RAPPORT dwar il-libertà tal-istampa u tal-midja fid-dinja

20.5.2013 - (2011/2081(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur: Marietje Schaake

Proċedura : 2011/2081(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0176/2013
Testi mressqa :
A7-0176/2013
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-libertà tal-istampa u tal-midja fid-dinja

(2011/2081(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 19 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR), l-Artikolu 19 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), u l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li jirrikonoxxi d-dritt għal-libertà ta' espressjoni tat-tfal,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tat-28 ta' Marzu 2008 (7/36) li testendi l-mandat tar-Rapporteur Speċjali dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-dritt għal-libertà ta' opinjoni u espressjoni[1],

–  wara li kkunsidra r-rapporti tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-dritt tal-libertà ta' opinjoni u espressjoni, Frank La Rue[2], li jissottolinjaw ukoll l-applikabbiltà tan-normi u l-istandards tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali dwar id-dritt għal-libertà ta' opinjoni u espressjoni fuq l-internet li hu meqjus bħala mezz ta' komunikazzjoni,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-5 ta' Lulju 2012 intitolata 'Il-promozzjoni, il-protezzjoni u t-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem fuq l-internet'[3] li tirrikonoxxi l-importanza tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u ċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta' informazzjoni fuq l-internet,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-21 ta' Marzu 2011 mir-Rappreżentant Speċjali tan-NU dwar il-kwistjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-korporazzjonijiet transnazzjonali u impriżi oħrajn tan-negozju, John Ruggie, bit-titolu 'Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem: L-implimentazzjoni tal-Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti "Protezzjoni, Rispett u Rimedju"[4],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU S/RES/1738 tat-23 ta' Diċembru 2006 dwar l-attakki kontra l-ġurnalisti, il-professjonisti tal-midja u l-persunal assoċjat f'kunflitti armati[5],

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-12 ta' Awwissu 1949[6], b'mod partikolari l-Artikolu 79 tal-Protokoll Addizzjonali I tiegħu rigward il-protezzjoni tal-ġurnalisti involuti f'missjonijiet professjonali perikolużi fiż-żoni ta' kunflitt armat,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tan-NU dwar is-Sigurtà tal-Ġurnalisti u l-Kwisjoni tal-Impunità, li ġie approvat fit-12 ta' April 2012 mill-Bord tal-Kapijiet Eżekuttivi tan-NU[7],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 1920(2013) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, bit-titolu 'L-Istat tal-Libertà tal-Midja fl-Ewropa' u adottata fl-24 ta' Jannar 2013,

–  wara li kkunsidra l-ħidma mwettqa mill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) dwar il-libertà tal-midja, u b'mod partikolari r-rapporti tar-Rappreżentant tagħha dwar il-Libertà tal-Midja,

–  wara li kkunsidra r-rapporti tal-NGOs dwar il-midja bħal dawk tal-Korrispondenti Mingħajr Fruntieri (l-Indiċi dwar il-Libertà tal-Istampa) u ta' Freedom House (ir-rapporti dwar il-Libertà tal-Istampa), u l-Istitut Internazzjonali għall-Istampa (Death Watch u Reviżjoni tal-Libertà tal-Istampa Dinjija Annwali tal-IPI),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Frar 2013 dwar 'Ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva: promozzjoni tal-interessi tas-soċjetà u triq lejn l-irkupru sostenibbli u inklużiv'[8],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Frar 2013 dwar 'Ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva: imġiba kummerċjali responsabbli u trasparenti u tkabbir sostenibbli'[9],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2012 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni[10],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2012 dwar il-Konferenza Dinjija dwar it-Telekomunikazzjonijiet Internazzjonali (WCIT-12) tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjonijiet, u l-espansjoni possibbli tal-kamp ta' applikazzjoni tar-regolamenti tat-telekomunikazzjonijiet internazzjonali[11],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2012 bit-titolu 'Strateġija dwar il-Libertà Diġitali fil-Politika Barranija tal-UE' [12],

–  wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (11855/2012) adottati mill-Kunsill fil-25 ta' Ġunju 2012,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem[13],

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli Catherine Ashton f'isem l-Unjoni Ewropea fl-okkażjoni ta' Jum il-Libertà Dinjija għall-Istampa[14],

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2011 bit-titolu 'Id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fil-Qalba tal-Azzjoni Esterna tal-UE – Lejn Approċċ Aktar Effettiv' (COM(2011)0886),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tat-12 ta' Diċembru 2011 mill-Kummissarju għall-Aġenda Diġitali dwar 'l-Istrateġija ta' Mingħajr Skonnettjar'[15],

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-25 ta' Ottubru 2011 bit-titolu 'Strateġija rinnovata tal-UE 2011-2014 għar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva' (COM(2011)0681),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2011 dwar politiki esterni tal-UE favur id-demokratizzazzjoni[16],

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni tal-25 ta' Mejju 2011 bit-titolu 'Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni' (COM(2011)0303),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-litteriżmu medjatiku fid-dinja diġitali[17],

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta' strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (EIDHR)[18], kif ukoll għall-istrumenti finanzjarji esterni l-oħrajn kollha,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2006 dwar il-klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fi ftehimiet tal-Unjoni Ewropea[19],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar każijiet urġenti ta' ksur tad-drittijiet tad-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, inklużi r-riżoluzzjonijiet tiegħu speċifiċi skont il-pajjiż li jqajmu tħassib rigward il-libertà tal-istampa u tal-midja u b'mod partikolari l-inkarċerazzjoni ta' ġurnalisti u bloggers,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari d-dispożizzjoni tiegħu li 'il-libertà u l-pluraliżmu tal-mezzi tal-komunikazzjoni għandhom ikunu rrispettati',

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa u n-negozjati li għaddejjin dwar l-adeżjoni tal-UE magħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0176/2013),

Il-prinċipji u r-rwol tal-istampa u tal-midja

A.  billi d-dritt tal-libertà ta' espressjoni huwa dritt universali tal-bniedem, li jinsab fil-bażi tad-demokrazija, u huwa essenzjali għat-twettiq ta' drittijiet oħrajn li l-persuni madwar id-dinja jissieltu biex jiksbu, bħall-iżvilupp, id-dinjità u s-sodisfazzjon ta' kull bniedem;

B.  billi r-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-espressjoni għandhom konsegwenzi serji, għandhom ikunu limitati ħafna u jistgħu jiġu ġustifikati biss abbażi ta' kundizzjonijiet limitati u stretti previsti minn liġijiet li fihom nnifishom huma kkunsidrata leġittimi skont id-dritt internazzjonali; billi l-libertà tal-espressjoni hija dritt fundamentali u marbuta mill-qrib mal-libertà u l-pluraliżmu tal-istampa u tal-midja; billi l-istati li ffirmaw il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR) huma obbligati li jiżguraw li jkunu garantiti stampa u midja indipendenti, liberi u pluralistiċi;

C.  billi l-pjattaformi tal-midja huma essenzjali biex jiġi eżerċitat id-dritt tal-libertà ta' espressjoni; billi l-istampa indipendenti, bħala manifestazzjoni kollettiva tal-libertà ta' espressjoni, hi waħda mill-atturi prinċipali fix-xena tal-midja, li taġixxi bħala gwardjan tad-demokrazija;

D.  billi l-libertà ta' espressjoni tal-istampa, tal-midja u tas-settur diġitali u l-ġurnaliżmu huma kkunsidrata bħala beni pubbliċi;

E.  billi l-pjattaformi tal-midja (diġitali) kull ma jmur qed ikunu ta' natura globali kif ukoll numru li dejjem jikber ta' utenti;

F.  billi l-internet u l-midja huma strumenti użati mid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

G.  billi n-newtralità tan-net hija prinċipju essenzjali għall-internet miftuħ, li trawwem il-komunikazzjoni billi tiżgura l-kompetizzjoni u t-trasparenza, u hi wkoll ta' benefiċċju għall-opportunitajiet ta' negozju u tistimula l-innovazzjoni, il-ħolqien tax-xogħol u t-tkabbir;

H.  billi l-libertà tal-kelma u ta' espressjoni tal-midja u l-libertà tal-ġurnalisti huma mhedda fid-dinja kollha, u ħafna drabi l-ġurnalisti huma wkoll difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u promoturi tal-libertà ta' assoċjazzjoni, opinjoni, reliġjon u twemmin; billi, madankollu, il-ġurnalisti ħafna drabi jiġu ppersegwitati u mitfugħa l-ħabs;

I.  billi l-pjattaformi diġitali u onlajn ġodda tal-midja ikkontribwixxew għal żieda fid-diversità u l-pluraliżmu;

J.  billi l-isforzi u l-programmi tal-UE li jrawmu u jipproteġu l-libertà tal-istampa u l-midja fid-dinja kollha hemm bżonn li jiġu ottimizzati, filwaqt li jibnu fuq il-ħidma siewja tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet tal-ġurnalisti;

K.  billi l-UE tista' tkun kredibbli biss fix-xena dinjija jekk il-libertà tal-istampa u tal-midja huma salvagwardati u rrispettati fl-Unjoni nnifisha;

Żviluppi reċenti

1.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-gvernijiet huma dawk primarjament responsabbli għall-garanzija u l-protezzjoni tal-libertà tal-istampa u tal-midja; jenfasizza l-fatt li l-gvernijiet ukoll għandhom ir-responsabbiltà primarja għat-txekkil tal-libertà tal-istampa u tal-midja, fl-agħar każijiet, dejjem qed jirrikorru iżjed għal pressjonijiet ġuridiċi, sabiex jirristrinġu dik il-libertà, pereżempju permezz tal-abbuż tal-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu jew kontra l-estremiżmu u l-liġijiet dwar is-sigurtà nazzjonali, it-tradiment jew is-sovverżjoni; jinnota li għandu jinstab bilanċ bejn il-kwistjonijiet tas-sigurtà nazzjonali u l-libertà tal-informazzjoni sabiex ma jitħallewx isiru abbużi u tiġi ggarantita l-indipendenza tal-istampa u tal-midja; jirrikonoxxi li imperi tal-midja li jappartjenu lill-politiċi xi kultant għandhom is-setgħa li jwettqu kampanji ta' informazzjoni żbaljata; jenfasizza li huwa essenzjali li l-istampa u l-midja jkunu jistgħu joperaw b'mod indipendenti u ħielsa mill-pressjoni permezz ta' mezzi politiċi u finanzjarji; jinsab allarmat dwar it-tendenza ġenerali 'l isfel fil-gradwatorji tal-ambjenti tal-libertà tal-istampa u tal-midja f'diversi pajjiżi kemm fl-Ewropa kif ukoll barra l-Ewropa, skont l-Indiċijiet u r-Rapporti ta' Analiżi annwali l-aktar riċenti (ara l-lista fl-Anness fl-aħħar ta' dan ir-rapport);

2.  Jenfasizza li l-midja onlajn u tradizzjonali ħielsa, indipendenti u pluralistika huma wieħed mill-pedamenti tad-demokrazija u l-pluraliżmu; jirrikonoxxi l-importanza ta' riżorsi ta' informazzjoni bħala garanziji reali ta' libertà u pluraliżmu tal-midja; jindika li ż-żamma u t-tisħiħ tal-libertà u l-indipendenza tal-midja fid-dinja huwa fl-interess komuni; jinnota li r-rwol tal-midja ħielsa u indipendenti u l-iskambju ħieles ta' informazzjoni huma ta' importanza kbira fil-kuntest tal-bidliet demokratiċi li jseħħu f'reġimi mhux demokratiċi;

3.  Jiddeplora l-fatt li l-ġurnalisti ta' spiss jiġu feruti jew maqtula jew qed ikunu soġġetti għal abbużi serji fid-dinja kollha, ta' spiss b'impunità; jenfasizza, għaldaqstant, l-importanza li tiġi miġġielda l-impunità; jenfasizza li l-awtoritajiet ma jistawx jittrattaw it-theddid u l-vjolenza diretta lejn il-ġurnalisti jew jiżguraw is-sigurtà tagħhom sakemm l-awtoritajiet politiċi, ġudizzjarji u tal-pulizija jieħdu azzjoni deċiżiva kontra dawk li jattakkaw lill-ġurnalisti u xogħolhom. jirrimarka li l-effetti tal-impunità għandhom impatt mhux biss fuq il-libertà tal-istampa, iżda wkoll fuq il-ħidma ta' kuljum tal-ġurnalisti, kif ukoll joħolq klima ta' biża' u awtoċensura; jemmen li l-UE għandha tieħu pożizzjoni aktar soda lejn il-pajjiżi li kontinwament jippermettu li atti bħal dawn ma jiġux ikkastigati, u jistieden lill-istati jiggarantixxu s-sigurtà tal-ġurnalisti;

4.  Jenfasizza li l-liġijiet, ir-regolamentazzjoni statutorja, l-intimidazzjoni, il-multi u s-sjieda kkonċentrata immens minn politiċi jew oħrajn b'kunflitti ta' interess kollha huma fatturi li jistgħu jillimitaw il-libertà għall-kisba u l-aċċess tal-informazzjoni u li jistgħu jirriżultaw f'theddid għal-libertà tal-espressjoni;

5.  Jenfasizza li tista' ssir pressjoni indiretta fuq l-istampa u l-midja mill-gvernijiet; iqis li f'ħafna pajjiżi il-midja tiddependi ħafna fuq ir-reklamar tal-gvern, li mbagħad jista' jsir għodda biex issir pressjoni fuq il-midja, u li l-liċenzji jew il-penali fiskali jistgħu jintużaw ukoll biex jirristrinġu l-operazzjoni tal-midja kritika;

6.  Jiddeplora l-fatt li l-kriminalizzazzjoni tal-espressjoni qed tiżdied; ifakkar li l-ġurnalisti fid-dinja kollha ħafna drabi qed jinżammu l-ħabs minħabba xogħolhom; huwa konxju tal-użu tal-liġijiet dwar il-malafama, il-blasfemija u l-libell, kif ukoll il-leġiżlazzjoni li tirreferi għad-'degradazzjoni tal-immaġni tal-pajjiż barra mill-pajjiż' u l-'propaganda omosesswali' għall-inkarċerazzjoni jew iċ-ċensura tal-ġurnalisti u biex jostakolaw l-libertà ta' espressjoni; jiddispjaċih li ċ-ċensura trawwem l-awtoċensura; jitlob li jintemmu l-vessazzjonijiet fil-konfront tal-ġurnalisti, li għandhom ikunu jistgħu jagħmlu xogħolhom b'mod indipendenti mingħajr biża' minn vjolenza u rikriminazzjoni, u għar-rilaxx immedjat tal-ġurnalisti u bloggers kollha li jinsabu l-ħabs inġustament minħabba xogħolhom;

7.  Jikkundanna bil-qawwa l-fatt li ħafna ġurnalisti ma għandhom l-ebda aċċess għall-assistenza legali filwaqt li l-professjoni tagħhom qed tkun dejjem aktar minn ta' quddiem fit-taqbida għad-drittijiet tal-bniedem, sew jekk onlajn jew jekk offlajn;

8.  Jikkunsidra t-tendenza tas-sjieda kkonċentrata tal-midja f'konglomerati kbar bħala theddida għal-libertà tal-midja u l-pluraliżmu, speċjalment meta d-diġitalizzazzjoni qed isseħħ b'mod parallel; jisħaq l-importanza ta' infrastruttura tal-midja sottostanti miftuħa u abilitanti, kif ukoll l-eżistenza ta' regolaturi indipendenti;

9.  Jirrikonoxxi l-potenzjal ta' fondazzjonijiet privati u NGOs li jappoġġaw il-ġurnaliżmu ta' kwalità u li jkunu promoturi tal-innovazzjoni;

10.  Jenfasizza li, filwaqt li l-impriżi jassumu responsabbiltajiet ġodda f'dinja globali u marbuta b'mod diġitali, iħabbtu wiċċhom ukoll ma' sfidi ġodda f'oqsma li tradizjonalment kienu jaqgħu taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet pubbliċi; huwa konxju li l-ordnijiet ta' mblokk tal-gvernijiet li jaffettwaw il-kontenut u s-servizzi onlajn ħolqu pressjoni fuq l-indipendenza editorjali u l-kontinwità tas-servizz;

11.  Jinsab konxju li l-midja ta' spiss tintuża u/jew tiġi involuta f'għodda tradizzjonali ta' propoganda u li, speċifikament fir-rigward tal-midja tas-servizz pubbliku, l-indipendenza finanzjarja u politika, kif ukoll il-pluraliżmu, huma essenzjali; jenfasizza li l-midja pubblika ħielsa u indipendenti għandha rwol kruċjali fl-approfondiment tad-demokrazija, fil-massimizzazzjoni tal-involviment tas-soċjetà ċivili fid-dibattiti u fl-affarijiet pubbliċi, u fl-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini fit-triq għad-demokrazija;

12.  Jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' kodiċi tal-etika għall-ġurnalisti kif ukoll għal dawk involuti fil-ġestjoni ta' ħwienet tal-midja, sabiex tkun żgurata l-indipendenza sħiħa tal-ġurnalisti u l-korpi tal-midja; jirrikonoxxi l-importanza tal-infurzar ta' kodiċi bħal dawn permezz tat-twaqqif ta' korpi regolatorji indipendenti;

Diġitalizzazzjoni

13.  Jirrikonoxxi l-impatt potenzjali tal-midja tal-lum li hi dejjem aktar diġitalizzata u l-effetti tagħha ta' għoti ta' setgħat fuq individwi permezz ta' żieda fil-livelli ta' informazzjoni u ta' ħsieb kritiku, u jinsab konxju tal-fatt li dawn l-iżviluppi joħolqu ansjetà, b'mod partikolari għar-reġimi awtoritarji;

14.  Jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-pjattaformi tal-midja diġitali u onlajn fl-irvelli kontra r-reġimi dittatorjali fis-snin reċenti;

15.  Jenfasizza li l-aċċess għall-informazzjoni, kemm onlajn kif ukoll offlajn, huwa neċessarju għall-evoluzzjoni tal-opinjoni u l-espressjoni, kif ukoll għall-espressjoni u l-komunikazzjoni tal-kontenut permezz tal-pjattaformi tal-midja, peress li dawn jikkostitwixxu kontrolli essenzjali fuq is-setgħa;

16.  Jirrikonoxxi li d-diġitalizzazzjoni tal-midja u l-informazzjoni wessgħet il-portata u l-impatt tagħhom iżda ċajpret ukoll id-distinzjoni sottili bejn l-informazzjoni u l-opinjoni; jinnota ż-żieda sinifikanti fil-kontenut iġġenerat mill-utenti u l-ġurnaliżmu taċ-ċittadin;

17.  Jikkunsidra li d-diġitalizzazzjoni tal-istampa u tal-midja qed iżżid saffi ġodda fix-xena tal-midja, filwaqt li tqajjem mistoqsijiet dwar l-aċċess, il-kwalità, l-objettività tal-informazzjoni u l-protezzjoni tagħha;

18.  Jenfasizza li d-diġitalizzazzjoni tagħmilha aktar faċli għall-persuni li jaċċedu għall-informazzjoni u jikkontrollaw lill-uffiċjali, u li jkun żgurat li d-data u d-dokumentazzjoni jiġu kondiviżi u mxerrda u li l-każijiet ta' inġustizzja jew korruzzjoni jiġu żvelati;

19.  Jenfasizza li biex jiġi żblukkat il-potenzjal sħiħ tal-infrastrutturi tal-IT, hija meħtieġa interoperabbiltà globali u regolamentazzjoni xierqa u li, dawn l-elementi tal-ICT għandhom jiġu inkorporati kemm fix-xena tal-midja eżistenti kif ukoll f'dik li qed tevolvi, flimkien mal-kundizzjonijiet bażiċi ta' indipendenza, pluralità u diversità;

20.  Jiddeplora t-tentattivi kollha biex jinħolqu diversi forom ta' 'internet magħluq', peress li dawn jirrappreżentaw ksur serju tad-dritt tal-informazzjoni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet kollha biex joqogħdu lura milli jagħmlu tentattivi bħal dawn;

21.  Jinsab imħasseb dwar is-sorveljanza tal-massa, iċ-ċensura tal-massa u x-xejriet ta' mblokk u filtraġġ li jaffettwaw mhux biss il-midja u l-ħidma tal-ġurnalisti u tal-bloggers iżda jfixklu wkoll il-ħidma tas-soċjetajiet ċivili fil-ħolqien ta' bidla politika, ekonomika u soċjali sinifikanti; jikkundanna kull arrest u attentat ta' arrest tal-bloggers, għaliex iqis dawn l-azzjonijiet bħala attakk kontra l-libertà ta' espressjoni u opinjoni;

22.  Jiddeplora l-fatt li għadd ta' teknoloġiji u servizzi mibgħuta f'pajjiżi terzi biex jiksru d-drittijiet tal-bniedem permezz taċ-ċensura tal-informazzjoni, is-sorveljanza tal-massa, il-monitoraġġ, u l-insegwiment u r-rintraċċar taċ-ċittadini u l-attivitajiet tagħhom fuq netwerks tat-telefon (mobbli) u l-internet joriġinaw mill-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu l-passi kollha neċessarji sabiex twaqqaf dan il-'kummerċ ta' armi diġitali';

23.  Jenfasizza l-bżonn ta' fehim akbar tar-rwol tal-intermedjarji u r-responsabbiltajiet tagħhom; iqis li r-regolaturi tas-suq jistgħu jgħinu biex tiġi ppreservata l-kompetizzjoni, iżda li hemm bżonn ukoll li jiġu esplorati mezzi ġodda kif jiġu involuti atturi privati sabiex jiġi ppreservat il-valur pubbliku tal-informazzjoni; jirrikonoxxi li l-awtoregolamentazzjoni tista' tinkludi riskji speċifiċi fejn ikun hemm nuqqas ta' superviżjoni (demokratika);

24.  Jenfasizza l-fatt li l-pjattaformi diġitali u dawk immexxija mid-data (informatika) jew is-servizzi bħall-magni tat-tiftix huma proprjetà privata u jeħtieġu trasparenza biex jiġi ppreservat il-valur pubbliku tal-informazzjoni u jiġu evitati restrizzjonijiet fuq l-aċċess għall-informazzjoni u l-libertà ta' espressjoni;

25.  Jenfasizza l-ħtieġa għall-protezzjoni tal-iżvelatur u tas-sors, u li l-UE taġixxi għal dan il-għan b'mod globali;

26.  Jikkundanna bil-qawwa kull tentattiv li jintuża l-internet jew pjattaformi oħra tal-midja onlajn biex jiġu promossi jew imrawma attivitajiet terroristiċi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jieħdu pożizzjoni soda f'dan ir-rigward;

Politiki u azzjonijiet esterni tal-UE

27.  Jenfasizza li sabiex l-UE tiġi meqjusa bħala komunità ta' valuri, il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-istampa globali u tal-libertà tal-midja huma essenzjali; jenfasizza li l-UE għandha turi tmexxija politika massima biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ġurnalisti globalment;

28.  Jemmen li l-UE għandha tkun minn ta' quddiem biex tiżgura li l-midja tibqa' indipendenti, pluralistika u diversa, u biex tiddefendi s-sitwazzjoni, il-libertà u s-sigurtà tal-ġurnalisti u tal-bloggers; jisħaq li, għal dan il-għan, l-UE ma għandhiex tindaħal fil-kontenut, iżda pjuttost għandha tappoġġa ambjent li jippermetti u jneħħi r-restrizzjonijiet tal-libertà tal-espressjoni b'mod globali;

29.  Jinnota bi tħassib li fi snin reċenti xi midja, speċjalment fl-UE, hi stess ġiet soġġetta għal skrutinju għal imġiba mhux etika u allegatament illegali; iqis li l-UE tista' tmexxi biss billi tagħti eżempju jekk tindirizza dawn il-kwistjonijiet fil-fruntieri tagħha stess;

30.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tkompli tissorvelja mill-qrib l-indipendenza tal-istampa u l-midja fl-Istati Membri;

31.  Iqis li, filwaqt li l-UE tindirizza l-libertà tal-istampa u tal-midja permezz ta' bosta politiki u programmi, hi nieqsa minn enfasi totali speċifika fuq il-kwistjoni, kif ukoll għandha nuqqas ta' viżjoni ta' tmexxija koerenti u punti ta' riferiment;

32.  Iqis li n-nuqqas ta' strateġija komprensiva jwassal għal frammentazzjoni u riskji li jirrinunzjaw għall-prinċipji tal-politika importanti ta' trasparenza u responsabbiltà;

Strateġija

33.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, speċjalment lid-DĠ DEVCO, u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), ittejbu l-kooperazzjoni u l-koordinament tagħhom ta' programmazzjoni, partikolarment billi joħolqu sinerġija bejn il-ħidma politika u dik diplomatika u permezz tal-implimentazzjoni konġunta, inkluż permezz ta' monitoraġġ u valutazzjoni, ta' finanzjament u proġetti; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-analiżi u l-evalwazzjoni tagħha tal-programmazzjoni tal-passat, dak eżistenti u tal-ġejjieni, u biex ir-riżultati tagħmilhom pubbliċi;

34.  Jitlob bidla minn finanzjament ad hoc ta' proġetti għal approċċ aktar sostenibbli, li jinvolvi wkoll donaturi privati u interlokuturi; jirrikonoxxi l-bżonn ta' approċċ lejn il-programmazzjoni ad hoc fuq bażi ta' pajjiż b'pajjiż, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll reġjonali;

35.  Iħeġġeġ lill-UE tiżvolġi rwol aktar sinifikanti notevolment fil-pajjiżi kandidati, kif ukoll fir-rigward tal-viċinat tan-Nofsinhar u tal-Lvant immedjat tagħha, u fil-kuntest tan-negozjati dwar il-kummerċ u l-ftehim ta' assoċjazzjoni; jistieden lill-UE tadotta strateġija biex tiżgura li tissorvelja mill-qrib u tirreaġixxi għall-bidliet fil-leġiżlazzjoni li jillimitaw il-libertà u l-pluraliżmu tal-midja fil-pajjiżi terzi;

36.  Jenfasizza li l-istrumenti finanzjarji esterni eżistenti, bħall-EIDHR, l-istrumenti ġeografiċi u oħrajn, jeħtieġ li jintużaw b'mod flessibbi biex jgħinu jsaħħu s-soċjetà ċivili; jenfasizza li s-sjieda lokali u l-bini ta' kapaċità huma essenzjali biex jiġu żgurati l-iżvilupp sostenibbli u l-progress;

37.  Jenfasizza li l-UE għandha tappoġġa l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' dawk li jfasslu l-politika, lir-regolaturi u lill-midja f'pajjiżi terzi bl-istess mod, bl-għan li trawwem il-libertà tal-istampa u tal-midja u forom xierqa u teknoloġikament newtrali tar-regolamentazzjoni tas-suq, filwaqt li jfakkar b'mod speċjali li f'perjodi ta' transizzjoni ħafna drabi l-libertajiet huma limitati f'isem l-istabbiltà u s-sigurtà;

38.  Jisħaq li l-kwistjonijiet tal-iżvilupp tal-midja u l-fatt li tiġi permessa l-libertà ta' espressjoni għandhom ikunu parti importanti mid-djalogu tal-UE fil-livell speċifiċi skont il-pajjiż, jenfasizza li punti ta' riferiment u kundizzjonalitajiet ċari għandhom jiġu rrispettati fil-kummerċ, sħubija, kooperazzjoni, u ftehimiet ta' assoċjazzjoni tal-UE ma' pajjiżi terzi u programmi ta' għajnuna, f'konformità mal-Artikolu 21 tat-TFUE; iħeġġeġ lis-SEAE u lill-Kummissjoni jirrispettaw u jimplimentaw ir-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament dwar in-negozjati għal ftehimiet bħal dawn; ifakkar li l-koerenza, il-konsistenza, il-koordinament u t-trasparenza bejn il-Parlament, is-SEAE u l-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' dawn id-drittijiet fundamentali tal-bniedem huma kruċjali għall-kredibilità u l-effikaċja tal-UE fir-relazzjonijiet u l-interazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi terzi;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni biex il-ġlieda kontra l-impunità tagħmilha waħda mill-prijoritajiet tagħha fil-programmi tagħha rigward il-libertà ta' espressjoni u l-midja, ukoll billi toffri għajnuna fl-investigazzjoni ta' reati kontra l-ġurnalisti, billi tistabbilixxi fondi għal difiża legali u tipprovdi l-kompetenzi tagħha;

40.  Iqis li l-finanzjament tal-UE ma għandux ikun limitat għal organizzazzjonijiet internazzjonali speċjalizzati (intermedjarji) iżda għandu jinkludi wkoll organizzazzjonijiet lokali;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tikkunsidra l-klawsoli ta' kunfidenzjalità fil-finanzjament tagħha tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tal-istampa u tal-midja, peress li din tagħti lok għall-iskreditu tal-ġurnalisti, tal-mezzi tal-midja jew tal-NGOs, b'hekk toħloq ħsara ukoll għall-kredibbiltà tal-attivitajiet tal-UE għad-drittijiet tal-bniedem li fihom infushom huma miftuħa u trasparenti;

42.  Jenfasizza li l-programmi tal-istampa u tal-midja għandhom jiffukaw ukoll fuq it-titjib tal-istrutturi (statali u legali) u fuq l-appoġġ għall-kumpaniji u l-impriżi tal-midja lokali, sabiex itejbu t-trasparenza, l-indipendenza, il-kapaċità li jkunu sostenibbili, il-professjonalità u l-iskjettezza tagħhom; jenfasizza li l-politiki tal-midja tal-UE għandhom jippruvaw ukoll jimmassimizzaw il-pluraliżmu u d-diversità billi jappoġġaw midja indipendenti u start-ups;

43.  Ifakkar li l-libertà tal-espressjoni u l-pluraliżmu tal-midja, inkluż fuq l-internet, huma valuri ċentrali Ewropej; jenfasizza l-importanza fundamentali tal-libertà tal-istampa u tal-midja fil-politika tat-tkabbir tal-UE u tal-libertajiet diġitali f'dan il-kuntest, filwaqt li jikkunsidra dawn il-libertajiet bħala drittijiet tal-bniedem u għalhekk bħala parti mill-kriterji politiċi ta' Kopenħagen;

44.  Iqis li l-UE għandha tinkludi l-komponenti ta' appoġġ lill-istampa u lill-midja fl-assistenza elettorali tagħha, pereżempju billi trawwem kooperazzjoni bejn il-korpi maniġerjali elettorali fil-pajjiżi terzi u l-istampa, biex ittejjeb it-trasparenza u l-leġittimità tal-proċessi u r-riżultati elettorali;

45.  Iqis li fil-pajjiżi ta' transizzjoni l-UE għandha tiffoka fuq il-libertà tal-istampa u tal-midja fil-kuntest tal-proċess ta' rikonċiljazzjoni u rikostruzzjoni;

46.  Ifaħħar u jilqa' l-ħidma importanti ta' numru ta' organizzazzjonijiet internazzjonali (ta' ġurnalisti) li jittrattaw il-libertà tal-istampa u tal-midja, u jenfasizza li dawn l-organizzazzjonijiet għandu jkollhom l-appoġġ sħiħ tal-UE, bil-kunsiderazzjoni tan-natura essenzjali tal-ħidma tagħhom bħala punt ta' kollegament;

47.  Jitlob lis-SEAE jagħmel l-aħjar użu tal-parteċipazzjoni tal-UE fil-fora multilaterali li jiffukaw fuq il-libertajiet tal-istampa, tal-midja u dik diġitali, bħall-Kunsill tal-Ewropa u l-OSKE, u wkoll fil-kuntest tan-NU;

48.  Jitlob lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lis-SEAE jadottaw Strateġija ta' Libertà tal-Istampa u tal-Midja fil-qafas tal-politika barranija tal-UE, kemm jista' jkun malajr, u jinkorporaw ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport preżenti fil-Linji Gwida li ġejjin dwar il-Libertà tal-Espressjoni (onlajn kif ukoll offlajn);

49.  Jitlob li r-rapport preżenti jinqara u jiġi adottat f'allinjament mill-qrib mar-riżoluzzjoni tiegħu 'Strateġija dwar Libertà Diġitali fil-Politika Barranija tal-UE';

50.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà /Viċi President tal-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-UNESCO, lill-Kunsill tal-Ewropa, u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa.

ANNESSI

Gradwatorji tal-pajjiżi fil-libertà tal-istampa u tal-midja minn organizzazzjonijiet indipendenti kompetenti fil-qasam

Korrispondenti mingħajr fruntieri:

Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa 2013[1]

Grad

Pajjiż

Nota

Differenza

1

Finlandja

6,38

0 (1)

2

Pajjiżi Baxxi

6,48

+1 (3)

3

Norveġja

6,52

-2 (1)

4

Lussemburgu

6,68

+2 (6)

5

Andorra

6,82

-

6

Danimarka

7,08

+4 (10)

7

Liechtenstein

7,35

-

8

New Zealand

8,38

+5 (13)

9

Islanda

8,49

-3 (6)

10

Svezja

9,23

+2 (12)

11

Estonja

9,26

-8 (3)

12

Awstrija

9,40

-7 (5)

13

Ġamajka

9,88

+3 (16)

14

Svizzera

9,94

-6 (8)

15

Irlanda

10,06

0 (15)

16

Repubblika Ċeka

10,17

-2 (14)

17

Ġermanja

10,24

-1 (16)

18

Kosta Rika

12,08

+1 (19)

19

Namibja

12,50

+1 (20)

20

Kanada

12,69

-10 (10)

21

Belġju

12,94

-1 (20)

22

Polonja

13,11

+2 (24)

23

Slovakkja

13,25

+2 (25)

24

Ċipru

13,83

-8 (16)

25

Kap Verde

14,33

-16 (9)

26

Awstralja

15,24

+4 (30)

27

Urugwaj

15,92

+5 (32)

28

Portugall

16,75

+5 (33)

29

Renju Unit

16,89

-1 (28)

30

Gana

17,27

+11 (41)

31

Surinam

18,19

-9 (22)

32

Stati Uniti

18,22

+15 (47)

33

Litwanja

18,24

-3 (30)

34

OECS

19,72

-9 (25)

35

Slovenja

20,49

+1 (36)

36

Spanja

20,50

+3 (39)

37

Franza

21,60

+1 (38)

38

El Salvador

22,86

-1 (37)

39

Latvja

22,89

+11 (50)

40

Botswana

22,91

+2 (42)

41

Papwa Ginea Ġdida

22,97

-6 (35)

42

Rumanija

23,05

+5 (47)

43

Niġer

23,08

-14 (29)

44

Trinidad u Tobago

23,12

+6 (50)

45

Malta

23,30

+13 (58)

46

Burkina Faso

23,70

+22 (68)

47

Tajwan

23,82

-2 (45)

48

Samoa

23,84

+6 (54)

49

Ħaiti

24,09

+3 (52)

50

Korea t'Isfel

24,48

-6 (44)

51

Komoros

24,52

-6 (45)

52

Afrika t'Isfel

24,56

-10 (42)

53

Ġappun

25,17

-31 (22)

54

Arġentina

25,67

-7 (47)

55

Moldova

26,01

-2 (53)

56

Ungerija

26,09

-16 (40)

57

Italja

26,11

+4 (61)

58

Ħong Kong

26,16

-4 (54)

59

Senegal

26,19

+16 (75)

60

Ċilì

26,24

+20 (80)

61

Sjerra Leone

26,35

+2 (63)

62

Mawrizju

26,47

-8 (54)

63

Serbja

26,59

+17 (80)

64

Kroazja

26,61

+4 (68)

65

Repubblika Ċentru-Afrikana

26,61

-3 (62)

66

Tonga

26,70

-3 (63)

67

Mawritanja

26,76

0 (67)

68

Bosnja-Ħerzegovina

26,86

-10 (58)

69

Gujana

27,08

-11 (58)

70

Tanzanija

27,34

-36 (34)

71

Kenja

27,80

+13 (84)

72

Żambja

27,93

+14 (86)

73

Możambik

28,01

-7 (66)

74

Armenja

28,04

+3 (77)

75

Malawi

28,18

+71 (146)

76

Repubblika tal-Kongo

28,20

+14 (90)

77

Kuwajt

28,28

+1 (78)

78

Nikaragwa

28,31

-6 (72)

79

Benin

28,33

+12 (91)

80

Repubblika Dominikana

28,34

+15 (95)

81

Lesoto

28,36

-18 (63)

82

Butan

28,42

-12 (70)

83

Togo

28,45

-4 (79)

84

Greċja

28,46

-14 (70)

85

Kosovo

28,47

+1 (86)

86

Ginea

28,49

0 (86)

87

Bulgarija

28,58

-7 (80)

88

Madagaskar

28,62

-4 (84)

89

Gabon

28,69

+12 (101)

90

Timor Leste

28,72

-4 (86)

91

Paragwaj

28,78

-11 (80)

92

Ginea Bissaw

28,94

-17 (75)

93

Seychelles

29,19

-20 (73)

94

Ċipru tat-Tramuntana

29,34

+8 (102)

95

Gwatemala

29,39

+2 (97)

96

Côte d'Ivoire

29,77

+63 (159)

97

Liberja

29,89

+13 (110)

98

Mongolja

29,93

+2 (100)

99

Mali

30,03

-74 (25)

100

Ġeorġja

30,09

+4 (104)

101

Libanu

30,15

-8 (93)

102

Albanija

30,88

-6 (96)

103

Maldive

31,10

-30 (73)

104

Uganda

31,69

+35 (139)

105

Perù

31,87

+10 (115)

106

Kirgiżistan

32,20

+2 (108)

107

Fiġi

32,69

+10 (117)

108

Brażil

32,75

-9 (99)

109

Bolivja

32,80

-1 (108)

110

Qatar

32,86

+4 (114)

111

Panama

32,95

+2 (113)

112

Iżrael

32,97

-20 (92)

113

Montenegro

32,97

-6 (107)

114

Emirati Għarab Magħquda

33,49

-2 (112)

115

Niġerja

34,11

+11 (126)

116

Repubblika tal-Maċedonja

34,27

-22 (94)

117

Venezwela

34,44

0 (117)

118

Nepal

34,61

-12 (106)

119

Ekwador

34,69

-15 (104)

120

Kamerun

34,78

-23 (97)

121

Ċad

34,87

-18 (103)

122

Brunej

35,45

+3 (125)

123

Taġikistan

35,71

-1 (122)

124

Sudan t'Isfel

36,20

-13 (111)

125

Alġerija

36,54

-3 (122)

126

Ukraina

36,79

-10 (116)

127

Ħonduras

36,92

+8 (135)

128

Afganistan

37,36

+22 (150)

129

Kolombja

37,48

+14 (143)

130

Angola

37,80

+2 (132)

131

Libja

37,86

+23 (154)

132

Burundi

38,02

-2 (130)

133

Żimbabwe

38,12

-16 (117)

134

Ġordan

38,47

-6 (128)

135

Tajlandja

38,60

+2 (137)

136

Marokk

39,04

+2 (138)

137

Etjopja

39,57

-10 (127)

138

Tuneżija

39,93

-4 (134)

139

Indoneżja

41,05

+7 (146)

140

Indja

41,22

-9 (131)

141

Oman

41,51

-24 (117)

142

Repubblika Demokratika tal-Kongo

41,66

+3 (145)

143

Kambodja

41,81

-26 (117)

144

Bangladexx

42,01

-15 (129)

145

Malasja

42,73

-23 (122)

146

Palestina

43,09

+7 (153)

147

Filippini

43,11

-7 (140)

148

Russja

43,42

-6 (142)

149

Singapor

43,43

-14 (135)

150

Iraq

44,67

+2 (152)

151

Burma

44,71

+18 (169)

152

Gambja

45,09

-11 (141)

153

Messiku

45,30

-4 (149)

154

Turkija

46,56

-6 (148)

155

Sważiland

46,76

-11 (144)

156

Azerbajġan

47,73

+6 (162)

157

Bjelorussja

48,35

+11 (168)

158

Eġittu

48,66

+8 (166)

159

Pakistan

51,31

-8 (151)

160

Kazakistan

55,08

-6 (154)

161

Rwanda

55,46

-5 (156)

162

Sri Lanka

56,59

+1 (163)

163

Arabja Sawdija

56,88

-5 (158)

164

Uzbekistan

60,39

-7 (157)

165

Baħrejn

62,75

+8 (173)

166

Ginea Ekwatorjali

67,20

-5 (161)

167

Ġibuti

67,40

-8 (159)

168

Laos

67,99

-3 (165)

169

Jemen

69,22

+2 (171)

170

Sudan

70,06

0 (170)

171

Kuba

71,64

-4 (167)

172

Vjetnam

71,78

0 (172)

173

Ċina

73,07

+1 (174)

174

Iran

73,40

+1 (175)

175

Somalja

73,59

-11 (164)

176

Sirja

78,53

0 (176)

177

Turkmenistan

79,14

0 (177)

178

Korea ta' Fuq

83,90

0 (178)

179

Eritrea

84,83

0 (179)

Il-Kumitat Għall-Protezzjoni tal-Ġurnalisti

Indiċi ta' Impunità 2012, Tabella Statistika[2]

Qtil mhux solvut ta' ġurnalisti għal kull miljun abitant għall-2002 sal-2011. Huma inklużi biss nazzjonijiet b'ħames jew aktar każijiet ta' qtil mhux solvut. Il-każijiet huma kkunsidrati mhux solvuti meta ma tinkiseb l-ebda kundanna.

 

 

Grad

 

 

Nazzjon

 

Każijiet mhux solvuti

Popolazzjoni

(f'miljuni)

 

Kalkolu

 

 

Punteġġ

 

1

 

Iraq

 

93

 

32

 

93/32

 

2.906

 

2

 

Somalja

 

11

 

9.3

 

11/9.3

 

1.183

 

3

 

Filippini

 

55

 

93.3

 

55/93.3

 

0.589

 

4

 

Sri Lanka

 

9

 

20.9

 

9/20.9

 

0.431

 

5

 

Kolombja

 

8

 

46.3

 

8/46.3

 

0.173

 

6

 

Nepal

 

5

 

30

 

5/30

 

0.167

 

7

 

Afganistan

 

5

 

34.4

 

5/34.4

 

0.145

 

8

 

Messiku

 

15

 

113.4

 

15/113.4

 

0.132

 

9

 

Russja

 

16

 

141.8

 

16/141.8

 

0.113

 

10

 

Pakistan

 

19

 

173.6

 

19/173.6

 

0.109

 

11

 

Brażil

 

5

 

194.9

 

5/194.9

 

0.026

 

12

 

Indja

 

6

 

1,170.9

 

6/1170.9

 

0.005

Sors tad-Data dwar il-Popolazzjoni: Indikaturi tal-Iżvilupp Dinji, Bank Dinji, 2010

FREEDOM HOUSE

Il-LIBERTÀ FID-DINJA 2013: ŻVILUPPI DEMOKRATIĊI FIL-BILANĊ[3]

Pajjiżi indipendenti

Pajjiż

Status ta' Libertà

DP

Andament

Afganistan

Mhux liberu

6

6

 

Albanija *

Parzjalment liberu

3

3

 

Alġerija

Mhux liberu

6

5

 

Andorra*

Liberu

1

1

 

Angola

Mhux liberu

6

5

 

Antigwa u Barbuda

Liberu

2 ▲

2

 

Arġentina*

Liberu

2

2

 

Armenja

Parzjalment liberu

5 ▲

4

 

Awstralja*

Liberu

1

1

 

Awstrija*

Liberu

1

1

 

Azerbajġan

Mhux liberu

6

5

 

Baħamas*

Liberu

1

1

 

Baħrejn

Mhux liberu

6

6

 

Bangladexx*

Parzjalment liberu

3

4

 

Barbados*

Liberu

1

1

 

Bjelorussja

Mhux liberu

7

6

 

Belġju*

Liberu

1

1

 

Beliże*

Liberu

1

2

 

Benin*

Liberu

2

2

 

Butan*

Parzjalment liberu

4

5

Bolivja*

Parzjalment liberu

3

3

 

Bosnia -Ħerzegovina*

Parzjalment liberu

3 ▲

3

 

Botswana*

Liberu

3

2

 

Brażil*

Liberu

2

2

 

Brunej

Mhux liberu

6

5

 

Bulgarija*

Liberu

2

2

 

Burkina Faso

Parzjalment liberu

5

3

 

Burma

Mhux liberu

6 ▲

5 ▲

 

Burundi

Parzjalment liberu

5

5

 

Kambodja

Mhux liberu

6

5

 

Kamerun

Mhux liberu

6

6

 

Kanada*

Liberu

1

1

 

Kap Verde*

Liberu

1

1

 

Repubblika Ċentru-Afrikana

Parzjalment liberu

5

5

Cad

Mhux liberu

7

6

 

Ċilì*

Liberu

1

1

 

Cina

Mhux liberu

7

6

 

Kolombja*

Parzjalment liberu

3

4

 

Komoros*

Parzjalment liberu

3

4

 

Kongo (Brazzaville)

Mhux liberu

6

5

 

Kongo (Kinshasa)

Mhux liberu

6

6

 

Kosta Rika*

Liberu

1

1

 

Côte d'Ivoire

Parzjalment liberu ▲

5 ▲

5 ▲

 

Kroazja*

Liberu

1

2

 

Kuba

Mhux liberu

7

6

 

Ċipru*

Liberu

1

1

 

Repubblika Ċeka*

Liberu

1

1

 

Danimarka*

Liberu

1

1

 

Ġibuti

Mhux liberu

6

5

 

Dominika*

Liberu

1

1

 

Repubblika Dominikana*

Liberu

2

2

 

Timor Leste*

Parzjalment liberu

3

4

 

Ekwador*

Parzjalment liberu

3

3

Eġittu

Parzjalment liberu ▲

5 ▲

5

 

El Salvador*

Liberu

2

3

 

Ginea Ekwatorjali

Mhux liberu

7

7

 

Eritrea

Mhux liberu

7

7

 

Estonja*

Liberu

1

1

 

Etjopja

Mhux liberu

6

6

 

Fiġi

Parzjalment liberu

6

4

 

Finlandja*

Liberu

1

1

 

Franza*

Liberu

1

1

 

Gabon

Mhux liberu

6

5

 

Gambja

Mhux liberu

6

6 ▼

 

Ġeorġja*

Parzjalment liberu

3 ▲

3

 

Ġermanja*

Liberu

1

1

 

Gana*

Liberu

1

2

 

Greċja*

Liberu

2

2

Grenada*

Liberu

1

2

 

Gwatemala*

Parzjalment liberu

3

4

 

Ginea

Parzjalment liberu

5

5

Ginea Bissaw

Mhux liberu ▼

6 ▼

5 ▼

 

Gujana*

Liberu

2

3

 

Ħaiti

Parzjalment liberu

4

5

 

Ħonduras

Parzjalment liberu

4

4

 

Ungerija*

Liberu

1

2

 

Islanda*

Liberu

1

1

 

Indja*

Liberu

2

3

 

Indoneżja*

Liberu

2

3

 

Iran

Mhux liberu

6

6

 

Iraq

Mhux liberu

6 ▼

6

 

Irlanda*

Liberu

1

1

 

Iżrael*

Liberu

1

2

 

Italja*

Liberu

2 ▼

1

 

Ġamajka*

Liberu

2

3

 

Ġappun*

Liberu

1

2

 

Ġordan

Mhux liberu

6

5

Kazakistan

Mhux liberu

6

5

Kenja

Parzjalment liberu

4

4 ▼

 

Kiribati*

Liberu

1

1

 

Kosovo

Parzjalment liberu

5

4

 

Kuwajt

Parzjalment liberu

5 ▼

5

 

Kirgiżistan

Parzjalment liberu

5

5

 

Laos

Mhux liberu

7

6

 

Latvja*

Liberu

2

2

 

Libanu

Parzjalment liberu

5

4

Lesoto*

Liberu ▲

2 ▲

3

 

Liberja*

Parzjalment liberu

3

4

 

Libja*

Parzjalment liberu ▲

4 ▲

5 ▲

 

Liechtenstein*

Liberu

1

1

 

Lithwanja*

Liberu

1

1

 

Lussemburgu*

Liberu

1

1

 

Maċedonja*

Parzjalment liberu

3

3

 

Madagascar

Parzjalment liberu

6

4

Malawi*

Parzjalment liberu

3

4

Malasja

Parzjalment liberu

4

4

 

Maldive

Parzjalment liberu

5 ▼

4

 

Mali

Mhux liberu ▼

7 ▼

5 ▼

 

Malta*

Liberu

1

1

 

Gżejjer Marshall*

Liberu

1

1

 

Mawretanja

Mhux liberu

6

5

 

Mawrizju*

Liberu

1

2

 

Messiku*

Parzjalment liberu

3

3

 

Mikroneżja

Liberu

1

1

 

Moldova*

Parzjalment liberu

3

3

 

Monako*

Liberu

2

1

 

Mongolja*

Liberu

1 ▲

2

 

Montenegro*

Liberu

3

2

 

Marokk

Parzjalment liberu

5

4

 

Możambi

Parzjalment liberu

4

3

 

Namibja*

Liberu

2

2

 

Nawru*

Liberu

1

1

 

Nepal

Parzjalment liberu

4

4

 

Pajjiżi Baxxi*

Liberu

1

1

 

New Zealand*

Liberu

1

1

 

Nikaragwa

Parzjalment liberu

5

4

 

Niġer*

Parzjalment liberu

3

4

 

Niġerja

Parzjalment liberu

4

4

Korea ta' Fuq

Mhux liberu

7

7

 

Norveġja*

Liberu

1

1

 

Oman

Mhux liberu

6

5

Pakistan

Parzjalment liberu

4

5

 

Palaw*

Liberu

1

1

 

Panama*

Liberu

1

2

 

Papwa Ginea Ġdida*

Parzjalment liberu

4

3

 

Paragway*

Parzjalment liberu

3

3

Perù*

Liberu

2

3

 

Filippini*

Parzjalment liberu

3

3

 

Polonja*

Liberu

1

1

 

Portugall*

Liberu

1

1

 

Qatar

Mhux liberu

6

5

 

Rumanija*

Liberu

2

2

 

Russja

Mhux liberu

6

5

Rwanda

Mhux liberu

6

6 ▼

 

Saint Kitts u Nevis*

Liberu

1

1

 

Santa Luċija*

Liberu

1

1

 

San Vinċenz u l-Grenadini*

Liberu

1

1

 

Samoa*

Liberu

2

2

 

San Marino*

Liberu

1

1

 

São Tomé u Príncipe

Liberu

2

2

 

Arabja Sawdija

Mhux liberu

7

7

 

Senegal*

Liberu ▲

2 ▲

3

 

Serbja*

Liberu

2

2

 

Seychelles*

Parzjalment liberu

3

3

 

Sjerra Leone*

Liberu ▲

2 ▲

3

 

Singapor

Parzjalment liberu

4

4

 

Slovakkja*

Liberu

1

1

 

Slovenja *

Liberu

1

1

 

Gżejjer Solomon

Parzjalment liberu

4

3

 

Somalja

Mhux liberu

7

7

 

Afrika t'Isfel*

Liberu

2

2

 

Korea t'Isfel*

Liberu

1

2

 

Sudan t'Isfel

Mhux liberu

6

5

 

Spanja*

Liberu

1

1

 

Sri Lanka

Parzjalment liberu

5

4

Sudan

Mhux liberu

7

7

 

Surinam*

Liberu

2

2

Sważiland

Mhux liberu

7

5

 

Svezja*

Liberu

1

1

 

Svizzera*

Liberu

1

1

 

Sirja

Mhux liberu

7

7

Tajwan*

Liberu

1

2

 

Taġikistan

Mhux liberu

6

6 ▼

 

Tanzanija*

Parzjalment liberu

3

3

 

Tajlandja*

Parzjalment liberu

4

4

 

Togo

Parzjalment liberu

5

4

 

Tonga*

Liberu ▲

3

2 ▲

 

Trinidad u Tobago

Liberu

2

2

 

Tuneżija*

Parzjalment liberu

3

4

 

Turkija*

Parzjalment liberu

3

4 ▼

 

Turkmenistan

Mhux liberu

7

7

 

Tuvalu*

Liberu

1

1

 

Uganda

Parzjalment liberu

5

4

Ukraina*

Parzjalment liberu

4

3

Emirati Għarab Magħquda

Mhux liberu

6

6

Renju Unit*

Liberu

1

1

 

Stati Uniti*

Liberu

1

1

 

Urugwaj*

Liberu

1

1

 

Uzbekistan

Mhux liberu

7

7

 

Vanwatu*

Liberu

2

2

 

Venezwela

Parzjalment liberu

5

5

 

Vjetnam

Mhux liberu

7

5

 

Jemen

Mhux liberu

6

6

 

Żambja*

Parzjalment liberu

3

4

 

Żimbabwe

Mhux liberu

6

6

 

* tindika l-istatus ta' pajjiż f'demokrazija elettorali.

Territorji Relatati

 

Territorju

 

 

Status ta' Libertà

 

 

DP

 

 

 

 

Andament

 

Ħong Kong

Parzjalment liberu

5

2

 

Puerto Riko

Liberuħlas«««««

1

2

 

Territorji li mhemmx qbil dwarhom

 

Territorju

 

 

Status ta' Libertà

 

 

DP

 

 

 

 

Andament

 

Abkazja

Parzjalment liberu

4 ▲

5

 

Strixxa ta' Gaża

Mhux liberu

6

6

 

Kashmir Indjan

Parzjalment liberu

4

4

Nagorno-Karabakh

Parzjalment liberu▲

5 ▲

5

 

Ċipru tat-Tramuntana

Liberuħlas«««««

2

2

 

Kashmir Pakistani

Mhux liberu

6

5

 

Somaliland

Parzjalment liberu

4

5

 

Ossezja t

Mhux liberu

7

6

 

Tibet

Mhux liberu

7

7

 

Transnistrja

Mhux liberu

6

6

 

Xatt tal-Punent

Mhux liberu

6

5

 

Saħara tal-Punent

Mhux liberu

7

7

 

DP u LĊ ifissru drittijiet politiċi u libertajiet ċivili, rispettivament; Il-punteġġ huwa magħmul bejn 1 u 7, fejn 1 hu l-ogħla livell ta' libertà u 7 l-aktar baxx..

Is-simboli ▲ ▼ jindikaw titjib jew tiħżin tal-pożizzjoni fil-klassifika jew tal-istatus meta mqabbel mal-aħħar stħarriġ.

Il-vleġeġ   jindikaw modifica tal-andament pożittiv jew negattiv li madankollu ma kinitx biżżejjed biex tbiddel il-punteġġ dwar id-drittijiet politiċi u l-libertajiet ċivili.

L-asterisk * jindika l-istatus ta' pajjiż f'demokrazija elettorali.

NOTA: Il-gradwatorji jirriflettu ġrajjiet dinjin mill-1 ta' Jannar 2012 sal-31 ta'  Diċembru 2012.

Freedom House

Freedom on the Net[4]

Freedom on the Net (Il-Libertà fuq l-Internet) hu l-aktar indiċi ġdid ta' Freedom's House, li jivvaluta l-livell ta' libertà tal-internet u tal-midja diġitali fid-dinja kollha. Fil-ftit snin mill-ħolqien tiegħu, Freedom on the Net sar wieħed mill-punti ta' riferiment ewlenin għal dawk li jfasslu l-politika, il-ġurnalisti, u l-attivisti f'din id-dimensjoni tad-drittijiet tal-bniedem emerġenti u li kull ma jmur qed issir aktar importanti.

Edizzjoni 2012

Fl-24 ta' Settembru 2012, Freedom House ippubblikat l-aktar rapport reċenti tagħha Freedom on the Net. L-ewwel edizzjoni tinkludi rapporti dettaljati tal-pajjiżi u indiċi numeriku uniku li jkopri 47 pajjiż f'sitt reġjuni ġeografiċi. Barra minn hekk, rassenja analitika li tagħti ħarsa ġenerali u l-grafika li takkumpanjaha tenfasizza r-riżultati ewlenin u t-theddid emerġenti għal-libertà tal-midja diġitali globali.

 

Dwar l-Istħarriġ

Matul dan l-aħħar deċennju, l-influwenza tal-internet bħala mezz biex tinxtered l-informazzjoni u biex jiġu sfidati l-kontrolli eżistenti tal-midja espandiet b'ritmu mgħaġġel. Kif juru l-ġrajjiet fil-Lvant Nofsnani, l-internet ħareġ ukoll bħala mezz kruċjali li permezz tiegħu ċ-ċittadini jistgħu mobilizzaw ruħhom u jippromwovu riforma politika, soċjali u ekonomika. Minħabba l-biża' mis-setgħa tat-teknoloġiji l-ġodda, l-istati awtoritarji fasslu mezzi sottili u mhux daqstant sottili biex jinfiltraw, jimmonitorjaw, u b'xi mod jostakolaw jew jimmanipulaw l-iskjettezza tal-internet.

Anke għadd ta' stati demokratiċi kkunsidraw jew implimentaw restrizzjonijiet varji bħala reazzjoni għall-isfidi ġuridiċi, ekonomiċi, u ta' sigurtà potenzjali li tqajmu mill-midja l-ġdida.

Sabiex jintefa' aktar dawl fuq dan it-theddid emerġenti u biex jiġu identifikati oqsma ta' opportunità għal-libertà tal-internet, Freedom House żviluppat l-ewwel ġabra ta' indikaturi komprensiva, komparattiva u b'bażi numerika għall-monitoraġġ u l-analiżi tal-libertà tal-internet. B'konsultazzjoni ma' esperti ewlenin, Freedom House fasslet mod uniku, sistematiku u innovattiv kif tivvaluta l-libertà tal-internet fl-ispettru kollu tat-tipi ta' pajjiżi. Din il-metodoloġija ġiet ittestjata għall-ewwel darba fuq 15-il pajjiż fl-edizzjoni pilota ta' Freedom on the Net ta' Freedom House, li ġiet ippubblikata fl-2009. Minn dak iż-żmien, ġiet ippubblikata t-tieni edizzjoni fl-2011 u t-tielet waħda għandha tiġi ppubblikata f'Settembru 2012.

Kull valutazzjoni tal-pajjiż tinkludi rapport narrattiv dettaljat u punteġġ numeriku, abbażi tal-metodoloġija unika tat-tip tagħha ta' Freedom House.

Din il-metodoloġija tapplika approċċ fuq tliet pilastri biex jaqbad il-livell ta' libertà tal-internet u tal-ICT.

§Ostakli għall-Aċċess—inklużi l-ostakli infrastrutturali u ekonomiċi għall-aċċess, il-kontroll ġuridiku u s-sjieda fuq il-fornitur ta' servizzi tal-internet (ISPs), u l-indipendenza ta' entitajiet regolatorji;

§Limiti dwar il-Kontenut—inkluż ir-regolamenti legali dwar il-kontenut, il-filtraġġ tekniku u l-ibblukkar ta' siti, l-awtoċensura, il-qawwa/id-diversità tal-midja tal-aħbarijiet onlajn, u l-użu tal-ICTs għall-mobilizzazzjoni ċivika;

§Ksur tad-Drittijiet tal-Utent—inkluż is-sorveljanza, il-privatezza u r-riperkussjonijiet għall-attività onlajn, bħall-priġunerija, il-vessazzjonijiet extraġudizzjarji, jew iċ-ċiberattakki.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

7.5.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

54

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pino Arlacchi, Bastiaan Belder, Elmar Brok, Jerzy Buzek, Susy De Martini, Mark Demesmaeker, Marietta Giannakou, Andrzej Grzyb, Richard Howitt, Anna Ibrisagic, Liisa Jaakonsaari, Jelko Kacin, Nicole Kiil-Nielsen, Evgeni Kirilov, Eduard Kukan, Krzysztof Lisek, Sabine Lösing, Willy Meyer, Francisco José Millán Mon, María Muñiz De Urquiza, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Kristiina Ojuland, Ria Oomen-Ruijten, Pier Antonio Panzeri, Alojz Peterle, Mirosław Piotrowski, Hans-Gert Pöttering, Cristian Dan Preda, Fiorello Provera, Libor Rouček, Tokia Saïfi, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jacek Saryusz-Wolski, György Schöpflin, Marek Siwiec, Sophocles Sophocleous, Charles Tannock, Eleni Theocharous, Inese Vaidere, Geoffrey Van Orden, Boris Zala

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Charalampos Angourakis, Elena Băsescu, Emine Bozkurt, Knut Fleckenstein, Elisabeth Jeggle, Emilio Menéndez del Valle, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Indrek Tarand, Traian Ungureanu, Ivo Vajgl

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

José Manuel Fernandes, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Juan Andrés Naranjo Escobar, Pablo Zalba Bidegain