RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbilità ta' trasportaturi bl-ajru, fejn jidħol it-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom

22.1.2014 - (COM(2013)0130 – C7‑0066/2013 – 2013/0072(COD)) - ***I

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Georges Bach


Proċedura : 2013/0072(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0020/2014

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbilità ta' trasportaturi bl-ajru, fejn jidħol it-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom

(COM(2013)0130 – C7‑0066/2013 – 2013/0072(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0130),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0066/2013),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-11 ta' Lulju 2013[1],

–   wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni ,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0020/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Is-servizzi tat-trasport bl-ajru huma mħallsa minn qabel mill-passiġġier, u li jiġu ssussidjati b’mod dirett jew indirett mill-kontribwent. Il-biljetti tal-ajru għaldaqstant għandhom jitqiesu bħala “kuntratti ta’ riżultat”, li bihom il-linji tal-ajru jiggarantixxu li jissodisfaw l-obbligi tal-kuntratt bl-akbar attenzjoni.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali għat-trasportaturi tal-ajru u l-passiġġieri, hemm bżonn definizzjoni iktar preċiża tal-kunċett ta' "ċirkostanzi straordinarji", li tqis is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-kawża C-549/07 (Wallentin-Hermann). Definizzjoni bħal din tista' tiġi ċċarata iktar b'lista mhux eżawrjenti ta' ċirkostanzi li huma ddefiniti biċ-ċar bħala straordinarji jew le.

(3) Sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali għat-trasportaturi tal-ajru u l-passiġġieri, hemm bżonn definizzjoni iktar preċiża tal-kunċett ta' "ċirkostanzi straordinarji", li tqis is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Kawża C-549/07 (Wallentin-Hermann). Definizzjoni bħal din tista' tiġi ċċarata iktar b'lista eżawrjenti ta' ċirkostanzi li huma ddefiniti biċ-ċar bħala straordinarji. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex iżżid, fejn neċessarju, ma' dik il-lista.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi garantita ċ-ċertezza legali fir-rigward tad-definizzjoni ta’ ċirkostanzi straordinarji, il-lista għandha tkun imfassla bħala waħda eżawrjenti.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Fil-kawża C-22/11 (Finnair), il-Qorti Ewropea ddeċidiet li l-kunċett ta' "imbark miċħud" għandu jiġi interpretat bħala relatat mhux biss ma' każijiet ta' imbark miċħud minħabba bbukkjar żejjed, iżda anki ma' dawk ta' imbark miċħud għal raġunijiet oħra, bħal raġunijiet operattivi. Minħabba din il-konferma, ma hemm l-ebda raġuni biex tinbidel id-definizzjoni attwali ta' "imbark miċħud".

(5) Fil-Kawża C-22/11 (Finnair), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kunċett ta' "imbark miċħud" għandu jiġi interpretat bħala relatat mhux biss ma' każijiet ta' imbark miċħud minħabba bbukkjar żejjed, iżda anki ma' dawk ta' imbark miċħud għal raġunijiet oħra, bħal raġunijiet operattivi. Id-definizzjoni ta' "imbark miċħud" għandha tkopri każijiet fejn il-ħin tat-tluq skedat jiġi mibdul għal tluq aktar kmieni bil-konsegwenza li l-passiġġier jitlef it-titjira.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni attwali ta' "imbark miċħud" teħtieġ tiġi modifikata sabiex tinkludi każijiet fejn passiġġier jitlef titjira minħabba li l-ħin tat-tluq jkun tressaq aktar 'il quddiem.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 japplika wkoll għal passiġġieri li jkunu bbukkjaw il-vjaġġ bl-ajru tagħhom bħala parti minn vjaġġ b'kollox inkluż. Madankollu, għandu jiġi ċċarat li l-passiġġieri ma jistgħux jakkumulaw drittijiet korrispondenti, b'mod partikolari kemm skont dan ir-Regolament kif ukoll skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż17. Il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu liema liġi jintroduċu fil-pretensjonijiet tagħhom, iżda ma għandux ikollhom id-dritt li jakkumulaw il-kumpens għall-istess problema skont iż-żewġ atti legali. Il-passiġġieri ma għandhomx ikunu kkonċernati dwar kif it-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ġiti jallokkaw tali pretensjonijiet bejniethom.

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 japplika wkoll għal passiġġieri li jkunu bbukkjaw il-vjaġġ bl-ajru tagħhom bħala parti minn vjaġġ b'kollox inkluż. Madankollu, għandu jiġi ċċarat li l-passiġġieri ma jistgħux jakkumulaw drittijiet korrispondenti, b'mod partikolari kemm taħt dan ir-Regolament kif ukoll taħt id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż17. Il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu taħt liema liġi se jressqu l-pretensjonijiet tagħhom, iżda ma għandux ikollhom id-dritt li jakkumulaw il-kumpens għall-istess problema taħt iż-żewġ atti legali. It-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi turistiċi għandhom jagħtu lill-passiġġieri tagħhom l-evidenza neċessarja ħalli dawn ikunu jistgħu jiffinalizzaw il-pretensjonijiet tagħhom mingħajr dewmien.

_____________

_____________

ĠU L158, 23.6.1990, p.59

ĠU L158, 23.6.1990, p.59

Ġustifikazzjoni

It-tħassir tal-aħħar sentenza tiċċara l-fatt li r-Regolament 261/2004 u d-Direttiva 90/314/KEE dwar il-vjaġġi kollox kompriż huma żewġ atti ġuridiċi separati li jfisser li l-passiġġieri jridu jindirizzaw it-talbiet tagħhom lit-trasportatur tal-ajru biss. Jekk, madankollu, l-obbligi jikkoinċidu taħt ir-Regolament 261 u d-Direttiva dwar il-vjaġġi kollox kompriż, il-passiġġieri jistgħu jagħżlu liema leġiżlazzjoni jixtiequ biex jagħmlu t-talba tagħhom.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Sabiex jitjieb il-livell ta' protezzjoni, il-passiġġieri ma għandux ikollhom l-imbark miċħud fuq il-vjaġġ tar-ritorn b'biljett bidirezzjonali (tar-ritorn) għax ma jkunux ħadu l-vjaġġ tal-bidu.

(7) Sabiex jitjieb il-livell ta' protezzjoni, ma għandux ikun possibbli li l-passiġġieri jinċaħdu l-imbark għal parti minn vjaġġ b'biljett bidirezzjonali (tar-ritorn) għax ma jkunux għamlu użu mill-partijiet individwali kollha tal-vjaġġ kopert mill-biljett.

Ġustifikazzjoni

Projbizzjoni komprensiva tal-politika segwita fil-każ li l-passiġġier ma jfeġġx "no show policy": Jekk it-titjira bbukkjata tkun tikkonsisti f’diversi partijiet indivdwali, il-passiġġier għandu jitħalla juża parti jew diversi partijiet, mingħajr ma jiġi punit billi jitlef il-bqija tal-vjaġġ jew jiġi obbligat iħallas spiża addizzjonali għolja.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Bħalissa, il-passiġġieri kultant jiġu ppenalizzati għal żbalji ta' ortografija fl-ismijiet tagħhom permezz tal-applikazzjoni ta' tariffi amministrattivi punittivi. Korrezzjonijiet raġonevoli ta' żbalji fil-buking għandhom jingħataw mingħajr ħlas sakemm dawn ma jimplikawx bidla fil-ħinijiet, id-data, l-iskeda jew il-passiġġier.

(8) Bħalissa, il-passiġġieri kultant jiġu ppenalizzati għal żbalji ta' ortografija fl-ismijiet tagħhom permezz tal-applikazzjoni ta' tariffi amministrattivi punittivi. Korrezzjonijiet ta' żbalji fil-buking għandhom jingħataw mingħajr ħlas sakemm dawn ma jinvolvux bidla fil-ħinijiet, id-data, l-iskeda jew il-passiġġier.

Ġustifikazzjoni

Il-kunċett ta' korrezzjonijiet "raġonevoli" mhijiex preċiża biżżejjed.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Għandu jkun iċċarat li fil-każijiet ta' kanċellazzjoni, l-għażla bejn ir-riċevuta ta' rimborż, l-issoktar tal-vjaġġ permezz ta' riprogrammar tar-rotta jew l-ivvjaġġar f'data aktar tard hija d-deċiżjoni tal-passiġġier u mhux tat-trasportatur tal-ajru.

(9) Għandu jkun iċċarat li fil-każijiet ta' kanċellazzjoni, l-għażla bejn ir-rimborż, l-issoktar tal-vjaġġ permezz ta' riprogrammar tar-rotta jew l-ivvjaġġar aktar tard fl-istess jum jew f'data aktar tard hija d-deċiżjoni tal-passiġġier u mhux tat-trasportatur tal-ajru.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) It-trasportaturi tal-ajru għandhom ikunu obbligati li jħallsu lura, mingħajr ħlas, it-taxxi diġà mħallsa fil-każ ta’ kanċellazzjoni mill-passiġġier.

Ġustifikazzjoni

Ċerti trasportaturi tal-ajru jitolbu "service charges" - ta’ spiss eċċessivi - f’każijiet bħal dawn. Dan mhuwiex xieraq. Taxxa mhux dovuta għandha tkun kompletament rimborżata. Il-fatt li passiġġier li ma jkunx uża l-biljett tat-titjira mħallas jikkostitwixxi 'penali' biżżejjed.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b) Jekk l-passiġġieri jagħżel, b'mod konfrmi ma' ftehim, li jivvjaġġa aktar tard, l-ispejjeż ta' vjaġġar lejn jew mill-ajruport għat-titjira kkanċellata għandhom jiġu rimborżati kompletament. Dawn l-ispejjeż għandhom dejjem jinkludu l-ispejjeż għat-trasport pubbliku, l-ispejjeż tat-taksi u t-tariffi għall-ipparkjar fil-parkeġġ tal-ajruport.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 9c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9c) Il-protezzjoni finanzjarja tal-passiġġieri f'każ ta' falliment tal-linja tal-ajru hi element essenzjali ta' reġim effikaċi tad-drittijiet tal-passiġġieri. Biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-passiġġieri fil-każ tal-kanċellazzjoni ta’ titjiriet minħabba l-insolvenza ta’ trasportatur tal-ajru jew is-sospensjoni tal-obbligi ta’ trasportatur tal-ajru minħabba r-revoka tal-liċenzja operattiva tiegħu, it-trasportaturi tal-ajru għandhom ikunu obbligati li jagħtu prova suffiċjenti li r-rimborż jew it-titjira tar-ritorn tal- passiġġieri huma żgurati.

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżit li tingħata prova suffiċjenti ta' sigurtà jagħti lok għal bosta miżuri li t-trasportaturi tal-ajru jistgħu jieħdu sabiex jipproteġu lill-passiġġieri f'każ ta' involvenza. Possibiltajiet oħra jinkludu fond jew assigurazzjoni.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 9d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9d) It-twaqqif ta’ fond ta’ garanzija jew ta’ skema ta’ assigurazzjoni obbligatorja se jippermetti lit-trasportaturi tal-ajru jiżguraw r-rimborż tal-passiġġieri jew ir-ritorn tagħhom wara li titjira tiġi kkanċellata minħabba l-insolvenza ta’ trasportatur tal-ajru jew is-sospensjoni tal-attivitajiet ta’ trasportatur tal-ajru minħabba r-revoka tal-liċenzja operattiva tiegħu.

Ġustifikazzjoni

It-twaqqif ta’ fond ta’ garanzija jew ta’ skema ta’ assigurazzjoni se jiżgura l-protezzjoni tal-vjaġġaturi f’każ ta’ falliment jew ta’ telf ta’ liċenzja.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-ajruporti u l-utenti tal-ajruporti bħat-trasportaturi tal-ajru u l-kumpaniji tal-groundhandling għandhom jikkoperaw biex inaqqsu l-impatt ta' interruzzjonijiet multippli tat-titjiriet fuq il-passiġġieri billi jiżguraw il-kura u r-riprogrammar tar-rotot tagħhom. Għal dan il-għan, għandhom jippreparaw pjanijiet ta' kontinġenza għal tali okkorrenzi u jaħdmu flimkien fl-iżvilupp ta' tali pjanijiet.

(10) Il-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport u l-utenti tal-ajruporti bħat-trasportaturi tal-ajru, il-kumpaniji tal-groundhandling, l-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni u l-fornituri ta’ għajnuna għall-passiġġieri b’diżabbiltà u l-passiġġieri b’mobbiltà mnaqqsa għandhom jieħdu miżuri adegwati sabiex jinforzaw il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-utenti tal-ajruport biex inaqqsu l-impatt ta interruzzjonijiet multipli tat-titjiriet fuq il-passiġġieri billi jiżguraw il-kura u r-riprogrammar tar-rotot tagħhom. Għal dan l-għan, il-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport għandhom jiżguraw koordinazzjoni adegwata permezz ta' pjan ta' kontinġenza xieraq għal tali okkorrenzi u jaħdmu flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali fl-iżvilupp ta' tali pjanijiet. Tali pjanijiet għandhom ikunu evalwati mill-Korpi Nazzjonali għall-Infurzar li jistgħu jeħtieġu adattamenti, fejn meħtieġ.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) It-trasportaturi bl-ajru għandhom jistabbilixxu proċeduri u azzjoni koordinata sabiex jipprovdu informazzjoni adegwata għal passiġġieri li jibqgħu l-art. Dawn il-proċeduri għandhom jindikaw biċ-ċar min hu responsabbli, f'kull ajruport, għall-organizzazzjoni tal-kura, l-assistenza, ir-riprogrammar jew ir-rimborż u għandhom jistipulaw il-modalitajiet u l-kundizzjonijiet għall-forniment ta' dawk is-servizzi.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 10b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b) Sabiex jassistu l-passiġġieri f'każ ta' interruzzjonijiet jew dewmien tat-titjiriet, ħsara jew telf ta' bagalji, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jistabbilixxu punti ta' kuntatt fl-ajruporti li minnhom il-persunal tagħhom jew terzi mqabbda minnhom għandhom jipprovdu l-passiġġiera bl-informazzjoni neċessarja fir-igward tad-drittijiet tagħhom, inklużi l-proċeduri għall-ilmenti, u jassistuhom biex jieħdu azzjoni immedjata.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jinkludi espliċitament id-dritt għal kumpens għall-passiġġieri li jsoffru dewmien twil, b'konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Kawżi Konġunta C-402/07 u C-432/07 (Sturgeon). Fl-istess ħin, il-livelli limitu li 'l fuq minnhom id-dewmien iwassal għal dritt għal kumpens għandhom jiżdiedu biex jieħdu f'kunsiderazzjoni l-impatt finanzjarju fuq is-settur u sabiex tiġi evitata kwalunkwe żieda fil-frekwenza tal-kanċellazzjonijiet bħala riżultat ta' dan. Biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini li jivvjaġġaw fi ħdan l-UE jiffaċċjaw kundizzjonijiet omoġeni għal kumpens, il-livell limitu għandu jkun l-istess għall-vjaġġi kollha fl-Unjoni, iżda għandu jkun jiddependi fuq id-distanza tal-vjaġġi għall-ivvjaġġar lejn u minn pajjiżi terzi sabiex jitqiesu d-diffikultajiet operazzjonali li jiltaqgħu magħhom it-trasportaturi tal-ajru biex jindirizzaw dewmien f'ajruporti remoti.

(11) Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jinkludi espliċitament id-dritt għal kumpens għall-passiġġieri li jsoffru dewmien twil, b'konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Kawżi Konġunti C-402/07 u C-432/07 (Sturgeon) u b'konformità mal-prinċipju ta' trattament ugwali, li jimponi li sitwazzjonijiet analogi ma għandhomx jiġu trattati b’mod differenti . Il-livelli limitu li 'l fuq minnhom id-dewmien iwassal għal dritt għal kumpens għandhom jiżdiedu biex jieħdu f'kunsiderazzjoni, inter alia, l-impatt finanzjarju fuq is-settur Huma għandhom jkollhom bħala effett l-iżgurar ta' kundizzjonijiet ta' kumpens omoġeni għaċ-ċittadini li jivvjaġġaw fi ħdan l-UE. Fl-istess ħin, ċerti livelli limitu għandhom jgħolew skont id-distanza tal-vjaġġi għall-ivvjaġġar lejn u minn pajjiżi terzi sabiex jitqiesu d-diffikultajiet operazzjonali li jiltaqgħu magħhom it-trasportaturi tal-ajru biex jindirizzaw dewmien f'ajruporti remoti. Fir-rigward tal-ammont ta' kumpens, għandha tiġi applikata l-istess rata għall-istess distanza tat-titjira involuta.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tikkunsidra l-pożizzjoni tar-rapporteur fir-rigward tal-livelli limitu li meta jinqabżu, id-dewmien joffri l-possibiltà għad-dritt ta' kumpens. Ir-rapporteur hu tal-fehma li dawn il-livelli limitu għandhom jitfasslu b'konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża Sturgeon, li tagħti lill-passiġġieri li jsofru dewmien twil l-istess drittijiet bħall-passiġġieri li t-titjiriet tagħhom ikunu kkanċellati.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jikkonferma espliċitament li t-tibdil fl-iskedi tat-titjiriet għandu impatt simili fuq il-passiġġieri bħad-dewmien u għalhekk għandu jirriżulta fl-istess drittijiet.

(12) Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jikkonferma espliċitament li t-tibdil fl-iskedi tat-titjiriet għandu impatt simili fuq il-passiġġieri bħad-dewmien twil jew imbark miċħud u għalhekk għandu jirriżulta fl-istess drittijiet.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-passiġġieri li jitilfu titjira konnessa għandhom jingħataw indukrar xieraq waqt li jistenġdid ir-riprogrammar tar-rotta. B'konformità mal-prinċipju tat-trattament ugwali, dawn il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jitolbu kumpens fuq bażi simili għall-passiġġieri li t-titjiriet tagħhom jittardjaw jew jiġu kkanċellati fid-dawl tad-dewmien meta jilħqu d-destinazzjoni finali tal-vjaġġ tagħhom.

(13) Il-passiġġieri li jitilfu titjira konnessa minħabba tibdil fl-iskeda jew dewmien għandhom jingħataw indukrar xieraq waqt li jistenġdid ir-riprogrammar tar-rotta. Bkonformità mal-prinċipju tat-trattament ugwali u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Kawża C-11/11 (Air France vs Folkerts), dawn il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jitolbu kumpens fuq bażi simili għall-passiġġieri li t-titjiriet tagħhom jittardjaw jew jiġu kkanċellati skont id-dewmien subit sa meta jilħqu d-destinazzjoni finali tal-vjaġġ tagħhom.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Bħala prinċipju, għandu jkun it-trasportatur tal-ajru li jikkawża t-tibdil fl-iskeda jew id-dewmien li għandu jkollu l-obbligu li joffri assistenza u riprogrammar tar-rotta. Madankollu, sabiex jitnaqqas il-piż ekonomiku fuq it-trasportatur tal-ajru ikkonċernat, il-kumpens li għandu jitħallas lill-passiġġier għandu jkun marbut mad-dewmien ta' titjira konnessa preċedenti fil-punt ta' trasferiment.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur hu tal-fehma li fid-dawl tan-numru kbir ta' trasportaturi bl-ajru li joperaw titjiriet reġjonali fuq distanzi qosra fi ħdan l-UE, il-piż ekonomiku li jirriżulta mill-pagament ta' kumpens għandu jitnaqqas għal dawk it-trasportaturi bl-ajru. Fid-dawl ta' dan, ġiet miżjuda kundizzjoni doppja għal raġunijiet ta' proporzjonalità, li tapplika meta t-trasportatur tal-ajru preċedenti jikkawża biss dewmien qasir u dan ikollu bħala konsegwenza li l-passiġġier jitlef it-titjira konnessa u jdum ħafna biex jasal fid-destinazzjoni finali.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b) Il-passiġġieri b’diżabbiltà jew il-passiġġieri b’mobbiltà mnaqqsa li jitlifu titjira konnessa minħabba dewmien ikkawżat minn servizzi ta’ għajnuna ta’ ajruport għandhom jiġu indukrati kif xieraq waqt li jkunu qed jistenġdid ir-riprogrammar tar-rotot. Dawn il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jitolbu kumpens mill-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport fuq bażi simili għall-passiġġieri li t-titjiriet tagħhom jiddewmu jew jiġu kkanċellati mit-trasportatur tal-ajru.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) It-trasportaturi tal-ajru bħalissa jiffaċċjaw responsabbiltà illimitata għall-akkomodazzjoni tal-passiġġieri tagħhom fil-każ ta' ċirkostanzi straordinarji ta' dewmien twil. Din l-inċertezza marbuta man-nuqqas ta' xi limitu prevedibbli taż-żmien tista' tipperikola l-istabbiltà finanzjarja tat-trasportatur tal-ajru. Għalhekk, it-trasportatur tal-ajru għandu jkun jista' jillimita l-provvista ta' indukrar wara ċertu perjodu taż-żmien. Barra minn hekk, l-ippjanar ta' kontinġenza u r-riprogrammar rapidu tar-rotot għandhom inaqqsu r-riskju li l-passiġġieri jibqgħu l-art għal perjodi twal.

(16) It-trasportaturi tal-ajru bħalissa jiffaċċjaw responsabbiltà illimitata għall-akkomodazzjoni tal-passiġġieri tagħhom fil-każ ta' ċirkostanzi straordinarji ta' dewmien twil. It-trasportatur tal-ajru, madankollu għandu jkun jista' jillimita l-provvista ta' indukrar fir-rigward tal-perjodu taż-żmien tal-akkomodazzjoni u, f'każijiet fejn il-passiġġieri jsibu akkomodazzjoni huma stess, fir-rigward tal-ispejjeż u l-indukrar wara ċertu perjodu taż-żmien. Barra minn hekk, l-ippjanar ta' kontinġenza u r-riprogrammar rapidu tar-rotot għandhom inaqqsu r-riskju li l-passiġġieri jibqgħu l-art għal perjodi twal.

Ġustifikazzjoni

F'każ ta' interruzzjonijiet kbar, il-partijiet kollha involuti (l-awtoritajiet, l-ajruporti, il-linji tal-ajru, il-lukandi u l-passiġġieri) għandhom jaċċettaw responsabilità konġunta biex jirrisolvu s-sitwazzjoni L-obbligu tal-linja tal-ajru li tipprovdi indukrar jista' jkun limitat fir-rigward tal-ispiża tal-akkomodazzjoni għal kull lejl u għal kull passiġġier. Tista' tiġi introdotta eċċezzjoni għal din ir-regola meta l-passiġġieri jsibu akkomodazzjoni huma stess. F'dan il-każ, il-linja tal-ajru tista' tillimita l-ispiża tal-akkomodazzjoni u l-indukrar wara ċertu żmien.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) L-implimentazzjoni ta' ċertu drittijiet tal-passiġġieri, b'mod partikolari d-dritt għal akkomodazzjoni, tidher li hija sproporzjonata għad-dħul tat-trasportaturi tal-ajru għal ċertu operazzjonijiet ta' daqs żgħir. Għalhekk titjiriet li jagħmlu ajruplani żgħar fuq distanzi qosra għandhom jiġu eżentati mill-obbligu ta' ħlas għall-akkomodazzjoni, għalkemm it-trasportatur tal-ajru xorta għandu jgħin lill-passiġġier isib akkomodazzjoni bħal din.

imħassar

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Għal persuni b'diżabbiltà, persuni b'mobbiltà mnaqqsa u persuni oħrajn bi bżonnijiet speċjali bħal tfal mhux akkumpanjati, nisa tqal u persuni bi bżonn ta' għajnuna medika speċifika, jista' jkun aktar diffiċli biex isirulho, arranġamenti għall-akkomodazzjoni meta jseħħu interruzzjonijiet tat-titjiriet. Għalhekk, kull limitazzjoni għad-dritt għal akkomodazzjoni fil-każijiet ta' ċirkostanzi straordinarji jew għal operazzjonijiet reġjonali ma għandhiex tapplika għal dawn il-kategoriji ta' passiġġieri.

(18) Għal persuni b'diżabbiltà, persuni b'mobbiltà mnaqqsa u persuni oħrajn bi bżonnijiet speċjali bħal tfal mhux akkumpanjati, nisa tqal u persuni bi bżonn ta' għajnuna medika speċifika, jista' jkun aktar diffiċli biex isirulhom arranġamenti għall-akkomodazzjoni meta jseħħu interruzzjonijiet tat-titjiriet. Għalhekk, kull limitazzjoni għad-dritt għal akkomodazzjoni f'każijiet ta’ ċirkostanzi straordinarji ma għandha bl-ebda mod tapplika għal dawn il-kategoriji ta passiġġieri.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Meta t-trasportatur tal-ajru tal-Komunità jeżiġi li persuni b’diżabbiltà jew persuni b’mobbiltà mnaqqsa jiġu akkumpanjati minn persuna li tieħu ħsiebhom, il-persuni li jieħdu ħsiebhom ma għandhomx ikunu soġġetti għall-ħlas tat-taxxa rilevanti tat-tluq mill-ajruport.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 18b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18b) Il-fornituri ta’ servizzi għandhom jiżguraw li l-persuni b’mobbiltà mnaqqsa u l-persuni b’diżabbiltà jkollhom id-dritt f’kull ħin li jużaw, mingħajr ħlas, apparat respiratorju approvat għas-sikurezza fuq l-ajruplani. Il-Kummissjoni għandha tfassal lista ta’ tagħmir approvat għall-ossiġenu mediku f’kooperazzjoni mal-industrija u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b’diżabbiltà u l-PMM, filwaqt li jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti ta’ sikurezza.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Il-passiġġieri mhux biss għandhom jiġu mgħarrfa sew dwar id-drittijiet tagħhom fil-każ ta' interruzzjoni tat-titjira, iżda għandhom jiġu mgħarrfa wkoll kif xieraq dwar xi kkawża l-interruzzjoni, malli l-informazzjoni ssir disponibbli. Din l-informazzjoni għandha tingħata wkoll meta l-passiġġier ikun xtara l-biljett mingħand intermedjarju stabbilit fl-Unjoni.

(20) Il-passiġġieri mhux biss għandhom jiġu mgħarrfa sew dwar id-drittijiet tagħhom fil-każ ta' interruzzjoni tat-titjira, tibdil fl-iskeda u imbark miċħud, iżda għandhom jiġu mgħarrfa wkoll kif xieraq dwar xi kkawża l-interruzzjoni nfisha, malli l-informazzjoni ssir disponibbli. Din l-informazzjoni għandha tingħata wkoll mit-trasportatur tal-ajru meta l-passiġġier ikun xtara l-biljett mingħand intermedjarju stabbilit fl-Unjoni. Il-passiġġieri għandhom jiġu infurmati ukoll dwar il-proċeduri l-aktar sempliċi u rapidi sabiex iressqu pretensjonijiet u lmenti ħalli jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom.

Ġustifikazzjoni

It-trasportatur tal-ajru hu l-unika sors affidabbli għal informazzjoni dwar il-kawżi ta' interruzzjonijiet ta' titjiriet.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) Sabiex jgħinu lill-Korpi Nazzjonali għall-Infurzar fit-twettiq tar-rwol tagħhom rigward l-infurzar ta’ dan ir-Regolament, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jipprovduhom b’dokumentazzjoni ta’ konformità rilevanti li turi l-ottemperanza sħiħa tagħhom mal-Artikoli rilevanti kollha ta' dan ir-Regolament.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 21b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21b) Billi l-avjazzjoni kummerċjali hija suq tal-Unjoni integrat, il-miżuri li jiggarantixxu l-infurzar ta' dan ir-Regolament se jkunu iżjed effikaċi fil-livell tal-Unjoni, b'involviment akbar tal-Kummissjoni Ewropea. B’mod speċifiku, il-Kummissjoni Ewropea għandha żżid s-sensibilizzazzjoni fost il-pubbliku li jivvjaġġa bl-ajru dwar l-konformità tat-trasportaturi tal-ajru mar-rekwiżiti tad-drittijiet tal-passiġġieri billi tippubblika lista ta’ trasportaturi li sistematikament jonqsu milli jikkonformaw mar-Regolament.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Il-passiġġieri għandhom jiġu mgħarrfa kif xieraq dwar il-proċeduri rilevanti biex jissottomettu pretensjonijiet u lmenti lit-trasportaturi tal-ajru u għandhom jirċievu tweġiba fi żmien raġonevoli. Il-passiġġieri għandu jkollhom ukoll l-għażla li jilmentaw fuq it-trasportaturi tal-ajru permezz ta' miżuri barra mill-qorti. Madankollu, peress li d-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal huwa dritt fundamentali rikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, dawk il-miżuri la għandhom jipprevjenu u lanqas ixekklu l-aċċess tal-passiġġieri għall-qrati.

(22) Il-passiġġieri għandhom jiġu mgħarrfa kif xieraq dwar il-proċeduri rilevanti biex jissottomettu pretensjonijiet u lmenti lit-trasportaturi tal-ajru, għandha tinġbidilhom l-attenzjoni għal-limiti ta' żmien applikabbli f'dan ir-rigward, b'mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikolu 16a(2) u għandhom jirċievu tweġiba fi żmien raġonevoli.. Il-passiġġieri għandu jkollhom ukoll l-possibbiltà li jilmentaw fuq it-trasportaturi tal-ajru permezz ta' sistemi extraġudizzjarji. L-Istati Membri għandhom jipprevedu servizzi ta' medjazzjoni adegwati, meta ma jkunx possibbli li tiġi solvuta kontroversja bejn il-passiġġier u l-linja tal-ajru. Madankollu, peress li d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti huwa dritt fundamentali rikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, dawk il-miżuri la għandhom jipprevjenu u lanqas ixekklu l-aċċess tal-passiġġieri għall-qrati. Għal dan il-għan, huma għandhom dejjem jingħataw l-indirizzi u d-dettalji ta' kuntatt tal-korpi responsabbli kollha għat-tkomplija tal-formalitajiet relevanti f'kull pajjiż. Biex il-pretensjonijiet ikunu jistgħu jiġu pproċessati b’mod sempliċi, malajr u kosteffettiv kemm fil-proċedimenti ġudizzjarji kif ukoll dawk extraġudizzjarji, għandu jsir riferiment, b’mod partikolari, għall-proċeduri ta' riżoluzzjoni online jew alternattivi tat-tilwim u għall-Proċedura Ewropea għat-Talbiet iż-Żgħar.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Qabel ma titressaq pretensjoni, għandu l-ewwel jiġi pprezentat ilment.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Fil-kawża C-139/11 (Moré vs KLM), il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea ċċarat li l-limiti taż-żmien biex jittieħdu azzjonijiet għal kumpens huma ddeterminati skont ir-regoli nazzjonali ta' kull Stat Membru.

(23) Fil-kawża C-139/11 (Moré vs KLM), il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat li l-limiti taż-żmien biex jitressqu azzjonijiet għal kumpens huma ddeterminati skont ir-regoli nazzjonali ta' kull Stat Membru. Fir-rigward ta' riżoluzzjonijiet extraġudizzjarji, il-limiti ta' żmien huma stipulati bi qbil mad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)17a.

 

___________________

 

17aĠU L 165, 18.6.2013, p. 65.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a) Sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali għall-passiġġieri u t-trasportaturi tal-ajru, għandu jkun possibbli li jiġi ċċarat il-kunċett ta' "ċirkostanzi straordinarji" abbażi tax-xogħol tal-Korpi Nazzjonali għall-Infurzar u tas-Sentenzi tal-Qorti. . Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel il-konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha mal-Korpi Nazzjonali għall-Infurzar. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Sabiex jiġi żgurat li ħsarat jew telf ta' tagħmir tal-mobbiltà jiġi kkumpensat sal-valur kollu tiegħu, it-trasportaturi tal-ajru għandhom joffru mingħajr ħlas lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa l-opportunità li jagħmlu dikjarazzjoni ta' interess speċjali, li skont il-Konvenzjoni ta' Montreal, tippermettihom ifittxu kumpens sħiħ għal telf jew ħsara.

(27) Sabiex jiġi żgurat li ħsarat jew telf ta tagħmir tal-mobbiltà jiġi kkumpensat sal-valur kollu tiegħu, it-trasportaturi tal-ajru u s-servizzi ta’ għajnuna tal-ajruporti għandhom jgħarrfu lill-passiġġieri b’diżabbiltà jew lill-passiġġieri b’mobbiltà mnaqqsa meta jibbukkjaw u għal darb’oħra fiċ-check-in bil-possibbiltà li jagħmlu dikjarazzjoni ta interess speċjali, li skont il-Konvenzjoni ta Montreal, tippermettilhom ifittxu kumpens sħiħ għal telf jew ħsara. It-trasportaturi tal-ajru jridu javżaw lill-passiġġieri, kull meta jibbukkjaw il-biljetti, bl-eżistenza ta’ din id-dikjarazzjoni u d-drittijiet marbuta magħha.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) L-istrumenti mużikali għandhom safejn possibbli jiġu aċċettati bħala bagalji fil-kabina tal-passiġġieri u, fejn dan mhux possibbli, safejn possibbli għandhom jinġarru f'kundizzjonijiet xierqa fil-kompartiment tal-merkanzija tal-ajruplan. Ir-Regolament (KE) Nru 2027/97 għandu jiġi emendat skont dan.

(29) L-istrumenti mużikali għandhom jiġu aċċettati bħala bagalji fil-kabina tal-passiġġieri u, fejn dan ma jkunx possibbli, għandhom jinġarru f'kundizzjonijiet xierqa fil-kompartiment tal-merkanzija tal-ajruplan. Sabiex il-passiġġieri kkonċernati jkunu jistgħu jevalwaw jekk l-istrument tagħhom jistax jinżamm fil-kabina, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jgħarrfuhom dwar id-daqs tal-faċilitajiet tal-ħżin Ir-Regolament (KE) Nru 2027/97 għandu jiġi emendat f'dan is-sens.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Minħabba l-iskadenzi qosra għas-sottomissjoni ta' lmenti għal telf, ħsara jew dewmien tal-bagalji, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jagħtu l-passiġġieri l-possibbiltà li jissottomettu lment billi jipprovdu formola għall-ilmenti fl-ajruport. Din tista' tkun ukoll il-formola tar-Rapport dwar Irregolarità fil-Proprjetà (PIR) komuni.

(31) Minħabba l-iskadenzi qosra għas-sottomissjoni ta' lmenti għal telf, ħsara jew dewmien tal-bagalji, għandu jinħoloq servizz speċjali għall-irkuprar tal-bagalji fl-ajruporti kollha fejn il-passiġġieri jkollhom il-possibilità li jissottomettu formola għall-ilmenti mal-wasla. Għal dan l-għan, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jipprovdu formola għall-ilment fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE lill-passiġġieri. Din tista' tkun ukoll il-formola tar-Rapport dwar Irregolarità fil-Proprjetà (PIR) komuni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-forma tal-formola ta' pretensjoni standardizzata permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet prattiċi għandu jkun hemm servizz speċjali għall-irkuprar tal-bagalji fl-ajruporti kollha sabiex titħaffef u tiġi faċilitata l-proċedura. Formula ta' pretensjoni standardizzata fl-UE kollha għandha tkun disponibbli flimkien mar-regolament rivedut.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Premessa 35a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35a) Sabiex jitjieb il-ħarsien tal-passiġġieri lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni, id-drittijiet tal-passiġġieri għandhom jiġu indirizzati fi ftehimiet bilaterali u internazzjonali.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Premessa 35b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35b) Faċilitajiet speċifiċi għall-passiġġieri b’diżabbiltà severa li jeħtieġu faċilitajiet sanitarji u ta’ tibdil ('l hekk imsejħa “postijiet ta’ tibdil”) għandhom jiġu provduti mingħajr ħlas lill-passiġġieri fl-ajruporti kollha tal-Unjoni b’ammont annwali ta’ aktar minn miljun passiġġier.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Premessa 35c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35c) Il-Korpi Nazzjonali għall-Infurzar stabbiliti mill-Istati Membri (minn hawn ’il quddiem "NEBs") mhux dejjem ikollhom setgħa biżżejjed biex jiżguraw il-ħarsien effettiv tad-drittijiet tal-passiġġieri. L-Istati Membri għandhom għalhekk jiżguraw li l-NEBs jingħataw setgħa biżżejjed biex jissanzjonaw il-ksur u jsolvu t-tilwim bejn il-passiġġieri u l-industrija, u l-NEBs kollha għandhom jinvestigaw bis-sħiħ l-ilmenti li jaslu.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1) Fl-Artikolu 1(1), jiddaħħal il-punt li ġej:

 

(ca) f’każ ta’ tnaqqis fil-grad.

Ġustifikazzjoni

Il-każ indikat taħt (ca) jiġi ttrattat taħt l-Artikolu 10.2. Għalhekk għandu jiġi inkluż fil-lista.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1) Fl-Artikolu 1(1), jiddaħħal il-punt li ġej:

 

‘(cb) jitilfu titjira konnessa.'

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-Artikolu 6a l-ġdid dwar "titjiriet konnessi mitlufa", is-suġġett tar-Regolament definit taħt l-Artikolu 1(1) għandu jiġi mmodifikat f'dan is-sens.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'"Organizzatur" tfisser persuna fis-sens tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż;

(d) "Organizzatur" tfisser il-persuna li, għajr okkażjonalment, torganizza pakketti u tbigħhom jew toffrihom għall-bejgħ, kemm jekk direttament kif ukoll jekk permezz ta' bejjiegħ;

Ġustifikazzjoni

Biex dan jinftiehem aħjar u jkun iktar konvenjenti għall-konsumaturi, jagħmel iktar sens li jitħassru r-referenzi tat-tipi kollha u minflok, jiġu indikati b’mod ċar id-definizzjonijiet korrispondenti f’dan ir-Regolament.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ba (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-punt (g) jinbidel b'dan li ġej:

 

(g) "riservazzjoni" tfisser il-fatt li passiġġier għandu biljett, jew prova oħra, li turi li r-riservazzjoni kienet aċċettata u rreġistrata mit-trasportatur tal-ajru jew l-organizzatur,'.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tikkonforma mad-definizzjoni l-ġdida fl-Artikolu 2, punt d.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 –punt c

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"persuna b'mobbiltà mnaqqsa" tfisser kwalunkwe persuna kif iddefinita fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru22.

(i) “persuna b'diżabbiltà” jew “persuna b’mobbiltà mnaqqsa tfisser kwalunkwe persuna li l-mobbiltà tagħha meta tuża t-trasport hija mnaqqsa minħabba kwalunkwe diżabbiltà fiżika (tas-sensi jew tal-lokomozzjoni, permanenti jew temporanja), diżabbiltà jew indeboliment intelletwali, jew kull kawża oħra ta’ diżabbiltà, jew minħabba l-età, u li s-sitwazzjoni tagħha teħtieġ attenzjoni xierqa u l-adattament għall-ħtiġijiet partikolari tagħha tas-servizz li jkun disponibbli għall-passiġġieri kollha;

__________________

__________________

22 ĠU L204, 26.7.2006, p.1

22 ĠU L204, 26.7.2006, p.1

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jkun hemm definizzjoni ċara u sħiħa ta’ “persuna b’diżabbiltà jew persuna b’mobbiltà mnaqqsa” fir-Regolament minflok riferiment għal leġiżlazzjoni eżistenti, prinċipalment ir-Regolament (UE) Nru 1107/2006. Huwa importanti wkoll li jiġi enfasizzat li l-espressjoni “persuna b’diżabbiltà” ma tistax tintuża b’mod sinonimu ma’ “persuna b’mobbiltà mnaqqsa” u dan għandu jiġi enfasizzat mid-definizzjoni użata.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ca (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt j

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca). Il-punt (j) jinbidel b’dan li ġej:

 

‘(j) "il-fatt li persuna ma tħallietx titla'" tfisser tiċħid għat-trasport ta' passiġġieri fuq titjira, minkejja li ppreżentaw lilhom infushom biex jitilgħu taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2), ħlief fejn hemm raġunijiet raġonevoli biex ma jitħallewx jitilgħu, bħal raġunijiet ta' saħħa, sigurezza u sigurtá, jew dokumentazzjoni tal-ivjaġġar mhux xierqa; Titjira li għaliha jkun tressaq 'il quddiem il-ħin skedat tat-tluq bil-konsegwenza li l-passiġġier jitlef dik it-titjira għandha tiġi kkunsidrata titjira li għaliha l-passiġġier kien miċħud l-imbark.'

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni attwali ta' "il-fatt li persuna ma tħallietx titla'" teħtieġ tiġi modifikata sabiex tinkludi każijiet fejn passiġġier jitlef titjira minħabba li l-ħin tat-tluq jkun tressaq aktar 'il quddiem.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt d

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt l

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'Titjira li fiha l-ajruplan ikun telaq iżda li, għal xi raġuni, wara kellu jinżel f'ajruport li ma jkunx l-ajruport ta' destinazzjoni jew imur lura lejn l-ajruport tat-tluq, għandha titqies bħala titjira kkanċellata.'

(l) 'Titjira li fiha l-ajruplan ikun telaq iżda li wara kellu jerġa' jinżel fl-ajruport tat-tluq u fejn l-passiġġieri tal-arjuplan ikkonċernat kienu trasferiti lejn id-destinazzjoni permezz ta' titjiriet oħra, għandha titqies bħala titjira kkanċellata.'

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt m

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"ċirkostanzi straordinarji" tfisser ċirkostanzi li, minħabba s-sura jew il-bidu tagħhom, mhumiex inerenti fl-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat u mhumiex fil-kontroll proprju tiegħu. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, iċ-ċirkostanzi straordinarji għandhom jinkludu ċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Anness;

(m) “ċirkostanzi straordinarji tfisser ċirkostanzi li huma barra mill-kontroll tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat fl-eżerċizzju normali tal-attività tiegħu u barra l-obbligi imposti mir-regoli ta' sikurezza u sigurtà relevanti li għandhom jiġu osservati. Għall-fini ta dan ir-Regolament, iċ-ċirkostanzi straordinarji huma limitati għaċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Anness 1.

Ġustifikazzjoni

“Inerenti” mhuwiex terminu ċar u għandu tifsiriet differenti f’lingwi differenti. Trasportatur tal-ajru li jkun aġixxa f’konformità sħiħa mar-regoli u l-obbligi tas-sigurtà u l-manutenzjoni u għaldaqstant ikun għamel dak kollu possibbli fis-setgħa tiegħu biex jevita interruzzjoni ma għandux jiġi kkastigat mill-obbligu li jħallas kumpens. Tabilħaqq, ħlasijiet ta’ kumpens jistgħu jinċentivaw biss imġiba aħjar min-naħa tal-linji tal-ajru jekk il-kawża tkun fil-fatt fl-ambitu tal-kontroll tagħhom. L-Anness mhuwiex limitattiv u jagħti biss eżempji.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt o

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o) "titjira konnessa" tfisser titjira li, skont kuntratt wieħed ta' trasport, hija maħsuba biex tippermetti l-passiġġier jasal f'punt tat-trasferiment sabiex jaqbad titjira oħra, jew, fejn xieraq skont il-kuntest, tfisser dik it-titjira l-oħra li titlaq mill-punt tat-trasferiment.

 

(o)titjira konnessa tfisser titjira li, skont kuntratt wieħed ta trasport, jew referenza waħda għal buking, jew it-tnejn, hija maħsuba biex tippermetti l-passiġġier jasal fpunt tat-trasferiment sabiex jaqbad titjira oħra, jew fejn xieraq fil-kuntest tal-Artikolu 6a, tfisser dik it-titjira l-oħra li titlaq mill-punt tat-trasferiment.

Ġustifikazzjoni

"Riservazzjoni unika" ġiet miżjuda bħala kjarifika biex ikunu evitati l-problemi f'każijiet fejn jinxtraw biljetti separati flimkien fi tranżazzjoni unika. Iż-żieda tal-Artikolu 6a tirreferi għad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-titjiriet konnessi.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt r

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"korp tal-ġestjoni tal-ajruport" tfisser korp li, flimkien ma' attivitajiet oħra jew mingħajr, skont kif ikun il-każ, għandu bħala għan skont il-liġijiet, ir-regolamenti jew il-kuntratti nazzjonali l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-infrastrutturi tal-ajruport jew netwerk ta' ajruporti u l-koordinazzjoni u l-kontroll tal-attivitajiet tal-operaturi differenti li jinsabu fl-ajruport jew in-netwerk ta' ajruporti konċernati;

(r) "korp tal-ġestjoni tal-ajruport" tfisser korp li, flimkien ma' attivitajiet oħra jew mingħajr, skont kif ikun il-każ, għandu bħala għan skont il-liġijiet, ir-regolamenti jew il-kuntratti nazzjonali l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-infrastrutturi tal-ajruport jew netwerk ta' ajruporti u l-koordinazzjoni tal-operaturi differenti li jinsabu fl-ajruport jew in-netwerk ta' ajruporti konċernati, b'mod konformi mas-setgħat tiegħu;

Ġustifikazzjoni

Il-proposta timponi kompiti ġodda fuq il-korpi tal-ġestjoni tal-ajruporti inkluż il-kontroll tal-attivitajiet kollha tal-partijiet interessati li joperaw fl-ajruport. Dan mhuwiex prattikabbli u mhuwiex id-dmir tal-korp tal-ġestjoni tal-ajruport. Għaldaqstant din id-dispożizzjoni għandha titneħħa sabiex tiġi evitata l-konfużjoni dwar ir-rwol u r-responsabbiltà tal-korp tal-ġestjoni tal-ajruport.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt s

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(s) "prezz tal-biljett" tfisser il-prezz sħiħ imħallas għal biljett inkluż in-noll tal-ajru, u t-taxxi, l-imposti, l-imposti miżjuda u t-tariffi mħallsa għas-servizzi kollha mhux obbligatorji u obbligatorji inklużi fil-biljett;

(s) "prezz tal-biljett" tfisser il-prezz sħiħ imħallas għal biljett inkluż in-noll tal-ajru, u t-taxxi, l-imposti, l-imposti miżjuda u t-tariffi mħallsa għas-servizzi kollha mhux obbligatorji u obbligatorji inklużi fil-biljett, bħall-ispejjeż kollha, l-ispejjeż għaċ-check-in, il-provvista tal-biljetti u l-ħruġ tal-karti tal-imbark u l-ġarr tal-ammont minimu tal-bagalji, inklużi bagalja tal-idejn, bagalja checked-in u oġġetti essenzjali, kif ukoll l-ispejjeż kollha marbuta mal-pagament, pereżempju l-imposti tal-ħlas permezz ta' karta tal-kreditu; il-prezz tal-biljett ippubblikat minn qabel dejjem jirrifletti l-biljett finali li għandu jitħallas.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' ċarezza u tqabbil, għandu jiġi definit il-pakkett ta' servizzi bażiku li għandu jkun inkluż fil-prezz tal-biljett.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt t

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(t) "prezz tat-titjira" tfisser il-valur miksub bil-multiplikazzjoni tal-prezz tal-biljett skont il-proporzjon bejn id-distanza tat-titjira u d-distanza totali tal-vjaġġ(i) kopert(i) bil-biljett;

(t) "prezz tat-titjira" tfisser il-valur miksub bil-multiplikazzjoni tal-prezz tal-biljett skont il-proporzjon bejn id-distanza tat-titjira u d-distanza totali tal-vjaġġ(i) kopert(i) bil-biljett; meta l-prezz tat-titjira ma jkunx magħruf, il-valur ta' kwalunkwe rimborż għandu jkun dak tas-suppliment mħallas għall-aħjar sedil fuq it-titjira;

Ġustifikazzjoni

Il-kunċett ta' "prezz tat-titjira" hekk kif propost mill-Kummissjoni ma jiffunzjonax meta t-titjira tkun offruta bħala parti minn vjaġġ kollox kompriż peress li l-"prezz tat-titjira" ma jissemmiex fuq il-biljett. L-emenda proposta għandha l-għan li tirrimedja din is-sitwazzjoni. Il-parti addizzjonali tad-definizzjoni tiffissa l-livell ta' rimborż skont il-valur tal-aħjar sedil fuq it-titjiriet ikkonċernati. Id-definizzjoni għandha tapplika fil-kuntest ta’ rimborż parzjali wara tnaqqis fil-grad.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt w

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(w) "dewmien fuq it-tarmak" tfisser, fit-tluq, il-ħin li l-ajruplan jibqa' fuq l-art bejn il-bidu tal-imbark tal-passiġġieri u l-ħin tat-tluq tal-ajruplan jew, fil-wasla, il-ħin bejn meta l-ajruplan ikun l-art u l-bidu tal-iżbark tal-passiġġieri;

(w) "dewmien fuq it-tarmak" tfisser, fit-tluq, il-ħin li l-ajruplan jibqa' fuq l-art bejn it-tmiem tal-imbark tal-passiġġieri u l-ħin tat-tluq tal-ajruplan jew, fil-wasla, il-ħin bejn meta l-ajruplan ikun l-art u l-bidu tal-iżbark tal-passiġġieri;

Ġustifikazzjoni

Il-ħin tal-imbark bħala tali ma għandux jinkludi d-dewmien fuq it-tarmak, peress li dan jiddependi fuq id-daqs tal-ajruplan. Id-dewmien għandu jkun ikkalkolat f'termini assoluti u mhux b'rabta ma' kull ajruplan.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt ya (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fl-Artikolu 2, jiddaħħal il-punt li ġej:

 

‘(ya) “Dewmien fit-tluq” tfisser id-differenza fil-ħin bejn il-ħin tal-wasla għat-titjira indikat fuq il-biljett tal-passiġġier u l-ħin effettiv tal-wasla. Titjira li fiha l-ajruplan ikun telaq iżda li kien sussegwentement sforzat jirritorna għall-ajruport tat-tluq u li telaq mill-ġdid aktar tard hija kkunsidrata suġġetta għal dewmien fil-wasla. Bl-istess mod, titjira li fiha l-ajruplan jiġi devjat iżda li fl-aħħarnett l-ajruplan jasal fid-destinazzjoni finali tiegħu jew ajruport fil-viċinat tad-destinazzjoni finali hija kkunsidrata suġġetta għal dewmien fil-wasla.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt yb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fl-Artikolu 2, jiddaħħal il-punt li ġej:

 

‘(yb) “riprogrammar” tfisser offerta alternattiva ta’ trasport, mingħajr suppliment fil-prezz, li tippermetti lil passiġġier jilħaq id-destinazzjoni finali tiegħu;

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ikollhom ibbukkjar ikkonfermat fuq it-titjira kkonċernata u, minbarra fil-każ tal-kanċellazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 u fil-każ ta' bidla fl-iskeda msemmija fl-Artikolu 6, jippreżentaw ruħhom għall-imbark,

(a) ikollhom ibbukkjar ikkonfermat fuq it-titjira kkonċernata u, minbarra fil-każ tal-kanċellazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 u fil-każ ta' bidla fl-iskeda msemmija fl-Artikolu 6 jew fil-każ ta' titjira konnessa msemmija fl-Artikolu 6a, jippreżentaw ruħhom għall-imbark,

Ġustifikazzjoni

L-emenda timmodifika t-test bi qbil mal-Artikolu 6a l-ġdid dwar "titjira konnessa mitlufa".

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 3 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

2(aa) Fil-paragrafu 3, jiżdied il-punt li ġej:

3. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-passiġġieri li jivvjaġġaw mingħajr ħlas jew bi prezz imnaqqas li mhux qiegħed għad-dispożizzjoni direttament jew indirettment għall-pubbliku. Madankollu, huma għandhom japplikaw għall-passiġġieri li jkollhom biljetti maħruġin minn trasportatur tal-ajru jew minn operator turistiku fil-kuntest ta’ programm ta’ min itir ta’ spiss jew ta’ programm kummerċjali ieħor.

'3. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-passiġġieri li jivvjaġġaw mingħajr ħlas jew bi prezz imnaqqas li mhux disponibbli direttament jew indirettament għall-pubbliku, inklużi t-tfal ta' taħt is-sentejn li għalihom ma ġiex ibbukjat sit separat. Madankollu, għandu japplika għall-passiġġieri li għandhom biljetti maħruġin minn trasportatur tal-ajru jew minn operator turistiku fil-kuntest ta’ programm ta’ min itir ta’ spiss jew ta’ programm kummerċjali ieħor.

Din l-emenda hija intiża sabiex temenda dispożizzjoni fl-att fis-seħħ - Artikolu 3(3) - li ma kienx hemm riferiment għaliha fil-proposta tal-Kummissjoni

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 3 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 8(6), dan ir-Regolament għandu japplika biss għal passiġġieri ttrasportati b'ajruplani bil-ġwienaħ fissi bil-magni. Madankollu, fejn parti mill-vjaġġ titwettaq, skont kuntratt ta' trasport, minn tip ieħor ta' trasport jew bil-ħelikopter, dan ir-Regolament għandu japplika għall-vjaġġ kollu u l-parti tal-vjaġġ imwettqa minn tip ieħor ta' trasport għandha titqies bħala titjira konnessa għall-fini ta' dan ir-Regolament.'

4. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 8(6), dan ir-Regolament għandu japplika biss għal passiġġieri ttrasportati b'ajruplani bil-ġwienaħ fissi bil-magni. Madankollu, fejn parti mill-vjaġġ titwettaq, skont kuntratt uniku ta' trasport u abbażi ta' riservazzjoni unika, minn tip ieħor ta' trasport jew bil-ħelikopter, l-Artikolu 6a għandu japplika għall-vjaġġ kollu bil-kundizzjoni li dak it-tip ieħor ta' trasport kien indikat fil-kuntratt tal-vjaġġ; It-trasportatur tal-ajru huwa responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-vjaġġ kollu.'

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 –punt c

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 3 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

‘6. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal passiġġieri trasportati skont kuntratti ta' vjaġġ b'kollox inkluż iżda ma għandux jaffettwa d-drittijiet tal-passiġġieri skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE. Il-passiġġier għandu jkun intitolat li jippreżenta pretensjonijiet skont dan ir-Regolament u skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE, iżda ma jistax fir-rigward tal-istess fatti jiġma' d-drittijiet miż-żewġ atti legali jekk id-drittijiet jissalvagwardjaw l-istess interess jew għandhom l-istess għan. Dan ir-Regolament ma għandux japplika fil-każijiet fejn ġita b'kollox inkluż tiġi kkanċellata jew ittardjata għal raġunijiet li mhumiex kanċellazzjoni jew ittardjar tat-titjira.'

‘6. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal passiġġieri tal-ajru trasportati skont kuntratti ta' vjaġġ b'kollox inkluż iżda ma għandux jaffettwa d-drittijiet tal-passiġġieri skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE. Il-passiġġier għandu jkun intitolat li jippreżenta pretensjonijiet skont dan ir-Regolament lit-trasportatur tal-ajru u skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE lill-organizzatur, iżda ma jistax fir-rigward tal-istess fatti jiġma' d-drittijiet miż-żewġ atti legali jekk id-drittijiet jissalvagwardjaw l-istess interess jew għandhom l-istess għan. Dan ir-Regolament ma għandux japplika fil-każijiet fejn ġita b'kollox inkluż tiġi kkanċellata jew ittardjata għal raġunijiet li mhumiex kanċellazzjoni jew ittardjar tat-titjira.'

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ġiet introdotta għall-finijiet ta' kjarifika. Ir-Regolament 261/2004 u d-Direttiva 90/314/KEE dwar l-ivvjaġġar kollox kompriż huma żewġ atti legali distinti. Għandu jiġi ċċarat li l-passiġġieri ma jistgħux jakkumulaw drittijiet taħt iż-żewġ atti legali.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt -a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a) L-Artikolu 4(1) jinbidel b’dan li ġej:

1. Meta trasportatur tal-ajru li jopera jistenna b’mod raġonevoli li ma jħallix passiġġieri jitilgħu fuq titjira, għandu l-ewwel jagħmel sejħa għal voluntiera biex iħallu r-reżervazzjonijiet tagħhom bi skambju għal vantaġġi taħt kondizzjonijiet li għandhom jinftehmu bejn il-passiġġier inkwistjoni u l-trasportatur tal-ajru li jopera. Voluntiera għandhom jiġu mogħtija għajnuna skont l-Artikolu 8, din l-assistenza hi addizzjonali għall-vantaġġi msemmijin f'dan il-paragrafu".

1. Meta trasportatur tal-ajru li jopera jistenna b’mod raġonevoli li ma jħallix passiġġieri jitilgħu fuq titjira, għandu l-ewwel jagħmel sejħa għal voluntiera biex jirrinunzjaw għar-reżervazzjonijiet tagħhom bi skambju ta' benefiċċji taħt kondizzjonijiet li għandhom jinftehmu bejn il-passiġġier inkwistjoni u l-trasportatur tal-ajru li jopera. Voluntiera għandhom jiġu mgħarrfa dwar id-drittijiet tagħhom skont l-Artikolu 14(2) u jingħataw għajnuna skont l-Artikolu 8 u meta l-ħin tat-tluq miftiehem ikun tal-inqas sagħtejn wara l-ħin tat-tluq inizjali, it-trasportatur li jopera għandu joffri lill-passiġġieri indukrar skont l-Artikolu 9, u tali l-assistenza u l-indukrar huma addizzjonali għall-benefiċċji msemmijin fdan il-paragrafu.”

Ġustifikazzjoni

Biex il-voluntiera jiġu ggarantiti l-istess livell ta’ informazzjoni u indukrar pprovduti lill-passiġġieri l-oħra kollha sabiex qabel ma jaċċettaw kwalunkwe offerta mit-trasportatur tal-ajru li jopera, id-deċiżjonijiet tagħhom jittieħdu abbażi ta’ sett sħiħ ta’ informazzjoni.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

imħassar

‘3. Jekk l-imbark jiġi miċħud lill-passiġġieri kontra r-rieda tagħhom, it-trasportatur tal-ajru li qed jopera għandu jikkkumpensahom immedjatament skont l-Artikolu 7 u jagħtihom assistenza skont l-Artikolu 8. Meta l-passiġġier jagħżel ir-riprogrammar tar-rotta mal-ewwel opportunità skont l-Artikolu 8(1)(b) u meta l-ħin tat-tluq ikun tal-inqas sagħtejn wara l-ħin tat-tluq inizjali, it-trasportatur tal-ajru li qed jopera għandu jassisti lill-passiġġier skont l-Artikolu 9.'

 

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament fis-seħħ jipprevedi l-applikazzjoni tal-Artikolu 9 mingħajr dewmien. Dan għandu jibqa' l-każ. Il-passiġġiera li jinċaħdu l-imbark għal raġunijiet li għalihom huma mhumiex responsabbli ma għandhomx ikollhom jistenġdid sagħtejn qabel ma jiġu provduti b'xorb u ikel kif meħtieġ mill-Artikolu 9(1)(a) matul il-perjodu ta' qabel l-imbark.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

‘4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-biljetti ta' ritorn fejn il-passiġġier jiġi miċħud l-imbark fil-vjaġġ ta' ritorn minħabba li ma jkunx ħa l-vjaġġ tal-bidu jew ma jkunx ħallas imposta addizzjonali għal dan l-iskop.

‘4. Passiġġieri ma għandhomx ma jitħallewx jitilgħu għall-vjaġġ ta' ritorn, inkluż vjaġġ li jikkonsisti f'titjiriet multipli, minħabba li ma jkunx ħa l-vjaġġ tal-bidu ta' biljett ta' ritorn jew ma jkunx ħallas imposta addizzjonali għal dan l-iskop. Jekk l-passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu kontra r-rieda tagħhom minħabba tali raġunijiet, il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw. Barra minn dan, it-trasportatur tal-ajru li jopera għandu jikkumpensa minnufih lill-passiġġieri kkonċernati bi qbil mal-Artikolu 7 u għandu jassistihom bi qbil mal-Artikoli 8 u 9.

 

L-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika meta l-biljett jinkludi kupuni ta' titjiriet multipli u l-passiġġieri ma jitħallewx jitilqgħu minħabba li t-trasport għal kull vjaġġ ma jintużax fit-titjiriet individwali kollha jew ma jintużax fis-sekwenza miftiehma kif indikat fil-biljett.

Ġustifikazzjoni

Il-prassi adottata mill-linji tal-ajru tmur kontra l-interessi tal-konsumaturi u fil-futur għandha tiġi projbita permezz ta' bażi guridika ċara. Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 9, qed isir riferiment għall-emenda preċedenti.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta l-passiġġier, jew intermedjarju li jaġixxi f'isem il-passiġġier, jirrapporta żball ortografiku fl-isem ta' passiġġier wieħed jew iżjed minn wieħed inklużi fl-istess kuntratt ta' trasport li jista' jwassal għal ċaħda tal-imbark, it-trasportatur tal-ajru għandu jikkorreġi dan tal-anqas sa 48 siegħa qabel it-tluq mingħajr ebda imposta għall-passiġġier jew l-intermedjarju, minbarra fejn ma jistax jagħmel dan minħabba l-liġi nazzjonali jew internazzjonali.'

5. Meta l-passiġġier, jew intermedjarju li jaġixxi f'isem il-passiġġier, jirrapporta żbalji ortografiċi fl-isem ta' passiġġier wieħed jew iżjed minn wieħed inklużi fl-istess kuntratt ta' trasport li jista' jwassal għal fatt li persuna ma tiħalliex titla', it-trasportatur tal-ajru għandu jikkorreġi dawn l-iżbalji tal-anqas sa 48 siegħa qabel it-tluq mingħajr ebda imposta addizzjonali għall-passiġġier jew l-intermedjarju, ħlief meta ma jistax jagħmel dan minħabba l-liġi nazzjonali jew internazzjonali.'

Ġustifikazzjoni

Minħabba li l-iżbalji jista’ jkollhom numru ta’ kawżi, l-emenda se tassigura li aktar minn żball wieħed ta’ ortografija jista’ jiġi korrett.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) Il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

 

‘5a. Il-paragrafi 1, 2 u 4 għandhom japplikaw ukoll meta l-passiġġier jitlef it-titjira għaliex:

 

(a) it-titjira telqet qabel il-ħin tat-tluq skedat u l-passiġġier ikun wasal fil-ħin fl-ajruport bi qbil mal-Artikolu 3(2); or

 

(b) il-ħin tat-tluq skedat tat-titjira jkun tressaq ’l quddiem u l-passiġġier ma jkunx ġie mgħrraf b’dan tal-inqas 24 siegħa minn qabel; l-oneru li jkun ippruvat li l-passiġġier kien informat fi żmien xieraq dwar il-bidla fil-ħin tat-tluq skedat għandha tibqa' f'idejn it-trasportatur tal-ajru li jopera.'

 

B'żieda ma' dan, it-trasportatur tal-ajru li jopera għandu jikkumpensa minnufih lill-passiġġieri kkonċernati bi qbil mal-Artikolu 7 u għandu jassistihom bi qbil mal-Artikoli 8 u 9.

Ġustifikazzjoni

L-emenda 35 riveduta hija konformi mal-pożizzjoni tar-rapporteur għal dak li jikkonċerna d-drittijiet tal-passiġġieri f'każ fejn ma jitħallewx jitilgħu u b'mod partikolari l-emenda 1 għall-Premessa 5, l-emenda 11 għall-Premessa 12 u l-emenda 32 għall-Artikolu 4(3) u l-emenda 33 għall-Artikolu 4(4). Fl-emenda 35, il-paragrafu 3 għandu għalhekk jitħassar u kkompletat b'riferiment għall-Artikolu 7,8 u 9, kif stipulat fl-Artikolu 4(4).

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej:

 

Biljetti b’diversi kupuni

 

1. Meta biljett b’diversi kupuni jippermetti użu suċċessiv ta’ titjiriet, it-trasportatur tal-ajru jew il-bejjiegħ tal-biljetti skont ir-Regolament KE 2111/2005, għandu jiżgura li l-passiġġier jaf sew il-kundizzjonijiet speċifiċi marbuta mal-offerta tariffarja, u għandu jistieden lill-passiġġier jikkuntattja lit-trasportatur, billi juża d-dettalji ta' kuntatt provduti f’każ li ma jkunx jista’ jieħu xi waħda mit-titjiriet.

 

2. Meta passiġġier ma jkunx ħa t-titjira jew il-vjaġġ tal-bidu tiegħu jew it-titjira “feeder” tiegħu, it-trasportatur ma għandux jikkanċella l-buking tat-titjira jew il-vjaġġ ta’ ritorn jew it-titjira sussegwenti.

 

3. F’każli l-passiġġier ikun ikkuntattja lit-trasportatur qabel it-titjira jew il-vjaġġ ta’ ritorn jew it-titjira sussegwenti, hu jista’ jieħu din it-titjira mingħajr imposti addizzjonali.

 

4. Fil-każijiet minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 3, u jekk it-trasportatur jista’ jipprova li d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ġew sodisfatti, it-trasportatur jista’ jimponi suppliment tariffarju ta' mhux aktar mid-differenza bejn il-prezz imħallas għat-titjira kif speċifikat fil-biljett u l-prezz tat-titjira waħedha fid-data ta' meta sar il-buking.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

‘(a) it-trasportatur operattiv tal-ajru joffrilhom l-għażla bejn rimborż, kontinwazzjoni tal-vjaġġ tagħhom permezz ta' riprogrammar tar-rotta jew vjaġġ f'data aktar tard, skont l-Artikolu 8; u

‘(a) it-trasportatur tal-ajru li jopera joffrilhom l-għażla bejn rimborż, kontinwazzjoni tal-vjaġġ tagħhom permezz ta' riprogrammar tar-rotta jew vjaġġ aktar tard fl-istess jum jew f'data aktar tard, skont l-Artikolu 8; u

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa) Il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

2. Meta l-passiġġieri jiġu infurmati bil-kanċellazzjoni, għandhom jingħataw spjegazzjoni dwar it-trasport alternattiv possibbli.

2. Meta l-passiġġieri jiġu infurmati bil-kanċellazzjoni tat-titjira, huma għandhom jiġu informati bis-sħiħ mit-trasportatur tal-ajru li jopera jew l-organizzatur dwar id-drittijiet tagħhom bi qbil mal-Artikolu 5(1) u dwar il-possibilità ta' mezzi alternattivi ta' trasport .'

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li ssaħħaħ id-dritt għal informazzjoni tal-passiġġieri f'każ ta' kanċellazzjoni.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7 jekk jista' juri li l-kanċellazzjoni hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli. Ċirkostanzi straordinarji bħal dawn jistgħu jiġu invokati biss safejn jaffettwaw it-titjira kkonċernata jew it-titjira preċedenti operata mill-istess ajruplan.

3. Trasportatur tal-ajru li jopera ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7 jekk jista' juri li l-kanċellazzjoni hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji Ċirkostanzi straordinarji bħal dawn jistgħu jiġu invokati biss sa fejn jaffettwaw it-titjira kkonċernata jew it-titjira li tippreċediha operata mill-istess ajruplan. Fejn ma tiġix provduta prova tal-eżistenza taċ-ċirkostanzi straordinarji mit-trasportatur tal-ajru f'forma bil-miktub, il-kumpens imsemmi fl-Artikolu 7 għandu jitħallas mit-trasportatur tal-ajru.

 

L-ewwel subparagrafu ma jeżonerax lit-trasportaturi tal-ajru mill-obbligu li jagħtu assistenza lill-passiġġieri previst fl-Artikolu 5(1b) ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 –punt c

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

‘5. Fl-ajruporti li t-traffiku annwali tagħhom ma kienx inqas minn tliet miljun passiġġier għal tal-inqas tliet snin konsekuttivi, il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jiżgura li l-operazzjonijiet tal-ajruport u tal-utenti tal-ajruport, b'mod partikolari tat-trasportaturi tal-ajru u l-fornituri tas-servizzi ta' groundhandling, ikunu koordinati bi pjan ta' kontinġenza xieraq minħabba sitwazzjonijiet ta' kanċellazzjonijiet multippli u/jew dewmien tat-titjiriet li jwasslu biex numru konsiderevoli ta' passiġġieri jeħlu fl-ajruport, inkluż fil-każijiet ta' insolvenza jew revoka tal-liċenzja operattiva tat-trasportatur tal-ajru. Il-pjan ta' kontinġenza għandu jitwaqqaf biex jiżgura li lill-passiġġieri jingħatawlhom l-informazzjoni u l-assistenza xierqa. Il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jikkomunika l-pjan ta' kontinġenza u kull emenda fih lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar maħtur skont l-Artikolu 16. Fl-ajruporti 'l isfel mil-livell limitu msemmi hawn fuq, il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex jikkoordina l-utenti tal-ajruport u biex jgħin u jinforma lil passiġġieri li baqgħu l-art f'dawn is-sitwazzjonijiet.

‘5. Fid-dawl ta' sitwazzjonijiet possibbli ta' kanċellazzjonijiet multipli u/jew dewmien tat-titjiriet li jwasslu biex numru konsiderevoli ta' passiġġieri jeħlu fl-ajruport, inkluż fil-każijiet ta' insolvenza ta' linja tal-ajru jew revoka tal-liċenzji operattivi, il-korpi tal-ġestjoni tal-ajruport għandhom jiżguraw koordinazzjoni adegwata tal-utenti tal-ajruport permezz ta' pjan ta' kontinġenza xieraq, fl-ajruporti tal-Unjoni li t-traffiku annwali tagħhom ma kienx anqas minn miljun u nofs passiġġier għal tal-anqas tliet snin konseguttivi.

 

Il-pjan ta' kontinġenza għandu jiġi stabbilit mill-korp ta' ġestjoni tal-ajruport b'kooperazzjoni mal-utenti tal-ajruport, b'mod partikolari t-trasportaturi tal-ajru, il-fornituri ta' servizzi ta' groundhandling, il-fornituri ta' servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru, il-punti kummerċjali tal-ajruport u l-fornituri ta’ assistenza speċjali għall-passiġġieri b’diżabbiltà jew passiġġieri b’mobbiltà mnaqqsa u bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet nazzjonali, reġjonali jew lokali relevanti, fejn xieraq.

 

Il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jikkomunika l-pjan ta' kontinġenza u kull emenda fih lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar maħtur skont l-Artikolu 16. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu kemm il-kapaċità kif ukoll ir-riżorsi sabiex jaġixxi b'mod effikaċi fir-rigward tal-pjanijiet ta' kontinġenza u jaddatthom, jekk meħtieġ.

 

Fl-ajruporti 'l isfel mil-livell limitu msemmi hawn fuq, il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex jikkoordina l-utenti tal-ajruport u biex jgħin u jinforma lil passiġġieri li baqgħu l-art f'dawn is-sitwazzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Fl-interess tal-passiġġieri, il-livell limitu ta' 3 miljun passiġġier fis-sena hu kkunsidrat għoli wisq u għandu jitnaqqas għal 1.5 miljun. Għall-ħolqien ta' pjanijiet ta' kontinġenza, il-parteċipazzjoni tal-utenti tal-ajruporti kollha u tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali għandha tkun iddikjarata biċ-ċar. L-għan ewlieni li jrid jintlaħaq bil-ħolqien ta' pjanijiet ta' kontinġenza huwa li jkun żgurat il-koordinament mill-partijiet kollha kkonċernati.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 – punt ca (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) Għandu jiżdied il-paragrafu 5a li ġej:

 

‘5a. Filwaqt li trasportaturi tal-ajru ma jistgħux jnaqqsu l-obbligi tagħhom kif definiti f'dan ir-Regolament, għandu jinħoloq il-pjan ta' kontinġenza stipulat fil-paragrafu 5 sabiex jiddefinixxi l-azzjoni koordinata fejn din tkun meħtieġa sabiex ikun żgurat l-forniment ta' informazzjoni u assistenza adegwati lill-passiġġieri li jibqgħu l-art u b'mod partikolari lill-persuni b'diżabilità u lill-persuni b'mobilità mnaqqsa, l-iktar fir-rigward ta':

 

– il-forniment ta' informazzjoni lill-passiġġieri li jibqgħu l-art jew li sejrin lejn l-ajruport biex jibdew il-vjaġġ tagħhom;

 

– il-forniment ta' akkomodazzjoni fuq il-post meta numru kbir ta' passiġġieri li jibqgħu l-art jaqbeż id-disponibilità ta' akkomodazzjoni fil-lukandi;

 

– il-forniment ta' informazzjoni u assistenza lill-passiġġieri affettwati mil-limitazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9(4) u (5);

 

– ir-riprogrammar tar-rotta ta' passiġġieri li jibqgħu l-art permezz ta' trasportaturi u tipi ta' trasport alternattivi, bi prezz baxx jew mingħajr ħlas għall-passiġġieri, f'każ li t-trasportatur li jopera ikun temm l-operat tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha rabta mill-qrib mal-emenda preċedenti għall-Artikolu 5(5). Għandha l-għan li tindika b'mod aktar iddettaljat dak li effettivament għandhom jinkludu l-pjanijiet ta' kontinġenza fir-rigward tal-informazzjoni u tal-assistenza. Il-bżonnijiet ta' persuni b'diżabilità u persuni b'mobilità mnaqqsa jeħtieġu attenzjoni partikolari.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt c b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 5 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) Il-paragrafu 5b li ġej huwa miżjud:

 

"5b. It-trasportaturi bl-ajru għandhom jiżviluppaw u jdaħħlu fis-seħħ proċeduri dettaljati li jippermettulhom jikkonformaw b'mod effikaċi u konsistenti ma' dan ir-Regolament, speċjalment f’każijiet ta’ dewmien, kanċellazzjonijiet, il-fatt li persuna ma tittħallhiex titla', interuzzjonijiet kbar u falliment. Dawk il-proċeduri għandhom jindikaw biċ-ċar il-persuna ta’ kuntatt tal-linja tal-ajru f’kull ajruport li hija responsabbli għall-provvediment ta' informazzjoni affidabbli dwar il-kura, l-assistenza, ir-riprogrammar tar-rotot jew ir-rimborż u biex tieħu l-miżuri meħtieġa minnufih. It-trasportatur tal-ajru għandu jiddefinixxi l-proċessi u l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dawk is-servizzi b’tali mod li dan ir-rappreżentant ikun jista’ jissodisfa dan l-obbligu mingħajr dewmien. It-trasportatur tal-ajru għandu jikkomunika dawn il-proċeduri u kwalunkwe tibdil fihom lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar maħtur skont l-Artikolu 16.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tissostitwixxi l-emenda 41 tar-rapporteur.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt cc (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 - paragrafu 5c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc) Il-paragrafu 5c li ġej huwa miżjud:

 

"5c. Il-kanċellazzjoni ta’ titjira minħabba insolvenza, falliment, sospensjoni jew waqfien tal-attivitajiet ta’ trasportatur tal-ajru, tagħti lill-passiġġieri li baqgħu l-art id-dritt għar-rimborż, it-titjira għar-ritorn lejn il-punt ta' tluq jew r-riprogrammar tar-rotta, u d-dritt għall-indukrar, kif inhu previst fl-Artikoli 8 u 9 ta’ dan ir-Regolament. Bl-istess mod, il-passiġġieri tal-ajru li għadhom ma bdewx il-vjaġġ tagħhom għandu jkollhom d-dritt għar-rimborż. It-trasportaturi tal-ajru għandhom jipprovaw li huma ħadu l-miżuri meħtieġa, pereżempju s-sottoskrizzjoni għal assigurazzjoni jew it-twaqqif ta’ fondi ta’ garanzija, sabiex jipprovdu gaħll-indukrar, ir-rimborż jew ir-riprogrammar tar-rotta tal-passiġġieri li baqgħu l-art. Dawn id-drittijiet għandhom japplikaw għall-passiġġieri kkonċernati kollha, irrespettivament mill-post ta’ residenza tagħhom, il-post tat-tluq jew il-post fejn inbiegħ il-biljett.

Ġustifikazzjoni

Il-falliment, l-insolvenza jew is-sospensjoni jew waqfien tal-attivitajiet ta’ trasportatur tal-ajru jistgħu jwasslu għal ksur tad-drittijiet tal-passiġġieri: kanċellazzjoni tat-titjira u riprogrammar tar-rotta mħallsa mill-passiġġier. Il-protezzjoni tal-passiġġier minn dawn il-każijiet għalhekk għandha tkun ir-responsabbiltà tal-linji tal-ajru. Din mhijiex xi ħaġa li l-passiġġieri jkollhom jagħżlu u jħallsu għaliha huma stess.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 1 – kliem introduttorju

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta trasportatur operattiv tal-ajru jassumi raġonevolment li titjira se tiddewwem, jew trasportatur operattiv tal-ajru jipposponi l-ħin tat-tluq skedat, lil hinn mill-ħin tat-tluq oriġinarjament skedat għaliha, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu joffri għall-passiġġieri:

1. Meta trasportatur tal-ajru li jopera jassumi raġonevolment li titjira se tiddewwem, jew trasportatur tal-ajru li jopera jipposponi l-ħin tat-tluq skedat, lil hinn mill-ħin tat-tluq oriġinarjament skedat għaliha, it-trasportatur li jopera tal-ajru għandu joffri għall-passiġġieri:

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiċċara l-punt li d-dispożizzjonijiet taħt dan l-Artikolu jibqgħu fl-ambitu tas-settur tal-avjazzjoni.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) meta d-dewmien ikun ta' mill-inqas ħames sigħat u jinkludi lejl wieħed jew iżjed minn wieħed, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(c); u

(ii) meta d-dewmien ikun ta' mill-inqas tliet sigħat u jinkludi sigħat tul il-lejl, l-assistenza speċifikata fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9(1); u

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda qed issir bi qbil mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Kawżi Konġunti C-402/07 u C-432/07, Sturgeon vs Condor u Böck et Lepuschitz vs Air France) li tagħti lill-passiġġieri li jesperjenzaw dewmien twil ta’ aktar minn 3 sigħat l-istess drittijiet bħall-passiġġieri li t-titjiriet tagħhom kienu ikkanċellati. Il-punt ta’ attivazzjoni ta’ 5 sigħat għaldaqstant qed ikun mibdul b’punt ta’ attivazzjoni ta’ 3 sigħat.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt iii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) meta d-dewmien ikun ta' mill-inqas ħames sigħat, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 8(1)(a).

(iii) meta d-dewmien ikun ta mill-inqas tliet sigħat, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 8(1).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda qed issir bi qbil mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Kawżi Konġunti C-402/07 u C-432/07, Sturgeon vs Condor u Böck et Lepuschitz vs Air France) li tagħti lill-passiġġieri li jesperjenzaw dewmien twil ta’ aktar minn 3 sigħat l-istess drittijiet bħall-passiġġieri li t-titjiriet tagħhom kienu ikkanċellati. Il-punt ta’ attivazzjoni ta’ 5 sigħat għaldaqstant qed ikun mibdul b’punt ta’ attivazzjoni ta’ 3 sigħat. Ara ukoll l-emenda dwar l-Artikolu 6(1), punt (ii).

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

‘1a. Meta it-trasportatur tal-ajru li jopera jressaq 'il quddiem il-ħin tat-tluq b’aktar minn tliet sigħat, hu għandu joffri lill-passiġġieri r-rimborż speċifikat fil-punt (a) tal-Artikolu 8(1) jew ir-riprogrammar speċifikat fil-punt (b) tal-Artikolu 8(1). Il-passiġġier jista' jorganizza r-riprogrammar tiegħu u jitlob rimborż tal-ispejjeż korrispondenti jekk it-trasportatur tal-ajru li jopera jonqos milli jipprovdi għażla ta’ riprogrammar skont il-punt (b) tal-Artikolu 8(1).

Ġustifikazzjoni

Fejn skeda riveduta tinvolvi dewmien wisq twil, il-passiġġieri għandhom jiġu offerti l-possibbiltà li jsaqsu għal rimoborż jew riprogrammar. B'żieda ma' dan, bi qbil mad-dispożizzjoni l-ġdida tal-Artikolu 8(6a), il-passiġġieri għandhom ikunu offruti l-possibilità li jorganizzaw huma stess ir-riprogrammar u wara jitolbu r-rimborż tal-ispejjeż korrispondenti jekk it-trasportatur tal-ajru li jopera jonqos milli joffri l-għażla ta’ riprogrammar.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ħames sigħat jew iżjed wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi kollha fi ħdan il-Komunità u għal vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta' 3 500 km jew inqas;

(a) tliet sigħat jew iżjed wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi kollha ta’ 2 500 km jew inqas;

(b) disa' sigħat jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi bejn 3 500 u 6 000 km;

(b) ħames sigħat jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi intra-Komunitarji ta’ aktar minn 2500 km jew għal vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi bejn 2500 u 6000 km;

(c) tnax-il siegħa jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta' 6 000 km jew iktar.

(c) seba' sigħat jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta iktar minn 6000 km.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7, jekk jista' juri li d-dewmien jew il-bidla fl-iskeda huma kkawżati minn ċirkostanzi straordinarji u li d-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħux jiġu evitati anki li kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli. Ċirkostanzi straordinarji bħal dawn jistgħu jiġu invokati biss safejn jaffettwaw it-titjira kkonċernata jew it-titjira preċedenti operata mill-istess ajruplan.

4. Trasportatur tal-ajru li jopera ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7 jekk jista' juri li d-dewmien huwa kkawżat minn ċirkostanzi straordinarji

 

Ċirkostanzi straordinarji bħal dawn jistgħu jiġu invokati biss sa fejn jaffettwaw it-titjira kkonċernata jew it-titjira li tippreċediha operata mill-istess ajruplan. Fejn ma tiġix provduta prova tal-eżistenza taċ-ċirkostanzi straordinarji mit-trasportatur tal-ajru f'forma bil-miktub, il-kumpens imsemmi fl-Artikolu 7 għandu jitħallas mit-trasportatur tal-ajru. Ta' hawn fuq ma jeżonerax lit-trasportaturi tal-ajru mill-obbligu li jagħtu assistenza lill-passiġġieri previst fl-Artikolu 5(1b).

Ġustifikazzjoni

L-emenda tissostitwixxi l-emenda 50 tar-rapporteur.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Soġġett għar-restrizzjonjiet tas-sigurtà, fejn dewmien fuq it-tarmak jaqbeż is-siegħa, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu jipprovdi aċċess mingħajr ħlas għall-faċilitajiet tal-kamra tal-banju u l-ilma tax-xorb, għandu jiżgura tisħin jew tkessiħ xieraq tal-kabina tal-passiġġieri, u għandu jiżgura li jkun hemm disponibbli l-attenzjoni medika xierqa jekk meħtieġa. Meta d-dewmien fuq it-tarmak jilħaq massimu ta' ħames sigħat, l-ajruplan għandu jirritorna għall-bieb tat-tluq jew punt ta' żbark ieħor xieraq fejn il-passiġġieri jitħallew jinżlu u jibbenefikaw mill-istess assistenza speċifikata fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet relatati mas-sigurtà jew mas-sikurezza għalfejn l-ajruplan ma jistax jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu fuq it-tarmak.'

5. Soġġett għar-restrizzjonjiet tas-sigurtà, fejn dewmien fuq it-tarmak jaqbeż is-siegħa, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu jipprovdi aċċess mingħajr ħlas għall-faċilitajiet tal-kamra tal-banju u l-ilma tax-xorb, għandu jiżgura tisħin jew tkessiħ xieraq tal-kabina tal-passiġġieri, u għandu jiżgura li jkun hemm disponibbli l-attenzjoni medika xierqa jekk meħtieġa. Meta d-dewmien fuq it-tarmak jilħaq massimu ta’ sagħtejn, l-ajruplan għandu jirritorna għall-bieb tat-tluq jew punt ta żbark ieħor xieraq fejn il-passiġġieri jitħallew jinżlu, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet relatati mas-sikurezza jew mas-sigurtà għalfejn l-ajruplan ma jistax jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu fuq it-tarmak.’ Wara dewmien totali ta’ iżjed minn tliet sigħat mill-ħin tat-tluq tal-bidu, il-passiġġieri għandhom jibbenefikaw mill-istess assistenza speċifikata fil-paragrafu 1, inkluża l-possibbiltà ta’ rimborż, titjira tar-ritorn u r-riprogrammar tar-rotta, kif speċifikat fl-Artikolu 8(1) u għandhom jiġu mgħarrfa f'dan is-sens.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tissostitwixxi l-emenda 51 tar-rapporteur b'riferiment addizzjonali għad-dritt għal rimborż jew titjira ta’ ritorn jew riprogrammar tar-rotta.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6a – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta' dewmien jew bidla fl-iskeda ta' titjira preċedenti, it-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel it-titjira konnessa suċċessiva għandu joffri lill-passiġġier:

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa li għaliha kellu reżervazzjoni, anki meta kien bbukjat fuq titjira alternattiva f'każ ta' riprogrammar, bħala riżultat ta' dewmien jew bidla fl-iskeda ta' titjira preċedenti, it-trasportatur tal-ajru tal-Unjoni li jkun qed jopera dik it-titjira ta' qabel li hija responsabbli għal dak id-dewmien jew dik il-bidla fl-iskeda għandu joffri lill-passiġġier:

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6a – paragrafu 1 – punt iii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) meta l-ħin tat-tluq skedat tat-titjira alternattiva jew tat-trasport l-ieħor offrut skont l-Artikolu 8 huwa mill-inqas 5 sigħat wara l-ħin tat-tluq skedat tat-titjira mitlufa u d-dewmien jinkludi lejl wieħed jew iżjed minn wieħed, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(c).

(iii) meta l-ħin tat-tluq skedat tat-titjira alternattiva jew tat-trasport l-ieħor offrut skont l-Artikolu 8 huwa mill-inqas 3 sigħat wara l-ħin tat-tluq skedat tat-titjira mitlufa u d-dewmien jinkludi sigħat matul il-lejl, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(c).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi konformi mal-emendi preċedenti rigward il-punti ta’ attivazzjoni fl-Artikolu 6. B'żieda ma' dan hemm bżonn ta’ kjarifika peress illi t-test attwali jista’ jiġi miżinterpretat, fis-sens li l-akkomodazzjoni tingħata biss f’każ biss li l-lejl kollu jkun inkluż fid-dewmien.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta' dewmien tat-titjira konnessa preċedenti, il-passiġġier għandu jkollu d-dritt għal kumpens mit-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel din it-titjira preċedenti skont l-Artikolu 6(2). Għal dawn il-fini, id-dewmien għandu jkun ikkalkulat b'referenza għall-ħin tal-wasla skedat fid-destinazzjoni finali.

2. Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta' tibdil fl-iskeda jew ta’ dewmien tat-titjira konnessa preċedenti ta’ 90 minuta jew aktar ikkalkolati b'riferiment għall-ħin tat-tluq fil-punt ta' trasferiment, il-passiġġier għandu jkollu d-dritt għal kumpens mit-trasportatur tal-ajru tal-Unjoni li jkun qed jopera din it-titjira preċedenti skont l-Artikolu 6(2). Għal dawn il-fini, id-dewmien globali għandu jkun ikkalkulat b'referenza għall-ħin tal-wasla skedat fid-destinazzjoni finali.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tissostitwixxi l-emenda 54 tar-rapporteur. It-test jispeċifika li 90 minuta ta’ dewmien jiġu kkalkolati b’riferiment għall-ħin tal-wasla tal-ajruplan.

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-paragrafi 1 u 2 japplikaw ukoll għal trasportaturi tal-ajru ta' pajjiżi terzi li jkunu qed jagħmlu titjira konnessa minn jew lejn ajruport tal-UE.'

4. Il-paragrafi 1 u 2 japplikaw ukoll għal trasportaturi tal-ajru ta' pajjiżi terzi li jkunu qed joperaw titjira konnessa minn ajruport fi ħdan l-Unjoni għal ajruport ieħor fi ħdan l-Unjoni jew minn ajruport fi ħdan l-Unjoni għal ajruport ‘il barra mill-Unjoni.’

Ġustifikazzjoni

Il-modifika hi meħtieġa biex tkun żgurata l-konsistenza mal-Artikolu 3(1) dwar l-ambitu tar-Regolament u biex jiġu evitati l-problemi extraterritorjali fir-rigward ta’ trasportaturi mit-trasportaturi minn pajjiż terz.

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(a) Il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

1. Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, il-passiġġieri għandhom jirċievu kumpens li jammonta għal:

"1. Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, il-passiġġieri għandhom jirċievu kumpens li jammonta għal:

(a) EUR 250 għat-titjiriet kollha ta’ 1,500 kilometru jew inqas;

a) EUR 300 għall-vjaġġi kollha ta’500 kilometru jew inqas;

(b) EUR 400 għat-titjiriet intra-Komunitarji kollha ta’ aktar minn 1,500 kilometru, u għat-titjiriet l-oħrajn kollha bejn 1,500 u 3,500 kilometru;

b) EUR 300 għall-vjaġġi kollha ta’ 2 500 kilometru u 6 000km;

(c) EUR 600 għat-titjiriet kollha li ma jaqgħux taħt (a) jew (b).

c) EUR 600 għall-vjaġġi kollha ta’ 6,000 kilometru jew aktar;

Il-bażi li tintuża biex tiġi stabbilita d-distanza għandha tkun l-aħħar destinazzjoni li fiha l-passiġġier se jasal wara l-ħin skedat minħabba li ma jkunx tħalla jitla’ abbord jew minħabba li t-titjira tkun ġiet ikkanċellata.

Il-bażi li tintuża biex tiġi stabbilita d-distanza għandha tkun l-aħħar destinazzjoni li fiha l-passiġġier se jasal wara l-ħin skedat minħabba li ma jkunx tħalla jitla’ abbord jew minħabba li t-titjira tkun ġiet ikkanċellata."

Din l-emenda hija intiża sabiex temenda dispożizzjoni fl-att fis-seħħ - Artikolu 7(1) - li ma kinitx kompletament trattata fil-proposta tal-Kummissjoni

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament attwali jiddefinixxi kumpens għal “titjiriet” u dan il-kunċett għandu jibqa’ fir-reviżjoni.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitħallas fi flus kontanti, bi trasferiment elettroniku bankarju, ordnijiet bankarji jew ċekkijiet bankarji.

3. Bi qbil mal-passiġġier, il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitħallas fi flus kontanti, bi trasferiment elettroniku bankarju, rimborż fil-karta ta' kreditu jew ordni bankarju fl-ammont indikat mill-passiġġier awtorizzat. Il-Kummissjoni għandha żżid l-ammont ta' kumpens wara li tikkonsulta l-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 16.

Ġustifikazzjoni

Jinqalgħu problemi bi trasportaturi li jħallsu kumpens b’ċekkijiet bankarji.

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. It-trasportatur tal-ajru jista' jilħaq ftehim volontarju mal-passiġġier li jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens stabbiliti fil-paragrafu 1, sakemm dan il-ftehim huwa kkonfermat b'dokument iffirmat mill-passiġġier li jfakkar lill-passiġġier dwar id-drittijiet tiegħu għal kumpens skont dan ir-Regolament.'

5. It-trasportatur tal-ajru jista' jilħaq ftehim volontarju mal-passiġġier li jissostitwixxi dl-kumpens pervsit fil-paragrafu 1, b'benefiċċju mhux monitorju ieħor ta' tal-anqas il-valur ekwilvalenti (pereżempju: (vawċers tal-ivvjaġġar bl-ajru mingħajr data ta' skadenza għall-valur ta’ 100 % tad-dritt għall-kumpens), sakemm dan il-ftehim huwa kkonfermat bdokument iffirmat mill-passiġġier li jinforma b'mod mhux ambigwu lill-passiġġier dwar id-drittijiet tiegħu għal kumpens skont dan ir-Regolament. Ftehim ta’ dan it-tip jista’ jiġi konkluż biss wara li jitwettqu l-avvenimenti li jwasslu għad-dritt.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tissostitwixxi l-emenda 61 tar-rapporteur. Inkella jkun possibbli li l-passiġġieri jkunu mistennija li jiffirmaw tali dokument bil-quddiem, meta jirriżervaw it-titjira tagħhom.

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) L-oneru tal-prova fir-rigward ta’ meta u kif il-passiġġier ikun aċċetta l-forma tal-ħlas tal-kumpens jew ir-rimborż tal-ispejjeż tal-biljett stabbiliti fl-Artikolu 7(3), kif ukoll jekk u meta l-passiġġier ikun aċċetta l-ftehim imsemmi fil-paragrafu 5, għandu jkun tat-trasportatur tal-ajru li jopera.

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi b’mod ċar min għandu l-oneru tal-prova.

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

rimborż fi żmien sebat ijiem mit-talba tal-passiġġier, bil-mezzi stipulati fl-Artikolu 7(3), tal-prezz tat-titjira, għall-parti jew il-partijiet tal-vjaġġ li ma sarux, u għall-parti jew il-partijiet li jkunu saru diġà jekk it-titjira ma tibqax isservi kwalunkwe skop relatat mal-pjan oriġinali tal-ivvjaġġar tal-passiġġier, flimkien ma', fejn rilevanti,

rimborż fi żmien sebat ijiem xogħol mit-talba tal-passiġġier, bil-mezzi stipulati fl-Artikolu 7(3), tal-prezz tal-biljett, għall-parti jew il-partijiet tal-vjaġġ li ma sarux, u għall-parti jew il-partijiet li jkunu saru diġà jekk it-titjira ma tibqax isservi kwalunkwe skop relatat mal-pjan oriġinali tal-ivvjaġġar tal-passiġġier, flimkien ma', fejn rilevanti,

Ġustifikazzjoni

Fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur tal-ajru għandu jagħti tweġiba sħiħa lill-passiġġier. Barra minn hekk, ir-rimborż għandu jkun marbut ma’ prezz tal-biljett, kif definit fl-Artikolu 2(s), u mhux il-prezz tat-titjira.

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 8 - paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Il-paragrafu 1(b) għandu japplika wkoll f'każijiet fejn l-ajruplan telaq izda kien sfurzat jinżel f'ajruport li mhuwiex l-ajruport tad-destinazzjoni. Bi qbil tal-paragrafu 3, it-trasportatut tal-ajru għandu jbati l-ispejjeż tat-trasferiment tal-passiġġier minn dak l-ajruport alternattiv għall-ajruport li fir-rigward tiegħu saret ir-reżervazzjoni.

Emenda   87

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 8 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3 Jekk trasportatur operattiv tal-ajru joffri lil passiġġier titjira lejn jew minn ajruport alternattiv għal dak li għalih sar il-buking, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu jħallas l-ispejjeż ta' trasferiment tal-passiġġier minn dak l-ajruport alternattiv għal dak li għalih saret il-prenotazzjoni, jew, fir-rigward tal-ajruport ta' destinazzjoni, għal destinazzjoni oħra viċin bi qbil mal-passiġġier.

3. 3 Jekk trasportatur li jopera tal-ajru joffri lil passiġġier titjira lejn jew minn ajruport alternattiv għal dak li għalih sar il-buking, it-trasportatur li jopera tal-ajru għandu jħallas l-ispejjeż ta' trasferiment tal-passiġġier minn dak l-ajruport alternattiv għal dak li għalih saret il-prenotazzjoni.

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 8 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta l-passiġġieri jagħżlu l-alternattiva msemmija fil-paragrafu 1(b), dawn għandu jkollhom id-dritt għal riprogrammar tar-rotta permezz ta' trasportatur tal-ajru ieħor, soġġetti għad-disponibbiltà, jew tip ieħor ta' trasport meta t-trasportatur operattiv tal-ajru ma jkunx jista' jittrasporta lill-passiġġier bis-servizzi tiegħu u fil-ħin biex jasal fid-destinazzjoni finali fi żmien 12-il siegħa mill-ħin tal-wasla skedat. Minkejja l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/200823, it-trasportatur tal-ajru l-ieħor jew l-operatur tat-trasport l-ieħor, ma għandux jitlob lit-trasportatur tal-ajru kontraenti prezz li jmur lil hinn mill-prezz medju mħallas mill-passiġġieri tiegħu stess għal servizzi ekwivalenti fl-aħħar tliet xhur.

5. Meta l-passiġġieri jagħżlu l-alternattiva msemmija fil-paragrafu 1(b), dawn għandu jkollhom id-dritt għal riprogrammar tar-rotta mal-ewwel opportunità permezz ta' trasportatur tal-ajru ieħor, soġġetti għad-disponibbiltà u sakemm jeżistu alternattivi kumparabbli, jew tip ieħor ta' trasport meta t-trasportatur li jopera tal-ajru ma jkunx jista' jittrasporta lill-passiġġier bis-servizzi tiegħu u fil-ħin biex jasal fid-destinazzjoni finali fi żmien 8 sigħat mill-ħin tal-wasla skedat. It-trasportatur tal-ajru għandu jgħarraf lill-passiġġier, fi żmien 30 minuta wara l-ħin tat-tluq skedat, jekk ikunx se jittrasporta lill-passiġġier fuq is-servizzi tiegħu stess fl-istess limitu ta’ żmien. Il-passiġġieri għandu jkollhom id-dritt li jirrifjutaw ir-riprogrammar tar-rotta permezz ta’ metodu ta’ trasport ieħor, u f'tali każ għandhom jinżammu d-drittijiet għall-indukrar kif speċifikati fl-Artikolu 9 waqt li jistenġdid ir-riprogrammar tar-rotta.

____________

 

23 ĠU L293, 31.10.2008, p.3

 

Ġustifikazzjoni

Ma għandu jkun hemm l-ebda limitazzjoni ta’ prezz jew kondizzjonijiet li jobbligaw l-użu ta' metodu ta’ trasport minħabba n-nuqqasijiet ta’ metodu ieħor. Barra minn hekk mhuwiex ċar kif il-kunċett ta’ “prezz li jmur lil hinn mill-prezz medju mħallas mill-passiġġieri tiegħu stess għal servizzi ekwivalenti fl-aħħar tliet xhur” jista’ jiġi nfurzat fil-prattika. Ukoll, din l-emenda tispeċifika li l-obbligu għall-organizzazzjoni tat-trasport ta’ passiġġier tibqa f’idejn it-trasportatur li jopera tal-ajru li kellu s-servizzi tiegħu mxekkla.

Emenda   89

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 8 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Kull meta l-passiġġieri jiġu offruti, skont il-paragrafu 1, riprogrammar totali jew parzjali tar-rotta permezz ta' tip ieħor ta' trasport, dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport imwettaq minn dak it-tip l-ieħor ta' trasport daqslikieku kien qed jitwettaq minn ajruplan bil-ġwienaħ fissi.'

6. Kull meta l-passiġġieri jiġu offruti, skont il-paragrafu 1, riprogrammar totali jew parzjali tar-rotta permezz ta' tip ieħor ta' trasport, l-Artikolu 6a għandu japplika għat-trasport imwettaq minn dak it-tip l-ieħor ta' trasport bi qbil mal-ftehimiet dwar ir-riprogrammar tar-rotta bejn l-linja tal-ajru operattiva u t-tip l-ieħor ta’ trasport.' It-trasportatur tal-ajru jibqa' responsabbli għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għat-totalità tal-vjaġġ.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun innutat li jeżistu ftehimiet ta’ riprogrammar tar-rotta bejn it-tipi differenti ta’ trasport li jistipulaw il-kondizzjonijiet ta’ dan it-tip ta’ riprogrammar tar-rotta u li jkun applikabbli f’dawn il-każijiet partikolari.

Emenda   90

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 8 - paragrafu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Fl-Artikolu 8, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

‘6a. Il-passiġġier jista’ jorganizza hu stess ir-riprogrammar tar-rotta tiegħu u jitlob rimborż tal-ispejjeż korrispondenti jekk it-trasportatur li jopera tal-ajru jonqos milli joffri għażla ta’ riprogrammar tar-rotta skont il-punt (b) tal-paragrafu 1.'

Ġustifikazzjoni

Il-passiġġier għandu wkoll ikollu l-possibilità li jorganizza r-riprogrammar tar-rotta hu stess mingħajr ma jitlef id-dritt li jitlob rimborż tal-ispejjeż li jirriżultaw.

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragraru 1 – punt 9 – punt -a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a) Fil-paragrafu 1, il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

(a) ikliet u ħwejjeġ oħra ta’ xorb u ta’ ikel b’konnessjoni raġonevoli mal-ħin li għandhom jistenġdid;

"(a) ikliet u xorb. It-trasportatur tal-ajru għandu jipprovdi awtomatikament ilma tajjeb għax-xorb flimkien ma’ soluzzjonijiet ta’ ikel, kull darba li l-passiġġieri jitolbu dan."

Din l-emenda tipprova temenda dispożizzjoni fl-att eżistenti – l-Artikolu 9(1)(a) – li ma sarx riferiment għaliha fil-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda   92

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) trasport bejn l-ajruport u l-post ta' akkomodazzjoni (lukanda, post ta' residenza tal-passiġġier jew ieħor)

(c) trasport mill-ajruport sal-post ta akkomodazzjoni (lukanda, post ta residenza tal-passiġġier jew ieħor) u r-ritorn.

Emenda  93

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) Il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

 

2. Barra minn dan, il-passiġġieri għandhom jiġu offruti mingħajr ħlas żewġ sejħiet bit-telefon, u messaġġi bil-fax, jew e-mails.

Ġustifikazzjoni

It-telex m'għadux jintuża.

Emenda   94

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ab) Il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

3. Fl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, il-trasportatur ta' l-ajru li jopera għandu jagħti attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet ta' persuni li għandhom mobbilitá mnaqqsa u kwalunkwe persuni li qegħdin magħhom, kif ukoll għall-ħtiġijiet ta' tfal li qegħdin waħedhom.

3. Fl-applikazzjoni ta dan l-Artikolu, it-trasportatur tal-ajru li jopera jagħti attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet ta persuni b’diżabbiltà, persuni li għandhom mobbiltà mnaqqsa u kwalunkwe persuna oħra li qiegħda takkumpanjahom, kif ukoll għall-ħtiġijiet ta’ ommijiet jew missirijiet li jivvjaġġaw ma’ tfal żgħar u tfal li jivvjaġġaw mingħajr gwardjani adulti.’;

Din l-emenda tipprova temenda dispożizzjoni fl-att eżistenti – l-Artikolu 9(3) – li ma sarx riferiment għaliha fil-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda  95

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ac) Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"3a. Il-korpi tal-ġestjoni tal-ajruport għandhom jipprovdu faċilitajiet speċifiċi għal passiġġieri b’diżabilità serja li jirrikjedu faċilitajiet biex ibiddlu u kamra tal-banju mingħajr l-ebda spiża għall-passiġġier, fl-ajruporti kollha tal-Unjoni b’numru annwali ta’ passiġġieri ta’ iżjed minn miljun.

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jekk it-trasportatur operattiv tal-ajru jista' juri li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda hija kkawżata minn ċirkostanti straordinarji u li l-l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli, dan jista' jillimita l-ispejjeż totali tal-akkomodazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1(b) bi EUR 100 għal kull lejl u għal kull passiġġier u għal massimu ta' tlett (3) iljieli. Jekk it-trasportatur tal-ajru li qed jopera, jagħżel li japplika dan il-limitu, dan għandu jagħti l-informazzjoni lill-passiġġieri dwar l-akkomodazzjoni disponibbli wara t-tlett iljieli, apparti li jkompli jwettaq l-obbligi tiegħu tal-informazzjoni kif speċifikati fl-Artikolu 14.

4. Jekk it-trasportatur li jopera tal-ajru jista juri li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli korrettament, dan jista jillimita d-dewmien totali tal-akkomodazzjoni mogħtija f'konformità mal-paragrafu 1(b) għal massimu ta’ ħames iljieli. Jekk il-passiġġier jiddeċiedi li jorganizza hu stess l-akkomodazzjoni tiegħu, l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni jistgħu jiġu limitati iktar għal EUR 125 għal kull lejn u kull passaġġier. Jekk it-trasportatur tal-ajru li qed jopera, jagħżel li japplika dan il-limitu, dan għandu jagħti l-informazzjoni lill-passiġġieri dwar l-akkomodazzjoni disponibbli wara ħamest iljieli, apparti li jkompli jwettaq l-obbligi tiegħu tal-informazzjoni kif speċifikati fl-Artikolu 14.

 

Fi kwalunkwe każ din il-limitazzjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu li t-trasportaturi tal-ajru li joperaw jipprovdu akkomodazzjoni, u t-trasportatur għandu jikkonforma ma’ dan l-obbligu bħala prijorità. Din il-limitazzjoni m'għandhiex tapplika meta t-trasportatur tal-ajru jkun naqas milli jipprovdi l-akkomodazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tissostitwixxi l-emenda 69 tar-Rapporteur. L-obbligu tat-trasportaturi tal-ajru li jipprovdu akkomodazzjoni għandu jibqa’ mingħajr limitu minbarra f’każijiet li fihom il-passiġġier jagħżel li jieħu ħsieb hu stess l-akkomodazzjoni tiegħu. Il-limitu hawn għandu madankollu jiġi miżjud minn EUR 100 għal EUR 125. Il-limitazzjoni ma għandhiex taffettwa l-obbligu tat-trasportatur tal-ajru li jipprovdu akkomodazzjoni bħala prijorità u ma għandux japplika f’każ li t-trasportatur jonqos milli jagħmel dan.

Emenda   97

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-obbligu ta' offerta ta' akkomodazzjoni skont il-paragrafu 1(b) ma għandux japplika fejn it-titjira konċernata hija ta' 250 km jew inqas u skedata li tiġi operata minn ajruplan b'kapaċità massima ta' 80 post jew anqas, ħlief meta t-titjira tkun titjira konnessa. Madankollu, jekk it-trasportatur operattiv tal-ajru jagħżel li japplika din l-eżenzjoni, għandu jipprovdi l-passiġġieri bl-informazzjoni dwar l-akkomodazzjoni disponibbli.

imħassar

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Meta passiġġier jagħżel ir-rimborż skont l-Artikolu 8(1)(a) waqt li jkun fl-ajruport tat-tluq tal-vjaġġ tiegħu, jew jagħżel ir-riprogrammar tar-rotta f'data aktar tard skont l-Artikolu 8(1)(c), il-passiġġier ma jkollu l-ebda dritt ieħor għal indukrar skont l-Artikolu 9(1) relatat mat-titjira rilevanti.'

6. Meta passiġġier jagħżel ir-rimborż skont l-Artikolu 8(1)(a), jew jagħżel ir-riprogrammar tar-rotta f’data aktar tard skont l-Artikolu 8(1)(c), il-passiġġier ma jkollu l-ebda dritt ieħor għal indukrar skont l-Artikolu 9(1) relatat mat-titjira rilevanti.’ Meta, minħabba din id-deċiżjoni, il-passiġġier iħallas l-ispejjeż sabiex imur u jiġi mill-ajruport, il-passiġġier għandu jiġi kkumpensat kompletament għal dawn l-ispejjeż fir-rigward tal-ivvjaġġar għall-ajruport minħabba l-vjaġġ li ma seħħx.

Ġustifikazzjoni

Dawn jinkludu, l-ispejjeż biex wieħed imur u jiġi bix-xarabank, ferrovija u t-taksi kif ukoll l-ispejjeż għall-ipparkjar fil-parkeġġ tal-ajruport, sakemm dan jista’ jiġi ppruvat.

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -10 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 10 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-10) Is-sentenza introduttorja tal-Artikolu 10(2) hija mibdula b'dan li ġej:

 

2. Jekk trasportatur tal-ajru li jopera jpoġġi passiġġier fi klassi aktar baxxa minn dik għal liema l-biljett ġie akkwistat, għandu fi żmien sebat ijiem ta’ ħidma, permezz tal-mezzi previsti fl-Artikolu 7(3), jagħti rimbors ta'

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 11 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-paragrafu li ġej jiżdied mal-Artikolu 11:

Fl-Artikolu 11 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"3. It-trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux japplika l-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(4) u 9(5) jekk il-passiġġier huwa persuna b'mobbiltà mnaqqsa jew xi persuna li qed takkumpanjah, tifel/tifla mhux akkumpanjati, mara tqila jew persuna li teħtieġ assistenza medika speċifika, diment li t-trasportatur tal-ajru jew l-aġent tiegħu jew l-organizzatur ikun ġie mgħarraf bil-bżonnijiet partikolari tagħhom għal assistenza tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin skedat għat-tluq tat-titjira. Notifika bħal din għandha titqies li tkopri l-vjaġġ sħiħ u l-vjaġġ tar-ritorn jekk iż-żewġ vjaġġi ġew ikkuntrattati mal-istess trasportatur tal-ajru."

"3. It-trasportatur li jopera tal-ajru ma għandux japplika l-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(4) u (5) jekk il-passiġġier huwa persuna b'diżabilità jew persuna b'mobbiltà mnaqqsa jew xi persuna li qed takkumpanjah, tifel/tifla mhux akkumpanjati, mara tqila jew persuna li teħtieġ assistenza medika speċifika, diment li t-trasportatur li jopera tal-ajru jew l-aġent tiegħu jew l-organizzatur ikun ġie mgħarraf bil-bżonnijiet partikolari tagħhom għal assistenza tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin skedat għat-tluq tat-titjira. Notifika bħal din għandha titqies li tkopri l-vjaġġ sħiħ u l-vjaġġ tar-ritorn jekk iż-żewġ vjaġġi jidhru fuq l-istess biljett.

 

It-trasportaturi tal-ajru għandhom ukoll jagħmlu sforz sabiex jiżguraw kundizzjonijiet tajbin ta’ ġestjoni tal-klieb gwida u ta’ assistenza. L-informazzjoni dwar l-assistenza u d-l-arranġamenti disponibbli għandha tingħata permezz ta' diversi mezzi aċċessibbli ta’ komunikazzjoni.

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu11 – paragrafu 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

"3a. Il-persunal tat-titjira għandhom ikunu mħarrġa fl-assistenza tal-persuni b’diżabilità u b’mobbiltà mnaqqsa, sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għall-ajruplani u l-ħruġ minnhom;"

Emenda  102

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 11 – paragrafu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

"3b. Linja tal-ajru ma tistax tiċħad it-tlugħ fuq l-ajruplan lil passiġġier b’diżabilità jew b’mobbiltà mnaqqsa minħabba li mhuwiex akkumpanjat u ma tistax titlob il-presenza sistematika ta’ persuna li takkumpanjah;"

Emenda  103

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 12 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2. Bla ħsara għal prinċipji rilevanti u regoli ta' liġi nazzjonali, inkluża l-każistika, il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal passiġġieri li ħallew b'mod volontarju reżervazzjoni taħt l-Artikolu 4(1)."

'2. Dan ir-Regolament għandu japplika bla ħsara għad-drittijiet ta’ passiġġier għal kumpens ulterjuri. Il-kumpens mogħti skont dan ir-Regolament ma għandux jiġi mnaqqas minn tali talba għal kumpens.'

Din l-emenda tipprova temenda dispożizzjoni fl-att eżistenti – l-Artikolu 12(2) – li ma sarx riferiment għaliha fil-proposta tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Kien hemm skop għal diversi interpretazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet oriġinali, u din is-sitwazzjoni għandha tiġi rimedjata. Każ relatat għal dan is-suġġett jinsab attwalment pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (ref. X ZR/111/12).

Emenda  104

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta trasportatur operattiv tal-ajru jħallas kumpens jew jissodisfa l-obbligi l-oħra tiegħu skont dan ir-Regolament, l-ebda dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament jew tal-liġi nazzjonali ma tista' tiġi interpretata li tirrestrinġi d-dritt tiegħu li jfittex kumpens għall-ispejjeż li jkollu skont dan ir-Regolament minn kull parti terza li kkontribwixxiet għall-avveniment li wassal għall-kumpens jew obbligi oħra.'

Meta trasportatur li jopera tal-ajru jħallas kumpens jew jissodisfa l-obbligi l-oħra tiegħu skont dan ir-Regolament, u mingħajr preġudizzju għall-kuntratti ta’ ċaħda ta' responsabbiltà ma’ partijiet terzi li jkunu fis-seħħ fiż-żmien tat-tilwima, l-ebda dispożizzjoni ta dan ir-Regolament ma tista tiġi interpretata li tirrestrinġi d-dritt tiegħu li jfittex kumpens għall-ispejjeż li jkollu, jew li jirkuprahom kollha kemm huma, skont dan ir-Regolament minn kwalunkwe persuna, inkluża kwalunkwe parti terza, li kkontribwixxiet għall-avveniment li wassal għall-kumpens jew obbligi oħra, f'konformita mal-liġi applikabbli. Partikolarment, dan ir-Regolament m’għandu bl-ebda mod jirrestrinġi d-dritt tat-trasportatur tal-ajru li jopera biex ifittex kumpens jew li jirkupra l-ispejjeż tiegħu minn ajruport jew minn persuna terza oħra li magħha t-trasportatur tal-ajru li qed jopera għandu kuntratt.

Ġustifikazzjoni

Kuntratti ta' ċaħda eżistenti (pereżempju bejn ajruporti u linji tal-ajru) għandhom jibqgħu mhux affettwati minn din id-dispożizzjoni. Għandu jkun ċar li l-passiġġieri mhumiex ikkonċernati.

Emenda  105

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport u t-trasportatur operattiv tal-ajru għandhom jiżguraw li fil-bankijiet taċ-check-in (inkluż l-magni taċ-check-in fejn wieħed jinqeda waħdu) u fil-bieb tal-imbark, avviż leġġibbli biċ-ċar li fih it-test li ġej għandu jintwera f'mod viżibbli u ċar lill-passiġġieri: "Jekk tiġi miċħud l-imbark jew jekk it-titjira tiegħek tiġi kkanċellata jew imdewma għal tal-inqas sagħtejn, staqsi mal-bank taċ-check-in jew il-bieb tal-imbark għall-avviż li jiddikjara d-drittijiet tiegħek, b'mod partikolari dwar l-assistenza u l-kumpens".

1. Il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport u t-trasportatur li jopera tal-ajru għandhom jiżguraw li fil-bankijiet taċ-check-in (inkluż l-magni taċ-check-in fejn wieħed jinqeda waħdu) u fil-bieb tal-imbark, avviż leġġibbli biċ-ċar li fih it-test li ġej għandu jintwera f'mod viżibbli u ċar lill-passiġġieri: "Jekk tiġi miċħud l-imbark jew jekk it-titjira tiegħek tiġi kkanċellata jew imdewma għal tal-inqas sagħtejn jew jekk il-ħin tat-tluq skedat tat-titjira tiegħek tmexxa ’l quddiem b'mill-inqas sagħtejn f'relazzjoni mal-ħin skedat inizjalment kif indikat fuq il-biljett tiegħek, staqsi mal-bank taċ-check-in jew il-bieb tal-imbark għall-avviż li jiddikjara d-drittijiet tiegħek, b’mod partikolari dwar l-assistenza u l-kumpens".

Ġustifikazzjoni

Din tqis ukoll tmexxija’l quddiem tal-ħin tat-tluq ta’ titjira.

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

‘1a. It-trasportaturi tal-ajru għandhom jistabbilixxu, f'kull ajruport fejn joperaw, punti ta' kuntatt li fihom għandhom jiżguraw il-preżenza ta' persunal ta' kuntatt jew partijiet terzi kkummissjonati mit-trasportatur tal-ajru kkonċernat, li għandhom jipprovdu lill-passiġġieri l-informazzjoni meħtieġa rigward id-drittijiet tagħhom, inkluż dwar il-proċeduri ta' lment, biex jassistuhom u jieħdu azzjoni immedjata f'każ li t-titjiriet jiġu kkanċellati jew jiddewmu, li l-passiġġieri ma jitħallewx jimbarkaw u li l-bagalji jintilfu jew idumu biex jaslu. Matul il-ħinijiet li fihom joperraw it-trasportaturi tal-ajru u sakemm jisbarkaw mill-ajruplan l-aħħar passiġġieri, dawk il-punti ta' kuntatt ikunu disponibbli bl-iskop li jassistu lill-passiġġieri, fost l-oħrajn dwar ir-rimborż, ir-riprogrammar tar-rotta, prenotazzjoni mill-ġdid u li jaċċettaw is-sottomissjoni tal-ilmenti tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Il-preżenza ta' punt ta' kuntatt lokali li jirrappreżenta t-trasportatur tal-ajru fl-ajruport, li jkollu l-kapaċità li jieħu azzjoni immedjata f'isem tat-trasportatur tal-ajru f'każ ta' bżonn għandha tgħin biex ikun żgurat li l-passiġġieri jgawdu d-drittijiet li huma intitolati għalihom. Huma biss il-linji tal-ajru li jkollhom l-informazzjoni kollha disponibbli f'każ ta' interruzzjonijiet ta' titjiriet u telf jew dewmien ta' bagalji. Il-provvediment tal-informazzjoni lill-passiġġieri dwar id-drittijiet tagħhom u l-possibilitajiet ta' ilmenti u talbiet għandu jitjieb.

Emenda  107

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

"1b. It-trasportatur li jopera tal-ajru jipprovdi l-passiġġieri b’informazzjoni faċli li tinqara u trasparenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri u kuntatti għall-għajnuna u assistenza dwar biljetti elettroniċi u verżjonijiet elettroniċi u stampati ta’ karta ta’ imbarkazzjoni.

Emenda  108

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Trasportatur operattiv tal-ajru li jiċħad l-imbark jew jikkanċella titjira għandu jipprovdi lil kull passiġġeri affettwat b'avviż bil-miktub li jistabbilixxi r-regoli għall-kumpens u l-assistenza b'konformità ma' dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni dwar il-limitazzjonijiet skont l-Artikolu 9(4) u 9(5). Dan għandu jipprovdi wkoll lil kull passiġġier affettwat b'dewmien jew bidla fl-iskeda ta' mill-inqas sagħtejn b'avviż ekwivalenti. Id-dettalji tal-kuntatt tal-korpi kompetenti tal-ġestjoni tal-ilment maħtura skont l-Artikolu 16a ukoll għandhom jingħataw lill-passiġġier bil-miktub.

2. Fil-każ ta’ imbark miċħud, kanċellament tat-titjira, dewmien jew bidla fl-iskeda ta’ mill-inqas sagħtejn, it-trasportatur li jopera tal-ajru jinforma mill-aktar fis possibbli b’mod sħiħ lil kull passiġġier affettwat u jipprovdieh b’avviż bil-miktub jew b'avviż f'forma elettronika li jistabbilixxu r-regoli għall-kumpens u l-assistenza bkonformità ma dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni dwar il-limitazzjonijiet skont l-Artikolu 9(4) u 9(5), u jinfurmah dwar modi ta’ trasport alternattiv possibbli. L-indirizz tat-trasportatur fejn jistgħu jiġu sottomessi l-ilmenti u d-dettalji tal-kuntatt tal-korpi kompetenti tal-ġestjoni tal-ilment maħtura skont l-Artikolu 16a ukoll jingħataw lill-passiġġier bil-miktub.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tissostitwixxi l-emenda 37 tar-Rapporteur, tispeċifika l-modalitajiet tal-informazzjoni – verbalment u bil-miktub - u testendi l-obbligu li l-organizzaturi jinfurmaw lill-passiġġieri

Emenda  109

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fir-rigward ta' persuni neqsin mid-dawl u b'vista batuta, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati bl-użu ta' mezzi alternattivi xierqa.

3. Fir-rigward ta' persuni b'diżabilità jew persuni b'mobbiltà mnaqqsa, b'mod partikolari persuni għomja u li għandhom diffikultajiet tal-viżjoni, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati bl-użu ta' mezzi alternattivi xierqa u fil-formati adegwati.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tikkonforma mal-emendi preċedenti rigward id-definizzjoni sħiħa ta' "persuni b'diżabilità u persuni b'mobbiltà mnaqqsa" u twessa' l-grupp biex tinkludi l-persuni b'diżabilità u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

Emenda  110

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jiżgura li l-informazzjoni ġenerali dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tintwera biċ-ċar u li tkun viżibbli fiż-żoni tal-passiġġieri tal-ajruport. Dan għandu jiżgura wkoll li l-passiġġieri preżenti fl-ajruport ikunu mgħarrfa dwar il-kanċellazzjoni tat-titjira tagħhom u dwar id-drittijiet tagħhom fil-każ li t-trasportatur tal-ajru jwaqqaf l-operat meta mhux mistenni bħal fil-każ ta' insolvenza jew revoka tal-liċenzja operattiva tiegħu.

4. Il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jiżgura li l-informazzjoni ġenerali dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tintwera biċ-ċar u li tkun viżibbli fiż-żoni tal-passiġġieri tal-ajruport. Abbażi tal-informazzjoni riċevuta, għandu jiżgura wkoll li l-passiġġieri preżenti fl-ajruport ikunu mgħarrfa dwar il-kawżi u d-drittijiet tagħhom f'każijiet ta' dewmien u ta' interuzzjonijiet ta' titjira, bħall-kanċellazzjoni tat-titjira tagħhom u dwar id-drittijiet tagħhom fil-każ li t-trasportatur tal-ajru jwaqqaf l-operat meta mhux mistenni bħal pereżempju fil-każ ta' insolvenza jew revoka tal-liċenzja operattiva tiegħu.

Ġustifikazzjoni

L-entitajiet ta' ġestjoni tal-ajruporti ma jkollhomx informazzjoni rigward passiġġieri individwali. Għandhom bżonn li l-ewwel nett jirċievu din l-informazzjoni mit-trasportaturi tal-ajru, sabiex jikkonformaw mal-obbligu ta' hawn fuq.

Emenda  111

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fil-każ ta' kanċellazzjoni jew dewmien fit-tluq, il-passiġġieri għandhom ikunu mgħarrfa mit-trasportatur operattiv tal-ajru dwar is-sitwazzjoni malajr kemm jista' jkun u f'kull każ mhux aktar tard minn 30 minuta wara l-ħin tat-tluq skedat, u dwar il-ħin ta' tluq stmat malli din l-informazzjoni tkun disponibbli, diment li t-trasportatur tal-ajru jkun irċieva d-dettalji ta' kuntatt tal-passiġġier skont il-paragrafi 6 u 7 fil-każ li l-biljett ikun inxtara mingħand intermedjarju.

5. Fil-każ ta kanċellazzjoni jew dewmien fit-tluq, il-passiġġieri għandhom ikunu mgħarrfa mit-trasportatur li jopera tal-ajru dwar is-sitwazzjoni, inkluża r-raġuni wara l-interruzzjoni, hekk kif din l-informazzjoni tkun disponibbli, u f’kull każ mhux aktar tard minn 30 minuta wara l-ħin tat-tluq skedat, u dwar il-ħin ta tluq stmat, diment li t-trasportatur tal-ajru jkun irċieva d-dettalji ta kuntatt tal-passiġġier skont il-paragrafi 6 u 7 fil-każ li l-biljett ikun inxtara mingħand intermedjarju.

Ġustifikazzjoni

Kif deskritt fil-premessa 20 tal-proposta tal-Kummissjoni, il-passiġġieri mhux biss għandhom jiġu mgħarrfa sew dwar id-drittijiet tagħhom fil-każ ta’ interruzzjoni tat-titjira, iżda għandhom jiġu mgħarrfa wkoll kif xieraq dwar x’ikkawża l-interruzzjoni, malli l-informazzjoni ssir disponibbli. Din l-emenda għandha l-għan li ssaħħaħ l-informazzjoni mogħtija lill-passiġġieri f’ħin reali f’każijiet ta’ dewmien jew kanċellazzjoni sabiex ikunu jistgħu jinfurzaw id-drittijiet tagħhom b’mod effettiv.

Emenda  112

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

"5a. It-trasportatur tal-ajru mal-bank tar-reġistrazzjoni u l-bank tal-imbark għandu jkollu disponibbli dokumenti li fihom il-Karta Ewropea għad-Drittijiet tal-Passiġġieri tal-Ajru, li għandha tingħata mill-persunal tiegħu fuq talba tal-passiġġieri tal-ajru. Il-Kummissjoni Ewropea għandha taġġorna tali dokumenti kull darba li jkun hemm bidla sostanzjali fid-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru."

Emenda   113

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 5b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

"5b. It-trasportatui tal-ajru għandhom jipprovdu assistenza bit-telefown aċċessibbli u effikaċi għall-passiġġieri kollha ladarba l-vjaġġ ikun ġie bbukkjat; dan is-servizz għandu jipprovdi informazzjoni u proposti alternattivi f’każ ta’ interruzzjoni u fl-ebda ċirkostanza m'għandu jiswa aktar minn telefonata lokali;

Emenda  114

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Meta l-passiġġier ma jkunx xtara l-biljett direttament mit-trasportatur operattiv tal-ajru, iżda minn intermedjarju stabbilit fl-Unjoni, dan l-intermedjarju għandu jipprovdi d-dettalji ta' kuntatt tal-passiġġier lit-trasportatur tal-ajru, diment li l-passiġġier ikun ta l-awtorizzazzjoni espliċita u bil-miktub tiegħu. Din l-awtorizzazzjoni tista' tingħata biss fuq bażi "inklużjoni fakultattiva". It-trasportatur tal-ajru jista' juża dawn id-dettalji ta' kuntatt esklussivament biex jissodisfa l-obbligu ta' informazzjoni skont dan l-Artikolu u mhux għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni u għandu jħassar id-dettalji ta' kuntatt fi żmien 72 siegħa wara li jiġi kkompletat il-kuntratt ta' trasport. L-ipproċessar, l-aċċess u l-ħażna ta' din id-dejta għandhom jitwettqu skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta24.

6. Meta l-passiġġier ma jkunx xtara l-biljett direttament mit-trasportatur li jopera tal-ajru, iżda minn intermedjarju stabbilit fl-Unjoni, dak l-intermedjarju għandu jipprovdi d-dettalji ta' kuntatt tal-passiġġier lit-trasportatur tal-ajru, diment li l-passiġġier ikun ta l-kunsens tiegħu. Dak il-kunsens jista' jingħata biss fuq bażi "inklużjoni fakultattiva". It-trasportatur tal-ajru jista' juża dawn id-dettalji ta' kuntatt esklussivament biex jissodisfa l-obbligu ta' informazzjoni skont dan l-Artikolu u mhux għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni u għandu jħassar id-dettalji ta' kuntatt fi żmien 72 siegħa wara li jiġi kkompletat il-kuntratt ta' trasport. Il-kunsens tal-passiġġier għat-trasferiment tad-dettalji ta' kuntatt tiegħu/tagħha lit-trasportatur tal-ajru u l-ipproċessar, l-aċċess u l-ħażna ta' dik id-dejta għandhom jitwettqu skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta24.

____________

_____________

24 ĠU L 281, 23.11.1995, p.31

24 ĠU L 281, 23.11.1995, p.31

Ġustifikazzjoni

Il-kunsens tal-passiġġier għandu jinkiseb bi qbil mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-ħarsien tad-dejta, li ma tispeċifikax il-forma preċiża tal-kunsens ('bil-miktub'). It-terminu 'awtorizzazzjoni' qed jinbidel b''kunsens' bi qbil mat-termini użati fil-leġiżlazzjoni Ewropea għall-ħarsien tad-dejta.

Emenda  115

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Intermedjarju għandu jkun eżentat mill-paragrafu 6 jekk jista' juri l-eżistenza ta' sistema alternattiva li tiżgura li l-passiġġier ikun informat mingħajr it-trażmissjoni tad-dettalji ta' kuntatt rilevanti.'

7. Intermedjarju għandu jkun eżentat mill-obbligi tiegħu skont il-paragrafu 6 jekk jista' juri l-eżistenza ta' sistema alternattiva li tiżgura li l-passiġġier ikun informat mingħajr it-trażmissjoni tad-dettalji ta' kuntatt rilevanti jew meta l-passiġġier jagħżel li ma jagħtix id-dettalji ta' kuntatt tiegħu.'

Ġustifikazzjoni

L-intermedjarji m'għandhomx jinżammu responsabbli għall-provvediment ta' informazzjoni meta l-passiġġieri jkunu għażlu li ma jagħtix id-dettalji ta' kuntatt tagħhom.

Emenda 116

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 - paragrafu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

"7a. l-fornitur tas-servizzi għandu jipprovdi aċċess faċli għal informazzjoni preċiża u oġġettiva li tkun tiddettalja l-impatt ambjentali (inkluża l-klima) u l-effiċjenza enerġetika tal-vjaġġ tagħhom. Dik l-informazzjoni għandha tkun pubblika u viżibbli b’mod ċar kemm fuq il-websajts tat-trasportaturi tal-ajru u tal-operaturi turistiċi u fuq il-biljett; il-Kummissjoni għandha tappoġġja ħidma kontinwa f’din id-direzzjoni.

Emenda  117

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 7b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

"7b. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi fil-paragrafu 2, kwalunkwe komunikazzjoni elettronika lill-passiġġier li tinnotifikah dwar il-kanċellazzjoni tiegħu, dewmien fit-tul, jew bidla fl-iskeda għandha tgħid b’mod prominenti li l-passiġġier jista’ jkun intitolat għal kumpens u/jew assistenza taħt dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Irrispettivament mill-obbligu li jiġi provdut avviż bil-miktub dwar regoli għal kumpens skont il-paragrafu 2 (li fi kwalunkwe każ skont is-sondaġġi jgawdi livelli baxxi ta’ konformità), għandhom jissemmew drittijiet possibbli għal kumpens u assistenza fin-notifika tal-kanċellazzjoni/dewmien innifsu.

Emenda 118

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar Korp Nazzjonali għall-Infurzar li jkun responsabbli għall-infurzar ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' titjiriet minn ajruporti sitwati fit-territorju tiegħu u titjiriet minn pajjiż terz lejn tali ajruporti. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-korp li nħatar skont dan il-paragrafu.

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar Korp Nazzjonali għall-Infurzar li jkun responsabbli għall-infurzar ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' ksur ta' dan ir-Regolament f'ajruporti li jinsabu fit-territorju tiegħu, ta' titjiriet minn ajruporti sitwati fit-territorju tiegħu u titjiriet minn pajjiż terz lejn tali ajruporti. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-korp li nħatar skont dan il-paragrafu.

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament japplika bl-istess mod għall-ksur li jseħħu f'ajruporti li jinsabu fit-territorju ta' Stat Membru tal-UE.

Emenda  119

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu jissorvelja mill-qrib il-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li jiġu rispettati d-drittijiet tal-passiġġieri. Għal dan il-għan, it-trasportaturi tal-ajru u l-korpi ta' ġestjoni tal-ajruport għandhom jipprovdu d-dokumenti rileventi lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar fuq talba tiegħu. Sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu, il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu jieħu f'kunsiderazzjoni wkoll l-informazzjoni sottomessa lilu mill-korp maħtur skont l-Artikolu 16a. Dan jista' jiddeċiedi wkoll dwar azzjonijiet ta' infurzar abbażi tal-ilmenti individwali trażmessi mill-korp maħtur skont l-Artikolu 16a.

2. Il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu jissorvelja mill-qrib il-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li jiġu rispettati d-drittijiet tal-passiġġieri. Għal dan il-għan, it-trasportaturi tal-ajru u l-korpi ta ġestjoni tal-ajruport għandhom jipprovdu d-dokumenti rilevanti lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar fi żmien xahar mit-talba tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tat-trasportaturi tal-ajru skont l-Artikolu 14a. Sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu, il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu jieħu f'kunsiderazzjoni wkoll l-informazzjoni sottomessa lilu mill-korp maħtur skont l-Artikolu 16a. Dan għandu jieħu azzjonijiet ta' infurzar abbażi tal-ilmenti individwali trażmessi mill-korp maħtur skont l-Artikolu 16a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Korpi Nazzjoni għall-Infurzar tagħhom jingħataw biżżejjed poter li jippenalizzaw effettivament il-ksur.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tispeċifika limitu taż-żmien għat-trasportaturi tal-ajru u l-korpi tal-ġestjoni tal-ajruport biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-dokument u tħassar l-attivitajiet tal-infurzar tal-NEBs li l-aħjar jiġu elenkati flimkien f’paragrafu sussegwenti ġdid.

Emenda 120

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16 - paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) It-trasportaturi tal-ajru għandhom jipprovdu b’mod proattiv lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar l-informazzjoni komprensiva fir-rigward tal-miġja ta’ problemi tekniċi, b’mod partikolari dwar ir-raġunijiet għalihom. Il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu jaqsam din l-informazzjoni mal-korpi responsabbli mis-soluzzjoni tat-tilwim barra l-qorti msemmija fl-Artikolu 16a.

Ġustifikazzjoni

It-trasportaturi tal-ajru għandhom ikunu obbligati jinformaw lill-korpi nazzjonali għall-infurzar dwar ir-raġunijiet u ċ-ċirkostanzi għall-problemi tekniċi.

Emenda 121

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Is-sanzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri għall-ksur ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

3. Is-sanzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri għall-ksur ta dan ir-Regolament għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, dissważivi u biżżejjed biex jipprovdu lit-trasportaturi bl-inċentiv finanzjarju li jikkonformaw b’mod konsistenti ma' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

L-istudju li sar fl-2012 f’isem il-Kummissjoni Ewropea sab li s-sanzjonijiet huma baxxi wisq biex jipprovdu inċentiv ekonomiku għat-trasportaturi biex jikkonformaw mar-Regolament, meta jitqies ukoll li huwa biss numru limitat ta’ passiġġieri li jintlaqtu mill-ksur tar-Regolament li aktarx jilmentaw mal-NEB.

Emenda  122

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta l-korpi maħtura skont l-Artikoli 16 u 16a ma jkunux l-istess wieħed, għandhom jiddaħħlu mekkaniżmi ta' rapportar biex jiżguraw l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-korpi differenti sabiex jgħinu lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar iwettaq il-kompiti tiegħu ta' superviżjoni u infurzar u għall-korp maħtur skont l-Artikolu 16a biex jiġbor l-informazzjoni meħtieġa biex jeżamina l-ilmenti individwali.

4. F'konformità mad-Direttiva 2013/11/UE, għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' kooperazzjoni bejn il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar u l-korp maħtur skont l-Artikolu 16a. Dawk il-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni għandhom jinkludu skambji reċiproċi ta' informazzjoni sabiex jgħinu lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar iwettaq il-kompiti tiegħu ta' superviżjoni u infurzar u sabiex il-korp maħtur skont l-Artikolu 16a jiġbor l-informazzjoni u jikseb l-għarfien espert tekniku meħtieġa biex jipproċessa l-ilmenti individwali

Ġustifikazzjoni

L-emenda tissostitwixxi l-emenda 81 tar-Rapporteur. It-talba għal mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni fl-Unjoni kollha tqiegħed fl-Artikolu 16b.

Emenda   123

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Għal kull sena, u mhux aktar tard minn tmiem April tas-sena kalendarja ta' wara, il-Korpi Nazzjonali għall-Infurzar għandhom jippubblikaw statistiki dwar l-attivitajiet tagħhom, inkluż dwar is-sanzjonijiet li jkunu applikaw.

5. Għal kull sena, u mhux aktar tard minn tmiem April tas-sena kalendarja ta' wara, il-Korpi Nazzjonali għall-Infurzar għandhom jippubblikaw statistiki dwar l-attivitajiet tagħhom, inkluż dwar is-sanzjonijiet li jkunu applikaw. Il-Korpi Nazzjonali għall-Infurzar għandhom fl-istess ħin jippubblikaw, abbażi tad-dejta li t-trasportaturi tal-ajru u l-korpi tal-ġestjoni tal-ajruport huma meħtieġa li jżommu u jipprovdu, statistiċi dwar in-numru u n-natura tal-ilmenti, in-numru ta' kanċellazzjonijiet, ir-rifjuti ta' imbarkar u d-dewmien u t-ttitjiriet imdewma u t-tul tagħhom u d-dejta dwar dewmien, telf jew ħsara ta’ bagalji.

Emenda   124

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. It-trasportaturi tal-ajru għandhom jikkomunikaw id-dettalji ta' kuntatt tagħhom, għal kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, lill-Korpi Nazzjonali għall-Infurzar tal-Istati Membri li joperaw fihom.'

6. Sakemm issir it-traspożizzjoni mill-Istati Membri tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/11/UE, kull passiġġier, fi kwalunkwe ajruport li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru, jista' jilmenta ma' kwalunkwe Korp Nazzjonali għall-Infurzar dwar l-allegat ksur ta' dan ir-Regolament li jsir fi kwalunkwe ajruport li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru, jew rigward titjiriet minn kwalunkwe ajruport li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru jew titjiriet minn pajjiż terz lejn dawn l-ajruporti.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi introdotta sabiex tiżgura li n-NEBs jibqgħu jikkostitwixxu l-korpi kompetenti biex jitrattaw l-ilmenti sad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva tal-ADR fl-2015. Sal-ħolqien tal-korp il-ġdid għar-riżoluzzjoni tal-kunflitt, il-passiġġiero għandhom iżommu l-possibilità li jissottomettu lmenti individwali lil kwalunkwe Korp Nazzjonali għall-Infurzar.

Emenda   125

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16-a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

14a. Jiżdied dan l-Artikolu:

 

"L-Artikolu 16-a

 

Dokumenti ta' konformità

 

1. It-trasportaturi tal-ajru Komunitarji għandhom iħejju u jippreżentaw lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja operattiva tagħhom skont ir-Regolament 1008/2008 u lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2016 id-dokument li juri b’dettall raġonevoli li l-proċeduri operattivi tagħhom huma biżżejjed biex jiżguraw li huma jikkonformaw b’mod konsistenti mal-Artikoli kollha rilevanti ta' dan ir-Regolament.

 

1a. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-kontenut minimu ta' tali dokumenti ta' konformità. Il-kontenut minimu għandu mill-inqas jinkludi l-pjanijiet ta’ kontinġenza f’każ ta’ tfixkil kbir, jidentifika ’l dawk responsabbli biex jagħtu l-għajnuna u drittijiet oħra, l-arranġamenti prattiċi u l-proċeduri li permezz tagħhom jiġu ġestiti l-ilmenti u jingħataw l-għajnuna u l-kumpens, u l-proċeduri u l-formoli għall-komunikazzjoni mal-passiġġieri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 16c(2).

 

2. Kwalunkwe trasportatur ieħor li jipprovdi servizzi minn ajruport tal-Unjoni għandu jippreżenta dokument tal-konformità lill-NEBs tal-Istati Membri kollha li fihom jopera u lill-Kummissjoni.

 

3. It-Trasportaturi tal-Ajru għandhom jirrevedu d-dokumenti tal-konformità tagħhom u jippreżentaw verżjonijiet aġġornati lill-NEB(s) rilevanti u lill-Kummissjoni kull tliet snin mill-1 ta' Jannar 2019.

 

4. Il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu jikkunsidra d-dokumenti ta' konformità sottomessi mit-trasportaturi tal-ajru, filwaqt li jiċċekkja, meta jkun possibbli, il-validità tad-dokumenti ta' konformità fir-rigward tal-informazzjoni dwar l-ilmenti."

Ġustifikazzjoni

Id-dokument tal-konformità għandu jkun mod kosteffikaċi kif tiġi indirizzata l-problema ewlenija tar-Regolament, li hija l-infurzar. Il-kontenut meħtieġ fid-dokumenti jista’ jiġi ddeterminat mill-Kumitat għad-Drittijiet tal-Passiġġieri skont l-Artikolu 16c propost. Il-kontenut jista’ jinkludi affarijiet bħal pjanijiet ta’ kontinġenza għal tfixkil ewlieni, il-persunal responsabbli mill-għajnuna lill-passiġġieri, il-proċeduri dwar ir-rifjutar ta’ imbarkazzjoni, l-ikkanċellar tat-titjiriet, l-infurmar lill-passiġġieri eċċ.

Emenda   126

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16 a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fil-ħin tal-prenotazzjoni, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jipprovdu informazzjoni lill-passiġġieri dwar il-proċessi ta' ġestjoni tal-pretensjoni u l-ilment tagħhom relatati mad-drittijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u dwar l-indirizzi ta' kuntatt rilevanti, li fuqhom il-passiġġieri jistgħu jibagħtu l-pretensjonijiet u l-ilmenti tagħhom, anki b'mezzi elettroniċi ta' trażmissjoni. It-trasportatur tal-ajru għandu jgħarraf ukoll lill-passiġġieri dwar il-korp jew il-korpi kompetenti għall-ġestjoni tal-ilmenti tal-passiġġieri.

1. It-trasportaturi tal-ajru, l-organizzaturi jew il-bejjiegħa tal-biljetti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) 2111/2005 għandhom jipprovdu informazzjoni lill-passiġġieri dwar il-proċessi ta' ġestjoni tal-pretensjoni u l-ilment tat-trasportaturi tal-ajru u l-iskadenzi rilevanti skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, f'rabta mad-drittijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u dwar l-indirizzi ta' kuntatt rilevanti, li fuqhom il-passiġġieri jistgħu jibagħtu l-pretensjonijiet u l-ilmenti tagħhom, anki b'mezzi elettroniċi ta' trażmissjoni. It-trasportatur tal-ajru u jekk rilevanti, l-organizzatur għandu jgħarraf ukoll lill-passiġġieri dwar il-korp jew il-korpi kompetenti għall-ġestjoni tal-ilmenti tal-passiġġieri, kif stipulat mill-Istati Membri skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 16. L-informazzjoni rilevanti għandha tingħata fil-ħin tal-prenotazzjoni, u għandha tkun aċċessibbli għal kulħadd, għandha tkun indikat b'mod ċar fuq il-biljett tal-passiġġier u fuq is-siti elettroniċi tat-trasportatur tal-ajru, għandha titqassam fl-uffiċċji tat-trasportaturi tal-ajru fl-ajruporti u għandha tiġi kkomunikata fil-messaġġ elettroniku li jinnotifikahom li t-titjira tagħhom ġiet kanċellata jew se tiddewwem. Il-passiġġieri għandhom jingħataw formola għal ilment fuq it-talba tagħhom.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni provduta lill-passiġġieri rigward l-proċeduri ta' pretensjoni u lment teħtieġ li tiġi infurzata. Jekk ikun meħtieġ, l-organizzatur għandu jgħaddi lill-passiġġieri informazzjoni ġenerali rigward il-proċeduri inkluż l-indirizz ta' kuntatt tal-korpi kollha kompetenti.

Emenda   127

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16 a – paragrafu 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

‘1a. L-oneru tal-provi rigward il-forniment tal-informazzjoni mitluba lill-passiġġieri ikun fir-responsabilità tat-trasportatur tal-ajru.

Emenda   128

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk passiġġieri jixtieq jagħmel ilment mat-trasportatur tal-ajru rigward id-drittijiet tiegħu skont dan ir-Regolament, għandu jissottomettih fi żmien tliet (3) xhur mid-data li fiha tkun twettqet jew kienet skedata li titwettaq it-titjira. Fi żmien 7 ijiem minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur għandu jikkonferma li rċieva l-ilment lill-passiġġier. Fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur tal-ajru għandu jagħti tweġiba sħiħa lill-passiġġier.

2. Jekk passiġġieri jixtieq jagħmel ilment mat-trasportatur tal-ajru rigward id-drittijiet tiegħu skont dan ir-Regolament, għandu jissottomettih fi żmien tliet (3) xhur mid-data li fiha tkun twettqet jew kienet skedata li titwettaq it-titjira. Is-sottomissjoni ta’ lment fi żmien tliet xhur u wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ tliet xhur għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tiegħu li jinfurza l-pretensjonijiet tiegħu skont dan ir-Regolament fil-qafas tas-sistema ġudizzjarja u riżoluzzjoni barra mill-qorti. Fi żmien sebat ijiem ta' ħidma minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur għandu jikkonferma li rċieva l-ilment lill-passiġġier. Fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur tal-ajru għandu jagħti tweġiba sħiħa lill-passiġġier. Meta t-trasportatur tal-ajru ma jipprovdix dik it-tweġiba sħiħa f’dak il-perjodu ta’ xahrejn, dan għandu jitqies li jkun aċċetta l-pretensjonijiet tal-passiġġier.

 

Meta t-trasportatur tal-ajru jinvoka ċirkostanzi straordinarji, għandu jgħarraf lill-passiġġier fit-tweġiba tiegħu biċ-ċirkostanzi speċifiċi responsabbli għall-kanċellazzjoni jew id-dewmien. It-trasportatur tal-ajru għandu juri wkoll li jkun ħa l-miżuri raġonevoli kollha biex jevita l-kanċellazzjoni jew id-dewmien.

 

Mat-tweġiba sħiħa, it-trasportatur tal-ajru għandu wkoll jikkomunika lill-passiġġier ikkonċernat id-dettalji ta' kuntatt relevanti tal-korp maħtur imsemmi fil-paragrafu 3, inkluż l-indirizz postali, in-numru tat-telefon, l-indirizz elettroniku u l-indirizz tal-websajt tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Sostituzzjoni tal-Emenda 85 tar-rapporteur.

Emenda  129

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Skont il-liġi rilevanti tal-UE u nazzjonali, kull Stat Membru għandu jaħtar korp jew korpi nazzjonali biex ikunu responsabbli għal riżoluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti bejn it-trasportaturi tal-ajru u l-passiġġieri fir-rigward tad-drittijiet koperti b'dan ir-Regolament.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasportaturi tal-ajru jkunu jistgħu jissottomettu tilwim mat-trasportaturi tal-ajru rigward drittijiet u obbligi stabbiliti b’dan ir-Regolament lil mekkaniżmi extraġudizzjarji indipendenti, effikaċi u effiċjenti. Għal dan il-għan, kull Stat Membru għandu jaħtar korp jew korpi nazzjonali biex ikunu responsabbli għal riżoluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti bejn it-trasportaturi tal-ajru u l-passiġġieri fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi koperti bdan ir-Regolament. Dawk il-korpi għandhom ikunu differenti mill-Korp għall-Infurzar imsemmi fl-Artikolu 16(1). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-korpi jkollhom is-setgħa li jirrisolvu t-tilwima kkonċernata bejn il-passiġġieri u t-trasportaturi tal-ajru permezz ta’ deċiżjoni li hija legalment vinkolanti fuq iż-żewġ partijiet u infurzabbli. Fir-rigward ta' tilwimiet li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2013/11/UE, għandha tapplika biss din id-Direttiva. It-trasportaturi tal-ajru kollha li huma involuti f’titjiriet minn ajruport fit-territorju ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz għal dawn l-ajruporti għandhom josservaw is-sistema ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim alternattiva msemmija fid-Direttiva 2013/11/UE, li tiżgura riżoluzzjoni ta’ tilwim barra mill-qorti sempliċi, mgħaġġla u rħisa bejn il-passiġġieri u t-trasportaturi tal-ajru.

Emenda  130

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Kull passiġġier jista' jilmenta ma' xi korp nazzjonali maħtur skont il-paragrafu 3, fuq ksur allegat ta' dan ir-Regolament f'kull ajruport li jinstab fit-territorju ta' Stat Membru jew li jikkonċerna xi titjira minn pajjiż terz lil ajruport li jinstab fuq dak it-territorju. Ilmenti bħal dawn jistgħu jiġu sottomessi mhux qabel xahrejn wara li l-ilment ikun ġie sottomess lit-trasportatur tal-ajru kkonċernat sakemm it-trasportatur ma jkunx diġà ta tweġiba finali għat-tali lment.

4. Mal-wasla tat-tweġiba sħiħa mit-trasportatur tal-ajru, il-passiġġier ikkonċernat jista jilmenta ma xi korp nazzjonali għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim barra mill-qorti maħtur skont il-paragrafu 3, fuq ksur allegat ta dan ir-Regolament fkull ajruport li jinstab fit-territorju ta Stat Membru jew li jikkonċerna xi titjira minn kwalunkwe ajruport li jinsab fit-territorja ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz lejn tali ajruporti. Ilmenti bħal dawn jistgħu jiġu sottomessi fi żmien limitu li għandu jiġi ffissat minn qabel u sa mhux anqas minn sena mid-data li fiha l-passiġġier issottometta l-ilment jew il-pretensjoni lit-trasportatur ikkonċernat.

Emenda  131

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 4 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Jekk jirriżulta li l-linja tal-ajru għandha tort, il-korp għall-ġestjoni tal-ilmenti għandu jinforma lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar, li, f'konformità mal-Artikolu 16a(2), għandu jieħu azzjoni biex jiżgura l-infurzar.

Emenda  132

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16 a – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fi żmien sebat (7) ijiem minn meta jirċievi l-ilment, il-korp maħtur għandu jikkonferma li rċieva l-ilment u għandu jibgħat kopja lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar xieraq. Iż-żmien meħud biex tingħata t-tweġiba finali lill-ilmentatur ma għandux ikun itwal minn tliet xhur mir-riċevuta tal-ilment. Kopja tat-tweġiba finali għandha tingħata wkoll lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar.

5. Meta korp stipulat ikun irċieva lment għandu jinnotifika lill-partijiet għat-tilwima malli jkun irċieva d-dokumenti kollha li jinkludu l-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna l-ilment; Għandu jibgħat kopja tad-dokumenti li jirrigwardaw l-ilment lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar xieraq. Iż-żmien meħud biex tingħata t-tweġiba finali lill-ilmentatur ma għandux ikun itwal minn 90 jum mid-data li fiha l-korp stipulat ikun irċieva il-fajl komplut tal-ilment. Kopja tat-tweġiba finali għandha tingħata wkoll lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar.

Ġustifikazzjoni

L-emenda taġġusta l-Artikolu bi qbil mad-Direttiva l-ġdida dwar ir-Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim (ADR).

Emenda  133

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16 a – paragrafu 5 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

‘5a. Sabiex jiġu kkuntattjati dwar kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jikkomunikaw id-dettalji ta' kuntatt tagħhom lill-korpi maħtura skont dan l-Artikolu tal-Istati Membri li joperaw fihom.'

Emenda  134

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 5 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

‘5b. Meta f’dan ir-Regolament jiġu invokati raġunijiet ta’ sigurtà, l-oneru tal-provi għandu jkun ir-responsabilità tat-trasportatur tal-ajru.

Emenda  135

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16 aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

"Artikolu 16aa

 

L-Istati Membri għandhom jipprovdu korpi ta’ medjazzjoni mgħammrin sew, bla ħlas u indipendenti biex jgħinu sabiex jinstabu soluzzjonijiet fil-każ ta’ konflitti bejn il-passiġġieri u l-linji tal-ajru u l-fornituri tas-servizzi ta’ modi oħra tat-trasport."

Emenda  136

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16b – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tappoġġja d-djalogu bejn l-Istati Membri dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni nazzjonali ta' dan ir-Regolament permezz tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 16c.

1. Il-Kummissjoni għandha tappoġġja d-djalogu u tippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni nazzjonali ta' dan ir-Regolament permezz tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 16c.

Emenda  137

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16b – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu rapport tal-attività tagħhom lill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn tmiem April tas-sena kalendarja ta' wara. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi fuq il-kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati f'dawn ir-rapporti permezz ta' atti implimentattivi. Dawk l-atti implimentattivi għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16c.

2. Ta kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu rapport tal-attività tagħhom, inklużi l-istatistiċi msemmija fl-Artikolu 16(5), lill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn tmiem April tas-sena kalendarja ta wara. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi fuq il-kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati f'dawn ir-rapporti permezz ta' atti implimentattivi. Dawk l-atti implimentattivi għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16c.

Emenda  138

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16b – paragrafu 5 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu fl-Unjoni kollha li jikkonsistu mill-korpi kollha maħtura skont l-Artikolu 16 u l-Artikolu 16a biex jiżguraw l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-ksur, is-sanzjonijiet u l-aħjar prattiki ta’ infurzar bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli f’forma elettronika għall-Istati Membri kollha.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija marbuta mal-emenda 81 tar-Rapporteur. It-talba għal mekkaniżmu fl-Unjoni kollha għall-iskambju tal-informazzjoni tneħħiet mill-Artikolu 16(4) għal dan l-Artikolu 16b li jittratta l-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

Emenda  139

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16 b – paragrafu 5 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b. Il-Korpi Nazzjonali għall-Infurzar għandhom jipprovdu, fuq talba, l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti dwar il-każijiet individwali ta' ksur lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jinħoloq fluss koerenti ta’ informazzjoni l-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tikseb l-informazzjoni mill-NEBs permezz ta’ dispożizzjoni rilevanti ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  140

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16b – paragrafu 5 c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5c. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha u taġġornaha b’mod regolari, billi tibda mhux iżjed tard mill-1 ta’ Mejju 2015, il-lista tat-trasportaturi kollha tal-ajru li joperaw fl-Unjoni li b’mod sistematiku jonqsu milli jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Irrispettivament mid-daqs jew min-nazzjonalità, kwalunkwe trasportatur li dwaru l-Kummissjoni tkun irċeviet evidenza ta’ ksur skont l-Artikolu 16a(5b) li jkun sar fir-rigward ta’ passiġġieri fuq iżjed minn għaxar titjiriet differenti f’sena kalendarja waħda, u li jirrelataw ma’ iżjed minn artikolu wieħed minn dan ir-Regolament, għandu jitqies li naqas b’mod sistematiku li jikkonforma mar-Regolament.

Emenda  141

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16c a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) L-Artikolu li ġej jiddaħħal:

 

“Artikolu 16ca

 

Atti delegati

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 16cb, biex iżżid elementi mal-lista eżawrjenti ta' ċirkostanzi meqjusa li huma ċirkostanzi straordinarji li jirriżultaw mill-ħidma tal-Korpi Nazzjonali għall-Infurzar u s-sentenzi tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja."

Emenda  142

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16c b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15b) L-Artikolu li ġej jiddaħħal:

 

“Artikolu 16cb

 

Eżerċizzju ta' delega

 

1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 16ba għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ...*. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

 

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 16ca tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi atti delegati diġà fis-seħħ.

 

4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 16ba għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Il-perjodu għandu jkun estiż b'xahrejn wara l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.'

 

_________________

 

* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda  143

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-1 ta' Jannar 2017 il-Kummissjoni għandha tirrapporta mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar it-tħaddim u r-riżultati ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari rigward l-impatti tal-kumpens għal dewmien fit-tul u l-limitazzjoni tal-akkomodazzjoni f'ċirkostanzi straordinarji ta' dewmien twil. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta wkoll dwar it-titjib fil-protezzjoni tal-passiġġieri li qed jivvjaġġaw bl-ajru fuq titjiriet minn pajjiżi terzi li joperaw minn trasportaturi tal-ajru mhux tal-Komunità, fil-kuntest tal-ftehimiet internazzjonali dwar it-trasport tal-ajru. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk meħtieġ, minn proposti leġislattivi.

Sal-1 ta' Jannar 2017 il-Kummissjoni għandha tirrapporta mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar it-tħaddim u r-riżultati ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari rigward l-impatti tal-kumpens għal dewmien fit-tul u l-limitazzjoni tal-akkomodazzjoni f'ċirkostanzi straordinarji ta' dewmien twil, kwistjonijiet li jikkonċernaw l-interpretazzjoni ta' ċirkostanzi straordinarji, l-istatistika ppubblikata mill-Korpi Nazzjoni għall-Infurzar dwar l-attivitajiet tagħhom, inkluż dwar is-sanzjonijiet u s-sejbiet tagħhom rigward prattiki suspettużi ta' ksur mit-trasportaturi tal-ajru, il-progress magħmul fl-istabbiliment ta' korpi nazzjonali responsabbli għar-riżoluzzjoni extra-ġudizzjarja tat-tilwim u tal-attivitajiet ta' dawn tal-aħħar. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta wkoll dwar it-titjib fil-protezzjoni tal-passiġġieri li qed jivvjaġġaw bl-ajru fuq titjiriet minn pajjiżi terzi li joperaw minn trasportaturi tal-ajru mhux tal-Unjoni, fil-kuntest tal-ftehimiet internazzjonali dwar it-trasport tal-ajru. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-effettività tal-miżuri meħuda u s-sanzjonijiet imposti mill-korpi msemmija fl-Artikolu 16 u l-ħtieġa possibbli ta' approċċ armonizzat; ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk meħtieġ, minn proposti leġiżattivi.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur hu tal-fehma li r-rappurtar tal Kummissjoni għandu jinkludi informazzjoni aktar dettaljata sabiex jiġi ġudikat l-impatt, l-implimentazzjoni u l-infurzar tar-Regolament.

Emenda  144

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 3 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. It-trasportatur tal-ajru tal-Komunità għandu jipprovdi formola għall-ilmenti fl-ajruport li tippermetti lill-passiġġier jissottometti minnufih ilment bħal dan dwar ħsara jew dewmien tal-bagalji. Tali formola għall-ilmenti, li tista' tieħu l-forma ta' Rapport dwar Irregolarità fil-Proprjetà (PIR), għandha tkun aċċettata mit-trasportatur tal-ajru fl-ajruport bħala lment skont l-Artikolu 31(2) tal-Konvenzjoni ta' Montreal. Din il-possibbiltà ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-passiġġier li jissottometti lment permezz ta' mezzi oħra fl-iskadenzi mogħtija mill-Konvenzjoni ta' Montreal.'

2. Fl-ajruporti kollha fl-Unjoni, it-trasportatur tal-ajru Komuntarju u l-operaturi tal-art li jaġixxi f'ismu għandhom jistabbilixxu servizz li jipprovdi lill-passiġġiera b'formoli għall-ilmenti li jippermettulhom jissottomettu minnufih ilment dwar ħsara jew dewmien tal-bagalji mal-wasla. Bl-istess mod, it-trasportatur tal-arju Komunitarju għandu jagħti formola għall-ilmenti bħal din fuq talba tal-passiġġier fil-bank tiegħu taċ-chek-in jew fl-uffiċċji ta' servizz fl-ajruport, jew fit-tnejn, u għandu jagħmel il-formola għall-ilmenti disponibbli fil-websajts tiegħu. Il-formola għall-ilmenti, li tista' tieħu l-forma ta' Rapport dwar Irregolarità fil-Proprjetà (PIR), għandha tkun aċċettata mit-trasportatur tal-ajru fl-ajruport bħala lment skont l-Artikolu 31(2) tal-Konvenzjoni ta' Montreal. Din il-possibbiltà ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-passiġġier li jissottometti lment permezz ta' mezzi oħra fl-iskadenzi preskritti mill-Konvenzjoni ta' Montreal.'

 

2a. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-forma tal-formola għall-ilmenti standardizzata. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformita mal-proċedura ta' konsulenza/eżami msemmija fl-Artikolu 6f(2).’

Ġustifikazzjoni

L-emenda tissostitwixxi l-emenda 92 tar-Rapporteur. Bħall-atti kollha ta’ implimentazzjoni, il-formola għall-ilmenti għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fil-lingwi kollha tal-UE.

Emenda  145

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Fl-Artikolu 5, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"3a. Jekk jintilfu jew jittardjaw il-bagalji jew issirilhom ħsara, il-linji tal-ajru l-ewwel għandhom jikkumpensaw lill-passiġġieri li magħhom ikunu kkonkludew kuntratt qabel ma jkunu jistgħu jagħmlu pretensjoni kontra l-ajruporti jew il-fornituri tas-servizz għad-danni, li ma jkunux bilfors responsabbli għalihom. "

Emenda  146

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta jkun qed iġorr siġġijiet tar-roti jew tagħmir tal-mobbiltà jew apparat tal-assistenza ieħor li jkun diġà għadda miċ-check-in, it-trasportatur tal-ajru u l-aġenti tiegħu jistgħu joffru kull persuna b'mobbiltà mnaqqsa kif iddefinit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/200625 l-għażla li jagħmlu, mingħajr ħlas, dikjarazzjoni ta' interess speċjali skont l-Artikolu 22(2) tal-Konvenzjoni ta' Montreal, mal-prenotazzjoni u mhux aktar tard minn meta t-tagħmir jingħata lit-trasportatur tal-ajru.

1. Meta jkun qed iġorr siġġijiet tar-roti jew tagħmir tal-mobbiltà jew apparat tal-assistenza ieħor li jkun diġà għadda miċ-check-in, it-trasportatur tal-ajru u l-aġenti tiegħu għandhom jgħarrfu lill-passiġġieri bid-drittijiet tagħhom u joffru lil kull persuna b’diżabilità jew mobbiltà mnaqqsa kif iddefinit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/200625 l-għażla li jagħmlu, mingħajr ħlas, dikjarazzjoni ta interess speċjali skont l-Artikolu 22(2) tal-Konvenzjoni ta Montreal, mal-prenotazzjoni u mhux aktar tard minn meta t-tagħmir jingħata lit-trasportatur tal-ajru. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-formoli mudell li għandhom jintużaw għal tali dikjarazzjoni ta' interess. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 6f(2).

__________________

__________________

25Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru, ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1.

25Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta persuni bdiżabbiltà u ta persuni bmobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru, ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tissostitwixxi l-emenda 93 tar-rapporteur. Sabiex tkun iffaċilitata l-proċedura ta’ dikjarazzjoni, formola mudell tista’ tkun ta’ għajnuna. Din għandha tagħti kemm lill-passiġġieri kif ukoll lit-trasportaturi tal-ajru gwida għall-forniment ta’ informazzjoni rilevanti u d-dokumentazzjoni meħtieġa f’każ ta’ distruzzjoni, telf jew ħsara lit-tagħmir ta’ mobbiltà.

Emenda  147

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-kumpaniji tal-linji tal-ajru għandhom jiżguraw, bla ebda ħlas addizzjonali, li l-passiġġieri jkunu jistgħu jużaw is-siġġu tar-roti tagħhom, inklużi l-puxċers tat-tfal, sal-bieb tat-tluq, u li dawn jingħatawlhom lura fil-bieb tal-ajruplan. Jekk, għal raġunijiet ta' sikurezza, dan ma jkunx possibbli, il-kumpaniji tal-linji tal-ajru għandhom jipprovdu lill-utenti tas-siġġijiet tar-roti , bla ebda ħlas addizzjonali, mod alternattiv ta' mobbiltà fit-terminal tal-ajruport sakemm ikunu jistgħu jiġbru s-siġġijiet tar-roti tagħhom. Jekk tali raġunijiet ta’ sikurezza jkunu direttament relatati mat-terminal innifsu, l-awtorità ta’ ġestjoni tal-ajruport għandha tkun responsabbli li tipprovdi l-mod alternattiv imsemmi f’dan il-paragrafu.

Ġustifikazzjoni

F’diversi ajruporti tal-UE mhuwiex permess li jittieħed is-siġġu għal persuni b’nuqqas ta’ mobbiltà jew puxċers għat-tfal sal-birb tat-tluq u xi kultant, dawn jiġu rritornati lura biss fiċ-ċinturin tal-ġbir tal-bagalji. Dan jillimita ħafna l-mobbiltà ta’ dawn il-persuni, u għalhekk għandu jiġi żgurat li dawn ikunu jistgħu jieħdu s-siġġijiet tagħhom sal-bieb tat-tluq. Fil-każ li ma jkunx meħtieġ minħabba raġunijiet ta’ sigurtà, għandu jkun hemm mezzi alternattivi disponibbli u b’xejn.

Emenda  148

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) 2027/97

Artikolu 6b – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-fini ta' monitoraġġ tal-protezzjoni ta' passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa u ta' passiġġieri b'diżabbiltajiet fil-każ ta' ħsara fit-tagħmir tal-mobbiltà tagħhom, il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu jeżamina wkoll u jqis l-informazzjoni fuq l-ilment dwar tagħmir tal-mobbiltà sottomessa lill-korpi maħtura skont l-Artikolu 16a tar-Regolament Nru 261/2004.

2. Għall-fini ta' monitoraġġ tal-protezzjoni ta' passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa u ta' passiġġieri b'diżabbiltajiet fil-każ ta' ħsara fit-tagħmir tal-mobbiltà jew tagħmir ta' assistenza tagħhom, il-Korp Nazzjonali għall-Infurzar għandu jeżamina wkoll u jqis l-informazzjoni fuq l-ilment dwar tagħmir tal-mobbiltà sottomessa lill-korpi maħtura skont l-Artikolu 16a tar-Regolament (KE) Nru 261/2004.

Ġustifikazzjoni

Bħal f'partijiet oħra ta' dan ir-Regolament, it-tagħmir ta' assistenza għandu jitqies bħala ekwivalenti għat-tagħmir ta' mobbiltà.

Emenda  149

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6c – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(1) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ...*. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

 

____________

 

* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

It-test ġie adattat għall-perjodu standard tad-delega tas-setgħa mogħtija mill-Parlament lill-Kummissjoni.

Emenda  150

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Filwaqt li t-trasportaturi tal-ajru għandhom il-libertà kummerċjali kollha li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li skonthom jippermettu li tinġarr bagalja, dawn għandhom juru biċ-ċar, waqt il-buking jew waqt iċ-check-in (inkluż fil-magni taċ-check-in self-service), il-kwota massima tal-bagalji li l-passiġġieri jistgħu jġorru fil-kabina jew fl-istiva tal-ajruplan fuq kull waħda mit-titjiriet inklużi fil-buking tal-passiġġier, li tkun tinkludi kwalunkwe restrizzjonijiet fuq l-għadd tal-oġġetti applikati fi kwota massima partikolari tal-bagalji. Meta jiġu applikati ħlasijiet żejda għall-ġarr tal-bagalji, it-trasportaturi tal-ajru għandhom juru biċ-ċar id-dettalji ta' dawn il-ħlasijiet waqt il-buking jew fuq talba fl-ajruport.

1. It-trasportaturi tal-ajru għandhom jindikaw biċ-ċar, fi stadju bikri tal-proċess tal-buking, fil-kanali ta’ distribuzzjoni kollha li jintużaw, inklużi s-sistemi ta’ riservazzjoni kompjuterizzati, jew waqt iċ-check-in (inkluż fil-magni taċ-check-in self-service), il-kwota massima tal-bagalji li l-passiġġieri jistgħu jġorru fil-kabina jew fl-istiva tal-ajruplan fuq kull waħda mit-titjiriet inklużi fil-buking tal-passiġġier, li tkun tinkludi kwalunkwe restrizzjoni fuq l-għadd tal-oġġetti li se tiġi applikata fi kwota massima partikolari tal-bagalji u kwalunkwe restrizzjoni fuq ix-xiri mill-ajruport. Id-dettalji tal-ħlasijiet żejda applikabbli għall-ġarr tal-bagalji mit-trasportaturi tal-ajru għandhom jiġu kkomunikati fi stadju bikri tal-proċess tal-buking jew fuq talba fl-ajruport b’mod ċar, trasparenti u mhux ambigwu. Is-servizzi tal-ivvjaġġar ewlenin u l-ħlasijiet addizzjonali għandhom ikunu identifikabbli b’mod ċar u għandhom ikunu jistgħu jinxtraw b’mod separat minn xulxin.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tissostitwixxi l-emenda 95 tar-Rapporteur sabiex tiżdied it-talba għat-trasparenza fil-prezz u l-libertà kummerċjali.

Emenda  151

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d – paragrafu1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Għandu jiġi permess lill-passiġġieri li jġorru abbord fil-kabina, bla ħlas, oġġetti jew affarijiet personali essenzjali bħal kowtijiet u ħendbegs, inkluża mill-inqas borża waħda standardizzata ta' xiri mill-ħwienet tal-ajruport, barra l-kwota massima preskritta tal-bagalji fil-kabina.

Emenda  152

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d – paragrafu 1 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1107/2006, il-kwoti tal-bagalji li wieħed jista’ jtella’ miegħu jistgħu jiġu espressi f’dimensjonijiet massimi jew piżijiet massimi tal-kwota totali li kull passiġġier jista’ jtella’ miegħu, jew it-tnejn, imma mingħajr ebda restrizzjoni dwar l-għadd speċifiku ta’ oġġetti li jinġarru.

Ġustifikazzjoni

Il-linji tal-ajru għandhom jiddeterminaw il-kwota massima tal-bagalji bħala piż jew dimensjoni imma għandha tiġi pprojbita l-possibbiltà li jiġi limitat l-għadd ta’ oġġetti.

Emenda  153

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta minħabba ċirkostanzi straordinarji, bħal raġunijiet ta' sikurezza jew tibdil fit-tip ta' trasportatur tal-arju wara li jkun sar il-buking, ma jkunux jistgħu jinġarru fil-kabina dawk l-oġġetti inklużi fil-kwota tal-bagalji li wieħed jista' jtella' miegħu, it-trasportatur tal-ajru jista' jġorrhom fl-istiva tal-ajruplan, iżda mingħajr spiża żejda għall-passiġġier.

2. It-trasportatur tal-ajru jista’ jagħmel arranġamenti biex l-oġġeti msemmija hawn fuq jiġu trasportati fl-istiva tal-ajruplan fil-każ ta' kundizzjonijiet eċċezzjonali relatati ma’ raġunijiet ta’ sikurezza u l-karatteristiċi speċifiċi tal-ajruplan jipprekludu t-trasportazzjoni fil-kabina. L-ebda ħlas żejjed ma għandu japplika f’dawn il-każijiet.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija ddisinjata biex tqis iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali relatati mal-ajruplan jew ir-raġunijiet ta’ sikurezza li jistgħu jipprekludu l-ġarr fil-kabina ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 6 – punt d – subparagrafu 1a u 1b.

Emenda  154

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Jekk il-bagalja tal-idejn titneħħa mill-kabina tal-ajruplan u titqiegħed fl-istiva tiegħu qabel ma l-passiġġier jitla’ fuq l-ajruplan jew qabel tibda t-titjira, din għandha tingħata lura lill-passiġġier bħala bagalja tal-idejn meta jkun se jinżel mill-ajruplan.

Emenda  155

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6e – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Trasportatur tal-ajru tal-Komunità għandu jħall passiġġier iġorr strument mużikali fil-kabina tal-passiġġieri ta' ajruplan soġġett għar-regoli ta' sigurtà applikabbli u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-restrizzjonijiet tal-ajruplan ikkonċernat. L-istrumenti mużikali għandhom jiġu aċċettati għat-trasport fil-kabina tal-ajruplan diment li t-tali strumenti jistgħu jiġu stivati b'mod sigur f'kompartiment xieraq tal-bagalji fil-kabina jew taħt sedil xieraq tal-passiġġieri. Trasportatur tal-ajru jista' jiddetermina li strument mużikali għandu jifforma parti mill-kwota permessa tal-bagalji tal-idejn ta' passiġġier u ma jinġarrx b'żieda ma' dik il-kwota.

1. Trasportatur tal-ajru tal-Unjoni għandu jħall passiġġier iġorr strument mużikali fil-kabina tal-passiġġieri ta' ajruplan soġġett għar-regoli ta' sikurezza applikabbli u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-restrizzjonijiet tal-ajruplan ikkonċernat. L-istrumenti mużikali għandhom jiġu aċċettati għat-trasport fil-kabina tal-ajruplan diment li t-tali strumenti jistgħu jiġu stivati b'mod sigur f'kompartiment xieraq tal-bagalji fil-kabina jew taħt sedil xieraq tal-passiġġieri. Meta jkun aċċettat għal ġarr fil-kabina tal-ajruplan strument mużikali għandu jifforma parti mill-kwota permessa tal-bagalji tal-idejn ta' passiġġier. It-trasportatur tal-ajru jista' jiddettermina li l-ispejjeż addizzjonali għandhom japplikaw għal bagalji li jinġarru bl-idejn li jinġarru b'żieda ma' dik il-kwota

Emenda  156

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6e – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta strument mużikali jkun kbir wisq biex jiġi stivat b'mod sigur f'kompartiment xieraq tal-bagalji fil-kabina jew taħt sedil xieraq tal-passiġġieri, it-trasportatur tal-ajru jista' jitlob il-ħlas ta' biljett addizzjonali meta t-tali strumenti mużikali jinġarru bħala bagalji tal-idejn fuq sedil ieħor. Meta jinxtara t-tieni sedil, it-trasportatur tal-ajru għandu jagħmel sforzi raġonevoli biex ipoġġi l-passiġġier u l-istrument mużikali kkonċernat biswit xulxin. Meta disponibbli u jekk jintalab hekk, l-istrumenti mużikali għandhom jinġarru f'parti msaħħna tal-kompartiment tal-merkanzija tal-ajruplan soġġetti għar-regoli ta' sigurtà applikabbli, ir-restrizzjonijiet tal-ispazju u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ajruplan ikkonċernat. Trasportatur tal-ajru għandu jindika biċ-ċar it-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu li abbazi tagħhom se jiġu trasportati l-istrumenti mużikali u l-imposti applikabbli.

2. Meta strument mużikali jkun kbir wisq biex jiġi stivat b'mod sigur f'kompartiment xieraq tal-bagalji fil-kabina jew taħt sedil xieraq tal-passiġġieri, it-trasportatur tal-ajru jista' jitlob il-ħlas ta' biljett addizzjonali meta t-tali strumenti mużikali jinġarru bħala bagalji tal-idejn fuq sedil ieħor. Dan il-biljett addizzjonali ma għandux ikun suġġett għall-ħlas tat-taxxa tat-tluq tal-ajruport rilevanti. Meta jinxtara t-tieni sedil, it-trasportatur tal-ajru għandu jagħmel sforzi raġonevoli biex ipoġġi l-passiġġier u l-istrument mużikali kkonċernat biswit xulxin.

Ġustifikazzjoni

Sabiex titjieb l-istruttura ta' dan l-artikolu, it-test imħassar ġie maqsum u integrat fl-Artikolu 6e, il-paragrafi 2a(ġdid) u 2b (ġdid).

Emenda  157

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 e – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

‘2a. Meta disponibbli u jekk jintalab hekk, l-istrumenti mużikali għandhom jinġarru f'parti msaħħna tal-kompartiment tal-merkanzija tal-ajruplan soġġetti għar-regoli ta' sikurezza applikabbli, ir-restrizzjonijiet tal-ispazju u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ajruplan ikkonċernat. It-trasportatur tal-ajru għandu jipprovdi tikketti speċjali li għandhom jintwerew biċ-ċar fuq l-istrumenti mużikali sabiex ikun żgurat li jkunu trattati bil-kura neċessarja. L-istrumenti biss ippakkjati b'mod xieraq f'kontenitur riġidu u/jew b'qoxra iebsa magħmula b'mod speċifiku għal dawn l-oġġetti għandhom jitħallew jinġarru bħala parti mill-merkanzija tal-ajruplan.'

Emenda  158

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6e – paragrafu 2 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. It-trasportatur tal-ajru għandu jindika biċ-ċar waqt l-buking u fit-termini u l-kondizzjonijiet tiegħu l-bażi li fuqha l-istrumenti mużikali se jkunu trasportati, inkluż l-ispejjeż applikabbli, il-faċilitajiet għall-ġarr ta’ strumenti mużikali li huma disponibbli fuq l-ajruplan ikkonċernat u d-dimensjonijiet ta’ dawn il-faċilitajiet. Meta jkun hemm bżonn li jiġi bbukkjat it-tieni sedil, il-passiġġieri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jibbukkjaw it-tieni sedil onlajn.

Emenda  159

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6f (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6f

 

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għad-Drittijiet tal-Passiġġieri. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu jkun japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  160

Proposta għal regolament

Anness 1

Ir-Regolament (KE) 261/2004

Anness 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'Anness: il-lista mhux eżawrjenti taċ-ċirkostanzi meqjusin bħala ċirkostanzi straordinarji għall-fini ta' dan ir-Regolament

'Anness: il-lista eżawrjenti taċ-ċirkostanzi meqjusin bħala ċirkostanzi straordinarji għall-fini ta dan ir-Regolament

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi pprovduta ċ-ċertezza legali rigward id-definizzjoni ta’ ċirkostanzi straordinarji, il-lista għandha tkun imfassla bħala waħda konklużiva.

Emenda  161

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ii. problemi tekniċi li mhumiex inerenti fit-tħaddim normali tal-ajruplan, bħall-identifikazzjoni ta’ difett matul l-operat tat-titjira kkonċernata u li jipprevjenu l-kontinwazzjoni normali tal-operat; jew difett tal-manifattura moħbi li jiġi rivelat mill-manifattur jew awtorità kompetenti u li jaffettwa ħażin is-sigurtà tat-titjira;

ii. problemi tekniċi li jolqtu lill-ajruplan li huma direttament ikkaġunati minn difett matul tal-manifatturi moħbi li jiġi formalment rikonoxxut bħala tali mill-manifattur jew awtorita kompetenti jirriżulta matul il-kontroll ta' manutenzxjoni li jsir qabel it-titjira jew wara li l-ajruplan ikun ġie rilaxxat għas-servizz, li jaffettwa ħażin is-sikurezza tat-titjira;

Ġustifikazzjoni

Emenda tattika b’oppożizzjoni għall-Emenda 101.

Emenda  162

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – punt ii a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

iia. ħsara kkaġunata minn ħbit tal-għasafar;

Ġustifikazzjoni

L-imġiba tal-għasafar fl-ajru tmur lil hinn mill-kontroll tal-linji tal-ajru, irrispettivament minn kwalunkwe miżura ta’ prekawzjoni li jistgħu jieħdu.

Emenda  163

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – punt iii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

iii. riskji tas-sigurtà, atti ta' sabotaġġ jew terroriżmu li jrendu impossibbli l-operat sikur tat-titjira;

iii. gwerra, inkwiet politiku, atti ta sabotaġġ jew terroriżmu li jrendu impossibbli l-operat sikur tat-titjira;

Emenda  164

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – punt iv

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

iv. riskji tas-saħħa jew emerġenzi mediċi li jpoġġu l-ħajja fir-riskju li jeħtieġu l-interruzzjoni jew id-devjazzjoni tat-titjira konċernata;

iv. riskji tas-saħħa jew emerġenzi mediċi li jeħtieġu l-interruzzjoni jew id-devjazzjoni tat-titjira konċernata;

Emenda  165

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – punt v

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

v. restrizzjonijiet tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru jew l-għeluq tal-ispazju tal-ajru jew ajruport;

v. restrizzjonijiet mhux previsti tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru jew l-għeluq mhux previst tal-ispazju tal-ajru, inklużi l-għeluq tar-runway mill-awtoritajiet;

Emenda  166

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – punt vi

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

vi. kundizzjonijiet meteoroloġiċi li huma inkompatibbli mas-sikurezza tat-titjira; kif ukoll

vi. Kundizzjonijiet meteoroloġiċi li huma inkompatibbli mas-sikurezza tat-titjira jew li jkunu għamlu ħsara lill-ajruplan waqt it-titjira jew fuq it-tarmak wara ir-rilaxx mis-servizz u li ma jagħmluhiex possibbli li t-titjira topera b'mod sikur; kif ukoll

Emenda  167

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – punt vii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

vii. tilwim tal-persunal tat-trasportatur operattiv tal-ajru jew tal-fornituri tas-servizzi essenzjali bħall-ajruporti u l-Fornituri tas-Servizz ta' Navigazzjoni tal-Ajru.

vii. tilwim mhux previst tal-persunal tat-trasportatur li jopera tal-ajru jew tal-fornituri tas-servizzi essenzjali bħall-ajruporti u l-Fornituri tas-Servizz ta' Navigazzjoni tal-Ajru.

Emenda  168

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Iċ-ċirkostanzi li ġejjin ma għandhomx jitqiesu bħala straordinarji:

imħassar

i. i. problemi tekniċi inerenti fit-tħaddim normali tal-ajruplan, bħal problema identifikata matul il-manutenzjoni ta' rutina jew matul kontroll ta' qabel it-titjira tal-ajruplan jew li jfeġġu minħabba nuqqas li titwettaq tali manutenzjoni jew kontroll ta' qabel it-titjira; kif ukoll

 

ii. in-nuqqas ta' disponibbiltà tal-ekwipaġġ tat-titjira jew l-ekwipaġġ tal-kabina (sakemm mhux minħabba tilwim tal-persunal).

 

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni:

L-industrija tal-avjazzjoni għaddiet minn bosta tibdiliet sinifikanti tul dawn l-aħħar snin, b’rabta maż-żieda fin-numru tal-passiġġieri u t-titjiriet f’suq Ewropew liberalizzat. Dan l-iżvilupp ġeneralment pożittiv, madankollu kien akkumpanjat bl-applikazzjoni ta’ prattiki inġusti u bi tnaqqis fil-kwalità tas-servizzi, b’konsegwenzi negattivi għal min jivvjaġġa. B'żieda ma' dan, sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament fl-2004, jistgħu jiġu osservati problemi fir-rigward ta’ interpretazzjoni varjata minħabba oqsma mhux ċari u diskrepanzi fir-regolament attwali, infurzar mhux uniformi madwar l-Istati Membri u d-diffikultà li l-passiġġieri għandhom biex jinfurzaw id-drittijiet tagħhom meta trasportatur tal-ajru jikser il-leġiżlazzjoni. Il-Parlament diġà esprima lilu nnifsu fuq ħafna minn dawn il-punti fil-kuntest tar-riżoluzzjonijiet tiegħu adottati fl-2012[2].

L-elementi li ġejjin fil-proposta tal-Kummissjoni jistgħu jiġu sottolinjati bħala pass ‘il quddiem lejn l-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru: ir-rwol tal-entitajiet nazzjonali għall-infurzar kien definit aħjar u estiż biex ikopri l-irkuprar tal-bagalji; ġiet introdotta proċedura ta' ilment bi skadenzi ċari u ingħata rwol preċiż lil korp ġdida li għandha tkun stabbilita biex titratta l-ilmenti; ġew introdotti dispożizzjonijiet ġodda fir-rigward ta’ każijiet ta’ imbark miċħud, telf ta’ titjiriet konnessi u dewmien fit-tul; tfasslet lista mhux kompluta ta’ ċirkostanzi straordinarji sabiex tiċċara l-każijiet fejn it-trasportatur tal-ajru jkun eżentat mill-pagamenti ta’ kumpens; kien infurzat l-obbligu għat-trasportaturi tal-ajru li jinformaw lill-passiġġieri b’mod xieraq u f’waqtu iddaħlu dispożizzjonijiet ġodda rigward it-trasport ta’ tagħmir ta’ mobbiltà u ta’ strumenti mużikali.

Tħassib prinċipali

L-implimentazzjoni mhux kompluta u inkonsistenti tar-regolament eżistenti kemm mit-trasportaturi u mill-awtoritajiet nazzjonali toħloq konfużjoni kemm għall-passiġġieri u għall-industrija. B'żieda ma' dan, il-passiġġieri ma għandhomx informazzjoni biżżejjed dwar id-drittijiet tagħhom u mhumiex sodisfatti biċ-ċirkostanzi u bl-ispejjeż assoċjati mal-infurzar tad-drittijiet tagħhom.

L-inċertezza legali wasslet għal serje ta' deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea, li ħolqu każistika estensiva dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tul is-snin. Madankollu dan diffiċli li jiqabeż. Iċ-ċifri jindikaw li numru żgħir tal-passiġġieri biss, li huma teoretikament intitolati għall-benefiċċji u kumpens, jew li realment saħansitra jitolbu dan u jaqilgħuh.

Il-fattur kruċjali hu li t-trasportaturi li joperaw tal-ajru ma jirrikonoxxux b'mod awtomatiku d-drittijiet tal-passiġġieri kkonċernati. Il-passiġġieri għalhekk, għandhom jagħmlu talba individwali għad-drittijiet tagħhom ma' numru kbir ta' kumpaniji industrijali. Il-klijenti jħossuhom anqas sikuri f'dan il-każ, mhux l-anqas minħabba l-kumplessità tal-proċess. Bosta passiġġieri jsibuha diffiċli li jirrikorru għall-qrati minħabba l-ispejjeż għoljin u l-isforzi involuti liqed tiġi sfruttata minn xi linji tal-ajru biex jevitaw li jipprovdu dawn is-servizzi.

Għalhekk il-proposti tar-rapporteur huma ġeneralment immirati għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-passiġġieri.

Dritt għal kumpens fil-każ ta' dewmien twil:

Ir-regolament rivedut għandu jkun espliċitu fir-rigward tad-dritt għal assistenza u biex jingħata kumpens għall-passiġġieri li jsofru dewmien fit-tul. Il-livelli massimi li 'l fuq minnhom id-dewmien jagħti lok għal assistenza jew kumpens għandhom jiġu ffissati bi qbil mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea (kawżi C-407/07 u C-432/07 - Sturgeon) li jagħtu lill-passiġġieri li jkollhom dewmien ta' aktar minn 3 sigħat l-istess drittijiet bħal dawk ta' passiġġieri li t-titjira tagħhom tkun tħassret Ir-rapporteur jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni kkunsidrat id-deċiżjoni Sturgeon fil-proposta tagħha.

Ir-rapporteur jaqbel mal-Kummissjoni li l-limiti massimi għandu jkun l-istess għall-vjaġġi kollha fl-UE, iżda għandhom jiddependu fuq id-distanza tal-vjaġġ lejn u minn pajjiżi terzi sabiex jikkunsidraw id-diffikultajiet operattivi ffaċċjati mit-trasportaturi bl-ajru sabiex jitrattaw dewmien f'ajruporti remoti.

Madankollu, fid-dawl tad-deċiżjoni tal-ECJ, ir-rapporteur ma jaqbilx mal-fehma tal-Kummissjoni li l-limiti kollha għandhom jiżdiedu sabiex jitbaxxa l-impatt finanzjarju fuq it-trasportatur tal-ajru u biex ikun minimizzat ir-riskju li jikkanċellaw aktar titjiriet (Premessa 11). Madankollu, il-limiti massimi proposti huma meqjusa bħala twal wisq, speċjalment għal titjiriet intra-UE, meta t-tul tat-titjira ġeneralment ma jaqbiżsx it-tliet sigħat. Għal din ir-raġuni, ir-rapporteur emenda l-Artikolu 6 billi bidel il-limiti massimi ta' ħames, disa' u tnax-il siegħa bi tliet u ħames sigħat rispettivament.

Bil-għan li jiffaċilita aktar l-implimentazzjoni tas-sistema attwali u biex tinħoloq aktar ċarezza għall-passiġġieri u għal-linji tal-ajru, ir-Rapporteur jipproponi, b'żieda ma' dan li jiġu integrati l-punti ta' attivazzjoni u l-ammonti ta' kumpens skont l-Artikolu 6, 6a u 7 billi jintroduċi l-marġini li jmiss: EUR 300 għal titjiriet fi ħdan l-Unjon (indipendentement mit-tul tat-titjira); EUR 300 għat-titjiriet l-oħrajn kollha sa 3500 km; EUR 600 għat-titjiriet l-oħrajn kollha ta' aktar minn 3500 km.

Il-ftehimiet volontarji bejn it-trasportaturi tal-ajru u l-passiġġieri dwar il-kumpens għandhom ikunu infurzabbli biss fir-rigward tal-modalitajiet iżda mhux għall-kumpens innifsu(Artikolu 7(5)).

Drittijiet rigward titjiriet konnessi:

Il-każijiet meta passiġġier jitlef titjira konnessa minħabba tibdil fl-iskeda jew minħabba dewmien huma ta' tħassib partikolari. Għal din ir-raġuni il-Kummissjoni introduċiet Artikolu 6a ġdid li permezz tiegħu il-passiġġieri kkonċernati għandhom jiġu offruti assistenza, indukrar u riprogrammar tar-rotta mit-trasportatur tal-ajru preċedenti li jikkawża dewmien fil-punt tat-trasferiment li jwassal biex il-passiġġier jitlef it-titjira konnessa tiegħu/tagħha.

Il-passiġġieri li jitilfu titjira konnessa għandu ukoll ikun kapaċi li jitlob kumpens fuq bażi simili għal dawk li t-titjira tagħhom sofriet dewmien jew tħassret. Ir-rapporteur madankollu, hu tal-fehma li fid-dawl tal-ammont kbir ta' trasportaturi tal-ajru li joperaw titjiriet reġjonali fuq distanzi qosra fi ħdan l-UE, il-piż ekonomiku għandu jitnaqqas għal dawk it-trasportaturi. B'kunsiderazzjoni ta' dan, ir-rapporteur żied livell minimu ta' dewmien ta' 90 minuta għat-titjira preċedenti fil-punt ta' trasferiment li għandu jagħti lil passiġġier id-dritt għal kumpens (Premessa 13a ġdida, Artikolu 6a (2)) sakemm id-dewmien fid-destinazzjoni finali tal-vjaġġ hu aktar minn tliet sa ħames sigħat rispettivament. Ġiet miżjuda kundizzjoni doppja għal raġunijiet ta' proporzjonalità u hi ġustifikata jekk it-trasportatur bl-ajru preċedenti jikkawża biss dewmien qasir li fl-aħħar mill-aħħar iwassal għat-telfien tat-titjira ta' konnessjoni u f'dewmien ħafna itwal fid-destinazzjoni finali.

Imbark miċħud

L-imbark miċħud jista' jseħħ minħabba overbooking iżda ukoll għal raġunijiet operattivi, kif konfermat mill-Qorti. Każ speċjali ta' imbark miċħud hi l-hekk imsejħa politika no-show tat-trasportaturi tal-ajru. Fil-prattika, it-trasportaturi tal-ajru jiċħdu l-imbark lill-passiġġieri għat-titjira tar-ritorn tagħhom jekk huma ma jużawx it-titjira tar-ritorn tal-biljett tagħhom. Din il-politika tmur kontra l-interess tal-konsumatur u għandha tkun pprojbita b'mod ċar. Għalhekk ir-rapporteur jipproponi t-tisħiħ tal-proposta tal-Kummissjoni (Premessa 7, Artikolu 4(4)).

Ir-regolament għandu jiċċara ukoll li l-"imbark miċħud" jkopri każijiet li fihom il-ħin tat-tluq skedat iċċaqlaq 'il quddiem bil-konsegwenza li l-passiġġier jitlef it-titjira, sakemm il-passiġġier ma jkunx informat minn tal-inqas 24 siegħa qabel (Premessa 5, Artikolu 2(j), Artikolu 4 (5a ġdid)). Jekk il-bidla fl-iskeda hi importanti, il-passiġġier għandu jkollu d-dritt għal rimborż jew riprogrammar tar-rotta (Artikolu 6(1) (iii)).

B'żieda ma' dan, jekk it-tluq kien pospost għal ħin aktar tard, il-każ għandu jwassal għal drittijiet simili għal dewmien tat-titjira (Premessa 12).

Ir-rapporteur hu tal-fehma li l-passiġġieri, li l-imbark tagħhom ikun miċħud kontra r-rieda tagħhom, ma għandhomx isofru minn kwalunkwe limitazzjonijiet għall-assistenza u l-Artikolu 9 għandu japplika mingħajr dewmien. Għal din ir-raġuni hu kontra l-proposta tal-Kummissjoni li tapplika l-Artikolu 9 biss wara ħin ta' stennija ta' sagħtejn f'każ ta' passiġġier li jagħżel riprogrammar tar-rotta wara li jkun miċħud l-imbark (Artikolu 4(3), Artikolu 4(4)).

Protezzjoni f'każ ta' interruzzjonijiet ta' titjiriet multipli:

Falliment

Il-każijiet ta' Spanair u Malev Airline juru kemm hu importanti li d-drittijiet tal-passiġġieri jkunu protetti f'każ li linja tal-ajru tieqaf topera minħabba s-sitwazzjoni ekonomika tagħha. Ġeneralment dawn il-każijiet ta' kanċellazzjoni tat-titjiriet huma regolati mir-Regolament 261/2004 li jagħti lura l-flus jew li joffri lill-passiġġieri kkonċernati trasport alternattiv. Madankollu l-prattika turi li f'każ ta' falliment, teżisti ċerta inċertezza fir-rigward tal-pagamenti li indirettament jikkonċernaw ukoll lill-operturi tal-pakketti turistiċi. Għaldaqstant hemm bżonn ta' titjib fil-leġiżlazzjoni tal-UE. 

Kuntrarjament għall-Kummissjoni, li ma indirizzatx il-problema ewlenija tal-protezzjoni tal-passiġġieri, ir-rapporteur hu tal-fehma li r-reviżjoni tar-regolament għandha tinkludi d-dispożizzjonijiet rilevanti. Sabiex id-dritt għal rimborż tal-passiġġier ikun żgurat b'mod effettiv jew li jkun hemm titjira tar-ritorn, it-trasportaturi tal-ajru għandhom ikunu obbligati li jipprovdu evidenza suffiċjenti ta' sigurtà għar-rimborż tal-passiġġieri jew għar-rimpatrija tagħhom (Premessa 9a ġdida, Artikolu 5(5c ġdid)). Dan ir-rekwiżit jippermetti bosta miżuri (pereżempju fond jew assigurazzjoni) li t-trasportaturi tal-ajru jistgħu jieħdu biex jipproteġu lill-passiġġieri f'dawn il-każijiet.

Pjanijiet ta' kontinġenza

Element ewlieni ġdid introdott mill-Kummissjoni rigward l-obbligu għall-korpi ta' ġestjoni tal-ajruport u tal-utenti tal-ajruport biex jistabbilixxu pjanijiet ta' kontinġenza biex jimmimizzaw l-impatt tal-interruzzjonijiet ta' titjiriet multipli sabiex l-indukrar jew ir-riprogrammar tar-rotta jiġu organizzati b'mod koordinat. Jekk trasportatur tal-ajru jieqaf jopera f'daqqa waħda, dawn il-pjanijiet huma ta' bżonn partikolri biex jgħinu lill-passiġġieri li jibqgħu l-art. Ir-rapporteur iqis li l-limitu massimu ta' 3 miljun passiġġieri għall-ajruporti hu għoli wisq u għandu jitnaqqas għal 1.5 miljun. Il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali fl-iżvilupp ta' dawn il-pjanijiet ta' kontinġenza hi meqjusa bħala importanti (Premessa 10, Artikolu 5(5)). Il-bżonn għal azzjoni koordinata mill-partijiet kollha kkonċernati u indikazzjoni aktar dettaljata ta' liema pjanijiet ta' kontinġenza għandhom jinkludu obbligu partikolari fir-rigward tal-informazzjoni u tal-assistenza għall-passiġġieri biex idaħħlu fis-seħħ proċeduri f'każ ta' kanċellazzjonijiet tat-titjiriet huma sottolinjati mill-emendi rilevanti (Premessa 10a ġdida, Artikolu 5(5), Artikolu 5(5a ġdid)).

Ċirkostanzi straordinarji:

It-trasportaturi tal-ajru huma eżentati mill-pagament ta' kumpens jekk ikunu jistgħu jippruvaw li l-problemi huma minħabba ċerti ċirkostanzi straordinarji. Madankollu hemm bosta inċertezza dwar l-interpretazzjoni ta' dan it-terminu. Id-deċiżjonijiet rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea għandhom jgħinu biex jiġu fformulati d-dispożizzjonijiet tal-UE b'mod aktar kredibbli. Il-lista annessa ma' dan ir-Regolament għandha l-għan li sservi ta' għajnuna. Hawnhekk qed tingħata attenzjoni partikolari lill-kunċett ta' "problemi tekniċi". Fil-fatt bosta linji tal-ajru spiss jiġġustifikaw id-dewmien jew il-kanċellazzjoni bi "problemi tekniċi" li tħalli lill-passiġġier mingħajr l-ebda possibilità ta' rimedju f'dawn iċ-ċirkostanzi.

Ir-regolament rivedut għandu joffri gwida ċara dwar it-tip ta' ċirkostanzi straordinarji li skonthom it-trasportatur tal-ajru ma jkollux għalfejn iħallsu kumpens. Ir-rapporteur għamel emendi sostanzjali mal-lista mhux eżawrjenti annessa mal-proposta tal-Kummissjoni. L-iktar emenda eżawrijenti tirrigwarda l-inklużjoni jew l-esklużjoni ta' problemi tekniċi f'ċerti ċirkostanzi straordinarji. Ir-rapporteur jaqbel mad-deċiżjoni tal-Qorti fil-kawża Wallentin/Herrmann li bħala nota ġenerali, id-difetti tekniċi ma jirrappreżentawx ċirkostanzi eċċezzjonali. Il-problemi tekniċi għandhom jitqiesu b'mod eċċezzjonali bħala ċirkostanzi straordinarji jekk ikunu kkawżati minn ċirkostanzi li ma jistgħux jiġu ġestiti mit-trasportatur li jopera tal-ajru, bħala kawżi li jaffettwaw is-sikurezza tat-titjira u li jagħmlu t-tkomplija normali tat-titjira impossibbli.

Barra minn hekk l-emenda għandha tiċċara li anke jekk l-interruzzjoni tat-titjira tista' tkun ikkawżata minn ċirkostanzi straordinarji, għandu jkun ippruvat li t-trasportatur tal-ajru ħa l-miżuri korretti kollha sabiex jevita l-kanċellazzjoni. Hu biss jekk jintlaqgħu ż-żewġ kondizzjonijiet, li t-trasportatur tal-ajru għandu jkun eżentat mill-pagament tal-kumpens (Artikolu 5(3)). 

Dritt għal akkomodazzjoni:

Bi prinċipju, id-dritt għal akkomodazzjoni mhuwiex ikkuntestat f'każ ta' kanċellazzjoni, telf ta' titjiriet konnessi jew dewmien twil, jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet rilevanti. Ir-rapporteur jaqbel mal-Kummissjoni li f'każ ta; ċirkostanzi straordinarji ta' dewmien fit-tul, ir-reponsabilità mhux limitata attwali tat-trasportatur tal-ajru li jipprovdi akkomodazzjoni għandu jkun limitat. Madankollu għall-kuntrarju tal-Kummissjoni, ir-rapporteur jipproponi li jillimita biss l-ispejjeż ta' akkomodazzjoni u mhux tat-tul innifsu.

He takes the view that passengers who suffer the most under extraordinary circumstances of long duration should not be treated less favourably than passengers who are less exposed to such circumstances. Exceptionally, for passengers who organise their accommodation themselves, the costs and duration of care might be limited by the air carrier (Recital 16, Artikolu 9(4)). With these combined proposals, the Rapporteur takes account of both the interests of the passengers and the interests of the companies.  

The limited care in case of extraordinary circumstances should, however, not relieve the air carrier of its obligation to provide accommodation (Artikolu 9(4)).

Dritt għal informazzjoni:

L-għoti ta' informazzjoni lill-passiġġieri u t-trasparenza huma elementi ewlenin fil-kuntest tar-reviżjoni tar-Regolament attwali. Dan jikkonċerna d-dritt tagħhom li jkunu informati b'mod adegwat f'każ ta' interruzzjonijiet tat-titjira, dwar id-drittijiet tagħhom b'mod ġenerali, iżda ukoll il-kawża tal-interruzzjoni, it-tipi ta' trasport l-oħrajn possibbli (Artikolu 14(4)), l-aċċess għal proċeduri tal-ilment u formoli tal-ilment eċċ. Peress li t-trasportaturi tal-ajru huma s-sors ewlenija responsabbli u l-iktar affidabbli għall-għoti ta' din l-informazzjoni (Premessa 20, Artikolu 5(2)), ir-rapporteur iqis li din l-informazzjoni u l-assistenza għall-passiġġieri jistgħu jitjiebu b'mod sostanzjali bi preżenza adegwata ta' trasportaturi tal-ajru fl-ajruporti (Artikolu 14 (1a ġdid).

Trasparenza fil-prezzijiet

Hemm bżonn ta' titjib fir-rigward tal-prezzijiet tal-biljetti. Il-prezzijiet tal-biljetti spiss mhumiex trasparenti biżżejjed u dan iħasseb lill-passiġġieri u jagħmel it-tqabbil tal-prezzijiet diffiċli. Il-leġiżlatur għandu jiżgura li r-Regolament jitfassal b'tali mod li l-użu ħażin jkun jista' jiġi eskluż fil-parti l-kbira tiegħu. Id-definizzjoni tal-"prezz tal-biljett" għandha tkun ċara u komprensiva kemm jista' jkun. Għalhekk ir-rapporteur jipproponi li jżid numru ta' servizzi bażiċi mad-definizzjoni tal-Kummissjoni li għandhom dejjem jiġu nklużi fil-prezz tal-biljett bħal waqt il-ħruġ tal-karta tal-imbark, il-kwoti tal-bagalji minima u l-ispejjeż relatati mal-pagament bħall-karti ta' kreditu (Artikolu 2 (s)).

Il-Proċedura tal-ilmenti

Ġew introdotti bosta lmenti fl-Artikolu 16a l-ġdid dwar il-proċeduri ta' pretensjoni u lment sabiex it-test jiġi allinjat mad-Direttiva l-ġdida dwar id-Direttiva l-ġdida dwar Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR) (2013/11/UE)[3][1]li tobbliga lill-Istati Membri biex joħolqu korpi nazzjonali għall-riżoluzzjoni extra-ġudizzjarja, partikolarment il-korp futur għat-trattament tal-ilmenti tal-passiġġieri. Ir-rifjut tal-linji tal-ajru li jipparteċipaw f'sistemi u proċeduri tal-ADR jikkostitwixxi problema partikolari u għalhekk ir-Regolament għandu jipprovdi għall-obbligu tal-linji tal-ajru li jaderixxu għas-sistema tal-ADR. Il-proċedura tal-ilment mat-trasportatur tal-ajru ma tippreġudikax id-dritt ta' aċċess tal-passiġġieri għas-sistema ġudizzjarja u għal riżoluzzjoni extra-ġudizzjarja (Artikolu 16a (2)).

Dewmien fuq it-tarmak:

Fir-rigward tad-dewmien fuq it-tarmek ir-rapporteur jipproponi li jiddefinixxi d-dewmien fuq it-tarmak fir-rigward tat-tmiem tal-ħin biex jitilgħu abbord u mhux fil-bidu tal-ħin biex jitilgħu abbord, peress li dawn il-ħinijiet jiddependu fuq id-daqs tal-ajruplan. Id-dewmien għandu jkun ikkalkolat f'termini assoluti u mhux b'rabta ma' kull ajruplan (Artikolu 2 (w)). Il-proposta tal-Kummissjoni li tiffissa d-dewmien fuq it-tarmak għal minimu ta' ħames sigħat qabel ma l-passiġġieri jitħallew jinżlu minn fuq l-ajruplan, hi twila wisq. Ir-rapporteur jipproponi li jnaqqas id-dewmien fuq it-tarmaċ għal-sentejn.

Kwota ta' bagalji:

Eżempju prominenti wieħed għan-nuqqas ta' informazzjoni adegwata rigward il-prattika tat-trasportaturi tal-ajru fir-rigward tal-kwoti tal-bagalji għall-passiġġieri. Ċerti trasportaturi tal-ajru jippermettu lill-passiġġieri jġorru bagalja tal-idejn waħda abbord u jiċċarġjaw għal kull oġġett addizzjonali bħal affarijiet mixtrija mill-ajruport. Sabiex tiġi evitata l-konfużjoni fost il-passiġġieri u biex il-passiġġieri jitħallew iqabblu l-prezzijiet, f'każ li jkun hemm spejjeż addizzjonali, għandu jkun hemm informazzjoni trasparenti dwar il-kwoti tal-bagalji qabel ma jibda l-proċess ta' bbukkjar (Premessa 28, Artikolu 6d(1)).

Barra minn hekk ir-rapporteur hu tal-fehma li l-passiġġieri għandhom jitħallew iġorru fil-kabina oġġetti personali essenzjali nkluż affarijiet mixtrija mill-ajruport mingħajr spejjeż addizzjonali b'żieda mal-kwota massima preskritta ta' bagalji tal-kabina (Artikolu 6d (1a ġdid). Politika anqas restrittiva tat-trasportaturi tal-ajru tmur kontra t-tnaqqis fil-bejgħ tal-punti kummerċjali fl-ajruport.

Ġew introdotti bosta emendi bil-għan li jitjieb it-trattament ta' strumenti mużikali.. Bi prinċipju, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jippermettu lill-passiġġieri jġorru strument mużikali fil-kabina tal-passiġġieri ta' ajruplan. Strument mużikali għandu jifforma parti mill-kwota għall-bagalji tal-idejn. Għandha tingħata indikazzjoni ċara tal-ispejjeż u l-kondizzjonijiet applikabbli. Għall-ġarr fuq l-ajruplan mit-trasportatur tal-ajru.

Bagalji mitlufa jew li ġratilhom ħsara jew li jdumu ma jaslu

Sabiex ikun iffaċilitat it-tressiq tal-ilmenti għal bagalji mitlufa jew li ġratilhom ħsara jew li jdumu ma jaslu, servizz speċjali għall-irkuprar tal-bagalji, għandu jiġi introdott bi prinċipju fl-ajruporti kollha, għalkemm dan diġà jeżisti f'bosta ajruporti. Dan is-servizz jagħti lill-passiġġieri l-possibilità li jressqu ilment mal-wasla tagħhom u jgħin biex jitħaffu l-proċeduri. B'żieda ma' dan għandu jkun hemm formola tal-ilment standardizzata madwar l-Unjoni u għandha tkun disponibbli fl-Anness għar-Regolament. L-anness ikollu l-vantaġġ li l-formola tkun tradotta fil-lingwi kollha tal-UE. (Premessa 31, Artikolu 3(2)).

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (8.11.2013)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi bl-ajru, fejn jidħol it-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom
(COM(2013)0130 – C7‑0066/2013 – 2013/0072(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Hans-Peter Mayer

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-reviżjoni jidher li hi meħtieġa b'mod urġenti minħabba l-fatt li – partikolarment fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 – repetutament tressqu każijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar nuqqas ta' ċarezza legali. L-għan hu li jiġi żgurat bilanċ ġust bejn l-interessi tal-passiġġieri u dawk tat-trasportaturi bl-ajru. Ir-reviżjoni għandha wkoll il-ħsieb, madankollu, li tinkoraġġixxi l-linji tal-ajru jfittxu modi kif itejbu s-servizzi provduti u l-approċċ ġenerali tagħhom.

Sabiex tintlaħaq simplifikazzjoni partikolarment għall-konsumaturi/passiġġieri Ewropej, hu mixtieq li mhux biss jiġu ċċarati partijiet individwali tal-leġiżlazzjoni, iżda għandu wkoll jiġi ssimplifikat l-istrument b'mod sħiħ u li dan isir aktar komprensibbli.

Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004:

Drittijiet u skali:

Wieħed mill-punti ewlenin fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 hi l-kwistjoni dwar liema każijiet ta' dewmien iwasslu għal intitolamenti u kif għandhom dawn ikunu differenzjati. F’din l-opinjoni, ir-rapporteur orjenta ruħu, f'dan ir-rigward, mill-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Fl-interess taċ-ċarezza, hu jipproponi wkoll sistema li tinvolvi biss żewġ kategoriji: titjiriet ta' inqas jew aktar minn 3 500 km. L-ewwel kategorija - vjaġġi sa 3500km u titjiet ġewwa l-UE – espliċitament jinkludu wkoll id-dipartimenti barranin tal-UE. Hawn għandu jkun possibbli kumpens massimu ta’ EUR 250 għal kull titjira għal dewmien ta’ 3 sigħat. Fit-tieni kategorija, huma inklużi t-titjiriet b’distanza ta’ iktar minn 3 500 km. Għal dawn, huwa possibbli li jingħata sa massimu ta’ EUR 600 għal dewmien ta’ 5 sigħat.

Sabiex tiġi kkunsidrata b’mod xieraq is-sitwazzjoni ekonomika tal-linji tal-ajru rħas, għandu jkun possibbli kumpens limitat skont il-prezzijiet tal-biljetti tal-ajru. Madankollu, hawn għandu jiġi kkalkulat il-prezz kollu tat-titjira, inkluż il-vjaġġ tar-ritorn b’biljett bidirezzjonali bl-ispejjeż addizzjonali kollha, partikolarment inkluż il-bagalja li tkun diġà bbukkjata. L-ammonti msemmija ta’ EUR 250 u EUR 600 għandhom japplikaw, sussegwentement, bħala limitazzjonijiet massimi. B’dan il-mod, għandha tiġi evitata l-isproporzjonalità.

Id-dritt għall-kumpens għandu jkopri b’mod ġenerali d-danni. Ir-rapporteur għalhekk jipproponi li jiġi ċċarat l-Artikolu 12(1), it-tieni sentenza, sabiex ikun indikat li dritt għal kumpens ma jistax ikun ikkumpensat minn talbiet oħra għad-danni. Il-ħtieġa għal din il-kjarifika ġejja mill-Każ X ZR111/12 li attwalment hu pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Punt ewlieni ieħor hu dwar meta l-passiġġier ma jfeġġx (no-show) Għandu jkun projbit il-fatt li passiġġier jiġi miċħud l-imbark fil-vjaġġ ta’ ritorn jew ta’ titjira oħra minħabba li ma jkunx ħa l-vjaġġ tal-bidu jew parti mill-vjaġġ, minħabba li għandu jkun evitat li leġiżlazzjoni Ewropea tilleġittima ksur tal-kuntratt - anke fil-każ ta' kumpens ta' danni.

Ir-rapporteur jixtieq ukoll jillimita l-ħin ta' stennija fil-każ ta' dewmien fuq it-tarmak għal sagħtejn. Fil-każ li t-tluq tal-ajruplan ikun imminenti, li tfisser li x'aktarx li se jitlaq fi żmien nofs siegħa, il-ħin tad-dewmien jista' jiġi mtawwal aktar minn sagħtejn. F'dawk il-każijiet, huma l-piloti li jridu jiddeċiedu abbażi tas-sitwazzjoni. Barra minn hekk, ir-rapporteur jixtieq jipprovdi d-dritt għal riprogrammar tar-rotta wara dewmien ta' mhux aktar minn tliet siegħat. Fl-istess ħin, l-opinjoni tistipula li l-assistenza speċifikata fl-Artikoli 8 u 9 trid tkun ingħatat fi stadju bikri.

Il-Kumitat jemmen li fil-każ ta' dewmien jew kanċellazzjoni mingħajr ħtija, il-linja tal-ajru għandha tkun mitluba tħallas l-ispejjeż sa massimu ta' ħamest iljieli f'ħotel, b'ammont massimu ta' EUR 175 għal kull lejl. Is-somma proposta mill-Kummissjoni tidher baxxa ħafna f’ċerti każijiet, partikolarment fir-rigward tal-ħtieġa ta’ akkomodazzjoni viċin l-ajruport minħabba titjira oħra possibbli.

L-opinjoni tipprovdi wkoll, abbażi tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2013/11 dwar alternattiva għar-riżoluzzjoni tat-tilwim għall-konsumatur, biex il-perjodu ta' limitazzjoni li fih jitressqu ilmenti jkun b'mod uniformi għal sentejn. Barra minn hekk, dan jirrikjedi li t-trasportaturi bl-ajru jkunu obbligati jagħmlu referenza espliċita għal-limiti ta’ żmien.

Lista taċ-ċirkostanzi straordinarji fl-Anness I:

L-opinjoni tbiddel l-ordni li fiha ċ-ċirkustanzi li se jkunu meqjusa bħala vinkolanti għandhom jiġu elenkati, biex tqiegħdom f'ordni ta' importanza. Hi tinkludi problemi tekniċi, imma testendi l-lista fil-qasam tar-riskji tas-sikurezza.

Tagħmel ukoll distinzjoni fil-każ ta' kwistjonijiet dwar ix-xogħol bejn it-trasportatur tal-ajru fuq naħa u trasportaturi oħra u fornituri ta' servizzi essenzjali fuq l-oħra.

Hu biss fil-każ ta' dan tal-aħħar, li jkun aċċettat li jeżistu ċirkustanzi straordinarji.

Fiż-żewġ listi, ċirkustanzi straordinarji u dawk li mhumiex m'għandhomx ikunu eżawrjenti sabiex ikun evitat li fil-futur jinqalgħu xi problemi dwar sitwazzjonijiet u ċirkustanzi li ma jkunux issemmew. Dawk il-listi diġà ġew estiżi wara deċiżjonijiet meħuda mill-qrati Ewropej. Huma jistgħu jkunu adattati imma mhux imqassra permezz ta' atti delegati.

Possibilitajiet tal-ilmenti:

Hemm ħafna feedback min-naħa tal-passiġġieri li jindika li t-talbiet u l-ilmenti tal-passiġġieri mhumiex ittrattati b’mod adegwat biżżejjed. Ħafna drabi, inizjalment it-trasportaturi jirrifjutaw talbiet billi jindikaw raġunijiet foloz. Għal każijiet bħal dawn għandhom jiġu imposti sanzjonijiet.

Sabiex jitħaffef l-infurzar, jeħtieg ikun previst ukoll id-dritt legali għall-informazzjoni sħiħa rigward ir-raġunijiet għad-dewmien, il-kanċellazzjoni u l-bidla fl-iskeda tat-titjiriet. Jekk dan ma jsirx, ma jintlaħaqx l-għan ta' garanzija ta+-*' infurzar aħjar tad-drittijiet tal-passiġġieri.

Ir-Regolament (KE) Nru 2027/97:

Minħabba li dan huwa Regolament tal-UE, il-munita tal-euro għandha sservi bħala unità. Konsegwentement, l-opinjoni tipprovdi, għal raġunijiet ta’ komprensibbiltà, tħassir tal-kunċett tad-Dritt Speċjali ta’ Prelevament (SDR) bħala unità. Minflok, huma speċifikati l-ammonti mqarrba abbażi tal-valur attwali tal-ammonti msemmija tad-Dritt Speċjali ta’ Prelevament.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 japplika wkoll għal passiġġieri li jkunu bbukkjaw il-vjaġġ bl-ajru tagħhom bħala parti minn vjaġġ b'kollox inkluż. Madankollu, għandu jiġi ċċarat li l-passiġġieri ma jistgħux jakkumulaw drittijiet korrispondenti, b'mod partikolari kemm skont dan ir-Regolament kif ukoll skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż . Il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu liema liġi jintroduċu fil-pretensjonijiet tagħhom, iżda ma għandux ikollhom id-dritt li jakkumulaw il-kumpens għall-istess problema skont iż-żewġ atti legali. Il-passiġġieri ma għandhomx ikunu kkonċernati dwar kif it-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ġiti jallokkaw tali pretensjonijiet bejniethom.

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 japplika wkoll għal passiġġieri li jkunu bbukkjaw il-vjaġġ bl-ajru tagħhom bħala parti minn vjaġġ b'kollox inkluż. Madankollu, għandu jiġi ċċarat li l-passiġġieri ma jistgħux jakkumulaw drittijiet korrispondenti, b'mod partikolari kemm skont dan ir-Regolament kif ukoll skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż, anke jekk fil-prinċipju għandhom dritt li jasserixxu dawk id-drittijiet separatament jew simultanjament. Il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu liema liġi jintroduċu fil-pretensjonijiet tagħhom, iżda ma għandux ikollhom id-dritt li jakkumulaw il-kumpens għall-istess problema skont iż-żewġ atti legali. Il-passiġġieri ma għandhomx ikunu kkonċernati dwar kif it-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ġiti jallokkaw tali pretensjonijiet bejniethom.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Għandu jiġi ċċarat li l-passiġġieri, meta huma ma jkunux jixtiequ jitilgħu abbord għal parti mill-vjaġġ tagħhom, għandhom ikunu jistgħu jinformaw b’dan lit-trasportaturi qabel il-ħin tat-tluq skedat, u mhux biss wara sabiex jiġu invokati t-taxxi li għandhom jiġu rimborżati.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b) It-trasportaturi tal-ajru għandhom ikunu obbligati li jirrifondu mingħajr ħlas it-taxxi diġà mħallsa fil-każ ta’ kanċellazzjoni mill-passiġġier.

Ġustifikazzjoni

Xi trasportaturi tal-ajru ta’ spiss jitolbu f’każijiet bħal dawn imposti eċċessivi għal servizz. Dan mhuwiex xieraq. Taxxa li ma titħallasx għandha tkun kompletament rimborżata. Passiġġier li ma jkunx uża l-biljett tat-titjira mħallas, għandu jkun 'penali' biżżejjed fiha nnifisha.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 9c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9c) Meta l-passiġġier, fil-qafas ta’ ftehim, jagħżel li jivvjaġġa iktar tard, dan għandu jiġu rimborżat kompletament l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-ajruport għat-titjira kkanċellata. Hawn huma inklużi l-ispejjeż għat-trasport pubbliku, l-ispejjeż tat-taksi, it-tariffi għall-ipparkjar fil-parkeġġ tal-ajruport.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 9d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9d) Il-passiġġieri għandhom jibbenefikaw minn protezzjoni speċifika f’każ ta’ kanċellazzjonijiet minħabba l-insolvenza ta’ trasportatur tal-ajru jew is-sospensjoni tal-operat tiegħu minħabba r-revoka tal-liċenzja operattiva tiegħu; it-trasportaturi tal-ajru għandhom ikunu meħtieġa li jipprovdu prova ta’ sikurezza suffiċjenti għar-rimborż tal-passiġġieri u/jew ir-ripatrijazzjoni tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li tiġi stabbilita protezzjoni għall-passiġġieri li qed jiffaċċjaw trasportatur li qed itemm l-attivitajiet tiegħu, kemm biex jieħdu lura l-prezz tal-biljett mhux użat tagħhom kif ukoll biex jirritornaw lura f’pajjiżhom jekk jinsabu bblukkati barra minn pajjiżhom. Titħalla flessibilità lit-trasportaturi dwar il-mezzi (fondi, assigurazzjoni, ...).

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-ajruporti u l-utenti tal-ajruporti bħat-trasportaturi tal-ajru u l-kumpaniji tal-groundhandling għandhom jikkoperaw biex inaqqsu l-impatt ta' interruzzjonijiet multippli tat-titjiriet fuq il-passiġġieri billi jiżguraw il-kura u r-riprogrammar tar-rotot tagħhom. Għal dan il-għan, għandhom jippreparaw pjanijiet ta' kontinġenza għal tali okkorrenzi u jaħdmu flimkien fl-iżvilupp ta' tali pjanijiet.

(10) L-ajruporti u l-utenti tal-ajruporti bħat-trasportaturi tal-ajru, il-kumpaniji tal-groundhandling u s-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jikkoperaw biex inaqqsu l-impatt ta’ interruzzjonijiet multipli tat-titjiriet fuq il-passiġġieri billi jiżguraw il-kura u r-riprogrammar tar-rotot tagħhom. Għal dan il-għan, għandhom jippreparaw pjanijiet ta’ kontinġenza għal tali okkorrenzi u jaħdmu flimkien mal-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali jew lokali fl-iżvilupp ta’ tali pjanijiet. Il-pjanijiet ta’ kontinġenza attwali għandhom jiġu adattati jekk ikun meħtieġ b’mod korrispondenti.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jinkludi espliċitament id-dritt għal kumpens għall-passiġġieri li jsoffru dewmien twil, b'konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Kawżi Konġunta C-402/07 u C-432/07 (Sturgeon). Fl-istess ħin, il-livelli limitu li 'l fuq minnhom id-dewmien iwassal għal dritt għal kumpens għandhom jiżdiedu biex jieħdu f'kunsiderazzjoni l-impatt finanzjarju fuq is-settur u sabiex tiġi evitata kwalunkwe żieda fil-frekwenza tal-kanċellazzjonijiet bħala riżultat ta' dan. Biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini li jivvjaġġaw fi ħdan l-UE jiffaċċjaw kundizzjonijiet omoġeni għal kumpens, il-livell limitu għandu jkun l-istess għall-vjaġġi kollha fl-Unjoni, iżda għandu jkun jiddependi fuq id-distanza tal-vjaġġi għall-ivvjaġġar lejn u minn pajjiżi terzi sabiex jitqiesu d-diffikultajiet operazzjonali li jiltaqgħu magħhom it-trasportaturi tal-ajru biex jindirizzaw dewmien f'ajruporti remoti.

(11) Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jinkludi espliċitament id-dritt għal kumpens għall-passiġġieri li jsoffru dewmien twil, b'konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Kawżi Konġunta C-402/07 u C-432/07 (Sturgeon). Biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini li jivvjaġġaw fi ħdan l-UE jiffaċċjaw kundizzjonijiet omoġeni għal kumpens, il-livell limitu għandu jkun l-istess għall-vjaġġi kollha fl-Unjoni, iżda għandu jkun jiddependi fuq id-distanza tal-vjaġġi għall-ivvjaġġar lejn u minn pajjiżi terzi sabiex jitqiesu d-diffikultajiet operazzjonali li jiltaqgħu magħhom it-trasportaturi tal-ajru biex jindirizzaw dewmien f'ajruporti remoti.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Biex jittieħed inkunsiderazzjoni l-impatt finanzjarju fuq is-settur tat-trasport bl-ajru anke fis-settur tal-prezzijiet baxxi, għandhom ikunu jistgħu jiġu invokati d-drittijiet għall-kumpens f’pagamenti li jammontaw għall-prezz totali mħallas tal-biljett tal-ajru, iżda mhux iktar mill-ammonti msemmija f’dan ir-Regolament. Dan il-prezz tal-biljett tal-ajru għandu jkopri l-vjaġġ bidirezzjonali, inklużi l-ispejjeż addizzjonali bħal pereżempju għall-bagalja. Dan id-dritt għandu japplika għal kull dewmien tat-titjira fl-ammont xieraq. Jekk ikun hemm dewmien fl-ewwel titjira u dewmien fit-titjira tar-ritorn ikun hemm għalhekk id-dritt ta’ kumpens doppju fl-ammont tal-prezz tal-biljett totali rispettivament.

 

 

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jikkonferma espliċitament li t-tibdil fl-iskedi tat-titjiriet għandu impatt simili fuq il-passiġġieri bħad-dewmien u għalhekk għandu jirriżulta fl-istess drittijiet.

(12) Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jikkonferma espliċitament li t-tibdil fl-iskedi tat-titjiriet għandu impatt simili fuq il-passiġġieri bħad-dewmien u l-kanċellazzjonijiet u għalhekk għandu jirriżulta fl-istess drittijiet.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) L-implimentazzjoni ta' ċertu drittijiet tal-passiġġieri, b'mod partikolari d-dritt għal akkomodazzjoni, tidher li hija sproporzjonata għad-dħul tat-trasportaturi tal-ajru għal ċertu operazzjonijiet ta' daqs żgħir. Għalhekk titjiriet li jagħmlu ajruplani żgħar fuq distanzi qosra għandhom jiġu eżentati mill-obbligu ta' ħlas għall-akkomodazzjoni, għalkemm it-trasportatur tal-ajru xorta għandu jgħin lill-passiġġier isib akkomodazzjoni bħal din.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-artikolu assoċjat ma din il-premessa jirreferi mhux biss għal ajruplani żgħar imma wkoll għal distanzi ta' inqas minn 250 km. Jekk passiġġier jibqa' l-art f'ajruport f'nofs ta' lejl, u m'għandux għażla biex ikompli jivvjaġġa, immedjatament jew mod ieħor, hu għandu jkun ipprovdut b'akkomodazzjoni. Mhuwiex it-tort tal-konsumatur li jintuża ajruplan żgħir.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Għal persuni b'diżabbiltà, persuni b'mobbiltà mnaqqsa u persuni oħrajn bi bżonnijiet speċjali bħal tfal mhux akkumpanjati, nisa tqal u persuni bi bżonn ta' għajnuna medika speċifika, jista' jkun aktar diffiċli biex isirulho, arranġamenti għall-akkomodazzjoni meta jseħħu interruzzjonijiet tat-titjiriet. Għalhekk, kull limitazzjoni għad-dritt għal akkomodazzjoni fil-każijiet ta' ċirkostanzi straordinarji jew għal operazzjonijiet reġjonali ma għandhiex tapplika għal dawn il-kategoriji ta' passiġġieri.

(18) Għal persuni b'diżabbiltà, persuni b'mobbiltà mnaqqsa u persuni oħrajn bi bżonnijiet speċjali bħal tfal mhux akkumpanjati, nisa tqal u persuni bi bżonn ta' għajnuna medika speċifika, jista' jkun aktar diffiċli biex isirulho, arranġamenti għall-akkomodazzjoni meta jseħħu interruzzjonijiet tat-titjiriet. Għalhekk, kull limitazzjoni għad-dritt għal akkomodazzjoni fil-każijiet ta ċirkostanzi straordinarji ma għandha bl-ebda mod tapplika għal dawn il-kategoriji ta passiġġieri.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Il-passiġġieri mhux biss għandhom jiġu mgħarrfa sew dwar id-drittijiet tagħhom fil-każ ta' interruzzjoni tat-titjira, iżda għandhom jiġu mgħarrfa wkoll kif xieraq dwar xi kkawża l-interruzzjoni, malli l-informazzjoni ssir disponibbli. Din l-informazzjoni għandha tingħata wkoll meta l-passiġġier ikun xtara l-biljett mingħand intermedjarju stabbilit fl-Unjoni.

(20) Il-passiġġieri mhux biss għandhom jiġu mgħarrfa sew dwar id-drittijiet tagħhom fil-każ ta’ dewmien, kanċellazzjoni, interruzzjoni jew bidla fl-iskeda tat-titjira, iżda għandhom jiġu mgħarrfa wkoll kif xieraq dwar ir-raġunijiet għal dan, malli l-informazzjoni ssir disponibbli. Għal dan il-għan, huma għandu jkollhom dritt legali sanzjonabbli. Dan id-dritt jeżisti wkoll meta l-passiġġier ikun xtara l-biljett mingħand intermedjarju stabbilit fl-Unjoni.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Il-passiġġieri mhux biss għandhom jiġu mgħarrfa sew dwar id-drittijiet tagħhom fil-każ ta' interruzzjoni tat-titjira, iżda għandhom jiġu mgħarrfa wkoll kif xieraq dwar xi kkawża l-interruzzjoni, malli l-informazzjoni ssir disponibbli. Din l-informazzjoni għandha tingħata wkoll meta l-passiġġier ikun xtara l-biljett mingħand intermedjarju stabbilit fl-Unjoni.

(20) Il-passiġġieri mhux biss għandhom jiġu mgħarrfa sew dwar id-drittijiet tagħhom fil-każ ta' interruzzjoni tat-titjira, iżda għandhom jiġu mgħarrfa wkoll kif xieraq dwar xi kkawża l-interruzzjoni, malli l-informazzjoni ssir disponibbli. Din l-informazzjoni għandha tingħata wkoll meta l-passiġġier ikun xtara l-biljett mingħand intermedjarju stabbilit fl-Unjoni. Barra minn hekk, dawn għandhom jiġu infurmati dwar il-proċeduri l-aktar sempliċi u rapidi ta’ pretensjoni u ta’ lment sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Sabiex ikun żgurat infurzar aħjar tad-drittijiet tal-passiġġieri, ir-rwol tal-Korpi Nazzjonali għall-Infurzar għandu jiġi ddefinit bi preċiżjoni ikbar u distint biċ-ċar mill-ġestjoni tal-ilmenti ta' passiġġieri individwali.

(21) Sabiex ikun żgurat infurzar aħjar tad-drittijiet tal-passiġġieri, ir-rwol tal-Korpi Nazzjonali għall-Infurzar għandu jiġi ddefinit bi preċiżjoni ikbar u distint biċ-ċar mill-ġestjoni tal-ilmenti ta' passiġġieri individwali. Barra minn hekk, għandu jiġi ċċarat li, fl-interess tal-konsumaturi Ewropej, ma għandux jinqabeż il-ħin massimu ta' ġestjoni ta’ 90 jum. Ir-responsabbiltà li jiġu ttrattati l-ilmenti individwali għandha tiġi ddefinita b’mod ċar, sabiex tiġi evitata sitwazzjoni fejn il-Korpi Nazzjonali għall-Infurzar jirreferu l-passiġġieri lil xulxin minflok ma jindirizzaw malajr l-ilment.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Il-passiġġieri għandhom jiġu mgħarrfa kif xieraq dwar il-proċeduri rilevanti biex jissottomettu pretensjonijiet u lmenti lit-trasportaturi tal-ajru u għandhom jirċievu tweġiba fi żmien raġonevoli. Il-passiġġieri għandu jkollhom ukoll l-għażla li jilmentaw fuq it-trasportaturi tal-ajru permezz ta' miżuri barra mill-qorti. Madankollu, peress li d-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal huwa dritt fundamentali rikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, dawk il-miżuri la għandhom jipprevjenu u lanqas ixekklu l-aċċess tal-passiġġieri għall-qrati.

(22) Il-passiġġieri għandhom jiġu mgħarrfa kif xieraq dwar il-proċeduri rilevanti biex jissottomettu pretensjonijiet u lmenti lit-trasportaturi tal-ajru u għandhom jiġu mgħarrfa dwar il-limiti ta’ żmien applikabbli f’din il-konnessjoni, b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikolu 16a(2). Huma għandhom jirċievu tweġiba fi żmien xahrejn wara li tasal il-pretensjoni jew l-ilment. Il-passiġġieri għandu jkollhom ukoll l-għażla li jilmentaw fuq it-trasportaturi tal-ajru permezz ta' miżuri barra mill-qorti. Peress li d-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal huwa dritt fundamentali rikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, dawk il-miżuri la għandhom jipprevjenu u lanqas ixekklu l-aċċess tal-passiġġieri għall-qrati. Biex il-pretensjonijiet ikunu pproċessati b’mod sempliċi, malajr u kosteffettiv fil-proċedimenti barra u ġewwa l-qorti, għandha ssir referenza, b’mod partikolari, għall-mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim online jew alternattivi, kif ukoll għall-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Il-passiġġieri għandhom jiġu mgħarrfa kif xieraq dwar il-proċeduri rilevanti biex jissottomettu pretensjonijiet u lmenti lit-trasportaturi tal-ajru u għandhom jirċievu tweġiba fi żmien raġonevoli. Il-passiġġieri għandu jkollhom ukoll l-għażla li jilmentaw fuq it-trasportaturi tal-ajru permezz ta' miżuri barra mill-qorti. Madankollu, peress li d-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal huwa dritt fundamentali rikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, dawk il-miżuri la għandhom jipprevjenu u lanqas ixekklu l-aċċess tal-passiġġieri għall-qrati.

(22) Il-passiġġieri għandhom jiġu mgħarrfa kif xieraq dwar il-proċeduri rilevanti biex jissottomettu pretensjonijiet u lmenti lit-trasportaturi tal-ajru u għandhom jirċievu tweġiba fi żmien raġonevoli. Il-passiġġieri għandu jkollhom ukoll l-għażla li jilmentaw fuq it-trasportaturi tal-ajru permezz ta' miżuri barra mill-qorti. Għal dan il-għan, huma għandhom jingħataw l-indirizzi u d-dettalji ta' kuntatt tal-korpi responsabbli kollha għat-tkomplija tal-formalitajiet relevanti f'kull pajjiż. Madankollu, peress li d-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal huwa dritt fundamentali rikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, dawk il-miżuri la għandhom jipprevjenu u lanqas ixekklu l-aċċess tal-passiġġieri għall-qrati.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Trasportaturi tal-ajru għandhom ikunu parti minn sistemi ta' riżoluzzjoni tat-tilwim kif imsemmi fid-Direttiva 2013/11/UE dwar ir-riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 22b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22b) Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi, l-ilmenti u l-pretensjonijiet fis-sens ta’ dan ir-Regolament għandhom isiru fi żmien sentejn minn meta jseħħ l-ilment, kif ikkalkulat mid-data li fiha kienet ibbukkjat t-titjira.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Minħabba l-iskadenzi qosra għas-sottomissjoni ta' lmenti għal telf, ħsara jew dewmien tal-bagalji, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jagħtu l-passiġġieri l-possibbiltà li jissottomettu lment billi jipprovdu formola għall-ilmenti fl-ajruport. Din tista' tkun ukoll il-formola tar-Rapport dwar Irregolarità fil-Proprjetà (PIR) komuni.

(31) Minħabba l-iskadenzi qosra għas-sottomissjoni ta’ lmenti għal telf, ħsara jew dewmien tal-bagalji, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jagħtu l-passiġġieri l-possibbiltà li jissottomettu lment billi jipprovdu formola fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE għall-ilmenti fl-ajruport. Din tista' tkun ukoll il-formola tar-Rapport dwar Irregolarità fil-Proprjetà (PIR) komuni.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Huwa meħtieġ li l-limiti monetarji espressi fir-Regolament (KE) Nru 2027/97 jiġu emendati sabiex jieħdu kont tal-iżviluppi ekonomiċi, kif rivedut mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO) fl-2009 skont l-Artikolu 24(2) tal-Konvenzjoni ta' Montreal.

(33) Huwa meħtieġ li l-limiti monetarji espressi fir-Regolament (KE) Nru 2027/97 jiġu emendati sabiex jieħdu kont tal-iżviluppi ekonomiċi permezz ta’ atti implimentattivi.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 34a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a) Dan ir-regolament għandu wkoll japplika għall-Ajruport ta' Ġibiltà.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 1 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

3. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-ajruport ta' Ġibraltar għandha tiġi sospiża sakemm l-arranġamenti fid-Dikjarazzjoni Konġunta magħmula mill-Ministri Barranin tar-Renju ta' l-Ispanja u tar-Renju Unit fit-2 ta' Diċembru 1987 jibdew joperaw. Il-Gvernijiet ta' Spanja u tar-Renju Unit għandhom jgħarrfu lill-Kunsill b'din id-data tad-dħul fil-ħidma.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni ma tneħħix mir-Regolament tal-2004 l-klawżola li tissospendi l-applikazzjoni għall-Ajruport ta’ Ġibiltà. Fl-2006, ir-Renju Unit, Spanja u l-Gvern ta’ Ġibiltà laħqu ftehim kostruttiv li żgura li l-Ajruport ta’ Ġibiltà jkun inkluż fis-suq uniku tal-avjazzjoni. Dak ta’ Ġibiltà huwa ajruport tal-UE u b’konformità mat-Trattati l-miżuri kollha tal-avjazzjoni tal-UE għandhom jiġu estiżi għal Ġibiltà.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Organizzatur" tfisser persuna fis-sens tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż;

"Organizzatur" tfisser il-persuna li, għajr okkażjonalment, torganizza pakketti u tbigħhom jew toffrihom għall-bejgħ, kemm jekk direttament kif ukoll jekk permezz ta' bejjiegħ;

Ġustifikazzjoni

Biex dan jinftiehem aħjar u jkun iktar konvenjenti għall-konsumaturi, jagħmel iktar sens li jitħassru r-referenzi tat-tipi kollha u minflok, jiġu indikati b’mod ċar id-definizzjonijiet korrispondenti f’dan ir-Regolament.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) “preżentazzjoni għall-imbark” tfisser ir-reġistrazzjoni tal-passiġġier għal titjira jew mit-trasportatur tal-ajru nnifsu, jew minn kumpanija tal-imbark bi tħejjija għall-imbark, jew billi titlesta r-reġistrazzjoni onlajn mill-passiġġier stess;

 

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 3(2) tal-verżjoni Ingliża, issa qed tirreferi għal “imbark”, waqt li l-verżjoni Ġermaniża tirreferi għal 'tħejjija għal imbark'. Dan joħloq konfużjoni fir-rigward tal-ħin speċifikat ta’ 45 minuta (dan jirreferi għal checking in għat-titjira jew l-imbark fuq l-ajruplan?).

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 –punt c

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'"persuna b'mobbiltà mnaqqsa" tfisser kwalunkwe persuna kif iddefinita fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru.'

'"persuni b'diżabilità" jew "persuna b’mobilità mnaqqsa" tfisser kwalunkwe persuna li l-mobilità tagħha meta jintuża t-trasport hija mnaqqsa minħabba kwalunkwe diżabilità fiżika (tas-sensi jew tal-lokomozzjoni, permanenti jew temporanja), diżabilità jew ħsara intelletwali, jew kull kawża oħra ta’ diżabilità, jew età, u li s-sitwazzjoni tagħha teħtieġ attenzjoni xierqa u l-adattament għall-ħtiġijiet partikolari tagħha mis-servizz li jkun disponibbli għall-passiġġieri kollha.'

Ġustifikazzjoni

Biex dan jinftiehem aħjar u jkun iktar konvenjenti għall-konsumaturi, jagħmel iktar sens li jitħassru r-referenzi tat-tipi kollha u minflok, jiġu indikati b’mod ċar id-definizzjonijiet korrispondenti f’dan ir-Regolament.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – subpunt d

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt l

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) Is-sentenza li ġejja tiżdied mad-definizzjoni ta' "kanċellazzjoni" fil-punt (l):

(d) Is-sentenza li ġejja tiżdied mad-definizzjoni ta' "kanċellazzjoni" fil-punt (l):

'Titjira li fiha l-ajruplan ikun telaq iżda li, għal xi raġuni, wara kellu jinżel f'ajruport li ma jkunx l-ajruport ta' destinazzjoni jew imur lura lejn l-ajruport tat-tluq, għandha titqies bħala titjira kkanċellata.'

'Indipendentement mill-konsegwenzi għal-linji tal-ajru, titjira li fiha l-ajruplan ikun telaq iżda li, għal xi raġuni, wara kellu jinżel f'ajruport li ma jkunx l-ajruport ta' destinazzjoni jew imur lura lejn l-ajruport tat-tluq, għandha titqies bħala titjira kkanċellata.'

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt m

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'(m) "ċirkostanzi straordinarji" tfisser ċirkostanzi li, minħabba s-sura jew il-bidu tagħhom, mhumiex inerenti fl-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat u mhumiex fil-kontroll proprju tiegħu. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, iċ-ċirkostanzi straordinarji għandhom jinkludu ċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Anness;

'(m) "ċirkostanzi straordinarji" tfisser ċirkostanzi li, minħabba s-sura jew il-bidu tagħhom, mhumiex inerenti fl-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat u mhumiex fil-kontroll proprju tiegħu. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, iċ-ċirkostanzi straordinarji għandhom jinkludu ċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-lista mhux eżawrjenti fl-Anness 1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, permezz ta' att delegat bi qbil mal-Artikolu 16d, li żżid ċirkustanzi mal-lista fl-Anness 1, li għandhom ikunu meqjusa bħala ċirkustanzi straordinarji għall-finijiet ta' dan ir-Regolament;

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt s

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"prezz tal-biljett" tfisser il-prezz sħiħ imħallas għal biljett inkluż in-noll tal-ajru, u t-taxxi, l-imposti, l-imposti miżjuda u t-tariffi mħallsa għas-servizzi kollha mhux obbligatorji u obbligatorji inklużi fil-biljett;

“prezz tal-biljett” tfisser il-prezz sħiħ imħallas għal biljett inkluż in-noll tal-ajru, it-taxxi, l-imposti, l-imposti miżjuda u t-tariffi mħallsa għas-servizzi kollha mhux obbligatorji u obbligatorji inklużi fil-biljett relatati mal-parti tat-trasport bl-ajru tal-vjaġġ;

Ġustifikazzjoni

Jiċċara li l-“prezz tal-biljett” jirreferi biss għas-servizz konnessi mat-trasport bl-ajru (u mhux għas-servizzi bħal prenotazzjonijiet f’lukandi u l-kiri ta’ karozzi).

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 2 – punt w

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"dewmien fuq it-tarmak" tfisser, fit-tluq, il-ħin li l-ajruplan jibqa' fuq l-art bejn il-bidu tal-imbark tal-passiġġieri u l-ħin tat-tluq tal-ajruplan jew, fil-wasla, il-ħin bejn meta l-ajruplan ikun l-art u l-bidu tal-iżbark tal-passiġġieri;

“dewmien fuq it-tarmak” tfisser, fit-tluq, il-ħin li l-ajruplan jibqa’ fuq l-art bejn it-tmiem tal-imbark tal-passiġġieri u l-ħin tat-tluq tal-ajruplan jew, fil-wasla, il-ħin bejn meta l-ajruplan ikun l-art u l-bidu tal-iżbark tal-passiġġieri;

Ġustifikazzjoni

Il-ħin tal-imbark ma għandu jinkludi l-ebda “dewmien fuq it-tarmak”. Għandu jkun ikkalkulat mill-punt meta l-imbark ikun seħħ kompletament.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ikollhom ibbukkjar ikkonfermat fuq it-titjira kkonċernata u, minbarra fil-każ tal-kanċellazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 u fil-każ ta' bidla fl-iskeda msemmija fl-Artikolu 6, jippreżentaw ruħhom għall-imbark,

(a) ikollhom ibbukkjar ikkonfermat fuq it-titjira kkonċernata u, minbarra fil-każ tal-kanċellazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 u fil-każ ta' bidla fl-iskeda msemmija fl-Artikolu 6, ippreżentaw ruħhom għall-imbark u dan ikun ikkonfermat bil-ħruġ ta' biljett,

- kif stipulat u fil-ħin indikat minn qabel u bil-miktub (anki b'mezzi elettroniċi) mit-trasportatur tal-ajru, l-organizzatur jew aġent tal-ivvjaġġar awtorizzat,

kif stipulat u fil-ħin indikat minn qabel u bil-miktub (anki b'mezzi elettroniċi) mit-trasportatur tal-ajru, l-organizzatur jew aġent tal-ivvjaġġar awtorizzat,

jew, jekk ma hemmx ħin indikat,

jew, jekk ma hemmx ħin indikat,

mhux aktar tard minn 45 minuta qabel il-ħin tat-tluq skedat; jew

mhux aktar tard minn 45 minuta qabel il-ħin tat-tluq skedat; jew

Ġustifikazzjoni

Mhux ċar x'qed jinftiehem b''Abfertigung' (preżentazzjoni għall-imbark). Din l-emenda u d-definizzjoni ġdida proposta ta' 'preżentazzjoni għal imbark' huma maħsuba li jagħmlu ċar li dan ma jirreferix għall-imbark attwali.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt -a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

 

Test fis-seħħ

Emenda

(b) għal passiġġieri li jitilqu minn ajruport li jinstab f’pajjiż terz għal ajruport li jinstab fit-territorju ta’ Stat Membru għal liema japplika t-Trattat, kemm-il darba rċevew vantaġġi jew kumpens u ġew mogħtija assistenza f’dak il-pajjiż terz, jekk il-trasportatur tal-ajru li qed jopera tat-titjira in kwistjoni hu trasportatur Komunitarju.

(b) għal passiġġieri li jitilqu minn ajruport li jinstab f’pajjiż terz għal ajruport li jinstab fit-territorju ta’ Stat Membru għal liema japplika t-Trattat, kemm-il darba rċevew vantaġġi jew kumpens u ġew mogħtija assistenza f’dak il-pajjiż terz, jekk il-trasportatur tal-ajru li qed jopera tat-titjira in kwistjoni hu trasportatur Komunitarju jew it-titjira kienet titjira ta’ ritorn ibbukkjata flimkien ma’ titjira korrispondenti li titlaq minn ajruport fl-UE u titwettaq minn trasportatur Komunitarju.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 –punt c

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 3 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'6. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal passiġġieri trasportati skont kuntratti ta' vjaġġ b'kollox inkluż iżda ma għandux jaffettwa d-drittijiet tal-passiġġieri skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE. Il-passiġġier għandu jkun intitolat li jippreżenta pretensjonijiet skont dan ir-Regolament u skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE, iżda ma jistax fir-rigward tal-istess fatti jiġma' d-drittijiet miż-żewġ atti legali jekk id-drittijiet jissalvagwardjaw l-istess interess jew għandhom l-istess għan. Dan ir-Regolament ma għandux japplika fil-każijiet fejn ġita b'kollox inkluż tiġi kkanċellata jew ittardjata għal raġunijiet li mhumiex kanċellazzjoni jew ittardjar tat-titjira.'

'6. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal passiġġieri trasportati skont kuntratti ta' vjaġġ b'kollox inkluż iżda ma għandux jaffettwa d-drittijiet tal-passiġġieri skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE. Il-passiġġier għandu jkun intitolat li jippreżenta separatament jew simultanjament pretensjonijiet skont dan ir-Regolament u skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE, iżda ma jistax fir-rigward tal-istess fatti jiġma’ d-drittijiet miż-żewġ atti legali jekk id-drittijiet jissalvagwardjaw l-istess interess jew għandhom l-istess għan. Dan ir-Regolament ma għandux japplika fil-każijiet fejn ġita b’kollox inkluż tiġi kkanċellata jew ittardjata għal raġunijiet li mhumiex kanċellazzjoni jew ittardjar tat-titjira.’

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 3 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'3. Jekk l-imbark jiġi miċħud lill-passiġġieri kontra r-rieda tagħhom, it-trasportatur tal-ajru li qed jopera għandu jikkkumpensahom immedjatament skont l-Artikolu 7 u jagħtihom assistenza skont l-Artikolu 8. Meta l-passiġġier jagħżel ir-riprogrammar tar-rotta mal-ewwel opportunità skont l-Artikolu 8(1)(b) u meta l-ħin tat-tluq ikun tal-inqas sagħtejn wara l-ħin tat-tluq inizjali, it-trasportatur tal-ajru li qed jopera għandu jassisti lill-passiġġier skont l-Artikolu 9.'

'3. Jekk l-imbark għall-vjaġġ tar-ritorn b’biljett bidirezzjonali jiġi miċħud lill-passiġġieri kontra r-rieda tagħhom, it-trasportatur tal-ajru li qed jopera għandu jikkumpensahom malajr kemm jista’ jkun skont l-Artikolu 7 u jagħtihom assistenza skont l-Artikolu 8. Meta l-passiġġieri jagħżlu r-riprogrammar tar-rotta mal-ewwel opportunità skont l-Artikolu 8(1)(b), it-trasportatur tal-ajru li qed jopera għandu jassisti lill-passiġġieri skont l-Artikolu 9.’

Ġustifikazzjoni

M’għandux ikun importanti jekk wieħed ikunx tela’ abbord il-vjaġġ tal-bidu jew le. Barra minn hekk, ma jistax jiġi permess li passiġġier jiġi offrut x’jixrob biss wara sagħtejn ta’ dewmien.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk l-imbark jiġi miċħud lill-passiġġieri kontra r-rieda tagħhom, it-trasportatur tal-ajru li qed jopera għandu jikkkumpensahom immedjatament skont l-Artikolu 7 u jagħtihom assistenza skont l-Artikolu 8. Meta l-passiġġier jagħżel ir-riprogrammar tar-rotta mal-ewwel opportunità skont l-Artikolu 8(1)(b) u meta l-ħin tat-tluq ikun tal-inqas sagħtejn wara l-ħin tat-tluq inizjali, it-trasportatur tal-ajru li qed jopera għandu jassisti lill-passiġġier skont l-Artikolu 9.

Jekk l-imbark jiġi miċħud lill-passiġġieri kontra r-rieda tagħhom, it-trasportatur tal-ajru li qed jopera għandu jikkumpensahom immedjatament u mingħajr l-ebda formalità ulterjuri skont l-Artikolu 7 u jagħtihom assistenza skont l-Artikolu 8. Meta l-passiġġier jagħżel ir-riprogrammar tar-rotta mal-ewwel opportunità skont l-Artikolu 8(1)(b) u meta l-ħin tat-tluq ikun tal-inqas sagħtejn wara l-ħin tat-tluq inizjali, it-trasportatur tal-ajru li qed jopera għandu jassisti lill-passiġġier skont l-Artikolu 9.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-biljetti ta' ritorn fejn il-passiġġier jiġi miċħud l-imbark fil-vjaġġ ta' ritorn minħabba li ma jkunx ħa l-vjaġġ tal-bidu jew ma jkunx ħallas imposta addizzjonali għal dan l-iskop.

4. Se jkun projbit li passiġġier jiġi mċaħħad l-imbark fil-vjaġġ ta' ritorn jew ta’ titjira oħra minħabba li ma jkunx ħa l-vjaġġ tal-bidu jew parti mill-vjaġġ.

Ġustifikazzjoni

L-imbark ma jistax jiġi miċħud fil-vjaġġ ta' ritorn jew ta’ titjira oħra minħabba li passiġġier ma jkunx ħa l-vjaġġ tal-bidu jew parti mill-vjaġġ. Dan kien il-ħsieb tal-emenda 25 tar-Rapporteur.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-biljetti ta' ritorn fejn il-passiġġier jiġi miċħud l-imbark fil-vjaġġ ta' ritorn minħabba li ma jkunx ħa l-vjaġġ tal-bidu jew ma jkunx ħallas imposta addizzjonali għal dan l-iskop.

Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-biljetti ta' ritorn fejn il-passiġġier jiġi miċħud l-imbark fil-vjaġġ ta' ritorn minħabba li ma jkunx ħa l-vjaġġ tal-bidu jew ma jkunx ħallas imposta addizzjonali għal dan l-iskop.

 

(Din l-emenda tikkonċerna l-verżjoni Griega biss. Hija maħsuba li tikkoreġi żball fil-verżjoni Griega tal-proposta tal-Kummissjoni, li tagħmel referenza għall-paragrafi 1 u 2 biss, u mhux għall-paragrafi 1,2, 3 bħal fil-verżjonijiet tal-lingwi l-oħra.)

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 4 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta l-passiġġier, jew intermedjarju li jaġixxi f'isem il-passiġġier, jirrapporta żball ortografiku fl-isem ta' passiġġier wieħed jew iżjed minn wieħed inklużi fl-istess kuntratt ta' trasport li jista' jwassal għal ċaħda tal-imbark, it-trasportatur tal-ajru għandu jikkorreġi dan tal-anqas sa 48 siegħa qabel it-tluq mingħajr ebda imposta għall-passiġġier jew l-intermedjarju, minbarra fejn ma jistax jagħmel dan minħabba l-liġi nazzjonali jew internazzjonali.'

5. Meta l-passiġġier, jew intermedjarju li jaġixxi f’isem il-passiġġier, jirrapporta żball ortografiku fl-isem jew fit-titolu ta’ passiġġier wieħed jew iżjed minn wieħed inklużi fl-istess kuntratt ta’ trasport li jista’ jwassal għal ċaħda tal-imbark, it-trasportatur tal-ajru għandu jikkoreġi dan tal-anqas sa 48 siegħa qabel it-tluq mingħajr ebda imposta għall-passiġġier jew l-intermedjarju, minbarra fejn ma jistax jagħmel dan minħabba l-liġi nazzjonali jew internazzjonali.’

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'(a) ' jkunu offruti mit-trasportatur operattiv tal-ajru fil-każ ta' riprogrammar tar-rotta meta l-ħin tat-tluq raġonevolment mistenni tat-titjira jkun tal-anqas sagħtejn wara t-tluq ippjanat tat-titjira kanċellata, il-kura speċifikata fl-Artikolu 9 u'

'(a) ikunu offruti mit-trasportatur operattiv tal-ajru fil-każ ta’ riprogrammar tar-rotta, il-kura speċifikata fl-Artikolu 9 u’

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7 jekk jista' juri li l-kanċellazzjoni hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli. Tali ċirkostanzi straordinarji jistgħu jiġu invokati biss safejn jaffettwaw it-titjira konċernata jew it-titjira preċedenti operata mill-istess ajruplan.

 

Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7 jekk jista' juri li l-kanċellazzjoni hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji u li l-kanċellazzjoni ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli. Tali ċirkostanzi straordinarji jistgħu jiġu invokati biss safejn jaffettwaw it-titjira konċernata jew it-titjira preċedenti operata mill-istess ajruplan. Meta t-trasportatur tal-ajru ma jipproduċix tali evidenza bil-miktub, fir-rigward ta' ilment ta' passiġġier, il-kumpens jibqa' dovut.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 –punt c

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'5. Fl-ajruporti li t-traffiku annwali tagħhom ma kienx inqas minn tliet miljun passiġġier għal tal-inqas tliet snin konsekuttivi, il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jiżgura li l-operazzjonijiet tal-ajruport u tal-utenti tal-ajruport, b'mod partikolari tat-trasportaturi tal-ajru u l-fornituri tas-servizzi ta' groundhandling, ikunu koordinati bi pjan ta' kontinġenza xieraq minħabba sitwazzjonijiet ta' kanċellazzjonijiet multippli u/jew dewmien tat-titjiriet li jwasslu biex numru konsiderevoli ta' passiġġieri jeħlu fl-ajruport, inkluż fil-każijiet ta' insolvenza jew revoka tal-liċenzja operattiva tat-trasportatur tal-ajru. Il-pjan ta' kontinġenza għandu jitwaqqaf biex jiżgura li lill-passiġġieri jingħatawlhom l-informazzjoni u l-assistenza xierqa. Il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jikkomunika l-pjan ta' kontinġenza u kull emenda fih lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar maħtur skont l-Artikolu 16. Fl-ajruporti 'l isfel mil-livell limitu msemmi hawn fuq, il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex jikkoordina l-utenti tal-ajruport u biex jgħin u jinforma lil passiġġieri li baqgħu l-art f'dawn is-sitwazzjonijiet.

'5. Fl-ajruporti tal-Unjoni li t-traffiku annwali tagħhom ma kienx inqas minn tliet miljun passiġġier għal tal-inqas tliet snin konsekuttivi, il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jiżgura li l-operazzjonijiet tal-ajruport u tal-utenti tal-ajruport, b'mod partikolari tat-trasportaturi tal-ajru u l-fornituri tas-servizzi ta' groundhandling, ikunu koordinati bi pjan ta' kontinġenza xieraq minħabba sitwazzjonijiet ta' kanċellazzjonijiet multippli u/jew dewmien tat-titjiriet li jwasslu biex numru konsiderevoli ta' passiġġieri jeħlu fl-ajruport, inkluż fil-każijiet ta' insolvenza jew revoka tal-liċenzja operattiva tat-trasportatur tal-ajru. Il-pjan ta' kontinġenza għandu jitwaqqaf biex jiżgura li lill-passiġġieri jingħatawlhom l-informazzjoni u l-assistenza xierqa. Il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jikkomunika l-pjan ta' kontinġenza u kull emenda fih lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar maħtur skont l-Artikolu 16. Fl-ajruporti 'l isfel mil-livell limitu msemmi hawn fuq, il-korp ta' ġestjoni tal-ajruport għandu jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex jikkoordina l-utenti tal-ajruport u biex jgħin u jinforma lil passiġġieri li baqgħu l-art f'dawn is-sitwazzjonijiet.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – spunt 4 – punt ca (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) Għandu jiżdied il-paragrafu 5a li ġej:

 

'5a. “5a. Fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira minħabba l-insolvenza ta’ trasportatur tal-ajru jew il-waqfien tal-operat, il-passiġġieri huma intitolati għal rimborż tal-prezz tal-biljett jew titjira lura għall-ewwel punt ta’ tluq skont l-Artikolu 8(1)(a) u d-dritt tal-indukrar speċifikat fl-Artikolu 9. It-trasportaturi tal-ajru għandhom jagħtu prova suffiċjenti li r-rimborż tal-ammonti mħallsa u l-vjaġġ tar-ritorn huma żgurati.”

Ġustifikazzjoni

Fil-każ ta’ kanċellazzjoni minħabba insolvenza jew kwalunkwe raġuni oħra, il-passiġġieri għandhom ikunu protetti. Dan jinkludi r-revoka tal-liċenzja operattiva.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dewmien fit-tul

Dewmien

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) meta d-dewmien ikun ta' mill-inqas sagħtejn, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(a) u 9(2); kif ukoll

(i) l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(a) u 9(2); kif ukoll

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex ġust li passiġġier ikollu jistenna sagħtejn qabel ma jingħata tazza ilma.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) meta d-dewmien ikun ta' mill-inqas ħames sigħat u jinkludi lejl wieħed jew iżjed minn wieħed, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(c); kif ukoll

(ii) meta d-dewmien ikun ta’ mill-inqas tliet sigħat, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 8(1).

Ġustifikazzjoni

Is-subpunti (II) u (III) għandhom jitqiegħu f’sekwenza wara xulxin bil-kontra.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt iii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) meta d-dewmien ikun ta' mill-inqas ħames sigħat, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 8(1)(a).

(iii) meta d-dewmien ikun ta' mill-inqas tliet sigħat u jinkludi lejl wieħed jew iżjed minn wieħed, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(c); kif ukoll

Ġustifikazzjoni

Is-subpunti (II) u (III) għandhom jitqiegħu f’sekwenza wara xulxin bil-kontra.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ħames sigħat jew iżjed wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi kollha fi ħdan il-Komunità u għal vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta' 3 500 km jew inqas;

(a) tliet sigħat jew iżjed wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi kollha fi ħdan l-Unjoni, inklużi d-dipartimenti barranin tal-Istati Membri u għal vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta’ 3 500 km jew inqas;

Ġustifikazzjoni

It-tul massimu għandu jkun ibbażat fuq il-każistika eżistenti. Madankollu, din ir-regola għandha tapplika wkoll għad-dipartimenti barranin tal-UE.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) disa' sigħat jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi bejn 3 500 u 6 000 km;

(b) ħames sigħat jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta’ iktar minn 3 500 km.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) tnax-il siegħa jew iktar wara l-ħin tal-wasla skedat għall-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi ta' 6 000 km jew iktar.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm sa massimu ta’ żewġ klassifikazzjonijiet differenti.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-paragrafu 2 għandu japplika wkoll meta t-trasportatur operattiv tal-ajru jkun immodifika l-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla skedati u jikkawża dewmien meta mqabbel mal-ħin tal-wasla tal-iskeda oriġinali, sakemm il-passiġġier ma jkunx ġie mgħarraf bil-bidla fl-iskeda iktar minn ħmistax-il ġurnata qabel il-ħin tat-tluq oriġinarjament skedat.

3. Il-paragrafu 2 għandu japplika wkoll meta t-trasportatur operattiv tal-ajru jkun immodifika l-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla skedati u jikkawża dewmien jew tluq aktar kmieni meta mqabbel mal-ħin tal-wasla tal-iskeda oriġinali, sakemm il-passiġġier ma jkunx ġie mgħarraf bil-bidla fl-iskeda iktar minn ħmistax-il ġurnata qabel il-ħin tat-tluq oriġinarjament skedat.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti wkoll it-tressiq ’il quddiem ta’ data tat-titjira, minħabba li sakemm dan ma jkunx diskuss f’waqtu, it-titjira tista’ tintilef.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7, jekk jista' juri li d-dewmien jew il-bidla fl-iskeda huma kkawżati minn ċirkostanzi straordinarji u li d-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħux jiġu evitati anki li kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli. Ċirkostanzi straordinarji bħal dawn jistgħu jiġu invokati biss safejn jaffettwaw it-titjira kkonċernata jew it-titjira preċedenti operata mill-istess ajruplan.

4. Trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux ikun obbligat iħallas kumpens skont l-Artikolu 7, jekk jista’ juri bil-miktub li d-dewmien jew il-bidla fl-iskeda huma kkawżati minn ċirkostanzi straordinarji u li d-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħux jiġu evitati anki li kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli. Ċirkostanzi straordinarji bħal dawn jistgħu jiġu invokati biss safejn jaffettwaw it-titjira kkonċernata jew it-titjira preċedenti operata mill-istess ajruplan. Il-passiġġier għandu d-dritt sanzjonabbli għal informazzjoni xierqa dwar dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Soġġett għar-restrizzjonjiet tas-sigurtà, fejn dewmien fuq it-tarmak jaqbeż is-siegħa, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu jipprovdi aċċess mingħajr ħlas għall-faċilitajiet tal-kamra tal-banju u l-ilma tax-xorb, għandu jiżgura tisħin jew tkessiħ xieraq tal-kabina tal-passiġġieri, u għandu jiżgura li jkun hemm disponibbli l-attenzjoni medika xierqa jekk meħtieġa. Meta d-dewmien fuq it-tarmak jilħaq massimu ta' ħames sigħat, l-ajruplan għandu jirritorna għall-bieb tat-tluq jew punt ta' żbark ieħor xieraq fejn il-passiġġieri jitħallew jinżlu u jibbenefikaw mill-istess assistenza speċifikata fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet relatati mas-sigurtà jew mas-sikurezza għalfejn l-ajruplan ma jistax jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu fuq it-tarmak.'

5. Soġġett għar-restrizzjonijiet tas-sigurtà, fejn iseħħ dewmien fuq it-tarmak, it-trasportatur operattiv tal-ajru għandu jipprovdi aċċess mingħajr ħlas għall-faċilitajiet tal-kamra tal-banju u l-ilma tax-xorb, għandu jiżgura tisħin jew tkessiħ xieraq tal-kabina tal-passiġġieri, u għandu jiżgura li jkun hemm disponibbli l-attenzjoni medika xierqa jekk meħtieġa. Meta d-dewmien fuq it-tarmak jilħaq massimu ta' sagħtejn, l-ajruplan għandu jirritorna għall-bieb tat-tluq jew punt ta' żbark ieħor xieraq fejn il-passiġġieri jitħallew jinżlu u jibbenefikaw mill-istess assistenza speċifikata fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet relatati mas-sigurtà jew mas-sikurezza għalfejn l-ajruplan ma jistax jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu fuq it-tarmak, sakemm it-tluq ma jkunx imminenti, li tfisser li x'aktarx jitlaq fi żmien nofs siegħa.'

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex indikat għaliex il-passiġġieri għandhom jitħallew f’ajruplan sa ħames sigħat, meta huma jistgħu jistenġdid fiż-żona ta’ tranżitu tal-ajruport.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta' dewmien jew bidla fl-iskeda ta' titjira preċedenti, it-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel it-titjira konnessa suċċessiva għandu joffri lill-passiġġier:

Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta’ dewmien jew bidla fl-iskeda ta’ titjira preċedenti, it-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun responsabbli għad-dewmien għandu joffri lill-passiġġier:

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6a – paragrafu 1 – frażi introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta' dewmien jew bidla fl-iskeda ta' titjira preċedenti, it-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel it-titjira konnessa suċċessiva għandu joffri lill-passiġġier:

1. Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta’ dewmien, kanċellazzjoni jew bidla fl-iskeda ta’ titjira preċedenti, it-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel it-titjira konnessa suċċessiva għandu joffri lill-passiġġier:

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6a – paragrafu 1 – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(a) u 9(2) jekk il-ħin ta' stennija tal-passiġġier għall-konnessjoni jittawwal mill-inqas b'sagħtejn; kif ukoll

(i) l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(a) u 9(2); kif ukoll

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex ġust li passiġġier ikollu jistenna sagħtejn qabel ma jingħata tazza ilma.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6a – paragrafu 1 – punt iii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) meta l-ħin tat-tluq skedat tat-titjira alternattiva jew tat-trasport l-ieħor offrut skont l-Artikolu 8 huwa mill-inqas 5 sigħat wara l-ħin tat-tluq skedat tat-titjira mitlufa u d-dewmien jinkludi lejl wieħed jew iżjed minn wieħed, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(c).

(iii) meta l-ħin tat-tluq skedat tat-titjira alternattiva jew tat-trasport l-ieħor offrut skont l-Artikolu 8 huwa mill-inqas 3 sigħat wara l-ħin tat-tluq skedat tat-titjira mitlufa u d-dewmien jinkludi lejl wieħed jew iżjed minn wieħed, l-assistenza speċifikata fl-Artikolu 9(1)(b) u 9(1)(c).

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta' dewmien tat-titjira konnessa preċedenti, il-passiġġier għandu jkollu d-dritt għal kumpens mit-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel din it-titjira preċedenti skont l-Artikolu 6(2). Għal dawn il-fini, id-dewmien għandu jkun ikkalkulat b'referenza għall-ħin tal-wasla skedat fid-destinazzjoni finali.

2. Meta passiġġier jitlef titjira konnessa bħala riżultat ta’ dewmien, kanċellazzjoni jew bidla fl-iskedar li taffettwa titjira konnessa preċedenti, il-passiġġier għandu jkollu d-dritt għal kumpens mit-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jkun qed jagħmel din it-titjira preċedenti skont l-Artikolu 6(2). Għal dawn il-fini, id-dewmien għandu jkun ikkalkulat b'referenza għall-ħin tal-wasla skedat fid-destinazzjoni finali.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt -a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) Fil-paragrafu 1, il-frażi introduttorja hija ssostitwita b’dan li ġej:

 

“Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, il-passiġġieri għandhom jirċievu kumpens li jammonta għall-prezz totali mħallas tal-biljett tat-titjira, iżda mhux iktar minn dawn l-ammonti:”

Ġustifikazzjoni

L-ammonti għal-linji tal-ajru rħas huma sproporzjonati. Ma jkunx ekonomiku li biljett li jkun sewa biss EUR 49 jiġi kkumpensat b’EUR 250. Għalhekk, id-dritt għall-prezz tal-biljett għandu jiġi llimitat, iżda jkun validu l-massimu tal-ammonti msemmija. Madankollu, huwa espliċitament possibbli li s-somma tiġi rrimborżata għal darbtejn f’titjira bidirezzjonali mdewma.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Fil-paragrafu 1, il-kelma "titjiriet" tinbidel bi "vjaġġi".

(a) Fil-paragrafu 1, il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

 

'(a) EUR 250 għall-vjaġġi kollha fl-UE, inklużi d-dipartimenti barranin, kif ukoll il-vjaġġi lejn/minn pajjiżi terzi b’distanza ta’ 3 500 km jew inqas,’

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) Fil-paragrafu 1, il-punt (b) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

 

'(b) EUR 600 għall-vjaġġi kollha lejn/minn pajjiżi terzi b’distanza ta’ iktar minn 3 500 km’

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt ab (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab) Fil paragrafu 1, il-punt (c) għandu jitħassar.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'2. Meta l-passiġġier ikun għażel l-issoktar tal-vjaġġ tiegħu skont l-Artikolu 8(1)(b), id-dritt għal kumpens jista' jirriżulta biss darba matul il-vjaġġ tiegħu lejn id-destinazzjoni finali, anki jekk ikun hemm kanċellazzjoni ġdida jew konnessjoni mitlufa matul ir-riprogrammar tar-rotta.

'2. Meta l-passiġġier ikun għażel l-issoktar tal-vjaġġ tiegħu skont l-Artikolu 8(1)(b), id-dritt għal kumpens jista’ jirriżulta biss darba matul il-vjaġġ tiegħu lejn id-destinazzjoni aħħarija, anki jekk ikun hemm kanċellazzjoni ġdida jew konnessjoni mitlufa matul ir-riprogrammar tar-rotta.

Ġustifikazzjoni

Mal-kunċett ta’ destinazzjoni finali tista’ tinftiehem possibbilment id-destinazzjoni intermedja. Id-destinazzjoni aħħarija hija iktar ċara bħala kunċett.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 7 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. It-trasportatur tal-ajru jista’ jilħaq ftehim volontarju mal-passiġġier li jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens stabbiliti fil-paragrafu 1, sakemm dan il-ftehim huwa kkonfermat b’dokument iffirmat mill-passiġġier li jfakkar lill-passiġġier dwar id-drittijiet tiegħu għal kumpens skont dan ir-Regolament.

5. It-trasportatur tal-ajru jista’ jilħaq ftehim volontarju mal-passiġġier li jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens stabbiliti fil-paragrafu 1, sakemm dan il-ftehim huwa kkonfermat b’dokument iffirmat mill-passiġġier li jfakkar lill-passiġġier dwar id-drittijiet tiegħu għal kumpens skont dan ir-Regolament. Ftehim ta’ dan it-tip jista’ jiġi konkluż biss wara li jitwettqu l-avvenimenti li jwasslu għad-dritt.’

Ġustifikazzjoni

Alternattivament, ikun possibbli li l-passiġġieri jitħallew jiffirmaw minn qabel tali dokumenti meta jibbukkjaw titjira.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a – inċiż 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) rimborż fi żmien sebat ijiem mit-talba tal-passiġġier, bil-mezzi stipulati fl-Artikolu 7(3), tal-prezz tat-titjira, għall-parti jew il-partijiet tal-vjaġġ li ma sarux, u għall-parti jew il-partijiet li jkunu saru diġà jekk it-titjira ma tibqax isservi kwalunkwe skop relatat mal-pjan oriġinali tal-ivvjaġġar tal-passiġġier, flimkien ma', fejn rilevanti,

(a) rimborż fi żmien sebat ijiem mit-talba tal-passiġġier, bil-mezzi stipulati fl-Artikolu 7(3), tal-prezz tat-titjira, għall-parti jew il-partijiet tal-vjaġġ li ma sarux, u għall-parti jew il-partijiet li jkunu saru diġà jekk it-titjira ma tibqax isservi kwalunkwe skop relatat mal-pjan oriġinali tal-ivvjaġġar tal-passiġġier, flimkien ma’, fejn rilevanti, sakemm ikun mixtieq mill-passiġġier,

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a – inċiż 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

titjira tar-ritorn sal-ewwel punt tat-tluq, mal-ewwel opportunità;

titjira tar-ritorn sal-ewwel punt tat-tluq, mal-ewwel opportunità, li għandha tiġi rranġata mill-operatur tal-ajru responsabbli;

Ġustifikazzjoni

It-trasportatur tal-ajru responsabbli għandu jorganizza tali titjira: din mhijiex ir-responsabbiltà tal-passiġġier.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 8 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta l-passiġġieri jagħżlu l-alternattiva msemmija fil-paragrafu 1(b), dawn għandu jkollhom id-dritt għal riprogrammar tar-rotta permezz ta' trasportatur tal-ajru ieħor, soġġetti għad-disponibbiltà, jew tip ieħor ta' trasport meta t-trasportatur operattiv tal-ajru ma jkunx jista' jittrasporta lill-passiġġier bis-servizzi tiegħu u fil-ħin biex jasal fid-destinazzjoni finali fi żmien 12-il siegħa mill-ħin tal-wasla skedat. Minkejja l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, it-trasportatur tal-ajru l-ieħor jew l-operatur tat-trasport l-ieħor, ma għandux jitlob lit-trasportatur tal-ajru kontraenti prezz li jmur lil hinn mill-prezz medju mħallas mill-passiġġieri tiegħu stess għal servizzi ekwivalenti fl-aħħar tliet xhur.

5. Meta l-passiġġieri jagħżlu l-alternattiva msemmija fil-paragrafu 1(b), dawn għandu jkollhom id-dritt għal riprogrammar tar-rotta permezz ta’ trasportatur tal-ajru ieħor, soġġetti għad-disponibbiltà, jew tip ieħor ta’ trasport meta t-trasportatur operattiv tal-ajru ma jkunx jista’ jittrasporta lill-passiġġier bis-servizzi tiegħu u fil-ħin biex jasal fid-destinazzjoni finali fi żmien 3 sigħat mill-ħin tal-wasla skedat. Minkejja l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, it-trasportatur tal-ajru l-ieħor jew l-operatur tat-trasport l-ieħor, ma għandux jitlob lit-trasportatur tal-ajru kontraenti prezz li jmur lil hinn mill-prezz medju mħallas mill-passiġġieri tiegħu stess għal servizzi ekwivalenti fl-aħħar tliet xhur.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) Il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

 

2. Barra minn dan, passiġġieri għandhom jiġu offruti mingħajr ħlas żewġ telefonati, jew messaġġi bil-fax, jew e-mails.

Ġustifikazzjoni

Hawnhekk, il-partijiet tal-oriġinal tal-Artikolu 9(2), li mhux trasferit fir-reviżjoni, li għadhom jitkellmu dwar it-telex għandhom jiġu riveduti. Illum, dan huwa kkunsidrat skadut u m’għadux rilevanti.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'4. Jekk it-trasportatur operattiv tal-ajru jista' juri li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda hija kkawżata minn ċirkostanti straordinarji u li l-l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli, dan jista' jillimita l-ispejjeż totali tal-akkomodazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1(b) bi EUR 100 għal kull lejl u għal kull passiġġier u għal massimu ta' tlett (3) iljieli. Jekk it-trasportatur tal-ajru li qed jopera, jagħżel li japplika dan il-limitu, dan għandu jagħti l-informazzjoni lill-passiġġieri dwar l-akkomodazzjoni disponibbli wara t-tlett iljieli, apparti li jkompli jwettaq l-obbligi tiegħu tal-informazzjoni kif speċifikati fl-Artikolu 14.

'4. Jekk it-trasportatur operattiv tal-ajru jista' juri li l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda hija kkawżata minn ċirkostanti straordinarji u li l-l-kanċellazzjoni, id-dewmien jew il-bidla fl-iskeda ma setgħetx tiġi evitata anki kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli, dan jista' jillimita l-ispejjeż totali tal-akkomodazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1(b) bi EUR 175 għal kull lejl u għal kull passiġġier u għal massimu ta' ħamest (5) iljieli. Jekk it-trasportatur tal-ajru li qed jopera, jagħżel li japplika dan il-limitu, dan għandu jagħti l-informazzjoni lill-passiġġieri dwar l-akkomodazzjoni disponibbli wara ħamest iljieli, apparti li jkompli jwettaq l-obbligi tiegħu tal-informazzjoni kif speċifikati fl-Artikolu 14.

 

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-obbligu ta' offerta ta' akkomodazzjoni skont il-paragrafu 1(b) ma għandux japplika fejn it-titjira konċernata hija ta' 250 km jew inqas u skedata li tiġi operata minn ajruplan b'kapaċità massima ta' 80 post jew anqas, ħlief meta t-titjira tkun titjira konnessa. Madankollu, jekk it-trasportatur operattiv tal-ajru jagħżel li japplika din l-eżenzjoni, għandu jipprovdi l-passiġġieri bl-informazzjoni dwar l-akkomodazzjoni disponibbli.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex mifhum għaliex hawnhekk l-ajruplan qiegħed jiġi kkunsidrat fit-termini tad-distanza u d-daqs. Il-passiġġier ma jistax jaffettwa d-daqs tal-ajruplan. Anke titjira qasira tista' tintemm bil-lejl. Dan m'għandux ifisser li l-passiġġier jkollhu jgħaddi l-lejl fuq bank.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Meta passiġġier jagħżel ir-rimborż skont l-Artikolu 8(1)(a) waqt li jkun fl-ajruport tat-tluq tal-vjaġġ tiegħu, jew jagħżel ir-riprogrammar tar-rotta f'data aktar tard skont l-Artikolu 8(1)(c), il-passiġġier ma jkollu l-ebda dritt ieħor għal indukrar skont l-Artikolu 9(1) relatat mat-titjira rilevanti.'

6. Meta passiġġier jagħżel ir-rimborż skont l-Artikolu 8(1)(a), jew jagħżel ir-riprogrammar tar-rotta f’data aktar tard skont l-Artikolu 8(1)(c), il-passiġġier ma jkollu l-ebda dritt ieħor għal indukrar skont l-Artikolu 9(1) relatat mat-titjira rilevanti.’ Meta, minħabba din id-deċiżjoni, il-passiġġier iħallas l-ispejjeż sabiex imur u jiġi mill-ajruport, il-passiġġier għandu jiġi kkumpensat kompletament għal dawn l-ispejjeż fir-rigward tal-ivvjaġġar għall-ajruport minħabba l-vjaġġ li ma seħħx.

Ġustifikazzjoni

Dawn jinkludu, l-ispejjeż biex wieħed imur u jiġi bix-xarabank, ferrovija u t-taksi kif ukoll l-ispejjeż għall-ipparkjar fil-parkeġġ tal-ajruport, sakemm dan jista’ jiġi ppruvat.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 9 – paragrafu 7 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7. Trasportatur tal-ajru jista’ jikkanċella jew jirtira din l-għajnuna biss f’każijiet fejn is-servizzi ta’ appoġġ li joffri, b’mod ovvju, ikunu se jdewmu aktar it-tluq.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 11 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'3. It-trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux japplika l-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(4) u 9(5) jekk il-passiġġier huwa persuna b'mobbiltà mnaqqsa jew xi persuna li qed takkumpanjah, tifel/tifla mhux akkumpanjati, mara tqila jew persuna li teħtieġ assistenza medika speċifika, diment li t-trasportatur tal-ajru jew l-aġent tiegħu jew l-organizzatur ikun ġie mgħarraf bil-bżonnijiet partikolari tagħhom għal assistenza tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin skedat għat-tluq tat-titjira. Notifika bħal din għandha titqies li tkopri l-vjaġġ sħiħ u l-vjaġġ tar-ritorn jekk iż-żewġ vjaġġi ġew ikkuntrattati mal-istess trasportatur tal-ajru.

'3. It-trasportatur operattiv tal-ajru ma għandux japplika l-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(4) u 9(5) jekk il-passiġġier huwa persuna b’mobbiltà mnaqqsa jew xi persuna li qed takkumpanjah, tifel/tifla mhux akkumpanjati, mara tqila jew persuna li teħtieġ assistenza medika speċifika.

Ġustifikazzjoni

In-notifika ma jista’ jkollha ebda rwol, peress li dawn il-gruppi ta’ nies għandhom dejjem ikunu suġġetti għal protezzjoni speċjali.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 12 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

l-Artikolu 12 paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

 

‘Dan ir-Regolament għandu japplika bla ħsara għad-drittijiet ta’ passiġġier għal kumpens ulterjuri. Il-kumpens mogħti skont dan ir-Regolament ma għandux jiġi mnaqqas minn tali talba għal kumpens.’

Ġustifikazzjoni

Kien hemm skop għal diversi interpretazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet oriġinali, u din is-sitwazzjoni għandha tiġi rimedjata. Każ relatat għal dan is-suġġett jinsab attwalment pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (ref. X ZR/111/12).

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta trasportatur operattiv tal-ajru jħallas kumpens jew jissodisfa l-obbligi l-oħra tiegħu skont dan ir-Regolament, l-ebda dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament jew tal-liġi nazzjonali ma tista' tiġi interpretata li tirrestrinġi d-dritt tiegħu li jfittex kumpens għall-ispejjeż li jkollu skont dan ir-Regolament minn kull parti terza li kkontribwixxiet għall-avveniment li wassal għall-kumpens jew obbligi oħra.'

Meta trasportatur operattiv tal-ajru jħallas kumpens jew jissodisfa l-obbligi l-oħra tiegħu skont dan ir-Regolament, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament jew tal-liġi nazzjonali jew tat-termini ġenerali tal-kuntratt ma tista’ tiġi interpretata li tirrestrinġi d-dritt tiegħu li jirċievi kumpens għall-ispejjeż li jkollu skont dan ir-Regolament minn kull parti terza li kkontribwixxiet għall-avveniment li wassal għall-kumpens jew obbligi oħra.’

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Qabel l-ewwel paragrafu għandu jiddaħħal dan li ġej:

 

‘-1. It-trasportaturi tal-ajru għandhom jiżguraw li f’kull ajruport li joperaw fih, ikun hemm disponibbli punt ta’ kuntatt jew parti terza inkarigata mit-trasportatur tal-ajru kkonċernat, sabiex jagħtu lill-passiġġieri l-informazzjoni meħtieġa dwar id-drittijiet tagħhom, inklużi l-proċessi ta’ lmenti, jagħtuhom appoġġ u jieħdu azzjoni immedjata f’interruzzjonijiet ta’ titjiriet u meta jintilfu jew jittardjaw il-bagalji.”

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Trasportatur operattiv tal-ajru li jiċħad l-imbark jew jikkanċella titjira għandu jipprovdi lil kull passiġġeri affettwat b'avviż bil-miktub li jistabbilixxi r-regoli għall-kumpens u l-assistenza b'konformità ma' dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni dwar il-limitazzjonijiet skont l-Artikolu 9(4) u 9(5). Dan għandu jipprovdi wkoll lil kull passiġġier affettwat b'dewmien jew bidla fl-iskeda ta' mill-inqas sagħtejn b'avviż ekwivalenti. Id-dettalji tal-kuntatt tal-korpi kompetenti tal-ġestjoni tal-ilment maħtura skont l-Artikolu 16a ukoll għandhom jingħataw lill-passiġġier bil-miktub.

2. Trasportatur operattiv tal-ajru li jiċħad l-imbark jew jikkanċella titjira għandu jipprovdi lil kull passiġġeri affettwat b’avviż bil-miktub li jistabbilixxi r-regoli għall-kumpens u l-assistenza b’konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni dwar il-limitazzjonijiet skont l-Artikolu 9(4) u 9(5), kif ukoll referenza espliċita għall-iskadenza tal-Artikolu 16a(2) li jasserixxu t-talba. Dan għandu jipprovdi wkoll lil kull passiġġier affettwat b'dewmien jew bidla fl-iskeda ta' mill-inqas sagħtejn b'avviż ekwivalenti. Id-dettalji tal-kuntatt tal-korpi kompetenti tal-ġestjoni tal-ilment u tal-Korpi Nazzjonali ta’ Infurzar maħtura skont l-Artikolu 16a u l-Korpi ta' Nfurzar Nazzjonali (NEB) ukoll għandhom jingħataw lill-passiġġier bil-miktub.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fil-każ ta' kanċellazzjoni jew dewmien fit-tluq, il-passiġġieri għandhom ikunu mgħarrfa mit-trasportatur operattiv tal-ajru dwar is-sitwazzjoni malajr kemm jista' jkun u f'kull każ mhux aktar tard minn 30 minuta wara l-ħin tat-tluq skedat, u dwar il-ħin ta' tluq stmat malli din l-informazzjoni tkun disponibbli, diment li t-trasportatur tal-ajru jkun irċieva d-dettalji ta' kuntatt tal-passiġġier skont il-paragrafi 6 u 7 fil-każ li l-biljett ikun inxtara mingħand intermedjarju.

5. Fil-każ ta' kanċellazzjoni jew dewmien fit-tluq, il-passiġġieri għandhom ikunu mgħarrfa mit-trasportatur operattiv tal-ajru dwar is-sitwazzjoni malajr kemm jista' jkun u f'kull każ mhux aktar tard wara l-ħin tat-tluq skedat, u dwar il-ħin ta' tluq stmat malli din l-informazzjoni tkun disponibbli.

Ġustifikazzjoni

Meta l-passiġġieri huma informati 30 minuta biss wara l-ħin tat-tluq skedat, dawn ikunu ilhom biss siegħa (ħin tal-imbark) fil-bieb mingħajr ma jkunu jafu. L-informazzjoni għandha tasal qabel. Il-passiġġieri għandhom jiġu infurmati fuq il-post u mhux permezz tad-dettalji ta’ kuntatt. Mhux kull passiġġier jagħti dawn id-dettalji: m'hemm l-ebda rekwiżit biex isir dan. Barra minn hekk, xi passiġġieri jkunu diġà tfew il-mowbajls tagħhom, possibbilment minħabba l-bidu tal-proċess tal-imbark.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 14 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Meta l-passiġġier ma jkunx xtara l-biljett direttament mit-trasportatur operattiv tal-ajru, iżda minn intermedjarju stabbilit fl-Unjoni, dan l-intermedjarju għandu jipprovdi d-dettalji ta' kuntatt tal-passiġġier lit-trasportatur tal-ajru, diment li l-passiġġier ikun ta l-awtorizzazzjoni espliċita u bil-miktub tiegħu. Din l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata biss fuq bażi "inklużjoni fakultattiva". It-trasportatur tal-ajru jista' juża dawn id-dettalji ta' kuntatt esklussivament biex jissodisfa l-obbligu ta' informazzjoni skont dan l-Artikolu u mhux għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni u għandu jħassar id-dettalji ta' kuntatt fi żmien 72 siegħa wara li jiġi kkompletat il-kuntratt ta' trasport. L-ipproċessar, l-aċċess u l-ħażna ta' din id-dejta għandhom jitwettqu skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta.

6. Meta l-passiġġier ma jkunx xtara l-biljett direttament mit-trasportatur operattiv tal-ajru, iżda minn intermedjarju stabbilit fl-Unjoni, dan l-intermedjarju għandu jipprovdi d-dettalji ta' kuntatt tal-passiġġier lit-trasportatur tal-ajru, diment li l-passiġġier ikun ta l-awtorizzazzjoni espliċita u bil-miktub tiegħu. Din l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata biss fuq bażi "inklużjoni fakultattiva". It-trasportatur tal-ajru jista’ juża dawn id-dettalji ta’ kuntatt esklussivament biex jissodisfa l-obbligu ta’ informazzjoni skont dan ir-Regolament u mhux għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u għandu jħassar id-dettalji ta’ kuntatt fi żmien 7 ijiem wara li jiġi kkompletat il-kuntratt ta’ trasport. L-ipproċessar, l-aċċess u l-ħażna ta' din id-dejta għandhom jitwettqu skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta.

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fil-ħin tal-prenotazzjoni, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jipprovdu informazzjoni lill-passiġġieri dwar il-proċessi ta' ġestjoni tal-pretensjoni u l-ilment tagħhom relatati mad-drittijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u dwar l-indirizzi ta' kuntatt rilevanti, li fuqhom il-passiġġieri jistgħu jibagħtu l-pretensjonijiet u l-ilmenti tagħhom, anki b'mezzi elettroniċi ta' trażmissjoni. It-trasportatur tal-ajru għandu jgħarraf ukoll lill-passiġġieri dwar il-korp jew il-korpi kompetenti għall-ġestjoni tal-ilmenti tal-passiġġieri.

1. Fil-ħin tal-prenotazzjoni, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jipprovdu informazzjoni lill-passiġġieri dwar il-proċessi ta' ġestjoni tal-pretensjoni u l-ilment tagħhom relatati mad-drittijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u dwar l-indirizzi ta' kuntatt rilevanti, li fuqhom il-passiġġieri jistgħu jibagħtu l-pretensjonijiet u l-ilmenti tagħhom, anki b'mezzi elettroniċi ta' trażmissjoni. It-trasportatur tal-ajru għandu jgħarraf ukoll lill-passiġġieri dwar il-korp jew il-korpi kompetenti għall-ġestjoni tal-ilmenti tal-passiġġieri u l-iskadenza mniżżla fl-Artikolu 16a(2) tal-intitolament għall-kumpens.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk passiġġieri jixtieq jagħmel ilment mat-trasportatur tal-ajru rigward id-drittijiet tiegħu skont dan ir-Regolament, għandu jissottomettih fi żmien tliet (3) xhur mid-data li fiha tkun twettqet jew kienet skedata li titwettaq it-titjira. Fi żmien 7 ijiem minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur għandu jikkonferma li rċieva l-ilment lill-passiġġier. Fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur tal-ajru għandu jagħti tweġiba sħiħa lill-passiġġier.

Jekk passiġġier jixtieq jagħmel talba jew ilment mat-trasportatur tal-ajru fir-rigward tad-drittijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandu jagħmel dan bil-miktub jew f'forma fi żmien sitt (6) xhur mid-data li fiha kienet skedata li tibda t-titjira. It-trasportaturi tal-ajru għandhom jinfurmaw bil-miktub lill-passiġġieri dwar fejn għandhom jiġu indirizzati l-ilmenti kif ukoll dwar l-iskadenza ta’ sitt xhur għas-sottomissjoni ta’ lmenti, mingħajr telf ta' ħin malli jseħħ wieħed mill-każijiet speċifikati fl-Artikoli 4, 5 u 6. Fi żmien 7 ijiem minn meta jirċievi t-talba jew l-ilment, it-trasportatur għandu jikkonferma li rċieva t-talba jew l-ilment lill-passiġġier. Fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-ilment, it-trasportatur tal-ajru huwa obbligat li jagħti tweġiba sħiħa lill-passiġġier.

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6a - paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. It-talba ċivili tkun preskritta jekk ma tinġiebx fi żmien sentejn mill-ħolqien tagħha. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet jagħmlu użu mis-soluzzjoni tat-tilwima quddiem Korpi Nazzjonali tal-Infurzar jew quddiem Korpi Alternattivi ta’ Riżoluzzjoni tat-Tilwim fit-terminu tad-Direttiva 2013/11 UE tal-21 ta’ Mejju 2013, b’tali mod li r-riżultat tagħhom ma jkunx vinkolanti, ma jżommx milli sussegwentement tinfetaħ proċedura legali fir-rigward tal-istess tilwima, minħabba l-iskadenza tal-preskrizzjoni matul dan il-proċess. Dan għandu jkun mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet dwar il-limitazzjoni jew il-preskrizzjoni inklużi fi ftehimiet internazzjonali li l-Istati Membri jkunu firmatarji tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi u għall-konvenjenza tal-konsumaturi, għandhom hawnhekk japplikaw regoli uniformi. Il-kontenut tal-paragrafu huwa identiku għad-Direttiva adottata riċentement dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim.

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Skont il-liġi rilevanti tal-UE u nazzjonali, kull Stat Membru għandu jaħtar korp jew korpi nazzjonali biex ikunu responsabbli għal riżoluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti bejn it-trasportaturi tal-ajru u l-passiġġieri fir-rigward tad-drittijiet koperti b'dan ir-Regolament.

3. Skont il-liġi rilevanti tal-UE u nazzjonali, kull Stat Membru għandu jaħtar korp jew korpi nazzjonali biex ikunu responsabbli għal riżoluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti bejn it-trasportaturi tal-ajru u l-passiġġieri (li għamlu talba) fir-rigward tad-drittijiet koperti b’dan ir-Regolament.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien sebat (7) ijiem minn meta jirċievi l-ilment, il-korp maħtur għandu jikkonferma li rċieva l-ilment u għandu jibgħat kopja lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar xieraq. Iż-żmien meħud biex tingħata t-tweġiba finali lill-ilmentatur ma għandux ikun itwal minn tliet xhur mir-riċevuta tal-ilment. Kopja tat-tweġiba finali għandha tingħata wkoll lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar.

Il-korp maħtur huwa obbligat li jikkonferma li rċieva l-ilment fi żmien sebat ijiem u għandu jibgħat kopja lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar xieraq. Iż-żmien li jittieħed biex tingħata t-tweġiba finali ma għandux ikun itwal minn 90 ġurnata mir-riċevuta tal-ilment. Kopja tat-tweġiba finali għandha tingħata wkoll lill-Korp Nazzjonali għall-Infurzar.

Ġustifikazzjoni

Dan għandu jwassal għall arranġament abbażi tad-Direttiva 2013/11/UE dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, li tipprovdi għal estensjoni tal-perjodu ta’ 90 ġurnata, madankollu dan huwa applikabbli f’każijiet eċċezzjonali kumplessi ħafna, jirreferi għal każijiet li huma estremament diffiċli mil-lat tekniku li jkollhom isiru kalkoli kumplessi – pereżempju, f’tilwim tal-assigurazzjoni tal-ħajja – jew ikollha tintalab opinjoni esperta. Mhux se jkun hemm l-ebda waħda minn dawk il-ħtiġijiet hawn.

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16a - paragrafu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Id-dritt tal-passiġġier għal appell quddiem il-qorti ċivili mhux se jkun affettwat mill-Korpi tal-Infurzar Nazzjonali hawn fuq imsemmija.

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16b – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fuq talba ta' Stat Membru, jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha teżamina l-każijiet fejn iqumu differenzi fl-applikazzjoni u l-infurzar ta' kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u b'mod partikolari rigward l-interpretazzjoni ta' ċirkostanzi straordinarji; u għandha tiċċara d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, bil-għan li tippromwovi approċċ komuni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista' tadotta rakkomandazzjoni wara li tikkonsulta lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 16c.

4. Fuq talba ta' Stat Membru, jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha teżamina l-każijiet fejn iqumu differenzi fl-applikazzjoni u l-infurzar ta' kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u b'mod partikolari rigward l-interpretazzjoni ta' ċirkostanzi straordinarji; u għandha tiċċara d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament permezz ta' att delegat biex tissupplimenta l-Anness I kif xieraq, bil-għan li tippromwovi approċċ komuni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista' tadotta rakkomandazzjoni wara li tikkonsulta lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 16c.

Ġustifikazzjoni

Din il-proċedura għandha ssir permezz ta’ att delegat. Din il-lista mhix eżawrijenti. Il-konsegwenzi għall-konsumaturi/passiġġieri huma konsiderevoli.

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 16d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

'Artikolu 16d

 

Eżerċizzju tad-delega tas-setgħat

 

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

 

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(m) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

 

3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 2(m) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsillll. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(m) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.'

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 3 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'2. It-trasportatur tal-ajru tal-Komunità għandu jipprovdi formola għall-ilmenti fl-ajruport li tippermetti lill-passiġġier jissottometti minnufih ilment bħal dan dwar ħsara jew dewmien tal-bagalji. Tali formola għall-ilmenti, li tista' tieħu l-forma ta' Rapport dwar Irregolarità fil-Proprjetà (PIR), għandha tkun aċċettata mit-trasportatur tal-ajru fl-ajruport bħala lment skont l-Artikolu 31(2) tal-Konvenzjoni ta' Montreal. Din il-possibbiltà ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-passiġġier li jissottometti lment permezz ta' mezzi oħra fl-iskadenzi mogħtija mill-Konvenzjoni ta' Montreal.'

'2. It-trasportatur tal-ajru tal-Komunità għandu jipprovdi formola għall-ilmenti fl-ajruport, f’kull lingwa uffiċjali tal-UE, li tippermetti lill-passiġġier jissottometti minnufih ilment bħal dan dwar ħsara jew dewmien tal-bagalji. Tali formola għall-ilmenti, li tista' tieħu l-forma ta' Rapport dwar Irregolarità fil-Proprjetà (PIR), għandha tkun aċċettata mit-trasportatur tal-ajru fl-ajruport bħala lment skont l-Artikolu 31(2) tal-Konvenzjoni ta' Montreal. Din il-possibbiltà ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-passiġġier li jissottometti lment permezz ta' mezzi oħra fl-iskadenzi mogħtija mill-Konvenzjoni ta' Montreal.'

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'2. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, ħlas bil-quddiem ma għandux ikun inqas mill-ekwivalenti f'euro ta' SDR 18 096 għal kull passiġġier fil-każ ta' mewt. 'Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa, permezz ta' att iddelegat skont l-Artikolu 6c, li taġġusta dan l-ammont fid-dawl ta' deċiżjoni mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili skont l-Artikolu 24(2) tal-Konvenzjoni ta' Montreal. Kull aġġustament fl-ammont imsemmi hawn fuq għandu jbiddel ukoll l-ammont korrispondenti fl-Anness.'

'2. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, ħlas bil-quddiem ma għandux ikun inqas minn EUR 20,000 għal kull passiġġier fil-każ ta’ mewt. 'Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa, permezz ta' att iddelegat skont l-Artikolu 6c, li taġġusta dan l-ammont fid-dawl ta' deċiżjoni mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili skont l-Artikolu 24(2) tal-Konvenzjoni ta' Montreal. Kull aġġustament fl-ammont imsemmi hawn fuq għandu jbiddel ukoll l-ammont korrispondenti fl-Anness.'

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 261/2004

Artikolu 6d – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Filwaqt li t-trasportaturi tal-ajru għandhom il-libertà kummerċjali kollha li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li skonthom jippermettu li tinġarr bagalja, dawn għandhom juru biċ-ċar, waqt il-buking jew waqt iċ-check-in (inkluż fil-magni taċ-check-in self-service), il-kwota massima tal-bagalji li l-passiġġieri jistgħu jġorru fil-kabina jew fl-istiva tal-ajruplan fuq kull waħda mit-titjiriet inklużi fil-buking tal-passiġġier, li tkun tinkludi kwalunkwe restrizzjonijiet fuq l-għadd tal-oġġetti applikati fi kwota massima partikolari tal-bagalji. Meta jiġu applikati ħlasijiet żejda għall-ġarr tal-bagalji, it-trasportaturi tal-ajru għandhom juru biċ-ċar id-dettalji ta' dawn il-ħlasijiet waqt il-buking jew fuq talba fl-ajruport.

1. It-trasportaturi tal-ajru għandhom juru biċ-ċar, fil-bidu ta' kull proċess ta' buking jew waqt iċ-check-in (inkluż fil-magni taċ-check-in self-service), il-kwota massima tal-bagalji li l-passiġġieri jistgħu jġorru fil-kabina jew fl-istiva tal-ajruplan fuq kull waħda mit-titjiriet inklużi fil-buking tal-passiġġier, li tkun tinkludi kwalunkwe restrizzjonijiet fuq l-għadd tal-oġġetti applikati fi kwota massima partikolari tal-bagalji. Meta jiġu applikati ħlasijiet żejda għall-ġarr tal-bagalji, it-trasportaturi tal-ajru għandhom juru biċ-ċar id-dettalji ta’ dawn il-ħlasijiet fil-bidu ta’ kull proċess ta’ buking u fuq talba fl-ajruport.

 

Il-ħlasijiet addizzjonali għandhom ikunu ċari u magħrufa u għandhom ikunu jistgħu jitħallsu waqt il-proċess tal-buking għal vjaġġ, irrispettivament mit-tip tal-buking. Dan l-obbligu japplika wkoll għal dawk il-fornituri li joffru servizzi tat-titjira f’isem it-trasportaturi tal-ajru. Il-miżati addizzjonali jagħmlu parti mill-prezz totali tal-biljett.

 

Barra minn hekk, dan l-obbligu għandu jkun mingħajr ħsara għall-Artikoli 8(2) u 22 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar id-drittijiet tal-konsumaturi.

Ġustifikazzjoni

Kif diġà stabbilit permezz tar-Regolament 1008/2008, għandu jerġa’ jiġi enfasizzat hawnhekk l-obbligu tat-trasparenza tal-prezz mill-bidu tal-proċess tal-buking.

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Id-daqs ta’ bagalja tal-idejn hu mill-inqas ta’ 55 cm x 40 cm x 20 cm u jista’ jkollha piż ta’ mill-inqas 6 kg.

Ġustifikazzjoni

Il-valuri msemmija huma l-iżjed valuri baxxi tal-kumpaniji tal-ajru li qegħdin joperaw bħalissa. B’dawn il-valuri minimi għandu jiġi evitat, li fil-ġejjieni jiġu introdotti tariffi addizzjonali għal bagalji tal-idejn 'il fuq minn daqs minimu.

Emenda  90

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Jekk, qabel ma l-passiġġier jitla’ fuq l-ajruplan jew qabel tibda t-titjira, il-bagalja tal-idejn titneħħa mill-ajruplan u titqiegħed fl-istiva, din għandha tingħata lura lill-passiġġier bħala bagalja tal-idejn meta jkun se jinżel mill-ajruplan.

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6d – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-paragrafu 1a li ġej jiddaħħal fl-Artikolu 6d:

 

'3a. Minbarra l-kwota massima preskritta ta’ bagalji fil-kabina, il-passiġġieri għandhom jitħallew iġorru fil-kabina, mingħajr l-ebda ħlas żejjed, oġġetti personali essenzjali li jinkludu oġġetti mixtrija mill-ajruport, b’żieda mal-kwota preskritta ta’ bagalji fil-kabina sa 5kg. It-trasportatur tal-ajru jista’ jħalli l-oġġetti msemmija hawn fuq fl-istiva tal-ajruplan f’każ ta’ kundizzjonijiet eċċezzjonali marbuta ma’ raġunijiet ta’ sikurezza u li l-karatteristiċi speċifiċi tal-ajruplan jipprekludu t-trasport fil-kabina. L-ebda ħlas addizzjonali ma japplika f’dawn il-każijiet.'

 

Ġustifikazzjoni

Biex tkun deskritta l-kwota massima ta' bagalja fil-kabina, għandu jkun stabbilit standard minimu f'termini ta' volum u piż sabiex ikun hemm ċarezza minima għall-passiġġieri tal-ajru ( ara. EM 73 mir-Rapporteur); għal oġġetti personali massimu f'termini ta' piż għandu madankollu jkun stabbilit.

Emenda  92

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6e – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Trasportatur tal-ajru tal-Komunità għandu jħall passiġġier iġorr strument mużikali fil-kabina tal-passiġġieri ta' ajruplan soġġett għar-regoli ta' sigurtà applikabbli u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-restrizzjonijiet tal-ajruplan ikkonċernat. L-istrumenti mużikali għandhom jiġu aċċettati għat-trasport fil-kabina tal-ajruplan diment li t-tali strumenti jistgħu jiġu stivati b'mod sigur f'kompartiment xieraq tal-bagalji fil-kabina jew taħt sedil xieraq tal-passiġġieri. Trasportatur tal-ajru jista' jiddetermina li strument mużikali għandu jifforma parti mill-kwota permessa tal-bagalji tal-idejn ta' passiġġier u ma jinġarrx b'żieda ma' dik il-kwota.

1. Trasportatur tal-ajru tal-Komunità jista’ jippermetti passiġġier iġorr strument mużikali fil-kabina tal-passiġġieri ta’ ajruplan soġġett għar-regoli ta’ sigurtà applikabbli u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-restrizzjonijiet tal-ajruplan ikkonċernat. L-istrumenti mużikali għandhom jiġu aċċettati għat-trasport fil-kabina tal-ajruplan diment li t-tali strumenti jistgħu jiġu stivati b'mod sigur f'kompartiment xieraq tal-bagalji fil-kabina jew taħt sedil xieraq tal-passiġġieri. Trasportatur tal-ajru jista' jiddetermina li strument mużikali għandu jifforma parti mill-kwota permessa tal-bagalji tal-idejn ta' passiġġier u ma jinġarrx b'żieda ma' dik il-kwota.

Emenda  93

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Artikolu 6e – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta strument mużikali jkun kbir wisq biex jiġi stivat b'mod sigur f'kompartiment xieraq tal-bagalji fil-kabina jew taħt sedil xieraq tal-passiġġieri, it-trasportatur tal-ajru jista' jitlob il-ħlas ta' biljett addizzjonali meta t-tali strumenti mużikali jinġarru bħala bagalji tal-idejn fuq sedil ieħor. Meta jinxtara t-tieni sedil, it-trasportatur tal-ajru għandu jagħmel sforzi raġonevoli biex ipoġġi l-passiġġier u l-istrument mużikali kkonċernat biswit xulxin. Meta disponibbli u jekk jintalab hekk, l-istrumenti mużikali għandhom jinġarru f'parti msaħħna tal-kompartiment tal-merkanzija tal-ajruplan soġġetti għar-regoli ta' sigurtà applikabbli, ir-restrizzjonijiet tal-ispazju u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ajruplan ikkonċernat. Trasportatur tal-ajru għandu jindika biċ-ċar it-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu li abbazi tagħhom se jiġu trasportati l-istrumenti mużikali u l-imposti applikabbli.'

2. Meta strument mużikali jkun kbir wisq biex jiġi stivat b’mod sigur f’kompartiment xieraq tal-bagalji fil-kabina jew taħt sedil xieraq tal-passiġġieri, it-trasportatur tal-ajru jista’ jitlob il-ħlas ta’ biljett addizzjonali, li għandu jkun ħieles mill-ispejjeż imponibbli tat-taxxi tal-ajruport, meta t-tali strumenti mużikali jinġarru bħala bagalji tal-idejn fuq sedil ieħor. Meta jinxtara t-tieni sedil, it-trasportatur tal-ajru għandu jagħmel sforzi raġonevoli biex ipoġġi l-passiġġier u l-istrument mużikali kkonċernat biswit xulxin. Meta disponibbli u jekk jintalab hekk, l-istrumenti mużikali għandhom jinġarru f'parti msaħħna tal-kompartiment tal-merkanzija tal-ajruplan soġġetti għar-regoli ta' sigurtà applikabbli, ir-restrizzjonijiet tal-ispazju u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ajruplan ikkonċernat. Trasportaturi tal-ajru għandhom iwaħħlu tikketti speċjali ma' tali strumenti biex jiżguraw li huma ttrattati bil-kura meħtieġa. Trasportatur tal-ajru għandu jindika biċ-ċar it-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu li abbazi tagħhom se jiġu trasportati l-istrumenti mużikali u l-imposti applikabbli.'

Ġustifikazzjoni

Meta jkollu jinxtara sedil addizzjonali għal strument, dan għandu jkun ħieles mit-taxxi applikabbli, jew għall-inqas mit-taxxi tal-ajruport.

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan japplika għat-titjiriet u l-vjaġġi kollha li l-ħin tal-bidu riżervat tagħhom hu maħsub biex jibda minn 00.00 jew aktar tard ta’ dik il-ġurnata.

Emenda  95

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Iċ-ċirkostanzi li ġejjin għandhom jitqiesu bħala straordinarji:

1. Iċ-ċirkostanzi li ġejjin għandhom dejjem, bħala regola vinkolanti, jitqiesu bħala straordinarji:

Emenda  96

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – sekwenza ta' punti

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

iii.

 

i.

 

iv.

 

ii.

 

v.

 

vi.

 

vii.

Ġustifikazzjoni

Is-sekwenza għandha tkun skont l-importanza tal-kawżi.

Emenda  97

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ii. problemi tekniċi li mhumiex inerenti fit-tħaddim normali tal-ajruplan, bħall-identifikazzjoni ta' difett matul l-operat tat-titjira kkonċernata u li jipprevjeni l-kontinwazzjoni normali tal-operat; jew difett tal-manifattura moħbi li jiġi rivelat mill-manifattur jew awtorità kompetenti u li jaffettwa ħażin is-sigurtà tat-titjira;

ii. problemi tekniċi li mhumiex inerenti fit-tħaddim normali tal-ajruplan, bħall-identifikazzjoni ta’ difett matul l-operat tat-titjira kkonċernata u li jipprevjenu l-kontinwazzjoni normali tal-operat; u difett tal-manifattura moħbi li jiġi rivelat mill-manifattur jew awtorità kompetenti u li jaffettwa ħażin is-sigurtà tat-titjira;

Emenda  98

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1– punt 1 – punt iia (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

gwerra, inkwiet politiku u rewwixti, li jrendu impossibbli l-operat sikur tat-titjira;

Emenda  99

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 - punt 1 - punt iii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

riskji tas-sigurtà, atti ta' sabotaġġ jew terroriżmu li jrendu impossibbli l-operat sikur tat-titjira;

gwerra, kunflitti, instabilità politika, riskji tas-sigurtà, atti ta’ sabotaġġ jew terroriżmu li jrendu impossibbli l-operat sikur tat-titjira;

Emenda  100

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – punt iv

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

iv. riskji tas-saħħa jew emerġenzi mediċi li jpoġġu l-ħajja fir-riskju li jeħtieġu l-interruzzjoni jew id-devjazzjoni tat-titjira konċernata;

riskji tas-saħħa jew emerġenzi mediċi li jeħtieġu l-interruzzjoni jew id-devjazzjoni tat-titjira konċernata;

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex ċar min għandu jiddeċiedi meta riskju għas-saħħa jkun ta’ theddida għall-ħajja.

Emenda  101

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – punt 1 – punt via (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

għasafar jolqtu t-titjira kkonċernata;

Emenda  102

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – paragrafu 1 – punt vii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

vii. tilwim tal-persunal tat-trasportatur operattiv tal-ajru jew tal-fornituri tas-servizzi essenzjali bħall-ajruporti u l-Fornituri tas-Servizz ta' Navigazzjoni tal-Ajru.

vii. tilwim tal-persunal tal-fornituri tas-servizzi essenzjali bħall-ajruporti u l-Fornituri tas-Servizz ta’ Navigazzjoni tal-Ajru.

Emenda  103

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – punt 1 – punt viia (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ħsara tar-radar uffiċjali fl-ispazju tat-titjira u għeluq tal-ajruport mill-korp ta' ġestjoni tal-ajruport,

Emenda  104

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 - punt 2 - punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

problemi tekniċi inerenti fit-tħaddim normali tal-ajruplan, bħal problema identifikata matul il-manutenzjoni ta' rutina jew matul kontroll ta' qabel it-titjira tal-ajruplan jew li jfeġġu minħabba nuqqas li titwettaq tali manutenzjoni jew kontroll ta' qabel it-titjira; kif ukoll

problemi tekniċi li ma jitqisux bħala ċirkostanzi straordinarji għall-finijiet tal-punt 1(ii);

Ġustifikazzjoni

Fil-qasam tat-trasportaturi tal-ajru dejjem jeżistu problemi tekniċi, madankollu qatt ma jeżistu fil-qasam tal-passiġġieri. Sakemm ma jkunx hemm problema teknika barra mill-operat normali tal-ajruplan normali, li tikkonsisti f’difett tal-manifattura moħbi, ma għandha tkun possibbli l-ebda ġustifikazzjoni.

Emenda  105

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1 – punt 2 – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

in-nuqqas ta' disponibbiltà tal-ekwipaġġ tat-titjira jew l-ekwipaġġ tal-kabina (sakemm mhux minħabba tilwim tal-persunal).

in-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-ekwipaġġ tat-titjira jew l-ekwipaġġ tal-kabina;

Ġustifikazzjoni

Dan jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tat-trasportaturi tal-ajru li fil-ħin għandhom jorganizzaw sostituti ta’ persunal, pereżempju f’każ ta’ mard, jew ikollhom jirrikorru għal ekwipaġġ għal-lest (stand-by-crew).

Emenda  106

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1– punt 2 – punt iia (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

kundizzjonijiet meteoroloġiċi ħżiena, jekk ma jkun hemm l-ebda għeluq uffiċjali tal-ispazju tal-ajru jew tal-ajruport mill-ġestjoni tal-ajruport;

Ġustifikazzjoni

Ta’ spiss it-trasportaturi tal-ajru jiddeċiedu li ma jistgħux jagħmlu t-titjira proprju bl-iskuża tat-temp. Fil-verità, dan mhux dejjem ikun attribwit għal kundizzjonijiet meteoroloġiċi ħżiena li jinfluwenzaw l-għażliet tat-titjira.

Emenda  107

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1– punt 2 – punt iib (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

il-bidu tax-xitwa, peress li l-ajruplani għandhom jinżammu f’kundizzjoni lesta għat-titjir.

Emenda  108

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1– punt 2 – punt iic (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

kwalunkwe dewmien minħabba inċidenti matul titjira preċedenti;

Ġustifikazzjoni

F’każijiet bħal dawn, it-trasportaturi tal-ajru għandhom ħin biżżejjed sabiex jorganizzaw is-sostituzzjoni tat-titjira u l-ekwipaġġ sat-titjira li jkun imiss. F’dan ir-rigward, ma tistax tiġi identifikata rabta temporali jew lokali mill-qrib mat-titjira sussegwenti. Dawn jinkludu wkoll is-sabotaġġ fuq titjira preċedenti, inċidenti mediċi, għeluq preċedenti ta’ spazju tal-ajru, eċċ...

Emenda  109

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1– punt 2 – punt iid (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

tneħħija ta’ bagalja abbandunata mill-kompartiment tal-merkanzija tal-ajruplan;

Ġustifikazzjoni

Dan diġà huwa nuqqas minn qabel fil-qasam tas-sigurtà, li ma jistax ikun għad-detriment tal-passiġġieri. It-trasportaturi, madankollu, huma liberi li jfittxu rimedju mill-aġenziji responsabbli.

Emenda  110

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1– punt 2 – punt iie (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

magna ffriżata, nuqqas tal-aġent li jdewweb is-silġ;

Ġustifikazzjoni

Magna ffriżata, nuqqas tal-aġent li jdewweb is-silġ. L-ajruporti għandhom iżommu ħażna suffiċjenti ta' aġenti li jdewweb is-silġ, anke biex ikopru żmenijiet ta' temp ħażin fit-tul, u għandhom jidħlu għar-riskju li dan iġib miegħu.F'każijiet ta' dan it-tip, it-trasportaturi jistgħu jitolbu kumpens.

Emenda  111

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1– punt 2 – punt iif (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ħsara lill-ajruplan fuq l-art minn terza parti ftit qabel ma jkun skedat li jitlaq;

Ġustifikazzjoni

F'każ ta' ħsara lill-ajruplan fuq l-art ftit qabel il-ħin tat-tluq skedat minn parti terza. Madankollu, mhux aċċettabbli li l-passiġġieri, li ma jistgħu jagħmlu xejn, ikunu mċaħħda mid-drittijiet tagħhom.

Emenda  112

Proposta għal regolament

Anness 1

Regolament (KE) Nru 261/2004

Anness 1– punt 2 – punt iig (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

tilwim industrijali fl-intrapriża tat-trasportatur tal-ajru operattiva;

Ġustifikazzjoni

Tilwim industrijali fl-intrapriża tat-trasportatur tal-ajru huwa kontrollabbli u evitabbli. Għalhekk, dan ma jistax jitqies straordinarju għall-finijiet tar-regolament. Tilwim industrijali f'kumpaniji oħra hi kwistjoni differenti.

Emenda  113

Proposta għal regolament

Anness 2 – paragrafu 2

Regolament (KE) Nru 2027/97

Anness 2 – Titlu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ma hemm l-ebda limiti finanzjarji għar-responsabbiltà għall-korriment jew il-mewt ta' passiġġier ikkawżata minn inċident abbord l-ajruplan jew matul l-operazzjonijiet ta' imbark jew żbark. Għal danni ta' sa SDR 113 100 (ammont approssimattiv fil-munita lokali), it-trasportatur tal-ajru ma jistax jeskludi jew jillimita r-responsabbiltà tiegħu. 'Il fuq minn dak l-ammont, it-trasportatur tal-ajru mhuwiex responsabbli jekk juri li ma kienx negliġenti jew li ma kellux tort f'mod ieħor, jew li l-ħsara kienet biss minħabba n-negliġenza jew tort f'mod ieħor ta' parti terza.

Ma hemm l-ebda limiti finanzjarji għar-responsabbiltà għall-korriment jew il-mewt ta' passiġġier ikkawżata minn inċident abbord l-ajruplan jew matul l-operazzjonijiet ta' imbark jew żbark. Għal danni sa EUR 130 000, it-trasportatur tal-ajru ma jistax jeskludi jew jillimita r-responsabbiltà tiegħu. 'Il fuq minn dak l-ammont, it-trasportatur tal-ajru mhuwiex responsabbli jekk juri li ma kienx negliġenti jew li ma kellux tort f'mod ieħor, jew li l-ħsara kienet biss minħabba n-negliġenza jew tort f'mod ieħor ta' parti terza.

Ġustifikazzjoni

Dan hu regolament tal-UE. Hawn mhux meħtieġ li tintuża l-SDR bħala unità tal-munita. Għall-konsumaturi, ammonti miżjuda/mnaqqsa sa l-eqreb euro huma l-aktar komprensibbli. L-ammont jista’ jiġi aġġustat bl-użu ta’ atti delegati.

Emenda  114

Proposta għal regolament

Anness 2 – paragrafu 3

Regolament (KE) Nru 2027/97

Anness 2 – Titlu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk passiġġier imut jew ikorri, it-trasportatur tal-ajru għandu jagħmel ħlas bil-quddiem, biex ikopri l-ħtiġijiet ekonomiċi immedjati, fi żmien 15-il ġurnata mill-identifikazzjoni tal-persuna intitolata għall-kumpens. Fil-każ ta' mewt, dan il-ħlas bil-quddiem ma għandux ikun anqas minn SDR 18 096 (ammont approssimattiv fil-munita lokali).

Jekk passiġġier imut jew ikorri, it-trasportatur tal-ajru għandu jagħmel ħlas bil-quddiem, biex ikopri l-ħtiġijiet ekonomiċi immedjati, fi żmien 15-il ġurnata mill-identifikazzjoni tal-persuna intitolata għall-kumpens. F’każ ta' mewt dan il-ħlas m'għandux ikun inqas minn EUR 21 000.

Ġustifikazzjoni

Dan hu regolament tal-UE. Hawn mhux meħtieġ li tintuża l-SDR bħala unità tal-munita. Għall-konsumaturi, ammonti miżjuda/mnaqqsa sa l-eqreb euro huma l-aktar komprensibbli. L-ammont jista’ jiġi aġġustat bl-użu ta’ atti delegati.

Emenda  115

Proposta għal regolament

Anness 2 – paragrafu 4

Regolament (KE) Nru 2027/97

Anness 2 – Titlu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ ta' dewmien tal-passiġġieri, it-trasportatur tal-ajru huwa responsabbli għall-ħsara sakemm ma jkunx ħa l-miżuri kollha raġonevoli biex jevita l-ħsara jew jekk kien impossibbli li jittieħdu tali miżuri. Ir-responsabbiltà għad-dewmien tal-passiġġieri hija limitata għal SDR 4 694 (ammont approssimattiv fil-munita lokali).

Fil-każ ta' dewmien tal-passiġġieri, it-trasportatur tal-ajru huwa responsabbli għall-ħsara sakemm ma jkunx ħa l-miżuri kollha raġonevoli biex jevita l-ħsara jew jekk kien impossibbli li jittieħdu tali miżuri. Ir-responsabbiltà għad-dewmien tal-passiġġieri hija limitata għal EUR 5 200.

Ġustifikazzjoni

Dan hu regolament tal-UE. Hawn mhux meħtieġ li tintuża l-SDR bħala unità tal-munita. Għall-konsumaturi, ammonti miżjuda/mnaqqsa sa l-eqreb euro huma l-aktar komprensibbli. L-ammont jista’ jiġi aġġustat bl-użu ta’ atti delegati.

Emenda  116

Proposta għal regolament

Anness 2 – paragrafu 5

Regolament (KE) Nru 2027/97

Anness 2 – Titlu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ ta' telf, ħsara jew dewmien ta' bagalji, it-trasportatur huwa responsabbli għall-ħsara sa SDR 1 113 (ammont approssimattiv fil-munita lokali), bil-limitu ta' kumpens applikabbli għal kull passiġġier u mhux għal kull bagalja li tgħaddi miċ-check-in, sakemm ma jkunx sar qbil fuq limitu ogħla bejn it-trasportatur tal-ajru u l-passiġġieri permezz ta' dikjarazzjoni ta' interess speċjali. Għal ħsara jew telf ta' bagalji, it-trasportatur tal-ajru mhuwiex responsabbli jekk il-ħsara jew it-telf kien ikkawżat minn kwalità inerenti jew difett tal-bagalja. Għal dewmien ta' bagalji, it-trasportatur tal-ajru ma għandux ikun responsabbli meta jkun ħa l-miżuri kollha raġonevoli biex jevita d-dannu li jirriżulta mid-dewmien tal-bagalja jew meta kien impossibbli li jittieħdu tali miżuri. Fil-każ ta' bagalji tal-idejn, li jinkludu oġġetti personali, it-trasportatur tal-ajru huwa responsabbli biss jekk il-ħsara tkun irriżultat mit-tort tiegħu.

Wara 15-il ġurnata il-bagalji jitqiesu bħala mitlufa. Fil-każ ta’ telf, ħsara jew dewmien ta’ bagalji, it-trasportatur huwa responsabbli għall-ħsara sa EUR 1300, bil-limitu ta’ kumpens applikabbli għal kull passiġġier u mhux għal kull bagalja li tgħaddi miċ-check-in, sakemm ma jkunx sar qbil fuq limitu ogħla bejn it-trasportatur tal-ajru u l-passiġġieri permezz ta’ dikjarazzjoni ta’ interess speċjali. Għal ħsara jew telf ta' bagalji, it-trasportatur tal-ajru mhuwiex responsabbli jekk il-ħsara jew it-telf kien ikkawżat minn kwalità inerenti jew difett tal-bagalja. Għal dewmien ta' bagalji, it-trasportatur tal-ajru ma għandux ikun responsabbli meta jkun ħa l-miżuri kollha raġonevoli biex jevita d-dannu li jirriżulta mid-dewmien tal-bagalja jew meta kien impossibbli li jittieħdu tali miżuri. Fil-każ ta' bagalji tal-idejn, li jinkludu oġġetti personali, it-trasportatur tal-ajru huwa responsabbli biss jekk il-ħsara tkun irriżultat mit-tort tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Dan hu regolament tal-UE. Hawn mhux meħtieġ li tintuża l-SDR bħala unità tal-munita. Għall-konsumaturi, ammonti miżjuda/mnaqqsa sa l-eqreb euro huma l-aktar komprensibbli. L-ammont jista’ jiġi aġġustat bl-użu ta’ atti delegati.

Emenda  117

Proposta għal regolament

Anness 2 – paragrafu 6

Regolament (KE) Nru 2027/97

Anness 2 – Titlu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Passiġġier jista' jibbenefika minn limitu ogħla ta' responsabblità billi jagħmel dikjarazzjoni speċjali mhux aktar tard miċ-check-in u billi jħallas tariffa supplimentari jekk ikun hemm bżonn. Tariffa supplimentari bħal din għandha tkun ibbażata fuq tariffa li hija relatata mal-ispejjeż addizzjonali involuti fit-trasport u l-assigurazzjoni tal-bagalji konċernati 'l fuq mil-limitu ta' responsabblità ta' SDR 1 131. It-tariffa għandha tkun disponibbli għall-passiġġieri fuq talba. Passiġġieri b'diżabbiltajiet u passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa għandhom jiġu offruti sistematikament u mingħajr ħlas l-għażla li jagħmlu dikjarazzjoni ta' interess speċjali għat-trasport tat-tagħmir tal-mobbiltà tagħhom.

Passiġġier jista' jibbenefika minn limitu ogħla ta' responsabblità billi jagħmel dikjarazzjoni speċjali mhux aktar tard miċ-check-in u billi jħallas tariffa supplimentari jekk ikun hemm bżonn. Tariffa supplimentari bħal din għandha tkun ibbażata fuq tariffa li hija relatata mal-ispejjeż addizzjonali involuti fit-trasport u l-assigurazzjoni tal-bagalji konċernati 'l fuq mil-limitu ta' responsabblità ta' EUR 1 150. It-tariffa għandha tkun disponibbli għall-passiġġieri fuq talba. Passiġġieri b'diżabbiltajiet u passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa għandhom jiġu offruti sistematikament u mingħajr ħlas l-għażla li jagħmlu dikjarazzjoni ta' interess speċjali għat-trasport tat-tagħmir tal-mobbiltà tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Dan hu regolament tal-UE. Hawn mhux meħtieġ li tintuża l-SDR bħala unità tal-munita. Għall-konsumaturi, ammonti miżjuda/mnaqqsa sa l-eqreb euro huma l-aktar komprensibbli. L-ammont jista’ jiġi aġġustat bl-użu ta’ atti delegati.

Emenda  118

Proposta għal regolament

Anness 2 – paragrafu 7

Regolament (KE) Nru 2027/97

Anness 2 – Titlu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ ta' ħsara, dewmien, telf jew qerda tal-bagalji, il-passiġġier għandu fil-każijiet kollha jikteb u jilmenta mat-trasportatur tal-ajru malajr kemm jista' jkun. Limitu ta' żmien għall-ilment ta' sebat (7) ijiem japplika fil-każ li l-bagalja ġġarrab ħsara u ta' 21 jum fil-każ li tiddewwem, fiż-żewġ każijiet mid-data li fiha l-bagalja tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-passiġġier. Sabiex jintlaħqu faċilment dawn id-dati ta' skadenza, it-trasportatur tal-ajru għandu joffri lill-passiġġieri l-possibbiltà li jimlew formola tal-ilmenti fl-ajruport. Tali formola tal-ilmenti, li tista' tieħu wkoll il-forma ta' Rapport dwar Irregolarità fil-Proprjetà (PIR), għandha tiġi aċċettata mit-trasportatur tal-ajru fl-ajruport bħala lment.

Fil-każ ta' ħsara, dewmien, telf jew qerda tal-bagalji, il-passiġġier għandu fil-każijiet kollha jikteb u jilmenta mat-trasportatur tal-ajru malajr kemm jista' jkun. Limitu ta’ żmien għall-ilment ta’ tmienja u għoxrin (28) jum japplika fil-każ li l-bagalja ġġarrab ħsara u tiddewwem, mid-data li fiha l-bagalja tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-passiġġier. Sabiex jintlaħqu faċilment dawn id-dati ta' skadenza, it-trasportatur tal-ajru għandu joffri lill-passiġġieri l-possibbiltà li jimlew formola tal-ilmenti fl-ajruport. Tali formola tal-ilmenti, li tista’ tieħu wkoll il-forma ta’ Rapport dwar Irregolarità fil-Proprjetà (PIR), għandha tiġi pprovduta bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE u tiġi aċċettata mit-trasportatur tal-ajru fl-ajruport bħala lment.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet u emenda tar-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi bl-ajru, fejn jidħol it-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom

Referenzi

COM(2013)0130 – C7-0066/2013 – 2013/0072(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

16.4.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

16.4.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Hans-Peter Mayer

29.5.2013

Eżami fil-kumitat

26.9.2013

4.11.2013

 

 

Data tal-adozzjoni

5.11.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Preslav Borissov, Jorgo Chatzimarkakis, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia de Campos, Cornelis de Jong, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Thomas Händel, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Edvard Kožušník, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Phil Prendergast, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Emilie Turunen, Barbara Weiler, Kerstin Westphal

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Regina Bastos, Jürgen Creutzmann, María Irigoyen Pérez, Constance Le Grip, Emma McClarkin, Claudio Morganti, Sylvana Rapti

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eva Ortiz Vilella, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet u emenda tar-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi bl-ajru, fejn jidħol it-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom

Referenzi

COM(2013)0130 – C7-0066/2013 – 2013/0072(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.3.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

16.4.2013

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

16.4.2013

IMCO

16.4.2013

JURI

16.4.2013

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

26.3.2013

JURI

15.4.2013

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Georges Bach

28.3.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

16.9.2013

4.11.2013

 

 

Data tal-adozzjoni

17.12.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Georges Bach, Erik Bánki, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Joseph Cuschieri, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Franco Frigo, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Mike Nattrass, Dominique Riquet, Petri Sarvamaa, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Peter van Dalen, Patricia van der Kammen, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Phil Bennion, Spyros Danellis, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Anna Rosbach, Alfreds Rubiks, Bernadette Vergnaud, Sabine Wils

Data tat-tressiq

13.1.2014