RAPPORT dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Dwana 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE

30.1.2013 - (COM(2012)0464 – C7‑0241/2012 – 2011/0341A(COD)) - ***I

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Raffaele Baldassarre


Proċedura : 2011/0341A(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0026/2013
Testi mressqa :
A7-0026/2013
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW    

dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (Dwana 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE

(COM(2012)0464 – C7‑0241/2012 – 2011/0341A(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0706) u l-proposta emendata (COM(2012)0464),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 33 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0241/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regola 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7‑0026/2013),

1.  Jinnota li l-pakkett finanzjarju li ġie speċifikat fil-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni għall-awtorità leġiżlattiva u ma jistax jiġi stabbilit qabel ma jinkiseb ftehim dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020;

2.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva"[1]; itenni li jinħtieġu riżorsi addizzjonali suffiċjenti fil-QFP li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista' tilħaq il-prijoritajiet eżistenti tal-politika tagħha u twettaq il-kompiti l-ġodda previsti mit-Trattat ta' Lisbona, kif ukoll sabiex tirreaġixxi għal sitwazzjonijiet mhux mistennija; jinnota li anke biż-żieda fil-livell tar-riżorsi għall-QFP li jmiss ta’ mill-anqas 5 % meta mqabbel mal-livell tal-2013, jista’ jingħata biss kontribut limitat għall-ksib tal-għanijiet u l-impenji maqbula tal-Unjoni u l-prinċipju tas-solidarjetà tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Kunsill, f'każ li ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika b'mod ċar liema mill-prijoritajiet politiċi jew mill-proġetti tiegħu jistgħu jiġu abbandunati totalment, minkejja l-garanzija ta' valur miżjud Ewropew tagħhom;

3.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-programm ta' azzjoni multiannwali għad-dwana li kien japplika qabel l-2014 ikkontribwixxa b’mod sinifikanti sabiex jiffaċilita u jtejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali fl-Unjoni. Bosta mill-attivitajiet fil-qasam doganali huma ta’ natura transkonfinali, u jinvolvu u jaffettwaw kull wieħed mis-27 Stat Membru, u għalhekk huma ma jistgħux jitwettqu b’mod effikaċi u effiċjenti minn Stati Membri individwali. Il-programm Dwana 2020, implimentat mill-Kummissjoni, joffri qafas tal-Unjoni lill-Istati Membri biex ikunu jistgħu jiżviluppaw dawn l-attivitajiet ta' kooperazzjoni, li jkun ħafna aktar kosteffettiv milli kieku kull Stat Membru jwaqqaf qafas ta' kooperazzjoni individwali fuq bażi bilaterali jew multilaterali. Għaldaqstant ikun xieraq li jiġi żgurat li jkun hemm tkomplija ta' dan il-programm billi jiġi stabbilit programm ġdid fl-istess qasam.

(1) L-awtoritajiet doganali jiġu ffaċċjati ta’ kuljum bi sfidi b’diversi aspetti: minn naħa l-waħda jridu jindirizzaw il-volumi li dejjem jikbru ta’ kummerċ u meħtieġa jiżguraw il-fluss bla xkiel u ffaċilitat ta’ merkanżija leġittima, filwaqt li min-naħa l-oħra huma responsabbli għall-iżgurar tas-sikurezza u s-sigurtà. Konsegwentement, il-kooperazzjoni effiċjenti bejn l-awtoritajiet doganali tal-Unjoni saret dejjem aktar importanti. Il-programm ta' azzjoni multiannwali għad-dwana li kien japplika qabel l-2014 (Dwana 2013) iffaċilita u saħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali fl-Unjoni, u dan ikkontribwixxa b’mod sostanzjali għall-funzjonament tajjeb tal-unjoni doganali u s-suq intern. Bosta mill-attivitajiet fil-qasam doganali huma ta’ natura transkonfinali, u jinvolvu u jaffettwaw kull wieħed mis-27 Stat Membru, u għalhekk huma ma jistgħux jitwettqu b’mod effikaċi u effiċjenti minn Stati Membri individwali. Il-programm Dwana 2020, implimentat mill-Kummissjoni, joffri qafas tal-Unjoni lill-Istati Membri li fi ħdanu jkunu jistgħu jiżviluppaw dawn l-attivitajiet ta' kooperazzjoni, li jkun ħafna aktar kosteffettiv milli kieku kull Stat Membru jwaqqaf qafas ta' kooperazzjoni individwali fuq bażi bilaterali jew multilaterali. Għaldaqstant ikun xieraq li jiġi żgurat li jkun hemm tkomplija ta' dan il-programm billi jiġi stabbilit programm ġdid fl-istess qasam.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiddeskrivi r-realtajiet doganali attwali filwaqt illi tiġġustifika l-kontinwazzjoni tal-programm.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-attivitajiet tal-programm, jiġifieri s-Sistemi ta’ Informazzjoni Ewropea, l-azzjonijiet konġunti għall-uffiċjali doganali u l-inizjattivi komuni ta’ taħriġ, huma mistennija li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Billi jippromwovi qafas għal attivitajiet li l-għan tagħhom huwa li l-awtoritajiet doganali jkunu aktar effiċjenti, isaħħu l-kompetittività tan-negozji u jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni, il-programm se jsaħħaħ b’mod attiv il-funzjonament tal-unjoni doganali.

(2) L-attivitajiet tal-programm, jiġifieri s-Sistemi ta’ Informazzjoni Ewropea, l-azzjonijiet konġunti għall-uffiċjali doganali u l-inizjattivi komuni ta’ taħriġ, se jikkontribwixxu għat-twettiq tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv billi jsaħħu l-funzjonament tas-suq intern, jipprovdu qafas li jappoġġja l-attivitajiet li jsaħħu l-produttività tas-settur pubbliku u jħeġġu l-progress tekniku u l-innovazzjoni fl-amministrazzjonijiet nazzjonali u tal-Unjoni. Billi jippromwovi qafas għal attivitajiet li l-għan tagħhom huwa li l-awtoritajiet doganali jkunu aktar effiċjenti, isaħħu l-kompetittività tan-negozji, jippromwovu l-impjiegi u jirrazzjonalizzaw u jikkoordinaw l-azzjonijiet tal-Istati Membri biex iħarsu l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tagħhom u dawk tal-Unjoni, il-programm se jsaħħaħ b’mod attiv il-funzjonament tal-unjoni doganali, sabiex in-negozji u ċ-ċittadini jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-potenzjal sħiħ tas-suq intern u tal-kummerċ globali.

Justification

Din l-emenda tenfasizza l-benefiċċji tat-tisħiħ tal-funzjonament tal-unjoni doganali.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Il-programm għandu jwassal għal kooperazzjoni akbar bejn l-Istati Membri fil-qasam tad-dwana, li hija essenzjali għas-suq intern. It-tariffi doganali huma wkoll sors importanti ta' dħul kemm għall-Unjoni kif ukoll għall-baġits nazzjonali u għalhekk jistgħu jitqiesu bħala strument importanti biex jiġi żgurat finanzjament pubbliku effiċjenti.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Sabiex jappoġġa l-proċess ta’ adeżjoni u assoċjazzjoni min-naħa tal-pajjiżi terzi, il-programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi aderenti u dawk kandidati kif ukoll il-kandidati potenzjali u l-pajjiżi msieħba tal-Politika Ewropea tal-Viċinat jekk jiġu ssodisfati ċerti kondizzjonijiet. B’kunsiderazzjoni tal-interkonnettività tal-ekonomija dinjija li dejjem qiegħda tiżdied, il-programm ikompli jipprovdi l-possibbiltà li jiġu involuti esperti esterni, bħal uffiċjali tal-pajjiżi terzi, rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali jew operaturi ekonomiċi f’ċerti attivitajiet. Il-ħolqien tas-SEAE taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli u Viċi-President (RGħVP) jista' jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-politika u l-koerenza f'qasam li huwa komponent relvanti tal-istrateġiji u l-azzjonijiet esterni tal-UE, kemm fuq bażi bilaterali kif ukoll fuq dik multilaterali.

(3) Sabiex jappoġġa l-proċess ta’ adeżjoni u assoċjazzjoni min-naħa tal-pajjiżi terzi, il-programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi aderenti u dawk kandidati kif ukoll il-kandidati potenzjali u l-pajjiżi sħab tal-Politika Ewropea tal-Viċinat jekk jiġu ssodisfati ċerti kondizzjonijiet. B’kunsiderazzjoni tal-interkonnettività tal-ekonomija dinjija li dejjem qiegħda tiżdied, il-programm ikompli jipprovdi l-possibbiltà li jiġu involuti esperti esterni, bħal uffiċjali tal-pajjiżi terzi, rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali jew operaturi ekonomiċi f’ċerti attivitajiet, bħalma huma l-ġbir ta’ informazzjoni dwar frodi u irregolaritajiet. Il-ħolqien tas-SEAE taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli u Viċi-President (RGħVP) jista' jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-politika u l-koerenza f'qasam li huwa komponent relvanti tal-istrateġiji u l-azzjonijiet esterni tal-UE, kemm fuq bażi bilaterali kif ukoll fuq dik multilaterali.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) L-għanijiet tal-programm iqisu l-problemi u l-isfidi identifikati għad-dwana fid-deċennju li ġej. Il-programm għandu jkompli jkollu rwol f'oqsma vitali bħal fl-implimentazzjoni koerenti tad-dwana u l-liġi relatata fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-enfasi tal-programm ser tkun fuq il-ħarsien tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni, is-salvagwardja tas-sikurezza u s-sigurtà, il-faċilitazzjoni tal-kummerċ, fost l-oħrajn permezz ta sforzi kollaborattivi fil-ġlieda kontra l-frodi u ż-żieda tal-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet doganali.

(4) L-għanijiet tal-programm iqisu l-problemi u l-isfidi identifikati għad-dwana fid-deċennju li ġej. Il-programm għandu jkompli jkollu rwol f'oqsma vitali bħal fl-implimentazzjoni koerenti tal-liġi tad-dwana u l-liġijiet relatati modernizzati tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-enfasi tal-programm ser tkun fuq il-ħarsien tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni, l-iffaċilitar tal-kummerċ u ż-żieda tal-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet doganali. Madankollu, meta titqies id-dinamika tal-isfidi l-ġodda u l-ħtieġa li ċ-ċittadini jitħarsu mir-riskji tas-sigurtà u tas-sikurezza li jinħolqu mill-kummerċ internazzjonali ta’ merkanzija, għandu jkun hemm aktar enfasi fuq il-ġlieda kontra l-frodi. Barra minn hekk, fi żmien meta r-riżorsi huma skarsi, hemm pressjoni aktar qawwija sabiex il-kontrolli doganali jkunu bbażati fuq il-mira ta’ riskju effiċjenti u effikaċi, sabiex tiġi rinfurzata l-ġestjoni tar-riskju doganali. Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lill-Istati Membri li għadhom ma żviluppawx tekniki elettroniċi adegwati ta’ pproċessar ta’ dejta biex jagħmlu dan u biex jimxu lejn Suq Uniku aktar diġitali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tenfasizza l-objettiv li ċ-ċittadini jiġu mħarsa mir-riskji tas-sikurezza u s-sigurtà li jippreżenta l-kummerċ internazzjonali u li tiġi appoġġjata l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu u l-frodi billi tittejjeb il-kapaċità tal-Kummissjoni u l-Istati Membri li jaġixxu.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Is-sistemi ta’ informazzjoni Ewropej għandhom rwol importanti fit-tisħiħ tas-sistemi doganali fl-Unjoni u għalhekk għandhom jibqgħu jiġu ffinanzjati mill-programm. Barra dan, għandu jkun hemm il-possibilità li fil-programm jiġu inklużi sistemi ġodda ta’ informazzjoni relatata mad-dwana mwaqqfa taħt il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Is-Sistemi ta' Informazzjoni Ewropej għandhom, fejn xieraq, jissejsu fuq mudelli ta' żvilupp kondiviżi u l-arkitettura tal-IT.

(6) Is-sistemi ta’ informazzjoni Ewropej għandhom rwol importanti fit-tisħiħ tas-sistemi doganali fl-Unjoni u għalhekk għandhom jibqgħu jiġu ffinanzjati mill-programm. Barra dan, għandu jkun hemm il-possibilità li fil-programm jiġu inklużi sistemi ġodda ta’ informazzjoni relatati mad-dwana mwaqqfa taħt il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Is-Sistemi ta' Informazzjoni Ewropej għandhom, fejn xieraq, jissejsu fuq mudelli ta' żvilupp kondiviżi u l-arkitettura tal-IT sabiex jiżdiedu l-flessibbiltà u l-effiċjenza tal-amministrazzjoni doganali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tenfasizza l-objettiv li jiġu żviluppati mudelli kondiviżi u l-arkitettura tal-IT fis-Sistemi ta’ Informazzjoni Ewropej.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Il-bini ta’ kapaċitajiet tekniċi jgħin sabiex jiġu żgurati s-sikurezza u s-sigurtà u jiffaċilita l-kummerċ leġittimu. Madankollu, minħabba l-limitazzjonijiet finanzjarji esperjenzati attwalment minn numru kbir ta’ Stati Membri, jidher li l-akkwist u l-manutenzjoni tat-tagħmir meħtieġ f’dak ir-rigward (pereżempju skeners u tagħmir tal-laboratorju) jirrappreżentaw sfida, li konsegwentement toħloq theddida għall-ħarsien effikaċi tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. Għalhekk huwa essenzjali li jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju fil-qasam tal-akkwiżizzjoni u l-manutenzjoni tat-tagħmir tekniku meħtieġ. Fir-rigward tal-allokazzjoni finanzjarja għall-programm, għandu jiġi stipulat li appoġġ finanzjarju għall-akkwiżizzjoni u l-manutenzjoni ta’ tagħmir tekniku għandu jkun ibbażat fuq rata ta’ kofinanzjament ta’mhux aktar minn 10 %. Dan għandu jrawwem l-investiment nazzjonali f’miżuri favur il-bini ta’ kapaċitajiet tekniċi.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi żgurat appoġġ komprensiv għad-diversi aspetti ta’ involviment mill-awtoritajiet doganali, huwa xieraq li l-Programm m’għandux ikopri biss l-azzjonijiet konġunti, il-bini ta’ kapaċità fl-IT u l-bini ta’ kompetenza umana, iżda anke l-bini ta’ kapaċità teknika.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Il-bini ta' kompetenza umana fil-forma ta' taħriġ komuni għandu jitwettaq permezz tal-programm. L-uffiċjali tad-dwana jeħtieġu li jżidu u jaġġornaw l-għarfien u l-ħiliet tagħhom meħtieġa biex iservu l-ħtiġijiet tal-Unjoni. Il-programm għandu jkun essenzjali għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet umani permezz ta’ appoġġ imtejjeb ta’ taħriġ li fil-mira tiegħu jkollu l-uffiċjali tad-dwana kif ukoll operaturi ekonomiċi. Għal dan il-fini, l-approċċ attwali tal-Unjoni għat-taħriġ komuni li prinċipalment kien ibbażat fuq l-iżvilupp ċentrali tat-tagħlim elettroniku għandu jiżviluppa fi programm ta’ appoġġ multidimensjonali għat-taħriġ għall-Unjoni.

(7) Il-bini ta' kompetenza umana huwa ta’ importanza vitali u għandu jsir fil-forma ta' taħriġ komuni, u għandu jitwettaq permezz tal-programm. L-uffiċjali tad-dwana jeħtieġu li jżidu u jaġġornaw l-għarfien u l-ħiliet tagħhom meħtieġa biex iservu l-ħtiġijiet tal-Unjoni. Il-programm għandu jkun essenzjali għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet umani permezz ta’ appoġġ imtejjeb ta’ taħriġ li fil-mira tiegħu jkollu l-uffiċjali tad-dwana kif ukoll operaturi ekonomiċi. Għal dan il-fini, l-approċċ attwali tal-Unjoni għat-taħriġ komuni li prinċipalment kien ibbażat fuq l-iżvilupp ċentrali tat-tagħlim elettroniku għandu jiżviluppa fi programm ta’ appoġġ multidimensjonali għat-taħriġ għall-Unjoni.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Billi s-Sistemi ta’ Informazzjoni Ewropej jikkostitwixxu element essenzjali tal-programm, huwa kruċjali li jiġu allokati fondi xierqa għall-iżvilupp u l-operat tagħhom. Barra minn hekk, il-programm għandu jipprovdi għal ċertu grad ta’ flessibbiltà baġitarja sabiex iwieġeb għall-bidliet fil-prijoritajiet politiċi.

Ġustifikazzjoni

It-tqassim tal-baġit sabiex jappoġġja l-azzjonijiet eliġibbli hija għażla essenzjali ta’ politika u għalhekk il-koleġiżlaturi għandu jkollhom il-prerogattiva dwar l-għoti ta' gwida politika f'termini tad-distribuzzjoni tal-ammonti għall-infiq.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b) Sabiex titkejjel il-prestazzjoni tal-programm, għandhom jiġu stabbiliti l-indikaturi marbuta mal-objettivi ġenerali, speċifiċi u operattivi tal-programm u, jekk ikun xieraq, jiġu mmodifikati sussegwentement fi programm ta’ ħidma annwali.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li diversi referenzi għall-indikaturi huma pprovduti fil-proposta tal-Kummissjoni, huwa importanti li jiġi stabbilit il-proċess tal-iżvilupp tal-indikaturi sabiex jiġu mmonitorjati u evalwati l-valur u l-impatt tal-miżuri meħuda skont il-Programm. Sabiex jiġi żgurat il-grad meħtieġ ta’ flessibbiltà f’dan il-proċess huwa xieraq li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tidħol għal din l-attività fil-qafas tal-programm ta' ħidma annwali.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) B’konformità mal-impenn tal-Kummissjoni stabbilit fil-Komunikazzjoni tagħha dwar ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-2010 għall-koerenza u s-simplifikazzjoni tal-programmi ta’ finanzjament, għandhom jiġu kondiviżi riżorsi ma’ strumenti oħra ta’ finanzjament tal-Unjoni jekk l-attivitajiet maħsuba tal-Programm ikollhom l-għan li jilħqu objettivi li huma komuni għal diversi strumenti ta’ finanzjament bl-esklużjoni, madankollu, ta’ finanzjament doppju. Azzjonijiet fi ħdan dan il-Programm għandhom jiżguraw il-koerenza fl-użu tar-riżorsi tal-Unjoni fl-appoġġ tal-funzjonament tal-Unjoni Doganali.

(10) B’konformità mal-impenn tal-Kummissjoni stabbilit fil-Komunikazzjoni tagħha dwar ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-2010 għall-koerenza u s-simplifikazzjoni tal-programmi ta’ finanzjament, jistgħu jiġu kondiviżi riżorsi ma’ strumenti oħra ta’ finanzjament tal-Unjoni jekk l-attivitajiet maħsuba tal-programm ikollhom l-għan li jilħqu objettivi li huma komuni għal diversi strumenti ta’ finanzjament bl-esklużjoni, madankollu, ta’ finanzjament doppju. Azzjonijiet fi ħdan dan il-programm għandhom jiżguraw il-koerenza fl-użu tar-riżorsi tal-Unjoni fl-appoġġ tal-funzjonament tal-unjoni doganali.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li tiġi enfasizzata l-possibbiltà li jiġu kondiviżi r-riżorsi aktar milli titħeġġeġ din il-prattika, minħabba li din kellha x'taqsam mal-objettivi tal-evalwazzjoni segwiti.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Il-kooperazzjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju intelliġenti hija ta’ importanza vitali biex negozji konformanti u affidabbli jkollhom benefiċċju massimu mis-simplifikazzjonijiet tal-amministrazzjoni elettronika tad-dwana, u tippermetti li jiġu indirizzati l-irregolaritajiet.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b) It-trasport illegali ta’ merkanzija huwa problema serja fl-Unjoni u ma jaffettwax biss l-interessi finanzjarji tal-Unjoni iżda joħloq riskju sostanzjali wkoll għall-konsumaturi u ċ-ċittadini.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat implimentattivi. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Minħabba li l-programm ta’ ħidma annwali jinkludi elementi li huma għażliet sinifikanti ta’ politika (prijoritajiet, aġġustament għat-tqassim tal-baġit, indikaturi sabiex titkejjel il-prestazzjoni) maħsuba sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati l-elementi primarji li jiffurmaw il-politika kif stabbilit f'dan ir-Regolament, huwa għalhekk xieraq li jiġu ddelegati s-setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-adozzjoni tal-programm ta' ħidma annwali.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Sabiex ikun hemm reazzjoni xierqa għall-bidliet fil-prijoritajiet politiċi, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li l-programm ta’ ħidma annwali jinkludi elementi li huma għażliet sinifikanti ta’ politika (eż. prijoritajiet, aġġustament għat-tqassim tal-baġit, indikaturi sabiex titkejjel il-prestazzjoni) maħsuba sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati l-elementi primarji li jiffurmaw il-politika kif stabbilit f'dan ir-Regolament, huwa għalhekk xieraq li jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Dwana 2020 għall-implimentazzjoni tal-programm.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Minħabba li l-programm ta’ ħidma annwali jinkludi elementi li huma għażliet sinifikanti ta’ politika (eż. prijoritajiet, aġġustament għat-tqassim tal-baġit, indikaturi sabiex titkejjel il-prestazzjoni) maħsuba sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati l-elementi primarji li jiffurmaw il-politika kif stabbilit f'dan ir-Regolament, huwa għalhekk xieraq li jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Artikolu 5

Għan ġenerali u objettiv speċifiku

Għan ġenerali

1. L-għan ġenerali tal-programm huwa li jsaħħaħ is-suq intern permezz ta' unjoni doganali effiċjenti u effettiva.

L-għan ġenerali tal-programm huwa li jappoġġja l-funzjonament tal-unjoni doganali u jsaħħaħ is-suq intern permezz ta’ modernizzazzjoni effiċjenti u effikaċi tal-unjoni doganali permezz ta’ kooperazzjoni bejn il-pajjiżi parteċipanti, l-awtoritajiet doganali tagħhom, l-uffiċjali tagħhom u l-esperti esterni.

2. L-għan speċifiku tal-programm għandu jkun l-appoġġ għall-iffunzjonar tal-unjoni doganali, partikolarment permezz tal-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi parteċipanti, l-awtoritajiet doganali tagħhom, awtoritajiet kompetenti oħrajn, u l-uffiċjali u l-esperti esterni tagħhom.

Il-livell ta’ twettiq ta’ dak l-objettiv għandu jitkejjel, inter alia, permezz tal-indikaturi li ġejjin:

3. L-ilħuq ta' dan il-għan għandu jitkejjel abbażi tal-indikaturi li ġejjin:

a) l-evoluzzjoni tal-perċezzjoni tal-partijiet interessati interessati tal-programm fir-rigward tal-kontribuzzjoni li saret mill-programm lejn it-tisħiħ tas-suq intern;

(1) id-disponibbiltà tan-Netwerk Komuni ta' Komunikazzjoni għas-Sistemi ta' Informazzjoni Ewropej;

b) il-funzjonament tal-unjoni doganali u l-operat tan-Netwerk ta' Komunikazzjoni Komuni u l-komponenti tal-Unjoni tas-Sistemi ta' Informazzjoni Ewropej;

(2) l-informazzjoni min-naħa tal-parteċipanti f'azzjonijiet tal-programm u utenti tal-programm.

c) il-livell ta’ armonizzazzjoni u standardizzazzjoni ta’ proċeduri għal kontrolli doganali.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

Artikolu 6

Prijoritajiet

Objettivi speċifiċi

Il-prijoritajiet tal-programm għandhom ikunu kif ġej:

L-objettivi speċifiċi tal-programm għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(1) l-appoġġ tat-tħejjija, l-applikazzjoni koerenti u l-implimentazzjoni effettiva tal-liġi tal-Unjoni, bil-ħsieb tat-tisħiħ tal-unjoni doganali f’termini ta’ effiċjenza, effikaċja u uniformità;

(a) l-appoġġ tat-tħejjija, l-applikazzjoni koerenti u l-implimentazzjoni effettiva tal-liġi tal-Unjoni, bil-ħsieb tat-tisħiħ tal-unjoni doganali f’termini ta’ effiċjenza, effikaċja u uniformità u l-kontribut, b'mod partikolari, biex jiġi żgurat li l-proċeduri jiġu kompletament kompjuterizzati fi żmien il-perjodi ta' skadenza stabbiliti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni;

(2) it-tisħiħ tal-kompetittività tan-negozji Ewropej permezz tal-faċilitazzjoni tal-kummerċ leġittimu, u t-tnaqqis tal-kosti ta’ konformità u l-piż amministrattiv, u l-ħarsien minn kompetizzjoni mhux ekwa;

(b) it-tisħiħ tal-kompetittività tan-negozji Ewropej permezz tal-faċilitazzjoni tal-kummerċ leġittimu, u t-tnaqqis tal-kosti ta’ konformità u l-piżijiet amministrattivi permezz ta’ simplifikazzjonijiet reali għall-operaturi konformanti u affidabbli, u l-ħarsien minn kompetizzjoni mhux ekwa;

(3) l-appoġġ lid-dwana għall-ħarsien taċ-ċittadini, is-sikurezza u s-sigurtà u l-ambjent;

(c) il-prevenzjoni tal-frodi għall-ħarsien taċ-ċittadini, is-sikurezza u s-sigurtà u l-ambjent;

(4) l-iżgurar tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri;

(d) il-ġlieda kontra l-frodi, il-ħarsien tal-proprjetà intellettwali u t-titjib tal-kompetittività, is-sigurtà u s-sikurezza bit-titjib tal-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-awtoritajiet tal-Unjoni bħall-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet governattivi oħra u operaturi ekonomiċi u l-organizzazzjonijiet tagħhom;

(5) il-kontribut għall-iffunzjonar effiċjenti tal-awtoritajiet kompetenti permezz tat-titjib tal-kapaċità amministrattiva tagħhom;

(e) it-tisħiħ tal-kompetittività tan-negozji tal-Unjoni permezz tal-faċilitazzjoni tal-kummerċ u t-tnaqqis fil-kosti ta’ konformità sabiex jiġi żgurat il-ħarsien tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri;

(6) il-prevenzjoni tal-frodi u t-titjib tal-kompetittività, is-sigurtà u s-sikurezza bit-titjib tal-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet governattivi oħra, operaturi ekonomiċi u l-organizzazzjonijiet tagħhom.

(f) il-kontribut għall-funzjonament effiċjenti tal-awtoritajiet doganali permezz tat-titjib tal-kapaċità amministrattiva tagħhom.

 

2. Il-progress miksub fuq kull objettiv speċifiku elenkat hawn fuq għandu jitkejjel b’sett ta’ indikaturi li għandhom jiġu stabbiliti u, jekk ikun meħtieġ, immodifikati fi programm ta' ħidma annwali.

 

Dawk l-indikaturi għandhom jinkludu l-fehmiet tal-partijiet interessati u tal-parteċipanti fl-azzjonijiet finanzjati dwar l-utilità tal-programm f’termini tal-ilħuq tal-objettivi speċifiċi, kif ukoll l-indikaturi stabbiliti fl-Artikolu 5(2).

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

L-objettivi operattivi tal-programm

 

L-objettivi operattivi għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi li jipprovdi għalihom l-Artikolu 6 għandhom ikunu dawn li ġejjin:

 

(a) l-istabbiliment ta’ azzjonijiet li jtejbu l-fehim komuni u l-implimentazzjoni tal-liġi doganali tal-Unjoni;

 

(b) l-istabbiliment ta’ azzjonijiet li jtejbu l-kontroll u l-immaniġġjar tal-katini ta’ provvista użati għaċ-ċirkolazzjoni tal-merkanzija;

 

(c) l-iżvilupp u ż-żamma ta’ Ssistemi ta’ Informazzjoni Ewropej għad-dwana;

 

(d) it-tisħiħ tal-ħiliet u l-kompetenzi doganali għall-uffiċjali tad-dwana u l-esperti esterni;

 

(e) l-appoġġ tal-iżvilupp ta’ amministrazzjoni elettronika għall-awtoritajiet doganali u l-partijiet interessati esterni;

 

(f) l-istabbilimnet ta’ azzjonijiet relatati mad-dwana li jinvolvu pajjiżi terzi u esperti esterni;

 

(g) l-appoġġ għall-identifikazzjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki;

 

(h) l-istabbiliment ta’ gruppi ta’ esperti biex iwettqu kompiti operattivi speċifiċi flimkien; u

 

(i) l-appoġġ u l-faċilitazzjoni tal-attivitajiet doganali operattivi konġunti ma’ awtoritajiet kompetenti oħra, partikolarment dawk b’responsabilità għall-monitoraġġ tas-suq intern.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – punt 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) stabbiliment ta’ gruppi għat-tmexxija u l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet li jaqgħu fl-isfera ta’ kompetenza tagħhom;

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu kien diġà inkluż fil-proposta tal-Kummissjoni COM(2011)706.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – punt 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) attivitajiet ta’ valutazzjoni komparittiva organizzati minn żewġ pajjiżi parteċipanti jew aktar, possibilment bl-involviment tal-Kummissjoni, biex jiġu kkumparati proċeduri, proċessi jew metodi ta’ ħidma, b’indikaturi miftiehma komunement, sabiex jiġu identifikati l-aħjar prattiki u n-nuqqasijiet;

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – punt 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) bini ta’ kapaċità teknika, b’mod partikolari fl-akkwiżizzjoni u l-manutenzjoni tat-tagħmir tekniku;

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi żgurat appoġġ komprensiv għad-diversi aspetti ta’ involviment mill-awtoritajiet doganali, huwa xieraq li l-Programm m’għandux ikopri biss l-azzjonijiet konġunti, il-bini ta’ kapaċità fl-IT u l-bini ta’ kompetenza umana, iżda anke l-bini ta’ kapaċità teknika.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – punt 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) kooperazzjoni u akkomunament ta’ informazzjoni bejn awtoritajiet interni ta’ monitoraġġ tas-suq nazzjonali u tal-Unjoni u l-awtoritajiet doganali ta’ żewġ pajjiżi parteċipanti jew aktar;

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – punt 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) kwalunkwe attività oħra ta’ appoġġ għall-objettiv ġenerali u speċifiku stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6

(i) kwalunkwe attività oħra ta’ appoġġ għall-objettivi ġenerali, speċifiċi u operattivi stabbiliti fl-Artikoli 5, 6 u 6a.

Ġustifikazzjoni

Dan sabiex iseħħ l-allinjament mal-emendi fl-Artikolu 6 u fl-Artikolu 6a (ġdid) ġdid.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tikkoordina, b’kooperazzjoni mal-pajjiżi parteċipanti, dawk l-aspetti tat-twaqqif u l-funzjonament ta’ komponenti tal-Unjoni u mhux tal-Unjoni tas-sistemi u l-infrastruttura msemmija fil-punti 1 u 2 tal-Anness li huma meħtieġa għall-iżgurar tal-operabilità, l-interkonnettività u t-titjib kontinwu tagħhom.

2. Il-Kummissjoni għandha tikkoordina, b’kooperazzjoni mal-pajjiżi parteċipanti, dawk l-aspetti tat-twaqqif u l-funzjonament ta’ komponenti tal-Unjoni, stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima II tal-Anness, u komponenti mhux tal-Unjoni, deskritti fil-punt 1a tat-Taqsima II tal-Anness, tas-sistemi u l-infrastruttura msemmija fil-punt 1 tat-Taqsima II tal-Anness li huma meħtieġa għall-iżgurar tal-operabilità, l-interkonnettività u t-titjib kontinwu tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali huwa meħtieġ li tiġi inidikata referenza għad-dispożizzjoni li tipprovdi għad-deskrizzjoni tat-termini "komponenti tal-Unjoni" u ''komponenti mhux tal-Unjoni". Din l-għażla tinkludi wkoll l-emenda teknika.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 9 - paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Unjoni għandha ġġorr l-ispiża tal-akkwiżizzjoni, l-iżvilupp, l-installazzjoni, il-manutenzjoni u l-operat ta’ kuljum tal-komponenti tal-Unjoni, filwaqt li l-ispiża tal-akkwiżizzjoni, l-iżvilupp, l-installazzjoni, il-manutenzjoni u l-operat ta' kuljum tal-komponenti mhux tal-Unjoni għandha tinġarr mill-pajjiżi parteċipanti.

Ġustifikazzjoni

Huwa meħtieġ li tiġi stabbilita diviżjoni ċara tan-nefqa bejn l-Unjoni u l-pajjiżi parteċipanti sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm għandu jkun ta’ EUR 548.080.000 (fi prezzijiet attwali).

1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm fi ħdan it-tifsira tal-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali ta’ XX/201Z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u amministrazzjoni finanzjarja tajba għandu jkun ta’ EUR ... (fi prezzijiet attwali).

Ġustifikazzjoni

Skont l-approċċ orizzontali, filwaqt illi kien qed jistenna r-riżultat tan-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali, f’dan l-istadju r-rapporteur ħalla vojt l-ammont tal-pakkett finanzjarju.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Id-distribuzzjoni indikattiva tal-fondi fost l-azzjonijiet eliġibbli, kif stabbilit fl-Artikolu 6a, għandha ssir kif previst fit-Taqsima -I tal-Anness.

Ġustifikazzjoni

It-tqassim tal-baġit sabiex jappoġġja l-azzjonijiet eliġibbli hija għażla essenzjali ta’ politika u għalhekk il-koleġiżlaturi għandu jkollhom il-prerogattiva dwar l-għoti ta' gwida politika f'termini tad-distribuzzjoni tal-ammonti għall-infiq.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 11 - paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-approprjazzjonjiet annwali għandhom jiġu ddeterminati b’rispett sħiħ tal-prerogattivi tal-awtorità baġitarja.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 12 - paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Ir-rata ta’ kofinanzjament applikabbli għal appoġġ mogħti fil-qafas tal-programm għall-akkwiżizzjoni u l-manutenzjoni ta’ tagħmir tekniku għandha tiġi speċifikata fil-programm ta’ ħidma annwali u fl-ebda ċirkostanza ma għandha tkun ogħla minn 10 %.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 13 - paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Mingħajr ħsara għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet qafas, id-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jew ftehimiet simili ma’ pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u ftehimiet ta' għotja u deċiżjonijiet ta’ għotja u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF sabiex iwettqu tali verifiki, kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet skont il-ħtieġa.

Ġustifikazzjoni

Paragrafu inkluż f’COM (2011)0706.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sabiex timplimenta l-programm il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma annwali li għandhom jistabblixxu l-għanijiet li jkunu jridu jitwettqu, ir-riżultati mistennija, il-metodu tal-implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Dawn għandu jkun fihom ukoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull tip ta' azzjoni u skeda indikattiva ta' żmien għall-implimentazzjoni. Għall-għotjiet, il-programmi ta' ħidma għandhom jinkludu l-prijoritajiet, il-kriterji ta' valutazzjoni essenzjali u r-rata massima ta' kofinanzjament. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).

1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 15 fil-forma ta’ programmi ta' ħidma annwali li għandhom jinkludu l-prijoritajiet annwali għall-programm fir-rigward tal-objettivi ġenerali, speċifiċi u operattivi tiegħu, aġġustamenti għat-tqassim tal-baġit skont kull tip ta’ azzjoni, il-kriterji ta’ valutazzjoni għall-għotjiet għal azzjonijiet u l-istabbiliment, u, jekk ikun meħtieġ, il-modifika ta’ indikaturi għall-kejl tal-effetti u l-impatti tal-programm.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li l-programm ta’ ħidma annwali jinkludi elementi li huma għażliet sinifikanti ta’ politika (prijoritajiet, aġġustament għat-tqassim tal-baġit, indikaturi sabiex titkejjel il-prestazzjoni) maħsuba sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati l-elementi primarji li jiffurmaw il-politika kif stabbilit f'dan ir-Regolament, huwa għalhekk xieraq li jiġu ddelegati s-setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-adozzjoni tal-programm ta' ħidma annwali.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fit-tħejjija tal-programm ta' ħidma annwali, il-Kummissjoni għandha tqis l-approċċ komuni fir-rigward tal-politika doganali. Regolarment dan l-approċċ għandu jiġi rivedut u jiġi stabbilit fi sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-Grupp dwar il-Politika Doganali, magħmul minn amministrazzjonijiet doganali mill-Istati Membri jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-Kummissjoni.

2. Fit-tħejjija tal-programm ta' ħidma annwali, il-Kummissjoni għandha tqis l-approċċ komuni fir-rigward tal-politika doganali. Dan l-approċċ għandu jiġi adattat kontinwament għal żviluppi ġodda fi sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-Grupp dwar il-Politika Doganali, magħmul mill-Kummissjoni u l-kapijiet tal-amministrazzjonijiet doganali mill-Istati Membri jew ir-rappreżentanti tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li l-formulazzjoni tal-istess dispożizzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni għad-dwana fil-Komunità (Dwana 2013) hija aktar ċara, din għandha tinżamm. L-emenda teknika hija inkluża wkoll f’din l-għażla.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proċedura tal-kumitat

Tħaddim tad-delega

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati hija kkonferita lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 14 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu li jibda f'...* u jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2020.

 

2a. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 14 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha twassal għat-tmiem tad-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat diġà fis-seħħ.

"

2b. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’mod simultanju.

 

2c. Att delegat adottat skont l-Artikolu 14 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa mill-Parlament Ewropew jew min-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

____________

 

*ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li l-programm ta’ ħidma annwali jinkludi elementi li huma għażliet sinifikanti ta’ politika (eż. prijoritajiet, aġġustament għat-tqassim tal-baġit, indikaturi sabiex titkejjel il-prestazzjoni) maħsuba sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati l-elementi primarji li jiffurmaw il-politika kif stabbilit f'dan ir-Regolament, huwa għalhekk xieraq li jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha, b’kooperazzjoni mal-pajjiżi parteċipanti, timmonitorja l-programm u l-azzjonijiet tiegħu sabiex issegwi l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet imwettqa.

Il-Kummissjoni għandha, b’kooperazzjoni mal-pajjiżi parteċipanti, timmonitorja l-programm u l-azzjonijiet tiegħu sabiex issegwi l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet imwettqa. L-indikaturi użati mill-Kummissjoni għall-iskop ta’ monitoraġġ tal-operat tal-programm ma għandhomx jinkludu dawk stipulati fl-Artikoli 5 u 6 u fil-programmi ta’ ħidma annwali.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 16 - paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-indikaturi msemmija fl-Artikolu 6(2) għandhom jintużaw, inter alia, biex jitkejlu l-effetti u l-impatti tal-programm. Dawn għandhom jitkejlu skont bażijiet predefiniti li jirriflettu s-sitwazzjoni qabel l-implimentazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li diversi referenzi għall-indikaturi huma pprovduti fil-proposta tal-Kummissjoni, huwa importanti li jiġi stabbilit il-proċess tal-iżvilupp tal-indikaturi sabiex jiġu mmonitorjati u evalwati l-valur u l-impatt tal-miżuri meħuda skont il-Programm. Sabiex jiġi żgurat il-grad meħtieġ ta’ flessibbiltà f’dan il-proċess huwa xieraq li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex twettaq dan il-proċess fil-qafas tal-programm ta' ħidma annwali.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 17 - paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2018 u r-rapport ta’ evalwazzjoni finali sat-30 ta' Ġunju 2022.

 

Dawk ir-rapporti għandhom jintbagħtu lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni għal skopijiet ta’ informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza kif ukoll sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tad-dispożizzjonijiet attwalment applikabbli tad-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni għad-dwana fil-Komunità (Dwana 2013), ir-rapporti ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u r-rapporti ta’ evalwazzjoni finali għandhom jiġu trasmessi lill-koleġiżlaturi.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b. Jekk ir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu jiżvela nuqqasijiet kbar fil-programm, il-Kummissjoni għandha tqis li tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex il-programm jiġi emendat.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li tiġi prevista emenda possibbli fil-Programm sabiex jiġi żgurat li l-objettivi tal-Programm ma jkunux ipperikolati.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Anness – Taqsima -I (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-I. Allokazzjoni indikattiva tal-fondi għal azzjonijiet eliġibbli elenkati fl-Artikolu 6a

 

Tipi ta' azzjoni

It-tqassim tal-baġit f’%

 

Il-bini ta’ kapaċità fl-IT

mill-inqas 75 %

 

Azzjonijiet konġunti

massimu ta’ 15 %

 

Il-bini ta’ kapaċità teknika

massimu ta’ 5 %

 

Il-bini ta’ kapaċità umana

massimu ta’ 5 %

Ġustifikazzjoni

It-tqassim tal-baġit sabiex jappoġġja l-azzjonijiet eliġibbli hija għażla essenzjali ta’ politika u għalhekk il-koleġiżlaturi għandu jkollhom il-prerogattiva dwar l-għoti ta' gwida politika f'termini tad-distribuzzjoni tal-ammonti għall-infiq. Barra minn hekk, il-forumulazzjoni indikattiva tat-tqassim tal-baġit tippermetti l-allokazzjoni addizzjonali għan-nefqa teknika u amministrattiva kif previst fl-Artikolu 10(2).

Emenda  40

Proposta għal regolament

Anness – Taqsima I – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sistemi ta’ Informazzjoni Ewropej u l-komponenti tagħhom tal-Unjoni

I. Sistemi ta’ Informazzjoni Ewropej u l-komponenti tagħhom tal-Unjoni

Ġustifikazzjoni

Konnessa mal-emenda 34 dwar l-Anness – taqsima I (ġdida).

Emenda  41

Proposta għal regolament

Anness – Taqsima I – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) il-komponenti mhux tal-Unjoni, jiġifieri, dawk il-komponenti kollha li mhumiex identifikati bħala komponenti tal-Unjoni fil-punt 2.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali huwa importanti li jiġu ddefiniti l-komponenti mhux tal-Unjoni.

NOTA SPJEGATTIVA

Kuntest

Fid-9 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni pproponiet abbozz ta’ Regolament dwar il-programm Fiscus li għaqqad iż-żewġ programmi separati attwali dwar it-tassazzjoni (Fiscalis 2013) u d-dwana (Dwana 2013) f’wieħed bl-objettiv li jiġu ssimplifikati u jitnaqqsu l-ispejjeż tal-miri tal-Kummissjoni.

Madankollu, membri mill-IMCO u l-ECON qajmu numru ta’ preokkupazzjonijiet fir-rigward tal-fużjoni ta’ dawn iż-żewġ programmi u ddubitaw l-eżistenza ta’ kwalunkwe benefiċċji sostanzjali u tanġibbli tal-fużjoni. Fid-29 ta’ Frar 2012 il-Koordinaturi tal-IMCO ħadu d-deċiżjoni li jifirdu l-proposta tal-Kummissjoni fil-programmi Dwana u Fiskalis (il-Koordinaturi tal-ECON kienu ħadu l-istess deċiżjoni fit-13 ta' Frar 2012).

Wara d-deċiżjoni meħuda mill-Konferenza tal-Presidenti fis-16 ta' Mejju 2012, li rrispettat it-talba kemm tal-IMCO kif ukoll tal-ECON għall-firda, il-Kummissjoni aġġustat l-opinjoni tagħha sabiex tqis il-pożizzjoni tal-Parlament u tal-Kunsill u fid-29 ta' Awwissu 2012 adottat proposta emendata dwar Dwana 2020 u Fiscalis 2020

Il-proposta Dwana 2020 tal-Kummissjoni hija msejsa fuq l-artikolu 33 tat-TFUE li jitlob azzjoni mill-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-kooperazzjoni doganali u l-unjoni doganali tal-UE.

Skont il-proposta għal Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid, kif emendata fis-6 ta' Lulju 2012, dan ir-Regolament dwar il-programm Dwana 2020 fih qafas baġitarju ta’ EUR 548 080 000 (fi prezzijiet attwali) għall-perjodu 2014-2020.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Is-Sur Baldassarre, rapporteur dwar id-dossier, huwa sodisfatt għal kollox li l-Kummissjoni diġà qieset it-talba tal-Parlament biex tinfired il-proposta preċedenti dwar il-programm Fiscus fil-programmi Dwana u Fiscalis.

Madankollu, ir-rapporteur ressaq l-emendi ewlenin li ġejjin għall-proposta tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Awwissu 2012:

Objettivi speċifiċi u operattivi

Għal raġunijiet ta’ iżjed viżibilità u ċarezza legali huwa xieraq li jiġu stabbiliti objettivi ġenerali, speċifiċi kif ukoll operattivi fl-Artikoli tar-Regolament.

Objettiv: il-kontroll u l-ġlieda kontra l-frodi

Minħabba d-dinamiċi problematiċi ta’ sfidi ġodda fid-dwana u l-ħtieġa li ċ-ċittadini jiġu mħarsa mir-riskji tas-sikurezza u s-sigurtà li jippreżenta l-kummerċ internazzjonali fl-oġġetti, għandha ssir enfasi addizzjonali fuq l-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni tal-proċeduri għall-kontrolli doganali u l-ġlieda kontra l-frodi.

Tqassim tal-baġit

Skont l-approċċ orizzontali, filwaqt illi kien qed jistenna r-riżultat tan-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali, f’dan l-istadju r-rapporteur ħalla vojt l-ammont tal-pakkett finanzjarju.

It-tqassim tal-baġit sabiex jappoġġja l-azzjonijiet eliġibbli hija għażla essenzjali ta’ politika u għalhekk il-koleġiżlaturi għandu jkollhom il-prerogattiva dwar l-għoti ta' gwida politika f'termini tad-distribuzzjoni tal-ammonti għall-infiq.

Barra minn hekk, minħabba li s-sistemi tal-IT huma essenzjali fil-baġit (ara l-programm preċedenti Dwana 2013 fejn madwar 75-80 fil-mija tal-baġit globali huwa allokat għall-IT) għandu jiġi żgurat ċertu minimu għall-iżvilupp u ż-żamma tas-sistemi tal-IT.

Il-valuri perċentwali attwali proposti ġew stmati abbażi tad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva għat-taqsima tad-dwana:

Barra minn hekk, għandu jinżamm ċertu grad ta' flessibbiltà sabiex iwieġeb għall-prijoritajiet politiċi mibdula (jiġifieri l-possibbiltà tal-adattament għat-tqassim tal-baġit fil-programm ta’ ħidma annwali).

Minħabba l-fatt li t-tqassim tal-baġit jiġi fformulat b’mod indikattiv: "mill-inqas xx %" u "massimu ta’ ... %", dan jippermetti l-allokazzjoni addizzjonali għan-nefqa teknika u amministrattiva.

Indikaturi

Minħabba li diversi referenzi għall-indikaturi huma pprovduti fil-proposta tal-Kummissjoni, huwa importanti li jiġi stabbilit il-proċess tal-iżvilupp tal-indikaturi sabiex jiġu mmonitorjati u evalwati l-valur u l-impatt tal-miżuri meħuda skont il-Programm. Sabiex jiġi żgurat il-grad meħtieġ ta’ flessibbiltà f’dan il-proċess huwa xieraq li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tidħol għal din l-attività fil-qafas tal-programm ta' ħidma annwali.

Il-programm ta' ħidma annwali - l-atti ddelegati

Minħabba li l-programm ta’ ħidma annwali jinkludi elementi li huma għażliet sinifikanti ta’ politika (eż. prijoritajiet, aġġustament għat-tqassim tal-baġit, indikaturi sabiex titkejjel il-prestazzjoni) maħsuba sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati l-elementi primarji li jiffurmaw il-politika kif stabbilit f'dan ir-Regolament, huwa għalhekk xieraq li jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali.

Ir-rikors għall-atti ddelegati jipproteġi l-prerogattivi tal-Parlament Ewropew. Dan jagħti lill-Parlament Ewropew id-dritt għall-veto għall-att propost jew biex iħassar id-delega tas-setgħa lill-Kummissjoni.

Rappurtar

Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza kif ukoll sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tad-dispożizzjonijiet attwalment applikabbli tad-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni għad-dwana fil-Komunità (Dwana 2013), ir-rapporti ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u r-rapporti ta’ evalwazzjoni finali għandhom jiġu trasmessi lill-koleġiżlaturi.

Appoġġ ta’ kapaċità teknika

Sabiex jiġi żgurat appoġġ komprensiv għad-diversi aspetti ta’ involviment mill-awtoritajiet doganali, huwa xieraq li l-Programm m’għandux ikopri biss l-azzjonijiet konġunti, il-bini ta’ kapaċità fl-IT u l-bini ta’ kompetenza umana, iżda anke l-bini ta’ kapaċità teknika.

Il-bini ta’ kapaċità teknika jfisser l-appoġġ għall-pajjiżi parteċipanti fl-akkwist u l-manutenzjoni tat-tagħmir (eż. skeners, tagħmir tal-laboratorju)

Dan huwa partikolarment importanti sabiex jiġi ggarantit ħarsien effettiv tal-fruntiera esterna tal-UE.

Komponenti tas-sistemi ta’ informazzjoni Ewropej

Għandu jiġi stabbilit b’mod ċar mhux biss liema komponenti huma meqjusa bħala komponenti tal-Unjoni, iżda anke liema huma l-komponenti mhux tal-Unjoni.

Barra minn hekk, għandu jkun ċar li l-Unjoni għandha ġġorr l-ispejjeż relatati mal-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-komponenti tal-Unjoni, filwaqt li l-pajjiżi parteċipanti jġorru l-ispejjeż relatati mal-komponenti mhux tal-Unjoni.

9.7.2012

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS

għall-Kumitat tas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (DWANA) u li jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE

(COM(2011)0706 – C7‑0398/2011 – 2011/0341A(COD))

Rapporteur: Hynek Fajmon

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-programm FISCUS, kif propost mill-Kummissjoni Ewropea jkun suċċessur uniku għall-programmi eżistenti Dwana 2013 u Fiscalis 2013. Il-programm FISCUS, imħabbar fil-bidu ta’ Novembru bħala parti mill-pakkett usa’ tal-QFM, għandu l-għan li jgħaqqad iż-żewġ programmi flimkien f'isem il-semplifikazzjoni.

Il-programm Dwana 2013, li jirregola l-attivitajiet doganali, li jappoġġjaw il-ħidma vitali tal-Unjoni Doganali u l-attivitajiet tagħha, huwa ta' kompetenza esklussiva tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, il-Fiscalis 2013 jimmira li jsaħħaħ il-funzjonament tas-suq intern permezz ta' operazzjoni mtejba tas-sistemi ta’ tassazzjoni fi ħdan l-UE billi jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. Dan huwa programm tal-UE li ma għandux ikollu impatt fuq il-politika tat-tassazzjoni, li hi ta’ kompetenza primarja tal-Istati Membri.

Ir-Rapporteur għandu riżervi serji dwar il-fużjoni proposta taż-żewġ bażijiet legali. Iż-żewġ programmi għandhom għanijiet, objettivi u kuntesti diverġenti u distinti; għalhekk, għandhom igawdu minn arranġamenti legali differenti għall-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll.

Barra minn hekk, minkejja l-ġustifikazzjoni tal-Kummissjoni, ebda mill-evalwazzjonijiet ta' nofs it-terminu ma pproponew fużjoni u jeżisti nuqqas ta' evidenza ta' appoġġ għal proposta bħal din. Skont l-evalwazzjonijiet imwettqa minn konsulenti indipendenti, kemm il-Fiscalis u l-programm Dwana kienu qed joperaw tajjeb separatament.

Barra minn hekk, ladarba l-Kummissjoni żammet il-pakketti baġitarji għaż-żewġ programmi separati u esprimiet l-interess tagħha li tippreżerva l-identità taż-żewġ programmi, jidher loġiku li l-aħjar mod kif dan jiġi żgurat huwa li ż-żewġ programmi jinżammu separati.

Waqt li r-Rapporteur jappoġġja l-ħidma taż-żewġ programmi Fiscalis u Dwana, jirrakkomanda li jew il-Parlament Ewropew iqis li jirrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni, jew li l-kumitati ewlenin tal-Parlament jieħdu kwalunkwe forma ta’ azzjoni oħra li twassal għal żewġ bażijiet legali separati għall-programmi Fiscalis u Dwana rispettivament. Dan jippermetti li kwistjonijiet distinti u importanti li jaqgħu taħt żewġ atti legali ġodda li mbagħad jiġu eżaminati u nnegozjati separatament.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill- Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport(i) tiegħu:

Emenda  1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Premessa -A (ġdida)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

-A. Billi l-programmi Fiscalis u Dwana għandhom għanijiet, objettivi u kuntesti diverġenti u distinti u skont l-evalwazzjonijiet imwettqa mill-konsulenti indipendenti kienu qed jaħdmu tajjeb bħala programmi separati,

Emenda  2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu -1 (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

-1. Jirrimarka li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni lill-awtorità leġiżlattiva u li ma jistax jiġi stabbilit sakemm jintlaħaq qbil rigward il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-Qafas Finanzjarju Multiannwali għas-snin 2014-2020;

Emenda  3

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu -1a (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

-1a. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bl-isem “Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva1; itenni li huma meħtieġa riżorsi addizzjonali suffiċjenti fil-QFM li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista' tissodisfa l-prijoritajiet politiċi eżistenti tagħha u twettaq il-kompiti ġodda u msaħħa previsti mit-Trattat ta' Lisbona, kif ukoll biex tirreaġixxi għal avvenimenti mhux mistennija; jindika li anke b'żieda fil-livell ta' riżorsi għall-QFM li jmiss ta' mill-anqas 5 % meta mqabbel mal-livell tal-2013, il-kontribut għall-ilħuq tal-objettivi u l-impenji miftehma tal-Unjoni u għall-prinċipju tas-solidarjetà tal-Unjoni jista' jkun biss wieħed limitat; jistieden lill-Kunsill, jekk ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika b’mod ċar liema mill-prijoritajiet jew proġetti politiċi tiegħu jistgħu jitneħħew kompletament, minkejja l-garanzija tal-valur miżjud Ewropew tagħhom;

 

________________

 

1 Testi adottati, P7_TA(2011)0266.

Emenda  4

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1a (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1a. Iqis li l-programmi Fiscalis u Dwana għandhom igawdu minn arranġamenti legali differenti għall-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll u li l-aħjar mod kif tiġi ppreżervata l-indentità tal-programmi huwa li jinżammu separati;

Emenda  5

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1b (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1b. Għaldaqstant se jieħu azzjonijiet adegwati, u anki possibbilment jirrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni, biex jiżgura l-adozzjoni ta’ żewġ bażijiet legali separati għall-programmi Fiscalis u Dwana rispettivament;

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-attivitajiet tal-Programm, jiġifieri s-Sistemi ta’ Informazzjoni Ewropej, l-azzjonijiet konġunti għall-uffiċjali tad-dwana u tat-taxxa u l-inzjattivi komuni ta’ taħriġ, huma mistennija li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Billi jippromwovi qafas għal attivitajiet li l-għan tagħhom huwa li l-awtoritajiet doganali u tat-taxxa jkunu aktar effiċjenti, isaħħu l-kompetittività tan-negozji u jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni, il-Programm se jsaħħaħ b’mod attiv il-funzjonament tal-unjoni doganali u tas-suq intern.

(3) L-attivitajiet tal-Programm, jiġifieri s-Sistemi ta’ Informazzjoni Ewropej, l-azzjonijiet konġunti għall-uffiċjali tad-dwana u tat-taxxa u l-inzjattivi komuni ta’ taħriġ, se jikkontribwixxu għat-twettiq tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv billi jsaħħu l-funzjonament tas-Suq Uniku, jipprovdu qafas li jappoġġa l-attivitajiet li jsaħħu l-produttività tas-settur pubbliku u jħeġġu l-progress tekniku u l-innovazzjoni fl-amministrazzjonijiet doganali u fiskali nazzjonali u Ewropej. Billi jippromwovi qafas għal attivitajiet li l-għan tagħhom huwa li l-awtoritajiet doganali u tat-taxxa jkunu aktar effiċjenti, isaħħu l-kompetittività tan-negozji, jippromwovu l-impjiegi u jirrazzjonalizzaw u jikkoordinaw l-azzjonijiet tal-Istati Membri biex iħarsu l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tagħhom u dawk tal-Unjoni, il-Programm se jsaħħaħ b’mod attiv il-funzjonament tal-unjoni doganali u tas-suq intern.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Is-settur doganali tal-programm għandu jwassal għal kooperazzjoni akbar bejn l-Istati Membri fil-qasam tad-dwana li hija essenzjali għas-Suq Uniku. It-tariffi doganali huma wkoll sors importanti ta' dħul kemm għall-Unjoni u għall-baġits nazzjonali u għalhekk jistgħu jitqiesu bħala strument importanti għal finanzjament pubbliku effiċjenti.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) L-istimi jindikaw li n-nefqa marbuta mal-evażjoni tat-taxxa kull sena tiswa lill-gvernijiet tal-Istati Membri madwar EUR 860 biljun u l-evitar tat-taxxa madwar EUR 150 biljun. Id-daqs tal-evażjoni u l-evitar tat-taxxa jdgħajjef il-fiduċja u l-kunfidenza taċ-ċittadini fil-ġustizzja u l-leġittimità tal-ġbir tat-taxxi. Billi jitnaqqas bin-nofs id-distakk fiskali, l-Istati Membri jistgħu jiksbu dħul fiskali ġdid mingħajr ma jżidu r-rati fiskali. Kemm il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' April 20121 u l-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-1 u t-2 ta’ Marzu 2012, sejħu għal modi konkreti sabiex jiġu miġġielda l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa, anki permezz ta' kooperazzjoni u ta’ koordinazzjoni amministrattiva bejn is-sistemi fiskali. Għalhekk huwa importanti li jkun hemm iffukar akbar fuq il-ġlieda kontra l-frodi, l-evitar u l-evażjoni fiskali meta mqabbel ma' dak tal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 billi, bħala mezz ta' appoġġ, jiġu inkorporati fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE skeda komprensiva u mira kwantitattiva.

 

________________

 

1 Testi adottati, P7_TA(2012)0137.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu mħarsa permezz ta’ miżuri xierqa fiċ-ċiklu tal-infiq kollu, inklużi l-prevenzjoni, l-iskoperta u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati ħażin u, fejn xieraq, penalitajiet.

(14) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu mħarsa permezz ta’ miżuri xierqa fiċ-ċiklu tal-infiq kollu, inklużi l-prevenzjoni, l-iskoperta u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati ħażin u, fejn xieraq, penalitajiet. Huwa evidenti li l-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni huwa fl-interess stess tal-Istati Membri u jista' jitqies ukoll bħala strument importanti għall-Istati Membri biex iżidu d-dħul nazzjonali tagħhom.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan l-objettiv jitkejjel, inter alia permezz tal-indikatur li ġej: l-evoluzzjoni tal-perċezzjoni tal-partijiet interessati tal-Programm fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Programm lejn il-funzjonament tal-Unjoni Doganali u t-tisħiħ tas-suq intern.

Dan l-objettiv jitkejjel, inter alia permezz tal-indikatur li ġej: l-evoluzzjoni tal-perċezzjoni tal-partijiet interessati tal-Programm fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Programm lejn il-funzjonament tal-Unjoni Doganali u t-tisħiħ tas-suq intern. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tfassal indikaturi ulterjuri oġġettivament verifikabbli u li jistgħu jitkejlu sabiex l-ilħiq tal-objettiv jiġi evalwat .

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-prevenzjoni tal-frodi u l-evażjoni tat-taxxa u sabiex tiżdied il-kompetittività, is-sikurezza u s-sigurtà biż-żieda ta' kooperazzjoni mal- organizzazzjonijiet internazzjonali, l-awtoritajiet governattivi l-oħra, il-pajjiżi terzi, l-operaturi ekonomiċi u l-organizzazzjonijiet tagħhom,

(c) il-prevenzjoni tal-frodi, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa u sabiex tiżdied il-kompetittività, is-sikurezza u s-sigurtà biż-żieda ta' kooperazzjoni mal- organizzazzjonijiet internazzjonali, l-awtoritajiet governattivi l-oħra, il-pajjiżi terzi, l-operaturi ekonomiċi u l-organizzazzjonijiet tagħhom,

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-ħarsien tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha permezz tal-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa,

(e) il-ħarsien tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha permezz tal-ġlieda kontra l-frodi, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa,

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull objettiv speċifiku t’hawn fuq għandu jitkejjel b’indikatur abbażi tal-perċezzjoni tal-partijiet interessati tal-Programm fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Programm għar-realizzazzjoni tal-objettivi speċifiċi.

2. Kull objettiv speċifiku t’hawn fuq għandu jitkejjel b’taħlita ta’ indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi. B’mod partikolari, il-Kummissjoni se tfassal indikaturi oġġettivament verifikabbli u li jistgħu jitkejlu sabiex jiġi evalwat l-ilħuq tal-objettiv għal kull wieħed mill-punti msemmija fil-paragrafu 1.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għandu jkun ta’ EUR 777 600 000 (fi prezzijiet attwali).

1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm fi ħdan it-tifsira tal-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali ta’ XX/201Z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni f’materji marbuta mal-baġit u fir-rigward ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba għandu jkun ta’ EUR 777 600 000 (fi prezzijiet attwali).

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu deċiżi b’rispett sħiħ tal-prerogattivi tal-awtorità baġitarja.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-Programm permezz ta’ programm annwali ta’ ħidma għal kull settur tal-Programm, inkluż il-prijoritajiet għall-Programm, l-analiżi statistika tal-baġit u l-kriterji tal-evalwazzjoni għall-għotjiet għal azzjonijiet. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(2) u r-Regolament Finanzjarju.

1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-Programm permezz ta’ programm annwali ta’ ħidma għal kull settur tal-Programm, inkluż il-prijoritajiet għall-Programm, l-analiżi statistika tal-baġit u l-kriterji tal-evalwazzjoni għall-għotjiet għal azzjonijiet. Dawn il-programmi ta’ ħidma annwali għandhom jirrispettaw sew l-ekwilibriju bejn il-partijiet dognali u l-parti fiskali. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jikkonċernaw mekkaniżmi għal kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju ta’ setghat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni1, il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2) u r-Regolament Finanzjarju.

 

________________

 

1 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għandu jintuża grupp ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5(2), inter alia, sabiex jitkejlu l-effetti u l-impatti tal-Programm. Huma għandhom jitkejlu skont xenarji bażi predefiniti li jirriflettu s-sitwazzjoni qabel l-implimentazzjoni.

2. Għandu jintuża grupp ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5(2), inter alia, sabiex jitkejlu l-effetti u l-impatti tal-Programm. Il-Kummissjoni għandha tfittex li tiddefinixxi dawn l-indikaturi ta' prestazzjoni bħala oġġettivament verifikabbli u li jistgħu jitkejlu. L-indikaturi ta' prestazzjoni għandhom jitkejlu skont xenarji bażi predefiniti li jirriflettu s-sitwazzjoni qabel l-implimentazzjoni

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Evalwazzjoni

Evalwazzjoni u rieżami

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu, dwar l-ilħuq tal-objettivi tal-azzjonijiet tal-Programm, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tal-Programm sa mhux iżjed tard minn nofs l-2018. Dan ir-rapport għandu jindirizza b’mod addizzjonali s-simplifikazzjoni, ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi, kif ukoll il-kontribut tal-Programm għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inkużiv.

2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu, dwar l-ilħuq tal-objettivi tal-azzjonijiet tal-Programm, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tal-Programm sa mhux iżjed tard minn nofs l-2018. Dan ir-rapport għandu jindirizza b’mod addizzjonali s-simplifikazzjoni, ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi, kif ukoll il-kontribut tal-Programm għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inkużiv. Fuq il-bażi ta’ din l-evalwazzjoni, u jekk xieraq, il-Kummissjoni tista’ tipproponi li l-awtorità leġiżlattiva temenda dan ir-Regolament.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Anness – parti I – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. It-twaqqif ta’ azzjonijiet relatati mal-oqsma doganali u tat-taxxa li jinvolvu pajjiżi terzi u esperti esterni.

6. It-twaqqif ta’ azzjonijiet relatati mal-oqsma doganali u tat-taxxa li jinvolvu pajjiżi terzi u esperti esterni, primarjament biex tiżdied it-trasparenza u jissaħħaħ il-kontroll sabiex jiġi evitat l-użu ta' rifuġji fiskali.

Titlu

L-istabbiliment ta’ programm ta' azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (DWANA) u r-revoka d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE

Referenzi

COM(2011)0706 – C7-0398/2011 – 2011/0341A(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

16.5.2012

 

 

 

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

      Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

14.12.2011

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Hynek Fajmon

29.2.2012

Data tal-adozzjoni

20.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

2

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Francesca Balzani, Zuzana Brzobohatá, Andrea Cozzolino, Eider Gardiazábal Rubial, Jens Geier, Ivars Godmanis, Ingeborg Gräßle, Lucas Hartong, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Giovanni La Via, Barbara Matera, Claudio Morganti, Juan Andrés Naranjo Escobar, Nadezhda Neynsky, Dominique Riquet, Alda Sousa, László Surján, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Jürgen Klute, Jan Mulder, María Muñiz De Urquiza, Paul Rübig, Theodor Dumitru Stolojan

PROĊEDURA

Titolu

L-istabbiliment ta’ programm ta’ azzjoni għad-dwana u t-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (FISCUS) u t-tħassir tad-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE

Referenzi

COM(2012)0464 – C7-0241/2012 – COM(2011)0706 – C7-0398/2011 – 2011/0341A(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

23.8.2012

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

16.5.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

14.12.2011

ECON

16.5.2012

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ECON

11.9.2012

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Raffaele Baldassarre

24.1.2012

 

 

 

Bażi legali kkontestata

       Data tal-opinjoni tal-JURI

JURI

10.7.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

19.3.2012

30.5.2012

6.9.2012

6.11.2012

 

28.11.2012

17.12.2012

24.1.2013

 

Data tal-adozzjoni

23.1.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Preslav Borissov, Cristian Silviu Buşoi, Jorgo Chatzimarkakis, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Evelyne Gebhardt, Malcolm Harbour, Philippe Juvin, Hans-Peter Mayer, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Emilie Turunen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Jürgen Creutzmann, Ashley Fox, Anna Hedh, Constance Le Grip, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Kyriacos Triantaphyllides

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, Elisa Ferreira, Małgorzata Handzlik, Angelika Niebler, Isabelle Thomas, Patricia van der Kammen

Data tat-tressiq

30.1.2013