RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rappurtar tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 u li jħassar id-Direttiva Nru 2003/42/KE, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007

9.10.2013 - (COM(2012)0776 – C7‑0418/2012 – 2012/0361(COD)) - ***I

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Christine De Veyrac


Proċedura : 2012/0361(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0317/2013
Testi mressqa :
A7-0317/2013
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rappurtar tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 u li jħassar id-Direttiva Nru 2003/42/KE, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007

(COM(2012)0776 – C7‑0418/2012 – 2012/0361(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0776),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0456/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-17 ta' April 2013[1],

–   wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0142/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili għandu l-għan li jipprevjeni l-aċċidenti billi jiffaċilita t-tmexxija diliġenti, effiċjenti u kwalitattiva ta’ investigazzjonijiet tas-sikurezza. Dan ir-Regolament ma għandux jinterferixxi mal-proċess ta’ investigazzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti ġestiti mill-Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza Nazzjonali kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 996/2010.

(7) Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili għandu l-għan li jipprevjeni l-aċċidenti billi jiffaċilita t-tmexxija diliġenti, effiċjenti u kwalitattiva ta’ investigazzjonijiet tas-sikurezza. Dan ir-Regolament ma għandux jinterferixxi mal-proċess ta’ investigazzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti ġestiti mill-Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza Nazzjonali kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 996/2010. B’mod partikolari, l-obbligu li tiġi nnotifikata l-okkorrenza ta’ aċċident jew inċident gravi f'konformità mal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 mhux effettwat minn dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

It is necessary to make clear that the notification of an accident or a serious incident is still subject to the provisions of Reg.(EU) 996/2010. Without a clear statement, there could be some uncertainty on the coexistence of the obligations to report according to Reg. (EU) 996/2010 and to the regulation on occurrence reporting. Therefore, it seems appropriate to add a new paragraph to recital 3, in order to ensure consistency between art 4 of this proposal concerning the mandatory reporting system and Article 9 of Regulation (EU) No 996/2010 relating to the obligation of notification of accident and serious incident to the competent safety investigation authority of the State of occurrence. This new paragraph is also essential because there are several differences between the list of people who shall report occurrences (accidents, serious incidents and incidents) according to the proposal and the list of “person involved” as defined in Article 2 of the EU Regulation 996/2010 (the “person involved” shall notify without delay an accident or serious incident to the competent safety investigation authority according to article 9 of the EU Regulation 996/2010.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Xi organizzazzjonijiet koperti minn dan ir-Regolament huma suġġetti għal obbligi oħra dwar ir-rappurtar tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili skont atti legali oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill1 u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu. Dawk l-obbligi jikkumplimentaw lil xulxin u jridu jiġu ssodisfati kollha, rispettivament, mill-organizzazzjonijiet li għalihom japplikaw dawk l-atti legali.

 

__________________

 

1 Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1).

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Għandhom jiġu stabbiliti sistemi obbligatorji u volontarji ta' rappurtar li jippermettu lill-individwi jirrappurtaw dettalji dwar l-okkorrenzi, u l-informazzjoni miġbura għandha tiġi trasferita lill-awtorità kompetenti biex tieħu azzjoni abbażi tal-okkorrenzi miġbura, sabiex issaħħaħ is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili.

(6) Għandhom jiġu stabbiliti sistemi obbligatorji u volontarji ta' rappurtar li jippermettu lill-individwi jirrappurtaw dettalji dwar l-okkorrenzi tas-sikurezza tal-avjazzjoni u l-informazzjoni miġbura għandha tiġi analizzata u għandha tingħata segwitu sabiex tkun tista' tittieħed azzjoni preventiva u korrettiva abbażi tal-okkorrenzi miġbura, sabiex issaħħaħ is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili. Dik l-informazzjoni għandha tiġi trażmessa lill-awtorità kompetenti sabiex jittieħdu miżuri fuq skala ikbar, jekk ikun il-każ, u biex din l-awtorità tkun tista' tivvaluta jekk fil-fatt titteħidx azzjoni xierqa.

Ġustifikazzjoni

Meta l-entità tal-ġbir tal-informazzjoni tkun organizzazzjoni, din, bħal ma tagħmel dan kuljum, għandha tkun tista' tadotta miżuri preventivi jew korrettivi fil-livell tagħha. L-awtoritajiet kompetenti, malli jkunu ġew informati mill-organizzazzjonijiet, għandhom jiġġudikaw ir-rilevanza tal-korrezzjoni jew l-impożizzjoni ta' dawn il-miżuri fuq skala ikbar fid-dawl tat-tisħiħ tas-sikurezza tal-avjazzjoni fit-territorju kollu.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Filwaqt li s-settur kollu tal-avjazzjoni għandu jkun kopert minn dan ir-Regolament, jeħtieġ ukoll li jiġi żgurat li l-l-obbligi tiegħu jkunu proporzjonati għas-settur ta' attività u għall-kumplessità tal-inġenju tal-ajru individwali kkonċernat. F'dan is-sens, l-okkorrenzi li jinvolvu inġenji mhux kumplessi għandhom jinġabru fil-qafas ta' dan ir-Regolament, iżda għandhom jkunu suġġetti għall-obbligi ta' notifiki speċifiċi u adatti aħjar għal dak it-tip ta' avjazzjoni.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Diversi kategoriji ta' ħaddiema li jaħdmu fl-avjazzjoni ċivili josservaw avvenimenti ta' interess għall-prevenzjoni ta' aċċidenti, u għalhekk, għandhom jirrappurtawhom.

(7) Diversi kategoriji ta' ħaddiema li jaħdmu fl-avjazzjoni ċivili josservaw avvenimenti ta' interess għall-prevenzjoni ta' aċċidenti, u għalhekk, għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom għodod li jagħmluha possibbli li jirrappurtawhom u li jiggarantixxu l-protezzjoni tagħhom. Biex il-persunal jitħeġġeġ jinnotifika u jkun possibbli għalih li japprezza aħjar l-impatt pożittiv tan-notifika tiegħu fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni, jeħtieġ li dan jiġi infurmat b'mod regolari dwar l-azzjonijiet meħuda fil-qafas tas-sistemi ta' rapporti ta' okkurrenza.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet kollha proposti minn dan ir-regolament jibbażaw ruħhom fuq l-informazzjoni trażmessa mill-persunal xhud jew fl-oriġini ta' okkorrenza. Jeħtieġ għalhekk li jiġu żviluppati l-għodod kollha meħtieġa biex ikun hemm b'mod effettiv ambjent ta' fiduċja msejjaħ "Kultura Ġusta" sabiex dan jitħajjar jinnotifika.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Jeħtieġ li jkun żgurat li l-okkorrenzi li jirrappreżentaw riskju kbir għas-sikurezza tal-avjazzjoni jiġu sistematikament notifikati mill-atturi prinċipali fil-qafas tas-sistemi ta' rapporti obbligatorji. Sabiex ikunu jistgħu jinġabru dettalji fir-rigward tal-okkorrenzi kollha marbuta mas-sikurezza tal-avjazzjoni, jeħtieġ li jiġu applikati sistemi ta' rapporti volontarji għall-ġbir tad-dettalji tal-okkorrenzi rrappurtati mill-atturi l-oħra tat-trasport bl-ajru kif ukoll l-okkorrenzi li jippreżentaw riskju inferjuri minn dawk irrappurtati fil-qafas tas-sistemi obbligatorji.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Għandha tiġi żviluppata skema komuni Ewropea għall-klassifikazzjoni tar-riskji sabiex tappoġġa l-identifikazzjoni ta' azzjoni rapida neċessarja meta jkun hemm okkorrenzi speċifiċi li jkunu ta' riskju għoli għas-sikurezza. Għandha wkoll tippermetti l-identifikazzjoni ta' oqsma ewlenin ta' riskju meta tiġi trattata informazzjoni aggregata. Din l-iskema għandha tappoġġa l-Istati Membri fil-valutazzjoni tagħhom tal-okkorrenzi u fid-determinazzjoni ta’ fejn l-aħjar li jiffukaw l-isforzi tagħhom. Meta tiġi trattata informazzjoni aggregata minn perspettiva Ewropea, għandha wkoll tippermetti l-identifikazzjoni ta' oqsma ewlenin ta’ riskju fi ħdan l-Unjoni u tappoġġa x-xogħol magħmul fil-qasam tal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u tal-Pjan Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. Għandu jingħata appoġġ xieraq biex tiġi żgurata klassifikazzjoni konsistenti u uniformi tar-riskji bejn l-Istati Membri.

(11) Għandha tiġi żviluppata skema komuni Ewropea għall-klassifikazzjoni tar-riskji sabiex tappoġġa l-identifikazzjoni ta' azzjoni rapida neċessarja meta jkun hemm okkorrenzi speċifiċi li jkunu ta' riskju għoli għas-sikurezza. Għandha wkoll tippermetti l-identifikazzjoni ta' oqsma ewlenin ta' riskju meta tiġi trattata informazzjoni aggregata. Din l-iskema għandha tappoġġa lill-entitatjiet relevanti fil-valutazzjoni tagħhom tal-okkorrenzi u fid-determinazzjoni ta’ fejn l-aħjar li jiffukaw l-isforzi tagħhom. Meta tiġi trattata informazzjoni aggregata minn perspettiva Ewropea, għandha wkoll tippermetti l-identifikazzjoni ta' oqsma ewlenin ta’ riskju fi ħdan l-Unjoni u tappoġġa x-xogħol magħmul fil-qasam tal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u tal-Pjan Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. Għandu jingħata appoġġ xieraq mill-Kummissjoni biex tiġi żgurata klassifikazzjoni konsistenti u uniformi tar-riskji bejn l-Istati Membri.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni, ir-rapporti dwar l-okkorrenzi għandhom jinħażnu f'bażijiet ta' data li jużaw sistema kompatibbli mal-ECCAIRS (is-software użat mill-Istati Membri kollha u mir-Repożitorju Ċentrali Ewropew biex jaħżnu rapporti dwar l-okkorrenzi) u mat-tassonomija ADREP (it-tassonomija tal-ICAO, użata wkoll għas-software tal-ECCAIRS).

Ma taffettwax il-verżjoni Maltija. (Korrezzjoni lingwistika għall-Franċiż).

Ġustifikazzjoni

Emenda lingwistika li ma taffettwax il-verżjoni Maltija.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) L-informazzjoni dwar l-okkorrenzi għandha tiġi skambjata fi ħdan l-Unjoni. B'mod partikolari, din għandha ssaħħaħ sew l-individwazzjoni ta' perikli attwali jew potenzjali. Barra minn hekk, din għandha tippermetti lill-Istati Membri jirċievu l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-okkorrenzi li jseħħu fit-territorju tagħhom, iżda li huma rrappurtati lil Stat Membru ieħor.

(14) L-informazzjoni dwar l-okkorrenzi għandha tiġi skambjata fi ħdan l-Unjoni. B'mod partikolari, din għandha ssaħħaħ sew l-individwazzjoni ta' perikli attwali jew potenzjali. Barra minn hekk, din għandha tippermetti lill-Istati Membri jirċievu l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-okkorrenzi li jseħħu fit-territorju tagħhom, iżda li huma rrappurtati lil Stat Membru ieħor, u li b'hekk jagħmluha possibbli li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkollhom informazzjoni preċiża dwar l-okkorrenzi li jseħħu fl-ispazju tal-ajru tagħhom sabiex, meta jkun meħtieġ, tkun tista’ tittieħed azzjoni korrettiva biex jiġi ffaċċjat riskju identifikat fit-territorju tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Il-leġiżlazzjoni attwali ma tippermettix lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza li jkunu mgħarrfa u jkunu jafu eżattament il-kundizzjonijiet ta’ inċident li jkun seħħ fl-ispazju tal-ajru nazzjonali jekk il-kumpanija tal-ajru tkun iċċertifikata minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni. Peress li kumpanija tal-ajru tista ssir l-aqwa operatur fi Stat Membru fejn hi ma jkollha l-ebda obbligu ta’ notifika, jidher li huwa importanti li l-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż ikunu konxji mill-avvenimenti li jseħħu fl-ispazju tal-ajru tagħhom.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) L-informazzjoni li tikkonċerna l-okkorrenzi nazzjonali, maħżuna fil-bażijiet tad-data, għandha tkun suġġetta għar-Regolament attwali.

(18) L-informazzjoni li tikkonċerna l-okkorrenzi tal-organizzazzjonijiet, tal-Istati Membri u tal-EASA, maħżuna fil-bażijiet tad-dejta, għandha tkun suġġetta għar-Regolament attwali.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu aċċess għal ċerta informazzjoni miżmuma fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew.

(20) Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu aċċess għal ċerta informazzjoni miżmuma fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew, suġġett għar-regoli ta' kunfidenzjalità ta' tali informazzjoni u tal-anonimità tal-persuni involuti fl-okkorrenza rrapurtata.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) L-effettività tal-miżuri tas-sikurezza adottati għandha tiġi mmonitorjata u, fejn ikun meħtieġ, għandhom jittieħdu azzjonijiet addizzjonali biex jiżguraw li n-nuqqasijiet fis-sikurezza ġew indirizzati korrettament. L-informazzjoni li tinsab fir-rapporti dwar l-okkorrenzi għandha tintuża wkoll fil-forma ta' data aggregata biex jiġu individwati t-tendenzi.

(23) L-effettività tal-miżuri tas-sikurezza adottati għandha tiġi mmonitorjata u, fejn ikun meħtieġ, għandhom jittieħdu azzjonijiet addizzjonali biex jiżguraw li n-nuqqasijiet fis-sikurezza ġew indirizzati korrettament. L-informazzjoni miżmuma fir-rapporti tal-okkorrenzi għandha tintuża wkoll fil-forma ta' dejta aggregata biex jiġu individwati t-tendenzi u biex ikunu jistgħu jiġu proposti u implimentati miżuri preventivi jew korrettivi xierqa.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Persuna li tkun irrappurtat okkorrenza fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun protetta b'mod xieraq. F'dan il-kuntest, ir-rapporti tal-okkorrenzi għandhom jiġu deidentifikati, u d-dettalji relatati ta' min jagħmel ir-rapport ma għandhomx jiġu rreġistrati fil-bażijiet tad-dejta.

(29) Persuna li kkonċernata mill-okkorrenza notifikata fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun protetta b'mod xieraq. F'dan il-kuntest, ir-rapporti tal-okkorrenzi għandhom jiġu deidentifikati, u d-dettalji relatati mal-persuni kkonċernati mill-okkorrenza notifikata ma għandhomx jiġu rreġistrati fil-bażijiet tad-dejta.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tissaħħaħ il-fiduċja tal-membri tal-persunal f'ambjent ta' "Kultura Ġusta" li tħajjar li dak li jkun jirrapporta okkorrenza bl-uniku għan li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sikurezza tal-avjazzjoni, jeħtieġ li tali protezzjoni tan-notifikatur tiġi estiża għal kwalunkwe persuna involuta fl-avveniment irrappurtat, u mhux biss għall-individwu li jirrappurtah.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Ambjent ta' 'Kultura Ġusta' għandu jinkoraġġixxi lill-individwi biex jirrappurtaw informazzjoni relatata mas-sikurezza. Madankollu, ma għandux ineħħi r-responsabbiltajiet normali tal-individwi. F'dan il-kuntest, l-impjegati ma għandhomx ikunu ppenalizzati abbażi tal-informazzjoni li jkunu pprovdew fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ħlief f'każijiet ta' negliġenza gravi.

(31) Ambjent ta' 'Kultura Ġusta' għandu jinkoraġġixxi lill-individwi biex jirrappurtaw informazzjoni relatata mas-sikurezza. Madankollu, ma għandux ineħħi r-responsabbiltajiet normali tal-individwi. Fdan il-kuntest, l-impjegati u l-persunal ikkuntrattat ma għandhomx ikunu ppenalizzati abbażi tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni ta dan ir-Regolament, ħlief fkażijiet ta negliġenza gravi.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tissaħħaħ il-fiduċja tal-membri tal-persunal f'ambjent ta' "Kultura Ġusta" li tħajjar li dak li jkun jirrapporta okkorrenza bl-uniku għan li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sikurezza tal-avjazzjoni, jeħtieġ li tali protezzjoni tan-notifikatur tiġi estiża għal kwalunkwe persuna involuta fl-avveniment irrappurtat, u mhux biss għall-individwu li jirrappurtah.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Huwa importanti li jiġi stabbilit b'mod ċar l-ambitu li jipproteġi lil min jagħmel ir-rapport, minn preġudizzju jew prosekuzzjoni, billi jiġi pprovdut qbil komuni dwar it-terminu negliġenza gravi.

(32) Huwa importanti li jiġi stabbilit b'mod ċar l-ambitu li jipproteġi lill-persuni kkonċernati mill-okkorrenza notifikata, minn preġudizzju jew prosekuzzjoni, billi jiġi pprovdut qbil komuni dwar it-terminu negliġenza gravi.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tissaħħaħ il-fiduċja tal-membri tal-persunal f'ambjent ta' "Kultura Ġusta" li tħajjar li dak li jkun jirrapporta okkorrenza bl-uniku għan li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sikurezza tal-avjazzjoni, jeħtieġ li tali protezzjoni tan-notifikatur tiġi estiża għal kwalunkwe persuna involuta fl-avveniment irrappurtat, u mhux biss għall-individwu li jirrappurtah.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) L-impjegati għandu jkollhom il-possibbiltà li jirrappurtaw ksur fil-prinċipji li jiddelimita il-protezzjoni tagħhom, kif stabbilit f'din il-leġislazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-konsegwenzi għal dawk li kisru l-prinċipji ta' protezzjoni ta' min jagħmel ir-rapport, u meta jkun xieraq, għandhom jadottaw penalitajiet.

(34) L-impjegati u l-persunal ikkuntrattat għandu jkollhom il-possibbiltà li jirrappurtaw ksur fil-prinċipji li jiddemarkaw il-protezzjoni tagħhom, kif stabbilit f’din il-leġiżlazzjoni, u m’għandhomx jiġu suġġetti għal sanzjonalijiet talli jkunu għamlu dan. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-konsegwenzi għal dawk li jkunu kisru l-prinċipji ta' protezzjoni tal-persuni involuti fl-okkorrenza rrapurtata u, meta jkun xieraq, għandhom jadottaw penalitajiet.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tkun żgurata applikazzjoni effettiva ta' ambjent ta' Kultura Ġusta omoġenja fl-Unjoni, jeħtieġ li jissaħħaħ l-użu tal-għodod ta' protezzjoni tan-notifikatur. Il-membru tal-persunal li jirrapporta ksur fl-Artikolu 16 ta' dan ir-regolament għandu jkollu l-assikurazzjoni li mhux se jkun jista' jiġi sanzjonat talli kellu rikors għal dan il-mekkaniżmu.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) L-individwi jistgħu joqogħdu lura milli jirrappurtaw l-okkorrenzi minħabba l-biża' ta' awtoinkriminazzjoni u l-konsegwenzi potenzjali tagħhom f'termini ta' prosekuzzjoni quddiem awtoritajiet ġudizzjarji. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri ma għandhomx jibdew proċedimenti kontra min jagħmel ir-rapport abbażi tar-rapport tiegħu, ħlief f'każijiet ta' negliġenza gravi. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sikurezza u dawk ġudizzjarji għandha tiġi msaħħa u fformalizzata permezz ta' arranġamenti avvanzati li għandhom jirrispettaw il-bilanċ bejn l-interessi pubbliċi differenti involuti, u b'mod partikolari, li jkopru l-aċċess u l-użu ta' rapporti tal-okkorenzi miżmuma fil-bażijiet tad-data nazzjonali.

Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.

Ġustifikazzjoni

Emenda lingwistika li ma taffettwax il-verżjoni Maltija.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 35a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35a) Sabiex l-EASA tkun tista’ teżerċita b’mod effettiv is-setgħat miżjuda mogħtija lilha minn dan ir-Regolament u twettaq il-kompiti addizzjonali mogħtija lilha, din għandha tingħata r-riżorsi adegwati.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Sabiex tiġi żgurata l-flessibbiltà xierqa u tiġi aġġornata l-informazzjoni miżmuma fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll biex tiġi ddefinita l-iskema komuni Ewropea għall-klassifikazzjoni tar-riskji, biex jiġu aġġornati l-miżuri li jikkonċernaw l-integrazzjoni fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew u biex jiġi estiż jew limitat it-tixrid tal-informazzjoni miżmuma fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(36) Sabiex tiġi żgurata l-flessibbiltà xierqa u tiġi aġġornata l-informazzjoni miżmuma fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll biex tiġi ddefinita l-iskema komuni Ewropea għall-klassifikazzjoni tar-riskji, biex jiġu aġġornati l-miżuri li jikkonċernaw l-integrazzjoni fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew u biex jiġi estiż jew limitat it-tixrid tal-informazzjoni miżmuma fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha dwar il-laqgħat tagħha mal-esperti fi ħdan il-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ atti ddelegati. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-inklużjoni adegwata tal-Parlament Ewropew, bl-użu tal-aħjar prattiki minn esperjenzi preċedenti f'oqsma oħra ta' politika sabiex jinħolqu l-aħjar kondizzjonijiet possibbli għall-iskrutinju futur tal-atti delegati mill-Parlament Ewropew.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Il-penalitajiet, b'mod partikolari, għandhom jippermettu sanzjonijiet kontra kull persuna jew entità li, bi ksur ta’ dan ir-Regolament, tuża b'mod mhux xieraq informazzjoni protetta minn dan ir-Regolament; tadotta preġudizzju kontra min jagħmel ir-rapport ta' okkorrenza ħlief f'każijiet ta' negliġenza gravi; ma tistabilixxix ambjent xieraq li jippermetti l-ġbir ta' dettalji dwar l-okkorrenzi; ma tanalizzax l-informazzjoni miġbura u ma taġixxix biex tindirizza n-nuqqasijiet jew in-nuqqasijiet potenzjali tas-sikurezza individwati; ma taqsamx l-informazzjoni miġbura fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(39) Il-penalitajiet, b'mod partikolari, għandhom jippermettu sanzjonijiet kontra kull persuna jew entità li, bi ksur ta’ dan ir-Regolament, tuża b'mod mhux xieraq informazzjoni protetta minn dan ir-Regolament; tadotta preġudizzju kontra l-persuni kkonċernati mill-okkorrezna notifikata ħlief f'każijiet ta' negliġenza gravi; ma tistabilixxix ambjent xieraq li jippermetti l-ġbir ta' dettalji dwar l-okkorrenzi; ma tanalizzax l-informazzjoni miġbura u ma taġixxix biex tindirizza n-nuqqasijiet jew in-nuqqasijiet potenzjali tas-sikurezza individwati; ma taqsamx l-informazzjoni miġbura fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tissaħħaħ il-fiduċja tal-membri tal-persunal f'ambjent ta' "Kultura Ġusta" li tħajjar li dak li jkun jirrapporta okkorrenza bl-uniku għan li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sikurezza tal-avjazzjoni, jeħtieġ li tali protezzjoni tan-notifikatur tiġi estiża għal kwalunkwe persuna involuta fl-avveniment irrappurtat, u mhux biss għall-individwu li jirrappurtah.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jtejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni billi jiżgura li l-informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili tiġi rrappurtata, miġbura, maħżuna, protetta, skambjata, imxerrda u analizzata, u li fejn huwa xieraq, jittieħdu azzjonijiet għas-sikurezza abbażi tal-informazzjoni miġbura. Ir-Regolament jipprovdi wkoll regoli li jikkonċernaw l-integrazzjoni tal-informazzjoni miġbura fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew u t-tixrid tagħhom lill-partijiet interessati, bl-objettiv li jipprovdu lil dawn il-partijiet bl-informazzjoni li għandhom bżonn biex itejbu s-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili.

1. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jtejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni billi jiżgura li l-informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili tiġi rrappurtata, miġbura, maħżuna, protetta, skambjata, imxerrda u analizzata, u li meta jkun xieraq, jittieħdu azzjonijiet għas-sikurezza malajr kemm jista' jkun abbażi tal-informazzjoni miġbura. Ir-Regolament jipprovdi wkoll regoli li jikkonċernaw l-integrazzjoni tal-informazzjoni miġbura fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew u t-tixrid tagħhom lill-partijiet interessati, bl-objettiv li jipprovdu lil dawn il-partijiet bl-informazzjoni li għandhom bżonn biex itejbu s-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili. Dan ir-Regolament għandu l-għan ukoll li jiżgura d-disponibilità kontinwa tal-informazzjoni ta' sikurezza permezz ta' regoli li jikkonċernaw il-kunfidenzjali u użu xieraq ta’ tali informazzjoni u permezz ta’ protezzjoni armonizzata u msaħħa tal-persuni kkonċernati mill-okkorrenza notifikata. Dan ir-Regolament jiżgura li r-riskji ta' sikurezza tal-avjazzjoni jitqiesu wkoll u jiġu trattati fil-livell Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Peress li dan ir-regolament jipprova joħloq 'kultura ġusta' ġenwina fl-Unjoni, dan l-objettiv għandu jiġi speċifikat fl-Artikolu 1. Għalhekk jidher neċessarju u ġustifikabbli li ssir referenza għall-kunċetti trattati fl-Artikoli 14, 15 u 16.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) "deidentifikazzjoni" tfisser it-tneħħija mir-rapporti tal-okkorrenzi ppreżentati tad-dettalji personali kollha ta' min jagħmel ir-rapport u d-dettalji tekniċi li jwasslu għall-identità ta' min jagħmel ir-rapport, jew ta' partijiet terzi, li jirriżultaw mill-informazzjoni;

(1) "deidentifikazzjoni" tfisser it-tneħħija mir-rapporti tal-okkorrenzi ppreżentati tad-dettalji personali kollha tal-persuni involuti fl-okkorrenza notifikata u d-dettalji tekniċi li jwasslu għall-identità ta' dawk il-persuni, jew ta' partijiet terzi, li jirriżultaw mill-informazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Sabiex tissaħħaħ il-fiduċja tal-membri tal-persunal f'ambjent ta' "Kultura Ġusta" li tħajjar li dak li jkun jirrapporta okkorrenza bl-uniku għan li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sikurezza tal-avjazzjoni, jeħtieġ li tali protezzjoni tan-notifikatur tiġi estiża għal kwalunkwe persuna involuta fl-avveniment irrappurtat, u mhux biss għall-individwu li jirrappurtah.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) "negliġenza gravi" tfisser ksur evidenti u volontarju ta' dmir ta' protezzjoni li jikkawża direttament dannu prevedibbli lil persuna jew lil proprjetà, jew li jbaxxi ħafna l-livell tas-sikurezza tal-avjazzjoni;

(4) "negliġenza gravi" tfisser indifferenza serja evidenti u intenzjonata għad-dmir ta’ protezzjoni, jew għal riskju evidenti u nuqqas serju ta' teħid ta' tali protezzjoni kif huwa evidentement neċessarju fiċ-ċirkostanzi mill-istandards tar-responsabilità professjonali, li tikkawża dannu prevedibbli lil persuna jew lil proprjetà, jew li tbaxxi ħafna l-livell tas-sikurezza tal-avjazzjoni;

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu japplika għal okkorrenzi li jipperikolaw, jew li, jekk ma jiġux korretti, jistgħu jipperikolaw inġenju tal-ajru, persuni li jkunu fih jew kwalunkwe persuna oħra. Il-lista tal-inċidenti li jridu jiġu rrappurtati tinsab fl-Anness I.

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal okkorrenzi li jipperikolaw, jew li, jekk ma jiġux korretti, jistgħu jipperikolaw inġenju tal-ajru, persuni li jkunu fih jew kwalunkwe persuna oħra.

Ġustifikazzjoni

Bħala definizzjoni, is-sistema ta' rappurtar obbligatorju hija limitata għall-inċidenti li jidhru fl-Anness I ta' dan ir-regolament. Peress li l-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament jikkonċerna wkoll in-notifiki volontarji, jeħtieġ li jiġi ċċarat il-lingwaġġ propost hawn.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2. Lista dettaljata tal-inċidenti li għandhom jiġu notifikati fis-sistema tar-rapporti obbligatorji stipulata fl-Artikolu 4 tidher fl-Anness I. Dik il-lista tistipula obbligi speċifiċi għar-rappurtar tal-okkurrenzi li għandhom jiġu rrapurtati mill-persuni stipulati fl-Artikolu 4(3)(a) u li jinvolvu inġenju tal-ajru mhux kumpless. Kwalunkwe inċident ieħor, meqjus bħala rilevanti mill-partijiet involuti, għandu jiġi rrapurtat skont permezz tas-sistema ta' rapporti volontarji stipulata fl-Artikolu 5.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li l-obbligi ta' notifiki imposti fuq l-avjazzjoni ħafifa u tad-divertiment ikunu xierqa u adattati għal dan is-settur.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-EASA għandha tistabbilixxi sistema ta' rapporti obbligatorji biex tiffaċilita l-ġbir tal-informazzjoni dwar dwar l-okkorrenzi, li jinkludi l-ġbir tal-informazzjoni dwar l-okkorrenzi miġbura mill-organizzazzjonijiet ċertifikati jew approvati mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA).

Ġustifikazzjoni

Bħala awtorità ta' ċertifikazzjoni, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu paralleli għal dak tal-Istati Membri mill-EASA biex tinġabar l-informazzjoni rrapurtata lill-organizzazzjonijeit li tiċċertifika.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-persuni li ġejjin għandhom jirrappurtaw l-okkorrenzi permezz tas-sistema stabbilita mill-organizzazzjoni li tħaddem lil dik il-persuna, f'konformità mal-paragrafu 1 jew permezz tas-sistema stabbilita mill-Istati Membri f'konformità mal-paragrafu 2:

3. Il-persuni li ġejjin għandhom jirrappurtaw l-okkorrenzi permezz tas-sistema stabbilita mill-organizzazzjoni li tħaddem lil dik il-persuna, f'konformità mal-paragrafu 1 jew permezz tas-sistema stabbilita mill-Istat Membru tal-istabbiliment tal-organizzazzjoni tagħhom jew mill-Istat li jkun ħareġ il-liċenzja tal-pilota, f'konformità mal-paragrafu 2, jew permezz tas-sistema stabbilita mill-EASA f'konformità mal-paragrafu 2a:

Ġustifikazzjoni

Kjarifika. Is-sistema ta' rapportar tal-okkorrenza tispeċifika b'mod ċar l-Istat Membru li għandu jirrikorri għalih in-notifikatur. L-Istati Membri wara jkunu jistgħu jiskambjaw l-informazzjoni permezz tar-Repożitorju Ċentrali Ewropew. Jeħtieġ għalhekk li jiġi ċċarat il-lingwaġġ propost biex tiġi evitata kull interpretazzjoni ħażina.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-bdot fil-kmand ta' inġenju tal-ajru rreġistrat fi Stat Membru jew irreġistrat barra mill-Unjoni iżda li madankollu jintuża minn operatur li s-superviżjoni tal-operati tiegħu jiġu żgurati mill-Istat Membru jew operatur stabbilit fl-Unjoni ;

(a) il-bdot fil-kmand ta inġenju tal-ajru jew, fejn applikabbli kull membru ieħor tal-ekwipaġġ irreġistrat fi Stat Membru jew irreġistrat barra mill-Unjoni iżda li jintuża minn operatur li s-superviżjoni tal-operati tiegħu jiżgura Stat Membru jew minn operatur stabbilit fl-Unjoni;

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) persuna li l-kompitu tagħha huwa li tiddisinja, timmanifattura, iżżomm jew timmodifika inġenju tal-ajru li jaħdem bit-turbini jew li jintuża għat-trasport pubbliku, jew kwalunkwe tagħmir jew parti minnu, taħt is-superviżjoni ta' Stat Membru jew tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA);

(b) persuna li l-kompitu tagħha huwa li tiddisinja, timmanifattura, iżżomm jew timmodifika inġenju tal-ajru jew kwalunkwe tagħmir jew parti minnu, taħt is-superviżjoni ta Stat Membru jew tal-EASA;

Ġustifikazzjoni

F’konformità mal-miri u l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, dan ikopri s-settur tal-avjazzjoni kollu, inkluża l-avjazzjoni ġenerali. B’hekk ir-rekwiżiti għar-rappurtar obbligatorju tal-okkorrenzi għandhom jiġu estiżi għat-tipi kollha ta’ inġenji tal-ajru u operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) persuna li tiffirma ċertifikat ta' analiżi tal-manutenzjoni, jew ta' rilaxx għas-servizz fir-rigward ta' inġenju tal-ajru li jaħdem bit-turbini jew użat għat-trasport pubbliku, jew kwalunkwe tagħmir jew parti minnu, taħt is-superviżjoni ta' Stat Membru jew tal-EASA;

(c) persuna li tiffirma ċertifikat ta analiżi tal-manutenzjoni, jew ta rilaxx għas-servizz fir-rigward ta inġenju tal-ajru, jew kwalunkwe tagħmir jew parti minnu, taħt is-superviżjoni ta Stat Membru jew tal-EASA;

Ġustifikazzjoni

F’konformità mal-miri u l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, dan ikopri s-settur tal-avjazzjoni kollu, inkluża l-avjazzjoni ġenerali. B’hekk ir-rekwiżiti għar-rappurtar obbligatorju tal-okkorrenzi għandhom jiġu estiżi għat-tipi kollha ta’ inġenji tal-ajru u operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - paragrafu 3 - punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) persuna li twettaq funzjoni li teħtieġ li dan ikun awtorizzat minn Stat Membru bħala kontrollur tat-traffiku tal-ajru jew bħala uffiċjal għall-informazzjoni dwar it-titjira;

(d) persuna li twettaq funzjoni li teħtieġ li dan ikun awtorizzat minn Stat Membru bħala aġent ta' fornitut ta' servizz tat-traffiku tal-ajru jew bħala uffiċjal għall-informazzjoni dwar it-titjira;

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jitqies ir-rwol tal-aġenti ta' informazzjoni tat-titjira u tas-servizz. L-użu ta' dan it-terminu iktar ġeneriku jagħmilha possibbli li l-obbligi ta' notifika jiġu estiżi għal dan il-persunal u mhux biss għall-kontrolluri tal-avjazzjoni.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) maniġer ta' ajruport li għalih japplika r-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(e) persuna li tassumi funzjoni marbuta mal-ġestjoni tas-sikurezza ta' ajruport li għaliha japplika r-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ġustifikazzjoni

Fil-prattika, dan il-kompitu huwa tal-persuna responsabbli mill-ġestjoni tas-sikurezza tal-ajruport, li għandha tiġi identifikata b'mod ċar f'dan il-punt fl-interess tas-simplifikazzjoni u l-kjarifika.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Kull persuna mniżżla fil-paragrafu 3 għandha tirrapporta l-okkorrenzi fil-limitu ta' żmien u f'konformità mar-rekwiżiti speċifikati fil-punt 1 tal-Anness II.

4. Kull persuna mniżżla fil-paragrafu 3 għandha tirrapporta l-okkorrenzi fi żmien mhux aktar minn 72 siegħa wara li ssir taf bl-okkorrenza, sakemm xi ċirkostanzi eċċezzjonali ma jħalluhiex tagħmel dan.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Kull organizzazzjoni ċċertifikata jew approvata minn Stat Membru għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru, kif imsemmi fl-Artikolu 6(2), l-informazzjoni ddettaljata dwar l-okkorrenzi miġbura f'konformità mal-paragrafu 1.

5. Kull organizzazzjoni stabbilita fi Stat Membru li mhix koperta mill-paragrafu 6 għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti ta dak l-Istat Membru, kif imsemmi fl-Artikolu 6(2), l-informazzjoni ddettaljata dwar l-okkorrenzi miġbura fkonformità mal-paragrafu 1. Din għandha tagħmel dan malajr kemm jista' jkun, imma fi kwalunkwe każ mhux iktar tard minn 72 siegħa wara li ssir taf bl-okkorrenza.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Kull organizzazzjoni ċċertifikata jew approvata mill-EASA għandha tirrapporta lill-EASA, id-dettalji dwar l-okkorrenzi miġbura f’konformità mal-paragrafu 1.

6. Kull organizzazzjoni ċċertifikata jew approvata mill-EASA għandha tirrapporta lill-EASA id-dettalji dwar l-okkorrenzi miġbura f’konformità mal-paragrafu 1. Din għandha tagħmel dan malajr kemm jista' jkun, imma fi kwalunkwe każ mhux iktar tard minn 72 siegħa wara li ssir taf bl-okkorrenza.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull organizzazzjoni stabbilita fi Stat Membru għandha tistabbilixxi sistema volontarja ta' rappurtar biex tiffaċilita l-ġbir ta' dettalji dwar l-okkorrenzi li jistgħu ma jkunux inġabru mis-sistema obbligatorja ta' rappurtar, iżda li min jagħmel ir-rapport iqishom bħala periklu reali jew potenzjali.

1. Kull organizzazzjoni stabbilita fi Stat Membru għandha tistabbilixxi sistema volontarja ta' rappurtar biex tiffaċilita l-ġbir ta' dettalji dwar l-okkorrenzi li jistgħu ma jkunux inġabru mis-sistema obbligatorja ta' rappurtar, iżda li min jagħmel ir-rapport iqishom bħala periklu reali jew potenzjali għas-sikurezza tal-avjazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-okkorrenzi marbuta mas-sikurezza tal-avjazzjoni biss għandhom jinġabru b'applikazzjoni ta' dan ir-regolament.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistema volontarja ta' rappurtar biex tiffaċilita l-ġbir ta' dettalji dwar l-okkorrenzi li jistgħu ma jkunux inġabru mis-sistema obbligatorja ta' rappurtar, iżda li min jagħmel ir-rapport iqishom bħala periklu attwali jew potenzjali, li jinkludu l-ġbir ta' dettalji dwar l-okkorrenzi miġbura minn organizzazzjonijiet fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1.

2. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistema volontarja ta' rappurtar biex tiffaċilita l-ġbir ta' dettalji dwar l-okkorrenzi li jistgħu ma jkunux inġabru mis-sistema obbligatorja ta' rappurtar, iżda li min jagħmel ir-rapport iqishom bħala periklu attwali jew potenzjali għas-sikurezza tal-avjazzjoni, li jinkludu l-ġbir ta' dettalji dwar l-okkorrenzi miġbura minn organizzazzjonijiet fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-okkorrenzi marbuta mas-sikurezza tal-avjazzjoni biss għandhom jinġabru b'applikazzjoni ta' dan ir-regolament.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-ASA għandha tistabbilixxi sistema volontarja ta' rappurtar biex tiffaċilita l-ġbir ta' dettalji dwar l-okkorrenzi li jistgħu ma jkunux inġabru mis-sistema obbligatorja ta' rappurtar, iżda li min jagħmel ir-rapport iqishom bħala periklu attwali jew potenzjali għas-sikurezza tal-avjazzjoni, li jinkludu l-ġbir ta' dettalji dwar l-okkorrenzi miġbura minn organizzazzjonijiet ċertifikati jew approvati mill-EASA.

Ġustifikazzjoni

Bħala awtorità ta' ċertifikazzjoni, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu paralleli għal dak tal-Istati Membri mill-EASA biex tinġabar l-informazzjoni rrapurtata lill-organizzazzjonijeit li tiċċertifika.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Kull organizzazzjoni ċċertifikata jew approvata minn Stat Membru għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru, kif imsemmi fl-Artikolu 6(2), id-dettalji dwar l-okkorrenzi miġbura f'konformità mal-paragrafu 1.

4. Kull organizzazzjoni stabbilita fi Stat Membru u li mhix koperta mill-paragrafu 5 għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti ta dak l-Istat Membru, kif imsemmi fl-Artikolu 6(2), id-dettalji dwar l-okkorrenzi miġbura fkonformità mal-paragrafu 1 mill-iktar fis possibbli.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Kull organizzazzjoni ċċertifikata jew approvata mill-EASA għandha tirrapporta lill-EASA id-dettalji dwar l-okkorrenzi miġbura f’konformità mal-paragrafu 1.

5. Kull organizzazzjoni ċċertifikata jew approvata mill-EASA għandha tirrapporta lill-EASA, id-dettalji dwar l-okkorrenzi miġbura f’konformità mal-paragrafu 1, fi żmien 72 siegħa wara l-identifikazzjoni tal-periklu jew potenzjal ta’ periklu għas-sigurtà fl-avjazzjoni.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet jistgħu jistabbilixxu sistemi oħra ta' ġbir u ta' proċessar tal-informazzjoni dwar is-sikurezza sabiex jinġabru dettalji dwar l-okkorrenzi li jistgħu ma jkunux inġabru mis-sistemi ta' rappurtar imsemmija fl-Artikolu 4 u fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Dawn is-sistemi jinkludu r-rappurtar lil entitajiet oħra barra minn dawk deskritti fl-Artikolu 6(2), u jistgħu jinvolvu parteċipazzjoni attiva tal-industrija.

6. L-Istati Membri, l-EASA u l-organizzazzjonijiet jistgħu jistabbilixxu sistemi oħra ta' ġbir u ta' proċessar tal-informazzjoni dwar is-sikurezza sabiex jinġabru dettalji dwar l-okkorrenzi li jistgħu ma jkunux inġabru mis-sistemi ta' rappurtar imsemmija fl-Artikolu 4 u fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Dawn is-sistemi jinkludu r-rappurtar lil entitajiet oħra barra minn dawk deskritti fl-Artikolu 6(2), u jistgħu jinvolvu parteċipazzjoni attiva tal-industrija u tal-organizzazzjonijiet professjonali tal-persunal tal-avjazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Jidher importanti li tiġi appoġġjata l-applikazzjoni ta' kwalunkwe sistema li tagħmilha possibbli li tiżdied in-notifika tal-okkorrenza bil-għan li tissaħħaħ is-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Unjoni. L-għodod żviluppati mill-organizzazzjonijiet professjonali tal-avjazzjoni għandhom jissemmew ukoll f'dan l-artikolu.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull organizzazzjoni stabbilita fi Stat Membru għandha taħtar persuna jew aktar, biex jiġu mmaniġġjati l-ġbir, l-evalwazzjoni, l-ipproċessar, l-analiżi u l-ħażna ta’ dettalji dwar l-okkorrenzi rrappurtati f’konformità mal-Artikoli 4 u 5. Dawn il-persuni maħtura għandhom jaħdmu bmod separat u indipendenti minn dipartimenti oħra tal-organizzazzjoni.

1. Kull organizzazzjoni stabbilita fi Stat Membru għandha taħtar persuna jew aktar, biex jiġu mmaniġġjati l-ġbir, l-evalwazzjoni, l-ipproċessar, l-analiżi u l-ħażna ta’ dettalji dwar l-okkorrenzi rrappurtati f’konformità mal-Artikoli 4 u 5. Dawn il-persuni maħtura għandhom jaħdmu b'mod separat u indipendenti minn dipartimenti oħra tal-organizzazzjoni sabiex tiġi salvagwardjata b’mod xieraq il-kunfidenzjalità ta’ min jagħmel ir-rapport u tal-persunal involut, fid-dawl tat-trawwim ta' kultura Ġusta. Tali proċess jiżgura l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u l-anonimità tal-persuna li tirrapporta l-okkorrenza. L-organizzazzjonijiet żgħar, bi ftehim mal-awtorità kompetenti, jistgħu japplikaw mekkaniżmu simplifikat f'dan ir-rigward f'konformità mal-paragrafu 1a.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-organizzazzjonijiet tal-istess natura jistgħu jikkondividu l-kompiti tal-ġbir, l-evalwazzjoni, l-ipproċessar, l-analiżi u l-ħżin tad-dettalji dwar l-okkorrenzi rrappurtati f'konformità mal-Artikoli 4 u 5, filwaqt li josservaw ir-regoli ta' indipendenza, kunfidenzjalità u protezzjoni stipulati fil-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Hu essenzjali li jiġu osservati r-regoli ta' indipendenza u tal-kunfidenzjalita sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-informazzjoni trażmessa min-notifikatur. L-obbligu ta' indipendenza tas-servizz fir-rigward tal-bqija tal-organizzazzjoni jista' madankollu jirrappreżenta piż konsegwenti għall-organizzazzjoni ta' daqs żgħir. Jeħtieġ għalhekk li jkun hemm flessibilità fl-awtorizzazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-istess natura biex dawn jimmutwalizzaw dawn is-servizzi.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti waħda jew aktar sabiex jimplimentaw mekkaniżmu li jiġbor, jevalwa, jipproċessa, janalizza u jaħżen dettalji dwar okkorrenzi rrappurtati f’konformità mal-Artikoli 4 u 5. L-awtoritajiet kompetenti maħtura għandhom jaħdmu b'mod separat u indipendenti minn dipartimenti oħra meta tiġi mmaniġġjata l-informazzjoni rrappurtata.

Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti waħda jew aktar sabiex jimplimentaw mekkaniżmu li jiġbor, jevalwa, jipproċessa, janalizza u jaħżen dettalji dwar okkorrenzi rrappurtati f’konformità mal-Artikoli 4 u 5. Il-persuni maħtura għandhom jaħdmu bmod separat u indipendenti minn dipartimenti oħra meta jiġġestixxu l-informazzjoni rrappurtata sabiex tkun żgurata l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u l-anonimità tal-persuni involuti fl-okkorrenza rrapurtata.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-EASA għandha taħtar persuna waħda jew aktar sabiex jimplimentaw mekkaniżmu li jiġbor, jevalwa, jipproċessa, janalizza u jaħżen dettalji dwar okkorrenzi rrappurtati f’konformità mal-Artikoli 4 u 5. Il-persuni maħtura għandhom jaħdmu b’mod separat u indipendenti minn dipartimenti oħra meta jiġġestixxu l-informazzjoni rrappurtata sabiex tkun żgurata l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u l-anonimità tal-persuni involuti fl-okkorrenza rrapurtata.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. L-EASA tingħata riżorsi adegwati biex tkun tista' twettaq il-kompiti mogħtija lilha minn dan ir-Regolament.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. L-EASA taħżen f'bażi tad-dejta r-rapporti tal-okkorrenzi li jirriżultaw mill-ġbir tad-dettalji dwar okkorrenzi f'konformità mal-Artikoli 4 u 5.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jitqiesu l-kompetenzi tal-EASA li, f'konformità mal-kompetenzi msemmija fid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4 u 5 ta' dan ir-regolament, tirċievi notifiki tal-okkorrenzi.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-rapporti ta' okkorrenza msemmija fl-Artikolu 6 għandu jkollhom minn tal-inqas l-informazzjoni mniżżla fil-punt 2 tal-Anness II.

1. Ir-rapporti ta' okkorrenza msemmija fl-Artikolu 6 għandu jkollhom minn tal-inqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness II.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li tiġi żgurata l-koerenza mal-modifika li saret għall-Artikolu 4(4) ta' dan ir-regolament.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull rapport dwar l-okkorrenzi msemmi fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 6 għandu jkun fih il-klassifikazzjoni tar-riskji għas-sikurezza tal-okkorrenza miġbura. Il-klassifikazzjoni għandha tiġi determinata f'konformità mal-iskema komuni Ewropea għall-klassifikazzjoni tar-riskji stipulata fil-paragrafu 5.

2. Kull rapport ta' okkorrenza msemmi fl-Artikolu 6(3), (4) u (5a) għandu jkollu l-livell tal-klassifikazzjoni tar-riskji tas-sikurezza tal-okkorrenza miġbura. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru u l-EASA għandhom jimmodifikaw, jekk ikun il-każ, u jivvalidaw il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-okkorrenza f'konformità mal-iskema komuni Ewropea għall-klassifikazzjoni tar-riskji stipulata fil-paragrafu 5.

Ġustifikazzjoni

L-okkorrenzi kollha jridu jkunu suġġetti għal klassifika tar-riskju. Sabiex ikun żgurat li dan jiġi applikat b'mod ċar u uniformi, hu importanti li l-okkorrenzi kollha miġbura fl-Unjoni jiġu klassifikati permezz ta' metodoloġija komuni ta' klassifikazzjoni tar-riskju. Madankollu, l-organizzazzjonijiet għandhom ikunu liberi li jużaw il-mekkaniżmu intern ta' klassifikazzjoni tar-riskji meqjus l-iktar adatt għalihom.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-organizzazzjonijiet u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċessi għall-kontroll tal-kwalità tad-dejta, b'mod partikolari biex jiżguraw il-konsistenza bejn id-dejta differenti miżmuma f'rapport ta' okkorrenza u d-dettalji inizjali dwar l-okkorrenza rrappurtati minn min jagħmel ir-rapport.

3. L-organizzazzjonijiet, l-Istati Membri u l-EASA għandhom jistabbilixxu proċessi għall-kontroll tal-kwalità tad-dejta, b'mod partikolari biex jiżguraw il-konsistenza bejn id-dejta differenti miżmuma f'rapport ta' okkorrenza u d-dettalji inizjali dwar l-okkorrenza rrappurtati minn min jagħmel ir-rapport.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jitqiesu l-kompetenzi tal-EASA li, f'konformità mal-kompetenzi msemmija fid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4 u 5 ta' dan ir-regolament, tirċievi notifiki tal-okkorrenzi. Bħall-entitajiet kompetenti l-oħra, l-Aġenzija għandha tapplika proċeduri maħsuba biex jikkontrollaw il-kwalità tad-dejta li tiġbor f'konformità mal-artikoli msemmija hawn fuq.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-bażijiet tad-dejta msemmija fil-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 6 għandhom jużaw formati standardizzati biex jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni, li jkunu kompatibbli mas-sistemi ECCAIRS u ADREP.

4. Il-bażijiet tad-dejta msemmija fl-Artikolu 6(3), (4) u (5a) għandhom jużaw formati standardizzati biex jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni, li jkunu kompatibbli mas-sistemi ECCAIRS u t-taxonomija ADREP.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jitqiesu l-kompetenzi tal-EASA li, f'konformità mal-kompetenzi msemmija fid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4 u 5 ta' dan ir-regolament, tirċievi notifiki tal-okkorrenzi. Bħall-entitajiet kompetenti l-oħra, l-Aġenzija għandha tiżgura l-kompatibilità mal-ECCAIRS.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa skema komuni Ewropea għall-klassifikazzjoni tar-riskji sabiex tikklasssifika l-okkorrenzi f'termini ta' riskji tas-sikurezza. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tqis il-bżonn ta' kompatibbiltà mal-iskemi eżistenti għall-klassifikazzjoni tar-riskji.

5. Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mill-qrib man-Netwerk ta' Analisti tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni msemmi fl-Artikolu 14, , fi żmien sentejn għandha tiżviluppa skema komuni Ewropea għall-klassifikazzjoni tar-riskji li tagħmilha possibbli li l-Istati Membru u l-EASA jikklasssifikaw l-okkorrenzi f'termini ta' riskji tas-sikurezza. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tqis il-bżonn ta' kompatibbiltà mal-iskemi eżistenti għall-klassifikazzjoni tar-riskji.

Ġustifikazzjoni

F'konformità mar-rwol tiegħu kif definit fl-Artikolu 14, in-Netwerk ta' Analisti tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jeħtieġ ikun jista' jipparteċipa b'mod attiv fl-iżvilupp tal-mekkaniżmu. Jidher ukoll utli li f'dan l-Artikolu jiġi speċifikat liema huma l-awtoritajiet responsabbli mill-użu ta' dan il-mekkaniżmu. Sabiex ikun żgurat li l-mekkaniżmu jiġi żviluppat u varat fi żmien raġonevoli, għandu jiġi speċifikat limitu ta' żmien.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-kompitu tagħhom ta' integrazzjoni tad-data, b'mod partikolari, izda mhux biss, l-integrazzjoni tal-informazzjoni minima msemmija fil-paragrafu 1, il-klassifikazzjoni tar-riskji tal-okkorrenzi msemmija fil-paragrafu 2, u l-istabbiliment ta' proċessi għall-kontroll tal-kwalità tad-data msemmija fil-paragrafu 3. Dan l-appoġġ mill-Kummissjoni, ipprovdut b'mod partikolari f'forma ta' gwida materjali u ta' sessjonijiet ta' ħidma, għandu jikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tal-proċessi ta' introduzzjoni tad-data bejn l-Istati Membri.

8. Il-Kummissjoni u l-EASA għandhom jappoġġjaw l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-kompitu tagħhom ta' integrazzjoni tad-dejta, b'mod partikolari, izda mhux biss, l-integrazzjoni tal-informazzjoni minima msemmija fil-paragrafu 1, il-klassifikazzjoni tar-riskji tal-okkorrenzi msemmija fil-paragrafu 2, u l-istabbiliment ta' proċessi għall-kontroll tal-kwalità tad-dejta msemmija fil-paragrafu 3. Dan l-appoġġ mill-Kummissjoni u mill-EASA, ipprovdut b'mod partikolari f'forma ta' gwida materjali¸ ta'sessjonijiet ta' ħidma u ta' taħriġ adegwat tal-persunal li jaħdem fl-organiżmu jew l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1), (2) u (2), għandu jikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tal-proċessi ta' introduzzjoni tad-dejta bejn l-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Jidher essenzjali li l-persunal ikkonċernat minn dawn il-kompiti jkun segwa taħriġ li jagħmilha possibbli li dan jopera fl-aħjar kundizzjonaijiet.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull Stat Membru għandu jiftiehem mal-Kummissjoni dwar il-protokolli tekniċi għall-aġġornament tar-Repożitorju Ċentrali Ewropew permezz ta' trasferiment tal-informazzjoni kollha relatata mas-sikurezza miżmuma fil-bażijiet tad-dejta msemmija fl-Artikolu 6(4).

2. Il-Kummissjoni għandha tiftiehem mal-Istati Membri dwar il-protokolli tekniċi komuni wżati għall-aġġornament tar-Repożitorju Ċentrali Ewropew permezz ta trasferiment tal-informazzjoni kollha relatata mas-sikurezza miżmuma fil-bażijiet tad-dejta msemmija fl-Artikolu 6(4).

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-EASA għandha tiftiehem mal-Kummissjoni dwar il-protokolli tekniċi għat-trasferiment fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew tar-rapporti kollha ta' okkorrenza miġbura taħt ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll l-informazzjoni miġbura fl-applikazzjoni tal-Artikoli 4(6) u 5(5).

3. L-EASA għandha tiftiehem mal-Kummissjoni dwar il-protokolli tekniċi għat-trasferiment fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew tar-rapporti kollha ta' okkorrenza miġbura taħt ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, partikolarment għall-okkorrenzi li tinżamm data dwarhom fis-Sistema Interna tar-Rappurtar tal-Okkorrenzi (Internal Occurrence Reporting System – IORS), kif ukoll l-informazzjoni miġbura fl-applikazzjoni tal-Artikoli 4(6) u 5(5).

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li titqies il-bażi tad-dejta tas-sistema interna ta' rapporti ta' okkorrenza (IORS) eżistenti fl-EASA.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri u l-EASA għandhom jipparteċipaw fi skambju ta’ informazzjoni, billi l-informazzjoni kollha relatata mas-sikurezza maħżuna fil-bażijiet tad-dejta ta’ rappurtar rispettivi tagħhom tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-EASA u l-Kummissjoni, permezz tar-Repożitorju Ċentrali Ewropew. Ir-rapporti ta' okkorrenza għandhom jiġu trasferiti fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew fi żmien 30-il jum wara l-ġbir inizjali tad-dettalji dwar l-okkorrenza. Ir-rapporti ta’ okkorrenza għandhom jiġu aġġornati b’informazzjoni addizzjonali relatata mas-sikurezza, kull meta dan ikun neċessarju.

1. L-Istati Membri u l-EASA għandhom jipparteċipaw fi skambju ta’ informazzjoni, billi l-informazzjoni kollha relatata mas-sikurezza maħżuna fil-bażijiet tad-dejta ta’ rappurtar rispettivi tagħhom tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-EASA u l-Kummissjoni, permezz tar-Repożitorju Ċentrali Ewropew. Ir-rapporti ta' okkorrenza għandhom jiġu trasferiti fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew fi żmien 15-il jum wara l-ġbir inizjali tad-dettalji dwar l-okkorrenza. Ir-rapporti ta’ okkorrenza għandhom jiġu aġġornati b’informazzjoni addizzjonali relatata mas-sikurezza, kull meta dan ikun neċessarju.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kwalunkwe entità li tiġi fdata biex tirregola s-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili jew biex tinvestiga aċċidenti u inċidenti tal-avjazzjoni ċivili fi ħdan l-Unjoni, għandu jkollha aċċess onlajn għall-informazzjoni dwar l-okkorrenzi miżmuma fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew.

1. Kwalunkwe entità li tiġi fdata biex tirregola s-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili jew biex tinvestiga aċċidenti u inċidenti tal-avjazzjoni ċivili fi ħdan l-Unjoni, għandu jkollha aċċess onlajn sikur għall-informazzjoni dwar l-okkorrenzi miżmuma fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew. Dik l-informazzjoni tintuża f'konformità mal-Artikoli 15 u 16.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Punt ta’ kuntatt li jirċievi talba għandu jikkontrolla li din tkun ġejja minn parti interessata, u li l-punt ta’ kuntatt huwa kompetenti biex jindirizza dik it-talba.

2. Punt ta’ kuntatt li jirċievi talba għandu jikkontrolla li din tkun ġejja minn parti interessata, u li l-punt ta’ kuntatt huwa kompetenti biex jindirizza dik it-talba. Jekk il-punt ta' kuntatt li ssir it-talba lilu ma jkunx kompetenti, dan għandu jgħaddi t-talba lill-punt ta’ kuntatt kompetenti kif stipulat fl-Artikolu 10(2).

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jekk it-talba tintlaqa', il-punt ta' kuntatt għandu jiddetermina l-ammont u l-livell ta' informazzjoni li trid tiġi pprovduta. Din l-informazzjoni għandha tkun limitata għal dak li huwa strettament meħtieġ għall-iskop tat-talba, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 15 u 16. L-informazzjoni mhux relatata mat-tagħmir, mal-operat jew mal-qasam tal-attività tal-parti interessata għandha tiġi pprovduta biss f'forma aggregata jew deidentifikata. L-informazzjoni taħt forma mhux aggregata tista' tiġi pprovduta lill-parti interessata jekk din tipprovdi ġustifikazzjoni ddettaljata.

4. Jekk it-talba tintlaqa', il-punt ta' kuntatt għandu jiddetermina l-ammont u l-livell ta' informazzjoni li trid tiġi pprovduta. Din l-informazzjoni għandha tkun limitata għal dak li huwa strettament meħtieġ għall-iskop tat-talba, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 15 u 16. L-informazzjoni mhux relatata mat-tagħmir, mal-operat jew mal-qasam tal-attività tal-parti interessata għandha tiġi pprovduta biss f'forma aggregata jew deidentifikata. L-informazzjoni taħt forma mhux aggregata tista' tiġi pprovduta lill-parti interessata jekk din tipprovdi ġustifikazzjoni ddettaljata. Dik l-informazzjoni tintuża f'konformità mal-Artikoli 15 u 16.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull organizzazzjoni stabbilita fi Stat Membru, wara l-identifikazzjoni tal-azzjonijiet meħtieġa biex jindirizzaw in-nuqqasijiet attwali jew potenzjali tas-sikurezza, għandha timplimenta dawn l-azzjonijiet fi żmien xieraq u tistabbilixxi proċess biex jimmonitorja l-implimentazzjoni u l-effettività tat-tweġibiet.

2. Kull organizzazzjoni stabbilita fi Stat Membru, wara l-identifikazzjoni tal-azzjonijiet meħtieġa biex jindirizzaw in-nuqqasijiet attwali jew potenzjali tas-sikurezza, għandha timplimenta dawn l-azzjonijiet fl-iqsar żmien possibbli u tistabbilixxi proċess biex jimmonitorja l-implimentazzjoni u l-effettività tat-tweġibiet.

Ġustifikazzjoni

B'kunsiderazzjoni tal-importanza li l-miżuri korrettivi identifikati jiġu applikati malajr, jeħtieġ li din in-nozzjoni proposta tal-żmien tiġi preċiżata hawn.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 13 - paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Kull organizzazzjoni għandha tikkomunika b'mod regolari lill-impjegati tagħha l-informazzjoni dwar l-analiżi u s-segwitu tal-okkorrenzi differenti li jiġu suġġetti għal miżuri preventivi jew korrettivi.

Ġustifikazzjoni

Jidher li huwa importanti li l-partijiet interessati kollha, inklużi n-notifikaturi, jingħataw feedback suffiċjenti sabiex ikunu jistgħu japprezzaw aħjar l-impatt pożittiv fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni, u fuq is-sikurezza tagħhom stess, ta’ notifika ta’ avveniment.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull organizzazzjoni ċċertifikata jew approvata minn Stat Membru għandha tirrapporta fi żmien 30 jum, fejn ikun meħtieġ, lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru, kif imsemmi fl-Artikolu 6(2), ir-riżultat tal-analiżi mwettqa f'konformità mal-paragrafu 1 u l-azzjonijiet meħtieġa f'konformità mal-paragrafu 2.

3. Kull organizzazzjoni stabbilita fi Stat Membru u li mhix koperta minn dan il-paragrafu għandha tikkomunika lill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru, kif imsemmi fl-Artikolu 6(2), l-ewwel riżultati tal-analiżi mwettqa f''konformità mal-paragrafu 1 u l-azzjonijiet meħtieġa f'konformità mal-paragrafu 2, fi żmien 30 jum mill-jum tan-nofitika tal-okkorrenza Ir-riżultati finali tal-analiżi li tkun saret għandhom jiġu komunikati malli jkun possibli u fi skadenza massima ta' tliet xhur mill-jum tan-notifika tal-avveniment.

Ġustifikazzjoni

L-iskadenza ta' 30 jum proposta hawn f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICAO hija rilevanti u se tevita kull diverġenza fl-interpretazzjoni tal-iskadenza msemmija. Madankollu, biex ikun hemm flessibilità u proporzjonalità,.l-eżiġenza għandha tirrigwarda t-trażmissjoni tal-ewwel riżultati, sabiex l-istrutturi jkunu jistgħu jiffinalizzaw analiżi kompluta.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 13 - paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Kull organizzazzjoni ċċertifikata jew aggregata mill-EASA għandha tirrapporta lill-EASA ir-riżultati inizjali tal-analiżi mwettqa b’applikazzjoni tal-paragrafu 1 u l-azzjonijiet meħtieġa b’applikazzjonni tal-paragrafu 2, fi skadenza ta’ 30 jum mill-jum tan-notifika tal-okkorrenza. Ir-riżultati finali tal-analiżi li tkun saret għandhom jiġu komunikati malli jkun possibli u fi skadenza massima ta' tliet xhur mill-jum tan-notifika tal-avveniment.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-kompetenzi hawn huma kondiviżi bejn l-Istati Membri u l-EASA, jeħtieġ li tissemma' l-aġenzija f'dan il-paragrafu. L-iskadenza ta' 30 jum proposta hawn f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICAO hija rilevanti u se tevita kull diverġenza fl-interpretazzjoni tal-iskadenza msemmija. Madankollu, biex ikun hemm flessibilità u proporzjonalità,.l-eżiġenza għandha tirrigwarda t-trażmissjoni tal-ewwel riżultati, sabiex l-istrutturi jkunu jistgħu jiffinalizzaw analiżi kompluta.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Kull Stat Membru għandu jiżviluppa proċess biex janalizza d-dettalji dwar l-okkorrenzi miġbura f'konformità mal-Artikoli 4 u 5 sabiex jidentifika l-perikli għas-sikurezza assoċjati mal-okkorrenzi identifikati. Skont din l-analiżi għandha tiġi determinata kwalunkwe azzjoni korrettiva jew preventiva xierqa għat-tisħiħ tas-sikurezza.

4. Kull Stat Membru u l-EASA għandhom jiżviluppaw proċess biex janalizzaw d-dettalji dwar l-okkorrenzi li jiġi rrapurtati lilhom direttament f'konformità mal-Artikoli 4 u 5 sabiex jidentifikaw ir-riskji għas-sikurezza assoċjati mal-okkorrenzi identifikati. Skont din l-analiżi, huma għandhom jiddeterminaw kwalunkwe azzjoni korrettiva jew preventiva xierqa għat-tisħiħ tas-sikurezza.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-kompetenzi hawn huma kondiviżi bejn l-Istati Membri u l-EASA, jeħtieġ li tissemma' l-aġenzija f'dan il-paragrafu.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Kull Stat Membru għandu, wara l-identifikazzjoni tal-azzjonijiet meħtieġa biex jindirizzaw in-nuqqasijiet attwali jew potenzjali tas-sikurezza, jimplimenta dawn l-azzjonijiet fi żmien xieraq u jistabbilixxi proċess biex jimmonitorja l-implimentazzjoni u l-effettività tat-tweġibiet.

5. Kull Stat Membru u l-EASA, wara l-identifikazzjoni tal-azzjonijiet meħtieġa biex jindirizzaw in-nuqqasijiet attwali jew potenzjali tas-sikurezza, għandhom japplikaw dawn l-azzjonijiet fl-iqsar skadenza possibbli u għandhom jimplimentaw proċess biex jimmonitorja l-implimentazzjoni u l-effettività tat-tweġibiet.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-kompetenzi hawn huma kondiviżi bejn l-Istati Membri u l-EASA, jeħtieġ li tissemma' l-aġenzija f'dan il-paragrafu. Il-preċiżjoni miżjuda fl-aħħar tal-paragrafu se tagħmilha possibbli li tiġi evitata kwalunkwe diverġenza fl-interpretazzjoni tal-iskadenza msemmija, u għalhekk li jiġi ċċarat it-test. Barra minn hekk, dan se jagħmilha possibbli li jiġi applikat obbligi tal-istess natura bħal dak impost fuq l-organizzazzjoni f'sitwazzjoni identika.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Kull Stat Membru għandu jimmonitorja wkoll l-implimentazzjoni u l-effettività tat-tweġibiet tal-organizzazzjonijiet skont il-paragrafu 2. Meta Stat Membru jivvaluta li t-tweġibiet mhumiex xierqa biex jindirizzaw in-nuqqasijiet attwali jew potenzjali tas-sikurezza, dan għandu jiżgura li jittieħdu u jiġu implimentati azzjonijiet xierqa addizzjonali mill-organizzazzjoni rilevanti.

6. Dwar kull okkorrenza li tkun suġġetta għal segwitu b'applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, kull Stat Membru għandu jagħmel kontroll strett dwar l-analiżi u l-azzjonijiet imwettqa mill-organizzazzjonijiet li jkun responsabbli għalihom. B'mod partikolari, hi għandha timmonitorja l-implimentazzoni u l-effettività tat-tweġibiet. Meta Stat Membru jivvaluta li t-tweġibiet mhumiex xierqa biex jindirizzaw in-nuqqasijiet attwali jew potenzjali tas-sikurezza, dan għandu jiżgura li jittieħdu u jiġu implimentati azzjonijiet xierqa addizzjonali mill-organizzazzjoni rilevanti.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li hawn jiġu ċċarati l-obbligi ta' sorveljanza tal-Istati Membri fir-rigward tal-organizzazzjonijiet li huma responsabbli għalihom.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 13 - paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Dwar kull okkorrenza li tkun suġġetta għal segwitu b'applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, l-EASA għandha tagħmel kontroll strett dwar l-analiżi u l-azzjonijiet imwettqa mill-organizzazzjonijiet ċertifikati jew approvati mill-Aġenzija. B'mod partikolari, hi għandha timmonitorja l-implimentazzoni u l-effettività tat-tweġibiet. Meta l-EASA tivvaluta li t-tweġibiet mhumiex xierqa biex jindirizzaw in-nuqqasijiet attwali jew potenzjali tas-sikurezza, din għandha tiżgura li jittieħdu u jiġu implimentati azzjonijiet xierqa addizzjonali mill-organizzazzjoni rilevanti.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-kompetenzi hawn huma kondiviżi bejn l-Istati Membri u l-EASA, jeħtieġ li tissemma' l-aġenzija f'dan il-paragrafu. Jidher ukoll neċessarju li jiġu ċċarata l-obbligi superviżorji tal-EASA fir-rigward tal-organizzazzjonijiet li tiċċertifika jew tapprova.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-informazzjoni relatata mal-analiżi u s-segwitu tal-okkorrenzi individwali kif deskritta f'dan l-Artikolu għandha tinħażen fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew fi żmien xieraq u sa mhux aktar tard minn xahrejn wara l-ħażna tagħha fil-bażi tad-dejta nazzjonali.

7. L-informazzjoni relatata mal-analiżi u s-segwitu tal-okkorrenzi individwali kif deskritta f'dan l-Artikolu għandha tinħażen fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew fl-iqsar skadenza possibbli u sa mhux aktar tard minn xahrejn wara l-ħażna tagħha fil-bażi tad-dejta nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Jidher importanti li dan l-iskambju jsir fi skadenza raġonevoli sabiex tiġi simplifikata l-kondivizjoni tal-informazzjoni dwar is-sikurezza bejn l-Istati Membri u mal-EASA.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. L-informazzjoni miksuba mill-analiżi tar-rapporti ta' okkorrenza għandha tintuża mill-Istati Membri biex jiġu determinati l-azzjonijiet ta' rimedju li jridu jittieħdu fi ħdan il-Programm Statali tas-Sikurezza.

8. L-informazzjoni miksuba mill-analiżi tar-rapporti ta okkorrenza għandha tintuża mill-Istati Membri biex jiġu determinati l-azzjonijiet ta rimedju li jridu jittieħdu fi ħdan il-Programm Statali tas-Sikurezza u l-penali għan-nuqqas fuq il-parti tal-organizzazzjoni kkonċernata li tadotta u timplimenta l-miżuri addizzjonali neċessarji.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw, mill-inqas darba fis-sena, reviżjoni dwar is-sikurezza b'informazzjoni dwar it-tip ta' okkorrenzi miġbura mis-sistemi nazzjonali ta' rappurtar obbligatorju u volontarju biex jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali dwar il-livell ta' sikurezza fl-avjazzjoni ċivili u l-azzjonijiet li dawn ħadu biex jindirizzaw kwalunkwe kwistjoni dwar is-sikurezza f'dak il-kuntest.

9. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw, mill-inqas darba fis-sena, reviżjoni dwar is-sikurezza b'informazzjoni aggregata u anonima dwar it-tip ta' okkorrenzi miġbura mis-sistemi nazzjonali ta' rappurtar obbligatorju u volontarju biex jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali dwar il-livell ta' sikurezza fl-avjazzjoni ċivili u l-azzjonijiet li dawn ħadu biex jindirizzaw kwalunkwe kwistjoni dwar is-sikurezza f'dak il-kuntest.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kollaborazzjoni għandha titwettaq min-Netwerk ta' Analisti tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni.

2. Il-kollaborazzjoni għandha titwettaq min-Netwerk ta Analisti tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni mill-Istati Membri kollha.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 14 - paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' kunfidenzjalità stabbiliti minn dan ir-Regolament, in-netwerk tal-analisti tas-sikurezza tal-avjazzjoni jista' jistieden osservatur wieħed jew iktar minn wieħed każ b'każ jekk iqis dan neċessarju.

Ġustifikazzjoni

Biex ikunu jistgħu jiġu identifikati bl-aħjar mod il-problemi ta' sikurezza u jittieħdu l-miżuri korrettivi xierqa, jista' jiġi organizzat skambju mar-rappreżentanti tal-industrija jew mal-impjegati fuq bażi ta' każ każ, b'osservanza tal-garanziji ta' kunfidenzjalità u ta' protezzjoni tal-persuni kkonċedrnati min-notifika tal-okkorrenza analizzata.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw l-kunfidenzjalità xierqa tad-dettalji dwar l-okkorrenzi li dawn irċivew skont l-Artikoli 4, 5 u 10.

1. L-Istati Membri, l-EASA u l-organizzazzjonijiet għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw l-kunfidenzjalità xierqa tad-dettalji dwar l-okkorrenzi li dawn irċivew skont l-Artikoli 4, 5 u 10.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-kompetenzi hawn huma kondiviżi bejn l-organizzazzjonijiet, l-Istati Membri u l-EASA, jeħtieġ li tissemma' l-aġenzija f'dan il-paragrafu.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dettalji dwar l-okkorrenzi għandhom jintużaw biss għall-iskop li għalih inġabru. L-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet ma għandhomx jagħmlu disponibbli u jużaw l-informazzjoni għal skop ieħor barra ż-żamma jew it-titjib tas-sikurezza tal-avjazzjoni. L-informazzjoni ma għandhiex tintuża għall-attribuzzjoni ta' ħtija jew ta' responsabbiltà.

2. Id-dettalji dwar l-okkorrenzi għandhom jintużaw biss għall-iskop li għalih inġabru. L-Istati Membri, l-EASA u l-organizzazzjonijiet ma għandhomx jagħmlu disponibbli u jużaw l-informazzjoni għal skop ieħor barra ż-żamma jew it-titjib tas-sikurezza tal-avjazzjoni. L-informazzjoni ma għandhiex tintuża għall-attribuzzjoni ta' ħtija jew ta' responsabbiltà.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-kompetenzi hawn huma kondiviżi bejn l-organizzazzjonijiet, l-Istati Membri u l-EASA, jeħtieġ li tissemma' l-aġenzija f'dan il-paragrafu.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 6(2) u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għall-amministrazzjoni ta' ġustizzja, jikkooperaw permezz ta' arranġamenti minn qabel. Dawn l-arranġamenti avvanzati għandhom ifittxu li jiżguraw il-bilanċ ġust bejn il-bżonn ta' amministrazzjoni xierqa ta' ġustizzja u d-disponibbiltà kontinwa u neċessarja ta' informazzjoni dwar is-sikurezza.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 6(2) u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għall-amministrazzjoni ta' ġustizzja, jikkooperaw permezz ta' arranġamenti minn qabel. Dawn l-arranġamenti minn qabel għandhom jiġu applikati fi skadenza massima ta' 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Huma għandhom jistabbilixxi bilanċ ġust bejn il-bżonn ta' amministrazzjoni xierqa ta' ġustizzja u d-disponibbiltà kontinwa u neċessarja ta' informazzjoni dwar is-sikurezza.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun żgurat tisħiħ effettiv u omoġenju ta' ambjent ta' "Kultura Ġusta" fl-Unjoni, jeħtieġ li l-iskadenza ta' konklużjoni tal-arranġamenti minn qabel imsemmija hawn tiġi limitata.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull organizzazzjoni stabbilita fi Stat Membru għandha tiżgura li d-dejta personali kollha, bħal ismijiet u indirizzi ta' persuni individwali, tkun disponibbli biss għall-persuni msemmija fl-Artikolu 6(1). L-informazzjoni identifikata għandha tixxerred fi ħdan l-organizzazzjoni kif xieraq. Kull organizzazzjoni stabbilita fi Stat Membru għandha tipproċessa d-dejta personali biss sal-punt neċessarju għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, u mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

1. Kull organizzazzjoni stabbilita fi Stat Membru għandha tiżgura li d-dejta personali kollha, bħal ismijiet u indirizzi ta persuni individwali, tingħata għad-dispożizzjoni biss tal-persunal tal-organizzazzjonijiet maħtura f’konformità mal-Artikolu 6(1) u li qatt ma jiġu rreġistrata fil-bażi tad-dejta tal-organizzazzjoni stipulata fl-Artikolu 6(3). L-informazzjoni identifikata għandha tixxerred fi ħdan l-organizzazzjoni kif xieraq. Kull organizzazzjoni stabbilita fi Stat Membru għandha tipproċessa d-dejta personali biss sal-punt neċessarju għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, u mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull Stat Membru għandu jiżgura li d-dejta personali kollha, bħal ismijiet jew indirizzi ta' persuni individwali, ma tiġi qatt irreġistrata fil-bażi tad-dejta nazzjonali msemmija fl-Artikolu 6(4). Informazzjoni anonima tkun disponibbli għall-partijiet interessati kollha, partikolarment sabiex ikunu jistgħu jisoddisfaw l-obbligi tagħhom f’termini tas-sigurtà tal-avjazzjoni. Kull Stat Membru għandu jipproċessa d-dejta personali biss sal-punt neċessarju għall-iskop ta dan ir-Regolament, u mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

2. Kull Stat Membru għandu jiżgura li d-dejta personali kollha, bħal ismijiet u indirizzi ta persuni individwali, meta tintbagħat, tingħata għad-dispożizzjoni biss tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti maħtur f’konformità mal-Artikolu 6(2) u li ma tkun qatt irreġistrata fil-bażi tad-dejta nazzjonali msemmija fl-Artikolu 6(4). Informazzjoni anonima tkun disponibbli għall-partijiet interessati kollha, partikolarment sabiex ikunu jistgħu jisoddisfaw l-obbligi tagħhom f’termini tas-sigurtà tal-avjazzjoni. Kull Stat Membru għandu jipproċessa d-dejta personali biss sal-punt neċessarju għall-iskop ta' dan ir-Regolament, u mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 16 - paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-EASA għandha tiżgura li d-dejta personali kollha, bħal ismijiet jew indirizzi ta’ persuni individwali, meta tintbagħat, tingħata għad-dispożizzjoni biss tal-persunal kompetenti tal-EASA maħtur f'konformità mal-Artikolu 6(2a) u li ma tkunx irreġistrata fil-bażi tad-dejta tal-EASA msemmija f’Artikolu 6(5a). L-informazzjoni deidentifikata għandha tkun disponibbli għall-partijiet rilevanti kollha, b'mod partikolari biex tippermetti li jissodisfaw l-obbligi tagħhom f'termini tat-titjib tas-sikurezza tal-avjazzjoni. L-EASA għandha tipproċessa d-dejta personali biss sal-punt neċessarju għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom joqogħdu lura milli jibdew proċeduri fir-rigward ta' ksur tal-liġi mhux premeditat jew mhux previst u li jindunaw bih biss peress li ġie rrapurtat fl-applikazzjoni tal-Artikoli 4 u 5. Din ir-regola ma tapplikax f'każijiet ta' negliġenza gravi.

3. L-Istati Membri u l-EASA għandhom joqogħdu lura milli jibdew proċeduri fir-rigward ta' ksur tal-liġi mhux premeditat jew mhux previst u li jindunaw bih biss peress li ġie rrapurtat fl-applikazzjoni tal-Artikoli 4 u 5. L-Istati Membri jistgħu ma japplikawx din ir-regola f’każijiet ta’ negligenza gravi. Fil-każ li Stat Membru jew l-EASA jieħdu azzjoni, l-informazzjoni li tkun fir-rapport ta’ okkorrenza ma tistax tintuża mill-Istat Membru jew l-EASA kontra l-persuna li tirrapporta l-okkorrenza jew il-persuni involuti fiha.

Ġustifikazzjoni

Jidher importanti li hawn għandu jiġi rifless il-prinċipju tan-noninkriminazzjoni. Barra minn hekk, ir-regoli nazzjonali iktar protetturi minn dan it-test ma jistgħux jiġu kwistinjati. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi preċiżat il-prinċipju tan-nuqqas ta' riperkussjonijiet f'dan l-artikolu.

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 16 - paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu fis-seħħ regoli nazzjonali li jiggarantixxu livell ta' protezzjoni għall-persuna li tirraporta l-okkorrenza jew il-persuni involuti fiha li jkun ogħla minn dak stabbilit f'dan ir-regolament.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzonijiet nazzjonali iktar protetturi minn dan it-test ma jistgħux jiġu kwistinjati. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi preċiżat il-prinċipju tan-nuqqas ta' riperkussjonijiet f'dan l-artikolu.

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-impjegati li jirrappurtaw inċidenti f'konformità mal-Artikoli 4 u 5 ma għandhomx ikunu suġġetti għal kwalunkwe preġudizzju mill-impjegatur tagħhom abbażi tal-informazzjoni li dawn irrappurtaw, ħlief f'każijiet ta' negliġenza gravi.

4. L-impjegati u l-persunal ikkuntrattat li jirrappurtaw inċidenti jew li jkunu kkonċernat mill-okkorrenzi nofitikati f'konformità mal-Artikoli 4 u 5 ma għandhomx ikunu suġġetti għal kwalunkwe preġudizzju mill-impjegatur tagħhom jew mill-organizzazzjoni li jingħataw servizzi lilha abbażi tal-informazzjoni rrapurtata min-notifikatur, ħlief f'każijiet ta' negliġenza gravi.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tissaħħaħ il-fiduċja tal-membri tal-persunal f'ambjent ta' 'kultura ġusta' li tħajjar li dak li jkun jirrapporta avvenimenti bl-uniku għan li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sikurezza tal-avjazzjoni, jeħtieġ li tali protezzjoni tal-persuna li tirrapporta inċident tiġi estiża għal kwalunkwe persuna involuta fl-inċident irrappurtat. Il-persunal għandu wkoll jiġi garantit l-istess livell ta' protezzjoni sew jekk ikun impjegat direttament mill-organizzazzjoni li jiġi provdut is-servizz għaliha jew le.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Kull organizzazzjoni stabbilita fi Stat Membru għandha tadotta regoli interni li jiddeskrivu kif il-prinċipji ta' Kultura Ġusta, b'mod partikolari l-prinċipju msemmi fil-paragrafu 4, huma garantiti u implimentati fl-organizzazzjoni tagħhom.

5. Kull organizzazzjoni stabbilita fi Stat Membru għandha, wara konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-persunal, tadotta regoli interni li jiddeskrivu kif il-prinċipji ta' Kultura Ġusta, b'mod partikolari l-prinċipju msemmi fil-paragrafu 4, huma garantiti u implimentati fl-organizzazzjoni tagħhom. L-organiżmu stipulat fil-paragrafu 6 ta' dan l-artikolu japprova r-regoli interni tal-organizzazzjonijiet stabbiliti fl-Istat Membru li jiddependi minnu qabel l-implimentazzjoni tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Jidher importanti li s-sħab soċjali jiġu kkonsultati fl-abbozzar tar-regoli interni biex ikun hemm 'kultura ġusta'. Il-korp kompetenti għandu wkoll jiżgura l-konformità ta' dawn ir-regoli interni mal-leġiżlazzjoni kurrenti.

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi korp responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. L-impjegati jistgħu jirrappurtaw dan il-ksur ta' regoli lill-korp stabbilit b'dan l-Artikolu. Fejn ikun xieraq, il-korp maħtur għandu jipproponi, lill-Istat Membru tiegħu, l-adozzjoni ta’ penalitajiet fir-rigward tal-impjegatur, kif imsemmija fl-Artikolu 21.

6. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi korp responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. L-impjegati jistgħu jirrappurtaw dan il-ksur ta regoli lill-korp stabbilit bdan l-Artikolu u ma jiġuz penalizzati talli jagħmlu dan. Dawn jistgħu jikkuppjaw il-Kummissjoni meta jirrappurtaw tali ksur u/jew jirrappurtawhom direttament lill-Kummissjoni. Meta jkun xieraq, il-korp maħtur għandu jipproponi, lill-Istat Membru tiegħu, l-adozzjoni ta’ penalitajiet fir-rigward tal-impjegatur, kif imsemmija fl-Artikolu 21.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tkun żgurata applikazzjoni effettiva ta' ambjent ta' Kultura Ġusta omoġenja fl-Unjoni, jeħtieġ li jiġi żgurat l-użu effettiv tal-għodod ta' protezzjoni tan-notifikatur. Il-membru tal-persunal li jirrapporta ksur fl-Artikolu 16 ta' dan ir-regolament għandu jkollu l-assikurazzjoni li mhux se jkun jista' jiġi sanzjonat talli kellu rikors għal dan il-mekkaniżmu.

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 16 - paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni, fuq bażi annwali, rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan l-artikolu, u b'mod partikolari dwar l-attivitajiet tal-korp imsemmi fil-paragrafu 6. Dak ir-rapport ma jistax ikun fih dejta ta' natura personali.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tkun żgurata applikazzjoni effettiva u omoġenja ta' Kultura Ġusta omoġenja fl-Unjoni, hu importanti li jiġi żgurat kontroll aħjar tal-livell ta' użu tal-għodod fl-Istati Membri u li dawn jiġu responsabilizzati iktar f'dan ir-rigward.

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 18 li jikkonċernaw l-Annessi ta’ dan ir-Regolament sabiex tadatta l-Annessi għall-progress tekniku, tallinja l-Annessi mat-tassonomija ADREP miftiehma fuq livell internazzjonali ma’ leġiżlazzjonijiet oħra adottati mill-Unjoni u ma’ ftehimiet internazzjonali, taġġorna l-lista ta’ partijiet interessati u l-formola ta’ talba ta’ informazzjoni mir-Repożitorju Ċentrali Ewropew, u tiżgura li l-ambitu tal-inċidenti li jiġu rrappurtati taħt l-iskema obbligatorja jibqa’ xieraq.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 18 li jikkonċernaw l-Annessi ta’ dan ir-Regolament sabiex tadatta l-Annessi għall-progress tekniku; tallinja l-Annessi mat-tassonomija ADREP miftiehma fuq livell internazzjonali ma’ leġiżlazzjonijiet oħra adottati mill-Unjoni u ma’ ftehimiet internazzjonali; taġġorna l-lista ta’ partijiet interessati u l-formola ta’ talba ta’ informazzjoni mir-Repożitorju Ċentrali Ewropew; tiżgura li l-lista ta’ okkorrenzi li jiġu rrappurtati taħt l-iskema obbligatorja tibqa’ xierqa, ikun fiha sezzjoni speċifika għall-operazzjonijiet li jinvolvu inġenji tal-ajru mhux kumplessi, u tirrifletti b’mod partikolari l-emerġenza ta’ riskji ġodda għas-sikurezza; u tissupplimenta konsegwentement il-lista tal-oqsma tad-dejta obbligatorji. Qabel tadotta att delegat fir-rigward tal-Annessi I u II, il-Kummissjoni tikkonsulta mal-EASA u man-Netwerk ta' Analisti tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-għarfien espert tan-netwerk tal-analisti tas-sikurezza tal-avjazzjoni għandu jintalab mill-Kummissjoni meta tkun qed tħejji kwalunkwe reviżjoni ġdida tal-annessi ta' dan ir-regolament.

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 7(6), 8(5), 11(9) u 17 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat.

2. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 7(6), 8(5), 11(9) u 17 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Hija m'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament. Il-penali previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u disważivi. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni meta jiġu adottati penalitajiet fl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

L-Istati Membri u l-EASA għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament. Il-penali previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u disważivi. L-Istati Membri u l-EASA għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni meta jiġu adottati penalitajiet fl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 7(2) jidħol fis-seħħ wara l-adozzjoni tal-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(6) u (7) dwar l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmu Ewropew komuni ta' klassifikazzjoni tar-riskji.

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 24a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Rieżami

 

1a. Il-Kummissjoni timmonitorja u teżamina mill-ġdid l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tippubblika rapport ta' evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u titrażmettih lill-PParlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport ikopri, b'mod partikolari, il-kontribut ta' dan ir-Regolament għat-tnaqqis fin-numru ta' aċċidenti tal-inġenji tal-ajru u fatalitajiet relatati. Meta xieraq u abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni tagħmel proposti għal modifika ta' dan ir-Regolament.

Emenda  90

Proposta għal regolament

Anness I – parti A – punt 1.1 – sottopunt ka (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ka) Kommunikazzjoni transkonfinali insuffiċjenti bejn korpi nazzjonali tal-ATC differenti.

Emenda  91

Proposta għal regolament

Anness I – parti A – punt 1.1 – sottopunt wa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(wa) Ħoss mhux normali.

Emenda  92

Proposta għal regolament

Anness I – Parti A – punt 1.2 – sottopunt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha) Falliment ta’ kwalunkwe sistema jew tagħmir ta’ salvataġġ.

Emenda  93

Proposta għal regolament

Anness I – Parti A – punt 1.7 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) Għeja tal-ekwipaġġ meqjusa li tkun ipperikolat jew li setgħet ipperikolat l-inġenju tal-ajru, min qiegħed abbord jew min ikun fuq l-art.

(d) Għeja tal-ekwipaġġ meqjusa li tkun ipperikolat jew li setgħet ipperikolat l-inġenju tal-ajru, min qiegħed abbord jew min ikun fuq l-art. F’każi bħal dan, in-numru ta’ sigħat ta’ xogħol, ta’ titjir u ta’ mistrieħ tal-ekwipaġġ ikkonċernat matul il-jumejn qabel l-inċident għandhom jiġu inklużi fir-rapport.

Emenda  94

Proposta għal regolament

Anness I – Parti A – punt 1.7 – sottopunt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) Kwalunkwe ġestjoni inadegwata ta’ prodotti perikolużi u li jniġġsu.

Emenda  95

Proposta għal regolament

Anness I – Parti A – punt 4.4 – sottopunt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) Kwalunkwe ġestjoni inadegwata ta’ prodotti perikolużi u li jniġġsu.

Emenda  96

Proposta għal regolament

Anness I – Appoendiċi għall-Parti A – punt 5 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) arja kontaminata fil-kabina tal-pilota/kabina li jista’ jkollha impatt fuq is-sikurezza tat-titjira u/jew is-saħħa tal-ekwipaġġ.

Emenda  97

Proposta għal regolament

Anness II − titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Lista ta' skadenzi u rekwiżiti applikabbli għall-Iskema ta' Rappurtat Obbligatorju ta' Okkorrenza

Lista ta' oqsma obbligatorji applikabbli għall-iskema ta' rappurtar

Emenda  98

Proposta għal regolament

Anness II – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Data ta' skadenza għar-rappurtar

imħassar

1.1. Regola ġenerali

 

Il-perjodu massimu biex tiġi rrappurtata okkorrenza fl-applikazzjoni tal-Artikolu 4, huwa ta' 72 siegħa.

 

1.2. Specific cases

 

(a) Fil-każ ta' "inċidenti fejn kważi jkun hemm kolliżjoni ma' kwalunkwe apparat ieħor li jtir; proċeduri tat-traffiku tal-ajru difettużi jew nuqqas ta' konformità mal-proċeduri applikabbli mis-servizzi tat-traffiku tal-ajru jew mill-ekwipaġġ tat-titjira; ħsara fil-faċilitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru", f'konformità mal-punt 1 tar-Regolament Nru 859/200822 (EU-OPS) 1.420 d), ir-rapport għandu jsir mingħajr dewmien ta' żmien.

 

(b) Fil-każ ta' ħbit potenzjali ma' għasfur, f'konformità mal-punt 3 tar-Regolament Nru 859/2008 (EU-OPS).

 

(c) Fil-każ ta' kolliżjoni ma' għasfur li tinvolvi ħsara konsiderevoli għall-inġenju tal-ajru, it-telf jew il-funzjonament ħażin ta' kwalunkwe servizz essenzjali, f'konformità mal-punt 3 tar-Regolament Nru 859/2008 (EU-OPS).

 

(d) Fil-każ ta' att ta' interferenza kontra l-liġi abbord tal-inġenju tal-ajru, f'konformità mal-punt 5 tar-Regolament Nru 859/2008 (EU-OPS).

 

(e) Fil-każ ta' kundizzjoni potenzjonalment perikoluża matul it-titjira bħal irregolarità fil-funzjonament ta' apparat tan-navigazzjoni jew tal-art, fenomenu meteoroloġiku jew sħaba ta' rmied volkaniku, f'konformità mal-punt 6 tar-Regolament Nru 859/2008 (EU-OPS) 1.420 d), ir-rapport għandu jsir malli dan ikun possibbli.

 

Ġustifikazzjoni

Din il-parti hija koperta fl-Artikolu 7(1) ta' dan ir-Regolament.

Emenda  99

Proposta għal regolament

Anness III – Parti A – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Manifatturi: diżinjaturi u manifatturi ta' inġenji tal-ajru, magni, skrejjen u partijiet u apparati tal-inġenji tal-ajru; diżinjaturi u manifatturi ta’ sistemi u kostitwenti għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ATM); diżinjaturi u manifatturi ta’ sistemi u kostitwenti għas-Servizzi ta’ Navigazzjoni tal-Ajru (ANS); diżinjaturi u manifatturi ta’ sistemi u tagħmir użati fil-parti tal-ajru tal-ajrudromi

1. Manifatturi: diżinjaturi u manifatturi ta inġenji tal-ajru, magni, skrejjen u partijiet u apparati tal-inġenji tal-ajru, u l-assoċjazzjonijiet rispettivi tagħhom; diżinjaturi u manifatturi ta’ sistemi u kostitwenti għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ATM); diżinjaturi u manifatturi ta’ sistemi u kostitwenti għas-Servizzi ta’ Navigazzjoni tal-Ajru (ANS); diżinjaturi u manifatturi ta’ sistemi u tagħmir użati fil-parti tal-ajru tal-ajrudromi

Ġustifikazzjoni

L-assoċjazzjonijiet jistgħu jkollhom rwol ta’ valur fl-assistenza għall-analiżi u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni, fejn xieraq. Dan huwa rikonoxxut fil-proposta oriġinali tal-Kummissjoni li tniżżel assoċjazzjonijiet tal-operaturi bħala partijiet interessati, iżda tonqos milli tinkludi b’mod simili assoċjazzjonijiet tal-manifatturi.

  • [1]  ĠU C 198, 10.7.2013, p. 73.
    .

NOTA SPJEGATTIVA

(1) sfond

Peress li l-previżjonijiet qed jindikaw żieda kbira fit-traffiku tal-ajru sal-2030, jaqbel li jissaħħu l-mekkaniżmi preventivi tas-sikurezza tal-avjazzjoni sabiex tiġi evitata żieda fl-għadd ta’ inċidenti tal-ajru relattiva għaż-żieda tat-traffiku.

Minkejja li ta’ min wieħed ifaħħar l-effikaċità tas-sistemi ta’ investigazzjoni ta’ inċidenti li huma fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea[1], illum għandhom isiru sforzi konsiderevoli fil-ġbir tad-data u l-analiżi proattiva tal-inċidenti.

Filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-inċidenti jinvolvu l-analiżi tal-kawżi ta’ tiġrifa, is-sistema ta’ rappurtar tal-okkorrenza tipprova tidentifika sitwazzjonijiet li, jekk ma jkunux magħrufa u ma jiġux irranġati, jafu jikkontribwixxu għal katastrofi.

Id-Direttiva 2003/42/KE u r-regolamenti ta’ implimentazzjoni tagħha[2] stipulaw il-prinċipji għal ġbir ta’ data ta’ inċident u wittew it-triq għal sistem ta’ skambju reġjonali ta’ data dwar inċidenti, kif rakkomandat mill-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali[3]. Illum huwa rikonoxxut li din il-leġiżlazzjoni Ewropea wriet li għandha l-limitati tagħha, speċjalment minħabba interpretazzjoni u applikazzjoni differenti fi ħdan l-Unjoni.

Din il-proposta għal regolament għandha l-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sistema proattiva għall-prevenzjoni tal-inċidenti permezz tat-titjib tal-arranġamenti għall-analiżi u l-iskambju rapidu tal-informazzjoni, u b’hekk tikkontribwixxi biex jiġu realizzati l-objettivi stipulati mill-White Paper dwar it-Trasport 2011[4].

It-tisħiħ tas-sikurezza jista’ jinkiseb biss permezz tal-implimentazzjoni ta’ sistema li tkun kapaċi tidentifika b’mod ċar il-vulnerabilitajiet potenzjali, u bl-adozzjoni rapida ta’ miżuri preventivi jew korrettivi.

Peress li s-sistema proattiva kollha kemm hi hija bbażata fuq in-notifika volontarja tal-avvenimenti min-naħa tal-persunal tas-settur tal-avjazzjoni, huwa indispensabbli li jiġi żgurat li jkun hemm ambjent ta’ fiduċja, magħruf bħala “Kultura Ġusta”.

(2) L-iżgurar tal-introduzzjoni effettiva u omoġenja ta’ ambjent ta’ “Kultura Ġusta”

Dawk li jaħdmu fis-settur tal-avjazzjoni, għadhom jibżgħu minn azzjonijiet legali jew sanzjonijiet minn min iħaddimhom f’ċerti Stati Membri li ma joffrux protezzjoni suffiċjenti f’termini ta’ protezzjoni tan-notifikatur. Peress li s-sistema ta’ notifika, indipendentement minn jekk tkunx obbligatorja jew volontarja, tiddependi totalment fuq il-fiduċja fl-impjegat, ir-regolament jiżgura fuq l-iskala tal-Unjoni li jkun hemm b'mod effettiv ambjent mhux ripressiv imsejjaħ "Kultura Ġusta", u b'hekk tindirizza t-tħassib dwar l-awtoinkriminazzjoni.

L-estensjoni tal-protezzjoni tan-notifikatur għal kwalunkwe persuna involuta fl-avveniment irrappurtat, u mhux biss għall-individwu li jirrappurtah se tagħmilha possibbli li tissaħħaħ din il-fiduċj0061.

L-impjegati tas-settur tal-avjazzjoni minn issa 'l quddiem se jkunu jistgħu jitolbu interpretazzjoni uniformizzata tal-idea ċentrali ta' "negliġenza gravi" sabiex ikollhom l-istess livell ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha.

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali iktar protetturi minn dan ir-regolament jistgħu jinżammu sabiex jiġi rrispettat il-prinċipju tan-nuqqas ta' riperkussjonijiet.

Billi ssaħħaħ iktar ir-regoli ta' kunfidenzjalità u tar-rispett tal-anonimità tal-impjegati, billi tillimita n-numru ta' esperti li għandhom aċċess għad-dejta ta' natura personali pereżempju, ir-rapporteur tiżgura li l-informazzjoni miġbura se tintuża biss għall-iskop uniku li tissaħħaħ is-sikurezza tal-avjazzjoni.

Għal dan il-għan, ir-regolament jipprevedi b'mod partikolari li l-persunal responsabbli mill-ġbir, l-evalwazzjoni, l-ipproċessar, l-analiżi u l-ħżin tar-rapporti jaħdem separatament u indipendentament mis-servizzi l-oħra tal-organizzazzjoni sabiex ikunu żgurati l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u l-anonimità tal-notifikatur. L-organizzazzjonijiet tal-istess natura madankollu jistgħu jimmutwalizzaw dawn l-istrutturi.

L-impjegati li jkunu ġew sanzjonati fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta minn issa 'l quddiem jistgħu jirrikorru għand mekkaniżmu tal-appelli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-użu ta' din l-għodda u jibagħtu rapport annwali lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tagħha.

Biex tinkoraġġixxi lill-persunal jinnotifika u tippermettilu japprezzaw aħjar l-impatt pożittiv tan-notifika tiegħu fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni, minn issa 'l quddiem l-organizzazzjonijiet se jinformaw lill-persunal fuq bażi regolari dwar l-azzjonijiet meħuda fil-kuntest tas-sistemi ta' rapporti ta' okkurrenza.

(3) Skambju aħjar ta' informazzjoni għall-adozzjoni ta' miżuri iktar immirati

Biex jiġu evitati aktar inċidenti, l-Istati Membri u l-EASA se jkunu jistgħu jiskambjaw aħjar l-informazzjoni li tinġabar, f'bażi tad-dejta anonimizzata u sekurizzata li hija r-Repożitorju Ċentrali Ewropew (RĊE). L-EASA u l-Istati Membri se jkunu jistgħu jaċċedu b'mod liberu din id-dejta. L-aċċess illimitat ta' dawn l-atturi għar-RĊE għandu b'mod partikolari jagħmilha possibbli li jiġi żgurat li t-tendenzi osservati mill-organizzazzjonijiet jew l-Istati Membri jiġu vverifikati fuq skala Ewropea.

Ir-regolament se jagħti l-possibilità lill-Istati Membri li jkunu jafu b'eżattezza l-kundizzjonijiet ta' okkorrenza li tkun seħħet fl-ispazju tal-ajru nazzjonali. Fil-każ li kumpanija tkun l-aqwa operatur fi Stat Membru fejn hi ma jkollha l-ebda obbligu ta’ notifika, jidher li huwa importanti li l-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż ikunu konxji mill-okkorrenzi li jseħħu fl-ispazju tal-ajru tagħhom.

Ir-regolament iħejji mekkaniżmu komuni Ewropew ta' klassifikazzjoni tar-riskji li għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità tad-dejta miġbura u jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti kollha jkunu jistgħu jifhmuha. Malli jiġi applikat dan il-mekkaniżmu, l-Istati Membri u l-EASA se jikklassifikaw l-okkorrenzi tagħhom skont l-istell skala qabel ma jikkondividuhom fir-RĊE. L-organizzazzjonijiet se jkunu liberi li jużaw il-mekkaniżmu intern ta' klassifikazzjoni tar-riskji meqjus l-iktar adatt.

Filwaqt li jiltaqgħu fin-Netwerk ta' Analisti tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, l-esperti tal-istati Membri, l-EASA u tal-Kummissjoni se janalizzaw id-dejta fuq l-iskala Ewropea. Biex ikunu jistgħu jiġu identifikati bl-aħjar mod il-problemi ta' sikurezza u jittieħdu l-miżuri korrettivi xierqa, jista' jiġi organizzat skambju mar-rappreżentanti tal-industrija jew mal-impjegati fuq bażi ta' każ każ. Dan in-Netwerk ta' Analisti se jiġi kkonsultat qabel kull reviżjoni tal-annessi ta' dan ir-regolament.

L-Istati Membri u l-EASA għandhom jiżguraw li l-miżuri preventivi jew korrettivi adottati mill-organizzazzjonijiet ikunu rilevanti u jkunu jistgħu, jekk ikun il-każ, jikkoreġu jew jimponu dawn il-miżuri fuq skala ikbar bil-għan li jsaħħu s-sikurezza fl-avjazzjoni fit-territorju kollu

(4) Ir-rwol tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni

Flimkien mal-Istati Membri, l-EASA se jkollha rwol ċentrali fil-koordinazzjoni tal-ħidmiet tan-network sabiex tidentifika t-tendenzi fil-livell Ewropew. Għal dan il-għan, l-aġenzija se jkollha aċċess totali u illimitat għad-dejta fir-RĊE.

Bħala awtorità ta' ċertifikazzjoni, l-aġenzija tirċievi notifiki ta' okkorrenzi min-naħa tal-organizzazzjonijiet li hi tiċċertifika u tapprova, bħal kif jagħmlu l-Istati Membri għall-organizzazzjonijiet l-oħra. L-aġenzija allura se jkollha, bl-istess mod, tippermetti l-ġbir, l-ipproċessar u l-analizzar tad-dejta li tkun ġejja direttament mill-persunal ta' dawn l-organizzazzjonijiet li hija responsabbli għalihom.

Bl-istabbiliment ta' paralleliżmu bejn is-sistemi eżistenti fl-Istati Membri u fi ħdan l-EASA, ir-rapporteur tiżgura li l-impjegati tas-settur tal-avjazzjoni se jkollu l-istess għodod u obbligi ta' notifika, tkun xi tkun l-organizzazzjoni li jiddependu fuqhom fl-Ewropa. Il-kompetenzi tal-Aġenzija se jitqiesu minn dan ir-Regolament.

L-EASA mbagħad se jkollha tissodisfa l-istess obbligi bħall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b'mod partikolari billi tistabbilixxi sistemi ta' rappurtar obbligatorji u volontarji, filwaqt li tiżgura l-protezzjoni u l-anonimità li jinsabu fil-bażi tad-dejta (IORS) u blli tiegħu, jekk ikun il-każ, miżuri preventivi jew korrettivi xierqa, u wara billi tittrażmetti din l-informazzjoni fir-RĊE.

Sabiex wieħed jirrispondi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-kompetenzi konferiti lill-EASA minn dan ir-regolament, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-aġenzija jkollha riżorsi biżżejjed biex twettaq il-kompiti addizzjonali assenjati lilha.

(5) Leġiżlazzjoni li tqis l-ispeċifiċitajiet tal-avjazzjoni ħafifa

Jekk jeħtieġ li l-avjazzjoni kollha tkun koperta minn dan ir-regolament, jeħtieġ ukoll li jiġi żgurat li l-obbligi jkunu proporzjonati għas-settur ta' attività u għall-kumplessità tal-inġenju tal-ajru. F'dan is-sens, l-okkorrenzi li jinvolvu inġenji mhux kumplessi se jinġabru fil-qafas ta' dan ir-Regolament, iżda se jkunu suġġetti għall-obbligi ta' notifiki speċifiċi u adatti aħjar għal dan it-tip ta' avjazzjoni.  

  • [1]  Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010.
  • [2]  Ir-Regolament (KE) Nru 1321/2007 u r-Regolament (KE) Nru 1330/2007
  • [3]  Rakkomandazzjonijiet 8.5-nota 2/ 8.9, Anness 13 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali.
  • [4]  L-objettiv 17 – COM(2011)144, Marzu 2011

PROĊEDURA

Titolu

Ir-rappurtar tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili (emenda tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 u tħassir tad-Direttiva Nru 2003/42/KE, tar-Regolament (KE) Nru 1321/2007 u tar-Regolament (KE) Nru 1330/2007)

Referenzi

COM(2012)0776 – C7-0418/2012 – 2012/0361(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

18.12.2012

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

17.1.2013

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Christine De Veyrac

21.1.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

22.4.2013

8.7.2013

16.9.2013

 

Data tal-adozzjoni

17.9.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdi Cristiano Allam, Georges Bach, Erik Bánki, Izaskun Bilbao Barandica, Philip Bradbourn, Michael Cramer, Joseph Cuschieri, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Franco Frigo, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Dieter-Lebrecht Koch, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Hubert Pirker, Dominique Riquet, Petri Sarvamaa, David-Maria Sassoli, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Keith Taylor, Giommaria Uggias, Patricia van der Kammen, Dominique Vlasto, Artur Zasada, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Spyros Danellis, Eider Gardiazábal Rubial, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Geoffrey Van Orden

Data tat-tressiq

2.10.2013