TIENI RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

30.9.2013 - (COM(2012)0436 – C7‑0226/2012 – 2012/2169(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Andrea Češková

Proċedura : 2012/2169(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0310/2013

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

(COM(2012)0436 – C7‑0226/2012 – 2012/2169(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–    wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011[1],

–    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012)0436 – C7–0226/2012)[2],

–    wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet[3],

–    wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[4] dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–    wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013[5] li tipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2011, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li takkumpanjaha,

–    wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[6], u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[7], u b'mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

–    wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 31/2008 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tad-delegati tal-Membri tal-Kunsill[8],

–    wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba[9],

–    wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–    wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0310/2013),

1.  Jiċħad il-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2011;

2.   Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

(COM(2012)0436 – C7‑0226/2012 – 2012/2169(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011[10],

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012)0436 – C7–0226/2012)[11],

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet[12],

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[13] dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013[14] li tipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2011, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li takkumpanjaha,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[15], u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[16], u b'mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 31/2008 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tad-delegati tal-Membri tal-Kunsill[17],

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba[18],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0310/2013),

A.  billi f'soċjetà demokratika, il-kontribwenti u l-opinjoni pubblika għandhom id-dritt li jinżammu infurmati dwar l-użu tal-fondi pubbliċi[19],

B.   billi ċ-ċittadini għandhom id-dritt li jkunu jafu kif it-taxxi li jħallsu qed jintefqu u kif qed tiġi mmaniġġjata s-setgħa fdata f’idejn il-korpi politiċi;

C.  billi l-Kunsill, bħala istituzzjoni tal-Unjoni, għandu jkun soġġett għar-responsabilità demokratika fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni peress li hu benefiċjarju mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea,

D.  billi l-Parlament huwa l-uniku korp elett direttament fost l-istituzzjonijiet Ewropej u għandu r-responsabbiltà li jagħti l-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni,

1.   Jenfasizza r-rwol tal-Parlament speċifikat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward tal-kwittanza baġitarja;

2.   Jindika li, skont l-Artikolu 335 tat-TFUE , "l-Unjoni għandha tkun rappreżentata minn kull waħda mill-istituzzjonijiet, bis-saħħa tal-awtonomija amministrattiva tagħhom, fi kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-operat rispettiv tagħhom", u li, b'konsegwenza, waqt li jitqies l-Artikolu 55 tar-Regolament Finanzjarju, l-istituzzjonijiet huma responsabbli b'mod individwali għall-implimentazzjoni tal-baġits tagħhom;

3.   Jinnota li, skont l-Artikolu 77 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, "id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il- proċedura ta’ għoti ta’ kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għandhom japplikaw bl-istess mod għall-proċedura ta’ għoti ta’ kwittanza [...] lill-persuni responsabbli mill-implimentazzjoni tal-baġits ta’ istituzzjonijiet u organi oħra tal-Unjoni Ewropea bħal ma huma l-Kunsill (f’dak li għandu x’jaqsam mal-attivitajiet tiegħu bħala eżekuttiv), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni";

Opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill fid-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha għas-sena finanzjarja 2011

4.   Jenfasizza l-fatt li, fir-rapport annwali dwar is-sena finanzjarja 2011, il-Qorti tal-Awdituri inkludiet osservazzjonijiet dwar il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill rigward il-proċeduri ta' akkwist relatati mas-servizzi ta' tindif u x-xiri ta' ħwejjeġ u żraben tax-xogħol, fejn ġew identifikati ċertu dgħufijiet fl-applikazzjoni tal-kriterji ta' għażla u ta' aġġudikazzjoni;

5.   Jieħu nota tal-ispjegazzjonijiet tal-Kunsill dwar in-nuqqasijiet marbuta mal-proċedura ta' akkwist u dwar l-assigurazzjoni tiegħu tar-rispett sħiħ tal-ispirtu u l-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju;

6.   Jikkondividi r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-uffiċjali awtorizzanti għandhom itejbu d-disinn, il-koordinament u l-prestazzjoni tal-proċeduri ta' akkwist permezz ta' kontrolli xierqa u gwida aħjar; jirrakkomanda li jkun hemm applikazzjoni aktar stretta tar-regoli dwar l-akkwist, li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni huma obbligati jirrispettaw;

7.   Jinnota li l-Kunsill ma ta l-ebda tweġiba ulterjuri għar-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri dwar kontrolli xierqa u gwida aħjar tal-proċeduri ta' akkwist;

Kwestjonijiet pendenti

8.   Jiddispjaċih dwar id-diffikultajiet li nstabu fil-proċeduri ta' kwittanza għas-snin finanzjarji tal-2007, l-2008, l-2009 u l-2010, li kienu dovuti għal nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa tal-Kunsill; jindika li l-Parlament ċaħad il-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill għas-snin finanzjarji 2009 u 2010 għar-raġunijiet stipulati fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-10 ta' Mejju 2011[20], tal-25 ta' Ottubru 2011[21], tal-10 ta' Mejju 2012[22] u tat-23 ta' Ottubru 2012[23];

9.  Jistenna li r-rapporti annwali tal-attività futuri li jirċievu l-Parlament u l-Kunsill ikunu jinkludu ħarsa ġenerali komprensiva tar-riżorsi umani kollha mqassmin skont il-kategoriji, il-grad, il-ġeneru, in-nazzjonalità u t-taħriġ vokazzjonali, kif ukoll id-deċiżjonijiet baġitarji interni tal-Kunsill;

10. Jisħaq fuq il-fatt li l-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għandu jinfired b'mod li jingħata kontribut għat-trasparenza tal-ġestjoni finanzjarja tagħhom u li tiġi żgurata responsabbiltà aħjar taż-żewġ istituzzjonijiet;

11. Itenni li l-Kunsill għandu jipprovdi spjegazzjoni bir-reqqa bil-miktub li tispeċifika l-ammont totali ta' approprjazzjonijiet użati fix-xiri tal-bini Résidence Palace, il-partiti baġitarji li minnhom insiltu dawn l-approprjazzjonijiet, il-pagamenti parzjali li tħallsu s'issa, il-pagamenti parzjali li għad iridu jitħallsu u l-iskop li se jaqdi l-bini;

12. Jiddispjaċih li l-Kunsill għadu jirrifjuta li jwieġeb għall-mistoqsijiet tal-Parlament;

13. Itenni li għadu qed jistenna tweġiba mingħand il-Kunsill għall-mistoqsijiet u t-talba għal dokumenti stipulata fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2012; jistieden lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill jipprovdi lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament bi tweġibiet komprensivi bil-miktub għal dawn il-mistoqsijiet;

14. Jinsisti li l-infiq tal-Kunsill irid jitqiegħed taħt l-istess skrutinju bħal dak ta' istituzzjonijiet oħra; huwa tal-opinjoni li l-elementi fundamentali ta' skrutinju ta' dan it-tip huma stabbiliti fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2012;

15. Jilqa', madankollu, il-fatt li l-Presidenza fil-kariga tal-Kunsill aċċettat l-istedina tal-Parlament għad-dibattitu li sar fil-plenarja nhar is-17 ta' April 2013 dwar ir-rapporti ta' kwittanza għall-2011; japprova l-fatt li l-Presidenza kienet disponibbli għall-iżvilupp ta' kooperazzjoni benefika bejn il-Parlament u l-Kunsill;

16. Jinnota l-proposta tal-Presidenza Irlandiża li jitwaqqaf grupp ta' ħidma interistituzzjonali biex jinnegozja s-soluzzjonijiet possibbli għall-kwittanza tal-Kunsill; jistenna proposta speċifika mingħand il-Presidenza Litwana tal-Kunsill;

Id-dritt tal-Parlament li jagħti kwittanza

17. Jenfasizza l-prerogattivi tal-Parlament li jagħti l-kwittanza skont l-Artikoli 316, 317 u 319 tat-TFUE, bi qbil mal-interpretazzjoni u l-prattika attwali, speċifikament li jagħti l-kwittanza għal kull intestatura tal-baġit b'mod individwali b'mod li jinżammu t-trasparenza u r-responsabilità demokratika fir-rigward tal-kontribwenti tal-Unjoni;

18. Ifakkar li l-Kummissjoni, fit-tweġiba tagħha tal-25 ta' Novembru 2011 għall-ittra tal-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, kitbet li huwa mixtieq li l-Parlament ikompli jagħti, jiddiferixxi jew jiċħad il-kwittanza lill-istituzzjonijiet l-oħra, inkluż il-Kunsill, kif kien il-każ s'issa;

19. Hu tal-fehma li, fi kwalunkwe każ, jeħtieġ li ssir valutazzjoni tal-ġestjoni tal-Kunsill bħala istituzzjoni tal-Unjoni matul is-sena li qed tiġi eżaminata, biex b'hekk jiġu rrispettati l-prerogattivi tal-Parlament, l-aktar l-assigurazzjoni tar-responsabilità demokratika fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni;

20. Jemmen, għaldaqstant, li jkun jista' jinkiseb xi progress jekk il-Parlament u l-Kunsill ikunu jistgħu jifformulaw flimkien lista ta' dokumenti li jkunu jridu jiġu skambjati sabiex jissodisfaw ir-rwoli rispettivi tagħhom fil-proċess ta' kwittanza;

21. Iqis li, kooperazzjoni sodisfaċenti bejn iż-żewġ istituzzjonijiet, li tieħu sura fi proċedura ta' djalogu miftuħ u formali, tista’ tagħti sinjal pożittiv liċ-ċittadini tal-Unjoni f'dawn iż-żminijiet diffiċli.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

26.9.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Zuzana Brzobohatá, Andrea Češková, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Jan Mulder, Monika Panayotova, Crescenzio Rivellini, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Bart Staes, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Ivailo Kalfin, Markus Pieper, Olle Schmidt, Joachim Zeller

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Gahler, Iosif Matula, Theodor Dumitru Stolojan

  • [1]  ĠU L 68, 15.3.2011.
  • [2]  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.
  • [3]  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.
  • [4]  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.
  • [5]  Testi adottati, P7_TA(2013)0126.
  • [6]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [7]  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [8]  Deċiżjoni li toħroġ mir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 (ĠU L 230, 28.8.2002, p. 7).
  • [9]  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
  • [10]  ĠU L 68, 15.3.2011.
  • [11]  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.
  • [12]  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.
  • [13]  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.
  • [14]  Testi adottati, P7_TA(2013)0126.
  • [15]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [16]  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [17]  Deċiżjoni li toħroġ mir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 (ĠU L 230, 28.8.2002, p. 7).
  • [18]  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
  • [19]  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta' Mejju 2003 fil-Kawżi Konġunti C-465/00, C-138/01 u C-139/01 Österreichischer Rundfunk u oħrajn ([2003] Ġabra I-4989, paragrafu 85).
  • [20]  ĠU L 250, 27.09.2011, p.25.
  • [21]  ĠU L 313, 26.11.2011, p. 13.
  • [22]  ĠU L 286, 17.10.2012, p. 23.
  • [23]  ĠU L 350, 20.12.2012, p. 71.