RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 92/58/KEE, 92/85/KEE, 94/33/KE, 98/24/KE u d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sabiex jiġu allinjati mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet

8.10.2013 - (COM(2013)0102 – C7‑0047/2013 – 2013/0062(COD)) - ***I

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur : Sari Essayah


Proċedura : 2013/0062(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0319/2013
Testi mressqa :
A7-0319/2013
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 92/58/KEE, 92/85/KEE, 94/33/KE, 98/24/KE u d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sabiex jiġu allinjati mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet

(COM(2013)0102 – C7‑0047/2013 – 2013/0062(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0102),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0047/2013),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' April 2013[1],

–   wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li ikkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7‑0319/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Skont l-Artikolu 153 tat-Trattat, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jadottaw, permezz ta' direttivi, ir-rekwiżiti minimi biex iħeġġu t-titjib, speċjalment fl-ambjent tax-xogħol, sabiex jiżguraw livell aħjar ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema. Tali direttivi għandhom jevitaw li jimponu restrizzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali b'mod li jistgħu jxekklu l-ħolqien u l-iżvilupp tal-intrapriżi żgħar u medji.

(1) Skont l-Artikolu 153 tat-Trattat, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jadottaw, permezz ta' direttivi, ir-rekwiżiti minimi biex iħeġġu t-titjib, speċjalment fl-ambjent tax-xogħol, sabiex jiżguraw livell aħjar ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema. Tali direttivi għandhom jevitaw li jżommu l-ħolqien u l-iżvilupp tal-intrapriżi żgħar u medji u l-potenzjal tagħhom li joħolqu l-impjiegi. L-istandards tas-saħħa u tas-sikurezza m'għandhomx jitqiesu bħala restrizzjonijiet, minħabba li huma drittijiet fundamentali u għandhom ikunu applikati mingħajr eċċezzjoni għas-setturi kollha tas-suq tax-xogħol u għat-tipi kollha tal-intrapriżi irrispettivament mid-daqs tagħhom.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Dawk l-emendi huma meħtieġa biex jiżguraw l-issoktar tal-effikaċja tad-Direttivi msemmija hawn fuq.

(5) Dawk l-emendi huma meħtieġa biex jiżguraw l-issoktar tal-effikaċja tal-ħames Direttivi msemmija fil-Premessa (4). Huma ma jbiddlux il-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk id-direttivi u lanqas ma jnaqqsu l-livell ta' protezzjoni li jipprovdu lill-ħaddiema. Madankollu, fid-dawl tal-progress teknoloġiku li għaddej, il-ħames Direttivi kollha għandhom jibqgħu taħt reviżjoni perjodika sabiex jiġu żgurati leġiżlazzjoni koerenti u livell xieraq ta' saħħa u ta' protezzjoni tas-sikurezza meta sustanzi kimiċi u taħlitiet perikolużi jkunu preżenti fl-ambjent tax-xogħol. Għandha tingħata aktar attenzjoni lill-impjegati fil-professjonijiet fejn ikun hemm kuntatt ta' kuljum ma' sustanzi u taħlitiet, ta' spiss mingħajr protezzjoni xierqa.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Skont l-Artikolu 154 tat-Trattat, il-Kummissjoni kkonsultat mal-imsieħba soċjali dwar id-direzzjoni possibbli ta' azzjoni tal-Unjoni f'dan il-qasam.

(7) Skont l-Artikolu 154 tat-Trattat, il-Kummissjoni kkonsultat mas-sħab soċjali dwar id-direzzjoni possibbli ta' azzjoni tal-Unjoni f'dan il-qasam u s-sħab soċjali indikaw li l-gwida ta’ spjegazzjoni hija utli b’mod speċjali għall-SMEs.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3 – punt a

Direttiva 92/58/KEE

Anness III – Taqsima 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontenituri użati fuq il-post tax-xogħol għal sustanzi kimiċi jew taħlitiet klassifikati bħala perikolużi skont il-kriterji għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet jew il-kategoriji ta' periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tat-tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 tal-kategoriji 1 u 2, 2.14 tal-kategoriji 1 u 2, 2.15 tat-tipi A sa F, 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti għajr effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, u kontenituri użati għall-ħażna ta' tali sustanzi jew taħlitiet perikolużi, flimkien ma' pajpijiet viżibbli li fihom jew li jittrasportaw sustanzi u taħlitiet perikolużi, għandhom ikunu ttikkettjati b'pittogrammi xierqa b’konformità ma’ dak ir-Regolament."

1. Il-kontenituri użati fuq il-post tax-xogħol għal sustanzi kimiċi jew taħlitiet klassifikati bħala perikolużi skont il-kriterji għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet jew il-kategoriji ta' periklu 2.1 sa 2.16, 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti għajr effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, u kontenituri użati għall-ħażna ta' tali sustanzi jew taħlitiet perikolużi, flimkien ma' pajpijiet viżibbli li fihom jew li jittrasportaw sustanzi u taħlitiet perikolużi, għandhom ikunu ttikkettjati b'pittogrammi xierqa b’konformità ma’ dak ir-Regolament."

 

L-ewwel paragrafu ma japplikax għal kontenituri użati għax-xogħol għal perjodi qosra jew għal kontenituri li l-kontenuti tagħhom jinbidlu b'mod frekwenti, dment li jittieħdu miżuri alternattivi adegwati, b'mod partikolari dwar informazzjoni u/jew taħriġ, li jiggarantixxu l-istess livell ta' protezzjoni.

 

It-tikketti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu:

 

– mibdula b'sinjali ta' twissija kif stabbilit fl-Anness II, bl-użu tal-istess pittogrammi jew simboli,

 

– miżjuda b'informazzjoni addizzjonali, bħall-isem u/jew il-formula tas-sustanza jew taħlita perikoluża u dettalji tal-periklu,

 

– marbuta mat-trasport ta' kontenituri fuq il-post tax-xogħol, miżjuda jew mibdula b'sinjali applikabbli fl-Unjoni kollha għat-trasport ta' sustanzi jew taħlitiet perikolużi.

Ġustifikazzjoni

L-elementi kollha tat-tikketti, bħal pittogrammi GHS, inklużi fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għall-klassijiet u l-kategoriji kollha għandhom ikunu inklużi. Jidher li fil-proposta tal-Kummissjoni l-paragrafi 2 u 3 tħallew barra involontarjament. Din l-emenda ġġib lura dawk il-paragrafi u tirranġa t-terminoloġija: "taħlitiet" flok "preparati", "perikolużi" minflok "perikolużi" (din il-biċċa ma tapplikax għall-verżjoni Maltija) u "Unjoni" flok "Komunità.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 2

Direttiva 92/85/KEE

Anness I – Taqsima A – punt 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) aġenti kimiċi ttikkettati bħala kategorija karċinoġena 1A, 1B, mutaġen għaċ-ċelloli ġerminali tal-kategorija 1A jew 1B, tossiċi għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1A jew 1B, jew tossiċi għar-riproduzzjoni b’effetti fuq it-treddigħ jew permezz tiegħu skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet sa fejn dawn ma jidhrux fl-Anness II;

(a) aġenti kimiċi kklassifikati bħala kategorija karċinoġena 1A, 1B, mutaġen għaċ-ċelloli ġerminali tal-kategorija 1A jew 1B, tossiċi għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1A jew 1B, jew tossiċi għar-riproduzzjoni b’effetti fuq it-treddigħ jew permezz tiegħu skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet sa fejn dawn ma jidhrux fl-Anness II;

Ġustifikazzjoni

Qabel ma jkunu ttikkettati bħala li jagħmlu parti minn dik il-kategorija, l-aġenti kimiċi għandhom ikunu kklassifikati bħala li jaqgħu taħt dik il-kategorija.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 2 – punt a – inċiż 2

Direttiva 94/33/KE

Anness – Taqsima I – punt 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- korrużjoni tal-ġilda, kategorija 1A, 1B, 1C

- korrużjoni tal-ġilda, sottokategoriji 1A, 1B, 1C

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament 1272/2008 japplika hawn diviżjoni f'sottokategoriji.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 2 – punt a – inċiż 5

Direttiva 94/33/KE

Anness – Taqsima I – punt 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- splussiv, kategorija "splussiv instabbli", jew diviżjonijiet 1.1, 1.2, 1.3, 1.5

- splussiv, kategorija "splussiv instabbli", jew diviżjonijiet 1.1, 1.2, 1.3, 1.4, 1.5

Ġustifikazzjoni

M'hemm l-ebda raġuni li teskludi 1.4.. Skont id-Direttiva 94/33/KE Artikolu 7 paragrafu 2 punt (d) iż-żgħażagħ għandhom ikunu protetti minn "xogħol li jinvolvi riskju ta' aċċidenti li wieħed jassumi ma jistax ikun rikonoxxut jew evitat miż-żgħażagħ minħabba l-attenzjoni insuffiċjenti tagħhom għas-sikurezza jew għan-nuqqas ta' esperjenza jew taħriġ".

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 2 – punt a – inċiż (ġdid)

Direttiva 94/33/KE

Anness – Taqsima I – punt 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- sustanzi u taħlitiet awtoreattivi Tip A u B

Ġustifikazzjoni

Skont id-Direttiva 94/33/KE Artikolu 7 paragrafu 2 punt (d) iż-żgħażagħ għandhom ikunu protetti minn "xogħol li jinvolvi riskju ta' aċċidenti li wieħed jassumi ma jistax ikun rikonoxxut jew evitat miż-żgħażagħ minħabba l-attenzjoni insuffiċjenti tagħhom għas-sikurezza jew għan-nuqqas ta' esperjenza jew taħriġ". Meta titqies ir-referenza tad-Direttiva 94/33/KE, fl-Anness, paragrafu 3(a) (tossiku, korrossiv jew esplossiv), sustanzi awtoreattivi tipi A u B jistgħu jikkawżaw splużjoni skont l-Anness 1, 2.8.3. tar-Regolament.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 2 – punt a – inċiż (ġdid)

Direttiva 94/33/KE

Anness – Taqsima I – punt 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- perossidi organiċi, Tip A u B

Ġustifikazzjoni

Skont id-Direttiva 94/33/KE Artikolu 7 paragrafu 2 punt (d) iż-żgħażagħ għandhom ikunu protetti minn "xogħol li jinvolvi riskju ta' aċċidenti li wieħed jassumi ma jistax ikun rikonoxxut jew evitat miż-żgħażagħ minħabba l-attenzjoni insuffiċjenti tagħhom għas-sikurezza jew għan-nuqqas ta' esperjenza jew taħriġ". Meta titqies ir-referenza tad-Direttiva 94/33/KE, fl-Anness, paragrafu 3(a) (tossiku, korrossiv jew esplossiv), sustanzi awtoreattivi tipi A u B jistgħu jikkawżaw splużjoni skont l-Anness 1, 2.8.3. tar-Regolament.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 2 – punt a – inċiż 7

Direttiva 94/33/KE

Anness – Taqsima I – punt 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- tossiċità tal-organu speċifiku mmirat (espożizzjoni ripetuta) kategorija 1

- tossiċità tal-organu speċifiku mmirat (espożizzjoni ripetuta) kategoriji 1 u 2

Ġustifikazzjoni

Skont id-Direttiva 94/33/KE Artikolu 7 paragrafu 2 punt (d) iż-żgħażagħ għandhom ikunu protetti minn "xogħol li jinvolvi riskju ta' aċċidenti li wieħed jassumi ma jistax ikun rikonoxxut jew evitat miż-żgħażagħ minħabba l-attenzjoni insuffiċjenti tagħhom għas-sikurezza jew għan-nuqqas ta' esperjenza jew taħriġ". Meta titqies ir-referenza tad-Direttiva 94/33/KE l-Anness, paragrafu 3(a) (tossiku, korrossiv jew esplossiv), tossiċità tal-organu speċifiku mmirat (espożizzjoni repetuta) kategorija 2 għandha effetti tossiċi sinifikanti skont l-Anness 1, 2.15.3 tar-Regolament.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 2 – punt a – inċiż 8

Direttiva 94/33/KE

Anness – Taqsima I – punt 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- sensitizzatur respiratorju, kategorija 1

- sensitizzatur respiratorju, kategoriji 1A u 1B

Ġustifikazzjoni

Sabiex tkun konformi mal-kliem l-ieħor propost mill-Kummissjoni.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 2 – punt a – inċiż 9

Direttiva 94/33/KE

Anness – Taqsima I – punt 3 – sottopunt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- sensitizzatur tal-ġilda, kategorija 1

- sensitizzatur tal-ġilda, kategoriji 1A u 1B

Ġustifikazzjoni

Sabiex tkun konformi mal-kliem l-ieħor propost mill-Kummissjoni.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – punt 1 – punt a

Direttiva 98/24/KE

Artikolu 2 – punt b – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) "(i) kull aġent kimiku li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fir-Regolament 1272/2008 għall-klassifikazzjoni taħt kwalunkwe waħda mill-klassijiet jew il-kategoriji ta' periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tat-tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 tal-kategoriji 1 u 2, 2.14 tal-kategoriji 1 u 2, 2.15 tat-tipi A sa F, 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħra għajr l-effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10, sew jekk dak l-aġent kimiku huwa kklassifikat skont dak ir-Regolament u sew jekk le;"

(i) "(i) kull aġent kimiku li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fir-Regolament 1272/2008 għall-klassifikazzjoni taħt kwalunkwe waħda mill-klassijiet jew il-kategoriji ta' periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 sa 2.15 tat-tipi A sa F, 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħra għajr l-effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10, sew jekk dak l-aġent kimiku huwa kklassifikat skont dak ir-Regolament u sew jekk le;"

Ġustifikazzjoni

Fir-Regolament 1272/2008 sustanzi u taħlitiet awtoreattivi (2.8) tipi C&D, E&F jistgħu jikkawżaw nirien meta msaħħna, likwidi ossidanti (2.13) kategorija 3 jistgħu jintensifikaw in-nirien, u solidi ossidanti (2.14) kategorija 3 jistgħu jintensifikaw in-nirien, għalhekk dawn għandhom ikunu inklużi fil-lista ta' aġenti kimiċi perikolużi.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – punt 1 – punt c

Direttiva 98/24/KE

Artikolu 2 – punt b – punt (iii)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) kull aġent kimiku li, filwaqt li ma jissodisfax il-kriterji biex jiġi kklassifikat bħala perikoluż skont il-punt (i) jista', minħabba l-proprjetajiet fiżiċi, kimiċi, kimiċi jew tossikoloġiċi tiegħu u l-mod kif jintuża jew ikun preżenti fuq il-post tax-xogħol, jippreżenta riskju għas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema, inkluż kull aġent kimiku li jiġi assenjat valur ta' limitu ta' espożizzjoni okkupazzjonali skont l-Artikolu 3.

(iii) kull aġent kimiku li, filwaqt li ma jissodisfax il-kriterji biex jiġi kklassifikat bħala perikoluż skont il-punt (i) jista', minħabba l-proprjetajiet fiżikokimiċi, kimiċi jew tossikoloġiċi tiegħu u l-mod kif jintuża jew ikun preżenti fuq il-post tax-xogħol, jippreżenta riskju għas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema, inkluż kull aġent kimiku li jiġi assenjat valur ta' limitu ta' espożizzjoni okkupazzjonali skont l-Artikolu 3.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva 98/24 tuża t-termini proprjetajiet fiżikokimiċi, kimiċi jew tossikoloġiċi.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Fl-Artikolu 4(1), it-terminu “preparati” jiġi mibdul b'“taħlita”.

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament 1272/2008 konsistentement juża "taħlitiet" minflok "preparati".

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – punt 2b (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b) Fl-Artikolu 5(2), it-terminu “preparati” jiġi mibdul b'“taħlita”;

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament 1272/2008 konsistentement juża "taħlitiet" minflok "preparati".

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – punt 2c (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 6 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c) Fil-punt (b) tal-Artikolu 6, it-terminu “preparati” jiġi mibdul b'“taħlitiet”.

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament 1272/2008 konsistentement juża "taħlitiet" minflok "preparati".

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – punt 2d (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Anness I – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2d) Fit-titolu tal-Anness I, it-terminu “preparati” jiġi mibdul b'“taħlitiet”.

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament 1272/2008 konsistentement juża "taħlitiet" minflok "preparati".

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ, sa mhux aktar tard minn […], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

stati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2015, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 61.1. tar-Regolament 1272/2008 sal-1 ta' Ġunju 2015, it-taħlitiet għandhom ikunu klassifikati, ittikkettati u ppakkjati skont id-Direttiva 1999/45/KE. Tidher li l-aħjar soluzzjoni hi li tinżamm dik id-data.

  • [1]  ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0. Għadha ma ġietx ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet jallinja l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE mal-GHS li hija sistema tan-Nazzjonijiet Uniti għall-identifikazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi u biex l-utenti jiġu mgħarrfa dwar il-perikli relatati permezz ta' simboli u frażijiet standard fuq it-tikketti tal-imballaġġ, u l-iskedi ta' data ta' sigurtà. Wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament kien hemm il-ħtieġa li jsiru adattamenti tekniċi lil ħames Direttivi (92/58/KEE, 92/85/KEE, 94/33/KE, 98/24/KE u 2004/37/KE) li jinkludu referenzi għal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-klassifikazzjoni u l-ittikkettar tas-sustanzi kimiċi.

L-allinjament tar-referenzi u t-terminoloġija użati fil-ħames Direttivi li jikkorrispondu mar-Regolament dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ ma jeħtieġ ebda bidla għall-kamp ta' applikazzjoni jew il-livell ta' protezzjoni provdut minn dawn id-Direttivi, lanqas ir-Rapporteur ma tqis li hu rakkomandabbli li jsir dan il-proċess f'dan l-istadju. Għalhekk l-emendi għall-ħames Direttivi proposti mill-Kummissjoni huma purament tekniċi fin-natura bħalma huma dawk inklużi f'dan l-abbozz ta' rapport. Madankollu, jidher ċar li l-ħames Direttivi kollha għandhom jiġu riveduti malajr kemm jista' jkun sabiex tiġi provduta leġiżlazzjoni koerenti u livell xieraq ta' saħħa u ta' protezzjoni tas-sikurezza meta sustanzi kimiċi u taħlitiet perikolużi jkunu preżenti fl-ambjent tax-xogħol.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttivi 92/58/KEE, 92/85/KEE, 94/33/KE, 98/24/KE u 2004/37/KE sabiex jiġu allinjati mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet

Referenzi

COM(2013)0102 – C7-0047/2013 – 2013/0062(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

26.2.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

12.3.2013

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

12.3.2013

ITRE

12.3.2013

IMCO

12.3.2013

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

21.3.2013

ITRE

18.3.2013

IMCO

24.4.2013

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Sari Essayah

17.4.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

19.6.2013

25.9.2013

 

 

Data tal-adozzjoni

26.9.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Heinz K. Becker, Jean-Luc Bennahmias, Pervenche Berès, Vilija Blinkevičiūtė, Philippe Boulland, David Casa, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Minodora Cliveti, Emer Costello, Frédéric Daerden, Sari Essayah, Richard Falbr, Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Jean Lambert, Verónica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Csaba Őry, Sylvana Rapti, Elisabeth Schroedter, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Ruža Tomašić, Traian Ungureanu

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Françoise Castex, Philippe De Backer, Liisa Jaakonsaari, Anthea McIntyre, Ria Oomen-Ruijten, Evelyn Regner, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Tatjana Ždanoka

Data tat-tressiq

8.10.2013