RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ tal-viżi

5.3.2013 - (12282/2012 – C7‑0200/2012 – 2012/0138(NLE)) - ***

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Claude Moraes

Proċedura : 2012/0138(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0059/2013

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ tal-viżi

(12282/2012 – C7‑0200/2012 – 2012/0138(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12282/2012),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi (11044/2012),

–   wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2)(a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7‑0200/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0059/2013);

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ukraina.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Ftehim dwar l-Iffaċilitar tal-Viżi bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina ilu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2008. Dan il-ftehim kien ta’ suċċess kbir b’rata baxxa ta’ rifjut ta’ viżi ta’ 3.3%. Minkejja dan is-suċċess, evalwazzjoni tal-funzjonament tal-ftehim enfasizzat xi emendi addizzjonali li għandhom isiru biex jiġu korretti kwalunkwe rappreżentanzi ħżiena jew differenzi fl-interpretazzjonijiet tat-test.

Dan il-Ftehim emendat dwar l-Iffaċilitar tal-Viżi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina jkompli fuq is-suċċessi tal-ftehim oriġinali u joffri titjib sustanzjali għaċ-ċittadini Ukraini. Xi wħud mill-emendi ewlenin tal-ftehim huma kif ġej:

•    Rekwiżiti simplifikati għal dokumenti rigward l-objettiv tal-vjaġġ għal kategorija usa ta’ applikanti inklużi rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, ekwipaġġ tekniku li jakkumpanja lill-ġurnalisti u lill-membri ta’ professjonijiet li jipparteċipaw f’wirjiet internazzjonali, konferenzi u seminars.

•    Dispożizzjonijiet dwar il-perjodu ta’ validità ta’ viżi ta’ diversi dħul ġew kjarifikati u saru ħafna iktar konċiżi.

•    Is-sistema ta’ implimentazzjoni ta’ ħlas ta’ urġenza ġiet riveduta biex jiġu introdotti dispożizzjonijiet imtejba. Il-ħlas ta’ urġenza issa tneħħa għall-persuni li jippreżentaw applikazzjonijiet tal-aħħar minuta, iżda ġie introdott għal meta applikanti jagħmlu talba tal-aħħar minuta minħabba li joqgħodu ‘l bogħod minn konsulat.

•    Kjarifiki dwar dispożizzjonijiet rigward l-ispejjeż tal-esternalizzazzjoni. Fil-ftehim oriġinali, kienu tqajmu dubbji dwar il-legalità ta’ ħlas ta’ servizz żejjed marbut mal-esternalizzazzjoni peress li dan iżid il-prezz ta’ viża għal iktar miċ-ċifra ta’ €35 kif inhu ddikjarat fil-ftehim.

•    L-Istati Membri approvaw it-twessigħ tal-ambitu tal-ftehim biex jinkludi Eżenzjoni mill-Viża għal detenturi ta’ Passaport ta’ Servizz jekk ikun passaport bijometriku. Bħala salvagwardja, il-ftehim jinkludi Dikjarazzjoni li l-UE se tirrevoka din id-dispożizzjoni jekk ikun hemm kwalunkwe abbuż ta’ din l-eżenzjoni mill-viża jew problemi marbuta ma’ din għal raġunijiet ta’ ordni pubblika.

L-istabbiliment ta’ reġim mingħajr obbligu ta’ viża għaċ-ċittadini Ukraini li jivvjaġġaw lejn pajjiżi tal-UE m’għandux jiddependi mill-klima politika tar-relazzjonijiet UE-Ukraina. L-Ukraini, bħal ċittadini ta' pajjiżi tal-UE li jivvjaġġaw lejn l-Ukraina, għandu jkollhom id-dritt li jivvjaġġaw mingħajr l-obbligu ta' viża fi ħdan l-UE kif inhu stipulat skont it-termini ta' dan il-ftehim.

Ftehim ta’ ffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi huwa importanti ħafna f’ħajjet in-nies u jsaħħaħ il-kuntatti bejn in-nies biex b'hekk tkun iktar faċli għal ċittadini ordinarji biex jivvjaġġaw. Il-bidliet f’dan il-ftehim jiffaċilitaw l-ivvjaġġar għal rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, l-NGOs, il-ġurnalisti u ż-żgħażagħ. Impenn konġunt bejn l-UE u l-Ukraina jista' jikkontribwixxi b'mod effettiv għall-iżvilupp tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem billi jiġu promossi kuntatt iktar faċli u l-ivvjaġġar għan-nies bejn iż-żewġ stati ta' kuntatt.

Ir-Rapporteur jipproponi li, fid-dawl ta’ dan it-tijib pożittiv, il-Parlament Ewropew għandu jappoġġa l-approvazzjoni ta’ dan il-ftehim.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (23.1.2013)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi
(12282/2012 – C7‑0200/2012 – 2012/0138(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Paweł Robert Kowal

ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

Il-ftehim emendat dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina jintroduċi titjib evidenti fil-ħruġ ta’ viżi għaċ-ċittadini Ukraini meta mqabbel mal-ftehim attwalment fis-seħħ. Huwa jissimplifika r-rekwiżiti għad-dokumenti li jridu jiġu ppreżentati minn ċerti applikanti ta’ viżi u jespandi l-kategorija ta’ persuni li jistgħu jibbenefikaw minn viża ta’ dħul ta’ sena jew ħames snin.

Il-kategoriji l-ġodda koperti mill-ftehim emendat jinkludu rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jivvjaġġaw b’mod regolari lejn Stati Membri għal skopijiet ta’ taħriġ edukattiv jew konferenzi, parteċipanti fi programmi ta’ kooperazzjoni transkonfinali ffinanzjati mill-UE, studenti u studenti fil-livell postuniversitarju, rappreżentanti ta’ komunitajiet reliġjużi, persuni li jipparteċipaw għal raġunijiet professjonali f’konferenzi jew seminars organizzati fit-territorju tal-UE; kif ukoll, persuni li għandhom bżonn jidħlu b’mod regolari fl-UE minħabba raġunijiet mediċi u l-persuni li jakkompanjawhom.

Dan għalhekk jikkostitwixxi pass importanti lejn l-istabbiliment ta’ reġim ta’ vjaġġar mingħajr obbligu ta’ viża bejn l-Ukraina u l-Unjoni Ewropea, kif mixtieq mill-Parlament Ewropew. Huwa wkoll sinjal ċar fil-konfront taċ-ċittadini Ukraini tal-impenn qawwi tal-UE lejn it-tisħiħ tas-sħubija tagħha mas-soċjetà Ukraina u sabiex jiġu żviluppati u ffaċilitati aktar il-kuntatti bejn il-popli, f’konformità mal-Politika Ewropea tal-Viċinat imġedda.

******

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranini jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jipproponi li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

22.1.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

51

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pino Arlacchi, Franziska Katharina Brantner, Elmar Brok, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Ana Gomes, Richard Howitt, Anna Ibrisagic, Jelko Kacin, Tunne Kelam, Nicole Kiil-Nielsen, Maria Eleni Koppa, Andrey Kovatchev, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Eduard Kukan, Vytautas Landsbergis, Ryszard Antoni Legutko, Krzysztof Lisek, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Mario Mauro, Francisco José Millán Mon, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Raimon Obiols, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Mirosław Piotrowski, Bernd Posselt, Fiorello Provera, Libor Rouček, Tokia Saïfi, Nikolaos Salavrakos, György Schöpflin, Marek Siwiec, Sophocles Sophocleous, Charles Tannock, Inese Vaidere, Sir Graham Watson, Karim Zéribi

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Charalampos Angourakis, Göran Färm, Elisabeth Jeggle, Barbara Lochbihler, Emilio Menéndez del Valle, Teresa Riera Madurell, Potito Salatto, Indrek Tarand, Traian Ungureanu

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Da Graça Carvalho, Jolanta Emilia Hibner, Ivari Padar, Monika Panayotova

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

21.2.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

3

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Mario Borghezio, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Philip Claeys, Carlos Coelho, Ioan Enciu, Frank Engel, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Ágnes Hankiss, Anna Hedh, Sophia in ‘t Veld, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Timothy Kirkhope, Juan Fernando López Aguilar, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Véronique Mathieu Houillon, Anthea McIntyre, Nuno Melo, Louis Michel, Claude Moraes, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Rui Tavares, Nils Torvalds, Wim van de Camp, Axel Voss, Renate Weber, Josef Weidenholzer, Auke Zijlstra

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Dimitrios Droutsas, Mariya Gabriel, Marian-Jean Marinescu, Jan Mulder, Raül Romeva i Rueda, Kārlis Šadurskis, Salvador Sedó i Alabart

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Knut Fleckenstein, Karin Kadenbach, Ivailo Kalfin, Iosif Matula