RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI

18.6.2013 - (COM(2010)0517 – C7‑0293/2010 – 2010/0273(COD)) - ***I

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Monika Hohlmeier


Proċedura : 2010/0273(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0224/2013

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI

(COM(2010)0517 – C7‑0293/2010 – 2010/0273(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0517),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 83(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0293/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tas-4 ta' Mejju 2011[1],

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra ta' xxx biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0224/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    129

Proposta għal direttiva

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[2]*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari

L-Artikolu 83(1) tagħha,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea[3],

Wara l-preżentazzjoni tal-abbozz tal-Att leġislattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)  L-għan ta' din id-Direttiva huwa li jsir tqarrib tal-leġislazzjoni kriminali fl-Istati Membri fil-qasam tal-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni, billi jiġu stabbiliti regoli minimi dwar id-definizzjoni ta' reati kriminali u s-sanzjonijiet f'dan il-qasam, u li titjieb il-kooperazzjoni bejn ▌l-awtoritajiet kompetenti, inklużi l-pulizija u servizzi speċjalizzati oħrajn tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati kompetenti tal-Unjoni, bħall-Eurojust, l-Europol u ċ-Ċentru taċ-Ċiberkriminalità Ewropew tiegħu, u l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA).

(1a)  Is-sistemi tal-informazzjoni huma element ewlieni tal-interazzjoni politika, soċjali u ekonomika fl-Unjoni. Id-dipendenza tas-soċjetà fuq dawn is-sistemi hija kbira u qiegħda dejjem tiżdied. It-tħaddim bla xkiel u s-sigurtà ta' dawn is-sistemi fl-Unjoni huma kruċjali għall-iżvilupp tas-suq intern u ta' ekonomija kompetittiva u innovattiva. L-iżgurar tal-livelli adatti ta' protezzjoni tas-sistemi tal-informazzjoni għandu jifforma parti minn qafas komprensiv effettiv tal-miżuri ta' prevenzjoni li jakkumpanjaw ir-risponsi tal-liġi kriminali għaċ-ċiberkriminalità.

(2)  L-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni, partikolarment l-attakki marbutin mal-kriminalità organizzata, jirrappreżentaw minaċċa li qed tikber kemm fl-UE kif ukoll globalment, u qed jiżdied it-tħassib dwar il-potenzjal ta' attakki terroristiċi jew li huma mmotivati mill-politika kontra s-sistemi tal-informazzjoni li jagħmlu parti mill-infrastruttura kritika tal-Istati Membri u tal-Unjoni. Dan jikkostitwixxi theddida għall-kisba ta' soċjetà tal-informazzjoni aktar sikura u ta' qasam tal-libertà, is-sigurtà, u l-ġustizzja, u għalhekk jinħtieġ rispons fil-livell tal-Unjoni Ewropea u kooperazzjoni u koordinazzjoni mtejbin fil-livell internazzjonali.

(2a)  Hemm ċertu numru ta’ infrastrutturi kritiċi fl-Unjoni, li l-interruzzjoni jew id-distruzzjoni tagħhom jkollhom impatti transkonfinali sinifikanti. Mill-ħtieġa li tiżdied il-kapaċità ta' protezzjoni tal-infrastruttura kritika fl-Unjoni, jirriżulta li l-miżuri kontra l-attakki ċibernetiċi għandhom jiġu kkomplimentati minn pieni kriminali serji li jirriflettu l-gravità ta' tali attakki. L-infrastruttura kritika tista' tinftiehem bħala assi, sistema jew parti minnha li tkun tinsab fi Stati Membri li tkun essenzjali pereżempju għaż-żamma ta' funzjonijiet vitali li jappartjenu lis-soċjetà, lis-saħħa, is-sikurezza, il-benesseri ekonomiku jew soċjali ta’ poplu, bħal impjanti tal-enerġija, netwerks tat-trasport jew netwerks tal-gvern u li l-isfrattu jew il-qerda tagħhom iħallu impatt sinifikattiv fi Stat Membru bħala riżultat tan-nuqqas taż-żamma ta’ dawk il-funzjonijiet.

(3)  Hemm evidenza ta' tendenza għal attakki fuq skala kbira li qed isiru aktar perikolużi u rikorrenti kontra s-sistemi tal-informazzjoni li spiss jistgħu jkunu kritiċi għall-istati jew għall-funzjonijiet partikolari fis-settur pubbliku jew privat. Din it-tendenza hi akkumpanjata bl-iżvilupp ta' metodi dejjem aktar sofistikati, bħall-ħolqien u l-użu tal-hekk imsejħa "botnets", li jinvolvi stadji sussegwenti tal-att kriminali, fejn kull stadju waħdu jista' jkun ta' periklu serju għall-interess pubbliku. F'dan ir-rigward, id-Direttiva għandha l-għan, fost oħrajn, li tintroduċi sanzjonijiet kriminali għall-istadju meta jinħoloq il-"botnet", jiġifieri, meta jiġi stabbilit kontroll mill-bogħod fuq għadd sostanzjali ta' kompjuters billi jiġu infettati b'software malizzjuż, permezz ta' ċiberattakki mmirati. Fi stadju aktar tard, il-kompjuters infettati li jikkostitwixxu l-"botnet" jistgħu, mingħajr ma jindunaw l-utenti tal-kompjuters, jiġu attivati biex iwettqu ċiberattakk fuq skala kbira, li normalment ikollhom il-kapaċità jikkawżaw dannu serju, kif hemm imsemmi f'din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw x'jikkostitwixxi dannu serju f'konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali tagħhom, li jista' jinkludi ħsara f'sistemi ta' servizzi ta' importanza pubblika sostanzjali, jew spiża finanzjarja kbira jew telf ta' data personal jew informazzjoni sensittiva.

(3a)  Attakki bħal dawn jistgħu jikkawżaw ħsara ekonomika sostanzjali kemm permezz ta’ interruzzjoni ta’ sistemi tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u permezz ta’ telf jew alterazzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali importanti għall-kummerċ jew data oħra. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiżdied l-għarfien ta' SMEs innovattivi ta' theddid u vulnerabbiltajiet relatati, minħabba d-dipendenza akbar tagħhom mill-funzjonament tajjeb u d-disponibbiltà tas-sistemi tal-informazzjoni u spiss mir-riżorsi limitati għas-sigurtà tal-informazzjoni.

(4)  Id-definizzjonijiet komuni f'dan il-qasam huma importanti sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti fl-Istati Membri għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(5)  Tinħass il-ħtieġa li jinkiseb approċċ komuni għall-elementi kostitwenti ta' reati kriminali billi jiġu introdotti r-reati komuni ta' aċċess illegali f'sistema tal-informazzjoni, l-interferenza illegali fis-sistema, l-interferenza illegali fid-data, u l-interċettazzjoni illegali.

(5a)  L-interċettazzjoni tinkludi, iżda mhijiex neċessarjament limitata għas-smigħ, il-monitoraġġ jew is-sorveljanza tal-kontenut ta' komunikazzjonijiet u l-akkwist tal-kontenut ta' data kemm direttament, permezz tal-aċċess għal u l-użu ta' sistema ta' informazzjoni, jew indirettament, permezz tal-użu ta' smigħ elettroniku illegali jew tagħmir ta' smigħ b'mezzi tekniċi.

(6)  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pieni fir-rigward tal-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom jinkludu sentenzi ta' ħabs u/jew pieni finanzjarji.

(6a)  Id-Direttiva tipprevedi sanzjonijiet kriminali għall-inqas f'każijiet li mhumiex minuri. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw x'jikkostitwixxi każ minuri skont id-dritt u l-prattika nazzjonali tagħhom. Il-każ jista' jitqies minuri, pereżempju, meta l-ħsara kkawżata mir-reat u/jew ir-riskju li jinvolvi għall-interessi pubbliċi jew privati, bħall-integrità ta' sistema tal-kompjuter jew data tal-kompjuter, jew l-integrità ta' persuna, id-drittijiet u l-interessi l-oħrajn tagħha, ikun insinifikanti jew ikun ta' tali natura, li l-impożizzjoni ta' piena kriminali fl-ambitu tal-limitu speċifiku legali jew l-impożizzjoni ta' responsabbiltà kriminali mhux meħtieġa.

(6b)  L-identifikazzjoni u r-rapportar ta' theddid u riskji maħluqin mill-attakki ċibernetiċi, kif ukoll il-vulnerabbiltajiet tas-sistemi ta' informazzjoni huma element pertinenti ta' prevenzjoni effettiva u rispons għall-attakki ċibernetiċi u tat-titjib tas-sistemi ta' sigurtà tal-informazzjoni. Għal dak l-għan jista' jiżdied l-għoti ta' inċentivi għar-rapportar ta' distakki fis-sigurtà. L-Istati Membri għandhom jistinkaw biex jipprovdu l-possibbiltajiet, sabiex jippermettu l-iżvelar legali u r-rapportar ta' distakki fis-sigurtà.

(7)  Huwa xieraq li jkunu previsti pieni aktar severi meta attakk kontra sistema tal-informazzjoni jitwettaq minn organizzazzjoni kriminali, kif iddefinita fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata[5] jew meta l-attakk jitwettaq fuq skala kbira, u b'hekk jaffettwa għadd sostanzjali ta' sistemi tal-informazzjoni jew jikkawża dannu serju, inkluż meta l-attakk ikun bl-intenzjoni li jinħoloq "botnet" jew jitwettaq permezz ta' "botnet", u b'hekk jirriżulta f'dannu serju. Huwa wkoll xieraq li jkunu previsti pieni aktar severi meta tali attakk jitwettaq kontra infrastruttura kritika.

(7a)   L-istabbiliment ta' miżuri effettivi kontra s-serq tal-identità u reati oħrajn relatati mal-identità jikkostitwixxi element importanti ieħor ta' approċċ integrat kontra ċ-Ċiberkriminalità. Kwalunkwe ħtieġa għal azzjoni tal-UE dwar dan it-tip ta' mġiba kriminali tista' titqies ukoll fil-kuntest tal-evalwar tal-ħtieġa għal strument tal-UE orizzontali u komprensiv.

(8)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 u t-28 ta' Novembru 2008 indikaw li għandha tiġi żviluppata strateġija ġdida flimkien mal-Istati Membri u l-Kummissjoni, waqt li jiġi kkunsidrat il-kontenut tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità tal-2001. Dik il-Konvenzjoni hija l-qafas legali ta' referenza għall-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, inklużi l-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni. Din id-Direttiva hija msejsa fuq dik il-Konvenzjoni. Għalhekk l-ikkompletar tal-proċess ta' ratifika tal-Konvenzjoni mill-Istati Membri malajr kemm jista' jkun għandu jitqies bħala prijorità.

(9)  Minħabba l-modi differenti kif jistgħu jitwettqu l-attakki, u minħabba l-iżviluppi mgħaġġla fil-qasam tal-hardware u s-software, din id-Direttiva tirreferi għal 'għodod' li jistgħu jintużaw biex jitwettqu r-reati elenkati f'din id-Direttiva. Għodod jirreferu għal, pereżempju, software malizzjuż, li jinkludi dak li kapaċi joħloq botnets, użat biex jitwettqu ċiberattakki. Saħansitra jekk għodda tkun adatta jew saħansitra b'mod speċjali tkun adatta għat-twettiq tar-reati msemmijin, l-għodda tista' tiġi prodotta għal finijiet leġittimi. Motivat mill-ħtieġa li tiġi evitata l-kriminalizzazzjoni fejn tali għodod jiġu prodotti u jitqiegħdu fis-suq għal finijiet leġittimi, bħall-ittestjar tal-affidabbiltà tal-prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni jew is-sigurtà ta' sistemi ta' informazzjoni, barra mir-rekwiżit tal-intenzjoni ġenerali, rekwiżit tal-intenzjoni diretta li dawk l-għodod jintużaw biex jitwettaq kwalunkwe wieħed mir-reati msemmijin fid-Direttiva għandu jiġi wkoll sodisfatt.

(10a)  Din id-Direttiva mhijiex maħsuba biex timponi reponsabbiltà kriminali fejn il-kriterji oġġettivi tar-reati elenkati f'din id-Direttiva jiġu sodisfatti, iżda l-atti jitwettqu mingħajr intenzjoni kriminali, pereżempju meta l-persuna ma kinitx taf li l-aċċess ma kienx awtorizzat jew fil-każ tal-ittestjar jew il-protezzjoni obbligatorja ta’ sistema tal-informazzjoni, pereżempju meta persuna tiġi assenjata minn kumpannija jew bejjiegħ biex tittestja l-qawwa tas-sistema ta' sigurtà tagħha. Fil-kuntest ta' din id-Direttiva, l-obbligi jew il-ftehimiet kuntrattwali biex jirrestrinġu l-aċċess għal sistemi tal-informazzjoni permezz tal-politika dwar l-utenti jew it-termini tas-servizz, kif ukoll tilwim industrijali fir-rigward tal-aċċess għal u l-użu ta' sistemi tal-informazzjoni ta' min iħaddem għal finijiet privati, m'għandhomx jinvolvu r-responsabbiltà kriminali, fejn l-aċċess taħt tali ċirkostanzi jitqies mhux awtorizzat u għalhekk jikkostitwixxi l-bażi unika għal proċedimenti kriminali. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dritt legalment garantit ta' aċċess għall-informazzjoni kif stabbilit fil-leġislazzjoni nazzjonali u tal-UE, waqt li fl-istess ħin hija ma tistax isservi bħala eżenzjoni biex tiġġustifika l-aċċess illegali u arbitrarju għall-informazzjoni.

(10b)  Il-kummissjoni tal-attakki ċibernetiċi tista' tiġi ffaċilitata permezz ta' diversi ċirkostanzi, bħal meta l-awtur tar-reat fl-ambitu tal-impjieg tiegħu jkollu aċċess għas-sistemi ta' sigurtà inerenti fis-sistemi tal-informazzjoni affettwati. Fil-kuntest tal-liġi nazzjonali tali ċirkostanzi għandhom jitqiesu b'mod adatt matul il-proċedimenti kriminali.

(10c)  L-Istati Membri għandhom jipprevedu ċirkostanzi aggravanti fil-liġi nazzjonali tagħhom f'konformità mar-regoli applikabbli stabbiliti mis-sistemi legali tagħhom dwar ċirkostanzi aggravanti. Huma għandhom jiżguraw li dawk iċ-ċirkostanzi aggravanti jkunu disponibbli biex l-imħallfin jikkunsidrawhom meta jkunu qed jissentenzjaw lit-trasgressuri. Jibqa' fid-diskrezzjoni tal-imħallef li jivvaluta dawn iċ-ċirkostanzi flimkien mal-elementi fattwali l-oħrajn tal-każ partikolari.

(10d)  Din id-Direttiva ma tirregolax il-kondizzjonijiet li għandhom jintlaħqu sabiex tiġi eżerċitata ġurisdizzjoni fuq kwalunkwe wieħed mir-reati msemmija fl-Art. 3 sa 8, bħal ma hu rapport mill-vittma fil-post fejn twettaq ir-reat, jew denunzja mill-Istat tal-post fejn twettaq ir-reat, jew il-fatt li min wettaq ir-reat ma ġiex imħarrek fil-post fejn twettaq ir-reat.

(10e)  Fil-kuntest ta' din id-Direttiva, l-Istati u l-korpi pubbliċi jibqgħu marbutin għalkollox mar-rispett tal-garanzija għad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali, skont l-obbligi internazzjonali eżistenti.

(11)  Din id-Direttiva ssaħħaħ l-importanza tan-netwerks, bħan-netwerk tal-punti ta' kuntatt tal-G8 jew tal-Kunsill tal-Ewropa disponibbli fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. Tali punti ta' kuntatt għandhom ikunu jistgħu jipprovdu assistenza effettiva, b'hekk jiffaċilitaw pereżempju l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti disponibbli jew l-għoti ta' parir tekniku jew informazzjoni legali għall-fini tal-investigazzjonijiet jew tal-proċedimenti li jikkonċernaw ir-reati kriminali relatati mas-sistemi tal-informazzjoni u d-data assoċjata li jinvolvu l-Istat Membru rikjedenti. Sabiex jiġi żgurat it-tħaddim bla xkiel tan-netwerks, kull punt ta' kuntatt għandu jkollu l-kapaċità li jwettaq malajr komunikazzjonijiet mal-punt ta' kuntatt ta' Stat Membru ieħor appoġġatt fost l-oħrajn minn persunal imħarreġ u mgħammar. Minħabba l-veloċità li biha jistgħu jitwettqu l-attakki ċibernetiċi fuq skala kbira, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jirreaġixxu minnufih għat-talbiet urġenti minn din in-netwerk ta' punti ta' kuntatt. F'każijiet bħal dawn, jista' jkun konvenjenti li t-talba għal informazzjoni tkun akkumpanjata minn numru tat-telefon, sabiex ikun żgurat li t-talba tiġi pproċessata malajr mill-Istat Membru rikjest u li l-feedback jingħata fi 8 sigħat.

(11a)  Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi u s-settur privat u s-soċjetà ċivili hija ta' importanza kbira ħafna għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni. Jeħtieġ li titrawwem u tittejjeb il-kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi, il-produtturi, il-korpi tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet ġudizzjarji, filwaqt li jiġi rrispettat bis-sħiħ l-istat tad-dritt. Il-kooperazzjoni tista' tinkludi, pereżempju, appoġġ mill-fornituri tas-servizzi fl-għajnuna għall-preservazzjoni ta' evidenza potenzjali, biex jiġu pprovduti elementi biex jgħinu fl-identifikazzjoni tal-atturi tar-reati u, bħala l-aħħar rimedju, l-għeluq, kompletament jew parzjalment, skont il-liġi nazzjonali, inkluża l-liġi u l-prattika nazzjonali, tas-sistemi tal-informazzjoni jew funzjonijiet li ġew kompromessi jew użati għal finijiet illegali. L-Istati Membri għandhom iqisu wkoll l-istabbiliment ta' netwerks ta' kooperazzjoni u ta' sħubija ma' fornituri ta' servizzi u produtturi għall-iskambju ta' informazzjoni fir-rigward tar-reati fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(12a)  Hemm il-ħtieġa li tinġabar id-data komparabbli dwar ir-reati msemmijin f'din id-Direttiva. Id-data rilevanti għandha ssir disponibbli għall-aġenti speċjalizzati kompetenti, bħall-Europol u l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni f'konformità mal-kompiti u l-ħtiġijiet tal-informazzjoni tagħhom, sabiex tinkiseb stampa aktar kompluta tal-problema taċ-ċiberkriminalità u tas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni fil-livell tal-Unjoni u b'hekk tikkontribwixxi għall-formulazzjoni ta' reazzjonijiet aktar effettivi. L-Istati Membri għandhom jibagħtu informazzjoni dwar il-modus operandi użat mill-awturi tar-reat lill-Europol u ċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità tiegħu biex iwettqu valutazzjonijiet tat-theddid u analiżi strateġika skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI. L-għoti ta' informazzjoni jista' jiffaċilita fehim aħjar tat-theddid preżent u futur u b'hekk jikkontribwixxi għal teħid tad-deċiżjonijiet aktar adatt u mmirat biex jiġu miġġielda u evitati l-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni.

(12b)  Skont din id-Direttiva l-Kummissjoni għandha tibgħat rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva u biex issir kwalunkwe proposta leġislattiva meħtieġa li twassal għat-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva b'kont meħud tal-iżviluppi fil-qasam taċ-Ċiberkriminalità. Tali żviluppi jistgħu jinkludu kwalunkwe żvilupp teknoloġiku li jippermetti pereżempju infurzar aktar effettiv fil-qasam tal-attakki kontra sistemi tal-informazzjoni jew li jiffaċilita l-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni ta’ tali attakki. Għal din il-fini l-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-analiżi u r-rapporti disponibbli prodotti mill-atturi rilevanti u b'mod partikolari l-Europol u l-ENISA.

(12c)  Sabiex iċ-ċiberkriminalità tiġi miġġielda b'mod effettiv, jeħtieġ li s-sistemi tal-informazzjoni jsiru iktar b'saħħithom, billi jittieħdu l-miżuri adatti biex jiġu protetti b'mod aktar effettiv mill-attakki Ċibernetiċi. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri meħtieġa biex jipproteġu l-infrastrutturi kritiċi mill-attakki ċibernetiċi, li għalihom għandhom iqisu l-protezzjoni tas-sistemi tal-informazzjoni tagħhom u d-data assoċjata. L-iżgurar ta' livell adegwat ta' protezzjoni u sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni minn persuni ġuridiċi, pereżempju b'rabta mal-forniment tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika pubblikament disponibbli f'konformità mal-leġislazzjoni tal-UE eżistenti dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettonika u l-protezzjoni tad-data, jifforma parti essenzjali minn approċċ komprensiv biex iċ-ċiberkriminalità tiġi miġġielda b'mod effettiv. Għandhom jiġu provvduti livelli adatti ta' protezzjoni mit-theddid u l-vulnerabbiltajiet li jistgħu jiġu identifikati b'mod raġonevoli f'konformità mal-ogħla żvilupp tekniku għas-setturi speċifiċi u s-sitwazzjonijiet speċifiċi tal-ipproċessar tad-data. L-ispejjeż u l-piżijiet ta' tali protezzjoni għandhom ikunu proporzjonali għad-dannu li attakk ċibernetiku x'aktarx jikkawża lil dawk affettwati. L-Istati Membri huma inkoraġġuti jipprevedu miżuri rilevanti li jġorru responsabbiltajiet fil-kuntest tal-liġi nazzjonali tagħhom f'każijiet fejn ikun ċar li persuna ġuridika ma tkunx pprovdiet livell adatt ta' protezzjoni mill-attaki ċibernetiċi.

(13)  Xi lakuni u differenzi sinifikanti fil-liġijiet tal-Istati Membri u l-proċeduri kriminali fil-qasam tal-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni ▌jistgħu ikunu ta' tfixkil fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, u jistgħu jikkumplikaw il-kooperazzjoni effettiva tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'dan il-qasam. In-natura transnazzjonali u ta' mingħajr fruntieri tas-sistemi moderni tal-informazzjoni timplika li l-attakki kontra tali sistemi għandhom dimensjoni transkonfinali, u għalhekk tenfasizza l-ħtieġa urġenti għal aktar azzjoni biex issir l-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni kriminali f'dan il-qasam. Barra minn dan, il-koordinazzjoni tal-prosekuzzjoni ta' każijiet ta' attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni għandhom jiġu ffaċilitati bl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni adegwati tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' kunflitt ta' ġurisidizzjoni fi proċedimenti kriminali. L-Istati Membri f'kooperazzjoni mal-Unjoni Ewropea għandhom jipprovaw ukoll itejbu l-kooperazzjoni internazzjonali relatata mas-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni, in-netwerks tal-kompjuter u d-data tal-kompjuter. Għandha tingħata konsiderazzjoni adatta lis-sigurtà tat-trasferiment u l-ħżin tad-data fi kwalunkwe ftehim internazzjonali li jinvolvi l-iskambju tad-data.

(13a)  Kooperazzjoni mtejba bejn il-korpi kompetenti tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet ġudizzjarji madwar l-Unjoni hija essenzjali sabiex iċ-ċiberkriminalità tiġi miġġielda b'mod effettiv. F'dan il-kuntest għandu jiġi inkoraġġut l-intensifikar tal-isforzi biex jiġi pprovdut taħriġ adegwat lill-awtoritajiet rilevanti sabiex jiżdied il-ftehim taċ-ċiberkriminalità u l-impatt tagħha, u biex jitrawmu l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki, pereżempju permezz tal-aġenziji tal-UE speċjalizzati kompetenti. Tali taħriġ għandu fost l-oħrajn ikollu l-għan li jżid l-għarfien dwar is-sistemi legali nazzjonali differenti, l-isfidi legali u tekniċi possibbli ffaċċjati f'investigazzjonijiet kriminali, jew id-distribuzzjoni tal-kompetenzi bejn l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.

(14)  Billi l-għanijiet tad-Direttiva, jiġifieri li jiġi żgurat li l-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni jkunu punibbli fl-Istati Membri kollha b'pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi u li tittejjeb u tiġi promossa l-kooperazzjoni ġudizzjarja permezz tat-tneħħija ta' kumplikazzjonijiet potenzjali, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, minħabba li r-regoli jridu jkunu komuni u kompatibbli, u allura jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

(15a)  Il-protezzjoni tad-data personali hija dritt fundamentali skont l-Artikolu 16 (1) TFUE u l-Artikolu 8 tal-Karta dwar id-drittijiet Fundamentali. Għalhekk, kwalunkwe proċessar ta' data personali fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandu jikkonforma bis-sħiħ mal-leġislazzjoni tal-UE rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data adottata dwar il-bażi tat-Trattati.

(16)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u tħares il-prinċipji rrikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, inkluża l-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-privatezza, il-libertà tal-kelma u l-informazzjoni, id-dritt għal proċess ġust, il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-drittijiet tad-difiża, kif ukoll il-prinċipji ta' legalità u proporzjonalità tar-reati kriminali u l-pieni. B'mod partikolari, din id-Direttiva trid tiggarantixxi rispett sħiħ għal dawn id-drittijiet u l-prinċipji u għandha tiġi implimentata kif xieraq.

(17)  Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva ▌.

(18)  F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u għalhekk mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(19)  Din id-Direttiva għandha l-għan li temenda u tespandi d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas 2005/222/ĠAI. Minħabba li l-emendi li ser isiru huma ta' għadd u natura sostanzjali, id-Deċiżjoni Qafas, fl-interessi taċ-ċarezza, għandha tiġi sostitwita fl-intier tagħha fir-rigward tal-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli minimi rigward id-definizjoni ta' reati kriminali u s-sanzjonijiet fil-qasam tal-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni. Għandha wkoll l-għan li tiffaċilita l-prevenzjoni ta' reati bħal dawn u li ttejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u awtoritajiet kompetenti oħra.

Artikolu 2Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)  "sistema tal-informazzjoni" tfisser kwalunkwe mezz jew grupp ta' mezzi interkonnessi jew ta' mezzi relatati, wieħed jew aktar, li skont il-programm, iwettqu l-ipproċessar awtomatiku ta' data tal-kompjuter, u li permezz tagħhom isir il-ħżin, l-ipproċessar, l-irkupru jew it-trasmissjoni ta' data tal-kompjuter għall-finijiet tal-operazzjoni, l-użu, il-protezzjoni u l-manutenzjoni tagħhom;

(b)  "data tal-kompjuter" tfisser kwalunkwe rappreżentazzjoni ta' fatti, informazzjoni jew kunċetti f'forma adatta għall-ipproċessar f'sistema tal-informazzjoni, inkluż programm adatt li jġiegħel sistema tal-informazzjoni twettaq funzjoni;

(c)  "persuna ġuridika" tfisser kwalunkwe entità li għandha tali status skont il-liġi applikabbli, minbarra Stati jew korpi pubbliċi oħrajn fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat u organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi;

(d)  "mingħajr dritt" tfisser aċċess, interferenza, interċettazzjoni, jew kwalunkwe aġir ieħor imsemmi f'din id-Direttiva, li mhux awtorizzat mis-sid, jew minn detentur ieħor tad-dritt tas-sistema jew ta' parti minnha, jew li mhux permess skont il-leġislazzjoni nazzjonali;

Artikolu 3 Aċċess illegali għal sistemi ta' informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiġi żgurat li, meta jitwettaq intenzjonalment, l-aċċess mingħajr dritt għal sistema sħiħa tal-informazzjoni jew għal kwalunkwe parti minnha, ikun punibbli bħala reat kriminali, meta r-reat jitwettaq permezz tal-ksur ta' miżura tas-sigurtà, għall-inqas għall-każijiet li mhumiex minuri.

Artikolu 4Interferenza illegali f'sistema

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li ▌t-tfixkil serju jew l-interruzzjoni tal-funzjonament ta’ sistema tal-informazzjoni bit-tidħil, it-trasmissjoni, il-ħsara, it-tħassir, id-deterjorament, l-alterazzjoni, is-soppressjoni jew l-inaċċessibbiltà ta' data tal-kompjuter, ikunu punibbli bħala reati kriminali meta jitwettqu intenzjonalment u mingħajr dritt, mill-anqas għall-każijiet li mhumiex minuri.

Artikolu 5Interferenza illegali fid-data

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li ▌t-tħassir, il-ħsara, id-deterjorament, l-alterazzjoni, is-soppressjoni jew l-inaċċessibbiltà ta' data tal-kompjuter dwar sistema tal-informazzjoni, ikunu punibbli bħala reati kriminali meta jitwettqu intenzjonalment u mingħajr dritt, mill-anqas għall-każijiet li mhumiex minuri.

Artikolu 6Interċettazzjoni illegali

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li ▌l-interċettazzjoni b'mezzi tekniċi, ta' trasmissjonijiet mhux pubbliċi ta' data tal-kompjuter għal, minn jew fis-sistema tal-informazzjoni, li jinkludu emissjonijiet elettromanjetiċi minn sistema tal-informazzjoni li ġġorr tali data tal-kompjuter, hija punibbli bħala reat kriminali meta titwettaq intenzjonalment u mingħajr dritt, għall-inqas f'każijiet li mhumiex minuri.

Artikolu 7 Għodod użati biex jitwettqu reati

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-produzzjoni, il-bejgħ, il-kisba għall-użu, l-importazzjoni, ▌id-distribuzzjoni jew il-modi l-oħrajn li jrendu disponibbli dawn li ġejjin, huma punibbli bħala reati kriminali meta jitwettqu intenzjonalment u mingħajr dritt, bl-intenzjoni li jintuża għall-iskop li jitwettaq xi wieħed mir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 6, għall-inqas f'każijiet li mhumiex minuri:

(a)  ▌programm tal-kompjuter, imfassal jew adattat primarjament għall-iskop li jitwettaq xi wieħed mir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 6;

(b)  password tal-kompjuter, kodiċi għall-aċċess, jew data simili li biha wieħed ikun jista' jaċċedi għas-sistema tal-informazzjoni jew għal kwalunkwe parti minnha.

Artikolu 8

Inċitament, għajnuna u kompliċità u attentat

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-inċitament, l-għajnuna u l-kompliċità biex jitwettaq reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 7 jkun punibbli bħala reat kriminali.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attentat tat-twettiq ta' reat imsemmi fl-Artikoli 4 sa 5 jkun punibbli bħala reat kriminali.

Artikolu 9Pieni

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 8 jkunu punibbli b'pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li r-reati msemmijin fl-Artikoli 3 sa 7 jkunu punibbli b’piena massima ta' mill-inqas sitt snin il-ħabs, għall-inqas f'każijiet li mhumiex minuri.

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikoli 4 sa 5, meta jitwettqu intenzjonalment, ikunu punibbli b'piena massima ta' mill-inqas tliet snin ħabs meta jkunu ġew affettwati għadd sostanzjali ta' sistemi tal-informazzjoni permezz tal-użu ta' għodda, imsemmija fl-Artikolu 7 (1), imfassla jew adattata primarjament għal dan l-iskop.

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li r-reati msemmijin fl-Artikoli 4 sa 5 jkunu punibbli b’piena massima ta' mill-inqas ħames snin ħabs meta

(a)  twettqu fil-qafas ta' organizzazzjoni kriminali, kif definita fid-Deċiżjoni Qafas 2008/814/ĠAI irrispettivament tal-livell ta' penali msemmi fiha, jew

(b)  jikkawżaw dannu serju, jew

(c)  twettqu kontra sistema tal-informazzjoni infrastrutturali kritika.

5.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li meta r-reati msemmijin fl-Artikoli 4 u 5 jitwettqu bl-użu ħażin tad-data personali ta' persuna oħra, bl-għan li tinkiseb il-fiduċja ta' parti terza, u b'hekk jiġi kkaġunat preġudizzju għall-identità tas-sid leġittimu, dan jista', skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali, jitqies bħala ċirkostanzi aggravanti, dment li dawn iċ-ċirkostanzi ma jkunux diġà koperti minn reat ieħor, punibbli skont il-leġislazzjoni nazzjonali.

Artikolu 11 Responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għar-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 8, li jkunu twettqu għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, li taġixxi jew waħedha jew bħala parti minn organu tal-persuna ġuridika, li għandha pożizzjoni ta' tmexxija fi ħdan il-persuna ġuridika, ibbazati fuq waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  setgħa ta’ rappreżentanza tal-persuna ġuridika;

(b)  awtorità li tieħu deċiżjonijiet f’isem il-persuna ġuridika;

(c)  awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinstabu responsabbli fejn in-nuqqas ta’ sorveljanza jew kontroll minn xi persuna msemmija f’paragrafu 1 tkun għamlet it-twettiq possibbli, minn persuna taħt l-awtorità tagħha, ta’ xi wieħed mir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 8 għall-benefiċċju ta’ dik il-persuna ġuridika.

3.  Ir-responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi skont il-paragrafi 1 u 2 m'għandhiex teskludi l-proċedimenti kriminali kontra l-persuni fiżiċi li jwettqu, jistigaw, jew li jkunu kompliċi f'xi wieħed mir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 8.

Artikolu 12 Pieni għal persuni ġuridiċi

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li persuna ġuridika miżmuma responsabbli skont l-Artikolu 11(1) tkun punibbli b'pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali jew mhux kriminali u li jistgħu jinkludu sanzjonijiet oħra, bħal pereżempju:

(a)  l-esklużjoni mid-dritt għall-benefiċċji pubbliċi jew l-għajnuna pubblika;

(b)  l-iskwalifika temporanja jew permanenti mill-prattika ta' attivitajiet kummerċjali;

(c)   it-tqegħid taħt is-sorveljanza tal-qorti;

(d)  l-istralċ ġudizzjarju;

(e)  l-għeluq temporanju jew permanenti ta' stabbilimenti li setgħu ntużaw biex jitwettaq ir-reat.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li persuna ġuridika miżmuma responsabbli skont l-Artikolu 11(2) tkun punibbli b'pieni jew miżuri effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 13Ġurisdizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni tagħhom rigward ir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 8 meta r-reat ikun twettaq:

(a)  fl-intier tiegħu jew f'parti minnu ġewwa t-territorju tal-Istat Membru kkonċernat; jew

(aa)  minn wieħed miċ-ċittadini tiegħu, għall-inqas f'każijiet fejn l-att huwa reat kriminali fil-post fejn ikun twettaq.

2.  Meta jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni f'konformità mal-paragrafu 1(a), Stat Membru għandu jiżgura li l-ġurisdizzjoni tinkludi każijiet fejn:

(a)  it-trasgressur iwettaq ir-reat meta jkun fiżikament preżenti fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, kemm jekk ir-reat ikun kontra s-sistema tal-informazzjoni fit-territorju tiegħu u kemm jekk le; jew

(b)  ir-reat ikun kontra s-sistema tal-informazzjoni fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, kemm jekk it-trasgressur iwettaq ir-reat meta jkun fiżikament preżenti fit-territorju tiegħu u kemm jekk le.

3.  Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni meta jiddeċiedi li jistabbilixxi ġurisdizzjoni ulterjuri dwar reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 8 li twettaq barra mit-territorju tiegħu pereżempju fejn:

(a)  it-trasgressur għandu/ha r-residenza tiegħu/tagħha fit-territorju ta' dak l-Istat Membru; jew

(b)  ir-reat ikun tkun twettaq għall-benefiċċju ta' persuna ġuridika stabbilita fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

Artikolu 14 Skambju ta' informazzjoni

1.  Għall-finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni li jikkonċerna r-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 8, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom punt ta' kuntatt nazzjonali operattiv u jagħmlu użu min-netwerk eżistenti ta' punti ta' kuntatt operattivi li jkunu disponibbli 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li għandhom proċeduri fis-seħħ sabiex meta jkun hemm talbiet urġenti huma jkunu jistgħu jindikaw f'massimu ta' tmien sigħat jekk hux ser ikun hemm tweġiba għat-talba għal għajnuna, kif ukoll il-forma u ż-żmien stmat ta' din it-tweġiba.

2.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-punt ta' kuntatt tagħhom li jkunu ħatru għall-fini tal-iskambju ta' informazzjoni dwar ir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 8. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Istati Membri u l-aġenziji u l-korpi tal-UE speċjalizzati kompetenti l-oħrajn.

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-mezzi ta’ rapportar adatti jsiru disponibbli sabiex jiġi ffaċilitat ir-rapportar mingħajr dewmien bla bżonn tar-reati msemmijin fl-Artikolu 3 sa 6 lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Artikolu 15Monitoraġġ u statistika

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li qed tiġi implimentata sistema għar-reġistrazzjoni, il-produzzjoni u l-għoti ta' data statistika dwar ir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 7.

2.  Id-data statistika msemmija fil-paragrafu 1 għandha, bħala minimu, tkopri data eżistenti dwar l-għadd ta' reati msemmijin fl-Artikoli 3 sa 7 rreġistrati mill-Istati Membri, u ▌l-għadd ta' persuni, imħarrka u li nstabu ħatja tar-reati msemmijin fl-Artikoli 3 sa 7.

3.  Skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jibagħtu d-data miġbura lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li tiġi ppubblikata reviżjoni konsolidata ta' dawn ir-rapporti statistiċi u ppreżentata lill-aġenziji u l-korpi tal-UE speċjalizzati kompetenti.

Artikolu 16

Sostituzzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2005/222/ĠAI

Id-Deċizjoni Qafas 2005/222/ĠAI hija b'dan sostitwita fir-rigward tal-Istati Membri li jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni tad-Deċizjoni Qafas fil-liġi nazzjonali.

Fir-rigward tal-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva, ir-referenzi għad-Deċiżjoni Qafas 2005/222/ĠAI għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 17 Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa [sentejn mill-adozzjoni] ▌.

3.  L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill it-test tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu fil-liġijiet nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom skont din id-Direttiva.

4.  Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jigu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 18Rappurtaġġ

Il-Kummisjoni għandha, sa [ERBA' SNIN MILL-ADOZZJONI], tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta l-punt safejn l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva, jekk meħtieġ, flimkien ma' proposti leġislattivi. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha wkoll tqis l-iżviluppi tekniċi u legali fil-qasam taċ-ċiberkriminalità, partikolarment fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Artikolu 19Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 20Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

_______________

  • [1]  ĠU C 218, 23.7.2011, p. 130.
  • [2] * Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
  • [3]   ĠU C […], […], p. […].
  • [4]   ĠU C […], […], p. […].
  • [5]    ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (28.11.2011)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI
(COM(2010)0517 – C7-0293/2010 – 2010/0273(COD))

Rapporteur: Kristiina Ojuland

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-opinjoni tappoġġja bil-qawwa l-ħtieġa ta' skambju ta' informazzjoni aħjar marbuta maċ-ċibersigurtà bejn l-Istati Membri, fil-kuntest ta' tħassib li qed jiżdied dwar ċiberattakki possibbli. Teżisti urġenza reali biex il-kwistjoni taċ-ċibersigurtà tiġi indirizzata fil-livell tal-UE u permezz ta' azzjonijiet koordinati tal-Istati Membri.

L-opinjoni tissottolinja r-rwol tal-Kummissjoni li tiffaċilita l-promozzjoni u l-koordinazzjoni ta' inizjattivi eżistenti.

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u s-Sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża jemmnu li l-ħtieġa urġenti ta' azzjoni biex tissaħħaħ il-kooordinazzjoni tar-reazzjonijiet, l-inizjattivi u l-programmi fil-livell tal-UE hija ta' importanza kbira. L-iżvilupp ta' kapaċitajiet u kollaborazzjoni aktar b'saħħitha biex jiżdied il-livell tas-sigurtà tal-informazzjoni, għandhom jiġu appoġġjati.

L-opinjoni tappoġġja l-idea tal-ħatra ta' Koordinatur taċ-Ċibersigurtà tal-UE, sabiex jiffaċilita l-integrazzjoni u l-koordinazzjoni ta' attivitajiet u inizjattivi Ewropej differenti fil-livell tal-UE u fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-għan ta' din id-Direttiva huwa li jsir tqarrib tar-regoli tal-liġi kriminali fl-Istati Membri fil-qasam tal-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni, u li tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-awtoritajiet l-oħra kompetenti, inklużi l-pulizija u servizzi speċjalizzati oħrajn ta' infurzar tal-liġi tal-Istati Membri.

(1) L-għan ta' din id-Direttiva huwa li jsir tqarrib tar-regoli tal-liġi kriminali fl-Istati Membri fil-qasam tal-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni, u li tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-awtoritajiet l-oħra kompetenti, inklużi l-pulizija u servizzi speċjalizzati oħrajn ta' infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u tal-Unjoni. Dan l-objettiv jifforma parti mill-istrateġija ġenerali tal-Unjoni biex tikkumbatti l-kriminalità organizzata, tiżgura n-netwerks tal-informazzjoni b'mod aktar effikaċi, tipproteġi l-infrastruttura ta' informazzjoni kritika u tissalvagwardja d-dejta.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Is-sistemi tal-informazzjoni huma vitali għall-interazzjoni politika, soċjali u ekonomika fl-Unjoni. Is-soċjetà tiddependi dejjem aktar mis-sistemi tal-informazzjoni. Madankollu, minkejja l-benefiċċji ewlenin, jinkorporaw ukoll għadd ta' riskji għas-sigurtà tagħna minħabba l-kumplessità u l-vulnerabbiltà tagħhom għal diversi tipi ta' ċiberkriminalità. Għaldaqstant, is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni hija preokkupazzjoni kostanti u tirrikjedi reazzjonijiet effikaċi mill-Istati Membri u mill-Unjoni.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni, partikolarment dawk li jirriżultaw mit-theddida tal-kriminalità organizzata, jirrappreżentaw minaċċa li qed tikber, u qed jiżdied it-tħassib dwar il-potenzjal ta' attakki terroristiċi jew li huma mmotivati mill-politika kontra s-sistemi tal-informazzjoni li jagħmlu parti mill-infrastruttura kritika tal-Istati Membri u tal-Unjoni. Dan jikkostitwixxi theddida għall-kisba ta' soċjetà tal-informazzjoni aktar sikura u ta' qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, u għalhekk jinħtieġ rispons fil-livell tal-Unjoni Ewropea.

(2) L-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni jirrappreżentaw minaċċa li qed tikber. Jistgħu joriġinaw mit-terroriżmu jew mill-kriminalità organizzata u jistgħu jitwettqu minn stati jew minn individwi. Qed jiżdied it-tħassib dwar il-potenzjal ta' attakki terroristiċi jew li jkunu mmotivati mill-politika kontra s-sistemi tal-informazzjoni li jagħmlu parti mill-infrastruttura kritika tal-Istati Membri u tal-Unjoni. In-natura transkonfinali ta' ċertu ksur u r-riskji u l-ispejjeż relattivament baxxi għal min iwettaq reat, flimkien mal-benefiċċji potenzjalment kbar u l-ħsara li ssir, iżidu serjament ir-riskju ta' tali attakki. Dan jikkostitwixxi theddida għall-kisba ta' soċjetà tal-informazzjoni aktar sikura u ta' spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, u għalhekk jinħtieġ rispons mhux biss fil-livell tal-Unjoni Ewropea iżda anke mill-komunità internazzjonali.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Hemm evidenza ta' tendenza għal attakki fuq skala kbira li qed isiru aktar perikolużi u rikorrenti, kontra s-sistemi tal-informazzjoni li huma kritiċi għall-istati jew għall-funzjonijiet partikolari fis-settur pubbliku jew privat. Din it-tendenza hija akkumpanjata mill-iżvilupp ta' għodod dejjem aktar sofistikati li jistgħu jintużaw minn kriminali sabiex jiġu mnedija ċiberattakki ta' tipi varji.

(3) Hemm evidenza ta' tendenza għal attakki fuq skala kbira li qed isiru aktar perikolużi u rikorrenti, kontra s-sistemi tal-informazzjoni li huma kritiċi għall-Istati Membri, għall-Unjoni jew għall-funzjonijiet partikolari fis-settur pubbliku jew privat, kif ukoll fil-livell tal-Unjoni. Din it-tendenza hija akkumpanjata mill-iżvilupp rapidu tat-teknoloġija tal-informatika u, b'riżultat ta' dan, ta' għodod dejjem aktar sofistikati li jistgħu jintużaw minn kriminali sabiex jiġu mnedija ċiberattakki ta' tipi varji, li wħud minnhom għandhom potenzjal kbir li jikkawżaw ħsara ekonomika u soċjali.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 4 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Għandha ssir valutazzjoni bir-reqqa, affidabbli u indipendenti tal-livell ġenerali tat-theddid ta' attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jaġġustaw il-livell tagħhom ta' sigurtà tal-informazzjoni skont dan.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 4 b (gdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b) Tinħtieġ koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni bħala għajnuna biex jiġu integrati inizjattivi, programmi u attivitajiet differenti.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pieni fir-rigward tal-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(6) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pieni fir-rigward tal-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni, bħala parti minn ġabra usa' ta' strateġiji nazzjonali mfassla biex ikunu ta' deterrent għal attakki bħal dawn u biex jikkumbattuhom. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Minħabba n-natura transkonfinali tat-theddid, jeħtieġ li l-Istati Membri jallinjaw l-pieni tagħhom u għalhekk inaqqsu d-differenzi fit-trattament tal-ksur fl-Unjoni kollha.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 8 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jistiednu lil dawk l-Istati Membri li għad iridu jirratifikaw il-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità tal-Kunsill tal-Ewropa, biex jirratifikawha bla dewmien.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Il-kooperazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet mas-settur privat u s-soċjetà ċivili hija ta' importanza kbira ferm biex jiġu evitati u miġġielda ċ-ċiberattakki. Jeħtieġ li jiġi stabbilit djalogu kontinwu magħhom, minħabba l-użu estensiv tagħhom tas-sistemi tal-informatika u l-ħtieġa ta' responsabbiltà kondiviża fl-iżgurar ta' sisemi affidabbli u funzjonali. Huwa importanti li titqajjem kuxjenza fost il-partijiet interessati kollha tas-sistemi tal-informatika, sabiex tinħoloq mentalità ta' sigurtà tad-dejta.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11b) Inizjattivi u proġetti riċenti marbuta maċ-ċiberdifiża, bħal fl-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA), għandhom jiġu mħeġġa biex jappoġġjaw il-kapaċitajiet ta' ċiberdifiża tal-Istati Membri. Għandha tkun prevista kooperazzjoni eqreb kemm mal-EDA kif ukoll maċ-Ċentru Kooperattiv ta' Eċċellenza għaċ-Ċiberdifiża (CCDCOE) tan-NATO, b'mod partikolari fil-qasam tal-bini tal-kapaċitajiet u tat-taħriġ.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Tinħass il-ħtieġa li tinġabar id-dejta dwar ir-reati skont din id-Direttiva, sabiex tinkiseb stampa aktar kompluta tal-problema fil-livell tal-Unjoni u b'hekk tikkontribwixxi għall-formulazzjoni ta' reazzjonijiet aktar effettivi. Barra minn dan, id-dejta se tgħin lill-aġenziji speċjalizzati bħall-Europol u l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni sabiex jivvalutaw aħjar il-limitu taċ-ċiberkriminalità u l-istat tas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni fl-Ewropa.

(12) Tinħass il-ħtieġa li tinġabar id-dejta dwar ir-reati skont din id-Direttiva, sabiex tinkiseb stampa aktar kompluta tal-problema fil-livell tal-Unjoni u b'hekk tikkontribwixxi għall-formulazzjoni ta' reazzjonijiet aktar effettivi. L-Istati Membri għandhom iżidu l-iskambji ta' informazzjoni rigward iċ-ċiberattakki bl-appoġġ tal-Kummissjoni u tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni. Barra minn dan, id-dejta se tgħin lill-aġenziji speċjalizzati bħall-Europol u l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni sabiex jivvalutaw aħjar il-limitu u l-impatt taċ-ċiberkriminalità u l-istat tas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni fl-Ewropa. Għarfien aħjar tar-riskji attwali u futuri jippermetti li jittieħdu deċiżjonijiet li jkunu aktar effikaċi bħala deterrent għaċ-ċiberattakki u fil-ġlieda kontrihom, jew biex titnaqqas il-ħsara konsegwenti.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a) L-iskambju ta' informazzjoni u s-sħubijiet pubbliċi-privati (PPP) għandhom rwol importanti fit-titjib taċ-ċibersigurtà. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha teżamina l-fattibbiltà li tipprovdi oqfsa jew strumenti biex il-PPPs jiġu megħjuna jikkooperaw ma' xulxin f'livell nazzjonali u f'dak tal-Unjoni, sabiex jiġu implimentati standards ta' kwalità tal-informazzjoni għall-interoperabbiltà, u biex jiġu żgurati l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, is-separazzjoni tas-setgħat u s-superviżjoni demokratika.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Xi lakuni u differenzi sinifikanti fil-liġijiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni jistgħu ikunu ta' tfixkil fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, u jistgħu jikkumplikaw il-kooperazzjoni effettiva tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'dan il-qasam. In-natura transnazzjonali u ta' mingħajr fruntieri tas-sistemi moderni tal-informazzjoni timplika li l-attakki kontra tali sistemi għandhom dimensjoni transkonfinali, u għalhekk tenfasizza l-ħtieġa urġenti għal aktar azzjoni biex issir l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni kriminali f'dan il-qasam. Barra minn dan, il-koordinazzjoni tal-prosekuzzjoni ta' każijiet ta' attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni għandhom jiġu ffaċilitati bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' kunflitt ta' ġurisidizzjoni fi proċedimenti kriminali.

(13) Xi lakuni u differenzi sinifikanti fil-liġijiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni jistgħu ikunu ta' tfixkil fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, u jistgħu jikkumplikaw il-kooperazzjoni effettiva tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'dan il-qasam. In-natura transnazzjonali u ta' mingħajr fruntieri tas-sistemi moderni tal-informazzjoni timplika li l-attakki kontra tali sistemi għandhom dimensjoni transkonfinali, u għalhekk tenfasizza l-ħtieġa urġenti għal aktar azzjoni biex issir l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni kriminali f'dan il-qasam fil-livell tal-Unjoni. L-Unjoni għandha tipprova tikseb ukoll kooperazzjoni internazzjonali akbar fil-qasam tas-sigurtà tan-netwerks tad-dejta billi tikkollabora mill-qrib ma' organizzazzjonijiet oħra bit-termini ta' referenza rilevanti, bħan-Nazzjonijiet Uniti, in-NATO, il-Kunsill tal-Ewropa, jew l-OSKE u billi tinvolvi lil partijiet interessati internazzjonali oħra. Barra minn dan, il-koordinazzjoni tal-prosekuzzjoni ta' każijiet ta' attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni għandhom jiġu ffaċilitati bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' kunflitt ta' ġurisidizzjoni fi proċedimenti kriminali.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji rrikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluża l-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà tal-kelma u l-informazzjoni, id-dritt għal proċess ġust, il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-drittijiet tad-difiża, kif ukoll il-prinċipji ta' legalità u proporzjonalità tar-reati kriminali u l-pieni. B'mod partikolari, din id-Direttiva trid tiggarantixxi rispett sħiħ għal dawn id-drittijiet u l-prinċipji u għandha tiġi implimentata kif xieraq.

(16) Din id-Direttiva u kull applikazzjoni prattika tagħha jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari d-dritt għall-privatezza, u jħarsu l-prinċipji rrikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluża l-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà tal-kelma u l-informazzjoni, id-dritt għal proċess ġust, il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-drittijiet tad-difiża, kif ukoll il-prinċipji ta' legalità u proporzjonalità tar-reati kriminali u l-pieni. B'mod partikolari, din id-Direttiva trid tiggarantixxi rispett sħiħ għal dawn id-drittijiet u l-prinċipji u għandha tiġi implimentata kif xieraq. In-natura libera u miftuħa tal-internet ma tintlaqatx ħażin b'din id-Direttiva.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 16 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jinsistu, f'negozjati u meta jkunu qed jikkooperaw ma' pajjiżi terzi, fuq rekwiżiti minimi għall-prevenzjoni taċ-ċiberkriminalità u ċ-ċiberattakki u l-ġlieda kontrihom, kif ukoll fuq standards minimi għas-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 16 b (gdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b) Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra alternattivi biex tiffaċilita u tgħin lil pajjiżi terzi fl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom ta' ċibersigurtà u ċiberdifiża.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Kummissjoni għandha tgħin lill-Istati Membri fil-promozzjoni tar-reżiljenza u l-istabbiltà tal-internet u għandha twettaq attivitajiet oħra bl-għan li tinkiseb is-sigurtà tal-informazzjoni.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b. Il-Kunsill għandu jikkjarifika r-rwol tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà u tal-korpi l-oħra tiegħu fil-kuntest tal-ġestjoni ta' ċiberattakki potenzjali.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2c. L-Istati Membri għandhom itejbu l-iskambju ta' informazzjoni marbuta maċ-ċibersigurtà. L-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, għandhom jippruvaw jinteraġixxu ma' pajjiżi terzi, speċjalment ma' dawk minn fejn l-attakki joriġinaw l-aktar spiss.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jibagħtu d-dejta miġbura lill-Kummissjoni. Huma għandhom jiżguraw ukoll li tiġi ppubblikata reviżjoni konsolidata ta' dawn ir-rapporti statistiċi.

3. Skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jibagħtu d-dejta miġbura lill-Kummissjoni. Huma għandhom jiżguraw ukoll li tiġi ppubblikata reviżjoni konsolidata ta' dawn ir-rapporti statistiċi u li titressaq lill-Parlament Ewropew.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Għandu jinħatar Koordinatur taċ-Ċibersigurtà tal-Unjoni sabiex jiffaċilita l-integrazzjoni u l-koordinazzjoni tal-inizjattivi, il-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni fl-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u revoka tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI

Referenzi

COM(2010)0517 – C7-0293/2010 – 2010/0273(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

7.10.2010

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

7.4.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Kristiina Ojuland

29.3.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

22.11.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

8

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Sir Robert Atkins, Frieda Brepoels, Elmar Brok, Marietta Giannakou, Andrzej Grzyb, Takis Hadjigeorgiou, Anna Ibrisagic, Othmar Karas, Ioannis Kasoulides, Tunne Kelam, Evgeni Kirilov, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Krzysztof Lisek, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Barry Madlener, Francisco José Millán Mon, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Raimon Obiols, Justas Vincas Paleckis, Ioan Mircea Paşcu, Cristian Dan Preda, Libor Rouček, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jacek Saryusz-Wolski, Werner Schulz, Marek Siwiec, Charles Tannock, Inese Vaidere, Kristian Vigenin, Sir Graham Watson

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Elena Băsescu, Tanja Fajon, Diogo Feio, Monica Luisa Macovei, Emilio Menéndez del Valle, György Schöpflin, Traian Ungureanu, Ivo Vajgl, Renate Weber, Janusz Władysław Zemke

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Luís Paulo Alves, Sylvie Guillaume, Vladimir Urutchev

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (11.11.2011)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI
(COM(2010)0517 – C7‑0293/2010 – 2010/0273(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Christian Ehler

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-għan ta' din id-Direttiva huwa li jsir tqarrib tar-regoli tal-liġi kriminali fl-Istati Membri fil-qasam tal-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni, u li tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-awtoritajiet l-oħra kompetenti, inklużi l-pulizija u servizzi speċjalizzati oħrajn ta' infurzar tal-liġi tal-Istati Membri;

(1) Filwaqt li jifforma parti mill-istrateġija ġenerali tal-Unjoni, immirata lejn il-ġlieda kontra l-kriminalità, it-tisħiħ tar-reżistenza tan-netwerks tal-kompjuters, il-ħarsien tal-infrastruttura tal-informazzjoni kritika u l-protezzjoni tad-dejta, l-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jsir tqarrib tar-regoli tal-liġi kriminali fl-Istati Membri fil-qasam tal-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni, u li tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-awtoritajiet l-oħra kompetenti, inklużi l-pulizija u servizzi speċjalizzati oħrajn ta’ infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-Eurojust, il-Europol, l-iskwadri ta' rispons f'emerġenza relatata mal-kompjuters kemm nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni u l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni, biex tingħata possibilità għal approċċ komuni u komprensiv.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Is-sistemi tal-informazzjoni huma element ewlieni tal-interazzjoni politika, soċjali u ekonomika fl-Ewropa. Id-dipendenza tas-soċjetà fuq dawn is-sistemi hija kbira u qiegħda dejjem tiżdied. It-tħaddim tajjeb u s-sigurtà ta' dawn is-sistemi fl-Ewropa huma kruċjali għall-iżvilupp tas-suq intern u ta' ekonomija kompetittiva u innovattiva. Madankollu, waqt li jipprovdu benefiċċji kbar, is-sistemi tal-informazzjoni jġorru magħhom ukoll għadd ta' riskji għas-sigurtà tagħna minħabba l-kumplessità u l-vulnerabilità tagħhom għal diversi tipi ta' kriminalità informatika. Għaldaqstant, is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni hija kwistjoni ta' tħassib kostanti li tirrikjedi rispons effettiv mill-Istati Membri u mill-Unjoni.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni, partikolarment dawk li jirriżultaw mit-theddida tal-kriminalità organizzata, jirrappreżentaw minaċċa li qed tikber, u qed jiżdied it-tħassib dwar il-potenzjal ta' attakki terroristiċi jew li huma mmotivati mill-politika kontra s-sistemi tal-informazzjoni li jagħmlu parti mill-infrastruttura kritika tal-Istati Membri u tal-Unjoni. Dan jikkostitwixxi theddida għall-kisba ta' soċjetà tal-informazzjoni aktar sikura u ta' qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, u għalhekk jinħtieġ rispons fil-livell tal-Unjoni Ewropea.

(2) L-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni jistgħu jiġu minn varjetà ta’ atturi bħal terroristi, gruppi tal-kriminalità organizzata, pajjiżi jew individwi iżolati. Huma jirrappreżentaw minaċċa li qed tikber għall-funzjonament ta’ sistemi ta’ informazzjoni fl-Unjoni u globalment, u qed jiżdied it-tħassib dwar il-potenzjal ta' attakki terroristiċi jew li huma mmotivati mill-politika kontra s-sistemi tal-informazzjoni li jagħmlu parti mill-infrastruttura kritika tal-Istati Membri u tal-Unjoni. In-natura transkonfinali ta' ċerti reati u r-riskju u l-konsegwenzi relattivament minimi għall-kriminali, flimkien mal-benefiċċji kbar li jistgħu jgawdu u l-ħsara li tista' tiġi kkawżata bl-attakki, iżidu ħafna l-livell ta' din it-theddida. Dan jikkostitwixxi theddida għall-kisba ta' soċjetà tal-informazzjoni aktar sikura u ta' qasam tal-libertà, id-demokrazija, is-sigurtà u l-ġustizzja, jipperikola l-ħolqien ta’ suq intern diġitali Ewropew u għalhekk jinħtieġ rispons fil-livell tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fil-livell internazzjonali, pereżempju permezz tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità tal-2001.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 2 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) L-attakki ċibernetiċi reċenti mwettqa kontra netwerks u sistemi tal-informazzjoni Ewropej ikkawżaw ħsara sostanzjali f'termini ekonomiċi u ta' sigurtà fl-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

B'kunsiderazzjoni tal-attakki ċibernetiċi ta' Marzu 2011 fuq l-istituzzjonijiet Ewropej, kif ukoll il-każijiet numerużi ta’ infrazzjoni fis-Sistemi Ewropej tal-Iskambju tal-Kwoti ta' Emissjonijiet, li kollha rriżultaw f'miljuni ta' euro ta' telf f’emissjonijiet;

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Hemm evidenza ta' tendenza għal attakki fuq skala kbira li qed isiru aktar perikolużi u rikorrenti, kontra s-sistemi tal-informazzjoni li huma kritiċi għall-istati jew għall-funzjonijiet partikolari fis-settur pubbliku jew privat. Din it-tendenza hija akkumpanjata mill-iżvilupp ta' għodod dejjem aktar sofistikati li jistgħu jintużaw minn kriminali sabiex jiġu mnedija ċiberattakki ta' tipi varji.

(3) Hemm evidenza ta' tendenza għal attakki fuq skala kbira li qed isiru aktar perikolużi u rikorrenti, inklużi l-attakki mqassma ta' "ċaħda ta' servizz" (distributed denial-of-service attacks), kontra s-sistemi tal-informazzjoni li huma kritiċi għall-organizzazzjonijiet internazzjonali, għall-istati, għall-Unjoni jew għall-funzjonijiet partikolari fis-settur pubbliku jew privat. Attakki bħal dawn jistgħu jikkawżaw ħsara ekonomika sostanzjali kemm permezz ta’ interruzzjoni ta’ sistemi tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni nnifishom u permezz ta’ telf jew alterazzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali importanti għall-kummerċ jew dejta oħra. SMEs innovattivi, li jiddependu mill-funzjonament tajjeb u d-disponibilità ta’ sistemi tal-informazzjoni, filwaqt li potenzjalment kapaċi jiddedikaw inqas riżorsi għas-sigurtà tal-informazzjoni, jirriskjaw li jiġu partikolarment effettwati. Din it-tendenza hija akkumpanjata mill-iżvilupp rapidu tat-teknoloġija tal-informatika u għalhekk ta' għodod dejjem aktar sofistikati li jistgħu jintużaw minn kriminali sabiex jiġu mnedija ċiberattakki ta' tipi varji, li wħud minnhom għandhom potenzjal sinifikattiv li jikkawżaw ħsara ekonomika u soċjali.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Id-definizzjonijiet komuni f'dan il-qasam, partikolarment tas-sistemi tal-informazzjoni u tad-dejta tal-kompjuter, huma importanti sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti fl-Istati Membri għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(4) Id-definizzjonijiet komuni f'dan il-qasam, partikolarment tas-sistemi tal-informazzjoni, tad-dejta tal-kompjuter u tar-reati kriminali li jikkonċernaw is-sistemi tal-informazzjoni u d-dejta tal-kompjuter huma essenzjali sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti u uniformi fl-Istati Membri għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pieni fir-rigward tal-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(6) Flimkien ma’ miżuri mill-Istati Membri, mill-Unjoni u mis-settur privat, immirati sabiex iżidu s-sigurtà u l-integrità tas-sistemi ta’ informazzjoni u sabiex jipprevjenu attakki u jimminimizzaw l-impatt tagħhom, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kemm miżuri effettivi għall-prevenzjoni ta’ attakki bħal dawn u pieni armonizzati fir-rigward tal-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni, li għandhom jiġu adottati fil-qafas ta’ strateġiji nazzjonali usa’ biex jiġu skuraġġuti u kkumbattuti attakki bħal dawn. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Il-konverġenza tas-sanzjonijiet u tal-pieni applikati mill-Istati Membri hija meħtieġa minħabba n-natura sikwit transkonfinali tat-theddid u hija maħsuba biex tnaqqas id-differenzi bejn l-Istati Membri meta jiġu indirizzati r-reati mwettqa fl-Unjoni.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) L-Istati Membri, l-Unjoni u s-settur privat, b'kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni, għandhom jieħdu passi biex iżidu s-sigurtà u l-integrità tas-sistemi tal-informazzjoni, biex jipprevjenu attakki u jimminimizzaw l-impatt tal-attakki.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 u t-28 ta' Novembru 2008 indikaw li għandha tiġi żviluppata strateġija ġdida flimkien mal-Istati Membri u l-Kummissjoni, waqt li jiġi kkunsidrat il-kontenut tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità tal-2001. Dik il-Konvenzjoni hija l-qafas legali ta' referenza għall-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, inklużi l-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni. Din id-Direttiva hija msejsa fuq dik il-Konvenzjoni.

(8) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 u t-28 ta' Novembru 2008 indikaw li għandha tiġi żviluppata strateġija ġdida flimkien mal-Istati Membri u l-Kummissjoni, waqt li jiġi kkunsidrat il-kontenut tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità tal-2001. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jinkuraġġixxu lill-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni biex jagħmlu dan mill-aktar fis. Dik il-Konvenzjoni hija l-qafas legali ta' referenza għall-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, inklużi l-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni. Din id-Direttiva tikkunsidra d-dispożizzjonijiet relevanti ta’ dik il-Konvenzjoni.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Din id-Direttiva m'għandhiex l-intenzjoni li timponi responsabbiltà kriminali fejn ir-reati jkunu twettqu mingħajr intenzjoni kriminali, bħal pereżempju għall-ittestjar awtorizzat jew il-protezzjoni tas-sistemi tal-informazzjoni.

(10) Din id-Direttiva ma tkoprix azzjoni meħuda biex tiżgura s-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni, bħall-kapaċità ta’ sistema tal-informazzjoni li tirreżisti atti kriminali kif definiti f’din id-Direttiva, jew li telimina għodod użati jew maħsuba li jiġu użati għal tali azzjonijiet. Lanqas ma għandha l-intenzjoni li timponi responsabbiltà kriminali fejn il-kriterji oġġettivi tar-reati elenkati f’din id-Direttiva jiġu sodisfatti iżda l-azzjoni hija mwettqa mingħajr intenzjoni kriminali, bħal pereżempju għall-ittestjar awtorizzat jew il-protezzjoni tas-sistemi tal-informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-fatt li kultant il-limiti bejn aċċess malizzjuż u mhux malizzjuż ikun imċajpar (aġġornamenti awtomatiċi), l-emenda għandha l-iskop li tagħmilha ċara li, p.e. l-operazzjoni ta' softwer kontra l-virus jew għodod li jneħħu l-virus, jew l-iżolar ta’ tagħmir infettat, huma kompletament barra l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Din id-Direttiva ssaħħaħ l-importanza tan-netwerks, bħan-netwerk tal-punti ta' kuntatt tal-G8 jew tal-Kunsill tal-Ewropa disponibbli fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa għall-iskambju ta' informazzjoni sabiex jiġi żgurat l-għoti ta' għajnuna immedjata għall-iskop tal-investigazzjonijiet jew tal-proċedimenti li jikkonċernaw ir-reati kriminali relatati mas-sistemi tal-informazzjoni u d-dejta, jew għall-ġabra tal-evidenza ta' reat kriminali f'forma elettronika. Minħabba l-veloċità li biha jistgħu jitwettqu l-attakki fuq skala kbira, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jirreaġixxu minnufih għat-talbiet urġenti minn din in-netwerk ta' punti ta' kuntatt. Tali għajnuna għandha tinkludi l-iffaċilitar, jew it-twettiq b'mod dirett, ta' miżuri bħal pereżempju: l-għoti ta' pariri tekniċi, il-preservazzjoni tad-dejta, il-ġbir tal-evidenza, l-għoti ta' informazzjoni legali, u l-lokalizzazzjoni tas-suspettati.

(11) Din id-Direttiva ssaħħaħ l-importanza tan-netwerks, bħan-netwerk tal-punti ta' kuntatt tal-G8 jew tal-Kunsill tal-Ewropa disponibbli fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa għall-iskambju ta' informazzjoni sabiex jiġi żgurat l-għoti ta' għajnuna immedjata għall-iskop tal-investigazzjonijiet jew tal-proċedimenti li jikkonċernaw ir-reati kriminali relatati mas-sistemi tal-informazzjoni u d-dejta, jew għall-ġabra tal-evidenza ta' reat kriminali jew intenzjoni ta’ twettiq ta’ reat kriminali. Minħabba l-veloċità li biha jistgħu jitwettqu l-attakki fuq skala kbira, l-Istati Membri, l-Unjoni u l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għandhom ikunu kapaċi jirreaġixxu minnufih u b’mod effettiv għat-talbiet urġenti minn dan in-netwerk ta' punti ta' kuntatt. Tali għajnuna għandha tinkludi l-iffaċilitar, jew it-twettiq b'mod dirett, ta' miżuri bħal pereżempju: l-għoti ta' pariri tekniċi, inkluż sabiex terġa' tinkiseb il-funzjonalità tas-sistema tal-informazzjoni, il-preservazzjoni tad-dejta b'konformità mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta personali, il-ġbir tal-evidenza, l-għoti ta' informazzjoni legali, l-identifikazzjoni tal-informazzjoni fil-periklu u/jew estratta u l-lokalizzazzjoni u l-identifikazzjoni tas-suspettati.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Il-kooperazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi mas-settur privat u mas-soċjetà ċivili hija ta' importanza kbira ħafna għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni. Għandu jitwaqqaf djalogu permanenti ma' dawn is-sħab fid-dawl tal-użu estensiv li huma jagħmlu tas-sistemi tal-informazzjoni u fid-dawl tal-qsim ta' responsabilità meħtieġ għat-tħaddim stabbli u xieraq ta' dawn is-sistemi. It-tqajjim tal-kuxjenza fost il-partijiet interessati fl-użu tas-sistemi tal-informazzjoni huwa importanti biex tinħoloq kultura ta' sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Tinħass il-ħtieġa li tinġabar id-dejta dwar ir-reati skont din id-Direttiva, sabiex tinkiseb stampa aktar kompluta tal-problema fil-livell tal-Unjoni u b'hekk tikkontribwixxi għall-formulazzjoni ta' reazzjonijiet aktar effettivi. Barra minn dan, id-dejta se tgħin lill-aġenziji speċjalizzati bħall-Europol u l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni sabiex jivvalutaw aħjar il-limitu taċ-ċiberkriminalità u l-istat tas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni fl-Ewropa.

(12) Tinħass il-ħtieġa li tinġabar id-dejta dwar ir-reati skont din id-Direttiva, sabiex tinkiseb stampa aktar kompluta tal-problema fil-livell tal-Unjoni u b'hekk tikkontribwixxi għall-formulazzjoni ta' reazzjonijiet aktar effettivi. L-Istati Membri jeħtieġ li jtejbu l-iskambju tal-informazzjoni dwar l-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni, bl-appoġġ tal-Kummissjoni u tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni. Barra minn dan, id-dejta se tgħin lill-entitajiet u lill-aġenziji speċjalizzati bħas-CERTs tal-Istati Membri, bħall-Europol u l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni sabiex jivvalutaw aħjar il-limitu taċ-ċiberkriminalità u l-istat tas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni fl-Unjoni u sabiex jgħinu lill-Istati Membri jirrispondu għall-inċidenti li jikkonċernaw is-sigurtà tal-informazzjoni. Għarfien aħjar dwar ir-riskji preżenti u futuri jgħin biex jittieħdu deċiżjonijiet aktar xierqa dwar id-deterrenti, il-ġlieda u t-trażżin tal-ħsara kkawżata mill-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a) Filwaqt li din id-Direttiva trid tissodisfa rekwiżiti riġidi għaċ-ċertezza legali u l-prevedibilità fil-liġi kriminali, hemm ħtieġa wkoll, koperta mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-ġbir ta’ dejta, l-iskambju ta’ informazzjoni u l-obbligu fuq il-Kummissjoni li tirraporta regolarment dwar l-applikazzjoni tagħha u li tagħmel kwalunkwe proposta neċessarja, li wieħed jipprovdi għal mekkaniżmu flessibbli li jipermetti l-adattament għal żviluppi futuri, li possibliment iwasslu għat-twessigħ tal-ambitu ta’ din id-Direttiva. Tali żviluppi fil-ġejjieni jinkludu kull żvilupp teknoloġiku li jippermetti pereżempju infurzar aktar effettiv fil-qasam ta’ attakki kontra sistemi tal-informazzjoni jew li jiffaċilita l-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni ta’ attakki bħal dawn.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li l-introduzzjoni ta’ pieni hija apprezzata, approċċ komprensiv tal-Unjoni biex tiġi indirizzata ċ-ċiberkriminalità ma għandux jiffoka biss fuq l-infurzar effettiv tal-liġi iżda jiżviluppa wkoll strateġiji u strumenti għall-prevenzjoni ta’ dawk l-attivitajiet kriminali.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 12 b (gdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12b) L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għandu jkollha rwol strateġiku fil-koordinazzjoni tal-isforzi tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni. L-Aġenzija tista', pereżempju, twettaq dan il-kompitu billi tissorvelja l-iskambju tal-informazzjoni bejniethom, filwaqt li tiffunzjona bħala punt uniku ta' kuntatt u bħala r-reġistratur tal-Unjoni għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà. Tista’ tingħata wkoll il-kompitu li tiċċentralizza dejta statistika dwar reati msemmija f’din id-Direttiva fil-livell tal-Unjoni u tużaha bħala bażi għat-tfassil ta’ rapporti dwar is-sitwazzjoni tas-sistemi tal-informazzjoni u s-sigurtà tad-dejta tal-informatika madwar l-Unjoni.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Xi lakuni u differenzi sinifikanti fil-liġijiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni jistgħu ikunu ta' tfixkil fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, u jistgħu jikkumplikaw il-kooperazzjoni effettiva tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'dan il-qasam. In-natura transnazzjonali u ta' mingħajr fruntieri tas-sistemi moderni tal-informazzjoni timplika li l-attakki kontra tali sistemi għandhom dimensjoni transkonfinali, u għalhekk tenfasizza l-ħtieġa urġenti għal aktar azzjoni biex issir l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni kriminali f'dan il-qasam. Barra minn dan, il-koordinazzjoni tal-prosekuzzjoni ta' każijiet ta' attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni għandhom jiġu ffaċilitati bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' kunflitt ta' ġurisidizzjoni fi proċedimenti kriminali.

(13) Xi lakuni u differenzi sinifikanti fil-liġijiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni jistgħu jkunu ta' tfixkil fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, u jistgħu jikkumplikaw il-kooperazzjoni effettiva tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'dan il-qasam. In-natura transnazzjonali u ta' mingħajr fruntieri tas-sistemi moderni tal-informazzjoni timplika li l-attakki kontra tali sistemi għandhom dimensjoni transkonfinali, u għalhekk tenfasizza l-ħtieġa urġenti għal aktar azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex issir l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni kriminali nazzjonali f'dan il-qasam. Bl-istess mod, l-Unjoni għandha tfittex aktar kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni bl-involviment tal-atturi internazzjonali rilevanti kollha. Barra minn dan, il-koordinazzjoni tal-prosekuzzjoni ta' każijiet ta' attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni għandhom jiġu ffaċilitati bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' kunflitt ta' ġurisidizzjoni fi proċedimenti kriminali.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tfisser ir-reati kriminali fil-qasam tal-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u tistabbilixxi regoli minimi li jikkonċernaw il-pieni għal tali reati. Hija għandha wkoll l-għan li tintroduċi dispożizzjonijiet komuni biex jiġu previsti tali attakki u biex tittejjeb il-kooperazzjoni tal-ġustizzja kriminali Ewropea f'dan il-qasam.

Din id-Direttiva tfisser ir-reati kriminali fil-qasam tal-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u tistabbilixxi regoli minimi armonizzati li jikkonċernaw il-pieni għal tali reati. Hija għandha wkoll l-għan li tintroduċi dispożizzjonijiet komuni kemm għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra tali attakki u kif ukoll biex tittejjeb il-kooperazzjoni Ewropea f'dan il-qasam, partikolarment fir-rigward tal-ġustizzja kriminali.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) "mingħajr dritt" tfisser aċċess jew interferenza mhux awtorizzati mis-sid, jew minn detentur ieħor tad-dritt tas-sistema jew ta' parti minnha, jew li mhux awtorizzati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

(d) "mingħajr dritt" tfisser aċċess jew interferenza mhux awtorizzati mis-sid, jew minn detentur ieħor tad-dritt tas-sistema jew ta' parti minnha, jew li mhux awtorizzati mil-liġi nazzjonali jew il-liġi tal-Unjoni.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) password tal-kompjuter, kodiċi għall-aċċess, jew dejta simili li biha wieħed ikun jista' jaċċedi għas-sistema tal-informazzjoni jew għal kwalunkwe parti minnha.

(b) password tal-kompjuter, kodiċi għall-aċċess, token diġitali jew fiżiku ta’ sigurtà, jew dejta simili li biha wieħed ikun jista' jaċċedi għas-sistema tal-informazzjoni jew għal kwalunkwe parti minnha.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għoti mhux awtorizzat ta’ dejta tal-identifikazzjoni ta' persuni oħra bil-ħsieb li jitwettqu xi attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7 jitqies bħala reat kriminali.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jitwettaq reat skont l-Artikoli 3 sa 7 minn persuna li, fl-ambitu tal-impjieg tagħha, ikollha aċċess għas-sistemi tas-sigurtà inerenti fis-sistemi tal-informazzjoni, dan jikkostitwixxi ċirkustanza aggravata u jitqies bħala reat kriminali.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 6 jkunu punibbli b'pieni kriminali ta' terminu massimu ta' ħabs ta' mhux inqas minn ħames snin meta jitwettqu permezz tal-użu ta' għodda ddisinjati biex jiġu mnedija attakki li jaffettwaw numru sinifikanti ta' sistemi tal-informazzjoni (kompjuters); jew attakki li jikkawżaw ħsara konsiderevoli, bħat-tfixkil fis-servizzi tas-sistema, spiża finanzjarja jew telf ta' dejta personali.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 6 jkunu punibbli b'pieni kriminali ta' terminu massimu ta' ħabs ta' mhux inqas minn ħames snin meta jitwettqu permezz tal-użu ta' għodda ddisinjati biex jiġu mnedija attakki li jaffettwaw numru sinifikanti ta' sistemi tal-informazzjoni (kompjuters); jew attakki li jikkawżaw ħsara konsiderevoli, bħat-tfixkil fis-servizzi tas-sistema, spiża finanzjarja jew telf ta' dejta personali jew informazzjoni sensittiva.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) għall-benefiċċju ta' persuna ġuridika li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

(c) għall-benefiċċju ta' persuna ġuridika inkorporata fit-territorju ta' Stat Membru

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni li jikkonċerna r-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 8, u f'konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu min-netwerk eżistenti ta' punti ta' kuntatt operattivi li jkunu disponibbli 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li qed jiġu implimentati proċeduri biex huma jkunu jistgħu jirreaġixxu f'massimu ta' tmien siegħat għat-talbiet urġenti . Tali reazzjoni għandha għall-inqas tindika jekk it-talba għall-għajnuna tkunx se tiġi mwieġba u kieku taħt liema forma u meta.

1. Għall-finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni li jikkonċerna r-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 8, u f'konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom punt ta’ kuntatt nazzjonali operattiv u jagħmlu użu min-netwerk eżistenti ta' punti ta' kuntatt operattivi li jkunu disponibbli 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa u anki jgħaddu tali informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li qed jiġu implimentati proċeduri biex huma jkunu jistgħu jirreaġixxu f'massimu ta' tmien sigħat għat-talbiet urġenti . Tali reazzjoni għandha tkun effettiva u tinkludi, fejn ikun xieraq, il-faċilitazzjoni jew l-implimentazzjoni diretta tal-miżuri li ġejjin: l-għoti ta' pariri tekniċi, inkluż sabiex terġa' tinkiseb il-funzjonalità tas-sistema tal-informazzjoni, il-preservazzjoni tad-dejta b'konformità mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta personali, il-ġbir tal-evidenza, l-għoti ta' informazzjoni legali, u l-lokalizzazzjoni u l-identifikazzjoni tal-persuni suspettati. Il-punti ta' kuntatt għandhom jindikaw il-forma li biha, u ż-żmien meta, dawn it-talbiet għall-għajnuna jiġu mwieġba.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-punt ta' kuntatt tagħhom li jkunu ħatru għall-fini tal-iskambju ta' informazzjoni dwar ir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 8. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, lill-Eurojust u lill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni bil-punt ta' kuntatt tagħhom li jkunu ħatru għall-fini tal-iskambju ta' informazzjoni dwar ir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 8. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jibagħtu d-dejta miġbura lill-Kummissjoni. Huma għandhom jiżguraw ukoll li tiġi ppubblikata reviżjoni konsolidata ta' dawn ir-rapporti statistiċi.

3. Skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jibagħtu d-dejta miġbura lill-Kummissjoni, lill-Europol u lill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni u għandhom jiżguraw ukoll li tiġi ppubblikata reviżjoni konsolidata perjodika ta' dawn ir-rapporti statistiċi.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sa [ERBA' SNIN MILL-ADOZZJONI] u mbagħad kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri inkluża kwalunkwe proposta meħtieġa.

1. Sa [ERBA' SNIN MILL-ADOZZJONI] u mbagħad kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha, wara li tkun ikkonsultat lil dawk kollha interessati, tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri inkluża kwalunkwe proposta meħtieġa. Kull rapport għandu jidentifika, u jikkunsidra fir-rigward ta’ kwalunkwe proposta, soluzzjonijiet tekniċi li jippermettu infurzar aktar effettiv fl-Unjoni fil-qasam tal-attakki kontra sistemi tal-informazzjoni, inklużi soluzzjonijiet tekniċi li jistgħu jservu għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni ta’ tali attakki.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li tkun adattata għat-tfassil tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1. L-informazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi adottati fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li tkun adattata għat-tfassil tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1. L-informazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi adottati fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

PROĊEDURA

Titolu

Attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u revoka tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI

Referenzi

COM(2010)0517 – C7-0293/2010 – 2010/0273(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

7.10.2010

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

7.10.2010

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Christian Ehler

24.11.2010

 

 

 

Eżami fil-kumitat

13.4.2011

6.10.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

10.11.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Ioan Enciu, Adam Gierek, Norbert Glante, Robert Goebbels, Fiona Hall, Jacky Hénin, Kent Johansson, Romana Jordan Cizelj, Lena Kolarska-Bobińska, Béla Kovács, Philippe Lamberts, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Marisa Matias, Judith A. Merkies, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Aldo Patriciello, Anni Podimata, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Michèle Rivasi, Jens Rohde, Paul Rübig, Amalia Sartori, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Michael Theurer, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Niki Tzavela, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Adina-Ioana Vălean

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Antonio Cancian, Jolanta Emilia Hibner, Yannick Jadot, Ivailo Kalfin, Bernd Lange, Werner Langen, Markus Pieper, Mario Pirillo, Hannes Swoboda, Silvia-Adriana Ţicău

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eider Gardiazábal Rubial

PROĊEDURA

Taqsima

Attacks against information systems and repealing Council Framework Decision 2005/222/JHA

Referenzi

COM(2010)0517 – C7-0293/2010 – 2010/0273(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.9.2010

 

 

 

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

7.10.2010

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

7.4.2011

BUDG

7.10.2010

ITRE

7.10.2010

 

Not delivering opinions

Data tad-deċiżjoni

BUDG

20.10.2010

 

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Monika Hohlmeier

9.12.2010

 

 

 

Eżami fil-kumitat

3.2.2011

25.5.2011

12.1.2012

28.2.2012

 

27.3.2012

21.6.2012

6.6.2013

 

Data tal-adozzjoni

6.6.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

8

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Emine Bozkurt, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Philip Claeys, Carlos Coelho, Ioan Enciu, Frank Engel, Cornelia Ernst, Kinga Gál, Kinga Göncz, Sylvie Guillaume, Sophia in ‘t Veld, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Juan Fernando López Aguilar, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Svetoslav Hristov Malinov, Véronique Mathieu Houillon, Nuno Melo, Roberta Metsola, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Jacek Protasiewicz, Carmen Romero López, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Rui Tavares, Nils Torvalds, Wim van de Camp, Axel Voss, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Tatjana Ždanoka, Auke Zijlstra

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Dimitrios Droutsas, Mariya Gabriel, Evelyne Gebhardt, Stanimir Ilchev, Franziska Keller, Jean Lambert, Jan Mulder

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jens Nilsson, Sabine Verheyen

Data tat-tressiq 

19.6.2013