RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ regoli kummerċjali internazzjonali

26.9.2013 - (COM(2012)0773 – C7‑0415/2012 – 2012/0359(COD)) - ***I

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Niccolò Rinaldi


Proċedura : 2012/0359(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ regoli kummerċjali internazzjonali

(COM(2012)0773 – C7‑0415/2012 – 2012/0359(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0773),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0415/2012),

-   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0308/2013),

1.   Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.   Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ regoli kummerċjali internazzjonali

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ regoli kummerċjali internazzjonali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament jemenda wkoll dispożizzjoni antika tar-Regolament dwar l-Ostakli għall-Kummerċ.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Huwa essenzjali li l-Unjoni tkun tippossjedi strumenti xierqa li jiżguraw l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tal-Unjoni skont ftehimiet kummerċjali internazzjonali, biex jissalvagwardjaw l-interessi ekonomiċi tagħha. Dan huwa partikolarment il-każ f'sitwazzjonijiet fejn pajjiżi terzi jdaħħlu fis-seħħ miżuri restrittivi kummerċjali li jnaqqsu l-benefiċċji dovuti lill-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni skont ftehimiet kummerċjali internazzjonali. L-Unjoni għandha tkun f’pożizzjoni li tirreaġixxi malajr u b’mod flessibbli fil-kuntest tal-proċeduri u l-iskadenzi stabbiliti minn ftehimiet kummerċjali internazzjonali li hija kkonkludiet. Għalhekk l-Unjoni għandha tadotta leġiżlazzjoni li tiddefinixxi l-qafas għall-eżerċitar tad-drittijiet tal-Unjoni f'ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi.

(2) Huwa essenzjali li l-Unjoni tkun tippossjedi strumenti xierqa li jiżguraw l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tal-Unjoni skont ftehimiet kummerċjali internazzjonali, biex jissalvagwardjaw l-interessi ekonomiċi tagħha. Dan huwa partikolarment il-każ f'sitwazzjonijiet fejn pajjiżi terzi jdaħħlu fis-seħħ miżuri restrittivi kummerċjali li jnaqqsu l-benefiċċji dovuti lill-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni skont ftehimiet kummerċjali internazzjonali. L-Unjoni għandha tkun f’pożizzjoni li tirreaġixxi malajr u b’mod flessibbli fil-kuntest tal-proċeduri u l-iskadenzi stabbiliti minn ftehimiet kummerċjali internazzjonali li hija kkonkludiet. Għalhekk l-Unjoni għandha tadotta leġiżlazzjoni li tiddefinixxi l-qafas għall-eżerċitar tad-drittijiet tal-Unjoni f’ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi, u tipprovdi riżorsi adegwati biex tiżgura li r-riżorsi disponibbli jintużaw b’mod effiċjenti għal dawk l-istrumenti.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) L-għażla ta’ miżuri immirati li jiżguraw l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tal-Unjoni, għandha tqis il-potenzjal tagħhom li jinċentivaw lill-pajjiżi terzi kkonċernati biex jirrispettaw mhux biss ir-regoli tal-kummerċ internazzjonali, iżda wkoll il-potenzjal tagħhom li jipprovdu eżenzjoni lill-operaturi ekonomiċi u lill-Istati Membri l-aktar affetwati mill-miżuri restrittivi tal-kummerċ meħuda mill-pajjiżi terzi. Il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament m’għandhomx jillimitaw l-aċċess tal-Unjoni għall-materja prima essenzjali għall-industriji Ewropej.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim tad-WTO u oħrajn, inklużi reġjonali jew bilaterali, jimmiraw lejn is-sejba ta' soluzzjoni pożittiva għal kwalunkwe tilwima li tinqala' bejn l-Unjoni u l-parti l-oħra jew il-partijiet għal dawk il-ftehimiet. L-Unjoni għandha, madankollu, tissospendi konċessjonijiet jew obbligi oħra, skont dawk ir-regoli ta’ soluzzjoni tat-tilwim, meta mezzi oħra għas-sejba ta' soluzzjoni pożittiva għal tilwima ma jkunu ta' ebda suċċess. L-azzjoni mill-Unjoni f'dawn il-każijiet għandha l-għan li ġġib il-konformità tal-pajjiż terz ikkonċernat mar-regoli rilevanti kummerċjali internazzjonali, biex terġa' tinħoloq sitwazzjoni ta’ benefiċċji reċiproċi.

(3) Il-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim tad-WTO u oħrajn, inklużi reġjonali jew bilaterali, jimmiraw lejn is-sejba ta' soluzzjoni pożittiva għal kwalunkwe tilwima li tinqala' bejn l-Unjoni u l-parti l-oħra jew il-partijiet għal dawk il-ftehimiet. L-Unjoni għandha, madankollu, tissospendi konċessjonijiet jew obbligi oħra, skont dawk ir-regoli ta’ soluzzjoni tat-tilwim, meta mezzi oħra għas-sejba ta' soluzzjoni pożittiva għal tilwima ma jkunu ta' ebda suċċess. L-azzjoni mill-Unjoni f'dawn il-każijiet għandha l-għan li ġġib il-konformità tal-pajjiż terz ikkonċernat mar-regoli rilevanti kummerċjali internazzjonali, biex terġa' tinħoloq sitwazzjoni ta’ benefiċċji reċiproċi. L-Unjoni għandha dejjem tuża l-aktar mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim effiċjenti disponibbli.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Skont il-Ftehim tad-WTO dwar is-Salvagwardji, membru tad-WTO li jipproponi li japplika miżura ta' salvagwardja jew ifittex l-estensjoni ta' miżura ta' salvagwardja għandu jiżgura li jżomm livell sostanzjalment ekwivalenti tal-konċessjonijiet u ta' obbligi oħra bejnu u l-membri esportaturi, li jistgħu jkunu affettwati ħażin minn tali miżura ta' salvagwardja. Regoli simili japplikaw fil-kuntest ta' ftehimiet kummerċjali internazzjonali oħrajn inklużi reġjonali jew bilaterali konklużi mill-Unjoni. L-Unjoni għandha tieħu miżuri ta' ri-ekwilibriju billi tissospendi konċessjonijiet jew obbligi oħra f'każijiet fejn il-pajjiż terz konċernat ma jimplimenta l-ebda aġġustamenti sodisfaċenti. L-azzjoni mill-Unjoni f'dawn il-każijiet isservi l-għan li tniedi l-introduzzjoni ta' miżuri li jsaħħu l-kummerċ minn pajjiżi terzi biex terġa tinħoloq sitwazzjoni ta’ benefiċċji reċiproċi.

(4) Skont il-Ftehim tad-WTO dwar is-Salvagwardji, membru tad-WTO li jipproponi li japplika miżura ta' salvagwardja jew ifittex l-estensjoni ta' miżura ta' salvagwardja għandu jiżgura li jżomm livell sostanzjalment ekwivalenti tal-konċessjonijiet u ta' obbligi oħra bejnu u l-membri esportaturi, li jistgħu jkunu affettwati ħażin minn tali miżura ta' salvagwardja. Regoli simili japplikaw fil-kuntest ta' ftehimiet kummerċjali internazzjonali oħrajn inklużi reġjonali jew bilaterali konklużi mill-Unjoni. L-Unjoni għandha tieħu miżuri ta’ ri-ekwilibriju billi tissospendi konċessjonijiet jew obbligi oħra f’każijiet fejn il-pajjiż terz ikkonċernat ma jimplimenta l-ebda aġġustament adegwat u proporzjonat. L-azzjoni mill-Unjoni f'dawn il-każijiet isservi l-għan li tniedi l-introduzzjoni ta' miżuri li jsaħħu l-kummerċ minn pajjiżi terzi biex terġa tinħoloq sitwazzjoni ta’ benefiċċji reċiproċi.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 u l-Qbil relatat jirregolaw il-modifika jew l-irtirar tal-konċessjonijiet stabbiliti fl-iskedi tat-tariffi tal-Membri tad-WTO. Il-Membri tad-WTO affettwati bi kwalunkwe modifika bħal din huma intitolati, skont ċerti kondizzjonijiet, li jirtiraw il-konċessjonijiet sostanzjalment ekwivalenti. L-Unjoni għandha tadotta miżuri ta' ri-ekwilibriju f'każijiet bħal dawn, sakemm ma jiġux miftiehma aġġustamenti ta’ kumpens. L-azzjoni mill-Unjoni għandha tkun immirata li twassal lill-pajjiżi terzi biex jimplimentaw miżuri li jsaħħu l-kummerċ.

(5) L-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 u l-Qbil relatat u l-Artikolu XXI tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) u l-proċeduri relatati għall-implimentazzjoni tagħhom jirregolaw il-modifika jew l-irtirar tal-konċessjonijiet u l-impenji stabbiliti fl-iskedi tat-tariffi u fl-iskeda tal-impenji speċifiċi tal-Membri tad-WTO. Il-Membri tad-WTO affettwati bi kwalunkwe modifika bħal din huma intitolati, skont ċerti kondizzjonijiet, li jirtiraw il-konċessjonijiet jew l-impenji sostanzjalment ekwivalenti. L-Unjoni għandha tadotta miżuri ta' ri-ekwilibriju f'każijiet bħal dawn, sakemm ma jiġux miftiehma aġġustamenti ta’ kumpens. L-azzjoni mill-Unjoni għandha tkun immirata li twassal lill-pajjiżi terzi biex jimplimentaw miżuri li jerġgħu jistabbilixxu vantaġġi reċiproċi u jsaħħu l-kummerċ.

Ġustifikazzjoni

Is-servizzi għandhom jiġu inklużi fil-firxa tal-miżuri tal-politika kummerċjali għad-dispożizzjoni tal-Unjoni sakemm id-deċiżjonijiet ta’ soluzzjoni tat-tilwim industrijali internazzjonali jew bilaterali jkunu jippermettu dan.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-Unjoni għandu jkollha l-possibbiltà li tinforza d-drittijiet tagħha fil-qasam tal-akkwisti tal-gvern fid-dawl tal-fatt li l-Ftehim tad-WTO dwar l-Akkwisti tal-Gvern jiddikjara li kwalunkwe tilwima li tirriżulta taħtu m'għandhiex tirriżulta f'sospensjoni ta' konċessjonijiet jew obbligi oħra skont kwalunkwe ftehim kopert ieħor tad-WTO.

(6) Huwa essenzjali għall-Unjoni li jkollha l-possibbiltà li tinforza malajr id-drittijiet tagħha fil-qasam tal-akkwisti tal-gvern meta parti tonqos milli tirrispetta l-impenji tagħha taħt il-Ftehim tad-WTO dwar l-Akkwisti tal-Gvern jew taħt kwalunkwe ftehim bilaterali jew reġjonali vinkolanti. L-azzjoni tal-Unjoni għandha tkun immirata lejn l-assigurazzjoni taż-żamma ta’ livelli sostanzjalment ekwivalenti tal-konċessjonijiet fil-qasam tal-akkwist tal-gvern.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li jiġi ċċarat li l-adozzjoni tal-miżuri tal-akkwist hija possibbli mhux biss fil-kuntest tal-GPA, imma wkoll f’ċirkostanzi oħrajn, b’mod partikolari meta sieħeb tal-FTA ma jirrispettax l-obbligazzjonijiet tal-akkwist tal-FTA.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Dan ir-Regolament għandu jiffoka fuq dawk il-miżuri fejn l-Unjoni għandha l-esperjenza fid-disinn u l-applikazzjoni tagħhom; il-possibbiltà li l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jiġi estiż lis-setturi tas-servizzi u tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandha tkun evalwata fil-ħin fir-rigward tal-ispeċifiċitajiet ta' kull qasam.

(7) Dan ir-Regolament għandu jippermetti lill-Unjoni jkollha qafas komprensiv u effikaċi biex tkun tista' tittieħed azzjoni kemm jista’ jkun malajr. Madankollu, il-possibbiltà li l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu jiġi estiż b'miżuri ġodda li jkopru oqsma ġodda tal-kummerċ, bħad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandha tiġi kkunsidrata bħala parti minn studju mwettaq fl-istess żmien tar-rapport ta' evalwazzjoni dwar il-funzjonament ta' dan ir-Regolament imsemmi fl-Artikolu 10, u għandha tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-funzjonament ta' dan ir-Regolament mhux aktar tard minn tliet snin wara l-ewwel istanza tal-implimentazzjoni tiegħu bil-ħsieb li tevalwa u, jekk meħtieġ, ttejjeb l-effiċjenza tiegħu.

(9) Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-funzjonament ta’ dan ir-Regolament mhux aktar tard minn ħames snin wara l-ewwel istanza tal-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament bil-ħsieb li tevalwa u, jekk meħtieġ, ttejjeb l-effiċjenza tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tinkludi fir-rapporti tagħha dwar l-Istrateġija Ewropa 2020 analiżi tar-rilevanza ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari b'rabta mal-kapaċità tiegħu li jneħħi l-ostakli għall-kummerċ.

Ġustifikazzjoni

Peress li hemm it-tama li l-eżistenza tar-Regolament stess tiskoraġġixxi lill-imsieħba kummerċjali tagħna milli ma jirrispettawx ir-regoli tal-logħba, hija prevista klawżola ta’ reviżjoni itwal fil-każ li l-Kummissjoni jkollha tirrikorri b’mod inqas frekwenti għal mekkaniżmi ta’ infurzar.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Il-Kummissjoni għandha tinforma b’mod regolari lill-Parlament Ewropew meta tkun biħsiebha timplimenta miżuri tal-politika kummerċjali skont dan ir-Regolament. Dik l-informazzjoni għandha tinvolvi deskrizzjoni dettaljata tal-każ speċifiku u tal-miżuri previsti, tal-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni, il-ġustifikazzjoni għall-miżuri previsti u l-impatt possibbli tagħhom. Wara li jkunu ttieħdu l-miżuri, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew bl-impatt reali tal-miżuri.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 9b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b) Meta tivvaluta l-interess ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta’ miżuri ta’ infurzar, filwaqt li ssegwi approċċ ibbilanċjat, il-Kummissjoni għandha tqis b’mod partikolari s-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar kif tkun iddeterminat l-interess ġenerali tal-Unjoni fuq bażi ta’ każ b’każ.

Ġustifikazzjoni

Id-determinazzjoni tal-interess ġenerali tal-Unjoni hija eżerċizzju simili għat-test ta’ interess tal-Unjoni fil-proċeduri antidumping u kontra s-sussidji peress li qed isiru kunsiderazzjonijiet simili dwar teħid ta’ approċċ ibbilanċjat bejn l-interessi tal-produtturi u tal-utenti/konsumaturi. B’mod konsistenti mal-ħtieġa li jiġi żviluppat approċċ strateġiku għall-politika industrijali Ewropea, l-impatt fuq il-produtturi jeħtieġ li jingħata kunsiderazzjoni partikolari.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm infurmat regolarment mill-Kummissjoni, b’mod partikolari meta l-Unjoni tkun irreferiet kwistjoni lil korp tas-soluzzjoni tat-tilwim. Wara kull deċiżjoni meħuda minn korp tas-soluzzjoni tat-tilwim li tawtorizza lill-Unjoni biex tieħu miżuri, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kumitat tal-Parlament Ewropew responsabbli għall-kummerċ internazzjonali l-intenzjoni tagħha li tieħu jew iżżomm milli tieħu tali miżuri. Jekk l-Unjoni tiddeċiedi li tieħu miżuri, il-Kummissjoni għandha tagħti rendikont lill-Parlament Ewropew dwar l-għażla tal-miżuri.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tipparteċipa b'mod regolari fid-Djalogu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim u l-Infurzar previst f'dan ir-Regolament.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jippreskrivi regoli u proċeduri biex ikun żgurat eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tal-Unjoni li tissospendi jew tirtira konċessjonijiet jew obbligi oħra skont ftehimiet kummerċjali internazzjonali, bl-għan li:

Dan ir-Regolament jippreskrivi regoli u proċeduri biex ikun żgurat eżerċizzju effettiv u f’waqtu tad-drittijiet tal-Unjoni li tissospendi jew tirtira konċessjonijiet jew obbligi oħra skont ftehimiet kummerċjali internazzjonali, bl-għan li:

 

Ġustifikazzjoni

Barra li jkun effettiv, l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni jeħtieġ ukoll li jkun f’waqtu.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jkun hemm reazzjoni għall-ksur minn pajjiżi terzi ta' regoli kummerċjali internazzjonali li jaffettwaw l-interessi tal-Unjoni, bl-għan li tinstab soluzzjoni sodisfaċenti.

(a) jkun hemm reazzjoni għall-ksur minn pajjiżi terzi ta’ regoli kummerċjali internazzjonali li jaffettwaw l-interessi tal-Unjoni, bl-għan li tinstab soluzzjoni sodisfaċenti li tipprovdi eżenzjoni lill-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni affettwati.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jiġu ri-ekwilibrati l-konċessjonijiet jew obbligi oħra fir-relazzjonijiet tal-kummerċ ma' pajjiżi terzi, meta t-trattament tal-importazzjoni mogħti lill-merkanzija mill-Unjoni jinbidel.

(b) jiġu ri-ekwilibrati l-konċessjonijiet jew obbligi oħra fir-relazzjonijiet tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi, meta t-trattament mogħti lill-merkanzija jew servizzi mill-Unjoni jinbidel.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)"konċessjonijiet jew obbligi oħra" tfisser konċessjonijiet tariffarji jew kwalunkwe benefiċċji oħra li l-Unjoni impenjat ruħha li tapplika fil-kummerċ tagħha ma' pajjiżi terzi bis-saħħa ta’ ftehimiet kummerċjali internazzjonali li hija parti minnhom,

(b) "konċessjonijiet jew obbligi oħra" tfisser konċessjonijiet tariffarji, impenji speċifiċi fil-qasam tas-servizzi jew kwalunkwe benefiċċji oħra li l-Unjoni impenjat ruħha li tapplika fil-kummerċ tagħha ma’ pajjiżi terzi bis-saħħa ta’ ftehimiet kummerċjali internazzjonali li hija parti minnhom,

Ġustifikazzjoni

Is-servizzi għandhom jiġu inklużi fil-firxa tal-miżuri tal-politika kummerċjali għad-dispożizzjoni tal-Unjoni sakemm id-deċiżjonijiet ta’ soluzzjoni tat-tilwim industrijali internazzjonali jew bilaterali jkunu jippermettu dan. Għalhekk hija meħtieġa definizzjoni.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 1 - punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) f'każijiet ta' modifika ta' konċessjonijiet minn membru tad-WTO skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994, li fihom l-ebda aġġustamenti ta’ kumpens ma kienu miftiehma.

(d) f’każijiet ta’ modifika ta’ konċessjonijiet jew impenji minn membru tad-WTO skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 jew l-Artikolu XXI tal-GATS, li fihom l-ebda aġġustamenti ta’ kumpens ma kienu miftiehma.

Ġustifikazzjoni

Is-servizzi għandhom jiġu inklużi fil-firxa tal-miżuri tal-politika kummerċjali għad-dispożizzjoni tal-Unjoni sakemm id-deċiżjonijiet ta’ soluzzjoni tat-tilwim industrijali internazzjonali jew bilaterali jkunu jippermettu dan.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn hija meħtieġa azzjoni biex tissalvagwardja l-interessi tal-Unjoni fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina l-miżuri xierqa tal-politika kummerċjali. L-att ta’ implimentazzjoni ta' dan it-tip għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8(2).

1. Fejn hija meħtieġa azzjoni biex tissalvagwardja l-interessi tal-Unjoni fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina l-miżuri xierqa tal-politika kummerċjali. L-att ta’ implimentazzjoni ta' dan it-tip għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8(2). Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika kif dovut lill-Parlament Ewropew l-għażla tal-miżuri tal-politika kummerċjali previsti fl-Artikolu 5.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - paragrafu 2 - puntd

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) Il-konċessjonijiet irtirati fil-kummerċ ma' pajjiż terz b'konnessjoni mal-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 u l-Qbil relatat għandhom ikunu sostanzjalment ekwivalenti għall-konċessjonijiet modifikati jew irtirati minn dak il-pajjiż terz, skont it-termini stabbiliti fl-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 u l-Qbil relatat.

(d) Il-konċessjonijiet jew l-impenji modifikati jew irtirati fil-kummerċ ma’ pajjiż terz b’konnessjoni mal-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 u l-Qbil relatat jew l-Artikolu XXI tal-GATS u l-proċeduri ta' implimentazzjoni relatati għandhom ikunu sostanzjalment ekwivalenti għall-konċessjonijiet jew l-impenji modifikati jew irtirati minn dak il-pajjiż terz, skont it-termini stabbiliti fl-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 u l-Qbil relatat jew l-Artikolu XXI tal-GATS u l-proċeduri ta' implimentazzjoni relatati.

Ġustifikazzjoni

Is-servizzi għandhom jiġu inklużi fil-firxa tal-miżuri tal-politika kummerċjali għad-dispożizzjoni tal-Unjoni sakemm id-deċiżjonijiet ta’ soluzzjoni tat-tilwim industrijali internazzjonali jew bilaterali jkunu jippermettu dan.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-potenzjal tal-miżuri li jipprovdu eżenzjoni lill-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni affettwati minn miżuri ta' pajjiżi terzi;

(b) il-potenzjal tal-miżuri li jipprovdu eżenzjoni lill-Istati Membri u lill-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni affettwati minn miżuri ta’ pajjiżi terzi;

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) id-disponibbiltà ta’ sorsi alternattivi ta’ provvista għall-prodotti kkonċernati, biex ikun evitat jew minimizzat kwalunkwe impatt negattiv fuq l-industriji downstream jew fuq il-konsumaturi finali fl-Unjoni;

(c) id-disponibbiltà ta’ sorsi alternattivi ta’ provvista għall-prodotti jew servizzi kkonċernati, biex ikun evitat jew minimizzat kwalunkwe impatt negattiv fuq l-industriji downstream jew fuq il-konsumaturi finali fl-Unjoni;

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Fil-proposta tagħha għal att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeskrivi kif tkun iddeterminat l-interess ġenerali tal-Unjoni fil-każ speċifiku inkwistjoni.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta’ trasparenza rigward is-setgħat implimentattivi tal-Kummissjoni, u peress li dan huwa element importanti rilevanti għall-implimentazzjoni tar-Regolament bażi, il-Kummissjoni għandha tispjega fil-proposta tagħha għal att ta’ implimentazzjoni kif ikun iddeterminat l-interess ġenerali tal-Unjoni.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) is-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-obbligazzjonijiet u l-impenji speċifiċi fil-qasam tal-kummerċ fis-servizzi, fir-rigward tal-GATS jew kwalunkwe ftehimiet bilaterali jew reġjonali;

Ġustifikazzjoni

Is-servizzi għandhom jiġu inklużi fil-firxa tal-miżuri tal-politika kummerċjali għad-dispożizzjoni tal-Unjoni sakemm id-deċiżjonijiet ta’ soluzzjoni tat-tilwim industrijali internazzjonali jew bilaterali jkunu jippermettu dan. Xi każijiet tad-WTO li għadhom għaddejjin juru li l-Unjoni diġà talbet kontramiżura fil-qasam tas-servizzi. L-għażla tas-settur tas-servizz speċifiku għandha tkun proposta mill-Kummissjoni f’konformità mat-Trattat.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt c – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) l-esklużjoni mill-akkwist pubbliku tal-offerti li l-valur globali tagħhom huwa magħmul għal aktar minn 50 % ta' prodotti u servizzi li joriġinaw fil-pajjiż terz ikkonċernat; u/jew

(i) l-esklużjoni mill-akkwist pubbliku tal-offerti li l-valur globali tagħhom huwa magħmul għal aktar minn 50 % ta' prodotti u servizzi li joriġinaw fil-pajjiż terz ikkonċernat; atti ta' implimentazzjoni jistgħu jistabbilixxu livelli, skont il-karatteristiċi tal-prodotti jew is-servizzi kkonċernati, li lil hinn minnhom għandha tapplika l-esklużjoni , filwaqt li jitqiesu id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(3), inklużi l-kunsiderazzjonijiet rigward il-kapaċità amministrattiva, u l-livell ta' tixjin jew ta' ħsara; u/jew

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika kif dovut lill-Parlament Ewropew l-għażla tal-miżuri tal-politika kummerċjali speċifiċi adottati skont dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija bbażata fuq l-emenda Nru 14 tar-Rapporteur inkluża fl-abbozz ta' rapport u tiċċaraha billi żżid il-ħtieġa li l-Kummissjoni tinforma mhux biss lill-Parlament Ewropew, iżda wkoll lill-Kunsill, dwar l-impatt attwali tal-miżuri. Għandu jiġi indikat li skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jikkoleġiżlaw dwar dan ir-Regolament propost.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 7 - paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn, wara l-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 4(1), il-pajjiż terz ikkonċernat jagħti kumpens sodisfaċenti lill-Unjoni fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(a) u (b), il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-applikazzjoni ta’ dak l-att implimentattiv għat-tul tal-perjodu ta’ kumpens. Is-sospensjoni għandha tiġi deċiża skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8(2).

1. Fejn, wara l-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 4(1), il-pajjiż terz ikkonċernat jagħti kumpens adegwat u proporzjonat lill-Unjoni fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(a) u (b), il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-applikazzjoni ta’ dak l-att implimentattiv għat-tul tal-perjodu ta’ kumpens. Is-sospensjoni għandha tiġi deċiża skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8(2).

Ġustifikazzjoni

Il-kumpens għandu jkun adegwat u proporzjonat.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 7 - paragrafu 2 - punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) f'każijiet ta' ri-ekwilibriju ta' konċessjonijiet jew obbligi oħra wara l-adozzjoni minn pajjiż terz ta' miżura ta' salvagwardja, meta l-miżura tas-salvagwardja tiġi rtirata jew tiskadi, jew meta l-pajjiż terz ikkonċernat jagħti kumpens sodisfaċenti lill-Unjoni sussegwentement għall-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 4(1);

(b) f’każijiet ta’ ri-ekwilibriju ta’ konċessjonijiet jew obbligi oħra wara l-adozzjoni minn pajjiż terz ta’ miżura ta’ salvagwardja, meta l-miżura tas-salvagwardja tiġi rtirata jew tiskadi, jew meta l-pajjiż terz ikkonċernat jagħti kumpens adegwat u proporzjanat lill-Unjoni sussegwentement għall-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 4(1);

Ġustifikazzjoni

Il-kumpens għandu jkun adegwat u proporzjonat.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 7 - paragrafu 2 - punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) f'każijiet ta' modifika tal-konċessjonijiet minn membru tad-WTO skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994, meta l-pajjiż terz ikkonċernat jagħti kumpens sodisfaċenti lill-Unjoni sussegwentement għall-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 4(1).

(c) f’każijiet ta' rtirar jew modifika tal-konċessjonijiet jew l-impenji minn membru tad-WTO skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 jew l-Artikolu XXI tal-GATS, meta l-pajjiż terz ikkonċernat jagħti kumpens adegwat u proporzjonat lill-Unjoni sussegwentement għall-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 4(1).

Ġustifikazzjoni

Is-servizzi għandhom jiġu inklużi fil-firxa tal-miżuri tal-politika kummerċjali għad-dispożizzjoni tal-Unjoni sakemm id-deċiżjonijiet ta’ soluzzjoni tat-tilwim industrijali internazzjonali jew bilaterali jkunu jippermettu dan.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika kif dovut lill-Parlament Ewropew meta tipprevedi s-sospensjoni, il-modifikazzjoni jew it-terminazzjoni ta’ miżura stipulata fl-Artikolu 5.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 9 - paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tfittex tagħrif u fehmiet dwar l-interessi ekonomiċi tal-Unjoni fi prodotti speċifiċi jew setturi, fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, permezz ta' avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew mezzi ta’ komunikazzjoni pubbliċi xierqa oħra.

1. Il-Kummissjoni għandha tfittex tagħrif u fehmiet dwar l-interessi ekonomiċi tal-Unjoni fi prodotti speċifiċi, servizzi jew setturi, fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, permezz ta’ avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew mezzi ta’ komunikazzjoni pubbliċi xierqa oħra u għandha tqis dawk il-fehmiet.

 

L-avviż għandu jindika l-perjodu ta’ żmien meta t-tagħrif għandu jiġi ppreżentat. Dak il-perjodu ta’ żmien m’għandux ikun ta' aktar minn xahrejn.

Ġustifikazzjoni

Is-servizzi għandhom jiġu inklużi fil-firxa tal-miżuri tal-politika kummerċjali għad-dispożizzjoni tal-Unjoni sakemm id-deċiżjonijiet ta’ soluzzjoni tat-tilwim industrijali internazzjonali jew bilaterali jkunu jippermettu dan. L-informazzjoni u l-fehmiet miksuba għandhom jiġu kkunsidrati.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Tagħrif li jasal skont dan ir-Regolament għandu jintuża biss għall-għan li għalih ikun intalab.

2. Tagħrif li jasal skont dan ir-Regolament għandu jintuża biss għall-għan li għalih ikun intalab. Il-Kummissjoni għandha tinforma kif dovut lill-Parlament Ewropew bir-riżultat ta’ ġbir ta’ tagħrif ta’ dan it-tip u kif biħsiebha tikkunsidra t-tagħrif fid-determinazzjoni tal-interess ġenerali tal-Unjoni.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 9 - paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-fornitur tat-tagħrif jista' jitlob li t-tagħrif provdut jiġi ttrattat bħala kunfidenzjali. F'każijiet bħal dawn, it-tagħrif għandu jkun akkumpanjat minn sommarju mhux kunfidenzjali jew minn dikjarazzjoni tar-raġunijiet għaliex ma jistax isir sommarju ta' dan it-tagħrif.

4. Il-fornitur tat-tagħrif jista' jitlob li t-tagħrif provdut jiġi ttrattat bħala kunfidenzjali. F’każijiet bħal dawn, it-tagħrif għandu jkun akkumpanjat minn sommarju mhux kunfidenzjali li jippreżenta t-tagħrif f’forma ġeneralizzata jew minn dikjarazzjoni tar-raġunijiet għaliex ma jistax isir sommarju ta’ dan it-tagħrif.

Ġustifikazzjoni

M’hemmx bżonn spjegazzjoni.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 9a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

 

Djalogu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim u l-Infurzar

 

Il-Kummissjoni għandha tipparteċipa b’mod regolari fl-iskambju ta' fehmiet mal-Kumitat tal-Parlament Ewropew responsabbli għall-kummerċ internazzjonali b'rabta mal-immaniġġjar tat- tilwim industrijali, inklużi każijiet li jkunu għaddejjin, l-effetti fuq l-industriji tal-Unjoni, il-miżuri previsti, il-ġustifikazzjoni u l-impatt tal-miżuri previsti, u l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-politika kummerċjali skont dan ir-Regolament.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux aktar tard minn tliet snin wara l-ewwel istanza tal-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-implimentazzjoni tiegħu u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Mhux aktar tard minn ħames snin wara l-ewwel istanza tal-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-implimentazzjoni tiegħu u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Peress li hemm it-tama li l-eżistenza tar-Regolament bħala theddida minnu nnifsu jiskoraġġixxi lill-imsieħba kummerċjali tagħna milli ma jirrispettawx ir-regoli tal-logħba, hija prevista klawżola ta’ reviżjoni itwal , peress li huwa meqjus li l-Kummissjoni jkollha tirrikorri b’mod inqas frekwenti għal mekkaniżmi ta’ infurzar.

NOTA SPJEGATTIVA

Bħalissa l-UE ma għandhiex qafas leġiżlattiv orizzontali biex tinforza d-drittijiet tagħha skont id-WTO u ftehimiet kummerċjali internazzjonali oħra. F'kuntest globali fejn l-għadd ta' azzjonijiet ta' ritaljazzjoni qed jiżdied, l-istrument propost huwa leġittimament imfassal biex isaħħaħ l-infurzar tad-drittijiet kummerċjali tal-UE, jikkonsolida l-kredibilità tal-UE u essenzjalment jikkonvinċi lill-imsieħba kummerċjali tagħna jirrispettaw ir-regoli kif stabbiliti fil-ftehimiet kummerċjali. Il-proposta preżenti hija wkoll element ta’ strateġija biex jinfetħu swieq ġodda għall-UE u tallinja t-teħid ta’ deċiżjonijiet mat-Trattat ta’ Lisbona.

Dan l-istrument ġdid għandu jiġi mifhum fil-qafas tar-regoli ta’ soluzzjoni tat-tilwim multilaterali (WTO), reġjonali u bilaterali li diġà jipprovdu d-dritt li pajjiż li qed jilmenta jirrikorri għall-"aħħar alternattiva", jiġifieri ritaljazzjoni temporanja difensiva kontra pajjiż li qed jaġixxi irregolarment meta dan il-pajjiż jonqos milli jimplimenta r-regoli ta’ korp ta’ soluzzjoni għal tilwim. Għaldaqstant ma hemm ebda skop ta’ protezzjoniżmu.

L-appoġġ qawwi tar-Rapporteur għal din il-proposta ma jfissirx li l-UE għandha tuża miżuri/kontromiżuri ta' bilanċ mill-ġdid aktar ta' spiss, iżda bla dubju se jiffaċilita l-użu eventwali tagħhom. Ir-Rapporteur jemmen li r-ritaljazzjoni għandha dejjem tkun l-aħħar alternattiva, f’konformitá mal-kwotazzjoni akklamata ta’ Pascal Lamy: "Ikkonsulta qabel tilleġiżla; innegozja qabel tilletika; ikkumpensa qabel tirritalja; u kkonforma – fi kwalunkwe każ".

Matul dawn l-aħħar snin kien hemm biss ftit każijiet fejn l-UE kellha tuża ritaljazzjoni, madankollu fattur importanti fl-iżgurar ta’ soluzzjoni pożittiva huwa l-eżistenza ta’ theddida kredibbli. Il-perjodu ta’ żmien għall-adozzjoni ta’ miżura huwa ta’ importanza fundamentali. Fiż-żmien qabel it-Trattat ta' Lisbona l-UE kienet issegwi approċċ każ b’każ għall-miżuri ta’ ritaljazzjoni kummerċjali kontra pajjiż terz, skont il-Ftehim ta’ Soluzzjoni tat-Tilwim (DSU) tad-WTO jew għall-ibbilanċjar mill-ġdid skont il-Ftehim dwar is-Salvagwardji. Dan ħa l-forma ta’ regolamenti adottati mill-Kunsill. Fin-nuqqas ta’ qafas orizzontali, kull deċiżjoni teħtieġ li tiġi adottata skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja li bħala medja tieħu bejn 15 u 31 xahar.

Filwaqt li għandna nesploraw sew il-possibilitajiet għat-tisħiħ tal-proposta preżenti fir-rigward tal-ambitu tagħha, il-kontromiżuri disponibbli u l-involviment tal-Parlament, huwa importanti ħafna li l-UE jkollha dan l-istrument orizzontali kemm jista’ jkun malajr.

Il-proposta ta’ bħalissa tiddistingwi l-ambitu tar-regolament b’referenza għas-sitwazzjonijiet speċifiċi li jistgħu jikkawżaw rikors għall-proċeduri previsti fir-Regolament (Artikolu 3 u 4) u l-limitu tal-firxa tal-miżuri tal-politika kummerċjali għad-dispożizzjoni tal-Unjoni meta taffaċċja waħda minn dawk is-sitwazzjonijiet speċifiċi (Artikolu 5). Filwaqt li tal-ewwel hija definita b’mod wiesa' - u tkopri fil-fatt kwalunkwe tip ta’ tilwima industrijali -, tal-aħħar hija limitata għall-merkanzija u l-akkwist pubbliku.

Wara diversi skambji mal-prattikanti, ir-Rapporteur huwa tal-fehma li l-firxa tal-miżuri tal-politika kummerċjali għad-dispożizzjoni tal-Unjoni għandha tiġi estiża bl-inklużjoni tal-anqas tas-settur tas-servizzi.

Għall-bidu, il-korp għas-soluzzjoni tat-tilwin tad-WTO diġà jħalli lill-Partijiet tiegħu jwettqu, jew direttament jew permezz ta’ ritaljazzjoni inkroċjata, sospensjoni ta’ konċessjonijiet fil-qasam tas-servizzi[1]. Jeżistu xi eżempji ta’ awtorizzazzjoni ta’ sospensjoni ta’ dan it-tip (bħall-każ KE-Bananas III) u xi każijiet ta’ tilwim industrijali sinifikanti ieħor li għadhom għaddejjin li jinvolvu lill-UE li x’aktarx jeħtieġu t-talba ta’ kontro-miżura fis-settur tas-servizzi.

It-tieni, il-fatt li l-kompetenza tal-Komunità esklussiva ma tkoprix is-servizzi kollha fl-UE jista’ ma jipprevjenix l-inklużjoni tas-settur tas-servizzi bħala xi ħaġa sħiħa fid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Jekk il-Kummissjoni tagħmel proposti konkreti f’termini tal-miżuri ta’ politika kummerċjali fil-qasam tas-servizzi bis-saħħa tal-Artikolu 8, se jkollha tagħżel biss servizzi koperti mill-kompetenza tal-Komunità skont it-Trattat.

It-tielet, is-settur tas-servizzi huwa qasam ekonomiku li qed jikber b’rata mgħaġġla u l-inklużjoni tiegħu mingħajr dubju se ssaħħaħ il-kredibilità tal-Unjoni biex tinforza d-drittijiet tagħha malajr, fuq il-bażi tar-Regolament preżenti u mingħajr ma jkun hemm għalfejn issir proċedura leġiżlattiva ad hoc separata, speċjalment meta jaffaċċjaw azzjonijiet illegali ġejjin minn pajjiżi fejn is-servizzi huma kruċjali għall-ekonomija tal-UE. L-iskop ta’ dan ir-Regolament huwa li jwassal għall-konformità, għalhekk il-kredibilità hija fattur ewlieni.

Finalment, ir-Rapporteur jikkunsidra li r-Regolament propost għandu jipprovdi skambju ta’ tagħrif strutturat u sistematiku bejn il-Kummissjoni u l-Parlament, mingħajr ma jdewwem il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet.

Djalogu bħal ikun jiffoka mhux biss fuq il-firxa kollha tal-każijiet ta’ soluzzjoni tat-tilwim li jkunu għaddejjin u finalment fuq id-deċiżjoni biex jitwettqu, ikunu modifikati, jew mitmuma kontromiżuri, iżda wkoll fuq l-għażla tal-miżuri tal-politika kummerċjali speċifiċi biex jiġu mmirati lejn il-pajjiż li qed jaġixxi irregolarment, li potenzjalment ikollu impatt kbir fuq l-industriji Ewropej speċifiċi u għandhom għalhekk jiġu ġustifikati bir-reqqa.

L-aħħar imma mhux l-inqas, ir-Rapporteur jikkunsidra li sempliċement l-eżistenza tar-Regolament preżenti diġà se tippreżenta theddida kredibbli u wieħed jittama li tiskoraġixxi lill-imsieħba kummerċjali milli ma jirrispettawx ir-regoli. Għalhekk, jissuġġerixxi klawżola ta’ reviżjoni itwal, għax huwa mistenni li l-Kummissjoni se jkollha tirrikorri għall-mekkaniżmi tal-infurzar inqas ta' spiss.

PROĊEDURA

Titolu

L-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ regoli kummerċjali internazzjonali

Referenzi

COM(2012)0773 – C7-0415/2012 – 2012/0359(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

18.12.2012

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

15.1.2013

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

15.1.2013

JURI

15.1.2013

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

23.1.2013

JURI

22.1.2013

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Niccolò Rinaldi

23.1.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

24.4.2013

17.6.2013

11.7.2013

 

Data tal-adozzjoni

17.9.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Maria Badia i Cutchet, Nora Berra, María Auxiliadora Correa Zamora, Andrea Cozzolino, George Sabin Cutaş, Marielle de Sarnez, Yannick Jadot, Metin Kazak, Bernd Lange, David Martin, Vital Moreira, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Henri Weber, Jan Zahradil

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Josefa Andrés Barea, Elisabeth Köstinger, Emma McClarkin, Mario Pirillo, Tokia Saïfi, Jarosław Leszek Wałęsa

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Krzysztof Lisek

Data tat-tressiq

26.9.2013

  • [1]  L-Artikolu 22 tad-WTO DSU u l-Artikolu XXIII tal-GATS.