzzjonijiet xjentifiċi u ta’ riċerka neċessarji, il-kapaċità ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza, trasparenza, parteċipazzjoni u mekkaniżmi tal-obbligu ta’ għoti ta’ rendikont u elementi oħra ta’ bini tal-kapaċità li għandhom x’jaqsmu mal-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli mmexxija mill-pajjiż terz. Għanjuna finanzjarja bħal din tkun ikkundizzjonata mill-kisba ta' riżultati soċjoekonomiċi u ambjentali speċifiċi u għandha tikkomplementa u tkun konsistenti mal-proġetti u programmi ta' żvilupp implimentati fil-pajjiż terz ikkonċernat.

Emenda  177

Proposta għal regolament

Parti VIII – Artikolu 43 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Promozzjoni tal-akkwakultura

Promozzjoni tal-akkwakultura sostenibbli

Emenda  178

Proposta għal regolament

Parti VIII – Artikolu 43 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Bil-ħsieb li jiġu promossi s-sostenibbiltà, il-kontribuzzjoni għas-sigurtà tal-ikel, it-tkabbir u l-impjiegi, sal-2013 il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida strateġiċi mhux vinkolanti tal-Unjoni dwar prijoritajiet u miri komuni għall-iżvilupp tal-attivitajiet tal-akkwakultura. Linji gwida strateġiċi bħal dawn għandhom iqisu l-pożizzjonijiet tal-bidu rilevanti u ċ-ċirkustanzi differenti madwar l-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi għal pjanijiet strateġiċi nazzjonali multiannwali u għandhom jimmiraw lejn:

1. Bil-ħsieb li tiġi promossa s-sostenibbiltà u jingħata kontribut għas-sikurezza u l-provvisti tal-ikel, it-tkabbir u l-impjiegi, sal-2013 il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida strateġiċi mhux vinkolanti tal-Unjoni dwar prijoritajiet u miri komuni għall-iżvilupp tal-attivitajiet tal-akkwakultura sostenibbli. Linji gwida strateġiċi bħal dawn għandhom jiddistingwu bejn, minn banda, akkwakultura żgħira sa ta' daqs medju, u mill-banda l-oħra, akkwalkultura fuq skala industrijali, għandhom iqisu l-pożizzjonijiet tal-bidu rilevanti u ċ-ċirkustanzi differenti madwar l-Unjoni u għandhom jiffurmaw il-bażi għal pjanijiet strateġiċi nazzjonali multiannwali u għandhom jimmiraw lejn:

Emenda  179

Proposta għal regolament

Parti VIII – Artikolu 43 – paragrafu 1, punti a, b, c, d – u paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) it-titjib tal-kompetittività tal-industrija tal-akkwakultura u s-sostenn għall-iżvilupp tagħha u l-innovazzjoni;

(a) is-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fis-settur u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi fil-livell Ewropew;

(b) l-inkoraġġiment tal-attività ekonomika;

(b) l-integrazzjoni ta’ attivitajiet tal-akkwakultura f'politiki oħra, bħalma huma l-politiki taż-żoni kostali, strateġiji tal-baħar u linji gwida għall-ippjanar tal-ispazju tal-baħar, l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma1 (id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma) u l-politika ambjentali.

(c) id-diversifikazzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ħajja fiż-żoni kostali u rurali;

 

(d) kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi tal-akkwakultura fir-rigward tal-aċċess għall-ilmijiet u l-ispazju.

 

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjan strateġiku nazzjonali multiannwali għall-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ akkwakultura fuq it-territorju tagħhom sal-2014.

2. L-Unjoni għandha tappoġġja l-produzzjoni u l-konsum tal-prodotti tal-akkwakultura sostenibbli Ewropej billi:

 

(a) tistabbilixxi kriterji kwalitattivi trasparenti u ġenerali għall-akkwakultura sal-2014 biex jiġu valutati u minimizzati l-impatti ambjentali tal-attivitajiet tal-akkwakultura u tal-biedja;

 

(b) tiżgura li l-provvisti jaslu għand il-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli;

 

(c) tistabbilixxi regoli dwar it-traċċabilità, is-sikurezza u l-kwalità tal-prodotti tal-akkwakultura tal-Unjoni u importati, permezz ta' mmarkar jew ittikkettar adegwati kif stabbilit fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru xx/xxxx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [data] dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura2;

 

__________________

 

1 ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

 

2 ĠU L …

Emenda  180

Proposta għal regolament

Parti VIII – Artikolu 43 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-pjan strateġiku nazzjonali multiannwali għandu jinkludi l-għanijiet tal-Istat Membru u l-miżuri sabiex jintlaħqu.

3. Il-pjan strateġiku nazzjonali multiannwali għandu jinkludi l-għanijiet tal-Istat Membru u l-miżuri u l-iskedi taż-żmien meħtieġa sabiex dawn jintlaħqu.

Emenda 181

Proposta għal regolament

Parti VIII – Artikolu 43 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-pjanijiet strateġiċi nazzjonali multiannwali għandhom jimmiraw b'mod partikolari għal dan li ġej:

4. Il-pjanijiet strateġiċi nazzjonali multiannwali għandhom jindirizzaw speċifikament dan li ġej:

(a) simplifikazzjoni amministrattiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-liċenzji;

(a) tnaqqis tal-burokrazija u simplifikazzjoni amministrattiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-liċenzji;

(b) ċertezza għall-operaturi tal-akkwakultura fir-rigward tal-aċċess għall-ilmijiet u l-ispazju;

(b) ċertezza għall-operaturi tal-akkwakultura fir-rigward tal-aċċess għall-ilmijiet u l-ispazju, bi qbil mal-Politika tal-Unjoni dwar il-Ġestjoni taż-Żoni Kostali u l-Ippjanar tal-Ispazju Marittimu;

(c) indikaturi għas-sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali;

(c) indikaturi għall-kwalità u għas-sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali;

 

(ca) miżuri biex jiġi żgurat li l-attivitajiet ta’ akkwakultura jkunu konformi għalkollox mal-leġiżlazzjoni ambjentali eżistenti tal-Unjoni;

(d) valutazzjoni ta' effetti transkonfinali oħra li jista' jkun hemm fuq Stati Membri ġirien.

(d) valutazzjoni ta' effetti transkonfinali oħra li jista' jkun hemm fuq riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u fuq ekosistemi tal-baħar u fuq Stati Membri ġirien;

 

(da) il-promozzjoni tar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni (RŻI) u kollaborazzjoni bejn l-industrija u d-dinja xjentifika;

 

(db) is-sikurezza tal-ikel;

 

(dc) is-saħħa u l-benessri tal-annimali;

 

(dd) is-sostenibilità ambjentali.

Emenda  182

Proposta għal regolament

Parti VIII − Artikolu 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu jiġi stabbilit Kunsill Konsultattiv skont l-Artikolu 53.

Għandu jiġi stabbilit Kunsill Konsultattiv dwar l-akkwakultura u s-sajd fl-ilmijiet interni skont l-Artikolu 52.

Emenda  183

Proposta għal regolament

Parti IX − Artikolu 45 − paragrafu 1 − punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) issaħħaħ il-kompetittività tal-industrija tas-sajd u l-akkwakultura tal-Unjoni, b'mod partikolari l-produtturi;

(c) issaħħaħ il-kompetittività u tippromwovi l-politiki ta’ kwalità tal-industrija tas-sajd u l-akkwakultura tal-Unjoni billi timplimenta pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzar, filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari lill-produtturi;

Emenda  184

Proposta għal regolament

Parti IX − Artikolu 45 − paragrafu 1 − punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ittejjeb it-trasparenza tas-swieq, b'mod partikolari fir-rigward tal-għarfien u l-fehim tas-swieq tal-Unjoni għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura tul il-katina tal-provvista u l-għarfien tal-konsumaturi;

(d) ittejjeb it-trasparenza u l-istabilità tas-swieq, b'mod partikolari fir-rigward tal-għarfien u l-fehim tas-swieq tal-Unjoni għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura tul il-katina tal-provvista, id-distribuzzjoni ġusta tal-valur miżjud tul il-katina tal-valur tas-settur, kif ukoll informazzjoni u l-għarfien għall-konsumatur, permezz ta' notifiki u/jew ittikkettjar li jipprovdu informazzjoni li tista' tinftiehem;

Emenda  185

Proposta għal regolament

Parti IX − Artikolu 45 − paragrafu 1 − punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) tikkontribwixxi lejn l-iżgurar ta’ għoti ta’ opportunitajiet indaqs għall-prodotti kollha kkumerċjalizzati fl-Unjoni billi tippromwovi l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd.

(e) tikkontribwixxi lejn l-iżgurar ta’ għoti ta’ opportunitajiet indaqs, inklużi r-rekwiżiti tas-saħħa,dawk soċjali u dawk ambjentali indaqs, għall-prodotti kollha kkumerċjalizzati fl-Unjoni billi tippromwovi l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd.

Emenda  186

Proposta għal regolament

Parti IXArtikolu 45 – paragrafu 1 – punti ea u eb (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) tiżgura li l-prodotti importati minn pajjiżi terzi jiġu minn sajd u industriji li jissodisfaw l-istess rekwiżiti ambjentali, ekonomiċi, soċjali u tas-saħħa bħal dawk meħtieġa mill-flotot u n-negozji tal-Unjoni, u li l-prodotti jirriżultaw minn sajd legali, iddikjarat u regolat li jsir bi qbil mal-istess standards bħal dawk meħtieġa mill-bastimenti tal-Unjoni.

 

(eb) tiżgura li t-traċċabilità tal-prodotti kollha tas-sajd u tal-akkwakultura fil-katina tal-provvista kollha kemm hi tkun tipprovdi informazzjoni verifikabbli u eżatta rigward l-oriġini tal-prodott u l-mod ta’ produzzjoni tiegħu u għandha tittikketta l-prodott f’dan is-sens, b’enfasi fuq tikkettar ekoloġiku affidabbli;

Emenda  187

Proposta għal regolament

Parti IX − Artikolu 45 − paragrafu 3 − punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) standards komuni għat-tqegħid fis-suq.

(b) standards komuni għat-tqegħid fis-suq, billi jitqiesu l-karatteristiċi partikolari tal-komunitajiet lokali.

Emenda  188

Proposta għal regolament

Parti IXArtikolu 45 – paragrafu 3 – punti ba, bb u bc (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) regoli komuni bil-ħsieb tal-introduzzjoni ta’ skema tal-ekotikkettar għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura Ewropej;

 

(bb) informazzjoni għall-konsumatur;

 

(bc) it-teħid ta' miżuri ta’ kummerċ kontra l-pajjiżi terżi li ma joperawx bi prattiki tas-sajd sostenibbli.

Emenda  189

Proposta għal regolament

Parti X − Artikolu 46 − paragrafu 2 − punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-użu ta' teknoloġiji moderni ta' kontroll għad-disponibbiltà u l-kwalità tad-dejta dwar is-sajd;

(b) użu iktar effiċjenti ta’ sistemi li diġà jintużaw abbord kull bastiment tas-sajd u, meta jkun meħtieġ, l-użu ta' teknoloġiji effettivi ta' kontroll għad-disponibbiltà u l-kwalità tad-data dwar is-sajd u l-akkwakultura;

Emenda  190

Proposta għal regolament

Parti X – Artikolu 46 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) armonizzazzjoni fl-Unjoni kollha tar-regoli dwar il-kontrolli u l-penalitajiet;

Emenda  191

Proposta għal regolament

Parti X – Artikolu 46 – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb) kumplimentarjetà bejn il-kontrolli li jsiru fuq il-baħar u fuq l-art;

Emenda  192

Proposta għal regolament

Parti X − Artikolu 46 − paragrafu 2 − punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-iżvilupp ta' kultura ta' konformità fost l-operaturi;

(d) l-iżvilupp ta' kultura ta' koresponsabbiltà, konformità u kooperazzjoni fost l-operaturi kollha tal-bastimenti tas-sajd, is-sidien tal-bastimenti u s-sajjieda;

Emenda  193

Proposta għal regolament

Parti X – Artikolu 46 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) reġim ta’ konformità u infurzar standardizzat għal kull Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm reġim ta’ konformità u infurzar uniformi fl-UE kollha peress li jintużaw l-istess territorji ta’ sajd. Barra minn hekk, f’xi Stati Membri jintużaw sanzjonijiet amministrattivi filwaqt li f’xi Stati Membri oħra jintużaw sanzjonijiet kriminali.

Emenda  194

Proposta għal regolament

Parti X − Artikolu 46 − paragrafu 2 − punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) l-istabbiliment ta' sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi.

imħassar

Emenda  195

Proposta għal regolament

Parti X – Artikolu 46 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-istabbiliment ta' penalitajiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, inkluż l-iffriżar ta’ fondi mill-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS), b'kunsiderazzjoni tal-proporzjon tal-ispiża f'paragun mal-proporzjon tal-benefiċċju u l-prinċipju ta' proporzjonalità.

Emenda  196

Proposta għal regolament

Parti X − Artikolu 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jesiġu li d-detenturi ta' liċenzja tas-sajd għal bastimenti tas-sajd b'tul globali ta' 12-il metru jew aktar li jtajru l-bandiera tagħhom jikkontribwixxu b'mod proporzjonali għall-ispejjeż tal-implimentazzjoni tas-sistema ta' kontroll tas-sajd tal-Unjoni.

L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-operaturi tagħhom jikkontribwixxu b'mod proporzjonali għall-ispejjeż operattivi tal-implimentazzjoni tas-sistema ta' kontroll tas-sajd tal-Unjoni u l-ġbir tad-data.

Emenda  197

Proposta għal regolament

Parti XI − Artikolu 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tista' tingħata għajnuna finanzjarja mill-Unjoni sabiex tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3.

Tista' tingħata għajnuna finanzjarja mill-Unjoni sabiex tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet ta' sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali fit-tul stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni m’għandhiex tappoġġja operazzjonijiet li jitfgħu f’periklu s-sostenibbiltà u l-konservazzjoni ta’ riżorsi bijoloġiċi, bijodiversità, ħabitats u ekosistemi tal-baħar.

Emenda  198

Proposta għal regolament

Parti XI − Artikolu 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

1. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-Istati Membri għandha tkun kundizzjonali fuq il-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-Istati Membri.

1. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-Istati Membri għandha tkun trasparenti u kundizzjonali fuq il-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, kif ukoll fuq l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' prekawzjoni mill-Istati Membri.

2. In-nuqqas ta' konformità mill-Istati Membri, mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, tista' twassal għall-interruzzjoni jew is-sospensjoni tal-ħlasijiet jew għall-applikazzjoni ta' korrezzjoni finanzjarja għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni skont il-Politika Komuni tas-Sajd. Dawn il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati man-natura, il-firxa, id-dewmien u r-ripetizzjoni tan-nuqqas ta' konformità.

2. In-nuqqas ta' konformità mill-Istati Membri, mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, għandha twassal għall-interruzzjoni jew is-sospensjoni tal-ħlasijiet jew għall-applikazzjoni ta' korrezzjoni finanzjarja għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni skont il-Politika Komuni tas-Sajd. Dawn il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati man-natura, il-firxa, id-dewmien u r-ripetizzjoni tan-nuqqas ta' konformità.

Ġustifikazzjoni

Jinħtieġu inċentivi qawwija biex tiżdied il-konformità mal-PKS.

Emenda  199

Proposta għal regolament

Parti XI − Artikolu 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

1. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-operaturi għandha tkun kundizzjonali fuq il-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-operaturi.

1. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-operaturi għandha tkun kundizzjonali fuq il-konformità min-naħa tal-operaturi mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u mal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-direttivi fil-qasam ambjentali msemmija fl-Artikolu 12. L-għajnuna finanzjarja m’għandhiex tingħata lil operazzjoni li tipperikola s-sostenibbiltà u l-konservazzjoni ta’ riżorsi bijoloġiċi , bijodiversità, ħabitats jew ekosistemi tal-baħar.

2. Ksur serju mill-operaturi tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, għandu jirriżulta fi projbizzjonijiet temporanji jew permanenti fuq l-aċċess għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni u/jew l-applikazzjoni ta' tnaqqis finanzjarju. Dawn il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati man-natura, il-firxa, id-dewmien u r-ripetizzjoni tal-ksur serju.

2. Ksur serju mill-operaturi tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u tal-liġi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandu jirriżulta fi projbizzjonijiet temporanji jew permanenti fuq l-aċċess għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni u/jew l-applikazzjoni ta' tnaqqis finanzjarju. Dawn il-miżuri, meħuda mill-Istat Membru, għandhom ikunu dissważivi, effettivi u proporzjonati man-natura, il-firxa, id-dewmien u r-ripetizzjoni tal-ksur serju.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni tingħata biss jekk ma tkun ġiet imposta l-ebda sanzjoni għal ksur serju lill-operatur ikkonċernat sa perjodu ta' sena (1) qabel id-data tal-applikazzjoni għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni tingħata biss jekk ma jkun ġie kommess l-ebda ksur serju mill-operatur ikkonċernat, sa perjodu ta' mill-inqas 3 snin qabel id-data tal-applikazzjoni għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni.

Emenda  200

Proposta għal regolament

Parti XII – Artikolu 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Huma stabbiliti Kunsilli Konsultattivi għal kull qasam ta' kompetenza stipulat fl-Anness III, sabiex jippromwovu rappreżentanza bilanċjata tal-partijiet interessati kollha u sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3.

1. Huma stabbiliti Kunsilli Konsultattivi għal kull waħda miż-żoni ġeografiċi jew oqsma ta' kompetenza stipulati fl-Anness III, sabiex jippromwovu rappreżentanza bilanċjata tal-partijiet interessati kollha, bi qbil mal-Artikolu 54(1), u sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3.

 

1a. B'mod partikolari, il-Kunsilli Konsultattivi ġodda li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti skont l-Anness III:

 

(a) Kunsill Konsultattiv għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, maqsum fi tliet taqsimiet għal kull wieħed mill-baċiri tal-baħar li ġejjin: l-Atlantiku tal-Punent, l-Atlantiku tal-Lvant u l-Oċean Indja)

 

(b) Kunsill Konsultattiv għall-akkwakultura u s-sajd fl-ilmijiet interni

 

(c) Kunsill Konsultattiv għas-swieq

 

(d) Kunsill Konsultattiv għall-Baħar l-Iswed

2. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 fir-rigward tal-emendi f'dak l-Anness b'rabta mal-bidliet fl-oqsma ta' kompetenza jew sabiex toħloq oqsma ta' kompetenza ġodda għall-Kunsilli Konsultattivi jew biex toħloq Kunsilli Konsultattivi ġodda.

 

3. Kull Kunsill Konsultattiv għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu.

2. Kull Kunsill Konsultattiv għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Emenda  201

Proposta għal regolament

Parti XII – Artikolu 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Qabel tlesti l-proċeduri interni tagħha li jwasslu għall-preżentazzjoni, bi qbil mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, ta' proposta leġiżlattiva fuq il-bażi ġuridika tal-Artikolu 43(2) tat-TFUE, bħal pjanijiet multiannwali jew oqfsa ta' miżuri tekniċi, jew li jwasslu għall-adozzjoni ta' atti delegati bi qbil mal-Artikolu 55, il-Kummissjoni għandha tfittex l-opinjoni tal-Kunsilli Konsultattivi kkonċernati. Din il-konsultazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-konsultazzjoni tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) jew korpi xjentifiċi oħra adegwati.

1. Il-Kunsilli Konsultattivi jistgħu:

1. Il-Kunsilli Konsultattivi jistgħu:

(a) jissottomettu rakkomandazzjonijiet u suġġerimenti dwar kwistjonijiet relatati mal-ġestjoni tas-sajd u l-akkwakultura lill-Kummissjoni jew lill-Istat Membru kkonċernat;

(a) jissottomettu rakkomandazzjonijiet u suġġerimenti dwar kwistjonijiet relatati mal-ġestjoni tas-sajd u l-aspetti soċjoekonomiċi u ta' konservazzjoni tas-sajd u l-akkwakultura lill-Kummissjoni, u lill-Istat Membru kkonċernat;

(b) jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar problemi relatati mal-ġestjoni tas-sajd u tal-akkwakultura fil-qasam ta' kompetenza tagħhom;

(b) jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar problemi relatati mal-ġestjoni u l-aspetti soċjo-ekonomiċi u ta' konservazzjoni tas-sajd u, meta jkun xieraq, tal-akkwakultura fil-qasam jew sfera ta' kompetenza tagħhom u jipproponu soluzzjonijiet biex jingħelbu dawn il-problemi;

(c) jikkontribwixxu, f'kooperazzjoni mill-qrib max-xjenzati, għall-ġbir, il-forniment u l-analiżi tad-dejta neċessarja għall-iżvilupp ta' miżuri ta' konservazzjoni.

(c) jikkontribwixxu, f'kooperazzjoni mill-qrib max-xjenzati, għall-ġbir, il-forniment u l-analiżi tad-data neċessarja għall-iżvilupp ta' miżuri ta' konservazzjoni.

 

(ca) joħorġu opinjonijiet dwar abbozzi ta’ miżuri ta' konservazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 17 u l-abbozz ta' miżuri tekniċi kif imsemmi fl-Artikolu 21, u jippreżentawhom lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li huma kkonċernati direttament fis-sajd jew fil-qasam ikkonċernat;

2. Il-Kummissjoni u, fejn ikun rilevanti, l-Istat Membru kkonċernat, għandhom iwieġbu fi żmien raġonevoli ta’ żmien għal kwalunkwe rakkomandazzjoni, suġġeriment jew informazzjoni riċevuti skont il-paragrafu 1.

2. Il-Kummissjoni u, meta jkun rilevanti, l-Istat Membru kkonċernat, għandhom iqisu l-opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, suġġerimenti jew kwalunkwe informazzjoni li jkunu rċevew mill-Kunsilli Konsultattivi skont il-paragrafi -1 u 1 u għandhom iwieġbu għal tali tressiq sa mhux aktar tard minn 30 jum tax-xogħol, u fi kwalunkwe każ qabel jiġu adottati l-miżuri finali. Meta l-miżuri finali adottati jmorru kontra l-opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u suġġerimenti li jkunu ntagħtu mill-Kunsilli Konsultattivi skont il-paragrafi -1 u 1, il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat għandhom jipprovdu spjegazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għal tali diverġenza.

Emenda  202

Proposta għal regolament

Parti XII – Artikolu 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

1. Il-Kunsilli Konsultattivi għandhom ikunu komposti minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-operaturi tas-sajd u gruppi oħra ta' interess affettwati mill-Politika Komuni tas-Sajd.

1. Il-Kunsilli Konsultattivi għandhom ikunu komposti minn:

 

(a) organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-operaturi tas-sajd u, meta jkun xieraq, tal-akkwakultura;

 

(b) gruppi oħra ta' interess affettwati mill-Politika Komuni tas-Sajd, pereżempju organizzazzjonijiet ambjentali u gruppi tal-konsumaturi.

 

Fir-rigward ta' (a), min iħaddem, is-sajjieda li jaħdmu għal rashom u l-impjegati kif ukoll id-diversi mestieri tas-sajd għandhom jiġu rappreżentati kif xieraq.

 

Rappreżentanti tal-amministrazzjonijiet nazzjonali u reġjonali b'interessi fis-sajd fiż-żona kkonċernata u riċerkaturi mill-istituzzjonijiet ta’ riċerka xjentifika u tas-sajd tal-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet xjentifiċi internazzjonali li jagħtu pariri lill-Kummissjoni għandhom jitħallew jipparteċipaw bħala osservaturi.

 

1a. Rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Kunsill Konsultattiv bħala osservaturi. Meta jiġu diskussi kwistjonijiet li jaffettwawhom, ir-rappreżentanti tas-settur tas-sajd u gruppi ta' interess oħra minn pajjiżi terzi, inklużi rappreżentanti minn Organizzazzjonijiet Reġjonali tas-Sajd, li għandhom interess fis-sajd fiż-żona jew sajd kopert minn Kunsill Konsultattiv, jistgħu jiġu mistiedna jieħdu sehem f'dak il-Kunsill Konsultattiv bħala osservaturi.

2. Kull Kunsill Konsultattiv għandu jkun magħmul minn assemblea ġenerali u kumitat eżekuttiv u għandu jadotta l-miżuri neċessarji għall-organizzazzjoni tiegħu u biex jiżgura t-trasparenza u r-rispett tal-opinjonijiet kollha espressi.

2. Kull Kunsill Konsultattiv għandu jkun magħmul minn assemblea ġenerali u kumitat eżekuttiv u għandu jadotta l-miżuri neċessarji għall-organizzazzjoni tiegħu u biex jiżgura t-trasparenza u r-rispett tal-opinjonijiet kollha espressi.

3. Il-Kunsilli Konsultattivi jistgħu japplikaw għal għajnuna finanzjarja tal-Unjoni bħala korpi li qegħdin isegwu għan ta’ interess Ewropew ġenerali.

3. Il-Kunsilli Konsultattivi jistgħu japplikaw għal għajnuna finanzjarja tal-Unjoni bħala korpi li qegħdin isegwu għan ta’ interess Ewropew ġenerali.

4. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 fir-rigward tal-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi.

4. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 fir-rigward tal-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 u l-paragrafu 1a.

Emenda  203

Proposta għal regolament

Anness XIII – Artikolu 55 – paragrafu 2 - 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 12(2), 15(6), 20(1) u (2), 24(1) u (2), 35(3), 36(4), 37(6), 47(2), 52(2), 54(4) għandha tingħata għal perjodu ta' żmien indeterminat mill-1 ta’ Jannar 2013.

2. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 13, 15(6), 20(1) u (2), 24(1) u (2), 36(4), 37(6), 47(2), 54(4) għandha tingħata għal perjodu ta' żmien indeterminat mill-1 ta’ Jannar 2013.

3. Id-delegazzjoni tas-setgħa imsemmija fl-Artikoli 12(2), 15(6), 20(1) u (2), 24(1) u (2), 35(3), 36(4), 37(6), 47(2), 52(2). 54(4) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iżjed tard speċifikata fiha. Hija m'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ.

3. Id-delegazzjoni tas-setgħa imsemmija fl-Artikoli 13, 15(6), 20(1) u (2), 24(1) u (2), 36(4), 37(6), 47(2), 54(4) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iżjed tard speċifikata fiha. Hija m'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4. Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 12(3), 15(4), 20(1) u (2), 24(1) u (2), 35(3), 36(4), 37(7), 47(2), 52(2), 54(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien (2) xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn (2) fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 13, 15(6), 20(1) u (2), 24(1) u (2), 36(4), 37(6), 47(2), 54(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw.. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda  204

Proposta għal regolament

Anness XIII – Artikolu 55a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 55a

 

Proċedura ta' urġenza

 

1. L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw, soġġetti għall-paragrafu 2, għal perjodu ta' sitt xhur. In-notifika tal-att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.

 

2. Jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 55(5). F'każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Emenda  205

Proposta għal regolament

Parti XIII − Artikolu 56

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-implimentazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat tas-sajd u tal-akkwakultura. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

1. Fl-implimentazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat tas-sajd u tal-akkwakultura. Tali kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

2. Meta issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Dawn il-bidliet huma ta' natura teknika biex jiġi osservat ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  206

Proposta għal regolament

Parti XIV − Artikolu 57 − paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-Deċiżjoni (KE) Nru 2004/585 hija b'dan imħassra b'effett mid-dħul fis-seħħ tar-regoli adottati skont l-Artikoli 51(4) u 52(4).

2. Id-Deċiżjoni (KE) Nru 2004/585 hija b'dan imħassra b'effett mid-dħul fis-seħħ tar-regoli adottati skont l-Artikolu 54(4).

Emenda  207

Proposta għal regolament

Parti XIV − Artikolu 57 − paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Ir-Regolament (KE) Nru 199/2008 huwa mħassar.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva dwar il-Ġbir ta’ Data ma għandhiex tiġi revokata. Il-bidliet neċessarji għandhom isiru permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Emenda  208

Proposta għal regolament

Parti XIV − Artikolu 58 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Minkejja l-Artikolu 57(4), ir-Regolament (KE) Nru 199/2008 għandu jkompli japplika għall-programmi nazzjonali adottati għall-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta għas-snin 2011 - 2013.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva dwar il-Ġbir ta’ Data ma għandhiex tiġi revokata. Il-bidliet neċessarji għandhom isiru permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Emenda  209

Proposta għal regolament

Parti XIV – Artikolu 58a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 58a

 

Rieżami

 

1. Kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina d-dispożizzjonijiet tal-Parti I u tippreżenta proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiġi inkorporat il-progress u l-aqwa prattiki fil-ġestjoni tas-sajd.

 

2. Il-Kummmissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operat tal-Politika Komuni tas-Sajd qabel tmiem l-2022.

Emenda  210

Proposta għal regolament

Parti XIV – Artikolu 58b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 58b

 

Rapport annwali

 

Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali li jinforma lill-pubbliku dwar is-sitwazzjoni tas-sajd fl-Unjoni, inkluża informazzjoni dwar il-livelli ta’ bijomassa tal-istokkijiet tal-ħut, is-sostenibbiltà tar-rati ta’ sfruttar u d-disponibbiltà ta’ data xjentifika.

Emenda  211

Proposta għal regolament

Anness III

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

KUNSILLI KONSULTATTIVI

KUNSILLI KONSULTATTIVI

Isem tal-Kunsill Konsultattiv

Żona ta’ kompetenza

Isem tal-Kunsill Konsultattiv

Żona ta’ kompetenza

Il-Baħar Baltiku

Iż-żoni tal-ICES IIIb, IIIc u IIId

Il-Baħar Baltiku

Iż-żoni tal-ICES IIIb, IIIc u IIId

Il-Baħar Mediterran

L-ilmijiet Marittimi tal-Mediterran tal-Lvant tal-linja 5°36' Punent

Il-Baħar Mediterran

L-ilmijiet Marittimi tal-Mediterran tal-Lvant tal-linja 5°36' Punent

Il-Baħar tat-Tramuntana

Iż-żoni tal-ICES IV u IIIa

Il-Baħar tat-Tramuntana

Iż-żoni tal-ICES IV u IIIa

L-ilmijiet tal-Majjistral

Iż-żoni tal-ICES V (eskluża Va u l-ilmijiet tal-Unjoni biss ta' Vb), VI u VII

L-ilmijiet tal-Majjistral

Iż-żoni tal-ICES V (eskluża Va u l-ilmijiet tal-Unjoni biss ta' Vb), VI u VII

L-ilmijiet tal-Lbiċ

Iż-żoni tal-ICES VIII, IX u X (ilmijiet madwar l-Azores), u żoni tas-CECAF 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 (ilmijiet madwar Madejra u l-Gżejjer Kanarji)

L-ilmijiet tal-Lbiċ

Iż-żoni tal-ICES VIII, IX u X (ilmijiet madwar l-Azores), u żoni tas-CECAF 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 (ilmijiet madwar Madejra u l-Gżejjer Kanarji)

L-istokkijiet pelaġiċi (stokkafixx, kavall, sawrell, aringa)

Il-kompetenza għaż-żoni kollha (esklużi l-Baħar Baltiku, il-Baħar Mediterran u l-Akkwakultura)

L-istokkijiet pelaġiċi (stokkafixx, kavall, sawrell, aringa)

Il-kompetenza għaż-żoni kollha (esklużi l-Baħar Baltiku, il-Baħar Mediterran u l-Akkwakultura)

Il-flotta tal-baħar internazzjonali/distanzi twal

L-ilmijiet kollha mhux tal-Unjoni

Il-flotta tal-baħar internazzjonali/distanzi twal

L-ilmijiet kollha mhux tal-Unjoni

L-akkwakultura

L-akkwakultura, kif definita fl-Artikolu 5

L-akkwakultura u Sajd fl-Ilmijiet Interni

L-akkwakultura, kif definita fl-Artikolu 5 u l-ilmijiet interni kollha tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea

 

 

Ir-reġjuni l-iktar imbiegħda, maqsuma fi tliet baċiri tal-baħar: Il-Punent tal-Atlantiku, il-Lvant tal-Atlantiku, l-Oċean Indjan

Iż-żoni ICES kollha li jkopru baħar madwar ir-reġjuni l-iktar imbiegħda, partikolarment l-Ilmijiet Marittimi tal-Gwadelup, il-Gujana Franċiża, Martinique, il-Gżejjer Kanarji, l-Azores, Madejra u Reunion

 

 

Il-Kunsill tal-Baħar l-Iswed

Is-subżona ġeografika tal-GFCM kif iddefinita fir-Riżoluzzjoni GFCM/33/2009/2

 

 

Kunsilli Konsultattivi tas-Swieq

Iż-żoni kollha tas-suq

NOTA SPJEGATTIVA

Ġustifikazzjoni

Il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) attwali falliet fil-parti l-kbira tagħha. Jidher li huwa impossibbli li jiġu solvuti l-problemi li ilhom jeżistu (is-sajd żejjed, il-kapaċità żejda, il-qagħda ekonomika ħażina ta' ħafna impriżi fis-settur tas-sajd, il-problemi soċjali kkawżati mit-tnaqqis tas-sajd f'ħafna reġjuni kostali). Ir-Regolament bażiku ġdid għandu jkun ambizzjuż biex jibni l-bażi sabiex ix-xejra negattiva kostanti tinqeleb u biex tinbena industrija tas-sajd fl-Ewropa li tkun sostenibbli u li jkollha suċċess.

L-abbozz ta’ rapport huwa bbażat fuq id-dokumenti ta’ ħidma tar-rapporteur dwar ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (PE 480.830, PE 491.603 u PE 480.832); fejn il-kwantità kbira ta’ kummenti kostruttivi dwar dawn id-dokumenti mill-Parlament, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-pubbliku kienu utli ħafna fl-iżvilupp sussegwenti tal-ideat fl-abbozz ta’rapport.

Dan li ġej huwa sommarju tal-punti l-aktar importanti tal-abbozz ta' rapport:

Rendiment Massimu Sostenibbli (MSY)

Il-Kummissjoni qed tipproponi bħala objettiv tar-Regolament li sal-2015 l-istokkijiet kollha tal-ħut jiġiebu fil-livell ta’ MSY. Ir-rapporteur tappoġġja dan l-objettiv. Biex jintlaħaq dan l-objettiv, l-UE għandha taħdem biex kemm jista’ jkun tosserva l-impenji li ħadet hija stess f’Johannesberg fl-2002. Madankollu, il-prinċipju li jistabbilixxi l-objettiv fl-Art.

2 mhuwiex suffiċjenti. Barra minn hekk, għandu jkun hemm obbligu li jorbot legalment lill-Kunsill biex tonqos il-mortalità tal-ħut għal livell komparabbli mal-MSY (FMSY) sal-2015. Fil-każ ta’ sajd żejjed tal-istokkijiet, għandu jkun hemm saħansitra tnaqqis drastiku fil-mortalità tal-ħut, għal perjodu ta’ tranżizzjoni, biex l-istokkijiet jitħallew jikbru.

Obbligu tal-ħatt tal-qabdiet u projbizzjoni fuq l-iskartar tal-ħut

Il-proposta tar-regola dwar il-ħatt għandha tinżamm. Dan joħloq inċentiva ċara għal selettività akbar u b’hekk jiġu evitati qabdiet aċċidentali mhux mixtieqa. Jekk ir-regola tiġi implimentata b’mod intelliġenti, din il-miżura twassal għal kwantitajiet akbar ta’ ħatt fuq perjodu twil ta’ żmien.

Sabiex ir-regola dwar il-ħatt taħdem b’suċċess, madankollu, huma meħtieġa numru ta’ emendi u żidiet fil-proposta tal-Kummissjoni. Dawn, fost l-oħrajn, jinkludu:

–         - l-obbligu tal-Istati Membri li jwettqu proġetti pilota biex iżidu s-selettività, sabiex jippreparaw lis-sajjieda għar-regola dwar il-ħatt u biex jgħinuhom inaqqsu l-qabdiet aċċidentali

–         - l-indirizzar tal-għajnuna finanzjarja għal aktar selettività lejn dawk l-attivitajiet tas-sajd fejn ir-regola dwar il-ħatt hija partikolment diffiċli biex tiġi implimentata

–         - approċċ gradwali u bbażat fuq l-attività tas-sajd (u mhux fuq l-ispeċijiet), sabiex ikunu jistgħu jiġu żviluppati regoli dettaljati fi pjanijiet multiannwali qabel ma tidħol fis-seħħ ir-regola dwar il-ħatt;

–         - regoli li jiffaċilitaw l-introduzzjoni tar-regola tal-ħatt għas-sajjieda. Dawn jinkludu eċċezzjonijiet de minimis għal kwantitajiet żgħar ta’ qabdiet aċċidentali, jekk ma jkunux jistgħu jiġu pproċessati fuq l-art, u eżenzjoni għall-qabdiet aċċidentali li jkollhom probabilità kbira li jgħixu jekk jintefgħu lura fil-baħar.

Sistema trasparenti għall-konċessjonijiet individwali u kollettivi

Il-kritika tal-proposta tal-Kummissjoni dwar “konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli (TFCs)” tittratta primarjament il-fatt li jsiru suġġetti għall-kummerċ u li għalhekk jistgħu jiġi msarrfa fi flus.

Ir-rapporteur tixtieq tagħmel referenza għal aspett ieħor tal-konċessjonijiet għas-sajd. Dawn jikkostitwixxu għas-sajjied mhux biss valur finanzjarju iżda wkoll garanzija tad-dritt tas-sajd. Is-sajjied jaf li għal perjodu speċifiku għandu dritt jistad sehem partikolari mill-kwota nazzjonali. Dan jgħinu jagħmel pjanijiet aktar sodi. Din is-sikurezza fl-ippjanar hija wkoll ta’ benefiċċju għall-ambjent, għax is-sajjied ikkonċernat ikollu żmien is-sena kollha biex jistad il-kwota tiegħu u ma għandux għalfejn jistad kemm jista’ jkun malajr u kemm jista’ jkun ħut.

Sabiex jiġu sfruttati dawn il-vantaġġi mingħajr ma d-drittijiet tas-sajd jissarrfu fi flus, ir-rapporteur qed tipproponi għalhekk li t-terminu "trasferibbli" jitħassar mill-Artikolu 27. Għalhekk it-TFCs (Konċessjonijiet tas-Sajd Trasferibbli) isiru FCs (Konċessjonijiet tas-Sajd). Il-konċessjonijiet tas-sajd b’hekk huma u jibqgħu proprjetà tal-Istat Membru u jiġu trasferiti lis-sajjieda għal perjodi limitati ta’ żmien.

Il-proposta tippermetti l-“pooling” tal-konċessjonijiet tas-sajd fuq bażi volontarja, sabiex ikun jista’ jsir immaniġġjar kollettiv tradizzjonali jew immaniġġjar minn organizzazzjonijiet ta’ produzzjoni.

Kwistjoni estremament importanti hija naturalment min għandu jirċievi dawn il-konċessjonijiet tas-sajd. L-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jikkunsidraw kriterji soċjali u ambjentali sabiex attivitajiet żgħar lokali tas-sajd u prattiki selettivi ta’ qbid jissaħħew.

Eliminazzjoni ta’ kapaċitajiet żejda

Ir-rapporteur hija konvinta li f’bosta attivitajiet tas-sajd Ewropew il-kapaċitajiet żejda huma problema li għandha tiġi solvuta b’mod urġenti. It-TFCs, minħabba l-konċentrazzjoni ekonomika, huma mezz biex jiġu eliminati l-kapaċitajiet żejda. Madankollu, dan huwa biss il-każ ta’ flotot li jistadu għal dawk l-ispeċijiet li huma regolati permezz ta' qabdiet totali permissibbli u kwoti. Il-miżuri ta’ restrizzjoni tas-sajd ibbażati fuq l-isforzi tas-sajd, bħal, p.e. ir-Regolament tal-Mediterran 1967/2006, jidhru li mhumiex adattati biex isir il-kummerċ.

Il-proposta tagħti lill-Istati Membri kkonċernati l-possibilità li jużaw metodi alternattivi biex jallinjaw il-kapaċitajiet ta’ qbid tagħhom mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli. Huwa biss fejn dan ma jirnexxix fi żmien sitt snin li l-konċessjonijiet tas-sajd fl-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati għandhom jerġgħu jsiru suġġetti għall-kummerċ.

Huwa preferibbli li l-aġġustament tal-kapaċità jiġi kkoordinat bejn l-Istati Membri – u f’dan ir-rigward il-pjanijiet multiannwali jistgħu u għandhom jintużaw.

Barra minn hekk, il-proposta tagħmilha ċara wkoll li l-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-possibilità li l-konċessjonijiet tas-sajd jiġu kkummerċjalizzati, pereżempju billi jipprojbixxu l-kummerċ tagħhom lilhinn mil-limiti ta’ sezzjonijiet speċifiċi tal-flotta.

Reġjonalizzazzjoni u konsultazzjoni mal-gruppi interessati

Il-proposta tar-rapporteur għandha l-għan li tikseb koordinazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri sabiex meta jiġu ddelegati l-kompetenzi lill-Istati Membri fil-qafas ta’ pjan multiannwali jew regolament qafas tekniku r-riżultat ma jkunx możajk ta’ miżuri nazzjonali differenti.

L-abbozz ta’ rapport, għaldaqstant, jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw fl-adozzjoni ta’ miżuri nazzjonali (“reġjonalizzati”).

Fl-istess ħin, il-Kunsilli Konsultattivi (dawk li kienu l-“RACs”)) għandhom jissaħħu, billi qabel ma tittieħed miżura jiġu kkonsultati kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippreżentaw ġustifikazzjonijiet b’saħħithom kull meta jiddevjaw mir-rakkomandazzjonijiet. Il-Kumitati Konsultattivi għalhekk għandhom il-potenzjal jiżguraw il-koerenza tal-miżuri adottati mill-Istati Membri. Barra minn hekk, l-involviment tagħhom jirrendi r-regolazzjonijiet ikkonċernati aktar aċċettabbli fis-settur tas-sajd u fis-soċjetà ċivili.

Bħala miżura oħra biex tiżdied il-koerenza u biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-PKS, il-Kummissjoni trid tagħmel valutazzjoni regolari tal-miżuri nazzjonali kkonċernati.

Il-Kumitati Konsultattivi għandhom jiġu kkonsultati wkoll meta r-regola tal-ħatt tiġi introdotta, u qabel id-dħul fis-seħħ tagħha għandhom jissottomettu proposti dwar l-implimentazzjoni tal-attività tas-sajd dokumentata kompetament. Barra minn hekk, għandhom ifasslu proposti għal regoli ta’ eċċezzjoni għall-ħut li jkollhom probabilità kbira ta’ sopravvivenza. Naturalment, dawn finalment iridu jiġu pprovati xjentifikament.

Miżuri addizzjonali għall-irkupru tal-istokkijiet tal-ħut

L-abbozz ta’ rapport imur lil hinn mill-proposti tal-Kummissjoni billi fl-Artikolu 7a (ġdid) jipproponi bħala miżura addizzjonali, li l-Istati Membri jkunu obbligati fi żmien tliet snin jagħlqu bejn 10 u 20% tal-ilmijiet tagħhom għas-sajd. Din il-miżura tista’ minn naħa waħda tintuża biex tipproteġi habitats sensittivi, u min-naħa l-oħra anki tgħin biex iżżid il-produttività tal-istokkijiet tal-ħut, meta pereżempju żoni għar-riproduzzjoni jiġu magħluqa għas-sajd. Din il-miżuri hija partikolarmet effettiva f’żoni fejn qabel, il-ġestjoni tal-istokkijiet tal-ħut kienet issir b’mod inadegwat u fejn is-sitwazzjoni tad-data hija insuffiċjenti.

Miżuri ta’ tranżizzjoni għall-Mediterran

Fil-mument, l-UE ma tistabbilixxi l-ebda restrizzjoni fil-qbid tal-istokkijiet tal-Mediterran. Minkejja xi inizjattivi nazzjonali li ħaqqhom tifħir u l-bidliet li saru bl-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Mediterran fil-ġestjoni tal-istokkijiet tal-ħut fil-Mediterran (1967/2006), is-sitwazzjoni għadha insoddisfaċenti. L-ammont ta’ sajd żejjed fil-Mediterran huwa partikolarment għoli, u s-sitwazzjoni tad-data hija partikolatment ħażina. Minħabba l-fatt li l-istrutturi tal-flotot huma żgħar, huwa diffiċli li jiġu applikati miżuri ta’ kontroll.

Waħda mill-ikbar problemi fil-Mediterran hija dik tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament 1967/2006 u l-kontroll tal-ħatt li jsir, peress li hemm ammont enormi ta’ portijiet żgħar u possibilitajiet ta’ ħatt. Għalhekk, ir-rapporteur qed tipproponi li fil-Mediterran tiġi introdotta sistema ta’ Użu ta' Drittijiet Territorjali għas-Sajd (TURFs). B’din is-sistema, grupp ta’ sajjieda jiġi allokat żona partikolari li fiha jkollu permess jistad. Dan l-istrument fuq bażi territorjali jżid is-sens ta’ responsabilità tas-sajjieda. Din is-sistema tagħti possibilità għal aktar awtokontroll, u fejn ikun hemm bżonn is-sajjieda jikkontrollaw lil xulxin, għaliex dawn għandhom interess li ħadd ma jistad b'mod illegali fiż-żona tagħhom.

L-Istati Membri, meta jitabbilixxu l-limiti ġeografiċi tat-TURFs, għandhom jikkunsidraw il-pożizzjoni taż-żoni magħluqa għas-sajd, sabiex jikkombinaw flimkien dawn iż-żewġ strumenti ta’ ġestjoni.

L-Istati Membri għandhom jieħdu ħsieb li l-mortalità tal-ħut fit-TURFs tiġi limitata b’mod li l-għanijiet tar-Regolament jinkisbu, b’mod partikolari l-għan tal-MSY. Dawn ir-restrizzjonijiet, li jistgħu jieħdu l-forma ta’ limitazzjoni fuq l-isforz tal-qabdiet jew tas-sajd, naturalment għandhom jiġu kkoordinati bejn it-TURFs li fihom jinqabdu l-istess speċijiet ta’ ħut. Meta, biż-żmien, is-sitwazzjoni tad-data tkun tjiebet, jista’ jkun possibbli fuq żmien twil li l-Kunsill jintroduċi limitazzjonijiet ta’ qbid jew ta’ sforz għal uħud mill-istokkijiet.

Sħubiji ma’ pajjiżi terzi għall-ġestjoni komuni tas-sajd

F’baċini tal-baħar fejn l-UE taqsam l-istokkijiet tal-ħut ma’ pajjiżi barra l-UE, l-UE għandha taħdem biex tikseb ġestjon aħjar tas-sajd komuni. Għal dan l-iskop, mhux biss il-kooperazzjoni fi ħdan l-organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd għandhom jittejbu iżda għandhom jiġu konklużi ftehimiet bilaterali ta’ kooperazzjoni, u fejn ikun xieraq ftehimiet multilaterali. L-UE tista’, fil-qafas ta’ dawn il-ftehimiet, tagħmel disponibbli fondi u għajnuna teknika. Min-naħa tiegħu, il-pajjież sieħeb jobbliga ruħu għal ġesjoni effettiva tas-sajd, li tkun kompatibbli ma’ dik tal-UE.

OPInjoni tal-kumitat għall-affarijiet legali dwar il-bażi ġuridika

L-Onor. Gabriel Mato Adrover

President

Kumitat għas-Sajd

BRUSSELL

Suġġett:           Opinjoni dwar il-bażi ġuridika tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2011)0425 – C7-0198/2011 – 2011/0195(COD))

Għażiż Sur President,

Bl-ittra ddatata t-3 ta' Lulju 2012, inti kkonsultajt lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, skont l-Artikolu 37 tar-Regoli ta' Proċedura, sabiex jikkunsidra ż-żieda possibbli ta' bażi ġuridika tal-proposta għal regolament imsemmija hawn fuq.

Il-bażi ġuridika proposta mill-Kummissjoni hija l-Artikolu 43(2) tat-TFUE, taħt it-Titolu III dwar "Agrikoltura u Sajd" tat-Tielet Parti tat-TFUE, bit-titolu "Politika u Azzjonijiet Interni tal-Unjoni".

Il-bażi ġuridika proposta li tiżdied hija l-Artikolu 349 tat-TFUE taħt is-Seba' Parti tat-TFUE bit-titolu "Dispożizzjonijiet Ġenerali u Finali", liema artikolu jistabbilixxi l-proċedura għall-adozzjoni ta' miżuri speċifiċi intiżi, b'mod partikolari, għall-istabbiliment tal-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tat-Trattati għar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni.

Fl-ittra tiegħek tlabt espressament jekk l-Artikolu 43(2) tat-TFUE jikkostitwixxix l-unika bażi ġuridika adegwata għal din il-proposta speċifika, u jekk l-Artikoli 43(2) u 349 tat-TFUE jistgħux jiġu adottati bħala bażi ġuridika konġunta għal proposta leġiżlattiva speċifika billi dawk jippreskrivu l-applikazzjoni ta' proċeduri leġiżlattivi differenti.

I - Kuntest

Il-Green Paper dwar ir-Riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) [1] ikkonkludiet li l-objettivi tal-kisba tas-sajd sostenibbli fid-dimensjonijiet kollha tiegħu (ambjentali, ekonomika u soċjali) ma ntlaħqux u identifikat sensiela ta' nuqqasijiet strutturali tal-PKS attwali. Għaldaqstant il-Kummissjoni kkonkludiet li l-PKS kellha bżonn riforma fundamentali u permezz tal-proposta preżenti tissuġġerixxi r-revoka tar-Regolament tal-Kunsill[2] attwali u tissostitwixxih b'PKS ġdida adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.

L-għan ġenerali tal-proposta huwa li jiġu żgurati attivitajiet ta' sajd u akkwakultura li jipprovdu kundizzjonijiet ambjentali sostenibbli fit-tul u li jikkontribwixxu għad-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel. L-objettiv tal-PKS huwa l-isfruttament ta' riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar li jreġġa' lura u jżomm ir-riżorsi tal-ħut f'livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli, u l-implimentazzjoni tal-approċċi prekawzjonarji u ekosistemiċi għall-ġestjoni tas-sajd.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni stqarret li flimkien mal-proposta sejra tadotta wkoll Komunikazzjoni ġenerali dwar il-PKS tal-futur, proposta għal Regolament dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, Komunikazzjoni dwar id-dimensjoni esterna tal-PKS u rapport dwar partijiet speċifiċi tar-Regolament tal-Kunsill imsemmi hawn fuq.

II - Artikoli rilevanti tat-TFUE

L-Artikolu li ġej huwa ppreżentat bħala l-bażi ġuridika tal-proposta tal-Kummissjoni (l-enfasi miżjuda tindika d-dispożizzjonijiet operattivi):

Artikolu 43

1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti sabiex telabora u timplimenta l-politika agrikola komuni, inkluża s-sostituzzjoni tal-organizzazzjonijiet nazzjonali b'waħda mill-forom tal-organizzazzjoni komuni previsti fl-Artikolu 40(1), u l-implimentazzjoni tal-miżuri speċifikati f'dan it-Titolu tat-Trattati.

Dawn il-proposti għandhom jieħdu konsiderazzjoni xierqa tal-interdipendenza tal-kwistjonijiet agrikoli mqajma f'dan it-Titolu tat-Trattat.

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jistabbilixxu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli prevista fl-Artikolu 40(1) kif ukoll id-dispożizzjonijiet l-oħra meħtieġa għall-kisba tal-objettivi tal-politika agrikola komuni u l-politika komuni tas-sajd.

3. Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri dwar l-iffissar tal-prezzijiet, l-imposti, l-għajnuna u l-limitazzjonijiet kwantitattivi, kif ukoll dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd.

4. L-organizzazzjonijiet nazzjonali tas-suq jistgħu jiġu ssostitwiti bl-organizzazzjoni komuni prevista fl-Artikolu 40(1) taħt il-kondizzjonijiet previsti fil-paragrafu 2:

a) jekk l-organizzazzjoni komuni toffri lill-Istati Membri li jopponu din il-misura u li jippossjedu huma stess organizzazzjoni nazzjonali għall-prodotti inkwistjoni, garanziji ekwivalenti dwar l-impjieg u l-livell ta' għajxien tal-produtturi interessati, waqt li jittieħed kont xieraq tar-ritmu tal-adattamenti li jkunu possibbli u ta' gradi ta' speċjalizzazzjoni meħtieġa; u

b) jekk dik l-organizzazzjoni tkun tista' tassigura għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni kondizzjonijiet simili għal dawk li jipprevalu fi swieq nazzjonali.

5. Jekk organizzazzjoni komuni tiġi stabbilita għal ċerta materja prima, waqt li tkun għadha ma teżistix għal prodotti korrispondenti proċessati, il-materja prima inkwistjoni użata għall-prodotti proċessati intizi għall-esportazzjoni f’pajjiżi mhux membri tista' tiġi importata minn barra l-Unjoni.

L-Artikolu li ġej qed jiġi propost li jiżdied mal-bażi ġuridika:

Artikolu 349

Billi jittieħed kont tas-sitwazzjoni strutturali soċjali u ekonomika tal-Gwadelup, tal-Gujana Franċiża, tal-Martinique, ta' Réunion, ta' Saint Barthélemy, ta' Saint Martin, l-Azores, il-Madejra u l-Gżejjer Kanarji, li hija aktar ikkumplikata bid-distanza u l-insularità tagħhom, bid-daqs żgħir, bit-topografija u l-klima diffiċli, bid-dipendenza ekonomika fuq ftit prodotti, li l-permanenza u l-kumbinazzjoni tagħhom jirrestrinġu bi kbir l-iżvilupp tagħhom, il-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, għandu jadotta miżuri speċifiċi bl-għan li, partikolarment, jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tat-Trattati presenti għal dawk ir-Reġjuni, inklużi l-politiki komuni. Meta jiġu adottati l-miżuri speċifiċi inkwistjoni mill-Kunsill skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali, dan għandu jiddeċiedi wkoll fuq proposta tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu jikkonċernaw b'mod partikolari oqsma bħalma huma l-politika doganali u tal-kummerċ, il-politika fiskali, iż-żoni liberi, il-politika dwar l-agrikoltura u s-sajd, il-kondizzjonijiet għall-fornitura ta' materja prima u oġġetti essenzjali għall-konsumatur, l-għajnuniet tal-Istat u l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-fondi strutturali u għal programmi orizzontali tal-Unjoni.

Il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu billi jieħu kont tal-karatteristiċi speċjali u r-restrizzjonijiet tar-reġjuni l-aktar 'il bogħod mingħajr ma jnaqqas l-integrità u l-koerenza tal-ordni legali tal-Unjoni, inklużi s-suq intern u l-politika komuni.

III - Il-bażi ġuridika proposta

L-Artikolu 43(2) tat-TFUE jipprevedi l-bażi ġuridika ġenerali għall-politika komuni tas-sajd li permezz tagħha l-Parlament u l-Kunsill għandhom jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet neċessarji għall-kisba tal-objettivi tagħha skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

L-Artikolu 349 tat-TFUE jipprevedi bażi ġuridika li tirrigwarda l-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tat-Trattati għar-reġjuni ultraperiferiċi, inklużi l-politiki komuni, li skonthom il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, jadotta miżuri speċifiċi għal dawn ir-reġjuni. Skont dan l-artikolu, il-Kunsill jadotta l-miżuri waħdu, u l-Parlament jiġi sempliċement ikkonsultat. Madankollu huwa importanti li wieħed jinnota li bis-saħħa tal-Artikolu 16(3) tat-TUE l-Kunsill jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata ladarba l-Artikolu 349 tat-TFUE ma jiddisponix xort'oħra.

IV - Ġurisprudenza dwar il-bażi ġuridika

Skont ġurisprudenza kostanti tal-Qorti tal-Ġustizzja "l-għażla tal-bażi ġuridika ta' att Komunitarju għandha tibbaża ruħha fuq elementi oġġettivi, suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, li fosthom jinsabu, b'mod partikolari, l-għan u l-kontenut tal-att"[3]. Għalhekk, l-għażla ta' bażi ġuridika żbaljata tista' tiġġustifika l-annullament tal-att ikkonċernat.

F'dan il-każ, għandu għalhekk jiġi stabbilit jekk il-proposta:

1. issegwix skop dupliċi jew komponent dupliċi, u wieħed minnhom huwa identifikabbli bħala l-iskop jew il-komponent prinċipali jew predominanti, filwaqt li l-ieħor huwa sempliċement inċidentali;jew

2. issegwix simultanjament għadd ta' objettivi jew għandhiex bosta komponenti li huma indissoċjabbilment konnessi, mingħajr ma l-ebda wieħed minnhom ikunu sekondarju jew indirett fil-konfront tal-ieħor.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fl-ewwel każ l-att irid ikun ibbażat fuq bażi ġuridika unika, jiġifieri li jkun meħtieġ mill-iskop jew mill-komponent prinċipali jew predominanti, u fit-tieni każ l-att se jkollu jkun ibbażat fuq diversi bażijiet ġuridiċi korrispondenti[4].

Għaldaqstant ir-rikors għal bażi ġuridika doppja ma tkunx ġiet eskluża mill-bidu abbażi tal-fatt li l-proċeduri stabbiliti għal kull bażi ġuridika huma inkompatibbli ma' xulxin[5]. L-użu ta' bażi ġuridika doppja baqa' validu fejn ma wassalx li jintmessu d-drittijiet tal-Parlament Ewropew. F'dan il-każ, l-Artikolu 43(2) tat-TFUE jiddisponi għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja, filwaqt li l-Artikolu 349 tat-TFUE jipprevedi konsultazzjoni tal-Parlament biss. Il-Qorti sostniet li, f'każ bħal dan, il-proċedura leġiżlattiva ordinarja tieħu preċedenza, peress li tinvolvi parteċipazzjoni ikbar tal-Parlament[6].

V. Għan u kontenut tar-regolament propost

Skont il-Kummissjoni "[l]-għan ġenerali tal-proposta huwa li jiġu żgurati attivitajiet ta' sajd u akkwakultura li jipprovdu kundizzjonijiet ambjentali sostenibbli fit-tul u li jikkontribwixxu għad-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel"[7].

L-objettivi speċifiċi prinċipali tal-proposta huma definiti fil-memorandum ta' spjegazzjoni billi jiġi ttrattat il-bżonn li jiġu rriveduti l-għanijiet tal-PKS; titjieb il-konsistenza bejn l-inizjattivi ta' politika koperti mill-PKS; jiġu ppreservati aħjar ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, b'mod partikolari għall-pjanijiet multiannwali għall-ġestjoni tas-sajd, u sabiex jintemm l-iskartar tal-ħut; issir kontribuzzjoni għall-politiki dwar l-ekosistemi u dawk ambjentali taħt il-PKS; isir provvediment għar-reġjonalizzazzjoni tal-miżuri fuq approċċ dwar il-baċiri tal-baħar taħt il-pilastru tal-konservazzjoni; jissaħħu l-ġbir ta' data u l-parir xjentifiku għall-bażi tal-għarfien tal-politika dwar il-konservazzjoni; il-politika esterna tiġi integrata b'mod sħiħ fil-PKS; jiġi promoss l-iżvilupp tal-akkwakultura; tiġi rriformata l-politika dwar is-suq komuni tal-PKS; tiġi pprovduta bażi ġuridika għal strument finanzjarju ġdid sal-2014 li jsostni l-għanijiet tal-PKS u l-Aġenda 2020 tal-UE; jiżdied aktar u jiġi organizzat aħjar l-involviment tal-partijiet interessati; u r-reġim ġdid ta' kontroll li ġie adottat dan l-aħħar jiġi inkorporat fil-PKS.

L-abbozz ta' rapport tal-Kumitat għas-Sajd ikompli jelabora billi jargumenta fin-nota spjegattiva tiegħu li l-PKS attwali falliet fil-parti l-kbira tagħha u deher li huwa impossibbli li jiġu solvuti l-problemi li ilhom jeżistu (is-sajd żejjed, il-kapaċità żejda, il-qagħda ekonomika ħażina ta' ħafna impriżi fis-settur tas-sajd, il-problemi soċjali kkawżati mit-tnaqqis tas-sajd f'ħafna reġjuni kostali). Ikkonkluda li r-"Regolament bażiku ġdid għandu jkun ambizzjuż biex jibni l-bażi sabiex ix-xejra negattiva kostanti tinqeleb u biex tinbena industrija tas-sajd fl-Ewropa li tkun sostenibbli u li jkollha suċċess".

Mid-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-proposta l-Artikolu 6(3) biss jirreferi espliċitament għar-reġjuni ultraperiferiċi. Huwa jawtorizza lill-Istati Membri jillimitaw is-sajd għal bastimenti rreġistrati fil-portijiet tal-Azores, Madejra u l-Gżejjer Kanarji. Madankollu ta' min jinnota li l-limiti massimi tal-kapaċità tas-sajd li għalihom l-Istati Membri huma suġġetti, skont l-Artikolu 35 tal-proposta, huma stabbiliti fl-Anness II tar-regolament propost, u mhux talli l-limiti massimi għall-Istati Membri individwali f'tali anness jinkludu espliċitament ir-reġjuni ultraperiferiċi [l-aktar reġjuni mbiegħda], talli huma speċifikati wkoll il-limiti massimi għar-reġjuni ultraperiferiċi. L-Artikolu 35(2) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati biex tikkalkola mill-ġdid il-limiti massimi għall-kapaċità tas-sajd. Ta' min jinnota li l-att ġuridiku attwali, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, ma jinkludix intestaturi speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi.

L-abbozz tar-rapport tal-Kumitat għas-Sajd fih 227 emenda għat-test propost mill-Kummissjoni. Minnhom, emenda waħda biss (l-emenda 23 tal-premessa 54) issemmi r-reġjuni ultraperiferiċi (reġjuni l-aktar imbiegħda):

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 54

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54) Jidher xieraq li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa permezz ta' atti delegati li toħloq Kunsill Konsultattiv ġdid u biex timmodifika l-oqsma ta' kompetenza ta' kunsilli eżistenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-ispeċifitajiet tal-Baħar l-Iswed.

(54) Jidher xieraq li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa permezz ta' atti delegati li toħloq Kunsill Konsultattiv ġdid u biex timmodifika l-oqsma ta' kompetenza ta' kunsilli eżistenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-ispeċifitajiet tal-Baħar l-Iswed u tar-reġjuni ultraperiferiċi.

Din il-premessa tirreferi għall-Kunsilli Konsultattivi li għandhom jinħolqu skont l-Artikoli 52 sa 54 tal-proposta, in-numru u l-kompetenzi tagħhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni f'atti delegati adottati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 55 tal-proposta.

Tressqu 2322 emenda addizzjonali għall-abbozz tar-rapport. Għadd ta' dawn l-emendi jsemmu fuq fuq ir-reġjuni ultraperiferiċi, partikolarment l-emenda 228 u 1780 li jippruvaw idaħħlu lill-Artikolu 349 tat-TFUE bħala bażi ġuridika u artikolu ġdid li jistabbilixxi Kunsill Konsultattiv għar-reġjuni ultraperiferiċi, separat minn Kunsill Konsultattiv ieħor, stabbilit għall-ilmijiet interni:

Emenda  228

Alain Cadec

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Kunsiderazzjoni 3a (ġdida)

 

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Emenda  1780

Alain Cadec

Proposta għal regolament

Parti 3 – Artikolu 24a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 24a

 

Konsultazzjoni mal-Kunsilli Konsultattivi

 

1. Kunsill Konsultattiv dwar ir-reġjuni ultraperiferiċi għandu jiġi stabbilit bi qbil mal-Artikolu 53.

 

2. Kunsill Konsultattiv dwar is-sajd intern għandu jiġi stabbilit bi qbil mal-Artikolu 53.

L-emendi 320 (identika għall-emenda 321) u 2036 jirreferu wkoll għall-Artikolu 349 tat-TFUE u jqajmu l-kwistjoni tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi:

Emenda  320

Estelle Grelier, Patrice Tirolien

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Huwa neċessarju li jkun sostnut l-iżvilupp tas-setturi ewlenin li fihom ir-reġjuni ultraperiferiċi għandhom potenzjal għall-ispeċjalizzazzjoni u vantaġġi komparati sħaħ, ngħidu aħna s-sajd u l-akkwakultura. Sabiex tkun implementata politika komuni tas-sajd li tkun reġjonalizzata jkun neċessarju li jiġi rikonoxxut l-istatus speċjali tagħhom u li jiġu applikati l-Artikoli 349 u 355(1) tat-TFUE.

Emenda  2036

Luís Paulo Alves

Proposta għal regolament

Parti 5 – Artikolu 34 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Mingħajr ma jżidu l-isforzi tas-sajd tagħhom, il-flotot li jappartjenu lir-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu, minħabba l-partikularitajiet tagħhom u skont l-Artikolu 349 tat-TFUE, ikomplu jirċievu għajnuna speċifika għall-modernizzazzjoni tagħhom, bil-għan li jittejbu s-sikurezza u l-kundizzjonijiet tal-operat tal-attività tagħhom.

Ta' min jinnota li fit-18 ta' April 2012 il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar ir-rwol tal-Politika ta' Koeżjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi, li fih dan li ġej (enfasi miżjuda):

Jiddispjaċih li l-proposta ta' riforma tal-politika komuni tas-sajd ma qisitx biżżejjed is-sitwazzjoni u r-realitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi; jisħaq fuq id-dimensjoni marittima tar-reġjuni ultraperiferiċi u l-importanza tal-attività tas-sajd fl-ippjanar tat-territorju u għall-impjieg tal-popolazzjonijiet lokali, minħabba ż-żona ekonomika esklussiva ta' dawn ir-reġjuni, li l-potenzjal tagħhom għandu jiġi tradott f'miżuri konkreti u koerenti għal ekonomija marittima ta' vera u li għandhom jitqiesu kif xieraq fil-programm tal-politika marittima integrata Ewropea; ifakkar fl-interess ekonomiku li qed jikber, imqanqal mill-ġid bijoġenetiku u minerali immens tal-qiegħ tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi, u l-importanza li dan jitqies f'"l-istrateġija Ewropea ġdida għar-reġjuni ultraperiferiċi", sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp ta' ekonomija ta' tkabbir ibbażata fuq il-baħar; jargumenta f'dan il-kuntest li r-reġjuni ultraperiferiċi għandhom ikunu fil-qalba tal-politika marittima tal-Unjoni, waqt li jinsisti fuq ir-rwol tagħhom fil-qasam tal-isfruttament sostenibbli tal-baħar u l-inħawi kostali, kif ukoll f'termini ta' governanza marittima internazzjonali, u li r-reġjuni ultraperiferiċi tal-Atlantiku għandhom jieħdu sehem fl-istrateġija għall-Atlantiku li qed titfassal bħalissa;[8]

Barra minn hekk, is-Senat Franċiż, bi tweġiba għal dan, ressaq dan li ġej fil-kuntest tal-proċedura ta' verifika tas-sussidjarjetà skont il-Protokoll Nru 2 tat-TFUE:

Iqis, bħall-Parlament Ewropew, li l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jippermetti li jinħarġu r-regoli speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi bil-għan li jitqiesu l-iżvantaġġi tagħhom, mhuwiex użat biżżejjed u jitlob, konsegwentement, lill-Kummissjoni Ewropea tipprevedi fir-regolamenti dwar il-Politika Komuni tas-Sajd u dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd dispożizzjonijiet speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi.[9]

VI - Determinazzjoni tal-bażi ġuridika xierqa

Bil-għan li tiġi ddeterminata l-bażi ġuridika xierqa f'dan il-każ jeħtieġ jiġi kkunsidrat jekk l-iskop prinċipali jew predominanti tal-proposta huwiex dak li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet neċessarji biex jiġu segwiti l-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd, jew jekk l-objettiv ta' adozzjoni tal-miżuri speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi dwar is-sajd huwiex indissoċjabbilment konness mingħajr ma jkun sekondarju u indirett.

L-objettiv ġenerali tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li jiġu żgurati attivitajiet ta' sajd u akkwakultura li jipprovdu kundizzjonijiet ambjentali sostenibbli fit-tul u li jikkontribwixxu għad-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel, filwaqt li l-abbozz tar-rapport tal-Kumitat għas-Sajd jenfasizza li r-Regolament propost għandu jibni l-bażi sabiex ix-xejra negattiva kostanti tal-problemi għas-settur tas-sajd tinqeleb u biex tinbena industrija tas-sajd fl-Ewropa li tkun sostenibbli u li jkollha suċċess.

F'dan il-kuntest, id-dispożizzjonijiet attwali fil-proposta li jippermettu miżuri speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi, fl-Artikolu 6(3) dwar il-bastiment tas-sajd reġistrati u l-Artikolu 35 dwar il-limiti massimi tal-kapaċità tas-sajd, huma ta' portata limitata u għaldaqstant sempliċement inċidentali għall-iskop predominanti li jikkonsisti fl-istabbiliment tar-regoli bażiċi wara l-Politika Komuni tas-Sajd.

Ta' min jinnota iżda li tali analiżi aktarx trid tiġi riveduta f'każ ta' adozzjoni ta' kwalunkwe waħda mill-emendi msemmija hawn fuq li jippruvaw idaħħlu miżuri speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi, pereżempju dawk li jippruvaw jistabbilixxu Kunsill Konsultattiv għar-reġjuni ultraperiferiċi, billi dan jista' jibdel l-eżerċizzju ta' valutazzjoni ta' hawn fuq u tali miżuri ma jibqgħux sekondarji u indiretti fil-konfront tal-Politika Komuni tas-Sajd. Tali konklużjoni hija wkoll sostnuta mir-riżoluzzjoni tal-Parlament imsemmija hawn fuq dwar ir-rwol tal-Politika ta' Koeżjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi u mill-kontribut li ta s-Senat Franċiż fir-rigward tas-sussidjarjetà li t-tnejn li huma appellaw għal miżuri speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi fir-Regolament propost.

F'każ li l-proċedura leġiżlattiva li ssegwi u n-negozjati possibbli għal qbil fit-tieni qari jwasslu biex isiru aktar emendi għall-proposta li jintroduċu tali dispożizzjonijiet addizzjonali li jippermettu miżuri speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi, jew diretti jew inkella fil-forma ta' delegi ta' setgħa leġiżlattiva, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali għandu għal darb'oħra jivverifika l-bażi ġuridika biex jaċċerta jekk tali dispożizzjonijiet humiex sempliċement inċidentali għall-Politiki Komuni tas-Sajd, jew jekk jagħtu lok għal objettiv mhux sekondarju u indirett, u b'hekk tinħtieġ iż-żieda tal-Artikolu 349 tat-TFUE mal-bażi ġuridika.

Għal dak li għandu x'jaqsam mat-tieni kwistjoni mqajma mill-Kumitat għas-Sajd, ta' min jinnota li, minkejja li l-Artikolu 349 tat-TFUE, bil-maqlub tal-Artikolu 43(2) tat-TFUE, ma jippreskrivix l-applikazzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jippreskrivi li l-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata. Konsegwentement, dawn l-artikoli mhumiex proċeduralment inkompatibbli.

VII - Konklużjoni u rakkomandazzjoni

Fid-dawl tal-analiżi preċedenti, il-mistoqsijiet magħmula mill-Kumitat għas-Sajd għandhom jitwieġbu kif ġej:

1. L-Artikolu 43(2) tat-TFUE jikkostitwixxi l-unika bażi ġuridika xierqa għall-proposta hekk kif inhi attwalment, iżda jekk il-proposta tkun emendata biex tinkludi aktar dispożizzjonijiet li jippermettu miżuri speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi, għandu jiġi eżaminat mill-ġdid jekk tali dispożizzjonijiet jagħtux lok għal objettiv li mhuwiex sempliċement inċidentali għall-Politika Komuni tas-Sajd, b'hekk tkun meħtieġa ż-żieda tal-Artikolu 349 tat-TFUE.

2. L-Artikoli 43(2) u 349 tat-TFUE jistgħu jkunu adottati bħala bażi ġuridika konġunta minkejja li jippreskrivi l-applikazzjoni ta' proċeduri leġiżlattivi differenti.

Għalhekk, fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta' Settembru 2012, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda, b'unanimità[10], li jirrakkomandalek dan li ġej: L-Artikolu 43(2) tat-TFUE jikkostitwixxi l-unika bażi ġuridika xierqa għall-proposta hekk kif inhi attwalment.

Dejjem tiegħek,

Klaus-Heiner Lehne

  • [1]  COM(2009)0163.
  • [2]  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59).
  • [3]  Kawża C-45/86, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (Preferenzi Tariffarji Ġeneralizzati) [1987] Ġabra 1439, para. 5; Kawża C-440/05, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill [2007] Ġabra I-9097; Kawża C-411/06, Il-Kummissjoni vs Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill (8 ta' Settembru 2009) (ĠU C 267, 07.11.2009, p.8).
  • [4]  Ara l-kawża C-411/06 msemmija haw fuq, paragrafi 46-47.
  • [5]  Kawża C-178/03, Il-Kummissjoni vs Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill [2006] Ġabra I-107, para. 57; Kawża C-300/89 Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill ("Diossidu tat-Titanju") [1991], Ġabra I-2867, paragrafi 17‑25.
  • [6]  Kawża C-155/07 Il-Parlament Ewropew v Il-Kunsill [2008] Ġabra I-8103, paragrafi 75-79.
  • [7]  Ara COM (2011)0425, p. 2.
  • [8]  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2012 dwar ir-rwol tal-politika ta' koeżjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-Istrateġija UE 2020, P7_TA(2012)0125, para. 17.
  • [9]  Riżoluzzjoni Ewropea tat-3 ta' Lulju 2012 biex l-Unjoni Ewropea tqis ir-realtajiet tas-sajd tar-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi.
  • [10]  Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Raffaele Baldassarre (Viċi President), Edit Bauer (skont l-Artikolu 187(2) tar-Regoli ta' Proċedura), Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu (Viċi President), Piotr Borys, Françoise Castex (Viċi President), Christian Engström, Marielle Gallo, Eva Lichtenberger (rapporteur), Antonio Masip Hidalgo, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner (Viċi President), Dagmar Roth-Behrendt, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Axel Voss, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka, Charalampos Angourakis (skont l-Artikolu 187(2) tar-Regoli ta' Proċedura).

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (20.6.2012)

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd
(COM(2011)0425 – C7‑0198/2011 – 2011/0195(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Isabella Lövin

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) tal-UE qed tiġi riformata. Billi l-ambitu tal-PKS huwa globali - l-UE timporta aktar minn 60 % tal-ħut li tikkonsma u l-flotot tagħha jistadu madwar id-dinja - huwa essenzjali li l-objettivi u l-miżuri tagħha jkunu konsistenti kemm fi ħdan kif ukoll barra l-UE nnifisha, speċjalment fir-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw. L-aħjar mod kif jiġi mminimizzat l-impatt estern tal-PKS huwa li jkun żgurat li l-politika tal-UE għall-ġestjoni tas-sajd tapplika prinċipji ta' sostenibilità ambjentali fuq perjodu twil sabiex tonqos id-dipendenza tagħna fuq ir-riżorsi tas-sajd barra mill-Unjoni.

Id-dimensjoni esterna normalment titqies li hija limitata għall-ftehimiet tas-sajd bilaterali tal-UE ma' pajjiżi terzi (attwalment imsejħin Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd, u li l-Kummissjoni tixtieq li tibda ssejħilhom Ftehimiet dwar is-Sajd Sostenibbli) u organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs). Iżda l-interessi tas-sajd tal-UE jinkludu ftehimiet privati bejn sidien tal-bastimenti tal-UE u pajjiżi terżi, impriżi konġunti u forom oħra ta' investiment. Fil-limitu tal-ambitu tal-liġi tal-UE, tali attivitajiet u relazzjonijiet għandhom jissodisfaw ukoll l-objettivi tal-PKS.

Għall-ewwel darba, il-Kummissjoni qed tipproponi li fir-regolament bażiku tal-PKS tinkludi dispożizzjonijiet dwar id-dimensjoni esterna tagħha, għalkemm il-proposta tinkludi biss artikoli dwar ftehimiet bilaterali u dwar organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs).

Il-prinċipji ewlenin proposti huma:

· l-UE għandha tippromwovi l-ġestjoni tas-sajd sabiex l-istokkijiet tal-ħut jinżammu 'l fuq mil-livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli (l-Artikolu 39.2);

· il-ftehimiet bilaterali għandhom jiġu nnegozjati biss għall-aċċess għall- istokkijiet tal-ħut li fil-każ tagħhom hemm eċċess disponibbli lil hinn mill-kapaċità ta' sfruttament tal-Istat kostali (l-Artikolu 41.2);

· il-kumpens finanzjarju għall-aċċess għall-istokkijiet tal-ħut għandu jkun diżakkoppjat mill-flus li jintużaw għall-promozzjoni tal-iżvilupp settorjali f'pajjiż terz (l-Arikolu 42).

Dawn il-proposti għandhom ikunu appoġġati bis-sħiħ mill-Kumitat għall-Iżvilupp.

Fatt aktar kontroversjali huwa li l-Kummissjoni trid tobbliga lill-Istati Membri jistabbilixxu sistema ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli, li fihom individwi jew kumpaniji jingħatawlhom drittijiet fit-tul fuq ħut li mbagħad huma jkunu jistgħu jinnegozjaw bejniethom, proċess li spiss iwassal għal konċentrazzjoni tad-drittijiet tas-sajd u jista' jwassal ukoll għal spekulazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd. Il-Kummissjoni tipproponi li teskludi l-opportunitajiet tas-sajd miksuba skont il-ftehimiet bilaterali, iżda tħalli opportunitajiet tas-sajd f'ilmijiet ta' pajjiżi fejn l-UE m'għandhiex ftehimiet tas-sajd bilaterali u f'ilmijiet internazzjonali, miftuħa għal tali sistema bbażata fuq is-suq. Huwa kruċjali li tali sistema ma tkunx applikata f'ilmijiet barra mill-UE. Ġiet inkluża emenda f'dan ir-rigward.

Jeħtieġ li mar-regolament bażiku jiġu inklużi dispożizzjonijiet oħrajn rigward id-dimensjoni esterna tal-PKS, il-parti li hija partikolarment relevanti għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u ġew inklużi numru ta' emendi f'dan ir-rigward.

Ħafna aspetti tal-politika esterna tas-sajd huma pjuttost vagi, b'nuqqas ta' informazzjoni pubblika dwar il-qbid, il-volum ta' attività tas-sajd b'bandiera tal-UE, l-impatt tal-UE u flotot oħra, eċċ. Ġew proposti diversi emendi sabiex tittejjeb it-trasparenza.

Il-ftehimiet tas-sajd ġew ikkritikati bil-qawwi għal bosta snin, u xi kultant bir-raġun. Madankollu, ftehimiet bilaterali tal-UE negozjati b'mod ġust u implimentati kif xieraq għandhom il-potenzjal jikkontribwixxu għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar aktar milli fil-każ tat-tmiem ta' dawn il-ftehimiet, billi l-parteċipazzjoni tal-UE xorta titkompla taħt forom oħra, inklużi ftehimiet privati li jkunu barra minn kull xorta ta' monitoraġġ demokratiku.

Fir-rigward tal-ftehimiet bilaterali tas-sajd infushom, ġew proposti numru ta' dispożizzjonijiet addizzjonali, inkluża klawżola dwar ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-liġijiet internazzjonali dwar ix-xogħol.

Ftehimiet tas-sajd reċenti inkludew 'klawżola tal-esklusività', li permezz tagħha l-bastimenti għandhom il-permess joperaw biss f'ilmijiet ta' pajjiżi terzi li l-UE tkun laħqet ftehim magħhom, jekk dawn ikunu inklużi fit-termini tal-ftehim. Tali klawżola għandha tiġi stabbilita fir-regolament bażiku, flimkien ma' dispożizzjoni li timpedixxi lill-bastimenti milli jbiddlu spiss il-bandiera sabiex jagħmlu użu minn diversi pajjiżi. Dan il-bdil ta' bnadar m'għandux ikun permess jekk il-bastiment jixtieq li jistad skont il-ftehimiet bilaterali tal-UE.

L-objettiv tal-UE li timpenja ruħha f'organizzazzjonijiet internazzjonali għall-ġestjoni tas-sajd għall-promozzjoni ta' sajd sostenibbli madwar id-dinja huwa ta' min ifaħħru. Sajd globali mmexxi tajjeb jikkontribwixxi lejn objettivi tal-iżvilupp, bħas-sigurtà tal-ikel għal ġenerazzjonijiet preżenti u dawk futuri. Madankollu, sabiex l-UE jkollha suċċess huwa kruċjali li dak ix-xogħol ikun ikkoordinat u appoġġat mill-politiki tal-UE għall-iżvilupp. Hemm ħtieġa kbira ta' bini tal-kapaċità fl-oqsma tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza, il-valutazzjonijiet tal-istokkijiet u l-ġestjoni tas-sajd fil-partijiet madwar id-dinja fil-fażi ta' żvilupp. Sakemm l-UE ma timpenjax ruħha fil-bini tal-kapaċità b'mod olistiku, filwaqt li tuża l-politiki tagħha kollha b'mod koordinat, l-UE tirriskja li titqies li lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw qed titlobhom l-impossibbli fir-rigward tal-ġestjoni tas-sajd, u b'hekk iddgħajjef kull possibilità ta' suċċess fil-viżjoni tagħha.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 38a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38a) Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tkun konsistenti mal-politika tal-iżvilupp tal-Unjoni u tikkontribwixxi lejn l-ilħuq tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju;

Emenda  2

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

f) konsistenza mal-politika marittima integrata, u ma' politiki oħra tal-Unjoni.

f) konsistenza mal-politika marittima integrata, u ma' politiki oħra tal-Unjoni kif ukoll l-impenji internazzjonali meħuda mill-Unjoni u mill-Istati Membri.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) trasparenza u aċċess għall-informazzjoni skont il-Konvenzjoni Aarhus, inkluż għad-dimensjoni esterna.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 27 - paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Tali sistema m'għandhiex tapplika f'ilmijiet barra mill-Unjoni.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Allokazzjoni ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli

Allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull Stat Membru għandu jalloka konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli fuq il-bażi ta' kriterji trasparenti, għal kull stokk jew grupp ta' stokkijiet li għalihom jiġu allokati opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 16, esklużi l-opportunitajiet tas-sajd miksuba taħt ftehimiet dwar is-sajd sostenibbli.

2. Kull Stat Membru jista' jalloka konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli fuq il-bażi ta' kriterji trasparenti, għal kull stokk jew grupp ta' stokkijiet li għalihom jiġu allokati opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 16, esklużi l-opportunitajiet tas-sajd miksuba taħt ftehimiet dwar is-sajd sostenibbli.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Parti VII - Titolu -1 - Artikolu 38a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Titolu -1

 

OBJETTIVI ĠENERALI

 

Artikolu 38a

 

Id-dimensjoni esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd għandha tkun koerenti mal-politiki tal-Unjoni dwar l-ambjent, l-iżvilupp u l-kummerċ. Din għandha tfittex li tikseb l-istess objettivi u tippromwovi l-istess standards għall-ġestjoni tas-sajd kif applikati fl-ilmijiet tal-Unjoni.

 

L-Unjoni Ewropea għandha tikkoordina b'mod attiv il-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tagħha mal-politika esterna tas-sajd tagħha sabiex tappoġġa b'mod effettiv l-implimentazzjoni min-naħa tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, ta' governanza sostenibbli tas-sajd globali.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità tal-operaturi tagħhom mal-miżuri msemmija fl-ewwel paragrafu. F'każijiet ta' nuqqas ta' konformità, il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri korrettivi.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Ftehimiet dwar is-Sajd Sostenibbli ma’ pajjiżi terzi għandhom jistabbilixxu qafas ta’ governanza legali, ekonomiku u ambjentali għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi.

1. Il-Ftehimiet dwar is-Sajd Sostenibbli ma' pajjiżi terzi għandhom jistabbilixxu qafas ta' governanza legali, ekonomiku, soċjali u ambjentali għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f'ilmijiet ta' pajjiżi terzi. Il-ftehimiet għandhom jikkontribwixxu lejn żvilupp sostenibbli fil-pajjiżi terzi u sajd responsabbli f'livell dinji.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 41 − paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jaqbdu biss l-eċċess tal-qabda permessibbli determinata mill-pajjiż terz kif imsemmi fl-Artikolu 62(2) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, u identifikat abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli u informazzjoni rilevanti skambjata bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz dwar l-isforz totali tas-sajd fuq l-istokkijiet affettwati, sabiex ikun żgurat li r-riżorsi tas-sajd jibqgħu 'l fuq mil-livelli kapaċi li jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli.

2. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jaqbdu biss l-eċċess tal-qabda permessibbli determinata mill-pajjiż terz kif imsemmi fl-Artikolu 62(2) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, u identifikat abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli u informazzjoni rilevanti skambjata bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz dwar l-isforz totali tas-sajd fuq l-istokkijiet affettwati mill-flotot kollha, sabiex ikun żgurat li r-riżorsi tas-sajd jibqgħu 'l fuq mil-livelli kapaċi li jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 41 - paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Ftehimiet dwar is-Sajd Sostenibbli għandhom jipprevedu li l-awtorizzazzjonijiet għas-sajd għall-istokkijiet fil-pajjiż terz jingħataw biss lill-bastimenti tas-sajd li waqt l-24 xahar qabel it-talba għall-awtorizzazzjoni għas-sajd kienu jtajru bandiera tal-Unjoni. L-ebda bastiment tas-sajd tal-Unjoni m'għandu jopera f'pajjiż terz, li miegħu l-Unjoni tkun ikkonkludiet Ftehim dwar is-Sajd Sostenibbli barra mid-dispożizzjonijiet ta' dak il-Ftehim.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Għandu jsir sforz fil-livell tal-Unjoni biex jiġu mmonitorjati l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw f'ilmijiet mhux tal-Unjoni barra mill-ambitu tal-qafas tal-ftehimiet dwar is-sajd sostenibbli. Tali bastimenti għandhom jirrispettaw l-istess prinċipji gwida li huma applikati għal dawk li jistadu fl-Unjoni.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 41 - paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c. Rispett għall-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem, kif stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fi strumenti internazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem rilevanti oħra, u għall-prinċipju tal-istat tad-dritt, għandhom jikkostitwixxu element essenzjali tal-Ftehimiet għas-Sajd Sostenibbli.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 2d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2d. Għandhom jitwettqu evalwazzjonijiet indipendenti tal-impatt ta' kull protokoll qabel il-bidu tan-negozjati għall-protokoll sussegwenti u għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-qbid u l-attività tas-sajd. Tali evalwazzjonijiet għandhom ikunu pubbliċi.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) issostni parti mill-ispiża tal-aċċess għar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta' pajjiżi terzi;

(a) issostni parti mill-ispiża tal-aċċess għar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta' pajjiżi terzi, u l-benefiċjarji tal-aċċess għaż-żona tas-sajd iħallsu kwota tal-ispejjeż progressivament ogħla;

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tistabbilixxi qafas ta' governanza, inklużi l-iżvilupp u ż-żamma ta' istituzzjonijiet xjentifiċi u ta' riċerka neċessarji, il-kapaċità ta' monitoraġġ, kontroll u sorveljanza u elementi oħra ta' bini tal-kapaċità li għandhom x'jaqsmu mal-iżvilupp ta' politika tas-sajd sostenibbli mmexxija mill-pajjiż terz. Għanjuna finanzjarja bħal din tkun ikkundizzjonata mill-kisba ta’ riżultati speċifiċi.

(b) tistabbilixxi qafas ta’ governanza, inklużi l-iżvilupp u ż-żamma ta’ istituzzjonijiet xjentifiċi u ta’ riċerka neċessarji, il-kapaċità ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza, trasparenza, parteċipazzjoni u mekkaniżmi ta' responsabilità u elementi oħra ta’ bini tal-kapaċità li għandhom x’jaqsmu mal-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli mmexxija mill-pajjiż terz. Għanjuna finanzjarja bħal din tkun ikkundizzjonata mill-kisba ta' riżultati speċifiċi u għandha tikkomplementa u tkun konsistenti mal-proġetti u programmi ta' żvilupp implimentati fil-pajjiż terz inkwistjoni.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Mingħajr ħsara għas-setgħat ta' monitoraġġ attribwiti lill-kumitati konġunti previsti fil-ftehimiet għas-sajd sostenibbli ma' pajjiżi terzi, tali għajnuna għandha tkun suġġetta għal mekkaniżmu ta' rieżami responsabbli u miftuħ, li għandu jinkludi awditjar finanzjarju disponibbli għall-pubbliku u evalwazzjonijiet indipendenti dwar l-eżitu tal-għajnuna finanzjarja ordnati mill-Kummissjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Politika Komuni tas-Sajd

Referenzi

COM(2011)0425 – C7-0198/2011 – 2011/0195(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

13.9.2011

 

 

 

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

13.9.2011

Relatur

Data tal-ħatra

Isabella Lövin

29.8.2011

Eżami fil-kumitat

23.4.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

19.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Michael Cashman, Véronique De Keyser, Nirj Deva, Leonidas Donskis, Catherine Grèze, Filip Kaczmarek, Michał Tomasz Kamiński, Gay Mitchell, Norbert Neuser, Jean Roatta, Birgit Schnieber-Jastram, Michèle Striffler, Keith Taylor, Eleni Theocharous, Patrice Tirolien, Ivo Vajgl, Anna Záborská, Iva Zanicchi

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Gesine Meissner, Csaba Őry, Judith Sargentini, Patrizia Toia

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ioan Enciu, Gabriele Zimmer

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (22.6.2012)

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd
(COM(2011)0425 – C7‑0198/2011 – 2011/0195(COD))

Rapporteur għal opinjoni: François Alfonsi

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Politika komuni tas-sajd (PKS) tal-Unjoni Ewropea hija indispensabbli biex tinkiseb ġestjoni sostenibbli tas-sajd fid-dimensjonijiet kollha tagħha, jiġifieri ambjentali, ekonomika u soċjali. Sal-lum, il-politika komuni tas-sajd ma pproduċietx ir-riżultati mistennija u l-Kummissjoni ssostni l-bżonn ta' riforma tal-PKS biex twaqqaf it-tnaqqis gravi tal-popolazzjonijiet tal-ħut ta' bħalissa, il-kapaċità żejda tal-flotta kif ukoll il-profittabilità skarsa u r-reżiljanza ekonomika baxxa għal għadd konsiderevoli ta' flotot. Għaldaqstant, tinħtieġ riforma ta' xi elementi bil-għan li jintlaħaq l-objettiv ġenerali li jikkonsisti fil-garanzija ta' attivitajiet ta' sajd u akkwakultura li jagħtu kundizzjonijiet ambjentali sostenibbli fit-tul u jikkontribwixxu għad-disponibilità tal-provvisti tal-ikel.

Politika mġedda għandha timmira għal sfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar li terġa' ġġib, u żżomm, ir-riżorsi tal-ħut 'il fuq mil-livelli kapaċi jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli. Tali sistema għandha ssir operattiva mill-aktar fis possibbli billi, b'hekk, dan ikun iwassal għal titjib kumplessiv tal-istokks li jirriżulta f'titjib sinifikanti f'termini ekonomiċi u soċjali. Mill-banda l-oħra, it-tnaqqis fil-qabdiet mhux mixtieqa, it-tmiem tal-iskartar tal-ħut u t-tnaqqis tal-impatt negattiv fuq l-ekosistemi, anki permezz tal-iżvilupp ta' rkaptu selettiv, se jikkontribwixxu għall-istat ambjentali tajjeb.

L-aċċess ugwali għall-ilmijiet għandu jibqa' wieħed mill-prinċipji ċentrali tal-PKS, bħall-konservazzjoni tar-riżorsi bijologiċi tal-baħar li trid tkompli tikkostitwixxi pilastru fundamentali biex jinkisbu l-objettivi tal-PKS. Il-pjanijiet ta' ġestjoni multiannwali intiżi għall-ġestjoni tal-isfruttament tar-riżorsi f'livelli sostenibbli jikkostitwixxu b'mod partikolari elementi kruċjali għall-politika tal-konservazzjoni. Barra minn hekk, għadha meħtieġa ġestjoni bażika tal-flotot permezz ta' limiti ġenerali ta' kapaċità tas-sajd għal kull Stat Membru.

Il-PKS għandha tappoġġa l-iżvilupp tal-industrija tal-akkwakultura li tirriżulta sostenibbli f'termini ambjentali, ekonomiċi u soċjali. L-akkwakultura sostenibbli għandha l-potenzjal biex tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-ikel kif ukoll għat-tkabbir u għall-impjiegi fir-reġjuni tal-kosta u rurali bil-kundizzjoni li tkun ġestita b'mod adegwat biex timminimizza d-degrad ambjentali. Jista' jinkiseb progress konsiderevoli meta l-Istati Membri jiżviluppaw, abbażi ta' linji gwida strateġiċi tal-Unjoni, pjanijiet strateġiċi nazzjonali biex jiffaċilitaw l-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura fir-rigward tas-sigurtà tal-attivitajiet, tal-aċċess għall-ilmijiet u għat-territorju. Anki l-appoġġ għan-netwerk Natura 2000 taż-żoni protetti fis-settur tal-baħar jikkostitwixxi investiment vitali f'dan il-kuntest. Teżisti dimensjoni ċara tal-Unjoni fl-iżvilupp tal-akkwakultura: l-għażliet strateġiċi magħmula fuq livell nazzjonali jista' jkollhom effett fuq tali żvilupp fi Stati Membri ġirien. Huwa essenzjali li l-Istati Membri jkollhom l-opportunità li jkunu jafu xi jkunu qegħdin jippjanaw Stati Membri oħra għall-iżvilupp futur tal-akkwakultura.

L-ammont totali previst għall-PKS (finanzjament fl-ambitu tal-Fond Ewropew għas-Sajd) għall-perjodu finazjarju li jmiss jammonta għal EUR 6.68 biljun.

Ir-Rapporteur huwa favorevoli għall-orjentamenti ġenerali tar-riforma proposta.

******

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, jipproponi li l-Parlament jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari fejn isostni l-orjentamenti ġenerali tal-proposta tal-Kummissjoni.

Il-Kumitat għall-Baġits se jippreżenta valutazzjoni dettaljata tal-aspetti tal-baġit fl-opinjoni tiegħu dwar il-proposta għal regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u tas-Sajd. Barra minn hekk se tiġi ttrattata l-kwistjoni tal-finanzjamenti speċifiċi favur l-attivitajiet ta' sajd fuq skala żgħira.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1a (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1a. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titolu "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva1"; itenni li hemm bżonn ta' biżżejjed riżorsi addizzjonali fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista' tissodisfa l-prijoritajiet politiċi eżistenti u twettaq il-kompiti l-ġodda previsti mit-Trattat ta' Lisbona, kif ukoll biex tirreaġixxi għal avvenimenti mhux previsti; iħeġġeġ lill-Kunsill, f'każ li ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika b'mod ċar liema mill-prijoritajiet politiċi jew mill-proġetti tiegħu jista' jiġu abbandunati totalment, minkejja l-garanzija ta' valur miżjud Ewropew tagħhom.

 

______________

 

1 Testis adottati, P7_TA(2011)0266.

Emenda  2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1b (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1b. Jirrimarka li l-impatt finanzjaru stmat tal-proposta jikkostitwixxi biss indikazzjoni lill-awtorità leġiżlattiva u li dan ma jistax jiġi ffissat qabel ma jkun intlaħaq qbil dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-Qafas Finanzjarju Multiannwali għas-snin 2014-2020;

PROĊEDURA

Titolu

Il-Politika Komuni tas-Sajd

Referenzi

COM(2011)0425 – C7-0198/2011 – 2011/0195(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

13.9.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

13.9.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

François Alfonsi

8.9.2011

Data tal-adozzjoni

20.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Francesca Balzani, Zuzana Brzobohatá, Andrea Cozzolino, Eider Gardiazábal Rubial, Jens Geier, Ivars Godmanis, Lucas Hartong, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Giovanni La Via, Barbara Matera, Claudio Morganti, Juan Andrés Naranjo Escobar, Nadezhda Neynsky, Dominique Riquet, Alda Sousa, László Surján, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Jürgen Klute, Jan Mulder, María Muñiz De Urquiza, Theodor Dumitru Stolojan

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (14.5.2012)

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd
(COM(2011)0425 – C7‑0198/2011 – 2011/0195(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Chris Davies

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-b¿onn urġenti għar-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) ma jistax ikun iktar ċar. L-istokkijiet tal-ħut fl-ilmijiet Ewropej naqsu b'mod dramatiku matul id-deċennji riċenti u hemm riskju li wħud jikkollassaw kompletament. Ħuta waħda minn erbgħa li jinqabdu tinħela kompletament peress li tintrema lura l-baħar mejta, i¿da iktar minn 60 % tal-ħut li l-Ewropa tikkonsma issa huma importati. Hemm wisq dgħajjes tas-sajd jiġru wara ftit ħut, i¿da l-kapaċità tal-flotta tal-Ewropa għadha qed ti¿died bi 3 % kull sena. L-industrija tas-sajd bilkemm tagħmel profitt, u f'ħafna ka¿ijiet tin¿amm għaddejja biss permezz ta' sussidji; id-diffikultajiet finanzjarji kbar jippromwovu raġunament għal ¿mien qasir u prattiki ħ¿iena mhux sostenibbli li kienu ta' ħsara serja għall-ambjent marittimu.

Ma nistgħux inkomplu sejrin hekk.

L-istokkijiet tal-ħut kienu qed jonqsu minn ħafna qabel ma daħlet fis-seħħ il-PKS fl-1983. Evidenza storika turi li f'ċerti ka¿ijiet il-flotot tas-sajd tal-injam ta' 100 sena ilu, li kienu dipendenti fuq il-qlugħ u r-riħ, kienu qed ittellgħu tunnellata akbar ta' ħut milli jtellgħu llum il-bastimenti b'teknoloġija għolja, u bħala medja l-ħut kienu ħafna ikbar fid-daqs.

Is-sajd eċċessiv għandu storja twila ida l-PKS għamlet ftit biex twaqqfu. Il-ħtija ma tinsabx fl-idea tal-UE li jkun hemm regoli komuni i¿da fil-politika, u b'mod partikolari fl-applikazzjoni tagħha. Ir-raġunament għal ¿mien qasir rebaħ. Qed jingħad li l-ministri li jiltaqgħu kull sena biex jistabbilixxu kwoti, bħala medja qab¿u r-rakkomandazzjonijiet bi 48%. B'konsegwenza, in-numru ta' ħut naqas u d-daqs tal-ħut maqbud naqas ukoll. Il-prattiki attwali ma jistgħux jipprovdu provvista sostenibbli ta' ikel mill-ibħra.

Fortunatament, l-ilmijiet tagħna jistgħu jsostnu ħafna iktar ħut milli għandhom issa, u mhux kull deċi¿joni politika ġiet ippruvata ħa¿ina. Fejn qabel kien hemm tnaqqis f'xi stokkijiet tal-ħut issa hemm i¿-¿ieda. Ftit ka¿ijiet i¿da li dejjem qed ji¿diedu tal-politika tal-UE qed jirnexxielhom jgħinu fl-irkupru tal-istokkijiet tal-ħut għal livelli li jaqb¿u r-rendiment massimu sostenibbli. Din għandha tkun l-ambizzjoni tagħna għalihom kollha.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi riformi kbar li jinkludu dawn l-elementi ewlenin li ġejjin:

· Stabbiliment ta' pjanijiet ta' ġestjoni fit-tul għall-istokkijiet kollha, bil-għan li jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli sal-2015;

· Allokazzjoni annwali tal-opportunitajiet tas-sajd ibba¿ati sew fuq parir xjentifiku jew, fin-nuqqas tiegħu, fuq l-applikazzjoni tal-prinċipju prekawzjonarju;

· Projbizzjoni fuq ir-rimi u l-mewt, ta' speċi kummerċjali ta' ħut;

· L-introduzzjoni fl-Ewropa kollha ta' ġestjoni bba¿ata fuq id-drittijiet (konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli jew TFCs) li tagħti lis-sajjieda inċentiv kummerċjali biex jistadu b'mod sostenibbli u jindirizzaw il-problema ta' kapaċità ¿ejda;

· Tmiem għal mikroġestjoni minn Brussell, b'deċentralizzazzjoni tad-deċi¿jonijiet ta' kuljum lil korpi reġjonali li jistgħu jikkunsidraw ċirkustanzi lokali;

· Rekwi¿iti li l-flotta tal-Ewropa se taderixxi għal standards għoljin meta tistad f'ilmijiet ta' partijiet terzi;

· Inkoraġġiment għall-i¿vilupp tal-akkwakultura fl-Ewropa kollha.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tmexxi d-domanda għal bidla, u r-Rapporteur għal Opinjoni jilqa' u japprova l-proposti li għamlet f'dan l-abbozz ta' Regolament. I¿da t-test mhux dejjem jispjega b'mod ċar kif l-arranġamenti proposti se jaħdmu fil-prattika. Hemm b¿onn ta' salvagwardji addizzjonali biex ji¿guraw li l-objettivi jiġu sodisfati u jippromwovu s-sostenibilità, u għal aktar mi¿uri biex ji¿guraw konformità.

Permezz tal-emendi tiegħu, ir-Rapporteur għal Opinjoni jfittex li jikseb dan li ġej:

· Jippromwovi mi¿uri maħsuba għall-irkupru tal-istokkijiet tal-ħut;

· Isaħħaħ l-importanza ta' pjanijiet tal-ġestjoni fit-tul, u jwaqqaf il-possibilità tal-gvernijiet li jinjoraw il-parir xjentifiku meta jistabbilixxi l-kwoti annwali;

· Iħejji t-triq għall-estensjoni ta' projbizzjoni ta' rimi għall-ispeċi kollha ta' ħut;

· Jipprovdi protezzjoni ikbar għall-ambjent marittimu;

· Juri li s-sistemi ta' ġestjoni bba¿ata fuq id-drittijiet (TFCs) tista' titfassal minn Stati Membri sabiex jilħqu prijoritajiet nazzjonali u jipproteġu interessi partikolari;

· Joħloq opportunitajiet ikbar għal prattiki tas-sajd ta' skala ¿għira u b'impatt baxx;

· Jagħmel standards iktar stretti meħtieġa għall-bastimenti tal-UE li jistadu f'ilmijiet barranin;

· Jindirizza tħassib dwar l-i¿vilupp tal-akkwakultura;

· Jenfasizza li l-politika tas-sajd trid tkun trasparenti u miftuħa għal skrutinju pubbliku.

Fl-abbozzar ta' emendi r-Rapporteur għal Opinjoni laqa' s-suġġerimenti magħmula minn rappre¿entanti mill-korpi li ġejjin: Il-Kummissjoni Ewropea; il-gvernijiet tad-Danimarka, Franza, l-Islanda, in-Norveġja, l-Isvezja u r-Renju Unit; Aquaculture Stewardship Council; BalticSea2020; Birdlife; Client Earth; Greenpeace; New Under Ten Fishermen's Association; Ocean 2012; Oceana; Pew Environment Group, UN FAO; WWF.

Madankollu, ir-responsabilità għall-proposti magħmula hija tiegħu biss.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd jestendi għall-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-isfruttar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar. Barra minn hekk, l-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd jestendi fir-rigward ta' miżuri tas-suq u miżuri finanzjarji b'appoġġ għall-għanijiet tagħha, għar-riżorsi bijoloġiċi tal-ilma ħelu u l-akkwakultura, kif ukoll għall-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, meta tali attivitajiet iseħħu fit-territorju tal-Istati Membri, jew fl-ilmijiet tal-Unjoni, inkluż minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta', u li jkunu rreġistrati f'pajjiżi terzi, jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, jew minn ċittadini tal-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 117 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar.

(2) L-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd jestendi għall-konservazzjoni, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, u l-minimizzazzjoni tal-impatti kkawżati lill-ambjent tal-baħar. Barra minn hekk, l-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd jestendi fir-rigward ta' miżuri tas-suq u miżuri finanzjarji b'appoġġ għall-għanijiet tagħha, għar-riżorsi bijoloġiċi tal-ilma ħelu u l-akkwakultura, kif ukoll għall-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, meta tali attivitajiet iseħħu fit-territorju tal-Istati Membri, jew fl-ilmijiet tal-Unjoni, inkluż minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta', u li jkunu rreġistrati f'pajjiżi terzi, jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, jew minn ċittadini tal-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 117 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet ambjentali, ekonomiċi u soċjali sostenibbli fit-tul. Barra minn hekk hija għandha tikkontribwixxi għal żieda fil-produttività, standard xieraq tal-għajxien għas-settur tas-sajd, swieq stabbli, tiżgura d-disponibbiltà tar-riżorsi u li l-provvisti jaslu għand il-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli.

(3) Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura jikkontribwixxu għal stabilità ambjentali, ekonomika u soċjali sostenibbli fit-tul. Barra minn hekk hija għandha tikkontribwixxi għal żieda fil-produttività, l-għoti ta' sigurtà tal-ikel, standard xieraq tal-għajxien għas-settur tas-sajd, kundizzjonijiet ta' xogħol deċenti għal dawk li jaħdmu fis-settur, swieq stabbli, tiżgura d-disponibbiltà tar-riżorsi u li l-provvisti jaslu għand il-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli.

Ġustifikazzjoni

Din hija bidla lingwistika – mhuwiex ċar xi jrid ifisser it-terminu "kundizzjonijiet". L-għoti ta' stabbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali sostenibbli fit-tul għandu jkun wieħed mill-objettivi fundamentali tal-PKS. Attwalment l-UE timporta 60 % tal-ħut li tikkonsma. Il-PKS għandha tiġġestixxi r-riżorsi tal-baħar biex terġa' ġġib l-istokkijiet għal-livelli li jagħtu sigurtà tal-ikel fl-Ewropa. Bosta ħaddiema li mhumiex ċittadini tal-UE – partikolarment dawk li jaħdmu offshore – mhumiex imħarsa mil-leġiżlazzjoni soċjali tal-UE.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) It-Trattat ma għandux jikkostitwixxi impediment għall-obbligu tal-Unjoni ta' ġestjoni sostenibbli tal-isfruttar tar-riżorsi tal-baħar;

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li sar f'Johannesburg fl-2002, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom li jaġixxu kontra t-tnaqqis kontinwu ta' bosta stokkijiet ta' ħut. Għalhekk, l-Unjoni għandha ttejjeb il-Politika Komuni tas-Sajd tagħha sabiex tiżgura li bħala materja ta' prijorità, il-livelli ta' sfruttar tal-istokkijiet ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jitreġġgħu lura u jinżammu f'livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli mill-popolazzjonijiet tal-istokkijiet maqbuda sal-2015. Fejn tkun disponibbli inqas informazzjoni xjentifika, dan jista' jitlob li jiġu applikati alternattivi għar-rendiment massimu sostenibbli.

(5) Fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li sar f'Johannesburg fl-2002, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom li jaġixxu kontra t-tnaqqis kontinwu ta' bosta stokkijiet ta' ħut. Għalhekk, l-Unjoni għandha ttejjeb il-Politika Komuni tas-Sajd tagħha sabiex tiżgura li bħala materja ta' prijorità, il-livelli ta' popolazzjoni tal-istokkijiet maqbuda jitreġġgħu lura u jinżammu f'livelli ogħla minn dawk li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli sal-2015. Fejn tkun disponibbli inqas informazzjoni xjentifika, għandu japplika approċċ prekawzjonarju.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) L-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar għandu jkun ibbażat fuq l-approċċ prekawzjonarju, li għandu jiġi derivat mill-prinċipju prekawzjonarju msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 191(2) tat-Trattat.

(7) Il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar għandu jkun ibbażat fuq l-approċċ prekawzjonarju, li għandu jiġi derivat mill-prinċipju prekawzjonarju msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 191(2) tat-Trattat. Meta l-provi xjentifiċi huma insuffiċjenti, inkonkludenti jew inċerti japplika l-prinċipju prekawzjonarju.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tikkontribwixxi għall-protezzjoni u l-preservazzjoni tal-ambjent tal-baħar kompatibbli mal-kisba ta' status ambjentali tajjeb sa mhux aktar tard mill-2020 kif stipulat fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin [tal-baħar] (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina [tal-baħar]).

(8) Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tikkontribwixxi għall-protezzjoni u l-preservazzjoni tal-ambjent tal-baħar, għall-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċi sfruttati għal skop kummerċjali, u b'mod partikolari għall-kisba ta' status ambjentali tajjeb sa mhux aktar tard mill-2020 kif stipulat fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin [tal-baħar] (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina [tal-baħar]).

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Jeħtieġ li jiġi implimentat approċċ ibbażat fuq l-ekosistema, l-impatti ambjentali tal-attivitajiet tas-sajd għandhom jiġu limitati u l-qabdiet mhux mixtieqa għandhom jiġu minimizzati u progressivament eliminati.

(9) Jeħtieġ li jiġi implimentat approċċ ibbażat fuq l-ekosistema bil-għan li jiġu limitati l-impatti ambjentali tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-istokkijiet tal-ħut, l-ispeċi mhux fil-mira, il-ħabitats u l-qiegħ il-baħar u l-qabdiet mhux mixtieqa għandhom jiġu minimizzati u progressivament eliminati.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-pjanijiet multiannwali għandhom fejn ikun possibbli jkopru diversi stokkijiet meta dawk l-istokkijiet jiġu sfruttati flimkien. Il-pjanijiet multiannwali għandhom jistabbilixxu l-bażi għall-istabbiliment ta' opportunitajiet tas-sajd u miri kwantifikabbli għall-isfruttar sostenibbli tal-istokkijiet u l-ekosistemi tal-baħar ikkonċernati, billi jiddefinixxu skedi ta’ żmien ċari u mekkaniżmi ta' salvagwardja għal żviluppi mhux previsti.

(17) Il-pjanijiet multiannwali għandhom fejn ikun possibbli jkopru sajd li jisfrutta stokkijiet ta' ħut uniċi jew sajd li jisfrutta taħlita ta' stokkijiet. Il-pjanijiet multiannwali għandhom jistabbilixxu l-bażi għall-istabbiliment ta' opportunitajiet tas-sajd f'konformità mal-aħjar parir xjentifiku disponibbli, miri kwantifikabbli għall-ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet u l-ekosistemi tal-baħar ikkonċernati, billi jiddefinixxu skedi ta' żmien ċari u mekkaniżmi ta' salvagwardja għal żviluppi mhux previsti. Il-pjanijiet multiannwali għandhom jinkludu valutazzjoni tal-bilanċ bejn il-kapaċità tal-flotta u d-disponibbiltà tal-opportunitajiet tas-sajd.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Għal stokkijiet li għalihom ma ġie stabbilit l-ebda pjan multiannwali, għandhom jiġu żgurati rati ta' sfruttar li jagħtu rendiment massimu sostenibbli billi jiġu stabbiliti limiti ta' qbid u/jew tal-isforz tas-sajd.

(21) Għal stokkijiet li għalihom ma ġie stabbilit l-ebda pjan multiannwali, il-limiti ta' sforzi ta' qbid u sajd għandhom jiġu ffissati biex jiżguraw li r-rati ta' sfruttar ma jikkompromettux l-objettiv biex il-popolazzjoni tal-ispeċi maqbuda jitreġġgħu għal-limiti u jinżammu biex ikunu jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli sal-2015.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Minħabba l-qagħda ekonomika prekarja tal-industrija tas-sajd u d-dipendenza ta' ċerti komunitajiet kostali fuq l-attivitajiet tas-sajd, huwa neċessarju li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd permezz tal-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri, fuq il-bażi ta' sehem prevedibbli ta' stokkijiet għal kull Stat Membru.

(22) Minħabba l-qagħda ekonomika prekarja tal-industrija tas-sajd u d-dipendenza ta' ċerti komunitajiet kostali fuq l-attivitajiet tas-sajd, huwa neċessarju li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet relatati mal-baħar permezz tal-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri, fuq il-bażi ta' sehem prevedibbli ta' stokkijiet għal kull Stat Membru.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) L-Istati Membri għandhom ikunu f'pożizzjoni li jippreżentaw talbiet issostanzjati lill-Kummissjoni sabiex ifasslu miżuri skont il-Politika Komuni tas-Sajd għall-miżuri identifikati mill-Istati Membri bħala neċessarji sabiex jikkonformaw mal-obbligi fir-rigward taż-Żoni Speċjali ta' Protezzjoni skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/147/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi iż-Żoni Speċjali ta' Konservazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa u ż-żoni protetti tal-baħar skont l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina).

(24) L-Istati Membri għandhom jirregolaw l-attivitajiet ta' sajd li jħallu impatt negattiv fuq l-istat ta' konservazzjoni ta' siti nnominati fl-ilmijiet tagħhom b'tali mod li jikkonformaw mal-obbligi fir-rigward taż-Żoni Speċjali ta' Protezzjoni skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/147/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi iż-Żoni Speċjali ta' Konservazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa u ż-żoni protetti tal-baħar skont l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina).

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Sistema ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għall-maġġoranza tal-istokkijiet immaniġġjati taħt il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiġi implimentata sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013 għall-bastimenti kollha b'tul ta' 12-il metru jew aktar u l-bastimenti l-oħra kollha li jistadu b'irkaptu rmunkat. L-Istati Membri jistgħu jeskludu bastimenti ta’ sa 12-il metru tul minbarra l-bastimenti li jużaw irkaptu rmunkat mill-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli. Sistema bħal din għandha tikkontribwixxi għal tnaqqis fil-flotta u titjib fil-prestazzjoni ekonomika prodott mill-industrija filwaqt li fl-istess ħin toħloq konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli legalment siguri u esklużivi tal-opportunitajiet annwali tas-sajd ta' Stat Membru. Billi r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar huma ġid komuni, il-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandhom jistabbilixxu biss drittijiet għall-utent għal parti mill-opportunitajiet annwali tas-sajd ta' Stat Membru li jistgħu jiġu rtirati skont regoli stabbiliti.

(29) Sistema ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għall-maġġoranza tal-istokkijiet immaniġġjati taħt il-Politika Komuni tas-Sajd tista' tiġi implimentata. L-Istati Membri jistgħu jeskludu ċerti tipi ta' bastimenti mill-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli skont kriterji ġusti, ekwitabbli u trasparenti. Sistema bħal din għandha tikkontribwixxi għal tnaqqis fil-flotta u titjib fil-prestazzjoni ekonomika prodott mill-industrija filwaqt li fl-istess ħin toħloq konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli legalment siguri u esklużivi tal-opportunitajiet annwali tas-sajd ta' Stat Membru. Billi r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar huma ġid komuni, il-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandhom jistabbilixxu biss drittijiet għall-utent għal parti mill-opportunitajiet annwali tas-sajd ta' Stat Membru li jistgħu jiġu rtirati skont regoli stabbiliti.  

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Il-konċessjonijiet tas-sajd għandhom ikunu jistgħu jiġu trasferiti u mikrija sabiex il-ġestjoni tal-opportunitajiet tas-sajd tiġi deċentralizzata lejn l-industrija tas-sajd u jkun żgurat li s-sajjieda li jitilqu mill-industrija ma jkollhomx għalfejn jiddependu fuq għajnuna finanzjarja pubblika skont il-Politika Komuni tas-Sajd.

(30) Il-konċessjonijiet tas-sajd jistgħu jiġu trasferiti u mikrija sabiex il-ġestjoni tal-opportunitajiet tas-sajd tiġi deċentralizzata lejn l-industrija tas-sajd u jkun żgurat li s-sajjieda li jitilqu mill-industrija ma jkollhomx għalfejn jiddependu fuq għajnuna finanzjarja pubblika skont il-Politika Komuni tas-Sajd.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Il-karatteristiċi speċifiċi u l-vulnerabbiltà soċjoekonomika ta' xi flotot fuq skala żgħira jiġġustifikaw il-limitazzjoni tas-sistema obbligatorja tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għal bastimenti kbar. Is-sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandha tapplika għal stokkijiet li hemm opportunitajiet tas-sajd allokati għalihom.

(31) Sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandha tapplika għal stokkijiet li hemm opportunitajiet tas-sajd allokati għalihom.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) L-Istati Membri għandhom jimmaniġġjaw u jagħmlu disponibbli għall-utenti finali ta' dejta xjentifika, id-dejta miġbura, fuq il-bażi ta' programm multiannwali tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ukoll ma' xulxin sabiex jikkoordinaw l-attivitajiet ta' ġbir tad-dejta. Fejn ikun rilevanti, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw ukoll ma' pajjiżi terzi fl-istess baċir tal-baħar dwar il-ġbir tad-dejta.

(36) L-Istati Membri għandhom jimmaniġġjaw u jagħmlu disponibbli għall-utenti finali ta' data xjentifika, id-data miġbura, fuq il-bażi ta' programm multiannwali tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ukoll ma' xulxin sabiex jikkoordinaw l-attivitajiet ta' ġbir tad-data. Fejn ikun rilevanti, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw ukoll ma' pajjiżi terzi fl-istess baċir tal-baħar dwar il-ġbir tad-data b'konformità mal-istandards u l-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, partikolarment il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS).

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) L-Unjoni għandha tippromwovi l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd fuq livell internazzjonali. Għal dan il-għan, l-Unjoni għandha taħdem sabiex ittejjeb il-prestazzjoni ta' organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali fil-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' stokkijiet internazzjonali tal-ħut, billi tippromwovi teħid tad-deċiżjonijiet ibbażat fuq ix-xjenza u titjib fil-konformità, żieda fit-trasparenza u l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, u billi tiġġieled l-attivitajiet tas-sajd illegali, mhux irrappurtati u mhux irregolati (IUU).

(38) L-Unjoni għandha tippromwovi l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd fuq livell internazzjonali. Għal dan il-għan, l-Unjoni għandha taħdem sabiex ittejjeb il-prestazzjoni ta' organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali fil-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli ta' stokkijiet internazzjonali tal-ħut, billi tippromwovi teħid tad-deċiżjonijiet ibbażat fuq ix-xjenza u titjib fil-konformità, żieda fit-trasparenza u l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, u billi tiġġieled l-attivitajiet tas-sajd illegali, mhux irrappurtati u mhux irregolati (IUU).

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Il-ftehimiet dwar sajd sostenibbli konklużi ma' pajjiżi terzi għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta' pajjiżi terzi jkunu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli, li jiżgura sfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar. Il-ftehimiet li jipprovdu għal drittijiet ta' aċċess fi skambju ma' kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, għandhom jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta' qafas ta' governanza ta' kwalità għolja biex jiżguraw b'mod partikolari miżuri ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza effikaċi.

(39) Il-ftehimiet dwar sajd sostenibbli konklużi ma' pajjiżi terzi għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta' pajjiżi terzi jkunu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli, li jiżgura sfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar. Il-ftehimiet li jipprovdu għal drittijiet ta' aċċess fi skambju ma' kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, għandhom jikkontribwixxu għall-ġbir ta' data dwar l-istokkijiet u dwar il-pressjoni attwali ta' sajd u għall-istabbiliment ta' qafas ta' governanza ta' kwalità għolja biex jiżguraw b'mod partikolari miżuri ta' monitoraġġ, kontroll u sorveljanza effikaċi;

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42) L-akkwakultura għandha tikkontribwixxi għall-preservazzjoni tal-potenzjal tal-produzzjoni tal-ikel fuq bażi sostenibbli mal-Unjoni kollha biex tiggarantixxi s-sigurtà tal-ikel fit-tul għaċ-ċittadini Ewropej u biex tikkontribwixxi għad-domanda dinjija dejjem tibker għal ikel akkwatiku.

(42) L-akkwakultura għandha tikkontribwixxi għall-preservazzjoni tal-potenzjal tal-produzzjoni tal-ikel fuq bażi sostenibbli mal-Unjoni kollha biex tiggarantixxi s-sigurtà tal-ikel fit-tul għaċ-ċittadini Ewropej u biex tikkontribwixxi għad-domanda dinjija dejjem tibker għal ikel akkwatiku. L-akkwakultura ma għandhiex iżżid il-pressjoni ta' sajd fuq l-istokkijiet selvaġġi u għandha tkun suġġetta għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali qabel espansjoni eventwali tagħha.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-isfruttar ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar; kif ukoll

a) il-konservazzjoni, il-ġestjoni sostenibbli u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

Emenda 20

Proposta għal regolament

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura jipprovdu kundizzjonijiet ambjentali, ekonomiċi u soċjali sostenibbli fit-tul u jikkontribwixxu għall-provvisti tal-ikel.

1. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura jippromwovu is-sostenibbiltà ambjentali fit-tul, li tikkostitwixxi prerekwiżit għall-istabilità ekonomika u soċjali u tikkontribwixxi għall-provvisti tal-ikel.

2. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tapplika l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd, u għandha tfittex li tiżgura, sal-2015, li l-isfruttar ta' riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar ireġġa' lura u jżomm il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada 'l fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli.

2. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tapplika l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd, u għandha tiżgura li l-isfruttar ta' riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar ireġġa' lura u jżomm il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada 'l fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli sal-2015, u jkollha l-għan li tikseb livelli tagħhom li jkunu kapaċi jipproduċu r-rendiment ekonomiku massimu sal-2020.

 

2a. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tikkontribwixxi għall-kisba u ż-żamma ta' status ambjentali tajjeb sa mhux aktar tard mill-2020 skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina 2008/56/KE.

3. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha timplimenta l-approċċ abbażi tal-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex tiżgura li l-impatti tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar ikunu limitati.

3. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha timplimenta l-approċċ abbażi tal-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex tiżgura li l-impatti tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar ikunu minimi u mhux ta' ħsara għall-integrità u l-funzjonament tiegħu.

4. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tintegra r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni.

4. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tkun konformi bis-sħiħ mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, kif stipulat fl-Artikolu 11 tat-Trattat.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tikkontribwixxi għall-ġbir ta’ data xjentifika komprensiva u robusta.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali stipulati fl-Artikolu 2, il-Politika Komuni tas-Sajd għandha b'mod partikolari:

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali stipulati fl-Artikolu 2, il-Politika Komuni tas-Sajd għandha b'mod partikolari:

 

(-a) tiżgura li sal-2015 l-opportunitajiet tas-sajd ikunu ddeterminati skont l-aħjar parir xjentifiku disponibbli u jkunu stabbiliti f'livelli li jġibu lura u jżommu l-popolazzjonijiet tal-istokkijiet kollha tal-ispeċijiet imrobbijin ’il fuq mil-livelli kapaċi li jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli;

 

(-aa) tiżgura li l-ġestjoni u l-isfruttar tal-istokkijiet tal-ħut titwettaq fil-qafas tal-pjanijiet multiannwali li jkopru kull tip ta' sajd;

(a) telimina l-qbid mhux mixtieq ta' stokkijiet kummerċjali u gradwalment tiżgura li l-qbid kollu ta' dawn l-istokkijiet jinħatt l-art;

(a) telimina l-qbid mhux mixtieq permezz tal-iżvilupp u l-użu ta' rkaptu selettiv u tagħmir ieħor, tibda mill-istokkijiet kummerċjali u gradwalment tiżgura li l-qbid tal-ħut kollu jinħatt l-art, bl-eċċezzjoni tal-ispeċijiet speċifikament eżentati u elenkati mill-Kummissjoni bħala li huma kapaċi li jibqgħu ħajjin wara r-rimi;

(b) tipprovdi kundizzjonijiet għal attivitajiet tas-sajd effiċjenti fi ħdan industrija tas-sajd ekonomikament vijabbli u kompetittiva;

(b) tipprovdi u tippromwovi kundizzjonijiet għal attivitajiet tas-sajd effiċjenti, sostenibbli u b'impatt baxx fi ħdan industrija tas-sajd ekonomikament vijabbli u kompetittiva u fejn l-aċċess għar-riżorsi jkun ibbażat fuq kriterji ġusti u trasparenti;

(c) tippromwovi l-iżvilupp tal-attivitajiet tal-akkwakultura fl-Unjoni biex tikkontribwixxi għas-sikurezza tal-ikel u l-impjiegi f'żoni kostali u rurali;

(c) tippromwovi l-iżvilupp tal-attivitajiet tal-akkwakultura ambjentalment sostenibbli u bbażati fuq l-ekosistema fl-Unjoni biex tikkontribwixxi għas-sikurezza tal-ikel u l-impjiegi f'żoni kostali u rurali;

(d) tikkontribwixxi għal standard tal-għajxien ġust għal dawk li jiddependu fuq l-attivitajiet tas-sajd;

(d) tikkontribwixxi għal standard tal-għajxien ġust fil-komunitajiet kostali u għal dawk li jiddependu fuq l-attivitajiet tas-sajd;

(e) tqis l-interessi tal-konsumaturi;

(e) tħares l-interessi tal-konsumaturi, billi jkun żgurat li t-tikkettar ikun ċar, dettaljat u preċiż u billi tkun żgurata r-rintraċċabilità tal-prodotti tas-sajd u tal-akwakultura fil-katina alimentari kollha;

(f) tiżgura ġbir u ġestjoni sistematiċi u armonizzati tad-dejta.

(f) tiżgura ġbir sistematiku, f'waqtu u armonizzat tad-data robusta, bijoloġika, teknika u ambjentali meħtieġa għall-kisba tal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd;

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) isir kontribut għall-kisba u ż-żamma ta’ status ambjentali tajjeb kif stabbilit fl-Artikolu 1(l) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/56KE li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina);

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab) ikunu limitati l-għadd u t-tipi ta’ bastimenti tas-sajd awtorizzati jistadu skont l-objettiv li jinġiebu lura u jinżammu l-popolazzjonijiet ta’ speċijiet imrobbijin ’il fuq mil-livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli, ħalli tkun evitata konċentrazzjoni ta' kapaċità tas-sajd u jkun rikonoxxut il-potenzjal tas-sajd artiġjanali għaż-żamma tal-komunitajiet kostali u jkun hemm kontribut għall-ksib ta' status ekoloġiku tajjeb;

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) tiżgura t-twaqqif ta’ riżervi tas-sajd;

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Tippromwovi t-tħaddim ta’ tagħmir u prattiki tas-sajd b’impatt ambjentali baxx

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tkun immexxija mill-prinċipji ta' governanza tajba li ġejjin:

Il-Politika Komuni tas-Sajd tapplika l-prinċipji ta' governanza tajba li ġejjin:

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) id-deċentralizzazzjoni għal-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali tad-deċiżjonijiet neċessarji ħalli jkun żgurat li l-objettivi ġenerali u l-linji gwida definiti f'livell ta' Unjoni jkunu sodisfati;

Emenda           29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-istabbilitment ta’ miżuri skont l-aħjar parir xjentifiku disponibbli;

(b) l-istabbilitment ta’ miżuri li jsegwu u jikkonformaw mal-aħjar parir xjentifiku disponibbli, dejjem billi jinżamm amment li l-assenza ta’ tagħrif xjentifiku adegwat ma tintużax bħala raġuni għall-posponiment tat-teħid ta' miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni, jew in-nuqqas tagħhom;

Ġustifikazzjoni

Nuqqas fundamentali tal-PKS kien l-iffissar annwali ta' TACs u kwoti li ħafna drabi qab¿u sew ir-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi. Jeħtieġ li l-politika futura tkun mmexxija mix-xjenza u jitnaqqas ferm sew il-kamp ta' interferenza mill-ministri.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) it-tnaqqis tal-ispejjeż amministrattivi,

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) ġestjoni li tadatta ruħha u tkun f’ħin reali

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) konsistenza mal-politika marittima integrata, u ma' politiki oħra tal-Unjoni.

(f) konsistenza mal-politika marittima integrata, u ma' politiki oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-leġiżlazzjoni ambjentali eżistenti tal-UE, u ma’ arranġamenti internazzjonali legalment vinkolanti, filwaqt li tkun żgurata l-Koerenza fil-Politika għall-Iżvilupp.

Emenda 33

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - paragrafu 1 - punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) it-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni skont il-Konvenzjoni ta' Aarhus tal-25 ta' Ġunju 1998 dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, inkluża d-dimensjoni esterna;

Ġustifikazzjoni

Tikkonferma prinċipju ta' ¿mien twil tal-Parlament.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) l-applikazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali u strateġiċi;

Ġustifikazzjoni

Dawn huma prinċipji stabbiliti sew fid-Dritt tal-UE u jifformaw parti integranti mill-governanza tajba.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt fb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb) id-deċentralizzazzjoni u r-reġjonalizzazzjoni ta' deċiżjonijiet ta' kuljum meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi u r-rekwiżiti tal-pjanijiet multiannwali.

Ġustifikazzjoni

Appoġġ tax-xewqa mifruxa biex titnaqqas il-mikroġestjoni minn Brussell

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt fc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fc) parità bejn id-dimensjoni interna u esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd, sabiex l-istandards u l-mekkaniżmi ta' infurzar applikati internatement ikunu applikati wkoll esternament meta dan ikun applikabbli.

Ġustifikazzjoni

Standards komuni għandhom japplikaw għall-flotta tas-sajd tal-UE kull fejn il-bastimenti jistgħu jistadu.

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – inċiż 6, 7, 8 u 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'rendiment massimu sostenibbli' tfisser il-qabda massima li tista' tittieħed minn stokk ta' ħut b'mod indefinit;

'rendiment massimu sostenibbli' tfisser il-qabda massima medja li tista' tittieħed minn stokk ta' ħut b'mod indefinit u li tippermetti biex jinġiebu lura l-istokkijiet għal-livelli massimi ta' abbundanza li jippermettu l-kondizzjonijiet ekoloġiċi attwali;

'approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd' tfisser approċċ li skontu n-nuqqas ta' informazzjoni xjentifika adegwata m'għandux jiġġustifika l-posponiment jew in-nuqqas ta' teħid ta' miżuri amministrattivi sabiex jiġu kkonservati speċijiet fil-mira, speċijiet assoċjati jew dipendenti u speċijiet mhux fil-mira u l-ambjent tagħhom;

'approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd', skont id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 6 fil-Ftehim tal-Istokkijiet tal-Ħut tan-Nazzjonijiet Uniti, tfisser li meta t-tagħrif xjentifiku ma jkunx ċert, affidabbli jew adegwat ikun hemm ħtieġa ta’ aktar kawtela u n-nuqqas ta' informazzjoni xjentifika adegwata m'għandux jiġġustifika l-posponiment jew in-nuqqas ta' teħid ta' miżuri amministrattivi sabiex jiġu kkonservati jew jipprevjenu dannu lil speċijiet fil-mira, speċijiet assoċjati jew dipendenti u speċijiet mhux fil-mira u l-ambjent tagħhom

'approċċ għall-ġestjoni tas-sajd ibbażat fuq l-ekosistema' tfisser approċċ li jiżgura li l-benefiċċji mir-riżorsi akkwatiċi ħajjin ikunu għoljin filwaqt li l-impatti diretti u indiretti tal-operazzjonijiet tas-sajd fuq l-ekosistemi tal-baħar ikunu baxxi u mhux detrimentali għall-funzjonament, id-diversità u l-integrità futuri ta' dawk l-ekosistemi;

'approċċ għall-ġestjoni tas-sajd ibbażat fuq l-ekosistema' tfisser approċċ li jqis il-pressjonijiet kollha fuq ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, jiżgura li l-benefiċċji mir-riżorsi akkwatiċi ħajjin ikunu għoljin filwaqt li l-impatti diretti u indiretti tal-operazzjonijiet tas-sajd fuq l-ekosistemi tal-baħar ikunu minimizzati u, fejn possibbli, eliminati, u ma jkunux detrimentali għall-funzjonament, id-diversità u l-integrità futuri ta' dawk l-ekosistemi;

 

- "rendiment ekonomiku massimu" tfisser il-livell tal-qabda li jkun fid-daqs massimu li jista' jinqabad b'mod sostenibbli sabiex isir l-akbar dħul possibbli;

'limitu ta' qbid' tfisser limitu kwantitattiv fuq il-ħatt l-art ta' stokk ta' ħut jew ta' grupp ta' stokkijiet ta' ħut matul perjodu partikolari;

'limitu ta' qbid' tfisser limitu kwantitattiv fuq il-qbid ta' stokk ta' ħut jew ta' grupp ta' stokkijiet ta' ħut matul perjodu partikolari;

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- ‘speċijiet mistada’ tfisser speċijiet soġġetti għal pressjoni/sfruttar ta’ sajd inklużi l-ispeċijiet li ma jitħattewx l-art, imma jinqabdu bħala jew qabda sekondarja jew isofru impatt minħabba s-sajd;

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 8b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

‘sfruttar sostenibbli' tfisser l-isfruttar ta’ stokk jew grupp ta’ stokkijiet ta' ħut b'mod li jġib lura u jżomm f'livelli kapaċi li jipproduċi r-rendiment massimu sostenibbli, juri distribuzzjoni f’saħħitha tal-għomor u d-daqs ta' popolazzjoni u ma jkollux impatt negattiv fuq l-ekosistemi tal-baħar;

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'punt ta' referenza dwar konservazzjoni' tfisser il-valuri ta' parametri tal-popolazzjoni ta' stokk ta' ħut (bħall-bijomassa jew ir-rata ta' mortalità mis-sajd) użati fil-ġestjoni tas-sajd, pereżempju fir-rigward ta' livell aċċettabbli ta' riskju bijoloġiku jew livell mixtieq ta' rendiment;

'punt ta' referenza dwar konservazzjoni' tfisser il-valuri ta' parametri tal-popolazzjoni ta' stokk ta' ħut (bħall-bijomassa jew ir-rata ta' mortalità mis-sajd) użati fil-ġestjoni tas-sajd, pereżempju fir-rigward tar-rendiment sostenibbli massimu jew l-aqwa ekwivalenti ta' sostitut, u jkun jirrifletti għomor tal-popolazzjoni u distribuzzjoni ta' daqs f'saħħithom, ir-rata ta' mortalità tal-ħut li tiġġenera rendiment massimu sostenibbli għandha titqies bħala standard minimu għall-punti ta’ riferiment limiti, skont il-Ftehim tal-Istokkijiet tal-Ħut tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1995;

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'salvagwardja' tfisser miżura prekawzjonarja maħsuba biex tipproteġi jew timpedixxi milli sseħħ xi ħaġa mhux mixtieqa;

'salvagwardja' tfisser miżura prekawzjonarja maħsuba biex tipproteġi jew timpedixxi l-isfruttar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar milli jaqbeż il-livelli sostenibbli, inklużi l-punti ta' riferiment ta' konservazzjoni, jew milli jkollhom impatt negattiv fuq l-ekosistema tal-baħar;

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

‘miżura prekawzjonarja’ tfisser miżura li tħaddan il-prinċipju prekawzjonarju, kif hemm riferiment għalih fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 191(2) tat-Trattat, inkluż iżda mhux limitat għal: miżuri ta' konservazzjoni, miżuri tekniċi u miżuri relatati mal-isfruttar sostenibbli tal-istokkijiet, u hija konformi mad-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 6 tal-Ftehim tal-Istokkijiet tal-Ħut tan-Nazzjonijiet Uniti, li meta t-tagħrif xjentifiku ma jkunx ċert, affidabbli jew adegwat ikun hemm ħtieġa ta’ aktar kawtela u li n-nuqqas ta' teħid ta' tagħrif xjentifiku adegwat m'għandux jiġġustifika l-posponiment jew in-nuqqas ta' teħid ta' miżuri amministrattivi sabiex jiġu kkonservati speċijiet fil-mira, speċijiet assoċjati jew dipendenti u speċijiet mhux fil-mira u l-ambjent tagħhom;

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'miżuri tekniċi' tfisser il-miżuri li jirregolaw il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet, il-kompożizzjoni tad-daqs tal-qabdiet u l-impatti fuq komponenti tal-ekosistemi li jirriżultaw mill-attivitajiet tas-sajd permezz tal-kundizzjonament tal-użu u l-istruttura tal-irkaptu tas-sajd u r-restrizzjoni tal-aċċess għal żoni tas-sajd;

'miżuri tekniċi' tfisser il-miżuri li jirregolaw il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet, il-kompożizzjoni tad-daqs tal-qabdiet u l-impatti fuq komponenti tal-ekosistemi jew il-funzjonament tal-ekosistemi li jirriżultaw mill-attivitajiet tas-sajd permezz tal-kundizzjonament tal-użu u l-istruttura tal-irkaptu tas-sajd u r-restrizzjoni tal-aċċess għal żoni tas-sajd;

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

‘riżerva tas-sajd’ tfisser spazju ġeografiku definit b’mod ċar fl-ibħra territorjali kostali ta' Stat Membru li fih kull attività ta' sajd hija pprojbita;

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'kapaċità għas-sajd' tfisser it-tunnellaġġ ta' bastiment f'TG (Tunnellaġġ Gross) u l-qawwa tiegħu f'kW (Kilowatt) kif definit fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/86;

'kapaċità għas-sajd' tfisser l-abilità ta’ bastiment li jaqbad il-ħut. L-indikaturi li jistgħu jintużaw ġħall-kwantifikazzjoni tal-kapaċità għas-sajd huma l-karattersitiċi tal-bastimenti, inkluż it-tunnellaġġ ta' bastiment f'TG (Tunnellaġġ Gross) u l-qawwa tiegħu f'kW (Kilowatt) kif definit fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/8635, l-irkaptu tas-sajd u t-teknika tas-sajd li jintużaw u l-għadd ta’ jiem imqattgħin fis-sajd;

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'ftehimiet dwar sajd sostenibbli' tfisser ftehimiet internazzjonali konklużi ma' stat ieħor għall-fini li jinkiseb aċċess għar-riżorsi jew l-ilmijiet fi skambju ma' kumpens finanzjarju mill-Unjoni.

'ftehimiet dwar sajd sostenibbli' tfisser ftehimiet internazzjonali konklużi ma' stat ieħor għall-fini li jinkiseb aċċess għar-riżorsi jew l-ilmijiet ħalli tkun sfruttata b’mod sostenibbli parti mill-eċċess tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fi skambju ma' kumpens finanzjarju mill-Unjoni li jsostnu lis-settur lokali tas-sajd, b’enfasi partikolari fuq il-ġbir tad-data xjentifika, il-monitoraġġ u l-kontroll;

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 32a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

‘ħabitats essenzjali tal-ħut’ huma ħabitats tal-baħar fraġli u vitali li jeħtieġu protezzjoni minħabba r-rwol tagħhom fl-ilħuq tal-ħtiġijiet ekoloġiċi u bijoloġiċi tal-ispeċijiet tal-ħut, inkluż it-territorju għar-riproduzzjoni, it-trobbija u t-tmigħ.

Ġustifikazzjoni

Tirreferi għall-emenda għall-Artikolu 8.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 32b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

‘ġestjoni sostenibbli’ tfisser l-użu ta’ riżorsa b’mod li l-kapaċità tar-riżorsa tal-baħar li twieġeb għall-bidliet ikkawżati mill-bniedem ma tkunx kompromessa, filwaqt li jkun permess l-użu sostenibbli tal-beni u s-servizzi tal-baħar mill-ġenerazzjonijiet ta’ issa u tal-ġejjieni.

Ġustifikazzjoni

It-twaqqif tal-prinċipju tal-ġestjoni sostenibbli.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 32c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

‘daqs ta’ riferiment tal-konservazzjoni’ tfisser kull dimensjoni speċifikata għar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar maqbudin permezz tas-sajd u kull dimensjoni u daqs determinati mil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni inkluż dawk fl-Artikolu 15 u l-Anness II tar-Regolament KE Nru 1967/2006;

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 32d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

‘impatt baxx tas-sajd’ tfisser l-użu ta’ tekniki selettivi tas-sajd, li jkollhom impatt detrimentali minimu fuq l-ekosistemi tal-baħar u emissjonijiet baxxi ta’ fjuwil;

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 32e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

‘sajd selettiv’ tfisser metodu ta’ sajd jew il-ħila tal-irkaptu tas-sajd li jimmira lejn organiżmi u jaqbadhom skont id-daqs u l-ispeċi tagħhom matul l-operazzjoni ta’ sajd u li jippermetti lil dawk li mhumiex il-miri li jiġu evitati jew rilaxxati mingħajr dannu;

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fl-ilmijiet sa 12-il mil nawtiku mil-linji bażi taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2022 li jillimitaw is-sajd għal bastimenti tas-sajd li tradizzjonalment jistadu f'dawk l-ilmijiet minn portijiet fuq il-kosta maġenb, mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera ta' Stati Membri oħra skont relazzjonijiet eżistenti dwar il-viċinat bejn l-Istati Membri u l-arranġamenti li jinsabu fl-Anness I, li jistabbilixxu għal kull Stat Membru ż-żoni ġeografiċi fi ħdan il-faxex kostali ta' Stati Membri oħra fejn isiru attivitajiet tas-sajd u l-ispeċijiet ikkonċernati. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-restrizzjonijiet imdaħħla skont dan il-paragrafu.

2. Fl-ilmijiet sa 12-il mil nawtiku mil-linji bażi taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2022 li jillimitaw is-sajd għal bastimenti tas-sajd li tradizzjonalment jistadu f'dawk l-ilmijiet minn portijiet fuq il-kosta maġenb, u li jingħata aċċess prijoritarju lis-sajd fuq skala żgħira b’impatt ambjentali żgħir u b’valur kulturali u ekonomiku miżjud kbir għall-komunitajiet tal-kosta, mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera ta' Stati Membri oħra skont relazzjonijiet eżistenti dwar il-viċinat bejn l-Istati Membri u l-arranġamenti li jinsabu fl-Anness I, li jistabbilixxu għal kull Stat Membru ż-żoni ġeografiċi fi ħdan il-faxex kostali ta' Stati Membri oħra fejn isiru attivitajiet tas-sajd u l-ispeċijiet ikkonċernati. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-restrizzjonijiet imdaħħla skont dan il-paragrafu.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Fiz-zoni protetti mill-Unjoni jew mill-Istati Membri, inkluż imma mhux limitat għaż-żoni ta’ konservazzjoni skont id-Direttiva 92/43/KEE, żoni ta’ protezzjoni speċjali skont id-Direttiva 2009/147/KE u s-siti magħżula skont il-Konvenzjonijiet tal-Ibħra Reġjonali, is-sajd għandu jkun projbit sakemm ma jiġix dimostrat, permezz ta’ valutazzjoni minn qabel, li attivitajiet speċifiċi ta’ sajd ma humiex ta’ detriment għall-istatus ta’ konservazzjoni tas-sit inkwestjoni, u biss wara li l-istituzzjonijiet tal-Istat Membru jew tal-UE li s-sit ikun protett fil-ġurisdizzjoni tagħhom ma jkunux adottaw pjan ta' ġestjoni li jippreskrivi l-attivitajiet ta' sajd permessi;

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri ta’ konservazzjoni speċjali, f’postijiet identifikati kif xieraq ġewwa ż-żoni definiti fil-paragrafi 2 u 3, biex jippreservaw riżorsi bijoloġiċi tal-baħar mill-impatti negattivi ta’ ċerti attivitajiet tas-sajd. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-restrizzjonijiet imdaħħla skont dan il-paragrafu.

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-miżuri għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

Il-miżuri għall-konservazzjoni, il-ġestjoni sostenibbli u l-isfruttar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin jew uħud minnhom:

(a) l-adozzjoni ta’ pjanijiet multiannwali skont l-Artikoli 9 - -11;

(a) l-adozzjoni ta’ pjanijiet multiannwali skont l-Artikoli 9 - -11;

(b) l-istabbiliment ta’ miri għall-isfruttar sostenibbli tal-istokkijiet;

(b) l-istabbiliment ta’ miri għall-isfruttar sostenibbli tal-istokkijiet;

 

(ba) l-adozzjoni ta' miżuri li jikkontribwixxu għall-kisba ta' status ambjentali tajjeb sa mhux aktar tard mill-2020 kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE;

 

(bb) l-adozzjoni ta’ miżuri biex jingħata kontribut lill-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE and d-Direttiva 2009/147/KE mill-Istati Membri;

 

(bc) l-istabbiliment ta' riżervi tal-baħar u tas-sajd.

(c) l-adozzjoni ta’ miżuri sabiex l-għadd ta' bastimenti tas-sajd u/jew it-tipi ta' bastimenti tas-sajd jiġu adattati għall-opportunitajiet disponibbli ta' sajd;

(c) l-adozzjoni ta’ miżuri sabiex l-għadd ta' bastimenti tas-sajd u/jew il-kwantità ta’ rkaptu użat u/jew it-tipi ta' bastimenti tas-sajd jiġu adattati għall-opportunitajiet disponibbli ta' sajd;

 

(ca) l-adozzjoni ta’ miżuri bl-iskop li jiġu limitati jew imposti kundizzjonijiet fuq l-eżerċizzju ta’ ċerti attivitajiet tas-sajd;

(d) l-istabbiliment ta’ inċentivi, inklużi dawk ta' natura ekonomika, sabiex jippromwovu sajd iżjed selettiv jew b'impatt baxx;

d) l-istabbiliment ta’ inċentivi, inklużi dawk ta' natura ekonomika fil-forma ta' aċċess għall-opportunitajiet tas-sajd, sabiex jippromwovu sajd iżjed selettiv jew b'impatt baxx, metodi li jkunu aktar ambjentalment sostenibbli tas-sajd jew sabiex jinkoraġixxu konformità mar-rekwiżiti regolatorji;

(e) l-iffissar ta’ opportunitajiet tas-sajd;

(e) l-iffissar ta’ opportunitajiet tas-sajd;

 

(ea) l-istabbiliment ta’ daqsijiet ta' referenza għall-konservazzjoni;

(f) l-adozzjoni ta' miżuri tekniċi kif imsemmija fl-Artikolu 14;

(f) l-adozzjoni ta' miżuri tekniċi kif imsemmija fl-Artikolu 14;

(g) l-adozzjoni ta’ miżuri fir-rigward tal-obbligu li jitniżżlu l-qabdiet kollha;

g) l-adozzjoni ta’ miżuri fir-rigward tal-obbligu li jitniżżlu l-qabdiet kollha u miżuri biex insaqqsu u jeliminaw qabdiet inċidentali;

(h) it-twettiq ta’ proġetti pilota dwar tipi alternattivi ta' tekniki għall-ġestjoni tas-sajd.

(h) it-twettiq ta’ proġetti pilota dwar tipi alternattivi ta' tekniki għall-ġestjoni tas-sajd.

 

(ha) l-istabbiliment ta' miri u l-provvediment ta' inċentivi għall-miżuri biex itejbu l-ambjent tal-baħar u jżidu s-saħħa tal-istokkijiet tal-ħut.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) l-impożizzjoni ta’ obbligi rigward il-ġbir ta’ data, inkluż il-ġbir ta’ data dwar l-istat tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-ekosistema tal-baħar, u l-impatti tas-sajd u l-akkwakultura fuqu;

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt h – punt i (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(i) Kull miżura xierqa oħra proposta mill-Istat Membru u approvata mill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi żgurata l-flessibilità.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jekk Stat Membru ma jirnexxilux jikseb ir-riżultati li l-miżuri introdotti skont dan l-Artikolu huma mmirati li jilħqu, dan għandu jirriżulta fl-interruzzjoni jew is-sospensjoni tal-għajnuna finanzjarja mogħtija lil dak l-Istat Membru fil-qafas tal-Politika Komuni tas-Sajd. Dawn il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati man-natura, il-firxa, it-tul u r-ripetizzjoni tan-nuqqas ta' konformità.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7 a

 

Stabbiliment tar-Riżervi tas-Sajd

 

1. Sabiex jiġi żgurat li t-tendenza tal-kollass tal-istokkijiet tal-ħut tinqeleb u biex tiżdied il-produttività tal-ħut fil-baħar u biex l-istokkijiet tal-ħut jiġu kkonservati, miżmuma u ġestiti u biex jiġu protetti r-riżorsi akkwatiċi ħajjin u l-ekosistemi tal-baħar, u bħala parti minn approċċ prekawzjonarju, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu netwerk koerenti tar-riżervi tas-sajd għall-iskopijiet tal-konservazzjoni tas-sajd, inkluż ħabitats essenzjali tal-ħut, b’mod partikolari żoni fejn jitrabbew, ibidu u jiġu mitmugħa l-istokkijiet tal-ħut;

 

2. Fi żmien sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jistabbilixxu kemm-il sit ikun meħtieġ biex jistabbilixxu n-netwerk koerenti tar-riżervi tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ hawn fuq f’ilmijiet suġġetti għas-sovranità u l-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri u li jammontaw għal mill-inqas 20% tal-ilmijiet territorjali kostali f’kull Stat Membru u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawn is-siti;

 

3. Fuq il-bażi ta’ informazzjoni xjentifika rilevanti, l-Istati Membri jistgħu jespandu ż-żoni magħżula eżistenti jew jidentifikaw riżervi tas-sajd addizzjonali ġewwa l-ilmijiet territorjali tagħhom wara l-1 ta’ Jannar 2016;

 

4. Il-miżuri u d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 hawn fuq għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni, flimkien mar-raġunijiet xjentifiċi, tekniċi, soċjali u legali sottostanti u jiġu magħmula pubblikament disponibbli;

 

5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddeċiedu jekk ir-riżervi tas-sajd magħżula skont il-paragrafi 1 - 3 għandhomx jiġu mdawra minn żona jew żoni fejn l-attivitajiet tas-sajd ikunu ristretti u għandhom jiddeċiedu, wara li jkunu nnotifiaw lill-Kummissjoni, dwar l-irkaptu tas-sajd li jista’ jintuża f’dawn iż-żoni, kif ukoll il-miżuri ta’ ġestjoni xierqa u r-regoli tekniċi applikati fihom, li ma jistgħux ikunu anqas riġidi mil-leġiżlazzjoni tal-UE. Din l-informazzjoni għandha tkun disponnibbli għall-pubbliku;

 

6. Jekk bastiment tas-sajd ikun qed jitranżita minn riżerva tas-sajd, l-irkaptu kollu li jinġarr abbord u li jintuża għas-sajd għandu jkun marbut u stivat matul it-tranżitu, b’mod partikolari:

 

- xbieki, piżijiet, u rkaptu simili għandhom ikunu maqlugħa minn mad-diriġenti u ħbula u wajers tal-ġbid u l-irfigħ tax-xibka tat-tkarkir;

 

- xbieki li huma fuq jew 'il fuq mill-gverta għandhom ikunu marbutin u stivati b'mod sikur;

 

- il-konzijiet għandhom jiġu stivati taħt il-gverta.

 

7. Jekk ikun hemm evidenza ta’ ċaqliq fi żmien sena mill-istabbiliment ta’ riżerva tas-sajd jew netwerk ta’ riżervi tas-sajd, l-Istat Membru rilevanti għandu jieħu miżuri biex jiżgura li l-objettivi tar-riżervi tas-sajd stipulati fil-paragrafu 1 jintlaħqu u biex jissalvagwardja u jiżgura l-impatt pożittiv tar-riżervi tas-sajd fuq iż-żoni ’l barra miż-żona protetta u għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dawn il-miżuri, u din l-informazzjoni għandha tkun pubblikament disponibbli; Din l-informazzjoni għandha tkun disponnibbli għall-pubbliku;

 

8. Jekk il-Kummissjoni tqis li r-riżervi magħżula tas-sajd mhumiex suffiċjenti biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-istokkijiet tal-ħut u l-ekosistemi bijoloġiċi tal-baħar ikkonċernati, hija għandha, permezz ta’ atti delegati adottati bi qbil mal-Artikolu 55, tadotta miżuri addizzjonali għal dan l-iskop;

Emenda 60

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-miżuri tekniċi jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

Il-miżuri tekniċi għandhom jinkludu dawn li ġejjin jew uħud minnhom:

(a) id-daqsijiet tal-malji u regoli dwar l-użu tal-irkapti tas-sajd;

(a) id-daqsijiet tal-malji u regoli dwar l-użu tal-irkapti tas-sajd jew mezzi addizzjonali oħra;

(b) restrizzjonijiet fuq il-kostruzzjoni tal-irkaptu tas-sajd, li jinkludu

(b) restrizzjonijiet fuq il-kostruzzjoni tal-irkaptu tas-sajd, li jinkludu

i) modifiki jew apparat addizzjonali sabiex itejbu s-selettività jew inaqqsu l-impatt fuq iż-żona bentika;

i) modifiki jew apparat addizzjonali sabiex itejbu s-selettività jew inaqqsu l-impatt fuq iż-żona bentika;

ii) modifiki jew apparat addizzjonali sabiex inaqqsu l-qbid aċċidentali ta' speċijiet fil-periklu, mhedda u protetti;

ii) modifiki jew apparat addizzjonali sabiex inaqqsu l-qbid aċċidentali ta' speċijiet fil-periklu, mhedda u protetti;

(c) projbizzjonijiet tal-użu ta' ċerti rkapti tas-sajd f'ċerti żoni jew staġuni;

(c) projbizzjonijiet tal-użu ta' ċerti rkapti tas-sajd, tagħmir tekniku jew tipi ta' bastimenti f'ċerti żoni jew staġuni;

(d) projbizzjoni jew restrizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd f'ċerti żoni u/jew perjodi;

(d) projbizzjoni jew restrizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd f'ċerti żoni u/jew perjodi;

 

(da) azzjonijiet maħsuba biex jimminimizzaw u, fejn ikun possibbli, jeliminaw qbdi inċidentali, u jipproteġu ż-żona bentika u l-qiegħ il-baħar;

(e) rekwiżiti għall-bastimenti tas-sajd biex jieqfu joperaw f'żona għal perjodu minimu definit sabiex tiġi protetta aggregazzjoni temporanja ta' riżorsa tal-baħar vulnerabbli;

(e) rekwiżiti għall-bastimenti tas-sajd biex jieqfu joperaw f'żona għal perjodu minimu definit sabiex tiġi protetta aggregazzjoni temporanja ta' riżorsa tal-baħar vulnerabbli;

(f) miżuri speċifiċi sabiex inaqqsu l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistemi tal-baħar u speċijiet mhux fil-mira;

(f) miżuri speċifiċi sabiex inaqqsu l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistemi tal-baħar u speċijiet mhux fil-mira, u biex inaqqsu r-rimi ta' rkapti tas-sajd, skart assoċjat mal-ipproċessar bażiku tas-sajd, u forom oħra ta' tniġġis;

(g) miżuri tekniċi oħra mmirati sabiex jipproteġu l-bijodiversità tal-baħar.

(g) miżuri tekniċi oħra mmirati sabiex jipproteġu l-bijodiversità u l-ekosistemi tal-baħar.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jittieħdu fi żmien xieraq. Jekk il-miżuri jieħdu fit-tul mingħajr bżonn jew ma jikkontribwixxux biżżejjed għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jew l-ekosistemi tal-baħar, hija għandha, permezz ta’ atti delegati adottati bi qbil mal-Artikolu 55, tadotta tali miżuri.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jekk Stat Membru ma jirnexxilux jikseb ir-riżultati li l-miżuri introdotti skont dan l-Artikolu huma mmirati li jilħqu, dan għandu jirriżulta fl-interruzzjoni jew is-sospensjoni tal-għajnuna finanzjarja mogħtija lil dak l-Istat Membru fil-qafas tal-Politika Komuni tas-Sajd. Dawn il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati man-natura, il-firxa, it-tul u r-ripetizzjoni tan-nuqqas ta' konformità.

Emenda 63

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għandhom jiġu stabbiliti bħala prijorità pjanijiet multiannwali li jipprovdu għal miżuri ta' konservazzjoni sabiex l-istokkijiet tal-ħut jinżammu jew jitreġġgħu lura fuq livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli.

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu taħt proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw pjanijiet multiannwali għall-ispeċijiet maqbuda kollha li jipprovdu għal miżuri ta' konservazzjoni u mezzi oħra biex jiksbu l-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd, u b'mod partikolari sabiex l-istokkijiet tal-ħut jinżammu jew jitreġġgħu lura fuq livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli, bħala prijorità, u fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

 

1a. Mid-data meta pjan multiannwali jkun propost mill-Kummissjoni l-ebda żieda fl-opportunitajiet tas-sajd għas-sajd ikkonċernat m'għandu jkun miftiehem qabel ma jiġi adottat.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Fejn, minkejja miżuri mmirati għall-irkupru tal-istokkijiet, il-mira li jinżammu jew jitreġġgħu lura stokkijiet tal-ħut ’il fuq minn livelli kapaċi jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli sal-2015 ma tistax tintlaħaq għal stokk wieħed jew aktar;

 

(a) minħabba lakuni fid-data, jistgħu jiġu adottati l-istandards l-aktar qrib skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/477/UE tal-1 ta' Settemrbu 2010 dwar kriterji u standards metodoloġiċi għal status ambjentali tajjeb ta’ ilmijiet tal-baħar għad-Direttiva 2008/56/KE) u l-mortalità mis-sajd għandha tkompli titnaqqas fuq bażi prekawzjonarja. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jevalwaw u jindirizzaw l-ostakli għar-riċerka u l-għarfien biex jiżguraw li tagħrif addizzjonali jsir disponibbli kemm jista’ jkun malajr.

 

(b) minħabba t-tnaqqis drastiku tal-istokkijiet, għandhom jiġu introdotti miżuri addizzjonali ta’ ġestjoni fil-kuntest tal-pjanijiet multiannwali, inkluż, iżda mhux biss, tnaqqis ulterjuri fil-mortalità mis-sajd, żoni magħluqa u staġuni magħluqa, bil-ħsieb li jinżammu jew jitreġġgħu lura l-popolazzjoni ’l fuq minn livelli kapaċi jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli malajr kemm huwa bijoloġikament possibbli u sal-2020 l-aktar tard.

 

(c) minħabba n-natura mħallta tas-sajd, il-ġestjoni għandha tkun iggwidata minn parir xjentifiku relatat mal-ispeċijiet fil-mira l-iktar vulnerabbli f’termini tad-distribuzzjoni tal-bijomassa ta' stokk riproduttiv tagħhom, tal-età u tad-daqs tagħhom u deskritturi rilevanti oħra,

Emenda 65

Proposta għal regolament

Artikoku 9 – paragrafu 2 – punti ba u bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) miżuri li jipprovdu għal ġbir ta’ biżżejjed data biex ikunu jistgħu jsiru valutazzjonijiet xjentifiċi preċiżi tal-istokkijiet tal-ispeċijiet maqbuda.

 

(bb) miżuri għall-irkupru u ż-żamma ta' status ambjentali tajjeb skont id-Direttiva 2008/56/KE.

Emenda 66

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-pjanijiet multiannwali għandhom, fejn possibbli, ikopru jew sajd li jisfrutta stokkijiet waħdiena ta' ħut jew sajd li jisfrutta taħlita ta' stokkijiet, filwaqt li jqisu l-interazzjonijiet bejn l-istokkijiet u s-sajd.

3. Il-pjanijiet multiannwali għandhom, fejn possibbli, ikopru jew sajd li jisfrutta stokkijiet waħdiena ta' ħut jew sajd li jisfrutta taħlita ta' stokkijiet, filwaqt li jqisu l-interazzjonijiet bejn l-istokkijiet u s-sajd u l-ambjent tal-baħar fuq firxa usa’.

 

3a. Fil-każ ta' sajd imħallat, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-pariri xjentifiċi dwar l-aktar speċijiet vulnerabbli.

Emenda 67

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-pjanijiet multiannwali għandhom ikunu bbażati fuq l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd u għandhom iqisu l-limitazzjonijiet tad-dejta disponibbli u l-metodi ta' valutazzjoni u s-sorsi kwantifikati kollha tal-inċertezza b'mod xjentifikament validu.

4. Il-pjanijiet multiannwali għandhom ikunu bbażati fuq l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd u għandhom iqisu l-limitazzjonijiet tad-dejta disponibbli u l-metodi ta' valutazzjoni u s-sorsi kwantifikati kollha tal-inċertezza b'mod xjentifikament validu, u n-nuqqas ta' data xjentifika adegwata m'għandux jintuża bħala ġustifikazzjoni għad-dewmien fl-introduzzjoni ta' miżuri ta' konservazzjoni li jistgħu jkunu neċessarji għall-kisba tal-objettivi tal-Poltika Komuni tas-Sajd.

 

4a. Fin-nuqqas ta' data, l-istandards l-aktar qrib jistgħu jiġu adottati b'mod xjentifiku validu u bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/477/UE.

 

4b. Il-pjanijiet multiannwali għandhom jiġu rieżaminati tliet darbiet fis-sena, f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati, biex jivvalutaw il-progress li sar biex jinkisbu l-objettivi tagħhom;

 

4c. Fejn ikun hemm tħassib motivat dwar id-dewmien fil-kisba tal-miri, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 55, u tintroduċi tali miżuri ta' konservazzjoni u tekniċi kif ikun meħtieġ.

 

4d. Jekk in-nuqqas li jinkiseb progress lejn l-ilħuq tal-objettivi ta' pjan multiannwali jista' jiġi attribwit lil Stat Membru wieħed jew iktar, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa twaqqaf l-assistenza finanzjarja lil dawn l-Istati Membri.

Emenda 68

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4e. Fil-perjodu qabel l-adozzjoni jew it-tiġdid tal-pjanijiet multiannwali, il-partijiet kollha għandhom jikkonformaw mal-objettivi u l-prinċipji ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 10.

Emenda 69

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-pjanijiet multiannwali għandhom jipprovdu għal addattamenti tar-rata ta' mortalità mis-sajd, li tirriżulta f'rata ta' mortalità mis-sajd li treġġa' lura u żżomm il-livelli tal-istokkijiet 'il fuq minn livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli sal-2015.

1. Il-pjanijiet multiannwali għandhom jipprovdu għal addattamenti tar-rata ta' mortalità mis-sajd, li tirriżulta f'rata ta' mortalità mis-sajd li treġġa' lura u żżomm il-livelli tal-istokkijiet 'il fuq minn livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli sal-2015, u jekk ikun bijoloġikament possibbli, 'il fuq minn livelli kapaċi jipproduċu rendiment ekonomiku massimu sal-2020;

 

1a. Il-qbid totali permess u l-kwoti ta' kwalunkwe speċi fi kwalunkwe sena, jew parti minn sena, m'għandux jaqbeż livell li jkun meħtieġ għall-kisba ta' objettiv msemmi fil-paragrafu 1.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Il-pjanijiet multiannwali għandhom jimmiraw lejn l-eliminazzjoni ta’ qbid mhux mixtieq u mhux awtorizzat ta' stokkijiet kummerċjali u mhux kummerċjali.

Emenda 71

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. F'każijiet fejn ma jkunx possibbli li tiġi stabbilita rata ta' mortalità mis-sajd li treġġa' lura u żżomm l-istokkijiet 'il fuq minn livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli, il-pjanijiet multiannwali għandhom jipprovdu għal miżuri prekawzjonarji li jiżguraw livell komparabbli ta' konservazzjoni tal-istokkijiet rilevanti.

2. F'każijiet fejn ma jkunx possibbli li tiġi stabbilita rata ta' mortalità mis-sajd konsistenti mal-paragrafu 1, il-pjanijiet multiannwali għandhom jipprovdu għal miżuri prekawzjonarji li jiżguraw livell komparabbli ta' konservazzjoni tal-istokkijiet rilevanti u għandhom jistabbilixxu mira tal-eqreb data bijoloġika possibbli għall-kisba tal-livelli tal-istokkijiet ogħla mir-rendiment massimu sostenibbli.

 

2a. Il-pjanijiet multiannwali għandhom jikkunsidraw bis-sħiħ ir-rekwiżiti leġiżlattivi biex iżommu u jerġa' jkun hemm l-ekosistema tal-baħar.

Emenda 72

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – punt c sa punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) miri kwantifikabbli espressi f’termini ta’:

(c) miri kwantifikabbli espressi f’termini ta’:

i) ir-rati ta' mortalità mis-sajd, u/jew

i) ir-rati ta' mortalità mis-sajd, u

ii) il-bijomassa ta' stokk riproduttiv, u

ii) il-bijomassa ta' stokk riproduttiv,

 

(iia) distribuzzjoni tal-età u d-daqs; kif ukoll

iii) l-istabbiltà tal-qabdiet;

iii) l-istabbiltà tal-qabdiet;

(d) skedi ta' żmien ċari biex jintlaħqu l-miri kwantifikabbli;

(d) skedi ta' żmien ċari biex jintlaħqu l-miri kwantifikabbli;

(e) miżuri tekniċi fosthom miżuri rigward l-eliminazzjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa;

(e) miżuri tekniċi fosthom miżuri rigward l-eliminazzjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa;

 

(ea) miżuri biex jipproteġu l-ispeċijiet elenkati fl-Anness II u IV tad-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE mill-impatt tal-attivitajiet tas-sajd;

(f) indikaturi kwantifikabbli għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni perjodiċi tal-progress fir-rigward tal-kisba tal-miri tal-pjan multiannwali;

(f) indikaturi kwantifikabbli għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni perjodiċi tal-progress fir-rigward tal-kisba tal-miri tal-pjan multiannwali;

(g) miżuri u għanijiet speċifiċi għall-parti tal-ilma ħelu taċ-ċiklu tal-ħajja ta' speċijiet anadromi u katadromi;

(g) miżuri u għanijiet speċifiċi għall-parti tal-ilma ħelu taċ-ċiklu tal-ħajja ta' speċijiet anadromi u katadromi;

 

(ga) miri li jirrelataw ma’ riżorsi akkwatiċi ħajjin u ż-żamma jew it-titjib tal-istatus ta' konservazzjoni ta' ekosistemi tal-baħar;

(h) tnaqqis tal-impatti tas-sajd fuq l-ekosistema;

(h) tnaqqis tal-impatti tas-sajd fuq l-ekosistema;

(i) salvagwardji u kriterji li jattivaw dawk is-salvagwardji;

(i) salvagwardji, kriterji li jattivaw dawk is-salvagwardji u rappurtar annwali dwar l-attivazzjoni tagħhom, li jipprovdi dettalji dwar liema miżuri prekawzjonarji ttieħdu u valutazzjonijiet tal-effettività tagħhom;

 

(ia) miżuri biex jerġa' jkun hemm u jinżamm il-funzjonament tal-katina alimentari affettwata b'mod negattiv mill-attivitajiet tas-sajd;

 

(ib) valutazzjoni tal-kapaċità tal-flotta u l-impatt ambjentali tal-attivitajiet tas-sajd, inkluża kull konsegwenza għall-bijodiversità u l-ambjent tal-baħar u, jekk dik il-valutazzjoni tiżvela impatt negattiv, pjan li jindirizza dak l-impatt u jimminimizza tali konsegwenzi;

(j) kull miżura oħra xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjanijiet multiannwali.

(j) kull miżura oħra xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjanijiet multiannwali.

 

(ja) proċeduri ta’ piena għal nuqqas ta’ konformità li huma proporzjonati, dissważivi u effettivi.

Emenda 73

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 (a) 

Skont il-punt b tal-Artikolu 4, il-miri kwantifikabbli msemmija fil-punt c tas-subparagrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandhom ikunu bbażati fuq u għandhom ikunu konformi mal-aħjar parir xjentifiku disponibbli jew, fin-nuqqas ta' tali parir, għandhom ikunu bbażati fuq l-approċċ prekawzjonarju, u għandhom jibqgħu fil-limiti li jistgħu jiġu kkunsidrati, fuq il-bażi ta' approċċ xjentifiku validu, li jiżguraw il-kisba u ż-żamma tal-istokkijiet 'il fuq minn livelli kapaċi li jipproduċu rendiment massimu sostenibbli skont l-Artikolu 10(1).

Ġustifikazzjoni

L-emenda tfasslet bl-assistenza tas-servizzi legali tal-Parlament. Hija maħsuba biex tiżgura li l-pjanijiet multiannwali jipprovdu l-bażi għall-kisba tal-objettivi ta' dan ir-Regolament, u li r-rekwiżiti li jimponu ma jistgħux jiġu modifikati ħlief bi ftit mill-Kunsill meta jiltaqa' darba fis-sena biex jistabbilixxi TACS u kwoti.

Emenda 74

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 u 1a, 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. F’żoni speċjali ta' konservazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE, tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KE u tal-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2008/56/KE, l-attivitajiet tas-sajd għandhom jitwettqu mill-Istati Membri b'tali mod li jtaffu l-impatt mill-attivitajiet tas-sajd f'żoni speċjali ta' konservazzjoni bħal dawn.

1. F’żoni protetti skont it-tifsira tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE, tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KE u tal-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2008/56/KE, l-attivitajiet tas-sajd għandhom jitwettqu mill-Istati Membri b'tali mod li jipprevjenu d-deterjorament tal-ħabitats naturali u li l-ispeċijiet li għalihom iż-żoni ġew identifikati jiġu disturbati, bil-mira li jinkiseb status favorevoli ta’ konservazzjoni;

 

1a. L-Istat Membru għandu jieħu miżuri mhux diskriminatorji għall-iskop ta’ konformità mal-paragrafu 1 u għandu jinnotifika lill-Kummissjoni, l-Istati Membri l-oħra u l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali qabel ma tali miżuri jidħlu fis-seħħ.

 

1b. L-azzjonijiet kollha meħuda mill-Unjoni u mill-Istati Membri taħt il-Politika Komuni tas-Sajd għandhom ikunu f'konformità sħiħa mal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni se jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55, biex tispeċifika miżuri relatati mas-sajd biex itaffu l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd f’żoni speċjali ta’ konservazzjoni.

2. Soġġetta għal kull dritt ta’ Stat Membru li jiżgura l-applikazzjoni tad-Direttiva 1992/43/KEE, id-Direttiva 2009/147/KE u d-Direttiva 2008/56/KE, u f'każijiet fejn l-Istat Membru jonqos milli jieħu azzjonijiet meħtieġa taħt il-paragrafu 1, il-Kummissjoni se jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55, biex tispeċifika miżuri relatati mas-sajd biex tipprevjeni kull impatt sinifikanti tas-sajd fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 12(1), inkluż fil-każ li l-Istat Membru responsabbli jonqos milli jinnotifika miżuri skont il-paragrafu 1 u 1a u fil-każ ta’ evidenza ta’ deterjorament jew status ta’ konservazzjoni fqir u kontinwu bħala riżultat tal-attivitajiet tas-sajd.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tiġi pprovduta b’setgħat biex tadotta miżuri fl-assenza ta’ azzjoni minn Stat Membru u fil-każ ta’ opinjoni motivata tal-Kummissjoni li tidentifika t-theddida ta’ deterjorament tal-istatus ta’ konservazzjoni tas-sit. Dan huwa konsistenti ma’ suġġerimenti oħra fil-proposta tal-Kummissjoni, bħall-paragrafu 1 tal-Artikolu 20.

Emenda 76

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fuq il-bażi ta' evidenza ta' theddida serja għall-konservazzjoni ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, jew għall-ekosistema tal-baħar u li tkun teħtieġ azzjoni immedjata, il-Kummissjoni, fuq talba raġunata ta' xi Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi miżuri temporanji sabiex ittaffi t-theddida.

1. Fuq il-bażi ta' evidenza ta' theddida serja għall-konservazzjoni ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, jew għall-ekosistema tal-baħar u li tkun teħtieġ azzjoni immedjata, il-Kummissjoni, fuq talba raġunata ta' xi Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 55, li jistabbilixxi miżuri temporanji sabiex ineħħi t-theddida. Tali miżuri għandu jkollhom effett immedjat.

Emenda 77

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu tal-inqas dewmien neċessarju u fi kwalunkwe każ m'għandhomx idumu iktar minn sitt xhur. Jekk it-theddida serja tibqa', il-Kummissjoni tista', wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati,iġġedidhom għal perjodi suċċessivi ta' mhux iktar minn sitt xhur.

Ġustifikazzjoni

Maħsuba biex tikkjarifika t-tifsira ta' "temporanji".

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2a, jekk it-theddida serja u persistenti fuq ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar tirrendi miżuri permanenti neċessarji, il-Kummissjoni għandha tadotta atti implimentattivi li jistabbilixxu tali miżuri permanenti.

 

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56.

Ġustifikazzjoni

Tikkjarifika l-proċedura jekk theddida serja tippersisti

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13a

 

Miżuri ta' emerġenza minn Stati Membri

 

1. Jekk ikun jidher li teżisti xi theddida serja u li ma dehritx qabel għall-konservazzjoni ta' riżorsi akkwatiċi ħajjin, jew għall-ekosistema tal-baħar b'riżultat ta' attivitajiet tas-sajd, f'ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni ta' Stat Membru meta xi dewmien żejjed ikun jirriżulta fi ħsara li tkun diffiċli biex tissewwa, dak l-Istat Membru jista' jieħu miżuri ta' emerġenza li m'għandhomx idumu għal aktar minn tliet xhur.

 

2. Stati Membri li jkun bi ħsiebhom jieħdu miżuri ta' emerġenza għandhom jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali konċernati billi jibagħtu abbozz ta' dawk il-miżuri, flimkien ma' memorandum ta' spjegazzjoni, qabel jadottawhom.

 

3. L-Istati Membri u l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali konċernati jistgħu jibagħtu l-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol mid-data tan-notifikazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti implimentattivi li jikkonfermaw, jikkanċellaw jew jemendaw il-miżura. Dawk l-atti implimentattivi għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56.

 

Għal raġunijiet imperattivi dovutament ġustifikati ta' urġenza, relatati ma' theddia serja u imprevedibbli fuq il-konservazzjoni ta' riżorsi akkwatiċi ħajjin, jew għall-ekosistema tal-baħar li tirriżulta mill-attivitajiet ta' sajd, il-Kummissjoni għandha tadotta atti implimentattivi applikabbli immedjatament skont il-proċeura msemmija fl-Artikolu 56(2).

 

4. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu;

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li l-Artikolu 13(1) jipprovdi lill-Kummissjoni bis-setgħat, dan l-Artikolu jipprovdi lill-Istati Membri b'tali setgħat biex jieħdu azzjoni ta' emerġenza. It-test jerġa' jistabbilixxi l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-PKS preċedenti, emendat bi ftit skont ir-rakkomandazzjonijiet tas-servizz legali tal-Parlament.

Emenda 80

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandhom jiġu stabbiliti oqsfa ta’ miżuri tekniċi sabiex jiżguraw il-protezzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u t-tnaqqis tal-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-istokkijiet tal-ħut u fuq l-ekosistemi tal-baħar. Il-miżuri tekniċi għandhom:

Għandhom jiġu stabbiliti oqsfa ta’ miżuri tekniċi sabiex jiżguraw fl-ilmijiet tal-Unjoni u għall-bastimenti tal-Unjoni li joperaw barra mill-ilmijiet tal-Unjoni, il-protezzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u t-tnaqqis tal-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-istokkijiet tal-ħut u fuq l-ekosistemi tal-baħar. Il-miżuri tekniċi għandhom:

Emenda 81

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) inaqqsu l-qbid ta' organiżmi tal-baħar mhux mixtieqa;

(c) jimminimizzaw u, fejn ikun possibbli, jeliminaw, il-qbid ta' organiżmi tal-baħar, speċijiet vulnerabbli u protetti u għasafar tal-baħar mhux mixtieqa;

Emenda           82

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) itaffu l-impatt tal-irkaptu tas-sajd fuq l-ekosistema u l-ambjent, b'attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' stokkijiet u ħabitats bijoloġikament sensittivi.

(d) jimminimizzaw l-impatt tat-tagħmir tekniku, inkluż tal-irkaptu tas-sajd fuq l-ekosistema u l-ambjent, b'attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' stokkijiet u ħabitats bijoloġikament sensittivi, partikolarment il-qiegħ il-baħar;

Ġustifikazzjoni

Il-qiegħ il-baħar huwa rikk ħafna fil-bijodiversità i¿da wkoll estremament vulnerabbli li jiġi danneġġjat minn ċerti prattiki tas-sajd

Emenda 83

Proposta għal regolament

Artikolu 14 - punt da

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) jikkontribwixxu għall-kisba sal-2020 ta' status ambjentali tajjeb kif ipprovdut mid-Direttiva 2008/56/KE. .

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jekk Stat Membru ma jiksibx ir-riżultati li l-miżuri introdotti skont dan l-artikolu huma maħsuba li jiksbu, dan għandu jirriżulta f’interruzzjoni jew sospensjoni tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lil dawn l-Istati Membri skont il-Politika Komuni tas-Sajd.

Emenda 85

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-qabdiet kollha tal-istokkijiet tal-ħut li ġejjin suġġetti għal limiti ta' qbid, li jinqabdu waqt attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni, għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd u jiġu rreġistrati u jinħattu l-art, ħlief meta jintużaw bħala lixka ħajja, skont l-iskeda ta’ żmien li ġejja:

1. Il-qabdiet kollha tal-ispeċijiet mistada li jinqabdu waqt attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni, għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd u jiġu rreġistrati u jinħattu l-art fil-portijiet tal-Unjoni jew fil-portijiet magħżula ta' pajjiżi terzi, ħlief meta jintużaw bħala lixka ħajja, skont ir-rekwiżiti li għandhom jiġu speċifikati fil-pjanijiet multiannwali jew, fl-assenza ta’ tali pjanijiet, bl-iskeda ta’ żmien li ġejja:

(a) Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2014:

(a) Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2014: Stokkijiet tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Baħar Baltiku;

kavall, aringa, sawrell, stokkafixx, pixxitrumbetta, inċova, arġentin, sardinella, capelin;

 

tonn, pixxispad, alonga, tonn għajnu kbira, kastardell ieħor.

 

(b) Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2015: merluzz, marlozz, lingwata;

(b) Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2015: Stokkijiet tal-Atlantiku u tal-baħar fond;

(c) Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2016: haddock, merlangu, megrim, petriċi, barbun tat-tbajja’, mova, pollakju (saithe), pollakkju, lemon sole, barbun imperjali, barbun lixx, linarda, ċinturin iswed, roundnose grenadier, orange roughy, ħalibatt tal-Groenlandja, tusk, redfish u stokkijiet demersali tal-Mediterran.

(c) Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2016: Stokkijiet tal-Mediterran u l-istokkijiet kollha l-oħra.

 

1a. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom iżommu rekord tal-ispeċijiet ta' ħut kollha maqbuda mill-1 ta' Jannar 2014 u li tħattew l-art jew ġew mormija. tali rekord għandu jiġi pprovdut lill-Istati Membri u għandu jkun disponibbli lill-pubbliku.

 

1b. L-ispeċitajiet ta' ħut kollha maqubda fl-ilmijiet tal-Unjoni, jew minn bastimenti tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni, għandhom jitħattew l-art mill-1 ta' Jannar 2016 fil-portijiet tal-Unjoni jew fil-portijiet innominati ta' pajjiżi terzi sakemm dispożizzjoni speċifika għar-rimi tagħhom ma tkunx inkluża fil-pjanijiet multiannwali jew f'reġistru li għandu jinżamm u ppubblikat mill-Kummissjoni.

 

1c. Fil-każ ta' ksur tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1a, 1b u 1c, l-Istati Membri għandhom iwaqqfu l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd lill-bastiment ikkonċernat għal perjodu ta' mhux iktar minn tliet snin;

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-pjanijiet multiannwali għaż-żoni tas-sajd fejn jinqabdu l-ispeċijiet elenkati fil-paragrafu 1 għandhom jinkorporaw miżuri tekniċi komprensivi u miżuri oħra mfassla biex jeliminaw il-qbid ta' ħut taħt id-daqs ta' referenza u ta' speċijiet mhux mixtieqa u/jew mhux awtorizzati.

Emenda 87

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għandhom jiġu stabbiliti daqsijiet ta' referenza minimi għall-konservazzjoni li jkunu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli għall-istokkijiet tal-ħut stipulati fil-paragrafu 1. Il-bejgħ ta' tali stokkijiet ta' ħut taħt id-daqs ta' referenza minimu għall-konservazzjoni għandu jiġi limitat għal tnaqqis għall-ikel tal-ħut jew ikel tal-annimali domestiċi biss.

2. Għandhom jiġu stabbiliti daqsijiet ta' referenza minimi għall-konservazzjoni li jkunu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli għall-istokkijiet tal-ħut stipulati fil-paragrafu 1 sad-data tal-obbligu li jinħatt l-art il-qbid kollu. Il-bejgħ jew il-provvista ta' tali stokkijiet ta' ħut taħt id-daqs ta' referenza minimu għall-konservazzjoni għandu jiġi pprojbit ħlief għad-distributuri li għandhom ikollhom liċenzja għall-iskop esklussiv ta' tnaqqis għall-ikel tal-ħut kummerċjali u żejt jew ikel tal-annimali domestiċi. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri biex jinfurzaw dawn ir-rekwżiti u jipprovdu għall-pieni li huma effikaċi, dissważivi u proporzjonati.

Emenda 88

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għal qabdiet ta’ ħut maqbud f’kwantitajiet akbar mill-opportunitajiet tas-sajd fissi għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 27 ta’ [ir-Regolament dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura].

3. Ir-regoli tal-kummerċjalizzazzjoni għal qabdiet ta’ ħut maqbud f’kwantitajiet akbar mill-opportunitajiet tas-sajd fissi u taħt id-daqs ta' referenza tal-konservazzjoni minima għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 27 ta’ [ir-Regolament dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura].

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Id-dħul li jirriżulta mill-bejgħ imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jerġa' jingħata lill-awtoritajiet tal-ġestjoni tas-sajd, u jintuża għall-iskop ta' attivitajiet ta' riċerka, kontroll u infurzar.

Emenda 90

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tagħhom ikunu mgħammra sabiex jiżguraw dokumentazzjoni sħiħa tal-attivitajiet kollha tas-sajd u tal-ipproċessar bl-għan li tiġi mmonitorjata l-konformità mal-obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tagħhom ikunu mgħammra sabiex jiżguraw dokumentazzjoni sħiħa tal-attivitajiet kollha tas-sajd u tal-ipproċessar bl-għan li tiġi mmonitorjata l-konformità mal-obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha. L-Istati Membri għandhom jagħmlu r-rekords tal-qbid kollu disponibbli lill-pubbliku.

Emenda 91

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Meta jallokaw opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 29, l-Istati Membri għandhom jipprovdu inċentivi lill-bastimenti tas-sajd sabiex dawn jużaw tagħmir selettiv u jnaqqsu l-qabdiet mhux mixtieqa.

Emenda 92

Proposta għal regolament

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 43(3)TFUE, għandu jiddeċiedi dwar l-opportunitajiet tas-sajd u l-allokazzjoni ta' dawk l-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri. Il-proposta tal-Kummissjoni u d-deċiżjoni tal-Kunsill għandhom jikkonformaw bis-sħiħ mal-Artikolu 4(b).

 

Tali opportunitajiet tas-sajd m'għandhomx jipprovdu għal qbid ta' kwalunkwe speċi li jaqbeż, fi kwalunkwe sena jew parti minn sena, il-livell neċessarju biex jinkiseb l-objettiv stabbilit fl-Artikolu 10(1).

1. L-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istati Membri għandhom jiżguraw lil kull Stat Membru stabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd għal kull stokk ta' ħut jew sajd. Għandhom jitqiesu l-interessi ta’ kull Stat Membru meta jiġu allokati l-opportunitajiet tas-sajd il-ġodda.

1. L-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istati Membri għandhom jiżguraw lil kull Stat Membru stabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd għal kull stokk ta' ħut jew sajd. Għandhom jitqiesu l-interessi ta’ kull Stat Membru meta jiġu allokati l-opportunitajiet tas-sajd il-ġodda fil-kuntest tal-kisba tal-objettiv stabbilit fil-Artikoli 2 u 3, u bl-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ governanza tajba fl-Artikolu 4.

2. L-opportunitajiet tas-sajd tal-qabdiet inċidentali jistgħu jiġu rriservati taħt it-total tal-opportunitajiet tas-sajd.

2. L-opportunitajiet tas-sajd tal-qabdiet inċidentali jistgħu jiġu rriservati taħt it-total tal-opportunitajiet tas-sajd.

3. L-opportunitajiet ta' sajd għandhom ikunu konformi mal-miri kwantifikabbli, l-iskedi taż-żmien u l-marġini stabbiliti skont l-Artikolu 9(2) u 11(b), (c) u (h)

3. L-opportunitajiet ta' sajd ma għandhomx jaqbżu l-livelli speċifikati fil-parir xjentifiku u għandhom ikunu konformi mal-objettivi stipulati fl-Artikoli 2 u 3 tal-prinċipji ta’ governanza tajba stipulati fl-Artikolu 4, kif ukoll mal-miri kwantifikabbli, l-iskedi taż-żmien u l-marġini stabbiliti skont l-Artikolu 9(2) u 11(b), (c) u (h).

 

3a. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għat-tqassim tal-opportunitajiet tas-sajd tagħhom allokati bejn segmenti differenti tal-flotot tas-sajd tagħhom, u, fid-determinazzjoni tal-prijoritajiet, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw fatturi soċjali u ambjentali inklużi l-benefiċċji potenzjali li jistgħu jittieħdu miż-żieda tas-sehem mogħti lill-prattiki tas-sajd żgħar u li jkollhom impatt baxx.

4. L-Istati Membri jistgħu, wara li jinnotifikaw lill-Kummissjoni, iwettqu skambju ta’ parti mill-opportunitajiet tas-sajd jew l-opportunitajiet kollha ta' sajd allokati lilhom.

4. L-Istati Membri jistgħu, wara li jinnotifikaw lill-Kummissjoni, iwettqu skambju ta’ parti mill-opportunitajiet tas-sajd jew l-opportunitajiet kollha ta' sajd allokati lilhom.

Emenda 93

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Il-Kunsill għandu biss jiddevja minn dawn il-miri, żminijiet u marġini fuq il-bażi ta' parir xjentifiku riċenti u vvalidat minn kumitat jew istituzzjoni xjentifika stabbilita, u skont l-Artikolu 4(b).

Ġustifikazzjoni

Dan jagħti lill-Kunsill diskrezzjoni biex jaġġusta l-opportunitajiet tas-sajd fejn parir xjentifiku aġġornat juri li l-limiti fil-pjan multiannwali m'għadhomx konformi mal-objettiv li jinkiseb rendiment massimu sostenibbli.

Emenda 94

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali li jivvaluta jekk l-opportunitajiet attwali tas-sajd humiex qed ikunu effikaċi fl-irkupru u ż-żamma tal-popolazzjonijiet ta' speċijiet mistada f'livelli ogħla minn dawk li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli.

Ġustifikazzjoni

L-opportunitajiet tas-sajd huma ddeterminati mill-Kunsill. Il-Parlament u l-pubbliku jeħtieġ li jkollhom l-opportunità li jivvalutaw jekk humiex jikkontribwixxu għall-kisba tar-rendiment massimu sostenibbli.

Emenda 95

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fi pjan multiannwali stabbilit skont l-Artikoli 9, 10 u 11, l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati jadottaw miżuri, f'konformità ma' dak il-pjan multiannwali, li jispeċifikaw il-miżuri ta' konservazzjoni applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom fir-rigward ta' stokkijiet fl-ilmijiet tal-Unjoni li għalihom ġew allokali opportunitajiet tas-sajd.

1. Fil-kuntest ta' pjan multiannwali stabbilit skont l-Artikoli 9, 10 u 11, l-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati jadottaw miżuri, f'konformità ma' dak il-pjan multiannwali, li jispeċifikaw il-miżuri ta' konservazzjoni applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom fir-rigward ta' stokkijiet fl-ilmijiet tal-Unjoni li għalihom ġew allokati opportunitajiet tas-sajd u għal bastimenti kollha li qed jistadu fl-ilmijiet territorjali tal-Istat Membru.

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) huma kompatibbli mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3;

(a) huma kompatibbli mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 u mal-prinċipji tal-governanza tajba stipulati fl-Artikolu 4;

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) jieħdu s-sura ta' pjan koerenti, inklużi miżuri meħuda taħt l-Artikolu 21;

Ġustifikazzjoni

Miżuri meħuda mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-pjan multiannwali għandhom jiġi stipulati fi pjan koerenti, u mhux biss bħala sett ta’ miżuri individwali. Dawn għandhom jinkludu kwalunkwe miżura stabbilita fil-qafas ta’ miżuri tekniċi.

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jilħqu b'mod effettiv l-għanijiet u l-miri kwantifikabbli stabbiliti fi pjan multiannwali; kif ukoll

(c) jilħqu b'mod effettiv l-għanijiet u l-miri kwantifikabbli stabbiliti fi pjan multiannwali b’livell ta’ probabilità għoli u fil-qafas ta’ żmien speċifikat; kif ukoll

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri li jaqsmu żona tas-sajd suġġetta għal pjan multiannwali għandhom jikkoordinaw u jikkoperaw ma’ xulxin, biex jiżguraw li l-miżuri meħuda huma kompatibbli mar-rekwiżiti taħt il-paragrafu 2.

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

l-Istat Membru bl-akbar sehem ta’ rendiment jew sforz massimu permess għal stokk għandu jkun responsabbli li jikkoordina l-kooperazzjoni.

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-informazzjoni, l-opinjoni u l-pariri tal-kunsilli konsultattivi, tal-partijiet interessati taż-żona ta' sajd partikolari u tal-istituzzjonijiet xjentifiċi.

Emenda  102

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Jekk Stat Membru ma jiksibx ir-riżultati li l-miżuri skont dan l-artikolu huma maħsuba li jiksbu, dan għandu jirriżulta f’interruzzjoni jew sospensjoni tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lil dawn l-Istati Membri skont il-Politika Komuni tas-Sajd.

Emenda 103

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F’qafas ta’ miżuri tekniċi stabbilit skont l-Artikolu 14 l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati jadottaw miżuri, f'konformità ma' dak il-qafas, li jispeċifikaw il-miżuri tekniċi applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom fir-rigward ta' stokkijiet fl-ilmijiet tagħhom li għalihom ġew allokali opportunitajiet tas-sajd. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali miżuri tekniċi:

F’qafas ta’ miżuri tekniċi stabbilit skont l-Artikolu 14 l-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati jadottaw miżuri, f'konformità ma' dak il-qafas, li jispeċifikaw il-miżuri tekniċi applikabbli għal bastimenti kollha li joperaw fir-rigward ta' stokkijiet fl-ilmijiet tagħhom li għalihom ġew allokali opportunitajiet tas-sajd. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali miżuri tekniċi:

Emenda  104

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri li jaqsmu żona tas-sajd għandhom jikkoordinaw u jikkoperaw ma’ xulxin, biex jiżguraw li l-miżuri meħuda huma kompatibbli mar-rekwiżiti taħt il-paragrafu 1.

Emenda  105

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Jekk Stat Membru ma jiksibx ir-riżultati li l-miżuri introdotti skont dan l-Artikolu huma maħsuba li jiksbu, dan għandu jirriżulta f’interruzzjoni jew sospensjoni tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lil dawn l-Istati Membri skont il-Politika Komuni tas-Sajd.

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tispeċifika miżuri tekniċi koperti minn qafas ta' miżuri tekniċi, jekk l-Istati Membri awtorizzati biex jieħdu miżuri skont l-Artikolu 21 ma jinnotifikawx b'dawn il-miżuri lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-qafas ta' miżuri tekniċi.

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tispeċifika miżuri tekniċi koperti minn qafas ta' miżuri tekniċi, jekk l-Istati Membri jkollhom is-setgħa biex jieħdu miżuri skont l-Artikolu 21 ma jinnotifikawx b'dawn il-miżuri lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-qafas ta' miżuri tekniċi.

Emenda 107

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) japplikaw biss għal bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' dak l-Istat Membru jew, fil-każ ta' attivitajiet tas-sajd li ma jitwettqux minn bastiment tas-sajd, għal persuni stabbiliti fit-territorju;

(a) japplikaw biss għal bastimenti kollha li joperaw fir-rigward ta' stokkijiet fl-ilmijiet tagħhom li għalihom ġew allokati opportunitajiet tas-sajd;

Ġustifikazzjoni

Fl-ilmijiet ta' qrib il-kosta, ir-rekwiżiti tal-Istati Membri jeħtieġ li japplikaw għall-bastimenti kollha tas-sajd, tkun liema tkun in-nazzjonalità. L-ebda approċċ ieħor ma jista' jitqies bħala ġust għal kulħadd.

Emenda 108

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn il-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni li għandhom jiġu adottati minn Stat Membru jistgħu jaffettwaw bastimenti tas-sajd ta' Stati Membri oħra, tali miżuri għandhom jiġu adottati biss wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, l-Istati Membri rilevanti u l-Kunsilli Konsultattivi rilevanti dwar abbozz tal-miżuri akkumpanjat minn memorandum ta' spjegazzjoni.

2. Fejn il-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni li għandhom jiġu adottati minn Stat Membru jistgħu jaffettwaw bastimenti tas-sajd ta' Stati Membri oħra, tali miżuri għandhom jiġu adottati biss wara notifikazzjoni lill-Kummissjoni, l-Istati Membri rilevanti u l-Kunsilli Konsultattivi rilevanti tal-miżuri akkumpanjati minn memorandum ta' spjegazzjoni li turi wkoll li mhumiex diskriminatorji.

Ġustifikazzjoni

Fl-interessi tal-konservazzjoni, u sabiex titħeġġeġ l-ekwità bejn il-bastimenti kollha tas-sajd, ir-rwol tal-Istati Membri jeħtieġ li jissaħħaħ f'dan ir-rigward.

Emenda  109

Proposta għal regolament

Artikolu 26a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 26a

 

Miżuri tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-Leġiżlazzjoni Ambjentali

 

1. Stat Membru jista’ jieħu miżuri mhux diskriminatorji f’oqsma speċjali tal-konservazzjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE, tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KE u tal-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2008/56/KE, kif ukoll taħt l-Artikolu 12 tad-Direttiva 92/43/KEE, f’Żoni Protetti tal-Baħar taħt il-Konvenzjoni tal-Ibħra Reġjonali u f’Ekosistemi Vulnerabbli tal-Baħar taħt Ftehimiet Globali li l-UE hi firmatarja tagħhom, u f'ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru. Il-miżuri tal-Istati Membri għandhom ikunu jaqblu mal-għanijiet preskritti fl-Artikolu 2 u 3 ta' dan ir-Regolament u mhux inqas stretti mil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni.

 

2. Fejn il-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni li għandhom jiġu adottati minn Stat Membru jistgħu jaffettwaw bastimenti tas-sajd ta' Stati Membri oħra, tali miżuri għandhom jiġu adottati biss wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, l-Istati Membri rilevanti u l-Kunsilli Konsultattivi rilevanti dwar abbozz tal-miżuri akkumpanjat minn memorandum ta' spjegazzjoni. Tali memorandum ta' spjegazzjoni għandu jinkludi fih:

 

(a) ir-raġunament xjentifiku għall-miżura proposta;

 

(b) l-attività tal-flotta fiż-żona skont in-nazzjon, l-irkaptu użat u l-ispeċijiet fil-mira;

 

(c) miżuri ta’ konservazzjoni oħra li japplikaw għaż-żona;

 

(d) miżuri ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll maħsuba mill-Istat Membru fiż-żona.

 

3. L-Istati Membri u l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali konċernati jistgħu jibagħtu l-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum ta’ xogħol mid-data tan-notifikazzjoni.

 

4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 55 biex tikkonferma, tħassar jew temenda l-miżura fi żmien 30 jum ta' xogħol mid-data tan-notifika.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm mod rapidu u ġust għall-Istati Membri biex jimplimentaw miżuri tas-sajd fi ħdan iż-żoni tal-baħar protetti tagħhom anke ‘l barra minn 12-il mil nawtiku. Dan it-test joqrob lejn it-test propost u li kważi hemm qbil fuqu fir-Regolament emendat dwar Miżuri Tekniċi tal-2008.

Emenda 110

Proposta għal regolament

Artikolu 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1) Kull Stat Membru għandu jivvaluta l-kapaċità tas-sajd tiegħu u għandu jistabbilixxi miżuri biex inaqqas il-kapaċità fejn tintwera kapaċità żejda skont l-Artikolu 34

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistema ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013 għal:

1. Kull Stat Membru jista', skont kriterji ġusti, ekwitabbli u trasparenti, jistabbilixxi sistema ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli jew jadotta strumenti oħra ta' ġestjoni bbażati fuq id-drittijiet, għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu.

(a) il-bastimenti kollha tas-sajd b'tul globali ta' 12-il metru jew aktar; kif ukoll

 

(b) il-bastimenti kollha tas-sajd b'tul globali ta' inqas minn 12-il metru b'irkaptu rmunkat.

 

2. L-Istati Membri jistgħu jestendu s-sistema tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għal bastimenti b'tul globali ta' inqas minn 12-il metru u li jużaw tipi oħra ta' rkaptu rmunkat u għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni għall-istabbiliment ta’ sistema tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli jew ġestjoni bbażati fuq id-drittijiet u għandhom jagħmlu l-informazzjoni relevanti kollha disponibbli pubblikament.

Emenda 111

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafi 3a sa 3e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Konċessjonijiet trasferibbli tas-sajd għandhom jibqgħu fil-proprjetà tal-Istat Membru responsabbli għall-allokazzjoni tagħhom. Stat Membru jista' jirrevoka l-konċessjonijiet trasferibbli tas-sajd ta' detentur jekk l-objettivi jew ir-rekwiżiti tal-allokazzjonijiet tal-politika tal-allokazzjoni tiegħu mhumiex qed jiġu sodisfati u jekk id-detentur ikun naqas milli jikkonforma mat-talbiet raġonevoli ta' dak l-Istat Membru għal konformità.

 

3b. Fit-tfassil tas-sistema ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli li huma jistgħu jadottaw, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kriterji soċjali, ekonomiċi u ambjentali, u jistgħu:

 

(a) jillimittaw il-proporzjon ta' opportunitajiet tas-sajd li se jiġu allokati lil kwalunkwe detentur wieħed;

 

(b) jillimittaw in-numru ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli li jistgħu jkunu rreġistrati fuq bastiment wieħed.

 

(c) jillimittaw jew jipprojbixxu t-trasferiment ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli bejn segmenti speċifiċi tal-flotta tas-sajd;

 

(d) jillimittaw jew jipprojbixxu t-trasferiment ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli bejn żoni ġeografiċi definiti sabiex jipproteġu komunitajiet kostali;

 

(e) jillimittaw jew jipprojbixxu l-kera ta' allokazzjonijiet tas-sajd annwali biex jiżguraw li d-detenturi jkollhom parti diretta u fit-tul fis-sajd;

 

(f) jillimitaw il-punt sa fejn jistgħu jinqasmu l-konċessjonijiet trasferibbli tas-sajd, u jirrikjedu li l-bastimenti jkollhom numru minimu sabiex ikunu jistgħu jistadu;

 

(g) jillimitaw it-trasferimenti ta'konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli lill-partijiet li jistgħu juru rabta ekonomika diertta mas-sajd;

 

(h) jirrikjedu l-iskrappjar ta' bastiment, li minħabba bejgħ, għandu inqas konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli minn minimu spefiċikati;

 

(i) iżommu proporzjon ta' opportunitajiet tas-sajd għad-distribuzzjoni għal membri ġodda;

 

3c. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jistabbilixxu kwalunkwe tali sistema u jagħmlu l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli għall-pubbliku.

 

3d. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 55, li jirrifjutaw li jirrikonoxxu sistema ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli stabbilita minn Stat Membru jekk hi temmen li s-sistema mhijiex kapaċi li tikkontribwixxi għall-kisba ta' tnaqqis tal-kapaċità meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv stabbilit fl-Artikolu 10(1), u f'każijiet bħal dawn tista' tapplika pieni finanzjarji indikati fl-Artikolu 50(2) ħlief jekk isiru aġġustamenti sodisfaċenti.

 

3e. Qabel kwalunkwe allokazzjoni ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw dikjarazzjoni tal-politika fejn jindikaw l-għan tiegħu, jispjegaw kif se jsir il-kummerċ f'konċessjonijiet trasferibbli tas-sajd, u jipprovdi dettalji tar-regoli u r-regolamenti li se japplikaw, u jispjegaw kif konċessjonijiet jistgħu jiġu terminati.

Emenda  112

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull Stat Membru għandu jalloka konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli fuq il-bażi ta' kriterji trasparenti, għal kull stokk jew grupp ta' stokkijiet li għalihom jiġu allokati opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 16, esklużi l-opportunitajiet tas-sajd miksuba taħt ftehimiet dwar is-sajd sostenibbli.

2. Kull Stat Membru li jagħżel li jistabbilixxi sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandu jalloka konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli fuq il-bażi ta' kriterji ambjentali u soċjali ekwitabbli u trasparenti, għal kull stokk jew grupp ta' stokkijiet li għalihom jiġu allokati opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 16, esklużi l-opportunitajiet tas-sajd miksuba barra l-ilmijiet tal-Unjoni. Il-kriterji trasparenti għall-allokazzjoni ta' konċessjonijiet tas-sajd transferibbli għandhom jiġu stabbiliti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku u jinkludu iżda mhux ikunu limitati għal:

 

(a) l-użu ta’ sistemi, tagħmir u prattiki tas-sajd aktar selettivi, b’rata baxx ta’ qbid aċċidentali u impatt baxx fuq l-ekosistema tal-baħar;

 

(b) pussess ta' rekord tajjeb ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u ta’ rispett tal-limiti tal-qbid u/jew tal-isforz tas-sajd stipulati abbażi ta’ pariri xjentifiċi;

 

(c) il-provvediment ta’ aktar impjegar, u impjegar ta' kwalità tajba, dment li dan ma jkollux impatti ambjentali negattivi;

 

(d) l-użu ta’ bastimenti u ta’ metodi tas-sajd b’livell baxx ta’ emissjonijiet u li jkunu effiċjenti fl-użu tal-enerġija;

 

(e) l-użu ta’ sorveljanza bil-vidjo jew tagħmir ekwivalenti ta' monitoraġġ elettriku,

 

(f) il-provvediment ta' kundizzjonijiet tax-xogħol konformi mal-istandards internazzjonali relevanti, b’mod partikolari l-Konvenzjoni tal-2007 tal-ILO dwar ix-Xogħol fl-Industrija tas-Sajd.

 

(g) il-produzzjoni rappurtata tul perjodu ta’ mill-inqas l-aħħar tliet snin preċedenti.

Emenda 113

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli jistgħu jiġu allokati biss minn Stat Membru lil sid ta' bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' dak l-Istat Membru, jew minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi għall-iskop li jintużaw fuq tali bastiment. Il-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli jistgħu jinġabru flimkien għal ġestjoni kollettiva minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi jew organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-produttur. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-eliġibbiltà għar-riċeviment ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli fuq il-bażi ta' kriterji trasparenti u oġġettivi.

4. Il-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli jistgħu jiġu allokati biss minn Stat Membru lil sid ta' bastiment tas-sajd involut b'mod attiv fis-sajd li jtajjar il-bandiera ta' dak l-Istat Membru, jew minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi involuti b'mod attiv fis-sajd għall-iskop li jintużaw fuq tali bastiment. Il-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli jistgħu jinġabru flimkien għal ġestjoni kollettiva minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi li huma involuti direttament fl-industrija tas-sajd jew organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-produtturi jew korpi simili. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-eliġibbiltà għar-riċeviment ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli fuq il-bażi ta' kriterji trasparenti u oġġettivi.

Emenda 114

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-perjodu ta’ validità tal-konċessjonijet tas-sajd trasferibbli għal perjodu ta’ mill-inqas 15-il sena, għall-fini tal-allokazzjoni mill-ġdid ta' konċessjonijiet bħal dawn. Fejn l-Istati Membri ma llimitawx il-perjodu ta’ validità tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli, huma jistgħu isejħu lura konċessjonijiet bħal dawn b’notifika ta’ mill-inqas 15-il sena.

5. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-perjodu ta’ validità tal-konċessjonijet tas-sajd trasferibbli għal perjodu ta’ mill-inqas seba' snin, għall-fini tal-allokazzjoni mill-ġdid ta' konċessjonijiet bħal dawn. Fejn l-Istati Membri ma llimitawx il-perjodu ta’ validità tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli, huma jistgħu isejħu lura konċessjonijiet bħal dawn b’notifika ta’ mill-inqas seba' snin.

Emenda 115

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. L-Istati Membri jistgħu jallokaw konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli mingħajr ħlas, jew jistgħu jirrikjedu pagament ta' tariffa, jew jistgħu jallokaw tali konċessjonijiet permezz ta' rkant lil detenturi li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha l-oħra.

Emenda          116

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Minkejja l-paragrafi 5 u 6, l-Istati Membri jistgħu jirtiraw konċessjonijet tas-sajd trasferibbli li ma jkunux intużaw fuq bastiment tas-sajd għal perjodu ta' tliet snin konsekuttivi.

7. Minkejja l-paragrafi 5 u 6, l-Istati Membri jistgħu jirtiraw u jerġgħu jallokaw konċessjonijet tas-sajd trasferibbli li ma jkunux intużaw fuq bastiment tas-sajd għal perjodu ta' sentejn konsekuttivi.

Emenda  117

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. Meta jintroduċu sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw ir-regoli tagħhom biex jipproteġu l-interessi tas-sajd qrib il-kosta, u joffru ħarsien kontra l-aspetti negattivi tas-sistema, bħal konċentrazzjoni eċċessiva u l-ispekulazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-konċentrazzjoni u l-ispekulazzjoni fil-konċessjonijiet tas-sajd u nuqqas tal-ħarsien tal-interessi tas-sajd qrib il-kosta huma theddida reali għall-funzjonament xieraq tas-sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli.

Emenda  118

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jallokaw opportunitajiet individwali tas-sajd lil detentur ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli, kif imsemmi fl-Artikolu 28, fuq il-bażi tal-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istati Membri, jew stabbiliti fil-pjanijiet ta' ġestjoni adottait mill-Istati Membri skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

1. Irrispettivament minn jekk Stat Membru jkunx għażel li jintroduċi konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli jew le, l-Istati Membri għandhom, skont l-Artikolu 33 u skont il-kriterji trasparenti elenkati taħt l-Artikolu 28(2), jallokaw opportunitajiet individwali tas-sajd lil detentur ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli, fuq il-bażi tal-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istati Membri, jew stabbiliti fil-pjanijiet ta' ġestjoni adottati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

Emenda 119

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Tali opportunitajiet tas-sajd m'għandhomx jipprovdu għal qbid ta' kwalunkwe speċi li jaqbeż fi kwalunkwe sena jew parti minn sena, il-livell neċessarju biex jinkiseb l-objettiv tal-Artikolu 10(1).

Ġustifikazzjoni

Stokkijiet tal-ħut ġew meqruda minħabba ħsieb għal żmien qasir u n-nuqqas ripetut tal-gvernijiet li jsegwu l-parir xjentifiku. L-objettiv tal-irkupru tal-livelli tal-istokkijiet 'l fuq mir-rendiment massimu sostenibbli jeħtieġ li jkun il-prijorità.

Emenda  120

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri jistgħu jirriservaw sa 5% tal-opportunitajiet tas-sajd. Huma għandhom jistabbilixxu għanijiet u kriterji trasparenti għall-allokazzjoni ta' dawn l-opportunitajiet tas-sajd riservati. Dawk l-opportunitajiet tas-sajd jistgħu jiġu allokati biss lil detenturi eliġibbli ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli kif stipulat fl-Artikolu 28(4).

4. L-Istati Membri jistgħu jirriservaw sa 20% tal-opportunitajiet tas-sajd. Huma għandhom jistabbilixxu għanijiet u kriterji trasparenti għall-allokazzjoni ta' dawn l-opportunitajiet tas-sajd riservati.

Ġustifikazzjoni

Ir-riżerva tagħti lok lill-Istati Membri li jipprovdu aċċess għal opportunitajiet ta’ sajd lill-operaturi aktar sostenibbli.

Emenda 121

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta jalloka konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli skont l-Artikolu 28 u meta jalloka opportunitajiet tas-sajd skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru jista' jipprovdi inċentivi lil bastimenti tas-sajd li jużaw irkaptu tas-sajd selettiv li jelimina l-qbid aċċidentali mhux mixtieq fi ħdan l-opportunitajiet ta' sajd assenjati lil dak l-Istat Membru.

5. Meta jalloka konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli skont l-Artikolu 28 u meta jalloka opportunitajiet tas-sajd skont il-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru jista' jipprovdi inċentivi lil bastimenti tas-sajd li jużaw metodi tas-sajd b'impatt baxx u/jew jużaw irkapti u prattiki tas-sajd selettivi li jeliminaw il-qbid mhux mixtieq u impatti negattivi oħra fuq l-ambjent marittimu.

Emenda 122

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistru, u d-dettalji tat-termini u l-kundizzjonijiet li taħthom ġew allokati konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli u opportunitajiet tas-sajd, isiru disponibbli għall-pubbliku.

Ġustifikazzjoni

(2) Mhuwiex aċċettabbli li l-pubbliku ma jkunx jista' jistabbilixxi l-identità tad-detenturi tal-allokazzjonijiet, u l-kundizzjonijiet li huma mistennija li jikkonformaw magħhom.

Emenda  123

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Stat Membru jista' jawtorizza t-trasferiment ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli lejn u mingħand Stati Membri oħra.

2. Stat Membru jista' ma jawtorizzax it-trasferiment ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli lejn u mingħand Stati Membri oħra.

Emenda 124

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-permess għat-trasferiment bil-kundizzjoni li l-bastiment li qed ibigħ id-drittijiet tas-sajd tiegħu jitneħħa mis-servizz u jiġi skrappjat.

Ġustifikazzjoni

(3) Il-kapaċità tal-flotot tas-sajd tal-Ewropa teħtieġ li tonqos. Trasferimenti ta' dan it-tip se jipprovdu lill-proprjetarji tal-bastiment bi qligħ finanzjarji sostanzjali, filwaqt li l-iskrappjar tal-bastimenti jista' jkun ukoll ta' profitt.

Emenda          125

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi kif l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lilu skont l-Artikolu 16, u li mhumiex suġġetti għal sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli, jistgħu jiġu allokali lil bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-metodu tal-allokazzjoni.

1. Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi kif l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lilu skont l-Artikolu 16, u li mhumiex suġġetti għal sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli, jistgħu jiġu allokali lil bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, inklużi bastimenti tas-sajd żgħar, abbażi ta’ kriterji trasparenti u oġġettivi, skont il-kriterji stipulati fl-Artikolu 28(2), li għandhom ikunu disponibbli pubblikament. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-metodu tal-allokazzjoni.

 (4) 

Emenda  126

Proposta għal regolament

Artikolu 33a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 33a

 

Il-kejl tal-kapaċità għas-sajd

 

Il-flotot tas-sajd tal-Istati Membri għandhom jitkejlu mil-lat tal-abilità tagħhom li jaqbdu l-ħut. Għal dan il-għan, sal-31 ta’ Lulju 2013 il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 2930/1986 jiġi emendat ħalli jiddefinixxi l-kapaċità skont il-karatteristiċi li ġejjin:

 

(a) it-tul ġenerali;

 

(b) il-wisa';

 

(c) it-tunnellaġġ gross;

 

(d) is-saħħa tal-magna;

 

(e) it-tip ta’ tagħmir;

 

(f) dimensjoni tat-tagħmir (inkluż l-għadd ta’ unitajiet użati);

 

(g) kwalunkwe karatteristika oħra li tista' titkejjel li taffettwa l-abilità li basitment ikollu li jaqbad il-ħut.

 

Sal-31 ta’ Diċembru 2013 il-Kummissjoni għandha tippubblika inventarju dettaljat tal-kapaċità tal-flotot tas-sajd attwali tal-kull Stat Membru flimkien ma' valutazzjoni tal-kapaċità xierqa ta' kull flotta skont ir-riżorsi li għandha għad-disponibilità tagħha. Il-Kummissjoni għandha tibbaża dan id-dokument fuq tagħrif mogħti mill-Istati Membri kif ukoll tagħrif ieħor li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, inklużi, inter alia, istituzzjonijiet xjentifiċi, Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd u oħrajn.

Emenda  127

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu miżuri sabiex jaġġustaw il-kapaċità tas-sajd tal-flotot tagħhom biex jiksbu bilanċ effettiv bejn dik il-kapaċità għas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom.

1. L-Istati Membri għandhom, sal-2015, idaħħlu miżuri sabiex jaġġustaw il-kapaċità tas-sajd tal-flotot tagħhom biex jiksbu bilanċ effettiv bejn dik il-kapaċità għas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom skont l-Artikolu 2(2) sa mhux aktar tard mill-2015. Dawn il-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq valutazzzjoni tal-kapaċità tal-flotta fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd kif meħtieġ taħt l-Artikolu 11 u mwettqa bħala parti mill-pjanijiet multiannwali. Fejn pjan multiannwali jkun assenti tali miżuri għandhom jiġu stabbiliti bħala prijorità, iżda mhux aktar tard minn [2015]. L-Istati Membri għandhom jagħtu rapport kull sena lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun intlaħaq.

Ġustifikazzjoni

Il-valutazzjoni tal-kapaċità tal-flotta hija prekundizzjoni għall-ġestjoni effikaċi tal-flotta u jeħtieġ li jiġu stabbiliti skadenzi ċari għall-azzjoni mill-Istati Membri.

Emenda  128

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull flotta ta’ Stat Membru għandha tkun suġġetta għal limiti massimi tal-kapaċità tas-sajd stipulati fl-Anness II.

1. Kull flotta ta’ Stat Membru għandha tkun suġġetta għal limiti massimi tal-kapaċità tas-sajd ibbażati fuq id-data li hemm ipprovdut għaliha fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33a.

Emenda  129

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena dwar il-livell tal-konformità tal-Istati Membri mal-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 33a, 35 u l-Artikolu preżenti.

Emenda 130

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-informazzjoni li tinsab fir-reġistru tal-flotot tas-sajd tal-Unjoni għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 dwar id-definizzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

4. L-informazzjoni li tinsab fir-reġistru tal-flotot tas-sajd tal-Unjoni għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri kollha u għall-pubbliku. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 dwar id-definizzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

(5) Aċċessibbiltà u trasparenza:

Emenda 131

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiġbru dejta bijoloġika, teknika, ambjentali u soċjoekonomika meħtieġa għal ġestjoni tas-sajd ibbażata fuq l-ekosistema, jimmaniġġjawha u jagħmluha disponibbli għall-utenti finali ta' dejta xjentifika, inklużi korpi maħtura mill-Kummissjoni. Dik id-dejta għandha b'mod partikolari tippermetti l-valutazzjoni ta':

1. L-Istati Membri għandhom jiġbru data bijoloġika, teknika, ambjentali u soċjoekonomika meħtieġa għal ġestjoni tas-sajd ibbażata fuq l-ekosistema u l-akkwakultura, jimmaniġġjawha u jagħmluha pubblikament disponibbli u jipprovduha kif meħtieġ għall-utenti finali ta' data xjentifika, inklużi korpi maħtura mill-Kummissjoni. Dik id-data għandha tinġabar ta' mill-inqas darbtejn fis-sena għall-istokkijiet li jkunu inqas mil-livelli kapaċi li jipproduċu rendiment massimu sostenibbli. Hi għandha b'mod partikolari tippermetti l-valutazzjoni ta':

Ġustifikazzjoni

Għandu jsir kull sforz biex jiġi ¿gurat li d-data tirrifletti s-sitwazzjoni attwali. Għandu jkun hemm pre¿unzjoni favur id-dejta li tkun pubblikament disponibbli għajr f'ċirkustanzi eċċezzjonali. Id-data hija meħtieġa biex jiġi stabbilit li l-ġestjoni tal-akkwakultura mhijiex qed tkun ta' ħsara lill-ambjent marittimu.

Emenda 132

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-istat tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar sfruttati,

(a) l-istat attwali tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar sfruttati,

Emenda 133

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-livell ta' sajd u l-impatt li l-attivitajiet tas-sajd ikollhom fuq ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u fuq l-ekosistemi tal-baħar,

(b) il-livell attwali ta' sajd inkluża l-qabda inċidentali, l-impatt li l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura jkollhom fuq ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u fuq l-ekosistemi tal-baħar u l-kisba ta' stat ambjentali tajjeb kif ipprovdut mid-Direttiva 2008/56/KE, u

Emenda 134

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-prestazzjoni soċjoekonomika tas-setturi tas-sajd, l-akkwakultura u l-ipproċessar ġewwa u barra l-ilmijiet tal-Unjoni.

(c) il-prestazzjoni attwali soċjoekonomika tas-setturi tas-sajd, l-akkwakultura u l-ipproċessar ġewwa u barra l-ilmijiet tal-Unjoni.

Emenda 135

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jiżguraw li d-dejta miġbura tkun preċiża u affidabbli;

(d) jiżguraw li d-data miġbura tkun preċiża, affidabbli u komprensiva;

Emenda  136

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) jiżguraw li d-data u l-metodoloġiji xjentifiċi jikkunsidraw fatturi bħalma huma l-aċidifikazzjoni u t-temperaturi tal-baħar meta jkunu qed jiġbru d-data, u b’hekk jiġi żgurat li d-data tiġi misluta minn reġjuni differenti matul is-sena kollha;

Emenda  137

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db) jagħmlu l-allokazzjoni tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli soġġetti għall-kundizzjoni li d-detenturi jissottomettu kull sena lill-Istati Membri d-data ekonomika u soċjali meħtieġa skont l-Artikolu 37(1);

Emenda 138

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) jiżguraw ħażna sigura tad-dejta miġbura u fejn applikabbli, protezzjoni u kunfidenzjalità xierqa tad-dejta miġbura;

(f) jiżguraw ħażna sigura tad-data miġbura, jagħmluha pubblikament disponibbli għajr f'ċirkustanzi eċċezzjonali fejn jistgħu jkunu meħtieġa protezzjoni u kunfidenzjalità xierqa u meta għandhom jiġu ddikjarati r-raġunijiet għal tali restrizzjonijiet;

Emenda 139

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) jiżguraw li l-Kummissjoni, jew l-entitajiet maħtura minnha, ikollhom aċċess għad-dejtabejżis nazzjonali u s-sistemi użati għall-ipproċessar tad-dejta miġbura sabiex tiġi verifikata l-eżistenza u l-kwalità tad-dejta.

(g) jiżguraw li l-Kummissjoni, jew l-entitajiet maħtura minnha, ikollhom aċċess għall-bażijiet tad-data nazzjonali kollha u s-sistemi użati għall-ipproċessar tad-dejta miġbura sabiex tiġi verifikata l-eżistenza u l-kwalità tad-data.

Emenda 140

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta għandhom jitwettqu fil-qafas ta’ programm multiannwali sa mill-2014. Programm multiannwali bħal dan għandu jinkludi miri għall-preċiżjoni tad-dejta li għandha tinġabar u għandu jiddefinixxi livelli ta' aggregazzjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' dik id-dejta.

5. Il-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data għandhom jitwettqu fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill 2008/199/KE tal- 25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd, li għandu jiġi rivedut u/jew emendat, jew, jekk meħtieġ, sostitwit b'qafas li jkollu tal-inqas standard ekwivalenti, li jimplimenta d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu. Programm multiannwali ġdid għandu jirregola l-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data sa mill-2014, li għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u r-Regolament 2008/199/KE. Programm multiannwali bħal dan għandu jinkludi miri għall-preċiżjoni tad-dejta li għandha tinġabar u għandu jiddefinixxi livelli ta' aggregazzjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' dik id-dejta.

 

Ir-Regolament 2008/199/KE għandu jkompli japplika għall-programmi nazzjonali adottati għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data għas-snin 2011 - 2013.

 

_____________

 

1 ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1.

Emenda 141

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55, biex tispeċifika l-miri għall-preċiżjoni tad-dejta li għandha tinġabar u biex tiddefinixxi l-livelli ta' aggregazzjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' dejta bħal din, għall-programm multiannwali msemmi fil-paragrafu 5.

6. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55, biex tispeċifika l-miri għall-preċiżjoni tad-data li għandha tinġabar u biex tiddefinixxi l-livelli ta' aggregazzjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data bħal din, għall-programm multiannwali msemmi fil-paragrafu 5, u tiżgura l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri tal-ġbir tad-data u l-preżentazzjoni tagħha.

Emenda 142

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Skont l-Artikolu 50, il-Kummissjoni għandha żżomm l-assistenza finanzjarja jekk Stat Membru jonqos milli jipprovdi data xjentifika li huwa responsabbli għal ġbir u jonqos milli jikkonforma mat-talbiet raġonevoli li għandu jagħmel hekk.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri ġew rikjesti jiġbru data xjentifika għal ħafna snin i¿da xi wħud naqsu milli jagħmlu hekk. Peress li evidenza xjentifika hija essenzjali għat-tħaddim effikaċi tar-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha sanzjonijiet disponibbli.

Emenda 143

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Unjoni għandha tipparteċipa fl-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali relatati mas-sajd, fosthom l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs) b'mod konformi mal-obbligi internazzjonali u l-għanijiet tal-politika u konsistenti mal-għanijiet stipulati fl-Artikoli 2 u 3.

1. L-Unjoni għandha tikkontribwixxi b'mod attiv u ssostni l-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali relatati mas-sajd, fosthom l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (ORĠS) b'mod konformi mal-obbligi internazzjonali, l-impenji u l-għanijiet tal-politika u konsistenti mal-prinċipji tal-Unjoni u l-għanijiet u l-leġiżlazzjonijiet eżistenti tagħha fil-qasam tas-sajd, l-ambjent u l-iżvilupp, inklużi l-objettivi stipulati fl-Artikoli 2 u 3.

Emenda  144

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-pożizzjonijiet tal-Unjoni f'organizzazzjonijiet internazzjonali relatati mas-sajd u l-RFMOs għandha tkun ibbażata fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli sabiex ikun żgurat li r-riżorsi tas-sajd jinżammu 'l fuq jew jerġgħu jinġiebu 'l fuq minn livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli.

2. Il-pożizzjonijiet tal-Unjoni f'organizzazzjonijiet internazzjonali relatati mas-sajd u l-RFMOs għandhom ikunu konsistenti mal-prinċipji u l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tas-sajd, l-ambjent u l-liġi tal-iżjvilupp, inklużi dawk spjegati fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament. Huma għandhom jiġu bbażati wkoll fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli sabiex ikun żgurat li r-riżorsi tas-sajd jinżammu 'l fuq jew jerġgħu jinġiebu 'l fuq minn livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli sal-2015.

Ġustifikazzjoni

Il-pożizzjoni tal-UE fil-forums internazzjonali, bħalma huma l-RFMOs, m’għandhiex tikkontradixxi l-objettivi u l-obbligi li għandha f’oqsma oħra ta’ politika, bħalma hi l-politika tal-ambjent u l-iżvilupp.

Emenda  145

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Unjoni għandha tikkontribwixxi attivament għal, u tappoġġja l-iżvilupp ta' għarfien u parir xjentifiku fl-RFMOs u l-organizzazzjonijiet internazzjonali.

3. L-Unjoni għandha tikkontribwixxi attivament għal, u tappoġġja l-iżvilupp ta' governanza tajba, trasparenza, miżuri ta’ infurzar u għarfien u parir xjentifiku fl-RFMOs u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra.

Emenda  146

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Unjoni għandha tikkoopera ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali relatati mas-sajd, fosthom l-RFMOs, sabiex issaħħaħ il-konformità mal-miżuri adottati minn dawn l-organizzazzjonijiet internazzjonali.

L-Unjoni għandha tikkoopera ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali relatati mas-sajd, fosthom l-RFMOs, sabiex issaħħaħ il-konformità mal-miżuri adottati minn dawn l-organizzazzjonijiet internazzjonali. F’dan il-kuntest, l-Unjoni teħtieġ iżżid l-isforzi tagħha biex tiżgura l-konformità min-naħa ta’ pajjiżi terzi mal-konvenzjonijiet internazzjonali, inkluża l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS).

Emenda  147

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Ftehimiet dwar is-Sajd Sostenibbli ma’ pajjiżi terzi għandhom jistabbilixxu qafas ta’ governanza legali, ekonomiku u ambjentali għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi.

1. Il-Ftehimiet dwar is-Sajd Sostenibbli ma’ pajjiżi terzi għandhom jistabbilixxu qafas ta’ governanza ġuridiku, ekonomiku, soċjali u ambjentali għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera tal-Unjoni u/jew huma proprjetà tagħha f’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi. Il-Ftehimiet dwar is-Sajd Sostenibbli jridu jkunu konformi mal-obbligi internazzjonali u mal-objettivi tal-politiki u jkunu konsistenti mal-Artikoli 2, 3 u 4.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiżgura li l-bastimenti tal-UE jridu jissodisfaw l-istess rekwiżiti jistadu fejn jistadu.

Emenda  148

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-Ftehimiet dwar is-Sajd Sostenibbli barra minn hekk għandhom ifittxu li jistabbilixxu qafas ta’ governanza għall-flotta tal-Unjoni li tistad fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi li jkun strett tal-anqas daqs il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tas-sajd, il-ħarsien ambjentali u l-politiki soċjali.

Emenda 149

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 2 u 2a-2e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jaqbdu biss l-eċċess tal-qabda permessibbli determinata mill-pajjiż terz kif imsemmi fl-Artikolu 62(2) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, u identifikat abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli u informazzjoni rilevanti skambjata bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz dwar l-isforz totali tas-sajd fuq l-istokkijiet affettwati, sabiex ikun żgurat li r-riżorsi tas-sajd jibqgħu 'l fuq mil-livelli kapaċi li jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli.

2. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jaqbdu biss l-eċċess tal-qabda permessibbli determinata mill-pajjiż terz kif imsemmi fl-Artikolu 62(2) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, u identifikat abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli u informazzjoni rilevanti skambjata bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz dwar l-isforz totali tas-sajd fuq l-istokkijiet affettwati, sabiex ikun żgurat li r-riżorsi tas-sajd jibqgħu 'l fuq mil-livelli kapaċi li jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli u li l-livell tal-attivitajiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ma jillimitawx il-possibbiltajiet tas-sajd għas-sajjieda lokali f'pajjiżi terzi.

 

2a. Bil-għan li tkun tista’ ssir l-indentifikazzjoni tal-eċċess tal-qabda permessibbli msemmija fil-paragrafu 2, il-Ftehimiet dwar is-Sajd Sostenibbli għandhom jipprovdu għat-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni relevanti kollha bejn l-UE u l-pajjiż terz dwar l-isforz tas-sajd totali fuq l-istokkijiet ikkonċernati minn bastimenti nazzjonali u fejn xieraq minn bastimenti barranin.

 

2b. Il-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandhom jipprovdu li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jistgħu joperaw fl-ilmijiet tal-pajjiż terz li miegħu jkun ġie konkluż ftehim biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd, li tkun inħarġet skont proċedura miftiehma miż-żewġ partijiet tal-ftehim.

 

2c. Il-Ftehimiet dwar is-Sajd Sostenibbli għandhom jipprovdu li l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd ta’ kwalunkwe tip m’għandhomx jingħataw lil bastimenti tas-sajd ġodda u lil bastimenti li qabel kienu jtajru bandiera tal-Unjoni fl-24 xahar li jkunu għaddew qabel ma saret it-talba għal awtorizzazzjoni tas-sajd u li juru x-xewqa li jimmiraw għal speċijiet koperti mill-Ftehim dwar is-Sajd Sostenibbli.

 

2d. Ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt, u d-drittijiet tal-bniedem kif stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, għandhom jikkostitwixxu element essenzjali tal-Ftehimiet tas-Sajd Sostenibbli li għandhom jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi dwar id-drittijiet tal-bniedem.

 

2e. Mill-1 ta' Jannar 2015, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni m'għandhomx jagħmlu attivitajiet tas-sajd f'ilmijiet ta' pajjiż terz ħlief f'konformità mat-termini ta' Ftehim tas-Sajd Sostenibbli.

Emenda 150

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) issostni parti mill-ispiża tal-aċċess għar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta' pajjiżi terzi;

(a) issostni parti li dejjem tonqos mill-ispiża tal-aċċess għar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta' pajjiżi terzi, li għandha tkun progressivament koperta mill-proprjetarji tal-bastimenti u li għandha titneħħa ftit ftit matul iż-żmien, bl-ispiża sħiħa tal-aċċess mħallsa mill-operatura sa mhux aktar tard mill-2020;

Emenda  151

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-arranġament finanzjarju skont il-Ftehimiet dwar is-Sajd Sostenibbli għandu jiġi soġġett għal mekkaniżmu ta’ rieżami miftuħ u li fih l-obbligu tal-għoti ta’ rendikont, inklużi verifiki finanzjarji u valutazzjonijiet indipendenti li jkunu disponibbli pubblikament dwar l-eżiti tal-għajnuna finanzjarja kkummissjonata mill-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-UE tagħti fondi sinifikanti lil pajjiżi terzi għall-iżvilupp tas-sajd, però mingħajr trasparenza hemm nuqqas ta’ opportunità biex iċ-ċittadini lokali jinfluwenzaw it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-potenzjal għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ proġetti huwa wieħed minimu. It-titjib tat-trasparenza għalhekk huwa essenzjali biex tissaħħaħ l-effikaċja tal-għajnuna finanzjarja u biex jiġi evitat ir-riskju tal-ħela u l-korruzzjoni. Hemm għadd ta’ każijiet fejn għajnuna finanzjarja tal-UE fl-imgħoddi fis-settur tas-sajd ġiet imdgħajfa mill-korruzzjoni f’pajjiżi terzi.

Emenda  152

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Promozzjoni tal-akkwakultura.

Żgurar tal-akkwakultura sostenibbli.

Emenda 153

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Bil-ħsieb li jiġu promossi s-sostenibbiltà, il-kontribuzzjoni għas-sigurtà tal-ikel, it-tkabbir u l-impjiegi, sal-2013 il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida strateġiċi mhux vinkolanti tal-Unjoni dwar prijoritajiet u miri komuni għall-iżvilupp tal-attivitajiet tal-akkwakultura. Linji gwida strateġiċi bħal dawn għandhom iqisu l-pożizzjonijiet tal-bidu rilevanti u ċ-ċirkustanzi differenti madwar l-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi għal pjanijiet strateġiċi nazzjonali multiannwali u għandhom jimmiraw lejn:

1. Bil-ħsieb li jiġu promossi s-sostenibbiltà, il-kontribuzzjoni għas-sigurtà tal-ikel, it-tkabbir u l-impjiegi, sal-2013 il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida strateġiċi mhux vinkolanti tal-Unjoni dwar prijoritajiet u miri komuni għall-iżvilupp tal-attivitajiet tal-akkwakultura. Linji gwida strateġiċi bħal dawn għandhom jiġu ddisinjati biex jiżguraw li l-attivitajiet tal-akkwakultura jkunu sostenibbli mil-lat ambjentali u jikkontribwixxu biex jintlaħaq status ambjentali tajjeb. Huma għandhom iqisu l-pożizzjonijiet tal-bidu u ċ-ċirkustanzi differenti relattivi madwar l-Unjoni kollha, għandhom jiffurmaw il-bażi għal pjanijiet strateġiċi nazzjonali multiannwali u għandhom jimmiraw lejn:

(a) it-titjib tal-kompetittività tal-industrija tal-akkwakultura u s-sostenn għall-iżvilupp tagħha u l-innovazzjoni;

(a) it-titjib tal-kwalità, tas-sostenibilità u tal-kompetittività tal-industrija tal-akkwakultura u s-sostenn għall-iżvilupp tagħha u l-innovazzjoni;

 

(aa) il-prevenzjoni tad-degradazzjoni tal-ambjent tal-baħar;

 

(ab) l-iżgurar li l-attivitajiet tal-akkwakultura jkunu konsistenti mal-Artikoli 2 u 3;

(b) l-inkoraġġiment tal-attività ekonomika;

(b) l-inkoraġġiment tal-attività ekonomika;

(c) id-diversifikazzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ħajja fiż-żoni kostali u rurali;

(c) id-diversifikazzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ħajja fiż-żoni kostali u rurali;

(d) kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi tal-akkwakultura fir-rigward tal-aċċess għall-ilmijiet u l-ispazju.

(d) kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi tal-akkwakultura fir-rigward tal-aċċess għall-ilmijiet u l-ispazju.

 

(da) il-limitazzjoni tal-kwantitajiet tal-alimentazzjoni tal-akkwakultura miksuba minn sajd ta' ħut selvaġġ għal livelli li ma jkunux theddida għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 10;

 

(db) l-iżgurar li l-operazzjonijiet tal-akkwakultura jkunu kompatibbli mal-objettivi tad-Direttiva 2008/56/KE.

 

(dc) il-prevenzjoni ta' bidliet negattivi lil ekosistemi relatati.

Emenda  154

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt dd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dd) l-iżgurar ta’ prodotti sikuri u tajbin għas-saħħa.

Emenda 155

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-pjanijiet strateġiċi nazzjonali multiannwali għandhom jimmiraw b'mod partikolari għal dan li ġej:

4. Il-pjanijiet strateġiċi nazzjonali multiannwali għandhom jindirizzaw speċifikament dan li ġej:

(a) simplifikazzjoni amministrattiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-liċenzji;

(a) simplifikazzjoni amministrattiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-liċenzji;

(b) ċertezza għall-operaturi tal-akkwakultura fir-rigward tal-aċċess għall-ilmijiet u l-ispazju;

(b) ċertezza għall-operaturi tal-akkwakultura fir-rigward tal-aċċess għall-ilmijiet u l-ispazju;

(c) indikaturi għas-sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali;

(c) indikaturi għall-kwalità u għas-sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali;

 

(ca) miżuri biex jiġi żgurat li l-attivitajiet ta’ akkwakultura jkunu konformi għalkollox mal-leġiżlazzjoni ambjentali eżistenti tal-Unjoni;

 

(cb) garanzija li jintuża għalf sostenibbli.

(d) valutazzjoni ta' effetti transkonfinali oħra li jista' jkun hemm fuq Stati Membri ġirien.

(d) valutazzjoni ta' effetti transkonfinali oħra li jista' jkun hemm fuq riżorsi bijoloġiċi u ekosistemi tal-baħar u fuq Stati Membri ġirien.

Emenda  156

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) tiżgura li t-traċċabilità tal-prodotti kollha tas-sajd u tal-akkwakultura fil-katina tal-provvista kollha kemm hi se jipprovdi tagħrif verifikabbli u eżatt rigward l-oriġini tal-prodott u l-mod ta’ produzzjoni tiegħu u għandha tittikketta l-prodott f’dan is-sens, b’enfasi fuq tikkettar ekoloġiku affidabbli;

Emenda 157

Proposta għal regolament

Artikolu 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jesiġu li d-detenturi ta' liċenzja tas-sajd għal bastimenti tas-sajd b'tul globali ta' 12-il metru jew aktar li jtajru l-bandiera tagħhom jikkontribwixxu b'mod proporzjonali għall-ispejjeż tal-implimentazzjoni tas-sistema ta' kontroll tas-sajd tal-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jesiġu li d-detenturi ta' liċenzja tas-sajd għal bastimenti tas-sajd b'tul globali ta' 12-il metru jew aktar li jtajru l-bandiera tagħhom jikkontribwixxu b'mod proporzjonali għall-ispejjeż tal-implimentazzjoni tas-sistema ta' kontroll tas-sajd u l-ġbir tad-data tal-Unjoni.

Emenda 158

Proposta għal regolament

Artikolu 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tista' tingħata għajnuna finanzjarja mill-Unjoni sabiex tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3.

Għandha tingħata għajnuna finanzjarja mill-Unjoni lill-azzjonijiet u inizjattivi biss li jkunu konformi mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3.

Ġustifikazzjoni

Għajnuna finanzjarja mill-Unjoni jeħtieġ li tkun bil-kundizzjoni tal-konformità mal-objettivi tar-Regolament

Emenda 159

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. In-nuqqas ta' konformità mill-Istati Membri, mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, tista' twassal għall-interruzzjoni jew is-sospensjoni tal-ħlasijiet jew għall-applikazzjoni ta' korrezzjoni finanzjarja għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni skont il-Politika Komuni tas-Sajd. Dawn il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati man-natura, il-firxa, id-dewmien u r-ripetizzjoni tan-nuqqas ta' konformità.

2. In-nuqqas ta' konformità mill-Istati Membri, mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, għandu jwassal għall-interruzzjoni jew is-sospensjoni tal-ħlasijiet u għall-applikazzjoni ta' korrezzjoni finanzjarja għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni skont il-Politika Komuni tas-Sajd. Dawn il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati man-natura, il-firxa, id-dewmien u r-ripetizzjoni tan-nuqqas ta' konformità.

 

2a. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-Istati Membri għandha tkun trasparenti u responsabbli, b’tagħrif dettaljat u f’waqtu dwar l-objettivi u l-amministrazzjoni tal-għajnuna finanzjarja, inklużi l-baġits u l-valutazzjonijiet relevanti, li għandhom ikunu pubblikament disponibbli mill-Kummissjoni Ewropea.

 

2b. L-għajnuna finanzjarja għal miżuri relatati mal-bastimenti jew mat-tagħmir għandha tingħata bil-kundizzjoni li l-Istati Membri jkunu qed jagħmlu sforzi biex jilħqu bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 34(1).

Emenda 160

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-operaturi għandha tkun kundizzjonali fuq il-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-operaturi.

1. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-operaturi għandha tkun kundizzjonali fuq il-konformità mal-objettivi u mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-operaturi.

Emenda 161

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ksur serju mill-operaturi tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, għandu jirriżulta fi projbizzjonijiet temporanji jew permanenti fuq l-aċċess għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni u/jew l-applikazzjoni ta' tnaqqis finanzjarju. Dawn il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati man-natura, il-firxa, id-dewmien u r-ripetizzjoni tal-ksur serju.

2. Ksur serju mill-operaturi tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd fi żmien tliet snin wara l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għandu jirriżulta fi projbizzjonijiet temporanji jew permanenti fuq l-aċċess għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni, l-applikazzjoni ta’ pieni u l-ħlas lura, kollu jew parzjalment, ta' dik l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni mogħtija preċedentement. Dawn il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati man-natura, il-firxa, id-dewmien u r-ripetizzjoni tal-ksur serju.

Ġustifikazzjoni

Għajnuna finanzjarja m'għandhiex tingħata lill-operaturi li jiksru serjament ir-regoli tal-PKS.

Emenda 162

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni tingħata biss jekk ma tkun ġiet imposta l-ebda sanzjoni għal ksur serju lill-operatur ikkonċernat sa perjodu ta' sena (1) qabel id-data tal-applikazzjoni għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni tingħata biss jekk ma tkun ġiet imposta l-ebda sanzjoni għal ksur serju lill-operatur ikkonċernat sa perjodu ta' ħames snin qabel id-data tal-applikazzjoni għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni.

Emenda  163

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Għajnuna relatata mal-immodernizzar ta’ bastimenti tas-sajd jew it-tagħmir tagħhom għandha tingħat bil-kundizzjoni li l-Istati Membri jkollhom miżuri biex jaġġustaw il-kapaċità tas-sajd tal-flotot tagħhom skont l-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 34(1).

Emenda 164

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Meta għajnuna għad-dekommissjonar ta' bastiment titħallas minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni, kwalunkwe għajnuna finanzjarja tal-Unjoni mħallsa fit-tliet snin preċedenti rigward il-modernizzazzjoni jew it-titjib ta' dak il-bastiment għandha titħallas lura.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni qed tipproponi li dik l-għajnuna għad-dekommissjonar m'għandhiex tibqa' titħallas u jekk ikun hemm qbil dwar dan, din l-emenda issir irrilevanti. Jekk le, tgħin tiżgura li l-użu tal-fondi pubbliċi se jkun protett.

Emenda  165

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Huma stabbiliti Kunsilli Konsultattivi għal kull qasam ta' kompetenza stipulat fl-Anness III, sabiex jippromwovu rappreżentanza bilanċjata tal-partijiet interessati kollha u sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3.

1. Huma stabbiliti Kunsilli Konsultattivi għal kull qasam ta' kompetenza stipulat fl-Anness III, sabiex jippromwovu rappreżentanza bilanċjata tal-partijiet interessati kollha, inklużi r-rappreżentanti mis-settur tas-sajd, l-industrija tal-ipproċessar, ix-xjenzjati, l-awtoritajiet lokali, l-NGOs, l-aġenziji tal-kontroll u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u sabiex jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3.

Emenda  166

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kunsilli Konsultattivi għandhom ikunu komposti minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-operaturi tas-sajd u gruppi oħra ta' interess affettwati mill-Politika Komuni tas-Sajd.

1. Il-Kunsilli Konsultattivi għandhom iwessgħu il-bażi tal-parteċipazzjoni tagħhom u jkunu komposti minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-operaturi tas-sajd u gruppi oħra ta' interess affettwati mill-Politika Komuni tas-Sajd, inklużi x-xjenzjati, l-NGOs, l-aġenziji ta’ kontroll u l-awtoritajiet lokali.

Emenda  167

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni ta' kull sena għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fejn tgħid kif il-proposta tagħha [skont l-Artikolu 43(3)TFUE] dwar il-qabdiet permessi totali, u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward, jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettiv tal-Unjoni li terġa’ ġġib kif kienu u żżomm kif inhuma l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet li s-sajd tagħhom jaqbeż il-livelli li jistgħu jipprovdu rendiment massimu sostenibbli sal-2015.

Ġustifikazzjoni

Fl-imgħoddi, il-Kunsill naqas milli jiffissa limiti fuq is-sajd li ma jaqbżuz il-parir xjentifiku. Hija ħaġa kruċjali li dawk li jagħmlu d-deċiżjonijiet jiġu aktar obbligati li jagħtu rendikont u li jintalbu rapporti dwar kif id-deċiżjonijiet jikkontribwixxu għal objettivi li jkun sar ftehim dwarhom.

Emenda  168

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Minkejja l-Artikolu 57(4), ir-Regolament (KE) Nru 199/2008 għandu jkompli japplika għall-programmi nazzjonali adottati għall-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta għas-snin 2011 - 2013.

Minkejja l-Artikolu 57(4), ir-Regolament (KE) Nru 199/2008 għandu jkompli japplika għall-programmi nazzjonali adottati għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data sakemm jasal iż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ miżuri ġodda biex jiġi stabbilit qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data fis-settur tas-sajd.

Emenda  169

Proposta għal regolament

Anness 3 – tabella - notazzjoni ġdida

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Isem tal-Kunsill Konsultattiv: Il-Baħar l-Iswed

 

Żona ta’ kompetenza: Iż-żona tal-Baħar l-Iswed

Ġustifikazzjoni

Peress li l-Kunsilli Konsultattivi jistgħu japplikaw għal għajnuna finanzjarja mill-Unjoni bħala korpi li jsegwu xi għan ta’ interess Ewropew ġenerali u peress li l-perjodu ta’ pprogrammar li jmiss jibda l-2014, huwa aktar ġust u ekwu li l-Kunsilli Konsultattivi kollha jkunu diġà stabbiliti u li ż-żoni ta’ kompetenzi tagħhom ikunu diġà modifikati sal-2014.

PROĊEDURA

Titolu

Il-Politika Komuni tas-Sajd

Referenzi

COM(2011)0425 – C7-0198/2011 – 2011/0195(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

13.9.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

13.9.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Chris Davies

3.10.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

29.2.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

8.5.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

0

8

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Lajos Bokros, Martin Callanan, Nessa Childers, Chris Davies, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Vladko Todorov Panayotov, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Frédérique Ries, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Bogusław Sonik, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Nikos Chrysogelos, João Ferreira, Filip Kaczmarek, Toine Manders, James Nicholson, Justas Vincas Paleckis, Alojz Peterle, Michèle Rivasi, Christel Schaldemose, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Andrea Zanoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (20.9.2012)

għal-Kumitat għas-Sajd

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd
(COM(2011)0425 – C7‑0198/2011 – 2011/0195(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Younous Omarjee

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Is-settur tas-sajd Ewropew kull sena jipproduċi madwar 6.4 miljun tunnellata ħut. Is-sajd u l-industrija tal-ipproċessar relatata timplega madwar 350 000 persuna. Dan juri l-kontribut importanti ta' dan is-settur għal-benesseri ekonomiku u soċjali tar-reġjuni konċernati.

Uħud mill-miżuri proposti mir-regolamenti l-ġodda relatati mal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), inkluż l-FEMS, jissograw li jippenalizzaw lis-sajjieda u l-iżvilupp tar-reġjuni Ewropej kostali u marittimi. Dan il-kumitat irid ukoll jiżgura li jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet tar-Reġjuni Ultraperiferiċi kkonċernati.

1. Partijiet tar-riforma li jaf ikunu ta’ ħsara għall-iżvilupp tar-reġjuni

L-ewwel nett, ir-riforma l-ġdida tal-PKS għandha tiggarantixxi ġestjoni mill-qrib, ġenwinament reġjonalizzata, u li tqis id-diversità ta’ flotot, irkaptu u stokkijiet ta’ ħut f’kull pajjiż u f’kull żona tas-sajd.

Il-PKS għandha wkoll tirrispetta d-drittijiet tal-Istati Membri fuq l-ilmijiet territorjali tagħhom, iż-ŻEE tagħhom u l-qigħan tal-baħar ta' maġenbhom. Ikun diżastru kieku f’isem l-ugwaljanza ta’ aċċess għaż-żoni esklużivi tas-sajd, iż-ŻEE jiġu “miftuħa” għall-flotot kollha intra u extra komunitarji. Kieku dan iseħħ, tinqered l-ekosistema tal-baħar li jeħtieġ tiġi konservata, kif ukoll il-vijabbiltà ekonomika tas-sajjieda lokali.

Huwa wkoll importantissmu li l-PKS il-ġdida tipproteġi b’mos sostenibbli l-interessti tas-sajd kostali u artiġjanali biex ikun żgurat sfruttament sostenibbli tar-riżorsi u kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali sostenibbli.

Jeħtieġ ukoll ikun żgurat ġejjieni ta’ prosperità għas-settur tas-sajd tar-reġjuni marittimi kollha Ewropej, għal tul ta’ żmien medju u fit-tul, b’enfasi fuq il-ħtieġa ta’ rekostituzzjoni tal-istokkijiet ta' ħut. Iżda l-isforzi li għandhom isiru mhumiex l-istess għal sajjied tal-Baħar tat-Tramantuna, tal-Karibej, tal-Mediterran jew tal-Oċean Indjan. Il-Kummissjoni jeħtieġ li tqis u tadatta l-azzjonijiet għall-iskala ta’ kull baċir, għax jekk dan ma jsirx, il-ġejjieni tas-settur aktarx ikun wieħed inċert. Ir-rapporteur jaqbel perfettament mal-għanijiet ta’ sajd sostenibbli għall-ħarsien u r-rikostituzzjoni tar-riżorsi, għax bir-ritmu tas-sajd attwali, minn issa sal-2050 mhux se jibqa’ l-ebda ħuta u l-ebda krustaċju disponibbli għas-sajd kummerċjali.

Is-sajd żejjed huwa bla dubju l-konsegwenza tal-ġestjoni ħażin tar-riżorsi; iżda dan huwa t-tort ukoll tal-awtoritajiet pubbliċi. Għaldaqstant, l-isforz li jrid isir għar-rikostituzzjoni tal-istokkijiet m’għandux isir a skapitu tas-sajjieda jew b’detriment għall-iżvilupp tar-reġjuni marittimi. Għandu għaldaqstant jitwettaq kollettivament. Jeħtieġ li jiġi introdotti mekkaniżmi ta’ kumpens u miżuri għall-ħarsien tal-ekosistemi.

Ir-rapporteur jopponi wkoll it-tentattivi li jsiru għall-introduzzjoni ta’ drittijiet ta’ proprjetà fuq l-istokkijiet ta’ ħut, permezz ta’ sistema ta’ konċessjonijiet ta’ sajd trasferibbli. Il-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-privatizzazzjoni tal-ibħra, kieku din kellha sseħħ, ikunu diżastrużi.

2. Kunsiderazzjoni tar-realtajiet tas-sajd tar-Reġjuni Ultraperiferiċi

Rigward ir-Reġjuni Ultraperiferiċi, mhemmx dubju li l-prinċipji u r-regoli tal-PKS mhumiex adattati għar-realtajiet tagħhom. L-Artikoli 349 TFUE, li ma jintużax biżżejjed fir-regolamenti Ewropej, għandu jissemma b’mod espliċitu fir-regolamenti kollha relatati mas-sajd, u fuq kollox għandu jiġi implimentat, u dan b’mod partikolari biex il-politiki tal-UE jiġu implimentati b’koerenza fir-Reġjuni Ultraperferiċi kollha. Il-Kummissjoni ma tistax tinsa’ li minn banda qed nitkellmu dwar ilmijiet li huma kondiviżi bejn Stati Membri tal-Unjoni filwaqt li, mill-banda l-oħra, għar-Reġjuni Ultraperferiċi, l-ilmijiet huma kondiviżi ma’ pajjiżi tal-AKP, li jinvolvu speċijiet differenti, b’għarfien u b’sitwazzjoni differenti tal-istokkijiet, kif ukoll prattiki tas-sajd differenti. Jeħtieġ ikun hemm approċċ divrenzjat tal-prattiki tas-sajd għall-emisferu ta’ Fuq u ieħor għall-emisferu ta’ Isfel.

Importanti wkoll li jinħoloq Kumitat Konsultattiv Reġjonali għar-Reġjuni Ultraperferiċi, li jkun maqsum fi tliet sottokumitati ġeografiċi. Minm meta nħolqu l-Kumitati Konsultattivi Reġjonali, il-Kummissjoni eskludiet ir-Reġjuni Ultraperferiċi tal-Oċean Indjan u l-Karajbi. F’dan il-Kumitat Konsultattiv Reġjonali għar-Reġjuni Ultraperferiċi għandha tkun permessa il-parteċipazzjoni tal-istati kostali u s-sajjieda Ewropej li joperaw f’dawn iż-żoni. Dan il-Kumitat se jagħti lok ukoll li l-UE tafferma r-rwol tagħha fil-ħolqien ta’ governanza internazzjonali tas-sajd; din id-dimensjoni jeħtieġ li tingħata attenzjoni għax l-UE, appuntu bis-saħħa tar-Reġjuni Ultraperferiċi u l-PTLHB tagħha, hi l-akbar żona marittima fid-dinja.

Ir-riforma tal-PKS jeħtieġ tiżgura wkoll li r-regoli speċifiċi għall-flotot barranin jinżammu u awtorizzata l-għajnuna għat-tiġdid u l-modernizzazzjoni tal-flotta tas-sajd kostali, fuq bażi divrenzjata skont il-kosta konċernata, f’żoni fejn ir-riżervi tal-ħut jistgħu jippermettu lis-settur li jikber.

Ir-riforma tal-PKS għandha tiżgura wkoll li l-istrument finanzjarju POSEI għas-sajd jitkompla u jkun marbut b’mod intelliġenti mal-FEMS.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Kunsiderazzjoni 1a (ġdida)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

- wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet ambjentali, ekonomiċi u soċjali sostenibbli fit-tul. Barra minn hekk hija għandha tikkontribwixxi għal żieda fil-produttività, standard xieraq tal-għajxien għas-settur tas-sajd, swieq stabbli, tiżgura d-disponibbiltà tar-riżorsi u li l-provvisti jaslu għand il-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli.

(3) Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet ambjentali, ekonomiċi u soċjali sostenibbli fit-tul. Barra minn hekk hija għandha tikkontribwixxi għal żieda fil-produttività, tiżgura standard xieraq tal-għajxien għas-settur tas-sajd, biex tiżgura dħul xieraq lis-sajjieda, għal swieq stabbli, biex tiżgura d-disponibbiltà tar-riżorsi u li l-provvisti jaslu għand il-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Is-sitwazzjoni ġeografika tar-reġjuni ultraperiferiċi u l-ispeċifiċità tas-settur tas-sajd f’dawn ir-reġjuni timponi li l-PKS u l-fondi marbuta magħha jkunu jistgħu jiġu adattati u jadattaw għall-ispeċifiċitajiet, il-limitazzjonijiet, l-spejjeż addizzjonali u r-realtajiet ta’ reġjuni li jkunu differenti ħafna mill-bqija tal-UE. Sakemm ir-regolament ma jkunx adattat għal wieħed jew diversi minn dawn ir-reġjuni, għandu jintuża l-Artikolu 349 biex jiġu segwiti l-għanijiet u l-iżvilupp tas-settur tas-sajd ta’ dawn ir-reġjuni, bl-għan li tinkiseb sostenibilità.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) L-Unjoni hija Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 (UNCLOS) u rratifikat il-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 relatat mal-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Stokkijiet ta' Ħut Tranżonali u Stokkijiet ta' Ħut li Jpassi Ħafna tal-4 ta’ Awwissu 1995 (il-Ftehim tan-NU dwar l-Istokkijiet tal-Ħut). Aċċettat ukoll il-Ftehim għall-Promozzjoni tal-Konformità mal-Miżuri Internazzjonali ta' Konservazzjoni u Ġestjoni minn Bastimenti tas-Sajd fl-Ibħra Miftuħa tal-24 ta' Novembru 1993 tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Alimentazzjoni u l-Agrikoltura (il-Ftehim ta’ Konformità tal-FAO). Dawn l-istrumenti internazzjonali b'mod predominanti jipprevedu obbligi ta' konservazzjoni, inklużi fost oħrajn obbligi biex jittieħdu miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni mfassla biex iżommu jew ireġġgħu lura r-riżorsi tal-baħar għal livelli li jistgħu jipproduċu rendiment massimu sostenibbli kemm fiż-żoni tal-baħar taħt ġurisdizzjoni nazzjonali kif ukoll fl-ibħra miftuħa, u biex jikkooperaw ma’ Stati oħra għal dan il-għan, obbligi biex jiġi applikat b'mod wiesa' l-approċċ prekawzjonarju għall-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-isfruttar ta' stokkijiet tal-ħut, obbligi biex jiżguraw il-kompattibbiltà tal-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni fejn ir-riżorsi tal-baħar qegħdin f'żoni tal-baħar bi status ġurisdizzjonali differenti u obbligi biex ikun hemm qies xieraq għal użi leġittimi oħra tal-ibħra. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tikkontribwixxi għall-qadi xieraq tal-Unjoni tal-obbligi internazzjonali tagħha skont dawn l-istrumenti internazzjonali. Fejn Stati Membri jadottaw miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni li ingħataw is-setgħa għalihom fil-qafas tal-Politika Komuni tas-Sajd, huma għandhom jaġixxu wkoll b’mod li huwa konsistenti għalkollox mal-obbligi internazzjonali ta’ konservazzjoni u kooperazzjoni skont l-imsemmija strumenti internazzjonali.

(4) L-Unjoni hija Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 (UNCLOS) u rratifikat il-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 relatat mal-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Stokkijiet ta' Ħut Tranżonali u Stokkijiet ta' Ħut li Jpassi Ħafna tal-4 ta’ Awwissu 1995 (il-Ftehim tan-NU dwar l-Istokkijiet tal-Ħut). Aċċettat ukoll il-Ftehim għall-Promozzjoni tal-Konformità mal-Miżuri Internazzjonali ta' Konservazzjoni u Ġestjoni minn Bastimenti tas-Sajd fl-Ibħra Miftuħa tal-24 ta' Novembru 1993 tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Alimentazzjoni u l-Agrikoltura (il-Ftehim ta’ Konformità tal-FAO). Dawn l-istrumenti internazzjonali b'mod predominanti jipprevedu obbligi ta' konservazzjoni, inklużi fost oħrajn obbligi biex jittieħdu miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni mfassla biex iżommu jew ireġġgħu lura r-riżorsi tal-baħar għal livelli li jistgħu jipproduċu rendiment massimu sostenibbli kemm fiż-żoni tal-baħar taħt ġurisdizzjoni nazzjonali kif ukoll fl-ibħra miftuħa, u biex jikkooperaw ma’ Stati oħra għal dan il-għan, obbligi biex jiġi applikat b'mod wiesa' l-approċċ prekawzjonarju għall-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-isfruttar ta' stokkijiet tal-ħut, obbligi biex jiżguraw il-kompattibbiltà tal-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni fejn ir-riżorsi tal-baħar qegħdin f'żoni tal-baħar bi status ġurisdizzjonali differenti u obbligi biex ikun hemm qies xieraq għal użi leġittimi oħra tal-ibħra. Għal dan il-għan, it-twaqqif ta’ Kumitat Konsultattiv għar-Reġjuni Ultraperiferiċi diviż fi tliet Sottokumitati (ilmijiet tal-Lbic, ilmijiet tal-Oċean Indjan tal-Lbiċ, u ilmijiet tal-Antilles-Guyane) jista’ wkoll jagħti lok ta’ kontribut pożittiv lil dawn l-għanijiet fl-ilmijiet internazzjonali fejn is-sajd żejjed u s-sajd illegali huma problema reali fil-livell mondjali. L-Artikolu 66 tal-ħames parti tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar jimponi wkoll li l-Istati Membri jirrispettaw ċerti dispożizzjonijiet fid-dawl tal-konservazzjoni tal-istokkijiet ta’ ħut anadromi. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tikkontribwixxi għall-qadi xieraq tal-Unjoni tal-obbligi internazzjonali tagħha skont dawn l-istrumenti internazzjonali. Fejn Stati Membri jadottaw miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni li ingħataw is-setgħa għalihom fil-qafas tal-Politika Komuni tas-Sajd, huma għandhom jaġixxu wkoll b’mod li huwa konsistenti għalkollox mal-obbligi internazzjonali ta’ konservazzjoni u kooperazzjoni skont l-imsemmija strumenti internazzjonali.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Waqt il-konferenza mondjali ta’ Nagoya dwar il-bijodiversità fl-2010, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri diġà impenjaw ruħhom li jiġġieldu kontra t-telf tal-bijodiversità. Ġie adottat programm strateġiku ta’ għaxar snin għall-protezzjoni tal-bijodiversità mondjali, fejn, għas-settur tas-sajd, l-objettivi jirrigwardaw (1) il-ġestjoni u l-isfruttament tal-ħut u l-invertebrati b’mod sostenibbli, billi jiġi applikat l-approċċ ekosistemiku sabiex is-sajd żejjed jiġi evitat billi jintużaw metodi ta’ rkupru għall-ispeċijiet kollha fil-periklu ta’ estinzjoni jew mhedda u billi jiġu evitati r-riperkussjonijiet negattivi tas-sajd fuq l-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar; (2) il-ġestjoni sostenibbli tas-siti li jilqgħu l-akkwakultura; (3) iż-żamma tad-diversità ġenetika tal-pjanti kkultivati, l-annimali mrobbija u domestiċi, u l-varjanti selvaġġi tagħhom filwaqt li t-tnaqqir ġenetiku tagħhom jitnaqqas għall-minimu; (4) il-protezzjoni minn issa sal-2020 ta’ mill-inqas 10% taż-żoni kostali u marittimi.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-miri tas-sajd ġew stipulati fid-Deċiżjoni mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Diversità Bijoloġika dwar il-Pjan Strateġiku għall-Bijodiversità 2011/2020, il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura l-koerenza mal-miri tal-bijodiversità adottati mill-Kunsill Ewropew, u l-miri tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “L-assigurazzjoni ta’ ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020”, b’mod partikolari biex jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli sal-2015.

(6) Il-miri tas-sajd ġew stipulati fid-Deċiżjoni mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Diversità Bijoloġika dwar il-Pjan Strateġiku għall-Bijodiversità 2011/2020, il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura l-koerenza mal-miri tal-bijodiversità adottati mill-Kunsill Ewropew, u l-miri tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "L-assigurazzjoni ta’ ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020", b’mod partikolari biex jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Huwa importanti li l-ġestjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd tkun iggwidata minn prinċipji ta' governanza tajba. Dawk il-prinċipji jinkludu teħid tad-deċiżjonijiet ibbażat fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli, involviment wiesa' tal-partijiet interessati u perspettiva fit-tul. Il-ġestjoni b'suċċess tal-Politika Komuni tas-Sajd tiddependi wkoll fuq definizzjoni ċara tar-responsabbiltajiet fuq livelli tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali u fuq il-kompatibbiltà u l-konsistenza reċiproka tal-miżuri meħuda ma' politiki oħra tal-Unjoni.

(10) Huwa importanti li l-ġestjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd tkun iggwidata minn prinċipji ta' governanza tajba. Dawk il-prinċipji jinkludu teħid tad-deċiżjonijiet ibbażat fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli, li l-partijiet konċernati fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali jipparteċipaw attivament, permezz ta’ awtoritajiet rappreżentattivi, fid-definizzjoni, fl-implimentazzjoni u fl-evalwazzjoni ta’ din il-politika u tiġi adottata perspettiva fit-tul. Il-ġestjoni b'suċċess tal-Politika Komuni tas-Sajd tiddependi wkoll fuq definizzjoni ċara tar-responsabbiltajiet fuq livelli tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali u fuq il-kompatibbiltà u l-konsistenza reċiproka tal-miżuri meħuda ma' politiki oħra tal-Unjoni.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tagħti attenzjoni sħiħa, fejn hu rilevanti, għas-saħħa tal-annimali, għall-benesseri tal-annimali, is-sikurezza tal-ikel u l-għalf

(11) Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tagħti attenzjoni sħiħa, fejn hu rilevanti, għas-saħħa u t-trattament tajjeb tal-annimali, is-sikurezza tal-ikel u l-għalf.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) L-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd għandha tqis l-interazzjonijiet ma' kwistjonijiet oħra marittimi kif indirizzati mill-Politika Marittima Integrata, billi tirrikonoxxi li l-kwistjonijiet kollha relatati mal-oċeani u l-ibħra Ewropej huma interkonnessi, inkluż l-ippjanar tal-ispazju marittimu. Għandhom jiġu żgurati l-koerenza u l-integrazzjoni fil-ġestjoni ta' politiki settorjali differenti fi ħdan il-baċiri tal-Baħar Baltiku, il-Baħar tat-Tramuntana, l-Ibħra Ċeltiċi, il-Bajja ta' Biscay u l-Kosta tal-Iberja, il-Mediterran u l-Baħar l-Iswed.

(12) L-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd għandha tqis l-interazzjonijiet ma' kwistjonijiet oħra marittimi kif indirizzati mill-Politika Marittima Integrata, billi tirrikonoxxi li l-kwistjonijiet kollha relatati mal-oċeani u l-ibħra madwar it-territorju Ewropew huma interkonnessi, inkluż l-ippjanar tal-ispazju marittimu. Għandhom jiġu żgurati l-koerenza u l-integrazzjoni fil-ġestjoni ta' politiki settorjali differenti fi ħdan il-baċiri tal-Oċean Atlantiku, l-Oċean Indjan, tal-Baħar Baltiku, il-Baħar tat-Tramuntana, l-Ibħra Ċeltiċi, il-Bajja ta' Biscay u l-Kosta tal-Iberja, il-Mediterran u l-Baħar l-Iswed.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Jeħtieġ li, fil-kuntest tal-politika marittima integrata u l-politika komuni tas-sajd, jiġu rikonoxxuti l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi, b'mod partikolari dawk li m'għandhomx blata kontinentali u li r-riżorsi tagħhom huma kkonċentrati fiż-żoni tas-sajd u l-għoljiet ta' qiegħ il-baħar. Iż-żoni bijoġeografiċi fraġli u l-aċċess għalihom għandhom ikunu protetti, u għandhom jiġu sfruttati skont ir-riżorsi li jkollhom.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar madwar l-Azores, Madejra u l-Gżejjer Kanarji għandhom ikomplu jiġu protetti b'mod partikolari billi huma jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-ekonomija lokali ta' dawn il-gżejjer, meta titqies is-sitwazzjoni strutturali, soċjali u ekonomika ta' dawk il-gżejjer. Għalhekk għandha tinżamm il-limitazzjoni ta' ċerti attivitajiet tas-sajd f'dawk l-ilma għal bastimenti tas-sajd irreġistrati fil-portijiet tal-Azores, Madejra u l-Gżejjer Kanarji.

(15) Ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar madwar reġjuni ultraperiferiċi għandhom ikomplu jiġu protetti b'mod partikolari billi huma jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-ekonomija lokali ta' dawn il-gżejjer, meta titqies is-sitwazzjoni strutturali, soċjali u ekonomika ta' dawk il-gżejjer. Għalhekk għandha tinżamm il-limitazzjoni ta' ċerti attivitajiet tas-sajd f'dawk l-ilma għal bastimenti tas-sajd irreġistrati fil-portijiet tar-reġjuni li jinsabu l-aktar ’il barra, fis-sens tal-Artikoli 349 u 355.1 TFUE. Ir-reġjuni ultraperiferiċi għandhom ikunu jistgħu jżommu l-possibilità li jawtorizzaw, fl-ambitu ta’ ftehimiet, lil bastimenti ta’ pajjiżi terzi ġirien li jistadu fl-ilmijiet territorjali tagħhom bir-riżerva li l-ħut kollu li jaqbdu jħottuh l-art fil-portijiet tagħhom.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tal-salamun selvaġġ fil-Baħar Baltiku. Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar) (ICES) iqis li l-istokkijiet tas-salamun selvaġġ mhumiex f'livell sostenibbli. Skont l-ICES, jaqbel li r-regolamentazzjoni tal-istokkijiet tas-salamun tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-popolazzjoni għal kull baħar jew oċean. Fl-opinjoni tiegħu, is-sajd fil-baħar, li ma jiddistingwix bejn il-popolazzjonijiet, jagħmilha ferm iktar diffiċli biex is-salamun jerġa' jitla' lejn iż-żoni ta’ riproduzzjoni tax-xmajjar oriġinali tagħhom. Ir-restawr tal-istokkijiet kbar tas-salamun selvaġġ huwa wkoll ferm importanti mill-aspett tar-reġjuni b'popolazzjoni ridotta fit-Tramuntana tal-Ewropa, għaliex is-salamun selvaġġ huwa riżorsa ferm importanti għall-abitanti tal-baċiri tax-xmajjar tat-Tramuntana u għall-ekonomija reġjonali.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) L-għan tal-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jintlaħaq b'mod iżjed effettiv permezz ta' approċċ multiannwali għall-ġestjoni tas-sajd, li jistabbilixxi bħala prijorità pjanijiet multiannwali li jirriflettu l-ispeċifiċitajiet ta' setturi differenti tas-sajd.

(16) L-għan tal-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jintlaħaq b'mod iżjed effettiv permezz ta' approċċ multiannwali għall-ġestjoni tas-sajd, li jistabbilixxi bħala prijorità pjanijiet multiannwali li jirriflettu l-ispeċifiċitajiet tal-baċiri varji tal-baħar u ta' setturi differenti tas-sajd.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Hemm bżonn ta' miżuri sabiex jitnaqqsu u jiġu eliminati l-livelli għolja preżenti ta' qabdiet mhux mixtieqa u l-iskartar tal-ħut. Fil-fatt, il-qabdiet mhux mixtieqa u l-iskartar tal-ħut jikkostitwixxu skart sostanzjali u jaffettwaw ħażin l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-ekosistemi marittimi kif ukoll il-vijabbiltà finanzjarja tas-sajd. Għandu jiġi stabbilit u gradwalment implimentat obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha tal-istokkijiet immaniġġjati waqt l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni.

(18) Hemm bżonn ta' miżuri bħal miżuri ta’ qawmien ta’ kuxjenza biex jiġu evitati u jitnaqqsu kemm jista’ jkun il-livelli għolja preżenti ta' qabdiet mhux mixtieqa u l-iskartar tal-ħut. Fil-fatt, il-qabdiet mhux mixtieqa u l-iskartar tal-ħut jikkostitwixxu skart sostanzjali u jaffettwaw ħażin l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-ekosistemi marittimi kif ukoll il-vijabbiltà finanzjarja tas-sajd. Għandu jiġi stabbilit u gradwalment u b'mod ippjanat implimentat obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha tal-istokkijiet immaniġġjati waqt l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-eliminazzjoni tal-iskartar, li għandha tqis l-ispeċifiċità tal-attivitajiet diversi ta' sajd, għandha sseħħ b'mod gradwali, ippjanat u bi skadenza suffiċjenti.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Minħabba l-qagħda ekonomika prekarja tal-industrija tas-sajd u d-dipendenza ta' ċerti komunitajiet kostali fuq l-attivitajiet tas-sajd, huwa neċessarju li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd permezz tal-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri, fuq il-bażi ta' sehem prevedibbli ta' stokkijiet għal kull Stat Membru.

(22) Minħabba l-qagħda ekonomika prekarja tal-industrija tas-sajd u d-dipendenza ta' bosta komunitajiet kostali u insulari fuq l-attivitajiet tas-sajd, huwa neċessarju li jiġi rivedut il-kunċett ta' stabilità relattiva u li tiġi garantita l-istabilità tal-attivitajiet tas-sajd, kif ukoll il-vijabilità soċjoekonomika ta' dan is-settur u tar-reġjuni li jiddependu minnu permezz tal-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri, fuq il-bażi ta' sehem prevedibbli ta' stokkijiet għal kull Stat Membru u billi titqies il-kapaċità tas-sajd li tagħhom.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jadottaw miżuri ta' konservazzjoni u miżuri tekniċi għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd sabiex jippermettu l-politika tindirizza aħjar ir-realtajiet u l-ispeċifiċitajiet ta' setturi tas-sajd individwali u biex iżidu l-osservanza tal-politika.

(26) L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jadottaw miżuri ta' konservazzjoni u miżuri tekniċi għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd sabiex jippermettu l-politika tindirizza aħjar ir-realtajiet u l-ispeċifiċitajiet ta’ varji baċiri tal-baħar u ta’ setturi tas-sajd individwali u biex iżidu l-osservanza tal-politika.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Sistema ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għall-maġġoranza tal-istokkijiet immaniġġjati taħt il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiġi implimentata sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013 għall-bastimenti kollha b'tul ta' 12-il metru jew aktar u l-bastimenti l-oħra kollha li jistadu b'irkaptu rmunkat. L-Istati Membri jistgħu jeskludu bastimenti ta’ sa 12-il metru tul minbarra l-bastimenti li jużaw irkaptu rmunkat mill-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli. Sistema bħal din għandha tikkontribwixxi għal tnaqqis fil-flotta u titjib fil-prestazzjoni ekonomika prodott mill-industrija filwaqt li fl-istess ħin toħloq konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli legalment siguri u esklużivi tal-opportunitajiet annwali tas-sajd ta' Stat Membru. Billi r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar huma ġid komuni, il-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandhom jistabbilixxu biss drittijiet għall-utent għal parti mill-opportunitajiet annwali tas-sajd ta' Stat Membru li jistgħu jiġu rtirati skont regoli stabbiliti.

(29) Sistema ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli, adottata volontarjament f'kull Stat Membru, għall-maġġoranza tal-istokkijiet immaniġġjati taħt il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiġi implimentata sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013 għall-bastimenti kollha b'tul ta' 15-il metru jew aktar u l-bastimenti l-oħra kollha li jistadu b'irkaptu rmunkat. L-Istati Membri jistgħu jeskludu bastimenti ta’ sa 15-il metru tul minbarra l-bastimenti li jużaw irkaptu rmunkat mill-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli. Sistema bħal din għandha tikkontribwixxi għat-twettiq tal-aġġustament tal-kapaċità tal-flotta meta tiġi identifikata sitwazzjoni ta' sfruttar żejjed, u għat-titjib fil-prestazzjoni ekonomika prodott mill-industrija filwaqt li fl-istess ħin toħloq konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli legalment siguri u esklużivi tal-opportunitajiet annwali tas-sajd ta' Stat Membru. Billi r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar huma ġid komuni, il-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandhom jistabbilixxu biss drittijiet għall-utent għal parti mill-opportunitajiet annwali tas-sajd ta' Stat Membru li jistgħu jiġu rtirati skont regoli stabbiliti.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Il-konċessjonijiet tas-sajd għandhom ikunu jistgħu jiġu trasferiti u mikrija sabiex il-ġestjoni tal-opportunitajiet tas-sajd tiġi deċentralizzata lejn l-industrija tas-sajd u jkun żgurat li s-sajjieda li jitilqu mill-industrija ma jkollhomx għalfejn jiddependu fuq għajnuna finanzjarja pubblika skont il-Politika Komuni tas-Sajd.

(30) Il-konċessjonijiet tas-sajd għandhom ikunu jistgħu jiġu trasferiti u mikrija bi qbil mas-sistema stabbilita f'kull Stat Membru sabiex il-ġestjoni tal-opportunitajiet tas-sajd tiġi deċentralizzata lejn l-industrija tas-sajd u jkun żgurat li s-sajjieda li jitilqu mill-industrija ma jkollhomx għalfejn jiddependu fuq għajnuna finanzjarja pubblika skont il-Politika Komuni tas-Sajd.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Il-karatteristiċi speċifiċi u l-vulnerabbiltà soċjoekonomika ta' xi flotot fuq skala żgħira jiġġustifikaw il-limitazzjoni tas-sistema obbligatorja tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għal bastimenti kbar. Is-sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandha tapplika għal stokkijiet li hemm opportunitajiet tas-sajd allokati għalihom.

(31) Il-karatteristiċi speċifiċi u l-vulnerabbiltà soċjoekonomika ta' xi flotot fuq skala żgħira jiġġustifikaw li s-sistemi tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli ikunu adottati fuq bażi volontarja mill-Istati Membri. Is-sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandha tapplika għal stokkijiet li hemm opportunitajiet tas-sajd allokati għalihom.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 31a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(31a) Meta titqies in-natura essenzjalment artiġjanali tas-sajd fir-reġjuni ultraperiferiċi, l-awtoritajiet reġjonali kompetenti għandhom ikunu jistgħu jieħdu r-responsabilità għas-sistema ta' ġestjoni adegwata tal-kapaċitajiet għall-flotot irreġistrati fil-port ta' dawn ir-reġjuni

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) L-Istati Membri għandhom jimmaniġġjaw u jagħmlu disponibbli għall-utenti finali ta' dejta xjentifika, id-dejta miġbura, fuq il-bażi ta' programm multiannwali tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ukoll ma' xulxin sabiex jikkoordinaw l-attivitajiet ta' ġbir tad-dejta. Fejn ikun rilevanti, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw ukoll ma' pajjiżi terzi fl-istess baċir tal-baħar dwar il-ġbir tad-dejta.

(36) L-Istati Membri għandhom jimmaniġġjaw u jagħmlu disponibbli għall-utenti finali ta' dejta xjentifika, id-dejta miġbura, fuq il-bażi ta' programm multiannwali tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ukoll ma' xulxin sabiex jikkoordinaw l-attivitajiet ta' ġbir tad-dejta. Fejn ikun rilevanti, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw ukoll ma' pajjiżi terzi fl-istess baċir tal-baħar dwar il-ġbir tad-dejta, jekk ikun possibbli fi ħdan awtorità reġjonali stabbilita għal din ir-raġuni.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Ix-xjenza tas-sajd orjentata lejn il-politika għandha tiġi msaħħa permezz ta' programmi adottati b'mod nazzjonali ta' ġbir ta' dejta xjentifika dwar is-sajd, ir-riċerka u l-innovazzjoni flimkien ma' Stati Membri oħra kif ukoll permezz ta' strumenti tal-qafas tal-Unjoni dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni.

(37) Ix-xjenza tas-sajd għandha tiġi msaħħa permezz ta' programmi adottati b'mod nazzjonali ta' ġbir ta' dejta xjentifika dwar is-sajd, ir-riċerka u l-innovazzjoni flimkien ma' Stati Membri oħra kif ukoll permezz ta' strumenti tal-qafas tal-Unjoni dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni u tisħiħ tal-mezzi umani ta' għarfien espert u tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) L-Unjoni għandha tippromwovi l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd fuq livell internazzjonali. Għal dan il-għan, l-Unjoni għandha taħdem sabiex ittejjeb il-prestazzjoni ta' organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali fil-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' stokkijiet internazzjonali tal-ħut, billi tippromwovi teħid tad-deċiżjonijiet ibbażat fuq ix-xjenza u titjib fil-konformità, żieda fit-trasparenza u l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, u billi tiġġieled l-attivitajiet tas-sajd illegali, mhux irrappurtati u mhux irregolati (IUU).

(38) L-Unjoni għandha tippromwovi l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd fuq livell internazzjonali. Għal dan il-għan, l-Unjoni għandha taħdem sabiex ittejjeb il-prestazzjoni ta' organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali fil-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' stokkijiet internazzjonali tal-ħut, billi tippromwovi teħid tad-deċiżjonijiet ibbażat fuq ix-xjenza u titjib fil-konformità, żieda fit-trasparenza u l-garanzija ta’ parteċipazzjoni effettiva tal-partijiet interessati, u billi tiġġieled l-attivitajiet tas-sajd illegali, mhux irrappurtati u mhux irregolati (IUU).

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Il-ftehimiet dwar sajd sostenibbli konklużi ma' pajjiżi terzi għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta' pajjiżi terzi jkunu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli, li jiżgura sfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar. Il-ftehimiet li jipprovdu għal drittijiet ta' aċċess fi skambju ma' kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, għandhom jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta' qafas ta' governanza ta' kwalità għolja biex jiżguraw b'mod partikolari miżuri ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza effikaċi.

(39) Il-ftehimiet dwar sajd sostenibbli konklużi ma' pajjiżi terzi għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta' pajjiżi terzi jkunu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli, li jiżgura sfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar. Il-ftehimiet li jipprovdu għal drittijiet ta' aċċess fi skambju ma' kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, għandhom jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta' qafas ta' governanza ta' kwalità għolja biex jiżguraw b'mod partikolari miżuri ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza effikaċi. L-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fil-qafas ta’ dawn il-ftehimiet ma għandhomx iwasslu għal tnaqqis fl-attività tas-sajd magħmula mis-sajjieda tal-pajjiżi li magħhom ikunu ffirmati ftehimiet, u lanqas ma għandhom iwasslu sabiex dawn jiftaqru.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 39a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(39a) Jaqbel li l-Unjoni, meta tkun qed tistabbilixxi ftehimiet ta' sajd sostenibbli ma' pajjiżi terzi li jikkondividu l-istess baċir marittimu ma' reġjun ultraperiferiku, tara li jkun hemm tqassim ġust tar-riżorsi li jiffavorixxu l-iżvilupp tas-settur tas-sajd f'dawn ir-reġjuni.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 41a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(41a) Għandu jiġi garantit qafas trasparenti għall-konsultazzjonijiet kollha b'rabta mas-sajd, li jsiru bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi minn fost il-ġirien tagħha, sabiex isir skambju u tqassim tal-possibilitajiet tas-sajd, jew għall-għoti ta' aċċess għall-ilmijiet rispettivi tagħhom mill-bastimenti.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47) Hemm bżonn li tissaħħaħ il-kompetittività tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura tal-Unjoni u li jkun hemm enfasi fuq is-simplifikazzjoni b’appoġġ għal ġestjoni aħjar tal-attivitajiet ta’ produzzjoni u kummerċ tas-settur; l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura għandha tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-prodotti kollha tas-sajd u l-akkwakultura kkummerċjalizzati fl-Unjoni, għandha tippermetti li l-konsumaturi jagħmlu għażliet informati aħjar u tappoġġa l-konsum responsabbli u għandha ttejjeb l-għarfien u l-fehim ekonomiku tas-swieq tal-Unjoni matul il-katina tal-provvista.

(47) Hemm bżonn li tissaħħaħ il-kompetittività tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura tal-Unjoni u li jkun hemm enfasi fuq is-simplifikazzjoni b’appoġġ għal ġestjoni aħjar tal-attivitajiet ta’ produzzjoni u kummerċ tas-settur billi tiġi garantita r-reċiproċità fl-iskambji kummerċjali mal-pajjiżi terzi b'tali mod li jiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi għal kulħadd fis-suq tal-Unjoni, mill-aspett mhux biss tas-sostenibilità tas-sajd iżda wkoll tal-kontroll sanitarju; l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura għandha tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-prodotti kollha tas-sajd u l-akkwakultura kkummerċjalizzati kemm jekk dawn il-prodotti jkunu oriġinarji mill-Unjoni kif ukoll jekk minn pajjiżi terzi, għandha tippermetti li l-konsumaturi jagħmlu għażliet informati aħjar u tappoġġa l-konsum responsabbli u għandha ttejjeb l-għarfien u l-fehim ekonomiku tas-swieq tal-Unjoni matul il-katina tal-provvista. Id-dispożizzjonijiet tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura għandhom jissoġġettaw l-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura għall-kundizzjoni tar-rispett tar-regoli soċjali u ambjentali rikonoxxuti internazzjonalment.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48) L-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq għandha tiġi implimentata f’konformità mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Is-suċċess tal-Politika Komuni tas-Sajd tirrikjedi sistema effikaċi ta’ kontroll, spezjoni u infurzar, inkluża l-ġlieda kontra l-attivitajiet tas-sajd IUU (illegali, mhux irrappurtati u mhux irregolati). Għandha tiġi stabbilita sistema ta' kontroll, spezzjoni, u infurzar tal-Unjoni sabiex tiżgura l-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

(48) Is-suċċess tal-Politika Komuni tas-Sajd tirrikjedi sistema effikaċi ta’ kontroll, spezjoni u infurzar, inkluża l-ġlieda kontra l-attivitajiet tas-sajd IUU (illegali, mhux irrappurtati u mhux irregolati). Għandha tiġi stabbilita sistema ta' kontroll, spezzjoni, u infurzar tal-Unjoni sabiex tiżgura l-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54) Jidher xieraq li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa permezz ta' atti delegati li toħloq Kunsill Konsultattiv ġdid u biex timmodifika l-oqsma ta' kompetenza ta' kunsilli eżistenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-ispeċifitajiet tal-Baħar l-Iswed.

(54) Jidher xieraq li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa permezz ta' atti delegati li toħloq żewġ Kunsilli Konsultattivi ġodda u biex timmodifika l-oqsma ta' kompetenza ta' kunsilli eżistenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-ispeċifitajiet tal-Baħar l-Iswed u r-reġjuni ultraperiferiċi. Il-baċiri marittimi ġodda għandhom ikunu koperti mill-Kunsilli Konsultattivi.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Parti I – artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura jipprovdu kundizzjonijiet ambjentali, ekonomiċi u soċjali sostenibbli fit-tul u jikkontribwixxu għall-provvisti tal-ikel.

1. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura jipprovdu kundizzjonijiet ambjentali, ekonomiċi u soċjali sostenibbli fit-tul u jikkontribwixxu għas-sigurtà, għall-ħarsien soċjali, għall-impjiegi u għall-kwalità tal-ħajja tas-sajjieda u tal-komunitajiet tas-sajjieda fir-reġjuni differenti tal-Unjoni, għall-kompetittività tas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, kif ukoll għas-sigurtà u l-kwalità tal-provvisti tal-ikel.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Parti I – artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tapplika l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd, u għandha tfittex li tiżgura, sal-2015, li l-isfruttar ta' riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar ireġġa' lura u jżomm il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada 'l fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli.

2. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tapplika l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd, u għandha tfittex li tiżgura, sal-2017, li l-isfruttar ta' riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar ireġġa' lura u jżomm il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada 'l fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Parti I – artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha timplimenta l-approċċ abbażi tal-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex tiżgura li l-impatti tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar ikunu limitati.

3. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha timplimenta l-approċċ abbażi tal-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd bħala prinċipju fundamentali sabiex tiggarantixxi s-sostenibilità tas-sajd, tippreserva b’mod sostenibbli l-bijodiversità marittima u l-vijabilità ekoloġija tal-ilmijiet, skont ir-riżorsi disponibbli u bl-għan li toffri opportunitajiet indaqs lil kulħadd, u li tiżgura li l-impatti tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar ikunu limitati.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Parti I – artikolu 2 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Għandu jkun possibbli li nitgħallmu mill-esperjenzi professjonali akkumulati u mit-tradizzjonijiet taż-żoni tas-sajd, sabiex jinħolqu speċjalizzazzjonijiet ġodda bl-għan tal-iżvilupp sostenibbli u t-titjib tal-kwalità tal-għajxien ta' dawn iż-żoni u biex iż-żgħażagħ jiġu attirati lejn dan is-settur.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Parti I – artikolu 2 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Il-Politika Komuni tas-Sajd hija favur approċċ reġjonali li jippermetti lill-Istati Membri jistabbilixxu u jimplimentaw pjanijiet ta’ ġestjoni.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Parti I – artikolu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) tipprovdi kundizzjonijiet għal attivitajiet tas-sajd effiċjenti fi ħdan industrija tas-sajd ekonomikament vijabbli u kompetittiva;

b) tipprovdi kundizzjonijiet għal attivitajiet tas-sakd sostenibbli u effiċjenti f'termini soċjali, ekonomiċi u ambjentali fi ħdan industrija tas-sajd ekonomikament vijabbli u kompetittiva, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jkun żgurat il-ġejjieni ta’ dan is-settur u jkunu żgurati l-kundizzjonijiet ta’ kompetittività bilanċjata fil-kuntest ta’ kummerċ tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura mal-pajjiżi terzi;

Emenda  36

Proposta għal regolament

Parti I – artikolu 3 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) tikkontribwixxi għal standard tal-għajxien ġust għal dawk li jiddependu fuq l-attivitajiet tas-sajd;

(d) tikkontribwixxi għal standard tal-għajxien u dħul denji għal dawk li jiddependu fuq l-attivitajiet tas-sajd billi jitqiesu d-diffikultajiet dovuti għar-restrizzjonijiet ekonomiċi, soċjali u ġeografiċi, bħall-insularità u l-pożizzjoni mbiegħda;

Emenda  37

Proposta għal regolament

Parti I – artikolu 3 – subparagrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) tirrikonoxxi l-importanza tas-sajd kostali u artiġjanali u l-industrija tal-frott tal-baħar bil-qoxra għall-iffissar tal-popolazzjonijiet, il-produzzjoni tal-prosperità u l-istabbiliment solidu ta' mudell vijabbli għall-esportazzjoni.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Parti I – artikolu 4 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) id-definizzjoni ċara tar-responsabbiltajiet fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali;

a) id-definizzjoni ċara tar-responsabbiltajiet fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali; bl-għan li tkun żgurata ġestjoni mill-qrib deċentralizzata, li tqis l-ispeċifiċtajiet u r-realtà ta’ kull pajjiż, żona tas-sajd, flotta u ta’ kull riżors tas-sajd; u dan filwaqt li jiġi żgurat li l-governanza vertikali f’diversi livelli tibqa’ tiġi segwita;

Emenda  39

Proposta għal regolament

Parti I – artikolu 4 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-istabbilitment ta’ miżuri skont l-aħjar parir xjentifiku disponibbli;

(b) l-istabbilitment ta’ miżuri skont l-aħjar parir xjentifiku disponibbli billi, jekk ikun hemm bżonn, approġġ gradwali, u perjodi tranżitorji;

Emenda  40

Proposta għal regolament

Parti I – artikolu 4 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) involviment wiesa' tal-partijiet interessati fl-istadji kollha mill-konċepiment sal-implimentazzjoni tal-miżuri;

d) involviment wiesa' tal-partijiet interessati, b'mod partikolari permezz tal-kunsilli konsultattivi, fl-istadji kollha mill-konċepiment sal-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-miżuri;

Emenda  41

Proposta għal regolament

Parti I – artikolu 5 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'ilmijiet tal-Unjoni' tfisser l-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġuris dizzjoni tal-Istati Membri ħlief l-ilmijiet li jmissu mat-territorji msemmija fl-Anness II għat-Trattat;

'ilmijiet tal-Unjoni' tfisser l-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ħlief l-ilmijiet li jmissu mat-territorji msemmija fl-Anness II għat-Trattat;

Emenda  42

Proposta għal regolament

Parti I – artikolu 5 – subparagrafu 1 – punt 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

‘sajd kostali u artiġjanali’: tfisser sajd li jsir minn bastimenti b'tul ta' inqas minn 15-il metru jew li ma jdumux aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar;

Emenda  43

Proposta għal regolament

Parti I – artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikollhom aċċess indaqs għall-ilmijiet u r-riżorsi fl-ilmijiet kollha tal-Unjoni għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, suġġett għall-miżuri adottati skont il-Parti III.

1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikollhom aċċess indaqs għall-ilmijiet u r-riżorsi fl-ilmijiet kollha tal-Unjoni għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, suġġett għall-miżuri adottati skont il-Parti III, u oħrajn għajr dawk l-ilmijiet tar-reġjuni ultraperiferiċi kif definiti fl-Artikolu 349 tat-Trattat.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Parti II – artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fl-ilmijiet sa 100 mil nawtiku mil-linji bażi tal-Azores, Madejra u l-Gżejjer Kanarji, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2022 jillimitaw is-sajd għal bastimenti rreġistrati fil-portijiet ta' dawk il-gżejjer. Tali restrizzjonijiet m'għandhomx japplikaw għal bastimenti tal-Unjoni li tradizzjonalment jistadu f'dawk l-ilmijiet, sakemm dawk il-bastimenti ma jaqbżux l-isforz tas-sajd eżerċitat tradizzjonalment. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-restrizzjonijiet imdaħħla skont dan il-paragrafu.

3. Fl-ilmijiet sa 100 mil nawtiku mil-linji bażi u fiż-żoni tas-sajd u l-għoljiet ta’ taħt il-baħar lil hinn minn 100 mil nawtiku tar-Reġjuni Ultraperiferiċi kollha tal-Unjoni, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2022 jillimitaw is-sajd għal bastimenti rreġistrati fil-portijiet ta' dawk ir-reġjuni. L-aċċess kontinwu għall-bastimenti tal-Unjoni li jista’ jservi ta’ prova li dawn tradizzjonalment jistadu f'dawk l-ilmijiet għandu jkun suġġett għas-sostenibilità tar-riżorsi tas-sajd. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-restrizzjonijiet imdaħħla skont dan il-paragrafu.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Parti III - titolu II - artikolu 9 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għandhom jiġu stabbiliti bħala prijorità pjanijiet multiannwali li jipprovdu għal miżuri ta' konservazzjoni sabiex l-istokkijiet tal-ħut jinżammu jew jitreġġgħu lura fuq livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli.

1. Għandhom jiġu stabbiliti bħala prijorità pjanijiet multiannwali li jipprovdu għal miżuri ta' konservazzjoni sabiex l-istokkijiet tal-ħut jinżammu jew jitreġġgħu lura fuq livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli. Dawn il-pjanijiet jikkunsidraw l-aspetti soċjoekonomiċi li l-miżuri ta' konservazzjoni neċessarji jimplikaw u jipprevedu kumpensi għas-sajjieda u l-ekonomiji lokali, u dan biex ma ssirx ħsara għall-iżvilupp tar-reġjuni kostali u marittimi.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Parti III - titolu II - artikolu 9 - paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-pjanijiet multiannwali għandhom ikunu bbażati fuq l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd u għandhom iqisu l-limitazzjonijiet tad-dejta disponibbli u l-metodi ta' valutazzjoni u s-sorsi kwantifikati kollha tal-inċertezza b'mod xjentifikament validu.

4. Il-pjanijiet multiannwali għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar dejta xjentifika disponibbli u għandhom jużaw l-approċċ prekawzjonarju f'każijiet ta' limitazzjonijiet tad-dejta disponibbli u l-metodi ta' valutazzjoni, billi jitqiesu s-sorsi kwantifikati kollha tal-inċertezza b'mod xjentifikament validu.

Ġustifikazzjoni

Il-pjanijiet multiannwali għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju prekawzjonarju fl-assenza tal-aħjar dejta xjentifika disponibbli.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Parti III - titolu II - artikolu 9 - paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Meta jkunu qed jiġu applikati u stabbiliti l-pjanijiet multiannwali, għandha titqies in-neċessità li gradwalment isiru adattamenti meħtieġa filwaqt li jiġi evitat l-imponiment ta' skadenzi eċċessivament qosra, ħlief f'każ ta' urġenza, u wara li jsir studju tal-każijiet soċjoekonomiċi, li għandu jkun miftuħ għall-kontribuzzjonijiet tal-atturi kkonċernati.

Emenda                      48

Proposta għal regolament

Parti III - titolu II - artikolu 10 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. F'każijiet fejn ma jkunx possibbli li tiġi stabbilita rata ta' mortalità mis-sajd li treġġa' lura u żżomm l-istokkijiet 'il fuq minn livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli, il-pjanijiet multiannwali għandhom jipprovdu għal miżuri prekawzjonarji li jiżguraw livell komparabbli ta' konservazzjoni tal-istokkijiet rilevanti.

2. F'każijiet fejn ma jkunx possibbli li tiġi stabbilita rata ta' mortalità mis-sajd li treġġa' lura u żżomm l-istokkijiet fil-livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli, il-pjanijiet multiannwali għandhom jipprovdu għal miżuri prekawzjonarji li jiżguraw livell komparabbli ta' konservazzjoni tal-istokkijiet rilevanti.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Parti III - titolu II - artikolu 11 - paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) skedi ta' żmien ċari biex jintlaħqu l-miri kwantifikabbli;

(d) skedi ta' żmien ċari u realistiċi biex jintlaħqu l-miri kwantifikabbli;

Emenda  50

Proposta għal regolament

Parti III - titolu II - artikolu 11 - subparagrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) miżuri u għanijiet speċifiċi għall-parti tal-ilma ħelu taċ-ċiklu tal-ħajja ta' speċijiet anadromi u katadromi;

(g) miżuri u għanijiet speċifiċi għall-parti tal-ilma ħelu taċ-ċiklu tal-ħajja ta' speċijiet anadromi u katadromi; miżuri speċifiċi għad-definizzjoni ta' sajd sostenibbli ta’ speċijiet anadromi, skont l-istokk;

Ġustifikazzjoni

Is-sajd tal-ispeċijiet anadromi, mingħajr distinzjoni bejn l-istokkijiet, mhuwiex selettiv. Jaqbel ukoll li wieħed jiżgura b'mod partikolari l-limitazzjoni u l-adozzjoni tal-miżuri li jippermettu li l-Politika Komuni tas-Sajd tiggarantixxi l-vitalità tal-istokkijiet varji.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Parti III - titolu II - artikolu 11 - subparagrafu 1 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja) miżuri maħsuba biex itaffu l-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Parti III - titolu II - artikolu 11 - subparagrafu 1 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja) mekkaniżmu li jippermetti rispons għal sitwazzjonijiet mhux previsti;

Ġustifikazzjoni

Il-ġestjoni tar-riżorsi bijoloġiċi ta' reġjun tista' tevolvi relattivament malajr, kemm fit-tajjeb kif ukoll fil-ħażin. Dan huwa kkonfermat mill-esperjenza li xi reġjuni jaf ikollhom pjanijiet multiannwali li, minħabba raġunijiet ta' regoli riġidi fis-seħħ bħalissa, mhumiex adattati għall-istat tar-riżorsi u lanqas għall-possibilitajiet eżistenti għall-isfruttar tagħhom.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Parti III - titolu II - artikolu 14 - subparagrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) iqisu r-riperkussjonijiet soċjoekonomiċi negattivi tal-adozzjoni ta' dawn il-miżuri.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Parti III – titolu III – kapitolu I – artikolu 17 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri ta’ konservazzjoni adottati skont il-pjanijiet multiannwali

Miżuri ta’ konservazzjoni u miżuri tekniċi mfassla fil-livell reġjonali

Emenda  55

Proposta għal regolament

Parti III – titolu III – kapitolu I – artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fi pjan multiannwali stabbilit skont l-Artikoli 9, 10 u 11, l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati jadottaw miżuri, f'konformità ma' dak il-pjan multiannwali, li jispeċifikaw il-miżuri ta' konservazzjoni applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom fir-rigward ta' stokkijiet fl-ilmijiet tal-Unjoni li għalihom ġew allokali opportunitajiet tas-sajd.

1. Fi pjan multiannwali stabbilit skont l-Artikoli 9, 10 u 11, l-Istati Membri, wara li jkunu kkonsultaw lill-entitajiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, huma awtorizzati jfasslu, b’rabta mill-qrib mal-Kunsilli Konsultattivi kkonċernati, miżuri, f'konformità ma' dak il-pjan multiannwali, li jispeċifikaw il-miżuri ta' konservazzjoni applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom fir-rigward ta' stokkijiet fl-ilmijiet tal-Unjoni li għalihom ġew allokali opportunitajiet tas-sajd.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Parti III - titolu II – kapitolu I – artikolu 17 - paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) iqisu l-proposti maħruġa mill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Parti III – titolu III – kapitolu I – artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tispeċifika miżuri ta' konservazzjoni għal sajd kopert minn pjan multiannwali, jekk l-Istati Membri awtorizzati biex jieħdu miżuri skont l-Artikolu 17 ma jinnotifikawx dawn il-miżuri lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-pjan multiannwali.

1. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tispeċifika miżuri ta' konservazzjoni għal sajd kopert minn pjan multiannwali, meta jitqiesu l-proposti tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali, jekk l-Istati Membri awtorizzati biex jieħdu miżuri skont l-Artikolu 17 ma jinnotifikawx dawn il-miżuri lill-Kummissjoni fi żmien li għandu jiġi stabbilit f’kull pjan multiannwali.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Parti III – titolu III – kapitolu I – artikolu 20 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tispeċifika miżuri ta’ konservazzjoni għal sajd kopert minn pjan multiannawli, jekk:

2. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tispeċifika miżuri ta’ konservazzjoni għal sajd kopert minn pjan multiannwali, filwaqt li jitqiesu l-proposti tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali:

Emenda  59

Proposta għal regolament

Parti III – titolu III – kapitolu I – artikolu 20 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-miżuri ta’ konservazzjoni adottati mill-Kummissjoni għandu jkollhom l-għan li jiżguraw li jintlaħqu l-għanijiet u l-miri stipulati fil-pjan multiannwali. Mal-adozzjoni tal-att delegat mill-Kummissjoni, il-miżuri tal-Istati Membri għandhom jieqfu milli jkunu effettivi.

3. Il-miżuri ta’ konservazzjoni adottati mill-Kummissjoni, stabbiliti wara konsultazzjoni mal-organiżmi reġjonali kkonċernati dedikati għall-ġestjoni tal-ħut, għandu jkollhom l-għan li jiżguraw li jintlaħqu l-għanijiet u l-miri stipulati fil-pjan multiannwali. Mal-adozzjoni tal-att delegat mill-Kummissjoni, il-miżuri tal-Istati Membri mhux kompatibbli jew mhux adattati għat-twettiq tal-objettivi għandhom jieqfu milli jkunu effettivi.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Parti III – titolu III – kapitolu II – artikolu 21 – sentenza introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F’qafas ta’ miżuri tekniċi stabbilit skont l-Artikolu 14 l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati jadottaw miżuri, f'konformità ma' dak il-qafas, li jispeċifikaw il-miżuri tekniċi applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom fir-rigward ta' stokkijiet fl-ilmijiet tagħhom li għalihom ġew allokali opportunitajiet tas-sajd. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali miżuri tekniċi:

F’qafas ta’ miżuri tekniċi stabbilit skont l-Artikolu 14, l-Istati Membri, wara konsultazzjoni mal-entitajiet reġjonali dedikati għall-ġestjoni tas-sajd, huma awtorizzati jadottaw miżuri, f'konformità ma' dak il-qafas, li jispeċifikaw il-miżuri tekniċi applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom fir-rigward ta' stokkijiet fl-ilmijiet tagħhom li għalihom ġew allokali opportunitajiet tas-sajd. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali miżuri tekniċi:

Emenda  61

Proposta għal regolament

Parti III - titolu III – kapitolu II – artikolu 21 - subparagrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) iqisu l-proposti maħruġa mill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Parti III – titolu III – kapitolu II – artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tispeċifika miżuri tekniċi koperti minn qafas ta' miżuri tekniċi, jekk l-Istati Membri awtorizzati biex jieħdu miżuri skont l-Artikolu 21 ma jinnotifikawx b'dawn il-miżuri lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-qafas ta' miżuri tekniċi.

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tispeċifika miżuri tekniċi koperti minn qafas ta' miżuri tekniċi, filwaqt li jitqiesu l-proposti tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali, jekk l-Istati Membri awtorizzati biex jieħdu miżuri skont l-Artikolu 21 ma jinnotifikawx b'dawn il-miżuri lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-qafas ta' miżuri tekniċi.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Parti III – titolu III – kapitolu II – artikolu 24 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tispeċifika miżuri tekniċi, jekk il-miżuri tal-Istati Membri jitqiesu, abbażi ta' valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 23:

2. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tispeċifika miżuri tekniċi, filwaqt li jitqiesu l-proposti tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali, jekk il-miżuri tal-Istati Membri jitqiesu, abbażi ta' valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 23:

Emenda  64

Proposta għal regolament

Parti III – titolu III – kapitolu II – artikolu 24 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-miżuri tekniċi adottati mill-Kummissjoni għandu jkollhom l-għan li jiżguraw li jintlaħqu l-għanijiet tal-qafas tal-miżuri tekniċi. Mal-adozzjoni tal-att delegat mill-Kummissjoni, il-miżuri tal-Istati Membri għandhom jieqfu milli jkunu effettivi.

3. Il-miżuri tekniċi adottati mill-Kummissjoni, stabbiliti wara konsultazzjoni mal-entitajiet reġjonali kkonċernati tal-ġestjoni tas-sajd għandu jkollhom l-għan li jiżguraw li jintlaħqu l-għanijiet tal-qafas tal-miżuri tekniċi. Mal-adozzjoni tal-att delegat mill-Kummissjoni, il-miżuri tal-Istati Membri mhux kompatibbli jew mhux adattati għat-twettiq tal-objettivi għandhom jieqfu milli jkunu effettivi.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Parti III - titolu IV - artikolu 26 - titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri tal-Istati Membri fi ħdan iż-żona ta' 12-il mil nawtiku

Miżuri tal-Istati Membri fi ħdan iż-żona ta' 12-il mil nawtiku u fiż-żona ta' 100 mil nawtiku madwar ir-reġjuni ultraperiferiċi.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Parti III - titolu IV - artikolu 26 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Stat Membru jista' jieħu miżuri mhux diskriminatorji għall-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' stokkijiet tal-ħut u biex inaqqas l-effett tas-sajd fuq il-konservazzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar sa 12-il mil nawtiku mil-linji bażi tiegħu bil-kundizzjoni li l-Unjoni ma tkunx adottat miżuri li jindirizzaw konservazzjoni u ġestjoni b'mod speċifiku għal dik iż-żona. Il-miżuri tal-Istat Membru għandhom ikunu kompatibbli mal-għanijiet stipulati fl-Artikoli 2 u 3 u mhux inqas stretti minn dawk li jeżistu fil-leġislazzjoni tal-Unjoni.

1. Stat Membru jista' jieħu miżuri mhux diskriminatorji għall-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' stokkijiet tal-ħut u biex inaqqas l-effett tas-sajd fuq il-konservazzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar sa 12-il mil nawtiku mil-linji bażi tiegħu u fiż-żona ta' 100 mil nawtiku madwar ir-reġjuni ultraperiferiċi fil-limitu taż-żona ekonomika esklużiva tagħhom, bil-kundizzjoni li l-Unjoni ma tkunx adottat miżuri li jindirizzaw konservazzjoni u ġestjoni b'mod speċifiku għal dik iż-żona. Il-miżuri tal-Istat Membru għandhom ikunu kompatibbli mal-għanijiet stipulati fl-Artikoli 2 u 3 u mhux inqas stretti minn dawk li jeżistu fil-leġislazzjoni tal-Unjoni.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Parti IV

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Ġustifikazzjoni

It-tħassir tal-konċessjonijiet ta' sajd trasferibbli jiġi flimkien ma' paragrafu ġdid fl-Artikolu 16, li jħalli f'idejn kull Stat Membru l-għażla tal-metodu tal-għoti tal-possibilitajiet ta' sajd allokati lilu, bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Dan jippermetti lill-Istati Membri li jistabbilixxu sistema ta' konċessjonijiet ta' sajd trasferibbli.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Parti V – artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu miżuri sabiex jaġġustaw il-kapaċità tas-sajd tal-flotot tagħhom biex jiksbu bilanċ effettiv bejn dik il-kapaċità għas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom.

1. L-Istati Membri għandhom, jekk u fejn meħtieġ, idaħħlu miżuri sabiex jaġġustaw il-kapaċità tas-sajd tal-flotot tagħhom biex jiksbu bilanċ effettiv bejn dik il-kapaċità għas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Parti IV – artikolu 34 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-kapaċità tas-sajd li tikkorrispondi għall-bastimenti tas-sajd irtirati b'għajnuna pubblika m'għandhiex tiġi sostitwita.

imħassar

Emenda  70

Proposta għal regolament

Parti V – artikolu 35 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 dwar il-kalkolu mill-ġdid tal-limiti massimi għall-kapaċità tas-sajd kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2.

imħassar

Emenda  71

Proposta għal regolament

Parti VII - titolu I - artikolu 39 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-pożizzjonijiet tal-Unjoni f'organizzazzjonijiet internazzjonali relatati mas-sajd u l-RFMOs għandha tkun ibbażata fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli sabiex ikun żgurat li r-riżorsi tas-sajd jinżammu 'l fuq jew jerġgħu jinġiebu 'l fuq minn livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli.

2. Il-pożizzjonijiet tal-Unjoni f'organizzazzjonijiet internazzjonali relatati mas-sajd u l-RFMOs għandha tkun ibbażata fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli kif ukoll fuq il-pariri tar-reġjuni, tal-Kunsilli Konsultattivi u l-entitajiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd ikkonċernati, sabiex ikun żgurat li r-riżorsi tas-sajd jinżammu 'l fuq jew jerġgħu jinġiebu 'l fuq minn livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli u l-opinjonijiet espressi mir-reġjuni, il-Kunsilli Konsultattivi u l-entitajiet reġjonali ta’ ġestjoni tas-sajd jiġu kkunsidrati debitament u espressi.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Parti VII - titolu II - artikolu 41 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jaqbdu biss l-eċċess tal-qabda permessibbli determinata mill-pajjiż terz kif imsemmi fl-Artikolu 62(2) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, u identifikat abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli u informazzjoni rilevanti skambjata bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz dwar l-isforz totali tas-sajd fuq l-istokkijiet affettwati, sabiex ikun żgurat li r-riżorsi tas-sajd jibqgħu 'l fuq mil-livelli kapaċi li jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli.

2. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jaqbdu biss l-eċċess tal-qabda permessibbli determinata mill-pajjiż terz kif imsemmi fl-Artikolu 62(2) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, u identifikat abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli u informazzjoni rilevanti skambjata bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz dwar l-isforz totali tas-sajd fuq l-istokkijiet affettwati, sabiex ikun żgurat li r-riżorsi tas-sajd jibqgħu 'l fuq mil-livelli kapaċi li jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli, u biex ikun żgurat li l-kapaċità tas-sajd tas-sajjieda tal-pajjiż/i terz/i ikkonċernat/i minn dawn il-ftehimiet ma tonqosx.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Parti XII – artikolu 52 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-kunsill konsultattiv li se jinħoloq għar-reġjuni ultraperiferiċi se jkun maqsum fi tliet taqsimiet: it-taqsima Karajbi, li tkopri l-Guadeloupe, il-Martinique u l-Guyana Franċiża; it-taqsima tal-Oċean Indjan tal-Lbiċ, li tkopri l-Gżira ta' Reunion u Mayotte u, fl-aħħar nett, it-taqsima Makronesja, li tkopri l-Gżejjer Kanarji, l-Azores u Madejra.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Parti XII – artikolu 53 – paragrafu 1 - punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ca) jissottomettu rakkomandazzjonijiet u suġġerimenti lill-Kummissjoni fir-rigward tal-pożizzjoni li trid tiġi difiża minnha fl-RFMOs.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Parti XII – artikolu 53 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni u, fejn ikun rilevanti, l-Istat Membru kkonċernat, għandhom iwieġbu fi żmien raġonevoli ta’ żmien għal kwalunkwe rakkomandazzjoni, suġġeriment jew informazzjoni riċevuti skont il-paragrafu 1.

2. Il-Kummissjoni u, fejn ikun rilevanti, l-Istat Membru kkonċernat, għandhom iwieġbu fi żmien raġonevoli ta’ żmien għal kwalunkwe rakkomandazzjoni, suġġeriment jew informazzjoni riċevuti skont il-paragrafu 1 u jqisu r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Parti XII – artikolu 53 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Meta l-Kummissjoni tipprevedi li tieħu miżuri ġodda rigward Kunsill Konsultattiv jew li tirregola l-baċir tas-sajd ta’ tali Kunsill, hija għandha tfittex l-opinjoni tagħhom minn qabel.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Parti XII – artikolu 54 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kunsilli Konsultattivi għandhom ikunu komposti minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-operaturi tas-sajd u gruppi oħra ta' interess affettwati mill-Politika Komuni tas-Sajd.

1. Il-Kunsilli Konsultattivi għandhom ikunu komposti fil-parti l-kbira minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-operaturi tas-sajd u jinkludu wkoll l-organizzazzjonijiet għall-ħarsien tal-ambjent u tal-bijodiversità, kif ukoll gruppi oħra ta' interess affettwati mill-Politika Komuni tas-Sajd u l-assoċjazzjonijiet tal-ħarsien taż-żoni estwarji u r-rotot tal-ilma naturali, u jistgħu jiġu aċċettati fil-kwalità ta’ osservaturi l-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw is-settur tas-sajd tal-pajjiż terz tal-baċir marittimu kkonċernat.

Emenda  78

Proposta għal regolament

Anness III – kolonna 1 – linja 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ilmijiet tal-Lbiċ

L-ilmijiet tal-Lbiċ, l-ilmijiet tal-Oċean Indjan tal-Lbiċ, u l-ilmijiet tal-Antilles-Guyane

Emenda  79

Proposta għal regolament

Anness III – kolonna 2 – linja 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iż-żoni tal-ICES VIII, IX u X (ilmijiet madwar l-Azores), u żoni tas-CECAF 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 (ilmijiet madwar Madejra u l-Gżejjer Kanarji)

Iż-żoni tal-ICES VIII, IX u X (ilmijiet madwar l-Azores), u żoni tas-CECAF 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 (ilmijiet madwar Madejra u l-Gżejjer Kanarji), l-ilmijiet tal-Oċean Indjan tal-Lbiċ, u l-ilmijiet tal-Antilles-Guyane

PROĊEDURA

Titolu

Il-Politika Komuni tas-Sajd

Referenzi

COM(2011)0425 – C7-0198/2011 – 2011/0195(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

13.9.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

13.9.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Younous Omarjee

4.1.2012

Rapporteur għal opinjoni sostitut(a)

Elie Hoarau

Data tal-adozzjoni

18.9.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Luís Paulo Alves, Charalampos Angourakis, Victor Boştinaru, John Bufton, Alain Cadec, Ryszard Czarnecki, Francesco De Angelis, Rosa Estaràs Ferragut, Brice Hortefeux, Danuta Maria Hübner, Filiz Hakaeva Hyusmenova, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Mojca Kleva, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Ramona Nicole Mănescu, Riikka Manner, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Ana Miranda, Jens Nilsson, Jan Olbrycht, Wojciech Michał Olejniczak, Younous Omarjee, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Ewald Stadler, Georgios Stavrakakis, Csanád Szegedi, Nuno Teixeira, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Joachim Zeller, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Ivars Godmanis, Karin Kadenbach, Andrey Kovatchev, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Derek Vaughan

PROĊEDURA

Titolu

Il-Politika Komuni tas-Sajd

Referenzi

COM(2011)0425 – C7-0198/2011 – 2011/0195(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.7.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

13.9.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

13.9.2011

BUDG

13.9.2011

ENVI

13.9.2011

REGI

13.9.2011

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Ulrike Rodust

26.9.2011

 

 

 

Bażi legali kkontestata

       Data tal-opinjoni tal-JURI

JURI

17.9.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

22.11.2011

12.12.2011

20.12.2011

26.1.2012

 

27.2.2012

21.3.2012

24.4.2012

6.9.2012

Data tal-adozzjoni

18.12.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

13

10

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Antonello Antinoro, Kriton Arsenis, Alain Cadec, Chris Davies, Nigel Farage, Carmen Fraga Estévez, Pat the Cope Gallagher, Dolores García-Hierro Caraballo, Marek Józef Gróbarczyk, Ian Hudghton, Iliana Malinova Iotova, Werner Kuhn, Isabella Lövin, Gabriel Mato Adrover, Guido Milana, Maria do Céu Patrão Neves, Crescenzio Rivellini, Ulrike Rodust, Raül Romeva i Rueda, Struan Stevenson, Isabelle Thomas, Nils Torvalds, Jarosław Leszek Wałęsa

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Ole Christensen, Diane Dodds, Julie Girling, Gesine Meissner, Jens Nilsson, Anna Rosbach, Antolín Sánchez Presedo

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Salvatore Iacolino, Peter Simon, Sabine Wils, Inês Cristina Zuber

Data tat-tressiq

10.1.2013