RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri

16.1.2014 - (COM(2013)0028 – C7‑0024/2013 – 2013/0028(COD)) - ***I

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Mathieu Grosch


Proċedura : 2013/0028(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0034/2014

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri

(COM(2013)0028 – C7‑0024/2013 – 2013/0028(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0028),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0024/2013),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mis-Seimas tar-Repubblika tal-Litwanja, mill-Kamra tad-Deputati tal-Lussemburgu, mis-Senat tal-Pajjiżi l-Baxxi u mill-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Pajjiżi l-Baxxi, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0034/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Tul l-aħħar deċennju, iż-żieda fit-traffiku ferrovjarju tal-passiġġieri ma kinitx biżżejjed biex jiżdied is-sehem modali tiegħu meta mqabbel mal-karozzi u l-avjazzjoni. Is-sehem modali ta' 6 % tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri fl-Unjoni Ewropea baqa' pjuttost stabbli. Is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri ma laħħqux mal-evoluzzjoni tal-bżonnijiet f'termini ta’ disponibbiltà u kwalità.

(1) Tul l-aħħar deċennju, iż-żieda fit-traffiku ferrovjarju tal-passiġġieri ma kinitx biżżejjed biex jiżdied is-sehem modali tiegħu meta mqabbel mal-karozzi u l-avjazzjoni. Is-sehem modali ta' 6 % tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri fl-Unjoni Ewropea baqa' pjuttost stabbli. Is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri ma żammewx il-pass mal-evoluzzjoni ta' modi oħra tat-trasport f'termini ta’ disponibbiltà, prezzijiet u kwalità. Filwaqt li dan jiġi kkunsidrat, għandhom jinstiltu l-lezzjonilijiet kollha rilevanti mill-approċċ adottat mill-Unjoni tul l-aħħar tliet riformi dwar il-ferroviji.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) It-trasport bil-ferrovija għandu rwol ewlieni soċjalment u ambjentalment, u f'termini ta' ppjanar tal-mobilità, u jista' jżid b'mod sinifikanti is-sehem ġenerali tiegħu mit-trasport Ewropew tal-passiġġieri. F'dan ir-rigward, l-investiment fir-riċerka kif ukoll fl-infrastruttura u l-vetturi ferrovjarji jista' jagħti kontribut sifikanti lil tkabbir ġdid, u b'hekk jagħti spinta lill-impjiegi direttament fis-settur ferrovjarju u indirettament billi tiżdied il-mobilità tal-impjegati ta' setturi oħra. It-trasport ferrovjarju għandu l-potenzjal li jiżviluppa f'fergħa moderna importanti tal-industrija tal-Unjoni, sakemm l-Istati Membri jaqblu dwar kooperazzjoni akbar.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Sabiex jiġi żgurat li lill-passiġġieri jiġi pprovdut servizz ta' kwalità għolja, filwaqt li jintlaħqu l-objettivi tal-politika tat-trasport pubbliku għall-passiġġieri, id-drittijiet ta' aċċess miftuħ għandhom ikunu r-regola, u għandhom jiġu kkoordinati inter alia permezz ta' proċeduri ta' sejħiet għall-offerti għal kuntratti tas-servizz pubbliku

Ġustifikazzjoni

L-operazzjonijiet ta’ aċċess miftuħ huma bbażati biss fuq riżultati kummerċjali u s-sodisfazzjon tal-passiġġieri u b’hekk jistgħu joffru servizz ta' kwalità għolja.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b) L-għoti dirett ta' kuntratti tas-servizz publiku għandu jkun ristrett għal sitwazzjonijiet speċifiċi li jqumu, bħar-riskju ta' interruzzjoni fil-forniment ta' servizzi, u għalhekk għandu jiġi limitat fiż-żmien

Ġustifikazzjoni

L-għoti ta’ kuntratti b’mod dirett għandu jkun l-eċċezzjoni mhux ir-regola

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Fil-White Paper tagħha dwar il-politika tat-trasport tat-28 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ħabbret il-ħsieb tagħha li tlesti s-suq intern tal-ferrovija, billi tippermetti lill-impriżi ferrovjarji tal-Unjoni jipprovdu kull tip ta’ servizz tat-trasport ferrovjarju mingħajr xkiel tekniku u amministrattiv żejjed.

(3) Fil-White Paper tagħha dwar il-politika tat-trasport tat-28 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ħabbret il-ħsieb tagħha li tlesti s-suq intern tal-ferrovija, billi tippermetti lill-impriżi ferrovjarji tal-Unjoni jipprovdu kull tip ta’ servizz tat-trasport ferrovjarju mingħajr xkiel tekniku u amministrattiv żejjed. Sabiex dan l-objettiv jinkiseb aħjar, ir-riforma attwali għandha tiġi maħsuba fid-dawl tal-mudelli tal-ferrovija li taw prova ta' effettività fl-Unjoni.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Il-kwalità tas-servizzi pubbliċi għat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija għandha titjieb u l-effiċjenza tagħhom tiżdied, filwaqt li jinżammu s-servizzi eżistenti tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri li jiffunzjonaw b'mod effiċjenti.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) It-tlestija tal-ftuħ tas-suq ferrovjarju tal-Unjoni għandha titqies essenzjali sabiex il-ferrovija ssir alternattiva kredibbli għal modi oħra tat-trasport, f'termini ta' prezzijiet u kwalità.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 3c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c) Huwa essenzjali għall-awtoritajiet kompetenti li jkollhom rwol ewlieni fl-organizzazzjoni tas-servizzi tat-trasport pubbliku għall-passiġġieri. Tali awtoritajiet għandhom responsabilità għall-ippjanar ta' servizzi tat-trasport pubbliku għall-passiġġieri, inkluż għall-identifikazzjoni tar-rotot li għandhom jintgħażlu għal aċċess miftuħ jew li għandhom jingħataw taħt kuntratti tas-servizz pubbliku u għad-determinazzjoni tal-proċedura ta' għoti ta' kuntratti. Barra minn hekk, għandhom jiġġustifikaw il-fatt li l-miri ta' vijabilità, effiċjenza u kwalità jistgħu biss jinkisbu bl-użu tal-proċedura ta' għoti ta' kuntratti li jkunu għażlu, u għandhom jippubblikaw din il-ġustifikazzjoni.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Meta l-awtoritajiet kompetenti jiġu biex jorganizzaw is-servizzi tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri tagħhom, iridu jiżguraw li l-obbligi tas-servizz pubbliku, u l-firxa ġeografika tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku, ikunu xierqa, meħtieġa, u proporzjonati għall-ksib tal-għanijiet tal-politika tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri fit-territorju tagħhom. Din il-politika għandha tiġi spjegata fil-pjanijiet ta’ trasport pubbliku, filwaqt li jitħalla lok għal soluzzjonijiet tat-trasport imsejsa fuq is-suq. Il-proċess ta’ definizzjoni tal-pjanijiet ta’ trasport pubbliku u tal-obbligi ta’ servizz pubbliku għandu jkun trasparenti għall-partijiet interessati rilevanti, inklużi parteċipanti li potenzjalment jidħlu fis-suq.

(4) Meta l-awtoritajiet kompetenti jiġu biex jorganizzaw is-servizzi tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri tagħhom, iridu jiżguraw li l-obbligi tas-servizz pubbliku, u l-firxa ġeografika tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku, ikunu xierqa, meħtieġa, u proporzjonati għall-ksib tal-għanijiet tal-politika tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri fit-territorju tagħhom. Din il-politika għandha tiġi spjegata fil-pjanijiet sostenibbli ta’ trasport pubbliku, filwaqt li jitħalla lok għal soluzzjonijiet tat-trasport imsejsa fuq is-suq. Il-proċess ta’ definizzjoni tal-pjanijiet ta’ trasport pubbliku u tal-obbligi ta’ servizz pubbliku għandu jkun trasparenti għall-partijiet interessati rilevanti, inklużi parteċipanti li potenzjalment jidħlu fis-suq.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Sabiex jiġi żgurat iffinanzjar sod għall-ilħiq tal-għanijiet tal-pjanijiet ta’ trasport pubbliku, l-awtoritajiet kompetenti jridu jfasslu obbligi ta' servizz pubbliku sabiex jilħqu l-għanijiet ta' trasport pubbliku b'mod kosteffettiv, li jqis il-kumpens għall-impatt finanzjarju nett ta’ dawk l-obbligi, u jridu jiżguraw ukoll is-sostenibbiltà finanzjarja fit-tul tat-trasport pubbliku pprovdut fil-qafas ta' kuntratti ta' servizz pubbliku.

(5) Sabiex jiġi żgurat iffinanzjar sod għall-ilħiq tal-għanijiet tal-pjanijiet ta’ trasport pubbliku sostenibbli, l-awtoritajiet kompetenti jridu jfasslu obbligi ta' servizz pubbliku sabiex jilħqu l-għanijiet ta' trasport pubbliku kemm bi kwalità għolja kif ukoll b'mod effettiv fil-konfront tal-ispejjeż, filwaqt li jitqies il-kumpens għall-impatt finanzjarju nett ta’ dawk l-obbligi, u jridu jiżguraw ukoll is-sostenibbiltà finanzjarja fit-tul tat-trasport pubbliku pprovdut fil-qafas ta' kuntratti ta' servizz pubbliku. Dan jinkludi li jiġi evitat kemm il-kumpens żejjed kif ukoll il-kumpens nieqes, li jinħoloq mis-sustanza tal-obbligi tas-servizz pubbliku, jew min-nuqqas ta’ tal-awtorità kompetenti li tissodisfa l-impenji finanzjarji tagħha.

 

L-obbligi tas-servizz pubbliku jistgħu jirreferu għan-netwerks li fihom uħud mis-servizzi jistgħu jiġu operati bi profitt tajjeb mingħajr kumpens finanzjarju; l-inklużjoni ta' tali servizzi fi ħdan l-ambitu tal-obbligi tas-servizz pubbliku ma għandhomx jirriżultaw fi ħlasijiet ta' kumpens li jeċċedu l-ammont neċessarju għall-provvista tal-firxa sħiħa ta' servizzi tan-netwerk.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Jeħtieġ li jiġi stabbilit volum annwali massimu ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku għat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri, sabiex tiġi ffaċilitata l-kompetizzjoni għal tali kuntratti, filwaqt li tingħata aktar flessibilità lill-awtoritajiet kompetenti biex jottimizzaw il-volum skont kunsiderazzjonijiet ekonomiċi u operattivi.

(7) Jeħtieġ li jiġi stabbilit volum annwali massimu ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku għat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri b’mod li jiffaċilita l-kompetizzjoni bejn l-offerenti ż-żgħar, il-parteċipanti l-ġodda u l-operatur uffiċjali, għal tali kuntratti, filwaqt li tingħata aktar flessibilità lill-awtoritajiet kompetenti biex jottimizzaw il-volum skont kunsiderazzjonijiet ekonomiċi u operattivi.

Ġustifikazzjoni

Il-volum ta’ kuntratt pubbliku għandu jiġi stabbilit b’tali mod li jinkoraġġixxi lill-parteċipanti l-ġodda u lill-offerenti ż-żgħar biex jipparteċipaw fil-proċedura tas-sejħa għall-offerti.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Biex jiġi ffaċilitat it-tfassil ta’ sejħiet għall-offerti u b'hekk tittejjeb il-kompetizzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jridu jiżguraw li l-operaturi kollha ta' servizz pubbliku interessati li jressqu applikazzjoni jirċievu ċertu tagħrif dwar is-servizzi ta' trasport u l-infrastruttura koperti mill-kuntratt ta' servizz pubbliku.

(8) Biex jiġi ffaċilitat it-tfassil ta’ sejħiet għall-offerti u b'hekk tittejjeb il-kompetizzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġ li jiżguraw li, filwaqt li jipproteġu s-sigrieti kummerċjali, l-operaturi kollha ta' servizz pubbliku interessati li jressqu applikazzjoni jirċievu ċertu tagħrif dwar is-servizzi ta' trasport u l-infrastruttura koperti mill-kuntratt ta' servizz pubbliku li tipprevjeni li jitqiesu li ġew diskriminati mill-awtorità kontaenti fir-rigward ta' kompetituri oħra..

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Il-prinċipju tar-reċiproċità huwa mezz importanti biex ipatti għat-tagħwiġ fil-kompetizzjoni. Dan il-prinċipju ma għandux japplika biss għall-Istati Membri, iżda wkoll għall-kumpaniji minn pajjiżi terzi li jkunu jixtiequ jieħdu sehem fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku fi ħdan l-Unjoni.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-ħolqien ta’ Suq Intern għas-servizzi ta’ trasport ferrovjarju tal-passiġġieri jeħtieġ regoli komuni għas-sejħiet għall-offerti kompetittivi għal kuntratti ta’ servizz pubbliku f'dan is-settur, regoli li għandhom jiġu applikati b'mod armonizzat fl-Istati Membri kollha.

(10) Il-ħolqien ta’ Suq Intern għas-servizzi ta’ trasport ferrovjarju tal-passiġġieri jeħtieġ regoli komuni għas-sejħiet għall-offerti kompetittivi għal kuntratti ta’ servizz pubbliku f'dan is-settur li huma applikabbli b'mod armonizzat fl-Istati Membri kollha, filwaqt li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kull Stat Membru.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Il-prinċipju tar-reċiproċità għandu jiġi applikat sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u jiġi evitat l-użu ħażin tal-kumpens. Intrapriżi li jingħataw kuntratti tas-servizz pubbliku permezz ta' proċedura ta' għotja diretta ma għandhomx jieħdu sehem fi proċeduri ta' akkwist għal kuntratti tas-servizz pubbliku.

Ġustifikazzjoni

L-intrapriżi ma għandhomx jisfruttaw il-vantaġġi li jistgħu jkunu akkwistaw permezz ta' għoti dirett ta’ kuntratti għat-tagħwiġ tal-kompetizzjoni. Għotjiet diretti ta’ kuntratti għandhom jibqgħu possibbli, iżda l-intrapriżi kkonċernati għandhom ikunu pprojbiti milli jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist oħra.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Bil-għan li jinħolqu kundizzjonijiet ta’ qafas li jippermettu lis-soċjetà tgawdi bis-sħiħ il-benefiċċju tal-ftuħ effettiv tas-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri, huwa importanti li l-Istati Membri jiżguraw livell xieraq ta’ protezzjoni soċjali għall-persunal tal-operaturi tas-servizz pubbliku.

(11) Bil-għan li jinħolqu kundizzjonijiet ta’ qafas li jippermettu lis-soċjetà tgawdi bis-sħiħ il-benefiċċju tal-ftuħ effettiv tas-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri, huwa importanti li l-Istati Membri jiżguraw:

 

(a) livell xieraq ta’ protezzjoni soċjali għall-persunal tal-operaturi tas-servizz pubbliku;

 

(b) livell minimu ta’ servizz waqt l-istrajkijiet tat-trasport pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Is-servizzi pprovduti fil-qafas ta' kuntratt ta’ servizz pubbliku jiġu ffinanzjati bil-flus pubbliċi. Sabiex jiġi żgurat li l-passiġġieri dejjem ikunu jistgħu joqogħdu fuq dawn is-servizzi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw livell minimu ta’ servizz waqt strajk.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 għandu jiġi emendat kif ġej:

Mingħajr ħsara għal-liġi tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku [Direttiva..., għadha mhix ippubblikata] ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 għandu jiġi emendat kif ġej:

Ġustifikazzjoni

Din ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 ma tistax ixxekkel il-liġi ġenerali dwar l-akkwist pubbliku tal-Unjoni.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1 – punt -a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

"(aa) "it-trasport pubbliku tal-passiġġieri bil-ferrovija" jfisser it-trasport pubbliku ta' passiġġieri permezz tal-ferrovija, bl-esklużjoni ta' trasport ta' passiġġieri b'modi oħra bbbażati fuq binarji, bħall-metros, it-tramm jew, jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, sistemi ta' tramm u ferrovija kkombinati;";

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"(c) "awtorità kompetenti lokali" tfisser kwalunkwe awtorità kompetenti li l-ambitu ġeografiku tal-kompetenza tagħha mhijiex nazzjonali, u li tkopri l-bżonnijiet ta’ trasport ta’ agglomerazzjoni urbana jew ta’ distrett rurali;"

"(c) "awtorità kompetenti lokali" tfisser kwalunkwe awtorità kompetenti li ż-żona ġeografika tal-kompetenza tagħha mhijiex nazzjonali, u li tkopri l-bżonnijiet ta’ trasport ta’, inter alia, agglomerazzjoni urbana u/jew ta’ żona rurali, jew reġjun, inkluż fil-livell transkonfinali;"

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa għal finijiet ta' kjarifikazzjoni, peress li għad ma hemmx definizzjoni li tkopri l-Ewropa kollha ta’ “agglomerazzjoni urbana” u “żona rurali”

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1 – punt b

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"L-ambitu tal-obbligi tas-servizz pubbliku għandu jeskludi kull servizz tat-trasport pubbliku li jmur lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex ikollu impatt ta’ netwerk lokali, reġjunali jew subnazzjonali."

"L-ambitu tal-obbligi tas-servizz pubbliku għandu jkopri s-servizzi tat-trasport pubbliku li huma meħtieġa, inter alia, sabiex il-benefiċċji tal-effetti tan-netwerk ekonomiku, tekniku u ġeografiku jittieħdu fil-livell lokali, reġjonali jew subnazzjonali." Tali effetti tan-netwerk jirriżultaw permezz tal-integrazzjoni ta' servizzi tat-trasport, li jagħmel it-trasport pubbliku aktar attraenti għall-passiġġieri u aktar effiċjenti għas-settur tat-trasport pubbliku. L-effetti tan-netwerk jistgħu jiġu ġġenerati kemm minn servizzi li jilħqu bilanċ u minn servizzi li ma jilħquhx, kif ukoll fil-livell ġeografiku u tariffarju u l-livell tal-iskeda tal-ferroviji.".

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a – Titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Pjanijiet ta’ trasport pubbliku u obbligi ta’ servizz pubbliku

Pjanijiet ta’ trasport pubbliku multimodali u sostenibbli u obbligi ta’ servizz pubbliku

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw b'mod regolari l-pjanijiet ta’ trasport pubbliku tal-passiġġieri, b'mod li jkopru l-modi kollha rilevanti ta’ trasport għat-territorju li għalih huma responsabbli. Dawn il-pjanijiet ta’ trasport pubbliku għandhom jiddefinixxu l-għanijiet ta' politika tat-trasport pubbliku, kif ukoll il-mezzi għall-ilħiq tagħhom, b'mod li jkopru l-modi kollha rilevanti ta’ trasport għat-territorju li għalih huma responsabbli. Dawn il-pjanijiet ta' trasport pubbliku għandhom jinkludu mill-inqas:

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw b'mod regolari l-pjanijiet ta' diversi snin ta’ trasport pubbliku multimodali tal-passiġġieri, b'mod li jkopru l-modi kollha rilevanti ta’ trasport għat-territorju li għalih huma responsabbli. Dawn il-pjanijiet ta’ trasport pubbliku għandhom jiddefinixxu l-għanijiet ta' politika tat-trasport pubbliku, kif ukoll il-mezzi għall-ilħiq tagħhom, b'mod li jkopru l-modi kollha rilevanti ta’ trasport għat-territorju li għalih huma responsabbli, u b'hekk jippromwovu koeżjoni soċjali u territorjali. Għandu jkun possibbli li dawn il-pjanijiet jikkonsistu f'informazzjoni dwar pjanijiet tat-trasport pubbliku li diġà jeżistu fid-dominju pubbliku. Fejn diġà jeżistu servizzi internazzjonali, dawn għandhom jiġu kkunsidrati. Dawn il-pjanijiet għandhom jinkludu mill-inqas:

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ir-rekwiżiti bażiċi li għandhom jiġu sodisfatti mill-offerta ta’ trasport pubbliku, bħall-aċċessibbiltà, il-konnettività territorjali, is-sigurtà, l-interkonnessjonijiet modali u intermodali fiċ-ċentri ewlenin ta' konnessjoni, u karatteristiċi tal-offerti, bħall-ħinijiet tal-operazzjoni, il-frekwenza tas-servizzi, u l-livell minimu ta' użu tal-kapaċità;

(b) ir-rekwiżiti bażiċi li għandhom jiġu sodisfatti mill-offerta ta’ trasport pubbliku, inkluż, inter alia, l-aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità, u l-interkonnessjonijiet modali u intermodali fiċ-ċentri ewlenin ta' konnessjoni;

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżiti għal dawn il-pjanijiet tat-trasport ma għandhomx imorru lil hinn mill-miżura neċessarja. Ir-rekwiżiti dettaljati għandhom jibqgħu Fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) Għat-trasport pubbliku ferrovjarju tal-passiġġieri, kriterji ta' effiċjenza li jinkludu, inter alia, tqassim modali tat-trasport pubbliku, puntwalità, effiċjenza fil-konfront tal-ispejjeż, frekwenza tas-servizz, is-soddisfazzjon tal-klijenti u l-kwalità tal-vetturi ferrovjarji;

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) standards ta’ kwalità marbutin ma' elementi bħall-karatteristiċi tat-tagħmir tal-waqfiet jew stazzjonijiet kif ukoll tal-vetturi ferrovjarji, il-puntwalità u l-affidabbiltà, l-indafa, is-servizz u t-tagħrif għall-konsumaturi, il-ġestjoni tal-ilmenti u s-soluzzjoni tagħhom, u l-monitoraġġ tal-kwalità tas-servizz;

(c) standards ta’ kwalità u sikurezza kif ukoll aspetti ta' kontroll rigward il-vetturi ferrovjarji, l-infrastruttura u s-servizzi, inkluża l-informazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżiti għal dawn il-pjanijiet tat-trasport ma għandhomx imorru lil hinn mill-miżura neċessarja. Ir-rekwiżiti dettaljati għandhom jibqgħu fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-prinċipji tal-politika tariffarja;

(d) il-prinċipji tal-politika tariffarja, bħall-użu ta' tariffi soċjali;

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) rekwiżiti operattivi, bħat-trasport tar-roti, il-ġestjoni tat-traffiku, u pjan ta’ kontinġenza fil-każ ta’ disturbi.

(e) regoli applikabbli fir-rigward tad-drittijiet tal-passiġġieri, kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol, il-ħarsien tal-ambjent u l-istabbiliment ta’ objettivi ambjentali.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fit-tfassil tal-pjanijiet ta' trasport pubbliku, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu partikularment ir-regoli applikabbli fir-rigward tad-drittijiet tal-passiġġieri, u l-ħarsien soċjali, tal-impjiegi, u tal-ambjent.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Biex dawn l-aspetti jingħataw importanza akbar, diġà ġew inklużi fl-Artikolu 2a(1)(e), u għalhekk jistgħu jitneħħew minn hawnhekk.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw il-pjanijiet ta’ trasport pubbliku wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, u mbagħad għandhom jippubblikawhom. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-partijiet interessati rilevanti li għandhom jitqiesu, iridu jkunu, tal-anqas, operaturi tat-trasport, amministratturi tal-infrastruttura fejn xieraq, u organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-passiġġieri u l-impjegati.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw il-pjanijiet ta’ trasport pubbliku wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, inkluż, tal-anqas, operaturi tat-trasport, amministratturi tal-infrastruttura u organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-passiġġieri u l-impjegati u għandhom jippubblikaw dawn il-pjanijiet.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) għandhom ikunu xierqa biex jiksbu l-għanijiet tal-pjan ta’ trasport pubbliku;

(b) għandhom ikunu xierqa biex jiksbu l-għanijiet tal-pjan ta’ trasport pubbliku, jiġifieri, għandhom jiddeterminaw il-proċedura ta' għoti ta' kuntratt f'termini ta' standards ta' kwalità li għandhom jinkisbu u l-mezzi xierqa biex dan isir, sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-pjan tat-trasport pubbliku;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika neċessarja tal-kunċett tat-terminu “xierqa"

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li hu neċessarju u proporzjonat biex jinkisbu l-għanijiet tal-pjan ta’ trasport pubbliku.

(c) Għandhom ikunu neċessarji u proporzjonati biex jinkisbu l-għanijiet tal-pjanijiet tat-trasport pubbliku u, fir-rigward tat-trasport pubbliku ferrovjarju tal-passiġġieri, għandhom jikkunsidraw id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1.

 

____________

 

1Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-verifika tal-kwalità xierqa msemmija fil-punt (b) għandha tqis jekk intervent pubbliku fil-forniment ta’ trasport tal-passiġġieri huwiex mezz xieraq biex jinkisbu l-għanijiet tal-pjanijiet ta’ trasport pubbliku.

imħassar

Ġustifikazzjoni

spjegazzjonijiet rigward l-adegwatezza diġà ġew inklużi fl-Artikolu 2a, paragrafu 3b u għalhekk jistgħu jitħassru hawnhekk.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri, il-verifika tan-neċessità u tal-proporzjonalità msemmijin fil-punt (c) għandha tqis is-servizzi ta' trasport ipprovduti skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (riformulazzjoni), u għandha tqis it-tagħrif kollu mgħoddi lill-amministratturi tal-infrastruttura u lill-korpi regolatorji skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 38(4) ta' dik id-Direttiva.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-kontenut tas-subparagrafu ġie inkluż fl-Artikolu 2a, paragrafu 3c.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ispeċifikazzjonijiet tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, u l-kumpens relatat tal-impatt finanzjarju nett tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, għandhom:

L-ispeċifikazzjonijiet tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, u l-kumpens relatat tal-impatt finanzjarju nett tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, għandhom jilħqu l-objettivi tal-pjan għat-trasport pubbliku bl-akbar effikaċja possibbli fil-konfront tal-ispejjeż u għandhom isostnu finanzjarjament il-forniment tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri fuq terminu ta’ żmien twil.

(a) jiksbu l-għanijiet tal-pjan ta’ trasport pubbliku fl-iktar mod kosteffettiv possibbli;

 

(b) isostnu finanzjarjament, u fit-tul, il-forniment tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri skont ir-rekwiżiti stipulati fil-pjan ta’ trasport pubbliku.

 

Ġustifikazzjoni

L-emenda tinqara aħjar b'dan il-mod.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a – paragrafu 5 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta, b'mod xieraq, mal-partijiet interessati rilevanti fosthom, bħala minimu, l-operaturi tat-trasport, l-amministratturi tal-infrastruttura fejn xieraq, u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-passiġġieri u lill-impjegati–, rigward dawn l-ispeċifikazzjonijiet, u għandha tqis il-pożizzjonijiet tagħhom.

L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati rilevanti bħall-operaturi tat-trasport, l-amministratturi tal-infrastruttura u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-passiġġieri u lill-impjegati rigward dawn l-ispeċifikazzjonijiet, u għandha tqis il-pożizzjonijiet tagħhom.

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu konsultazzjonijiet li jinkludu wkoll l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw il-passiġġieri u l-assoċjazzjonijiet tal-impjegati u mhux jikkonsultawhom jekk ikun meħtieġ biss.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a – paragrafu 6 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-konformità tal-verifika u tal-proċedura stipulati f'dan l-Artikolu għandha tiġi żgurata mill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2012/34/UE, inkluż fuq inizjattiva tiegħu stess;

(a) il-konformità tal-valutazzjoni u tal-proċedura stipulati f'dan l-Artikolu għandha tiġi żgurata mill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2012/34/UE fuq talba ta' kwalunkwe parti interessata;

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a – paragrafu 6 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-volum annwali massimu ta' kuntratt ta' servizz pubbliku f'termini ta' kilometri ta' ferrovija għandu jkun l-ogħla valur minn 10 miljun kilometru ta' ferrovija jew terz tal-volum totali tat-trasport ferrovjarju pubbliku nazzjonali tal-passiġġieri fil-qafas ta' kuntratt ta' servizz pubbliku."

(b) L-ammont minimu ta' kuntratti tas-servizz pubbliku għat-trasport ferrovjarju fi Stat Membru għandu jkun:

 

- wieħed, fil-każ ta' volum tas-suq nazzjonali ta' trasport ferrovjarju ta' passiġġieri taħt kuntratt ta' servizz pubbliku sa 20 miljun kilometru tal-ferrovija;

 

- tnejn, fil-każ ta' volum tas-suq nazzjonali ta' trasport ferrovjarju ta' passiġġieri taħt kuntratt ta' servizz pubbliku ta' aktar minn 20 miljun kilometru tal-ferrovija u sa 100 kilometru tal-ferrovija, bil-kundizzjoni li d-daqs ta' kuntratt wieħed ma jaqbiżx 75 % tal-volum totali tas-suq taħt kuntratti tas-servizz pubbliku;

 

- tlieta, fil-każ ta' volum tas-suq nazzjonali ta' trasport ferrovjarju ta' passiġġieri taħt kuntratt ta' servizz pubbliku ta' aktar minn 100 miljun kilometru tal-ferrovija u sa 200 kilometru tal-ferrovija, bil-kundizzjoni li d-daqs ta' kuntratt wieħed ma jaqbiżx 65 % tal-volum totali tas-suq taħt kuntratti tas-servizz pubbliku;

 

- erbgħa, fil-każ ta' volum tas-suq nazzjonali ta' trasport ferrovjarju ta' passiġġieri taħt kuntratt ta' servizz pubbliku ta' aktar minn 200 miljun kilometru tal-ferrovija, bil-kundizzjoni li d-daqs ta' kuntratt wieħed ma jaqbiżx 50 % tal-volum totali tas-suq taħt kuntratti tas-servizz pubbliku;

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a – paragrafu 6 – punt c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c) L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina r-rotot li għandhom jingħataw taħt kuntratti tas-servizz pubbliku b'konformità mad-Direttiva 2012/34/UE.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3 – punt a

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"(a) jiddefinixxu biċ-ċar l-obbligi ta’ servizz pubbliku, stipulati fl-Artikolu 2(e) u fl-Artikolu 2a, li l-operatur ta’ servizz pubbliku jkun se jikkonforma magħhom, u ż-żoni ġeografiċi kkonċernati;"

"(a) jiddefinixxu biċ-ċar l-obbligi ta’ servizz pubbliku, stipulati fl-Artikolu 2(e) u fl-Artikolu 2a, li l-operatur ta’ servizz pubbliku għandu jikkonforma magħhom, u jitolbu lill-operatur jipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni essenzjali kollha għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku, filwaqt li s-sigrieti kummerċjali jiġu protetti;"

Ġustifikazzjoni

Huma meħtieġ li jiġi żgurat li l-awtorità kompetenti tirċievi l-informazzjoni essenzjali kollha mill-operatur, biex tfassal il-kuntratti tal-forniment ta’ servizz.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b – l-aħħar sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku li ma jingħatawx skont l-Artikolu 5(3), dawn il-parametri għandhom jiġu ddeterminati b'mod li l-ebda ħlas ta’ kumpens ma jista' jaqbeż l-ammont meħtieġ biex ikopri l-impatt finanzjarju nett fuq il-kostijiet imġarrba u d-dħul iġġenerat fil-qadi tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, b'kunsiderazzjoni għad-dħul marbut miegħu miżmum mill-operatur tas-servizz pubbliku, u qligħ raġonevoli;"

"Fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku li ma jingħatawx skont l-Artikolu 5(3), dawn il-parametri għandhom jiġu ddeterminati b'mod li l-kumpens ma jaqbiżx u lanqas jaqa' taħt l-ammont meħtieġ biex ikopri l-impatt finanzjarju nett fuq il-kostijiet imġarrba u d-dħul iġġenerat fil-qadi tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, b'kunsiderazzjoni għad-dħul marbut miegħu miżmum mill-operatur tas-servizz pubbliku, u qligħ raġonevoli;"

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3 – punt bb (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 4 – paragrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(bb) Il-paragrafu 5 jinbidel b'li ġej:

5. Mingħajr preġudizzju għal-Liġi nazzjonali u Komunitarja, inkluż il-ftehim kollettiv bejn l-imsieħba soċjali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu lill-operatur ta’ servizz pubbliku magħżul li jagħti lill-persunal li kien imqabbad minn qabel biex jipprovdi servizzi d-drittijiet li għalihom kien ikollhom jedd kieku kien hemm trasferiment fis-sens tad-Direttiva 2001/23/KE. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġu li l-operaturi tas-servizz pubbliku jikkonformaw ma’ ċerti standards soċjali, id-dokumenti ta’ sejħiet għal offerti u l-kuntratti għal servizz pubbliku għandhom jelenkaw il-persunal ikkonċernat u għandhom jagħtu dettalji b'mod trasparenti tad-drittijiet kuntrattwali tagħhom u l-kundizzjonijiet li taħthom l-impjegati huma meqjusin li huma marbuta mas-servizzi.

Mingħajr preġudizzju għal-Liġi nazzjonali u l-Liġi tal-Unjoni, inkluż ftehimiet kollettivi rappreżentattivi bejn l-imsieħba soċjali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu lill-operatur ta’ servizz pubbliku magħżul li jagħti lill-persunal kundizzjonijiet bażiċi fuq il-bażi ta' standards soċjali obbligatorji nazzjonali, reġjonali jew lokali u/jew jimplimenta t-trasferiment obbligatorju ta' persunal fil-każ ta' bidla fl-operatur. Meta jsir tali trasferiment, il-persunal li ttieħed preċedentement mill-operatur ta' qabel biex jipprovdi servizzi għandu jingħata l-istess d-drittijiet li għalihom kien ikollu jedd kieku kien hemm trasferiment fis-sens tad-Direttiva 2001/23/KE. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jitolbu li l-operaturi tas-servizz pubbliku jikkonformaw ma’ ċerti standards soċjali, id-dokumenti ta’ sejħiet għal offerti u l-kuntratti għal servizz pubbliku għandhom jelenkaw il-persunal ikkonċernat u għandhom jagħtu dettalji b'mod trasparenti tad-drittijiet kuntrattwali tagħhom u l-kundizzjonijiet li taħthom l-impjegati huma meqjusin li huma marbuta mas-servizzi".

Din l-emenda tipprova timmodifika dispożizzjoni fi ħdan l-att eżistenti – l-Artikolu 4(5) – li ma ġietx elaborata bis-sħiħ fil-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3 – punt c

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 4 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Fejn l-awtoritajiet kompetenti, skont il-liġi nazzjonali, jirrikjedu li l-operaturi ta’ servizz pubbliku jikkonformaw ma' ċerti standards ta’ kwalità jew soċjali, jew fejn jistabbilixxu kriterji soċjali u kwalitattivi, dawn l-istandards u kriterji għandhom jiġu inklużi fid-dokumenti tas-sejħiet għall-offerti, kif ukoll fil-kuntratti ta’ servizz pubbliku."

"6. Skont il-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu standards ta’ kwalità u standards soċjali, jistipulaw kriterji soċjali u kwalitattivi, inkluż l-obbligu li jikkonformaw mal-ftehimiet kollettivi rappreżentattivi applikabbli u jiżguraw kundizzjonijiet ta' impieg u ta' xogħol deċenti, billi jinkluduhom jew jagħmlu riferenza għalihom fid-dokumenti tas-sejħiet għall-offerti, kif ukoll fil-kuntratti ta’ servizz pubbliku, indipendentement mill-proċedura ta' għoti ta' kuntratti."

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3 – punt d

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 4 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"8. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-partijiet kollha interessati tagħrif għat-tħejjija ta' offerta fil-qafas ta' proċedura ta' sejħa kompetittiva għall-offerti. Dan it-tagħrif għandu jinkludi informazzjoni dwar id-domanda ta’ passiġġieri, it-tariffi, il-kostijiet u d-dħul marbutin mat-trasport pubbliku tal-passiġġieri kopert mill-offerta, u dettalji dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-infrastruttura rilevanti għall-operazzjoni tal-vetturi meħtieġa jew tal-vetturi ferrovjarji, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jfasslu pjanijiet ta’ negozju infurmati sew. L-amministratturi tal-infrastruttura ferrovjarja għandhom jappoġġjaw lill-awtoritajiet kompetenti billi jipprovdu l-ispeċifikazzjonijiet infrastrutturali kollha rilevanti. In-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati hawn fuq ikun suġġett għar-reviżjoni legali pprovduta fl-Artikolu 5(7)."

 

"8. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-partijiet kollha interessati tagħrif għat-tħejjija ta' offerta fil-qafas ta' proċedura ta' sejħa kompetittiva għall-offerti filwaqt li jirrispettaw is-sigrieti kummerċjali. Dan it-tagħrif għandu jinkludi informazzjoni dwar id-domanda ta’ passiġġieri, it-tariffi, il-kostijiet u d-dħul marbutin mat-trasport pubbliku tal-passiġġieri kopert mill-offerta, u dettalji dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-infrastruttura rilevanti għall-operazzjoni tal-vetturi meħtieġa jew tal-vetturi ferrovjarji, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jfasslu pjanijiet ta’ negozju infurmati sew. L-amministratturi tal-infrastruttura ferrovjarja għandhom jappoġġjaw lill-awtoritajiet kompetenti billi jipprovdu l-ispeċifikazzjonijiet infrastrutturali kollha rilevanti. In-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati hawn fuq ikun suġġett għar-reviżjoni legali pprovduta fl-Artikolu 5(7)."

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4 – punt -a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

1a. Kull awtorità kompetenti, kemm jekk tkun awtorità individwali jew grupp ta' awtoritajiet, inkluż minn aktar minn Stat Membru wieħed, għandha tkun intitolata għall-għoti ta' kuntratti ta' servizzi pubbliċi f'konformità mar-regoli stipulati f'dan ir-Regolament.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4 – punt -aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt d

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-aa) il-punt (d) tal-paragrafu 2 għandu jinbidel b’li ġej:

(d) fin-nuqqas ta' awtorità lokali kompetenti, il-punti 2(a), (b) u (ċ) għandhom japplikaw għal awtorità nazzjonali għall-benefiċċju ta' żona geografika li mhijiex nazzjonali, dment li l-operatur intern ma jieħux sehem f'sejħiet kompetittivi għal offerti rigward il-forniment ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri organizzati barra miż-żona li għalihom ikun ingħata l-kuntratt għal servizz pubbliku;

"(d) fin-nuqqas ta' awtorità lokali kompetenti, il-punti 2(a), (b) u (c) għandhom japplikaw għal awtorità nazzjonali, dment li l-operatur intern ma jiħux sehem f'sejħiet kompetittivi għal offerti rigward il-forniment ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri organizzati barra miż-żona li għalihom ikun ingħata l-kuntratt għal servizz pubbliku;"

Din l-emenda tipprova timmodifika dispożizzjoni fi ħdan l-att eżistenti – l-Artikolu 5(2)(d) – li ma ġietx elaborata bis-sħiħ fil-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4 – punt -ab (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-ab) Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

3a. Sa tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 8(2), l-Istati Membri u, jekk permess mil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeskludu minn proċeduri ta' sejħiet għall-offerti kompetittivi organizzati mill-awtoritajiet kompetenti fit-territorju tagħhom skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe impriża jew operatur ferrovjarju jew kwalunkwe sussidjarja kkontrollata direttament jew indirettament minn impriżi ferrovjarji jew il-kumpaniji holding tagħhom jekk għall-inqas tkun soddisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(a) l-impriża ferrovjarja ta' kontroll hija liċenzjata jew il-kumpanija holding ta' kontroll hija stabbilita fi Stat Membru fejn l-awtoritajiet kompetenti mhumiex permessi jaħtu kuntratti ta' servizz pubbliku permezz ta' proċeduri ta' sejħiet għall-offerti kompetittivi, jew

 

(b) l-impriża ferrovjarja u s-sussidjarji tagħha bbenefikaw minn kuntratti ta' servizz pubbliku mogħtija direttament, li s-sehem tagħhom f'termini ta' valur huwa ogħla minn 50 % tal-valur totali tal-kuntratti kollha ta' servizzi pubbliċi għal servizzi tat-trasport ferrovjarju mogħtija lil dik l-impriża ferrovjarja u s-sussidjarji tagħha.

 

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, “il-kontroll” għandu jiġi definit bħala kwalunkwe dritt, kuntratt jew mezz ieħor li, b’mod separat jew b’mod ikkombinat, u fir-rigward ta' kwalunkwe kunsiderazzjoni relevanti bil-fatti jew bil-liġi, jagħti l-possibilità li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq impriża, b’mod partikolari permezz ta’:

 

(a) sjieda jew id-dritt tal-użu tal-assi kollha ta’ impriża jew parti minnhom;

 

(b) drittijiet jew kuntratti li jikkonferixxu influwenza deċiżiva fuq il-kompożizzjoni, il-votazzjoni jew id-deliberazzjonijiet tal-organi soċjali ta’ impriża.

 

L-awtorità kompetenti tista' teskludi mill-proċeduri ta' sejħiet għall-offerti kompetittivi kwalunkwe operatur jew impriża li hija kkontrollata direttament jew indirettament, minn persuni ġurdiċi jew fiżiċi jew persuni rreġistrati f'pajjiż terz jew f'pajjiżi terzi, ħlief fejn dak il-pajjiżi jew dawk il-pajjiżi ħadu miżuri li jippermettu li kuntratti ta' servizzi pubbliċi jingħataw permezz ta' sejħiet għall-offerti kompetittivi lil impriżi ferrovjarji liċenzjati fi Stat Membru.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4 – punt a

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 5 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) fejn jikkonċernaw il-forniment annwali ta’ inqas minn 300 000 kilometru ta’ servizzi ta’ trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri, jew inqas minn 150 000 kilometru fil-każ ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku li jinkludi t-trasport ferrovjarju pubbliku.

(b) fejn jikkonċernaw il-forniment annwali ta’ inqas minn 300 000 kilometru ta’ vettura ta’ servizzi ta’ trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri, jew inqas minn 500 000 kilometru ta’ vettura fil-każ ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku li jinkludi t-trasport ferrovjarju pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Il-valur ta’ limitu propost mil-Kummissjoni ma jikkorrispondix mal-valur espress f’Euro fl-Artikolu 5(4)(a); għaldaqstant, il-bidla magħmula hawn tikkorrispondi mal-prezzijiet medji tal-biljetti. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iġibu prova fuq il-bażi tal-effikaċja fil-konfront tal-ispiża, l-effiċjenza u l-objettivi ta’ kwalità.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4 – punt a

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 5 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku li jingħata direttament lil impriża żgħira jew ta’ daqs medju li ma toperax iktar minn 23 vettura bit-triq, dawn il-limiti jistgħu jiżdiedu, jew għal valur annwali medju stmat għal inqas minn EUR 2 000 000, jew għal forniment annwali ta’ inqas minn 600 000 kilometru ta’ servizzi ta’ trasport pubbliku tal-passiġġieri."

Fil-każ ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku li jingħata direttament lil impriża żgħira jew ta’ daqs medju li ma toperax iktar minn 23 vettura bit-triq, dawn il-limiti jistgħu jiżdiedu, jew għal valur annwali medju stmat għal inqas minn EUR 2 000 000, jew għal forniment annwali ta’ inqas minn 600 000 kilometru ta' vettura ta’ servizzi ta’ trasport pubbliku tal-passiġġieri."

Ġustifikazzjoni

L-ogħla limitu stabbilit fir-Regolament ta’ 23 vettura bit-triq jidher arbitrarju, peress li mhuwiex konsistenti mad-definizzjoni attwali tal-SMEs tal-Kummissjoni Ewropea (Rakkomandazzjoni 2003/361/KE) .

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 5 – paragrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Il-paragrafu 5 jinbidel b'li ġej:

5. Fl-eventwalità ta’ tfixkil ta’ servizzi jew ir-riskju immedjat ta’ sitwazzjoni bħal din, l-awtorità kompetenti tista’ tieħu miżura ta’ emerġenza. Din il-miżura ta’ emerġenza għandha tieħu l-forma ta’ għotja diretta jew ftehim formali għall-estensjoni ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku jew rekwiżi li jiġu pprovduti ċerti obbligi ta’ servizz pubbliku. L-operatur tas-servizz pubbliku għandu jkollu d-dritt li jappella kontra d-deċiżjoni li tiġi imposta d-dispożizzjoni ta’ ċerti obbligi ta’ servizz pubbliku. L-għoti jew l-estensjoni ta' kuntratt għal servizz pubbliku b'miżura ta' emerġenza jew l-impożizzjoni ta' tali kuntratt m'għandux jeċċedi sentejn.

5. Fl-eventwalità ta’ tfixkil ta’ servizzi jew ir-riskju immedjat ta’ sitwazzjoni bħal din, l-awtorità kompetenti tista’ tieħu miżura ta’ emerġenza. Sitwazzjoni ta’ emerġenza tista’ tinkludi l-inabilità min-naħa tal-awtorità kompetenti li tagħti bidu għal proċedura ta’ sejħa għall-offerti għal kuntratt ta’ servizz pubbliku u/jew li tagħti f’waqtu dak il-kuntratt lil operatur.”

 

Din l-emenda tfittex li temenda dispożizzjoni fi ħdan att eżistenti – l-Artikolu 5(5) – li ma satitx referenza għalih fil-proposta tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Qed jiġi propost li tiġi inkluża eċċezzjoni ġdida għall-prinċipju ta’ proċedura kompetittiva ta’ sejħa għall-offerti f’każ meta wisq kuntratti jiskadu fl-istess ħin fi Stat Membru. F’dan il-każ l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jista’ ma jkollhomx il-kapaċità amministrattiva li jħejju tajjeb proċeduri differenti fl-istess ħin. Barra dan, l-operaturi ferrovjarji jista’ ma jkunux kapaċi jħejju iżjed minn ċertu numru ta’ offerti fl-istess ħin.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4 – punt b

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 5 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-paragrafu 6 jinbidel b'li ġej:

Il-paragrafu 6 jinbidel b'li ġej:

"L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li, sabiex iżidu l-kompetizzjoni bejn l-impriżi ferrovjarji, il-kuntratti għat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri li jkopru partijiet mill-istess netwerk jew pakkett ta’ rotot għandhom jingħataw lil impriżi ferrovjarji differenti. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu, qabel ma jvaraw il-proċedura tas-sejħa għall-offerti, li jillimitaw l-għadd ta' kuntratti li għandhom jingħataw lill-istess impriża ferrovjarja."

"6. F'konformità mad-Direttiva 2012/34/UE, u sakemm mhux ipprojbit mil-liġi nazzjonali, dawk l-awtoritajiet kompetenti li huma responsabbli għall-istabbiliment ta' pjanijiet tat-trasport pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 2a jistgħu jiddeċiedu li jipproċedu għall-għoti dirett ta' kuntratti tas-servizz pubbliku fir-rigward ta' servizzi pubbliċi tat-trasport ta' passiġġieri bil-ferrovija, suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(a) il-pjan tat-trasport pubbliku jinkludi rekwiżiti applikabbli għat-tul kollu tal-kuntratt fir-rigward ta' dan li ġej:

 

‒ l-iżvilupp tal-volumi tal-passiġġieri,

 

‒ il-puntwalità tas-servizzi,

 

‒ l-effiċjenza fil-konfront tal-kostijiet f'termini ta' produttività tal-kapital,

 

‒ il-frekwenza tal-operazzjonijiet ferrovjarji,

 

‒ is-sodisfazzjon tal-klijenti,

 

‒ il-kwalità tal-vetturi ferrovjarji.

 

(b) l-awtorità kompetenti għandha tippubblika, mhux aktar tard minn 18-il xahar qabel ma jibda l-kuntratt kif ir-rekwiżiti stipulati fil-punt (a) għandhom jiġu soddisfatti permezz tal-għoti dirett ta' kuntratt ta' servizz pubbliku u regolarment tivvaluta l-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 7(1). Jekk jiġi reġistrat ilment minn operatur jew impriża ferrovjarja interessata fir-rigward tal-għoti dirett tal-kuntratt, il-korp regolatorj għandu jeżamina r-raġunijiet ipprovduti mill-awtorità kompetenti u jieħu deċiżjoni mhux aktar tard minn xahrejn wara li jkun ġie rreġistrat l-ilment. Il-korp regolatorju jista' jaġixxi wkoll fuq inizjattiva tiegħu stess.

 

(c) il-korp regolatorju għandu jeżamina jekk kienx hemm konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 5(6) u vvalutati skont l-Artikolu 7(1) mhux aktar tard minn 24 xahar qabel ma jintemm il-kuntratt attwali. L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-korp regolatorju d-dejta kollha neċessarja għall-analiżi tagħha.

 

Fejn il-korp regolatorju jikkonkludi li kien hemm konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 5(6), hu għandu, mingħajr dewmien, jobbliga lill-awtorità kompetenti tagħti kwalunkwe kuntratt ġdid ta' servizz pubbliku skont l-Artikolu 5(3). Id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja indipendenti għandha tkun vinkolanti u applikabbli immedjatament.

 

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 4(3), it-tul ta' tali kuntratti ma għandux jaqbeż disa' snin.

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 9(a) filwaqt li tagħti dettalji dwar ir-rekwiżiti stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 5(6).".

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 5a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. F'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-aċċess effettiv u mingħajr diskriminazzjoni għal vetturi ferrovjarji xierqa għat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri, f'isem l-operaturi li jixtiequ jipprovdu servizzi ta’ trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri fil-qafas ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku.

1. F'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw kundizzjonijiet ta' aċċess effettivi u mingħajr diskriminazzjoni għal vetturi ferrovjarji xierqa għat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri, f'isem l-operaturi li jixtiequ jipprovdu servizzi ta’ trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri fil-qafas ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 5a – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità kompetenti tista' tikkonforma mar-rekwiżit stipulat fl-ewwel subparagrafu f'wieħed mill-modi li ġejjin:

L-awtorità kompetenti tista' tikkonforma mar-rekwiżit stipulat fl-ewwel subparagrafu b'diversi modi li jiffaċilitaw l-ekonomiji ta' skala, bħal:

Ġustifikazzjoni

Il-modi ta’ akkwist ta’ vetturi ferrovjarji għandhom jiffavorixxu l-ekonomiji ta’ skala.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 5a – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) billi tikseb hi stess il-vetturi ferrovjarji użati għall-implimentazzjoni tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku, bil-għan li tagħmlu disponibbli għall-operatur magħżul tas-servizz pubbliku bi prezz tas-suq, jew bħala parti mill-kuntratt ta' servizz pubbliku skont l-Artikolu 4(1)(b), l-Artikolu 6, u fejn applikabbli, skont l-Anness,

(a) billi tikseb hi stess bi prezz tas-suq il-vetturi ferrovjarji użati għall-implimentazzjoni tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku, bl-għan li tagħmlu disponibbli għall-operatur magħżul tas-servizz pubbliku bi prezz tas-suq, jew bħala parti mill-kuntratt ta' servizz pubbliku skont l-Artikolu 4(1)(b), l-Artikolu 6, u fejn applikabbli, skont l-Anness,

Ġustifikazzjoni

It-tħassib ewlieni huwa li jiġi żgurat aċċess ugwali u li jiġu eliminati l-ostakoli għall-aċċess tal-vetturi ferrovjarji. F’dan il-kuntest, huwa importanti li dawn il-miżuri ta’ appoġġ ma jiġux meqjusa fil-mekkaniżmu tal-għotjiet. Il-kost tal-miżuri ta' appoġġ meħtieġa applikabbli għal applikant wieħed ma għandux ikun element tal-għażla tal-awtorità kompetenti meta din tagħti kuntratt ta' servizz pubbliku. Verament, hemm ħtieġa li tiġi żgurata newtralità sħiħa ta' dawn il-miżuri ta' appoġġ, pereżempju, f'termini ta' sejħa għall-offerti. Kwalunkwe ħaġa l-offerenti jkun jeħtieġu bħala miżuri ta' appoġġ, dan ma għandux jiġi kkunsidrat fl-analiżi tal-offerti u l-għażla tal-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tkun kapaċi wkoll tiddetermina l-vijabilità tal-miżuri ta' appoġġ qabel l-eżekuzzjoni tal-kuntratt PSO ġdid. Il-prezz tas-suq għandu jkun il-bażi tal-analiżi tal-kost sabiex jiġi evitat kwalunkwe tagħwiġ fil-kompetizzjoni.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 5a – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) billi tikkoopera mal-awtoritajiet lokali ġirien sabiex jinħoloq grupp akbar ta' vetturi ferrovjarji; |

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 5a – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każijiet imsemmija fil-punti (b) u (c), l-awtorità kompetenti għandu jkollha d-dritt li tirrikjedu li l-operatur tas-servizz pubbliku jittrasferixxi l-vetturi ferrovjarji, wara l-iskadenza tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku, lill-operatur ġdid li jkun ingħata kuntratt. L-awtorità kompetenti tista' tobbliga lill-operatur ġdid tat-trasport pubbliku jieħu l-vetturi ferrovjarji f'idejh. Dan it-trasferiment għandu jsir b'rati tas-suq.

3. Fil-każijiet imsemmija fil-punti (b) u (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandu jkollha d-dritt li tirrikjedu li l-operatur tas-servizz pubbliku jittrasferixxi l-vetturi ferrovjarji, wara l-iskadenza tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku, lill-operatur ġdid li jkun ingħata kuntratt. L-awtorità kompetenti tista' tobbliga lill-operatur ġdid tat-trasport pubbliku jieħu l-vetturi ferrovjarji f'idejh. Dan it-trasferiment għandu jsir b'rati tas-suq.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 5a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Jekk il-vetturi ferrovjarji jiġu trasferiti lil operatur ġdid tat-trasport pubbliku, l-awtorità kompetenti għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni, fid-dokumenti tas-sejħa għall-offerti, tagħrif iddettaljat dwar il-kost tal-manutenzjoni tal-vetturi ferrovjarji, kif ukoll dwar il-kundizzjoni fiżika tagħhom.

4. Jekk il-vetturi ferrovjarji jiġu trasferiti lil operatur ġdid tat-trasport pubbliku, l-awtorità kompetenti għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni, fid-dokumenti tas-sejħa għall-offerti, tagħrif iddettaljat dwar il-kost tal-manutenzjoni tal-vetturi ferrovjarji, kif ukoll dwar il-kundizzjoni fiżika tagħhom.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 5a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Sa [18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jistipulaw id-dettalji tal-proċedura li għandha tiġi segwita għall-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 9a(2)."

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament 1370/2007 jikkostittwixxi lex specialis fir-rigward ta’ għajnuna għall-Istat, li tippermetti deroga għas-servizzi pubbliċi ta' trasport ta’ passiġġieri, għar-regoli ġenerali applikabbli għall-għajnuna għall-Istat. L-implimentazzjoni tal-arranġament propost fl-emendi 21 u 23 m'għandux bżonn atti ta' implimentazzjoni bil-quddiem. B’hekk m’hemmx lok għal referenza għal miżuri tal-Kummissjoni.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 7 – punt a

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"1. Kull awtorità kompetenti għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni, darba fis-sena, rapport aggregat dwar l-obbligi ta' servizz pubbliku li għalihom hija responsabbli, id-data tal-bidu u t-tul ta' żmien tal-kuntratti ta' servizz pubbliku, l-operaturi magħżula ta' servizz pubbliku, u l-ħlasijiet ta' kumpens u d-drittijiet esklussivi mogħtija lill-istess operaturi ta’ servizz pubbliku permezz ta’ rimborż. Ir-rapport għandu jiddistingwi bejn it-trasport bix-xarabank u t-trasport ferrovjarju, għandu jippermetti l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni, il-kwalità u l-iffinanzjar tan-netwerk tat-trasport pubbliku, u fejn xieraq, għandu jipprovdi tagħrif dwar in-natura tad-drittijiet esklussivi mogħtija u safejn jaslu. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-aċċess ċentrali għal dawn ir-rapporti, ngħidu aħna permezz ta’ portal tal-internet komuni."

"1. Kull awtorità kompetenti għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni, darba fis-sena, rapport aggregat dwar l-obbligi ta' servizz pubbliku li għalihom hija responsabbli, id-data tal-bidu u t-tul ta' żmien tal-kuntratti ta' servizz pubbliku, l-operaturi magħżula ta' servizz pubbliku, u l-ħlasijiet ta' kumpens u d-drittijiet esklussivi mogħtija lill-istess operaturi ta’ servizz pubbliku permezz ta’ rimborż. Ir-rapport għandu jevalwa l-prestazzjoni f'termini ta' konformità u jispeċifika l-indikaturi tas-servizzi tat-trasport, inkluża l-puntwalità, l-affidabilità, l-indafa, is-sodisfazzjon tal-utenti kif ikkalkolata permezz ta’ stħarriġ pubbliku u r-rata minima ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċitajiet. Ir-rapport għandu jiddistingwi bejn it-trasport bix-xarabank u t-trasport ferrovjarju, għandu jippermetti l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni, il-kwalità u l-iffinanzjar tan-netwerk tat-trasport pubbliku, u fejn xieraq, għandu jipprovdi tagħrif dwar in-natura tad-drittijiet esklussivi mogħtija u safejn jaslu. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-aċċess ċentrali għal dawn ir-rapporti, pereżempju, permezz ta’ portal tal-internet komuni." Il-Kummissjoni għandha tħejji sommarju ta' dawn ir-rapporti u tissottomettih, fil-lingwi kollha ta' ħidma, lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.";

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8 – punt a

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"2. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 3, l-għoti ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku bil-ferrovija, bl-eċċezzjoni ta’ modi oħra bbażati fuq il-binarji bħall-metro u t-tramm, għandu jikkonforma mal-Artikolu 5(3) sa mit-3 ta’ Diċembru 2019. Kull kuntratt ta’ servizz pubbliku b'modi oħra bbażati fuq il-binarji u bit-triq irid ikun ingħata skont l-Artikolu 5(3) sa mhux aktar tard mit-3 ta’ Diċembru 2019. Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni li jibqa' sejjer sat-3 ta’ Diċembru 2019, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jikkonformaw progressivament mal-Artikolu 5(3), sabiex jevitaw problemi strutturali serji, partikularment b'rabta mal-kapaċità tat-trasport."

"2. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 3, l-għoti ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku li jikkonċernaw it-trasport bit-triq u modi oħra bbażati fuq il-binarji bħall-metro, it-tramm u sistemi ta' tramm u ferrovija kkombinati, għandu jikkonforma mal-Artikolu 5(3) sa mit-3 ta’ Diċembru 2019. Kuntratti ta’ servizz pubbliku li jikkonċernaw trasport pubbliku tal-passiġġieri bil-ferrovija għandhom jingħataw mit-3 ta' Diċembru 2022 f'konformità mal-Artikolu 5. Sat-3 ta' Diċembru 2022 l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-istabbiliment tal-pjanijiet tat-trasport pubbliku msemmija fl-Artikolu 2a għandhom jiġu fdati bis-setgħat kollha neċessarji għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku f'konformità mal-Artikolu 5. Matul il-perjodi ta’ tranżizzjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jikkonformaw progressivament mal-Artikolu 5(3), sabiex jevitaw problemi strutturali serji, partikolarment b’rabta mal-kapaċità tat-trasport."

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8 – punt a

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

"Fi żmien sitt xhur wara l-ewwel nofs tal-perjodi ta' tranżizzjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni rapport ta' progress fejn jissottolinjaw l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe għoti gradwali ta' kuntratti ta' servizz pubbliku li jikkonforma mal-Artikolu 5. Fuq il-bażi tar-rapporti ta' progress tal-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tipproponi miżuri xierqa indirizzati lill-Istati Membri.".

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tan-numru ta’ kuntratti li għandhom jiġu sottoposti għal sejħiet għall-offerti fis-settur ferrovjarju, huwa meħtieġ żmien biżżejjed biex ikun evitat eċċess ta’ proċeduri simultanji ta’ sejħiet għall-offerti u biex jiġi żgurat li l-operaturi kkonċernati kollha jkunu f'pożizzjoni li jwieġbu.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8 – punt b

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 8 – paragrafu 2a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Il-kuntratti ta’ servizz pubbliku għat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri li jingħataw bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u t-2 ta’ Diċembru 2019 jistgħu jkomplu sad-data tal-iskadenza tagħhom. Madankollu, jiġri x'jigri, ma għandhomx ikomplu lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2022."

Il-kuntratti ta’ servizz pubbliku għat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri li ma jkunux konformi mal-Artikolu 5, mogħtija direttament qabel it-3 ta’ Diċembru 2022, għandhom fi kwalunkwe każ jiskadu l-aktar tard ...*.";

 

_______________

 

* ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament (jiġifieri, l-att li jemenda - 2013/0028(COD))

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jsir disponibbli fil-forma ta' test ikkonsolidat bir-Regolament (KE) Nru 1370/2007, li għandu jemenda fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni tiegħu.

NOTA SPJEGATTIVA

1. Introduzzjoni

F'termini ta' kilometri ta' passiġġieri, it-traffiku tal-passiġġieri bil-ferrovija jkopri madwar 7 % tat-total ta' traffiku tal-passiġġieri fl-Unjoni Ewropea[1]. L-għan huwa li dan it-total jiżdied. L-investimenti f’dan il-mezz sostenibbli ta’ trasport mhux biss jagħmlu ġid lill-ambjent u l-ekonomija iżda jippromwovu fl-istess ħin it-tkabbir u l-impjiegi. Żieda fl-effiċjenza fit-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri hija assolutament neċessarja. Anki l-objettiv definit fl-emenda għall-White Paper, fis-sens li jiżdied l-ammont tal-utenti tal-mezzi tat-trasport pubbliku, jista’ jintlaħaq biss jekk it-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri madwar l-Ewropa jżid fl-effiċjenza.

Is-suq tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri fuq livell traskonfinali ilu miftuħ mill-1 ta’ Jannar 2010. Is-suq għas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri intern, madankollu, għadu, fuq skala estensiva, magħluq fil-parti l-kbira tal-Istati Membri. Bħas-servizzi l-oħra tat-trasport ta’ passiġġieri, ix-xarabank, it-tram u l-metro, fil-mument ma jistgħux jingħataw servizzi pubbliċi tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri fuq bażi kummerċjali. Minflok, jingħataw fuq il-bażi ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku. L-għoti ta’ kumpens għall-obbligi komunitarji huma parti essenzjali ta’ dawn il-kuntratti ta’ servizzi.

Il-qafas legali Ewropew għal dan huwa kkostitwit mir-Regolament applikabbli 1370/2007. Element ċentrali ta’ dan ir-Regolament huwa l-għoti, fuq bażi ta' kompetizzjoni, ta' kuntratti għal servizz, għalkemm bil-limitazzjoni ta’ forom differenti ta’ għotjiet diretti ta’ dawn il-kuntratti. Dan jinkludi l-marġini ta’ manuvra tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 5(2) li jiddeċiedu huma stess jekk joffrux servizzi ta’ trasport bil-kumpaniji tagħhom stess (“b’operatur intern”), jew ikunx iridu jiftħom għall-kompetizzjoni. Din il-possibilità ta’ għoti ta’ kuntratt dirett hija suġġetta għal klawżola ta’ reċiproċità, li tgħid li operaturi interni ma jistgħux jipparteċipaw fi proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti kompetittivi organizzati barra mill-qasam ta’ kompetenza tal-awtorità kompetenti lokali.

Fil-proċedura leġiżlattiva dwar ir-regolament applikabbli, il-Kunsill kien irnexxielu jirrealizza l-possibilità ġenerali ta’ għoti ta’ kuntratt dirett ta’ kuntratti għal servizzi ta’ trasport ferrovjarju ta’ passiġġieri (Artikel 5(6)). Madwar 90 % tal-vjaġġi kollha bil-ferrovija fl-UE huma magħmula b’kuntratti ta’ servizzi pubbliċi – fil-parti l-kbira b’ferroviji li jservu l-periferiji (S-Bahn) u ferroviji reġjonali. Parti kbira mill-kuntratti għal dawn is-servizzi għadhom jiġu mgħoddija lil operaturi stabbiliti b'mod dirett.

Parallelament għall-iżvilupp tat-trasport urban u reġjonali fl-aħħar għaxar snin ġew deċiżi tliet “pakketti dwar il-ferrovija”, li kienu jimmiraw lejn il-ftuħ progressiv tas-swieq u ż-żieda fil-kapaċità kompetittiva tat-trasport fuq il-binarji. Il-Parlament reċentement talab li l-Kummissjoni tagħmel analiżi tas-sitwazzjoni fil-qasam tat-trasport nazzjonali tal-passiġġieri bil-ferrovija fil-kuntest tad-Direttiva 2012/34/UE, li fil-qafas tagħha l-Kummissjoni kellha tippreżenta rapport sal-31 ta' Diċembru 2012 li kellu jagħti ħarsa wkoll lejn l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 u, fejn xieraq, il-bażi għal miżuri leġiżlattivi ulterjuri dwar il-ftuħ tas-suq domestiku għat-traffiku tal-passiġġieri bil-ferrovija.

2. Il-proposta tal-Kummissjoni

Fil-proposta tagħha l-Kummissjoni kkonċentrat l-aktar fuq it-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri. Minkejja żviluppi pożittivi f’uħud mill-Istati Membri dan għandu jsir aktar effiċjenti fir-rigward tal-ammont ta’ passiġġieri, il-kwalità tas-servizzi, l-infrastruttura u l-biljetti. F'ħafna Stati Membri l-ispejjeż tal-Istat huma għoljin wisq meta mqabbla mal-kwalità tas-servizz u l-ostakli għad-dħul fis-suq għal offerenti ġodda spiss huma insormontabbli.

Fil-fehma tal-Kummissjoni dawn il-problemi jistgħu jintgħelbu qabel kollox permezz ta’ kompetizzjoni ta’ sejħa għall-offerti aktar iebsa, li tkun integrata fil-qafas ġenerali tar-raba’ pakkett tal-ferrovija. Element ċentrali tal-proposta tal-Kummissjoni hija, għaldaqstant, l-abolizzjoni tal-possibilità globali ta’ għotjiet diretti ta’ kuntratti fit-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri li tinsab fl-Artikolu 5(6) tar-Regolament applikabbli 1370/2007/UE. Dan huwa akkompanjat minn proposti għall-aċċess għall-vetturi ferrovjarji.

Il-proposta tal-Kummissjoni ma tillimitax ruħha biss għat-trasport fuq il-binarji, iżda għandha impatt ukoll fuq mezzi oħra tat-trasport. Hija tipprevedi Artikolu ġdid 2a dwar pjanijiet għat-trasport pubbliku u obbligi ta’ servizz pubbliku ġenerali b’rekwiżiti dettaljati, li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu għall-operaturi tat-trasport kolha relevanti. Il-Kummissjoni qed tipproponi, barra minn hekk, l-adattament tal-perjodi tranżitorji tal-Artikolu 8, li jista’ jkollu impatt fuq il-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti għas-servizzi tax-xarabank, tat-tramm u tal-metro.

3. Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

3.1 Aspetti ġenerali tal-kompetizzjoni

Ir-rapporteur jappoġġja l-prinċipju tal-proposta tal-Kummissjoni għal aktar kompetizzjoni fl-ambjent ferrovjarju. Madankollu, din il-kompetizzjoni ma għandux ikollha skop intrinsiku, iżda mezz biex progressivament titjieb il-kwalità u jikbru l-kwantità u l-effiċjenza tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri. Strutturi effiċjenti diġà eżistenti għandhom jinżammu u ma għandhomx jitnaqqru mill-effiċjenza tagħhom minħabba r-Regolament il-ġdid.

Ir-riorganizzazzjoni ta’ sistemi kumplessi, bħas-servizzi tat-trasport ferrovjarju teħtieġ biżżejjed żmien biex titwettaq b’suċċess. Il-perjodi proposti mill-Kummissjoni għall-2019, pereżempju għall-iskadenza ta’ kuntratti eżistenti sal-2022, għalhekk, jidhru li huma qosra wisq.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġu aktar żmien, biex iħejju għall-kompetizzjoni tas-sejħiet għall-offerti. Għalkemm ir-rapporteur jappoġġja l-abolizzjoni tal-konċessjoni globali ta’ kuntratti diretti proposta mill-Kummissjoni għat-trasport ferrovjarju (Artikel 5(6)), jiffavorixxi perjodu aktar realistiku.

3.2. Għotjiet diretti ta’ kuntratti u sejħiet għall-offerti kompetittivi

Fil-każ tal-għotjiet diretti skont l-Artikolu 5(4), ir-rapporteur ħaseb għal emenda fil-valur ta’ limitu tal-għoti dirett ta’ kuntratt, sabiex il-possibilità ta’ għoti dirett ta’ kuntratti żgħar ħafna ta' fornitura ta’ servizzi fit-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri tkun ifformulata b’mod aktar realistiku.

Minħabba l-effetti tal-għażla li ssir fir-rigward tal-għoti tal-kuntratt, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw ġustifikazzjoni fil-każ ta’ għotjiet diretti, u din il-ġustifikazzjoni għandha tiġi ppubblikata, sabiex ikun hemm żmien biżżejjed għal analiżi minn operaturi interessati oħra, u/jew biex isiru oġġezzjonijiet.

Barra minn hekk, għandu japplika l-prinċipju tar-reċiproċità anki għall-kumpaniji minn pajjiżi terzi, u dawn ikunu jistgħu jieħdu sehem fil-proċeduri ta’ kompetizzjoni, jekk dawn min-naħa tagħhom ikunu fetħu s-swieq għal intrapriżi mill-UE.

3.3 Rwol determinanti tal-awtoritajiet kompetenti

Fil-fehma tar-rapporteur, l-awtorità kompetenti għandha rwol ċentrali. Din għandu jkollha r-responsabilità skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà għall-istabbiliment ta’ pjan għat-trasport lokali u l-valutazzjoni tas-servizzi li huma meħtieġa għat-trasport pubbliku tal-passiġġieri. L-istess japplika għad-definizzjoni tal-obbligi tas-servizzi komuni. L-awtoritajiet kompetenti huma fl-aħjar pożizzjoni biex jivvalutaw liema obbligi ta’ servizzi komuni huma meħtieġa fil-post u liema rotot għandu jkollhom aċċess miftuħ, u konsegwentement fejn għandu jkun hemm restrizzjonijiet għal aċċess miftuħ permezz ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku. Proprju r-relazzjoni bejn il-kunċett ta’ aċċess miftuħ u l-kuntratt ta’ forniment ta’ servizz pubbliku hija estremament delikata. Jekk il-prinċipju ta’ aċċess miftuħ jiġi interpretat b’mod wiesa’ wisq, ikun hemm ir-riskju li l-operaturi privati jkunu fitti ż-żejjed, li mbagħad ikun ta’ piż għall-awtoritajiet pubbliċi.

Il-kwistjoni li tirrigwarda l-kunċett ta’ bilanċ ekonomiku ta’ kuntratt ta’ forniment ta’ servizz, għandha tiġi ċċarata mhux biss f’dan ir-rapport iżda wkoll fir-rapport dwar il-ħolqien ta’ żona ferrovjarja unika Ewropea.

L-awtorità kompetenti għandu jkollha fid-dispożizzjoni tagħha l-informazzjoni kollha relevanti biex tieħu dawn id-deċiżjonijiet.

Skont il-proposta tal-Kummissjoni l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu obbligati jippreparaw pjanijiet tat-trasport. Ir-rapporteur jappoġġja din il-proposta, għalkemm huwa tal-fehma li r-Regolament għandu jħalli biżżejjed marġini ta’ manuvra lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-parametri. Barra minn hekk, għandhom jistipulaw kriterji speċifiċi fir-rigward tal-istandards tal-kwalità u l-istandards soċjali u dawn jinkluduhom ukoll fid-dokumenti tal-kompetizzjoni. Minbarra dan, il-kunċett tas-sostenibilità għandu jiġi enfasizzat b'aktar qawwa f'dawn il-pjanijiet.

3.4. Volum tal-kuntratti pubbliċi għal forniment ta’ servizzi fil-qasam tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri

Il-Kummissjoni qed tipproponi li l-volum tal-kuntratti pubbliċi għal forniment ta’ servizzi għandu jikkorrispondi għal massimu ta’ 10 miljun km bil-ferrovija jew terz tal-volum globali tat-trasport. Ir-rapporteur huwa tal-fehma li dan ir-Regolament qabel kollox jista’ jkollu l-konsegwenza li fl-Istati Membri ż-żgħar tal-UE ssir diviżjoni obbligatorja fi tliet partijiet, mingħajr żieda fl-effiċjenza.

3.5 Impatt potenzjali fuq is-servizzi tax-xarabank, it-tramm u l-metro

Ir-Regolament 1370/2007 għandu jibda japplika progressivament sal-2019. L-emenda proposta mill-Kummissjoni rigward il-perjodi ta’ tranżizzjoni fl-Artikolu 8(2) għandha konsegwenzi mhux biss għat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri; mill-inqas, il-formulazzjoni ambigwa ħafna tal-Kummissjoni għandha l-periklu li dispożizzjonijiet ċentrali, partikolarment dwar l-għoti dirett ta’ kuntratti jistgħu jiffavorixxu “operaturi interni”. Fil-fehma tar-rapporteur, il-kompromessi li jkunu ġew negozjati fil-proċedura leġiżlattiva ta' seba' snin dwar ir-regolament applikabbli ma għandhom jintmessu.

3.6 Emendi oħra

Ir-rapporteur qed jipproponi wkoll emendi tekniċi. Minn naħa, dawn jirrigwardaw definizzjonijiet ċari tal-kunċetti (pereżempju, definizzjoni ċara tat-trasport ferrovjarju pubbliku għall-passiġġieri). Min-naħa l-oħra, dawn jikkonċernaw il-ħolqien ta’ test iktar komprensibbli u iqsar.

  • [1]  Karozzo tal-linja: 8.9 %; tramm u metro: 1.6 %; karozzi privati: 82.5 %.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (20.11.2013)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri
(COM(2013)0028 – C7‑0024/2013 – 2013/0028(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Frédéric Daerden

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-liberalizzazzjonijiet differenti ta’ setturi ta’ servizzi li saru f'dawn l-aħħar għexieren ta' snin, inkluż fis-settur ferrovjarju, kienu r-riżultat tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 26 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk jiffurmaw parti mill-proġett tagħha.

Dan l-għan ta’ ħolqien ta’ suq komuni ma għandux ikun it-tmiem fih innifsu iżda pjuttost għandu jkollu l-għan li jitnaqsu l-ispejjeż tas-servizzi għall-konsumaturi, filwaqt li jinżamm standard għoli aċċessibbli għal kulħadd.

Il-miżuri differenti għal-liberalizzazzjoni tas-setturi fejn is-servizzi kienu storikament ipprovduti minn operaturi pubbliċi permezz ta’ monopolji operati nazzjonalment, matul is-snin, ma jidhirx li laħqu dan l-għan doppju.

Anke jekk fis-settur ferrovjarju biss, jeżistu xi eżempji ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjoni:

· Fil-każ ta’ trasport internazzjonali tal-passiġġieri, fejn il-ftuħ għall-kompetizzjoni ilu miftuħ mill-2010, iż-żieda tal-kompetizzjoni ma ġabitx nuqqas sinifikanti fl-ispejjeż u wasslet għal għeluq ta' linji qodma transfruntieri li ma kinux joperaw fuq il-mudell ta' veloċità għolja. Barra minn hekk, is-settur ma kellux iż-żieda mistennija, is-sehem tas-suq żdied aktar fuq il-pjan intermodali milli dak intramodali.

· Fil-każ ta’ trasport domestiku ta’ passiġġieri fir-Renju Unit, l-Istat Membru l-aktar avvanzat fil-leġiżlazzjoni tiegħu ta’ liberalizzazzjoni: Il-KESE jenfasizza sew in-nuqqas ta’ sodisfazzjoni tal-utenti Brittaniċi u l-ħtieġa rikorrenti sabiex l-Istat jiġi involut fl-integrazzjoni tas-settur (tariffi, distribuzzjoni, skeda tal-ħinijiet...).

· Fil-każ ta’ trasport domestiku ta’ passiġġieri fil-bqija tal-Unjoni, kien hemm mhux inqas minn 15-il proċedura ta’ ksur minħabba traspożizzjoni inadegwata, li juri l-pass mgħaġġel iżżejjed ta’ din il-liberalizzazzjoni, li sabiex tikkontribwixxi għall-ħolqien tal-proġett Ewropew, għandha ssir mingħajr ħsara għall-mudelli nazzjonali li pprovdew mudell ta' kwalità liċ-ċittadini għal diversi għexieren ta' snin.

Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, ir-rapporteur ma jikkunsidrax li hemm prova tal-ħtieġa ta' liberalizzazzjoni ulterjuri tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u impenja ruħu, permezz tal-emendi tiegħu, li jnaqqas ir-riskju ta' impatt negattiv fuq iċ-ċittadini u b’mod partikolari fuq il-ħaddiem tas-settur, skont diversi dimensjonijiet:

· Il-governanza bl-aktar mod integrata possibbli: Filwaqt li s-separazzjoni stretta bejn l-amministraturi tal-infrastruttua u t-trasportaturi hija bbażata fuq il-kompetizzjoni, it-tħassib li ġġib magħha fost l-organizzazzjonijiet tal-utenti, it-trade unions fis-settur jew l-operaturi “storiċi”, jistieden lir-rapporteur biex ma jużax approċċ strett. Probabbilment dan se jġib miegħu nuqqas fir-reċiprokar ta’ riżorsi għall-investiment fiżiku u żieda fil-burokrazija, impatt detrimentali fil-kwalità tas-servizz u fis-sigurtà tal-utenti. Għalhekk ir-rapporteur għażel li jagħti l-libertà kollha possibbli lill-awtorità nazzjonali regolatorja f’dan ir-rigward, skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-28 ta’ Frar 2013.

· L-akbar libertà possibbli għall-Istati Membri biex jagħżlu bejn is-sejħa għall-offerti u l-għotja diretta tal-konċessjonijiet tas-servizz pubbliku permezz taż-żieda sostanzjali tal-limiti massimi.

· L-introduzzjoni tal-pjanijiet nazzjonali ta’ trasport pubbliku sostenibbli, fl-aspetti tiegħu soċjali u ambjentali, tar-regoli għall-ħarsien tal-utenti, tal-ħaddiema u tal-ambjent, b’hekk jiffaċilita l-introduzzjoni tas-sejħiet għall-offerti f’dawn il-kriterji kwalitattivi, soċjali u ambjentali.

· It-tisħiħ fil-ħarsien tal-ħaddiema permezz ta’ ambitu wiesgħa ta’ trasferimenti għall-persunal fi ħdan l-impriża l-ġdida li topera s-servizz pubbliku; permezz ta’ tisħiħ tad-djalogu soċjali fl-istrutturi; permezz ta’ kjarifika tad-dritt soċjali applikabbli għall-persunal abbord, b’mod partikolari permezz ta’ ċertifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar; permezz ta’ sejħa lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu responsabbiltà soċjali bbażata fuq is-solidarjetà bejn l-offerent u s-subkuntratturi tiegħu, biex jiġi evitat id-dumping soċjali.

· Il-ħtieġa reċiproka fil-ftuħ tas-swieq bejn l-Istati Membri.

· Perjodu ta’ tranżizzjoni twil biżżejjed għall-implimentazzjoni mogħti lill-Istati Membri (sal-2029) sabiex dawk li jfasslu l-politika jkollhom biżżejjed żmien għal kunsiderazzjoni u analiża qabel kwalunkwe liberalizzazzjoni ulterjuri.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) It-trasport ferrovjarju għandu rwol essenzjali kemm soċjali u ekoloġiku kif ukoll fir-rigward tal-ippjanar tal-mobilità, u jista’ jkabbar, b’mod sinifikanti, is-sehem ġenerali tiegħu fit-trasport ta’ passiġġieri fil-livell Ewropew. F'dan ir-rigward, investimenti kemm fir-riċerka kif ukoll fl-infrastruttura u anki fil-vetturi ferrovjarji jistgħu jikkontribwixxu, b’mod sinifikanti, għal tkabbir ġdid u b’hekk ikollhom impatt dirett fuq il-ħolqien tax-xogħol u tiżdied indirettament il-mobilità tal-impjegati f’setturi oħra. It-trasport ferrovjarju jista’ jiżviluppa ruħu f'fergħa moderna importanti tal-industrija tal-UE, sakemm l-Istati Membri jingħaqdu f’kooperazzjoni aktar b’saħħitha.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Is-suq tal-Unjoni għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju internazzjonali tal-passiġġieri ilu miftuħ għall-kompetizzjoni mill-2010. Barra minn hekk, uħud mill-Istati Membri fetħu għall-kompetizzjoni s-servizzi domestiċi tal-passiġġieri tagħhom, jew billi introduċew drittijiet ta' aċċess miftuħ, jew permezz ta' sejħiet għall-offerti ta' kuntratti ta’ servizzi pubbliku, jew it-tnejn f'daqqa.

(2) Is-suq tal-Unjoni għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju internazzjonali tal-passiġġieri ilu miftuħ għall-kompetizzjoni mill-2010. Barra minn hekk, uħud mill-Istati Membri fetħu għall-kompetizzjoni s-servizzi domestiċi tal-passiġġieri tagħhom, jew billi introduċew drittijiet ta' aċċess miftuħ, jew permezz ta' sejħiet għall-offerti ta' kuntratti ta’ servizz pubbliku, jew it-tnejn f'daqqa, filwaqt li jkun irrispettat il-Protokoll (Nru 26) dwar is-servizzi ta' interess ġenerali ("Protokoll Nru 26"), anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Meta l-awtoritajiet kompetenti jiġu biex jorganizzaw is-servizzi tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri tagħhom, iridu jiżguraw li l-obbligi tas-servizz pubbliku, u l-firxa ġeografika tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku, ikunu xierqa, meħtieġa, u proporzjonati għall-ksib tal-għanijiet tal-politika tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri fit-territorju tagħhom. Din il-politika għandha tiġi spjegata fil-pjanijiet ta’ trasport pubbliku, filwaqt li jitħalla lok għal soluzzjonijiet tat-trasport imsejsa fuq is-suq. Il-proċess ta’ definizzjoni tal-pjanijiet ta’ trasport pubbliku u tal-obbligi ta’ servizz pubbliku għandu jkun trasparenti għall-partijiet interessati rilevanti, inklużi parteċipanti li potenzjalment jidħlu fis-suq.

(4) Meta l-awtoritajiet kompetenti jiġu biex jorganizzaw is-servizzi tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri tagħhom, iridu jiżguraw li l-obbligi tas-servizz pubbliku, u l-firxa ġeografika tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku, ikunu xierqa, meħtieġa, u proporzjonati għall-ksib tal-għanijiet tal-politika tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri fit-territorju tagħhom, u li l-għanijiet soċjali tat-TUE, tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Nru 26 kif ukoll tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità jiġu rrispettati. Din il-politika għandha tiġi spjegata fil-pjanijiet kollha għal trasport pubbliku sostenibbli, filwaqt li jitħalla lok għal soluzzjonijiet tat-trasport imsejsa fuq il-ħtiġijiet tal-utenti, inklużi l-familji, l-anzjani u l-persuni b’diżabilità. Il-proċess ta’ definizzjoni ta’ tali pjanijiet ta’ trasport pubbliku multimodali u tal-obbligi ta’ servizz pubbliku għandu jintegra dimensjoni ekonomika, soċjali u ekoloġika u jkun trasparenti għall-partijiet interessati rilevanti, inklużi parteċipanti li potenzjalment jidħlu fis-suq.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Sabiex jiġi żgurat iffinanzjar sod għall-ilħiq tal-għanijiet tal-pjanijiet ta’ trasport pubbliku, l-awtoritajiet kompetenti jridu jfasslu obbligi ta' servizz pubbliku sabiex jilħqu l-għanijiet ta' trasport pubbliku b'mod kosteffettiv, li jqis il-kumpens għall-impatt finanzjarju nett ta’ dawk l-obbligi, u jridu jiżguraw ukoll is-sostenibbiltà finanzjarja fit-tul tat-trasport pubbliku pprovdut fil-qafas ta' kuntratti ta' servizz pubbliku.

(5) Sabiex jiġi żgurat iffinanzjar sod għall-ilħiq tal-għanijiet tal-pjanijiet ta’ trasport pubbliku, l-awtoritajiet kompetenti jridu jfasslu obbligi ta' servizz pubbliku sabiex jilħqu l-għanijiet ta' trasport pubbliku kemm b'mod kosteffettiv kif ukoll ta’ kwalità għolja, li jqis il-kumpens għall-impatt finanzjarju nett ta’ dawk l-obbligi, u jridu jiżguraw ukoll is-sostenibbiltà finanzjarja fit-tul tat-trasport pubbliku pprovdut fil-qafas ta' kuntratti ta' servizz pubbliku.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a) Is-sejħiet għall-offerti kompetittivi, li huma bbażati fuq il-prinċipju tal-iktar prezz baxx, iwasslu għal dumping soċjali, li ħafna drabi huwa assoċjat ma’ offerti orħos, u b'hekk ikun qed isir tfaddil b'detriment għall-ħaddiema: pagi aktar baxxi, ħinijiet itwal tax-xogħol u ammont inqas ta’ persunal. Il-forma tal-proċeduri għas-sejħa għall-offerti għandha tinkludi kriterji soċjali sabiex tkun iggarantita sejħa għall-offerti kompetittiva li ma tkunx a skapitu tal-effiċjenza u l-kwalità tas-servizz jew il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema, li ma tkunx ibbażata fuq l-orħos prezz iżda fuq aspetti kwalitattivi u li tqis l-ispeċifiċitajiet nazzjonali.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Biex is-suq tat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri jimxi ħarir, huwa ta’ importanza partikulari li l-awtoritajiet kompetenti jikkonformaw ma' dawn il-kriterji għall-obbligi ta’ servizz pubbliku, kif ukoll mal-firxa tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku, għax l-operazzjonijiet ta’ trasport b'aċċess miftuħ jeħtieġu jkunu kkoordinati sew ma' dawk li jsiru fil-qafas ta' kuntratt tas-servizz pubbliku. Għal din ir-raġuni, il-korp regolatorju ferrovjarju indipendenti għandu jiżgura li dan il-proċess jiġi applikat b'mod korrett u trasparenti.

(6) Biex is-suq tat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri jimxi ħarir, huwa ta’ importanza partikulari li l-awtoritajiet kompetenti jikkonformaw ma' dawn il-kriterji għall-obbligi ta’ servizz pubbliku, kif ukoll mal-firxa tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku u għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-klijenti tagħhom, filwaqt li fl-istess ħin jirrispettaw id-drittijiet tal-impjegati fis-settur, għax l-operazzjonijiet ta’ trasport b'aċċess miftuħ jeħtieġu jkunu kkoordinati sew ma' dawk li jsiru fil-qafas ta' kuntratt tas-servizz pubbliku. Għal din ir-raġuni, il-korp regolatorju ferrovjarju indipendenti għandu jiżgura li dan il-proċess jiġi applikat b'mod korrett u trasparenti.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Jeħtieġ li ċerti limiti massimi għall-għoti dirett ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku jiġu adattati għat-trasport ferrovjarju, skont il-kundizzjonijiet ekonomiċi speċifiċi li fihom isiru s-sejħiet għall-offerti f'dan is-settur.

(9) Jeħtieġ li ċerti limiti massimi għall-għoti dirett ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku jiġu adattati għat-trasport ferrovjarju, skont ir-rekwiżiti soċjali u territorjali tas-servizzi ta’ interess ġenerali u l-kundizzjonijiet ekonomiċi li fihom isiru s-sejħiet għall-offerti f'dan is-settur.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a) Il-prinċipju tar-reċiproċità huwa mezz importanti fil-ġlieda kontra t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni. Dan il-prinċipju ma għandux japplika biss fil-każ ta' impriżi ferrovjarji u s-sussidjarji tagħhom fl-Istati Membri, iżda wkoll fil-każ ta’ impriżi minn pajjiżi terzi, li jridu jieħdu sehem fi proċeduri għas-sejħa għall-offerti fi ħdan l-Unjoni.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-ħolqien ta’ Suq Intern għas-servizzi ta’ trasport ferrovjarju tal-passiġġieri jeħtieġ regoli komuni għas-sejħiet għall-offerti kompetittivi għal kuntratti ta’ servizz pubbliku f'dan is-settur, regoli li għandhom jiġu applikati b'mod armonizzat fl-Istati Membri kollha.

(10) Il-ħolqien ta’ Suq Intern għas-servizzi ta’ trasport ferrovjarju tal-passiġġieri jeħtieġ regoli komuni li jirrispettaw ukoll l-għanijiet soċjali u l-obbligi ta’ servizzi ta’ interess ġenerali stabbiliti fit-TUE u t-TFUE, dwar is-sejħiet għall-offerti kompetittivi għal kuntratti ta’ servizz pubbliku f'dan is-settur li għandhom jiġu applikati b'mod armonizzat fl-Istati Membri kollha – filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta' kull pajjiż – biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn l-offerenti potenzjali kollha.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Bil-għan li jinħolqu kundizzjonijiet ta’ qafas li jippermettu lis-soċjetà tgawdi bis-sħiħ il-benefiċċju tal-ftuħ effettiv tas-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri, huwa importanti li l-Istati Membri jiżguraw livell xieraq ta’ protezzjoni soċjali għall-persunal tal-operaturi tas-servizz pubbliku.

(11) Bil-għan li jinħolqu kundizzjonijiet ta’ qafas li jippermettu lill-membri kollha tas-soċjetà jgawdu bis-sħiħ il-benefiċċji minn offerta ta’ kwalità għolja għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri li huma konformi mal-għanijiet soċjali stipulati fit-TUE u l-għanijiet li jirrigwardaw is-servizzi ta’ interess ġenerali kif stabbiliti fil-Protokoll Nru 26 tat-TFUE, huwa importanti li, fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni soċjali u kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin għall-persunal tal-operaturi tas-servizz pubbliku kontra dumping soċjali fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali filwaqt li jirrispettaw il-ftehimiet kollettivi fis-settur. Il-livell adegwat għandu jiġi ggarantit mhux aktar tard mill-ftuħ tas-suq ferrovjarju domestiku bil-liġi nazzjonali u/jew bi ftehimiet kollettivi għas-settur kollu billi jiġu stabbiliti standards soċjali u jkun meħtieġ it-trasferiment tal-persunal għas-settur rilevanti. Mhuwiex biss bit-twaqqif ta’ kuntratti kollettivi nazzjonali fi ħdan is-settur ferrovjarju iżda wkoll permezz tal-inklużjoni tal-persunal fil-proċeduri ta’ akkwist, li l-awtoritajiet kompetenti jippermettu l-implimentazzjoni ta' qafas soċjali ta' kwalità.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) Jekk il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku tista’ twassal għal bidla tal-operatur ta’ servizz pubbliku, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jobbligaw lill-operatur magħżul ta’ servizz pubbliku sabiex japplika d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/23/KE tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji. Dik id-Direttiva ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jissalvagwardjaw il-kundizzjonijiet tat-trasferiment tad-drittijiet tal-impjegati minbarra dawk koperti minn dik id-Direttiva. B'hekk, jekk xieraq, l-Istati Membri għandhom iqisu l-istandards tax-xogħol u soċjali l-aktar favorevoli għall-ħaddiema, stabbiliti mil-liġijiet nazzjonali, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi, jew ftehimiet kollettivi jew ftehimiet konklużi bejn is-sħab soċjali.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b) Skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu kriterji soċjali u kwalitattivi biex iżommu u jgħollu l-istandards ta' kwalità għall-obbligi ta' servizz pubbliku, pereżempju fir-rigward tal-kundizzjonijiet minimi tax-xogħol, tad-drittijiet tal-passiġġieri, tal-bżonnijiet tal-persuni b'diżabilità jew tal-protezzjoni ambjentali, tas-saħħa u s-sigurtà tal-passiġġieri u tal-impjegati kif ukoll l-obbligi li joriġinaw minn ftehimiet kollettivi u regoli u ftehimiet oħrajn rigward il-postijiet tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali fil-post fejn ikun provdut is-servizz.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) B'mod konsistenti mal-loġika interna tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, għandu jiġi ċċarat li l-perjodu ta’ tranżizzjoni sat-2 ta’ Diċembru 2019 jirreferi biss għall-obbligu li jiġu organizzati proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti kompetittivi għall-kuntratti ta’ servizz pubbliku.

(14) B'mod konsistenti mal-loġika interna tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, għandu jiġi ċċarat li l-perjodu ta’ tranżizzjoni sat-2 ta’ Diċembru 2019 jirreferi biss għall-obbligu li jiġu organizzati proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti kompetittivi għall-kuntratti ta’ servizz pubbliku. Dak il-perjodu ta' tranżizzjoni se jippermetti lill-Istati Membri jiżguraw li l-proċessi tas-sejħiet għall-offerti jirrispettaw l-għanijiet soċjali, kif ukoll il-koeżjoni soċjali u territorjali kif stabbilit fit-TUE u l-Protokoll Nru 26.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) It-tħejjija tal-impriżi ferrovjarji għas-sejħiet tal-offerti kompetittivi obbligatorji għall-kuntratti ta’ servizz pubbliku teħtieġ aktar żmien biex tippermetti r-ristrutturar intern effettiv u sostenibbli tal-impriżi li ngħatawlhom direttament tali kuntratti fil-passat. Għaldaqstant, jeħtieġu miżuri ta’ tranżizzjoni għall-kuntratti mogħtija direttament, bejn id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u t-3 ta’ Diċembru 2019.

(15) It-tħejjija tal-impriżi ferrovjarji għas-sejħiet tal-offerti kompetittivi fakultattivi għall-kuntratti ta’ servizz pubbliku u l-iżgurar ta’ livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin għall-persunal tal-operaturi tas-servizz pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat jeħtieġu aktar żmien biex jippermettu r-ristrutturar intern effettiv u sostenibbli tal-impriżi li ngħatawlhom direttament tali kuntratti fil-passat. Fi kwalunkwe każ, jeħtieġu miżuri ta’ tranżizzjoni għall-kuntratti mogħtija direttament, bejn id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u t-3 ta’ Diċembru 2019.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Ladarba jinkiseb il-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġeri, billi l-awtoritajiet kompetenti aktarx ikunu jridu jieħdu miżuri biex jiżguraw livell għoli ta' kompetizzjoni billi jillimitaw l-għadd ta' kuntratti li jagħtu lil impriża ferrovjarja individwali, għandhom jiġu pprovduti dispożizzjonijiet xierqa għal dan il-għan.

(16) Ladarba jinkiseb il-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri, billi l-awtoritajiet kompetenti aktarx ikunu jridu jieħdu miżuri biex jiżguraw livell adegwat ta' kompetizzjoni billi jillimitaw l-għadd ta' kuntratti li jagħtu lil impriża ferrovjarja individwali, għandhom jiġu pprovduti dispożizzjonijiet xierqa għal dan il-għan.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"awtorità kompetenti lokali" tfisser kwalunkwe awtorità kompetenti li l-ambitu ġeografiku tal-kompetenza tagħha mhijiex nazzjonali, u li tkopri l-bżonnijiet ta’ trasport ta’ agglomerazzjoni urbana jew ta’ distrett rurali;

"awtorità kompetenti lokali" tfisser kwalunkwe awtorità kompetenti li l-ambitu ġeografiku tal-kompetenza tagħha mhuwiex nazzjonali, u li tkopri l-bżonnijiet ta’ trasport, pereżempju, ta’ reġjun, ta’ agglomerazzjoni urbana jew ta’ distrett rurali;

Ġustifikazzjoni

It-trasport pubbliku sikwit ikun organizzat abbażi tar-reġjuni u unitajiet amministrattivi oħra fl-Istati Membri tal-UE. Huwa għalhekk meħtieġ li titwessa’ d-definizzjoni.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Pjanijiet ta’ trasport pubbliku u obbligi ta’ servizz pubbliku

Pjanijiet ta’ trasport pubbliku sostenibbli fl-aspetti soċjali, ambjentali u ekonomiċi u obbligi ta’ servizz pubbliku

Ġustifikazzjoni

Il-kunċett ta' sostenibilità għandu jiġi enfasizzat fl-aspetti kollha ta' dawn il-pjanijiet.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a - paragrafu 1 - punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ir-rekwiżiti bażiċi li għandhom jiġu sodisfatti mill-offerta ta’ trasport pubbliku, bħall-aċċessibbiltà, il-konnettività territorjali, is-sigurtà, l-interkonnessjonijiet modali u intermodali fiċ-ċentri ewlenin ta' konnessjoni, u karatteristiċi tal-offerti, bħall-ħinijiet tal-operazzjoni, il-frekwenza tas-servizzi, u l-livell minimu ta' użu tal-kapaċità;

(b) ir-rekwiżiti bażiċi li għandhom jiġu sodisfatti mill-offerta ta’ trasport pubbliku, bħad-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà, l-affordabbiltà, il-konnettività territorjali, is-sigurtà, l-interkonnessjonijiet modali u intermodali fiċ-ċentri ewlenin ta' konnessjoni, u karatteristiċi tal-offerti, bħall-ħinijiet tal-operazzjoni, il-frekwenza tas-servizzi, u l-livell minimu ta' użu tal-kapaċità;

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2 a – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) standards ta’ kwalità marbutin ma' elementi bħall-karatteristiċi tat-tagħmir tal-waqfiet jew stazzjonijiet kif ukoll tal-vetturi ferrovjarji, il-puntwalità u l-affidabbiltà, l-indafa, is-servizz u t-tagħrif għall-konsumaturi, il-ġestjoni tal-ilmenti u s-soluzzjoni tagħhom, u l-monitoraġġ tal-kwalità tas-servizz;

(c) standards ta’ kwalità marbutin ma' elementi bħall-karatteristiċi tat-tagħmir tal-waqfiet jew stazzjonijiet kif ukoll tal-vetturi ferrovjarji, il-puntwalità u l-affidabbiltà, l-indafa, is-servizz għall-konsumaturi inklużi s-servizzi għat-tfal, għall-familji u għall-persuni anzjani, l-appoġġ u t-tagħrif, il-ġestjoni tal-ilmenti u s-soluzzjoni tagħhom, u l-monitoraġġ tal-kwalità tas-servizz u s-servizzi kollha meħtieġa biex jiżguraw l-aċċessibbiltà f’konformità mal-Konvenzjoni tan-NU għall-persuni b’diżabilità;

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a – paragrafu 1 – punt da sa dd (ġodda)

 

Test fis-seħħ

Emenda

(da) regoli applikabbli fir-rigward tad-drittijiet tal-passiġġieri;

(db) regoli applikabbli fir-rigward tal-protezzjoni soċjali u tal-impjieg;

(dc) standards tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol;

(dd) regoli applikabbli fir-rigward tal-protezzjoni ambjentali;

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2 a – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) rekwiżiti operattivi, bħat-trasport tar-roti, il-ġestjoni tat-traffiku, u pjan ta’ kontinġenza fil-każ ta’ disturbi.

(e) rekwiżiti operattivi, bħat-trasport tar-roti, il-prammijiet, is-siġġijiet tar-roti, il-bagalji kif ukoll il-ġestjoni tat-traffiku, u pjan ta’ kontinġenza fil-każ ta’ disturbi.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fit-tfassil tal-pjanijiet ta' trasport pubbliku, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu partikularment ir-regoli applikabbli fir-rigward tad-drittijiet tal-passiġġieri, u l-ħarsien soċjali, tal-impjiegi, u tal-ambjent.

Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni trasparenti u paragunabbli bejn l-operaturi u sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' dumping soċjali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu standards soċjali u ta' servizz ta' kwalità speċifiċi.

Ġustifikazzjoni

Dawn l-aspetti tal-paragrafu oriġinali qed jiġu mċaqalqa skont il-punti rilevanti tal-Artikolu 2(a) il-ġdid sabiex jingħataw importanza akbar. It-test il-ġdid huwa meħtieġ biex jiggarantixxi awtorità f’dan ir-rigward.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw il-pjanijiet ta’ trasport pubbliku wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, u mbagħad għandhom jippubblikawhom. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-partijiet interessati rilevanti li għandhom jitqiesu, iridu jkunu, tal-anqas, operaturi tat-trasport, amministratturi tal-infrastruttura fejn xieraq, u organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-passiġġieri u l-impjegati.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw il-pjanijiet ta’ trasport pubbliku wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, u mbagħad għandhom jippubblikawhom. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-partijiet interessati rilevanti li għandhom jitqiesu, iridu jkunu, tal-anqas, operaturi tat-trasport, amministratturi tal-infrastruttura, u organizzazzjonijiet tal-passiġġieri u l-impjegati u organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw persuni b’diżabilità u persuni anzjani.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-verifika tal-kwalità xierqa msemmija fil-punt (b) għandha tqis jekk intervent pubbliku fil-forniment ta’ trasport tal-passiġġieri huwiex mezz xieraq biex jinkisbu l-għanijiet tal-pjanijiet ta’ trasport pubbliku.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-ispjegazzjoni rigward l-adegwatezza diġà ġiet inkluża fl-Artikolu 2a(3)(b), u għalhekk tista' titħassar hawnhekk.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a – paragrafu 4 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jiksbu l-għanijiet tal-pjan ta’ trasport pubbliku fl-iktar mod kosteffettiv possibbli;

(a) jiksbu l-għanijiet tal-pjan ta’ trasport pubbliku fl-iktar mod effiċjenti possibbli b'livell għoli ta' kwalità, inkluża l-aċċessibbiltà f’termini soċjali u territorjali;

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a - paragrafu 4 - punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) isostnu finanzjarjament, u fit-tul, il-forniment tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri skont ir-rekwiżiti stipulati fil-pjan ta’ trasport pubbliku.

(b) isostnu finanzjarjament, u fit-tul, il-forniment tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri skont ir-rekwiżiti stipulati fil-pjan ta’ trasport pubbliku u b’approċċ integrat.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a – paragrafu 5 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta, b'mod xieraq, mal-partijiet interessati rilevanti –fosthom, bħala minimu, l-operaturi tat-trasport, l-amministratturi tal-infrastruttura fejn xieraq, u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-passiġġieri u lill-impjegati–, rigward dawn l-ispeċifikazzjonijiet, u għandha tqis il-pożizzjonijiet tagħhom.

L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta, b'mod xieraq, mal-partijiet interessati rilevanti –fosthom, bħala minimu, l-operaturi tat-trasport, l-amministratturi tal-infrastruttura u l-organizzazzjonijiet tal-passiġġieri u tal-impjegati u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw persuni b’diżabilità u persuni anzjani–, rigward dawn l-ispeċifikazzjonijiet, u għandha tqis il-pożizzjonijiet tagħhom.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a - paragrafu 6 - punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-volum annwali massimu ta' kuntratt ta' servizz pubbliku f'termini ta' kilometri ta' ferrovija għandu jkun l-ogħla valur minn 10 miljun kilometru ta' ferrovija jew terz tal-volum totali tat-trasport ferrovjarju pubbliku nazzjonali tal-passiġġieri fil-qafas ta' kuntratt ta' servizz pubbliku."

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dawn iċ-ċifri għandhom jikkunsidraw id-differenzi tal-Istati Membri.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b – l-aħħar sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku li ma jingħatawx skont l-Artikolu 5(3), dawn il-parametri għandhom jiġu ddeterminati b'mod li l-ebda ħlas ta’ kumpens ma jista' jaqbeż l-ammont meħtieġ biex ikopri l-impatt finanzjarju nett fuq il-kostijiet imġarrba u d-dħul iġġenerat fil-qadi tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, b'kunsiderazzjoni għad-dħul marbut miegħu miżmum mill-operatur tas-servizz pubbliku, u qligħ raġonevoli;

Fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku li ma jingħatawx skont l-Artikolu 5(3), dawn il-parametri għandhom jiġu ddeterminati b'mod li l-ebda ħlas ta’ kumpens ma jista' jaqbeż l-ammont meħtieġ biex ikopri l-impatt finanzjarju nett fuq il-kostijiet imġarrba u d-dħul iġġenerat fil-qadi tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, b'kunsiderazzjoni għad-dħul marbut miegħu miżmum mill-operatur tas-servizz pubbliku, u qligħ raġonevoli u l-ammont neċessarju għall-investimenti meħtieġa biex jittejbu d-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-kwalità tas-servizzi tal-passiġġieri;

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid)

Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 4 – paragrafu 5

 

Present text

Emenda

(ba) Il-paragrafu 5 jinbidel b'li ġej:

"5. Mingħajr ħsara għad-dritt nazzjonali u tal-Unjoni, inklużi ftehimiet kollettivi bejn is-sħab soċjali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jobbligaw lill-operatur ta' servizz pubbliku magħżul li jagħti lill-persunal li kien imqabbad minn qabel biex jipprovdi servizzi d-drittijiet li għalihom kien intitolat kieku kien hemm trasferiment fis-sens tad-Direttiva 2001/23/KE. Dik id-Direttiva ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jissalvagwardjaw il-kundizzjonijiet tat-trasferiment tad-drittijiet tal-impjegati minbarra dawk koperti minn dik id-Direttiva 2001/23/KE. L-Istati Membri huma obbligati jqisu l-istandards tax-xogħol u soċjali l-aktar favorevoli għall-ħaddiema, stabbiliti mil-liġijiet nazzjonali, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi jew ftehimiet kollettivi jew ftehimiet konklużi bejn is-sħab soċjali.

Fejn l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġu li operaturi ta' servizz pubbliku jkunu konformi ma' ċerti standards soċjali, dokumenti ta' sejħiet għall-offerti u kuntratti ta' servizz pubbliku għandhom jelenkaw il-persunal ikkonċernat u jagħtu dettalji trasparenti tad-drittijiet kuntrattwali tagħhom u l-kundizzjonijiet li taħthom l-impjegati huma meqjusin li huma marbuta mas-servizzi.”

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3 – punt c

Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 4 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn l-awtoritajiet kompetenti, skont il-liġi nazzjonali, jirrikjedu li l-operaturi ta’ servizz pubbliku jikkonformaw ma' ċerti standards ta’ kwalità jew soċjali, jew fejn jistabbilixxu kriterji soċjali u kwalitattivi, dawn l-istandards u kriterji għandhom jiġu inklużi fid-dokumenti tas-sejħiet għall-offerti, kif ukoll fil-kuntratti ta’ servizz pubbliku.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr ħsara għad-dritt nazzjonali u d-dritt tal-Unjoni, inklużi ftehimiet kollettivi konklużi bejn is-sħab soċjali, jistabbilixxu standards applikabbli ta’ kwalità, soċjali u ambjentali, jiddeterminaw kriterji soċjali u kwalitattivi xierqa u jinkludu dawn l-istandards u kriterji fid-dokumenti tas-sejħiet għall-offerti, kif ukoll fil-kuntratti ta’ servizz pubbliku, irrispettivament mill-proċedura ta’ għoti, sakemm fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali ma jkunx hemm liġi, regolament jew ftehim kollettiv vinkolanti għas-settur kollu, inklużi standards soċjali vinkolanti u ma jkunx jeżisti trasferiment obbligatorju tal-persunal f’każ ta’ bidla tal-operatur, għall-persunal ikkonċernat.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4 – punt -a (ġdid)

Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

(-a) Qed jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a. L-awtorità kompetenti tista’ teskludi mill-proċeduri kompetittivi ta’ sejħa għall-offerti l-operaturi jew l-impriżi fejn il-kontroll jiġi eżegwit direttament jew indirettament minn persuna jew persuni minn pajjiż terz jew pajjiżi terzi jekk dawn il-pajjiżi ma jkollhom l-ebda dispożizzjoni li tippermetti sejħiet għall-offerti kompetittivi għall-kumpaniji mill-Istati Membri tal-Unjoni jew ma jipprovdux aċċess effettiv għas-swieq tagħhom. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-kontroll għandu jkun magħmul minn drittijiet, kuntratti jew kwalunkwe mezz ieħor li, b’mod separat jew flimkien u fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet tal-fatti jew tal-liġi involuti, jagħtu l-possibbiltà li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq impriża, b’mod partikolari permezz ta’:

(a) is-sjieda jew id-dritt tal-użu tal-assi kollha ta’ impriża jew parti minnhom;

(b) id-drittijiet jew il-kuntratti li jikkonferixxu influwenza deċiżiva fuq il-kompożizzjoni, il-votazzjoni jew id-deċiżjonijiet tal-organi ta’ impriża.”

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4 – punt a

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 5 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Il-paragrafu 4 jinbidel b'li ġej:

imħassar

‘‘4. Għajr fejn hu pprojbit bil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jagħtu kuntratti ta’ servizz pubbliku b'mod dirett:

 

(a) fejn il-valur annwali medju tagħhom huwa stmat għal inqas minn EUR 1 000 000, jew inqas minn EUR 5 000 000 fil-każ ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku li jinkludi t-trasport pubbliku bil-ferrovija, jew

 

(b) fejn jikkonċernaw il-forniment annwali ta’ inqas minn 300 000 kilometru ta’ servizzi ta’ trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri, jew inqas minn 150 000 kilometru fil-każ ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku li jinkludi t-trasport ferrovjarju pubbliku.

 

Fil-każ ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku li jingħata direttament lil impriża żgħira jew ta’ daqs medju li ma toperax iktar minn 23 vettura bit-triq, dawn il-limiti jistgħu jiżdiedu, jew għal valur annwali medju stmat għal inqas minn EUR 2 000 000, jew għal forniment annwali ta’ inqas minn 600 000 kilometru ta’ servizzi ta’ trasport pubbliku tal-passiġġieri."

 

 

 

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur jissuġġerixxi li l-proposta tal-Kummissjoni tiġi rifjutata u biex jerġa’ jintuża l-paragrafu 4 oriġinali tal-Artikolu 5 (2012/34/UE). L-Istati għandhom ikunu jistgħu jagħżlu skont il-ħtiġijiet partikolari tagħhom - li jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor - liema strument huwa l-aktar xieraq. It-tneħħija tal-għażla tal-Kummissjoni Ewropea turi nuqqas ta’ fiduċja u xewqa li jiġu ġestiti d-deċiżjonijiet sovrani tal-Istati Membri, kif diġà ġiet ikkritikata għan-nuqqas ta’ rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà minn għadd ta’ parlamenti nazzjonali – u għalhekk għandha tiġi miċħuda mill-Parlament Ewropew.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4 – punt a

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 5 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) abbażi ta’ rapport tekniku preċiż, imħejji mhux aktar minn 24 xahar qabel it-tmiem tal-kuntratt fis-seħħ u indirizzat lill-awtorità regolatorja nazzjonali indipendenti u li jkopri l-kriterji li ġejjin:

 

– struttura kumplessa tan-netwerk li teħtieġ approċċ multimodali globali minħabba d-densità tas-sistema ferrovjarja taż-żona ġeografika kkonċernata kif ukoll il-frekwenza tas-servizzi jew minħabba s-sistema ferrovjarja li tippreżenta speċifikazzjonijiet tekniċi li huma differenti b’mod sinifikanti mill-istandards tradizzjonali;

 

– dimensjoni ekonomika li tippermetti li tiġi ġġustifikata l-vijabbiltà ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku permezz tal-issussidjar reċiproku bejn żoni profittabbli u żoni mhux profittabbli u/jew il-qligħ tal-produttività u l-prestazzjoni ta’ operatur f’żieda kif mixtieq mill-awtorità kompetenti;

 

– sodisfazzjon għoli tal-utenti tal-Kuntratt ta' Servizz Pubbliku fis-seħħ kif ippreżentat fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 7(1).

 

Wara li tirċievi dan ir-rapport, l-awtorità regolatorja nazzjonali indipendenti għandha tiddeċiedi dwar il-validità tat-talba tal-awtorità kompetenti. L-opinjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali indipendenti tkun vinkolanti u applikabbli minnufih.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4 – punt b

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 5 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Il-paragrafu 6 jinbidel b'li ġej:

imħassar

"L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li, sabiex iżidu l-kompetizzjoni bejn l-impriżi ferrovjarji, il-kuntratti għat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri li jkopru partijiet mill-istess netwerk jew pakkett ta’ rotot għandhom jingħataw lil impriżi ferrovjarji differenti. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu, qabel ma jvaraw il-proċedura tas-sejħa għall-offerti, li jillimitaw l-għadd ta' kuntratti li għandhom jingħataw lill-istess impriża ferrovjarja."

 

Ġustifikazzjoni

Il-proposta għandha l-għan li tħassar l-Artikolu 5(6) u jitbiddel b'dan it-test, madankollu huwa importanti li jibqa' l-Paragrafu 6 l-oriġinali u dan it-test il-ġdid jista' jiżdied aktar tard.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4 – punt ba (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 5 – paragrafu 6a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

(ba) Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"6a. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li, sabiex tiżdied il-kompetizzjoni bejn l-impriżi ferrovjarji, il-kuntratti għat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri li jkopru partijiet mill-istess netwerk jew pakkett ta’ rotot għandhom jingħataw lil impriżi ferrovjarji differenti. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu, qabel ma jniedu l-proċedura tas-sejħa għall-offerti, li jillimitaw l-għadd ta' kuntratti li għandhom jingħataw lill-istess impriża ferrovjarja. Madankollu, dan ma jistax iwassal li s-servizzi jsiru inqas aċċessibbli għall-passiġġieri, li jinħolqu jew jaggravaw xi ostakli jew li titnaqqas il-firxa tas-servizzi."

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 5a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. F'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-aċċess effettiv u mingħajr diskriminazzjoni għal vetturi ferrovjarji xierqa għat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri, f'isem l-operaturi li jixtiequ jipprovdu servizzi ta’ trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri fil-qafas ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku.

1. F'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-aċċess effettiv u mingħajr diskriminazzjoni għal vetturi ferrovjarji xierqa għat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri, f'isem l-operaturi li jixtiequ jipprovdu servizzi ta’ trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri fil-qafas ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 5a – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każijiet imsemmija fil-punti (b) u (c), l-awtorità kompetenti għandu jkollha d-dritt li tirrikjedu li l-operatur tas-servizz pubbliku jittrasferixxi l-vetturi ferrovjarji, wara l-iskadenza tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku, lill-operatur ġdid li jkun ingħata kuntratt. L-awtorità kompetenti tista' tobbliga lill-operatur ġdid tat-trasport pubbliku jieħu l-vetturi ferrovjarji f'idejh. Dan it-trasferiment għandu jsir b'rati tas-suq.

Fil-każijiet imsemmija fil-punti (b) u (c), l-awtorità kompetenti għandu jkollha d-dritt li tirrikjedu li l-operatur tas-servizz pubbliku jittrasferixxi l-vetturi ferrovjarji, wara l-iskadenza tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku, lill-operatur ġdid li jkun ingħata kuntratt. L-awtorità kompetenti tista' tobbliga lill-operatur ġdid tat-trasport pubbliku jieħu l-vetturi ferrovjarji f'idejh. Dan it-trasferiment għandu jsir bil-prezzijiet tas-suq.

 

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 7 – punt a

Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"1. Kull awtorità kompetenti għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni, darba fis-sena, rapport aggregat dwar l-obbligi ta' servizz pubbliku li għalihom hija responsabbli, id-data tal-bidu u t-tul ta' żmien tal-kuntratti ta' servizz pubbliku, l-operaturi magħżula ta' servizz pubbliku, u l-ħlasijiet ta' kumpens u d-drittijiet esklussivi mogħtija lill-istess operaturi ta’ servizz pubbliku permezz ta’ rimborż. Ir-rapport għandu jiddistingwi bejn it-trasport bix-xarabank u t-trasport ferrovjarju, għandu jippermetti l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni, il-kwalità u l-iffinanzjar tan-netwerk tat-trasport pubbliku, u fejn xieraq, għandu jipprovdi tagħrif dwar in-natura tad-drittijiet esklussivi mogħtija u safejn jaslu. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-aċċess ċentrali għal dawn ir-rapporti, ngħidu aħna permezz ta’ portal tal-internet komuni."

"1. Kull awtorità kompetenti għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni, darba fis-sena, rapport aggregat dwar l-obbligi ta' servizz pubbliku li għalihom hija responsabbli, id-data tal-bidu u t-tul ta' żmien tal-kuntratti ta' servizz pubbliku, l-operaturi magħżula ta' servizz pubbliku, u l-ħlasijiet ta' kumpens u d-drittijiet esklussivi mogħtija lill-istess operaturi ta’ servizz pubbliku permezz ta’ rimborż. Ir-rapport għandu jivvaluta l-prestazzjoni f'termini ta' konformità u jispeċifika l-indikaturi kollha tas-servizz tat-trasport, inklużi l-puntwalità, l-affidabbiltà, l-indafa u s-sodisfazzjon tal-utenti permezz ta’ stħarriġ pubbliku u r-rata minima tal-użu tal-kapaċità. Ir-rapport għandu jiddistingwi bejn it-trasport bix-xarabank u t-trasport ferrovjarju, għandu jippermetti l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni, il-kwalità u l-iffinanzjar tan-netwerk tat-trasport pubbliku, u fejn xieraq, għandu jipprovdi tagħrif dwar in-natura tad-drittijiet esklussivi mogħtija u safejn jaslu. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-aċċess ċentrali għal dawn ir-rapporti, ngħidu aħna permezz ta’ portal tal-internet komuni. Il-Kummissjoni għandha tħejji ġabra ta’ dawn ir-rapporti, u tibgħatha, fil-lingwi ta' ħidma kollha, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill."

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8 – punt a

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"2. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 3, l-għoti ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku bil-ferrovija, bl-eċċezzjoni ta’ modi oħra bbażati fuq il-binarji bħall-metro u t-tramm, għandu jikkonforma mal-Artikolu 5(3) sa mit-3 ta’ Diċembru 2019. Kull kuntratt ta’ servizz pubbliku b'modi oħra bbażati fuq il-binarji u bit-triq irid ikun ingħata skont l-Artikolu 5(3) sa mhux aktar tard mit-3 ta’ Diċembru 2019. Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni li jibqa' sejjer sat-3 ta’ Diċembru 2019, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jikkonformaw progressivament mal-Artikolu 5(3), sabiex jevitaw problemi strutturali serji, partikularment b'rabta mal-kapaċità tat-trasport."

Mingħajr ħsara għall-paragrafu 3, l-għoti ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku li jikkonċernaw it-trasport bit-triq u modi oħra bbażati fuq il-binarji bħall-metro u t-tramm, għandu jikkonforma mal-Artikolu 5 mit-3 ta’ Diċembru 2019. L-għoti ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku, li jikkonċernaw it-trasport ferrovjarju, irid ikun ingħata skont l-Artikolu 5 mit-3 ta’ Diċembru 2029 ’il quddiem. Matul il-perjodi ta’ tranżizzjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jikkonformaw progressivament mal-Artikolu 5(3), sabiex jevitaw problemi strutturali serji, partikolarment b’rabta mal-kapaċità tat-trasport."

Ġustifikazzjoni

S'issa ftit ħafna pajjiżi japplikaw il-proċedura ta' offerti kompetittiva skont l-Artikolu 5(3) fil-qasam tat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri; għalhekk huwa neċessarju li l-perjodu jiġi estiż sas-sena 2029.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8 – punt b

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 8 – paragrafu 2a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"2a. Il-kuntratti ta’ servizz pubbliku għat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri li jingħataw bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u t-2 ta’ Diċembru 2019 jistgħu jkomplu sad-data tal-iskadenza tagħhom. Madankollu, jiġri x'jigri, ma għandhomx ikomplu lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2022."

"2a. Il-kuntratti ta’ servizz pubbliku għat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri li jingħataw qabel it-3 ta’ Diċembru 2029 jistgħu jkomplu sad-data tal-iskadenza tagħhom."

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jiġi kkonsolidat mar-Regolament emendat minnu fi żmien tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri

Referenzi

COM(2013)0028 – C7-0024/2013 – 2013/0028(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

7.2.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

7.2.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Frédéric Daerden

25.3.2013

Eżami fil-kumitat

18.9.2013

17.10.2013

14.11.2013

 

Data tal-adozzjoni

18.11.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

7

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Jean-Luc Bennahmias, Phil Bennion, Pervenche Berès, Vilija Blinkevičiūtė, Philippe Boulland, David Casa, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Minodora Cliveti, Marije Cornelissen, Frédéric Daerden, Karima Delli, Sari Essayah, Thomas Händel, Marian Harkin, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Ádám Kósa, Jean Lambert, Patrick Le Hyaric, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Nicole Sinclaire, Gabriele Stauner, Andrea Zanoni, Inês Cristina Zuber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Claudette Abela Baldacchino, Georges Bach, Jelko Kacin, Ria Oomen-Ruijten, Antigoni Papadopoulou, Evelyn Regner

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marita Ulvskog

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (16.10.2013)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri
(COM(2013)0028 – C7‑0024/2013 – 2013/0028(COD))

Rapporteur: Rosa Estaràs Ferragut

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-għan ewlieni tal-politika tat-trasport tal-Unjoni Ewropea huwa li jiġi stabbilit suq intern tat-trasport li jikkontribwixxi għal livell għoli ta’ kompetittività u għall-iżvilupp armonjuż, ibbilanċjat u sostenibbli tal-attivitajiet ekonomiċi.

Il-kompetizzjoni bejn l-impriżi ferrovjarji għadha mxekkla minħabba l-imġiba protezzjonista ta’ ċerti operaturi kkonsolidati u l-ġestjoni kollużiva tal-infrastruttura ferrovjarja. L-operaturi l-ġodda li jixtiequ jidħlu fis-suq jiġu diskriminati fir-rigward tal-aċċess għall-infrastrutturi u s-servizzi ferrovjarji, li sikwit ikunu l-proprjetà tal-istess impriżi li jiġġestixxuhom.

Sa mis-sena 2000 il-prinċipji ta’ kompetittività u żvilupp ekonomiku armonjuż, bilanċjat u sostenibbli msemmija hawn fuq bdew jitwettqu progressivament, bil-kontribut tal-adozzjoni ta’ tliet pakketti suċċessivi ta’ atti leġiżlattivi tal-UE. Madankollu, is-sehem modali tal-ferroviji għadu modest, minħabba li l-ferroviji mhux dejjem ikunu adattati għal ħafna traġitti urbani ta’ distanza qasira, u anke minħabba ostakoli għad-dħul fis-suq li jxekklu l-kompetizzjoni u l-innovazzjoni.

Fl-2012, partijiet minn din il-leġiżlazzjoni ġew simplifikati, ikkonsolidati u msaħħa permezz tad-Direttiva Nru 2012/34/UE, li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, li rifdet id-dispożizzjonijiet eżistenti dwar il-kompetizzjoni, is-superviżjoni regolatorja u l-istruttura finanzjarja tas-settur ferrovjarju.

Huwa stmat li 90% tas-servizzi tal-passiġġieri huma koperti minn obbligi ta’ servizz pubbliku, u dan jagħti lill-amministrazzjonijiet ħafna lok ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku jew għotjiet diretti. L-għan tas-sejħa għall-offerti obbligatorja u kompetittiva għall-kuntratti ta’ servizz pubbliku huwa li tiġi intensifikata l-pressjoni kompetittiva fuq is-swieq ferrovjarji domestiċi, sabiex is-servizzi tal-passiġġieri jikbru fil-kwantità u jitjiebu fil-kwalità.

Il-ftuħ tas-swieq ferrovjarji nazzjonali għall-kompetizzjoni transfruntiera huwa pass sinifikanti lejn il-ħolqien ta’ żona ferrovjarja Ewropea integrata. Ir-raba’ pakkett ferrovjarju ikompli jespandi fuq il-leġiżlazzjoni tal-UE fis-seħħ rigward l-aċċess għas-suq ferrovjarju. Il-Kummissjoni timmira li permezz tiegħu tneħħi l-ostakoli għall-kompetizzjoni ġusta.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Tul l-aħħar deċennju, iż-żieda fit-traffiku ferrovjarju tal-passiġġieri ma kinitx biżżejjed biex jiżdied is-sehem modali tiegħu meta mqabbel mal-karozzi u l-avjazzjoni. Is-sehem modali ta' 6 % ta' trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija fl-Unjoni Ewropea baqa' pjuttost stabbli. Is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri ma laħħqux mal-evoluzzjoni tal-bżonnijiet f'termini ta’ disponibbiltà u kwalità.

(1) Tul l-aħħar deċennju, iż-żieda fit-traffiku ferrovjarju tal-passiġġieri ma kinitx biżżejjed biex jiżdied is-sehem modali tiegħu meta mqabbel mal-karozzi u l-avjazzjoni. Is-sehem modali ta' 6 % ta' trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija fl-Unjoni Ewropea baqa' pjuttost stabbli. Is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri, meta mqabbla ma' mezzi oħra ta' trasport, ma laħħqux mal-evoluzzjoni tal-bżonnijiet f'termini ta’ disponibbiltà, prezzijiet u kwalità.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Sabiex jiġi żgurat iffinanzjar sod għall-ilħiq tal-għanijiet tal-pjanijiet ta’ trasport pubbliku, l-awtoritajiet kompetenti jridu jfasslu obbligi ta' servizz pubbliku sabiex jilħqu l-għanijiet ta' trasport pubbliku b'mod kosteffettiv, li jqis il-kumpens għall-impatt finanzjarju nett ta’ dawk l-obbligi, u jridu jiżguraw ukoll is-sostenibbiltà finanzjarja fit-tul tat-trasport pubbliku pprovdut fil-qafas ta' kuntratti ta' servizz pubbliku.

(5) Biex l-għanijiet tal-pjanijiet ta’ trasport pubbliku jintlaħqu b’mod effiċjenti, l-awtoritajiet kompetenti jridu jfasslu obbligi ta' servizz pubbliku filwaqt li jqisu l-kumpens għall-impatt finanzjarju nett ta’ dawk l-obbligi, u jridu jiżguraw ukoll is-sostenibbiltà finanzjarja fit-tul tat-trasport pubbliku pprovdut fil-qafas ta' kuntratti ta' servizz pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Tfassil mill-ġdid tat-test biex jinftiehem aħjar.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Biex jiġi ffaċilitat it-tfassil ta’ sejħiet għall-offerti u b'hekk tittejjeb il-kompetizzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jridu jiżguraw li l-operaturi kollha ta' servizz pubbliku interessati li jressqu applikazzjoni jirċievu ċertu tagħrif dwar is-servizzi ta' trasport u l-infrastruttura koperti mill-kuntratt ta' servizz pubbliku.

(8) Biex jiġi ffaċilitat it-tfassil ta’ sejħiet għall-offerti u b'hekk tittejjeb il-kompetizzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jridu jiżguraw li l-operaturi kollha ta' servizz pubbliku interessati li jressqu applikazzjoni jirċievu ċertu tagħrif dwar is-servizzi ta' trasport u l-infrastruttura koperti mill-kuntratt ta' servizz pubbliku, sabiex huma ma jkunux żvantaġġati mill-awtorità kontraenti fir-rigward ta' kompetituri oħrajn.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 9 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Il-prinċipju tar-reċiproċità huwa mezz importanti biex jiġi evitat tgħawwiġ fil-kompetizzjoni; dan il-prinċipju għandu japplika għall-impriżi minn pajjiżi terzi li jkunu jridu jieħdu sehem fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku fi ħdan l-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-pajjiżi terzi ma għandhomx jingħataw il-possibilità li jipparteċipaw fil-proċedura kompetittiva ta’ akkwist pubbliku fl-Istati tal-UE, sakemm dawn il-pajjiżi ma jkunux fetħu s-suq tagħhom stess għall-Istati Membri tal-UE.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Fejn is-suq ma jiżgurax l-aċċess tal-operaturi tas-servizz pubbliku għall-vetturi ferrovjarji b’kundizzjonijiet xierqa ekonomiċi u mingħajr diskriminazzjoni, tali aċċess għandu jiġi ffaċilitat mill-awtoritajiet kompetenti permezz ta’ miżuri xierqa u effettivi.

(12) Fejn is-suq ma jiżgurax l-aċċess tal-operaturi tas-servizz pubbliku għall-vetturi ferrovjarji b’kundizzjonijiet xierqa ekonomiċi u mingħajr diskriminazzjoni, tali aċċess għandu jiġi ffaċilitat mill-awtoritajiet kompetenti. Madankollu, dawn għandhom jaraw li operatur ma jkunx żvantaġġat fir-rigward ta' operaturi oħra.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) It-tħejjija tal-impriżi ferrovjarji għas-sejħiet tal-offerti kompetittivi obbligatorji għall-kuntratti ta’ servizz pubbliku teħtieġ aktar żmien biex tippermetti r-ristrutturar intern effettiv u sostenibbli tal-impriżi li ngħatawlhom direttament tali kuntratti fil-passat. Għaldaqstant, jeħtieġu miżuri ta’ tranżizzjoni għall-kuntratti mogħtija direttament, bejn id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u t-3 ta’ Diċembru 2019.

(15) It-tħejjija tal-impriżi ferrovjarji għas-sejħiet tal-offerti kompetittivi għall-kuntratti ta’ servizz pubbliku teħtieġ aktar żmien biex tippermetti r-ristrutturar intern effettiv u sostenibbli tal-impriżi li ngħatawlhom direttament tali kuntratti fil-passat. Għaldaqstant, jeħtieġu miżuri ta’ tranżizzjoni għall-kuntratti mogħtija direttament, bejn id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u t-3 ta’ Diċembru 2019.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Fil-kuntest tal-emendi għar-Regolament (KE) Nru 994/98 (ir-Regolament ta’ Abbilitazzjoni), il-Kummissjoni pproponiet ukoll emenda għar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (COM(2012) 730/3). Sabiex jiġi armonizzat l-approċċ għar-regolamenti ta’ eżenzjoni ta’ kategorija fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, u skont il-proċeduri previsti fl-Artikoli 108(4) u 109 tat-Trattat, l-għajnuna għall-koordinazzjoni tat-trasport jew ir-rimborż għall-qadi ta’ ċerti obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku, kif imsemmi fl-Artikolu 93 tat-Trattat, għandhom jinġiebu fil-kamp ta’ amplikazzjoni tar-Regolament ta’ Abbilitazzjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

It-trasferiment tal-prinċipju tal-eżenzjoni mill-obbligu ta' rappurtar ta' pagamenti ta' kumpens għal regolament ieħor jista' jibdel ir-raġunar kollu tar-Regolament dwar l-obbligi ekonomiċi komuni u jkun ta' riskju għas-sigurtà legali tas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Ir-Regolament 1370/2007/KE

Artikolu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) "(c) "awtorità kompetenti lokali" tfisser kwalunkwe awtorità kompetenti li l-ambitu ġeografiku tal-kompetenza tagħha mhijiex nazzjonali, u li tkopri l-bżonnijiet ta’ trasport ta’ agglomerazzjoni urbana jew ta’ distrett rurali;"

(c) "(c) "awtorità kompetenti lokali" tfisser kwalunkwe awtorità kompetenti li l-ambitu ġeografiku tal-kompetenza tagħha mhuwiex limitat għat-territorju nazzjonali ta' Stat Membru, u li tkopri l-bżonnijiet ta’ trasport ta’ reġjun jew agglomerazzjoni urbana jew ta’ distrett rurali, inkluż f'livell transkonfinali;"

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni għandha tiġi fformulata b'mod aktar ċar sabiex tippermetti l-iżvilupp ta' awtoritajiet tat-trasport b'ambitu transkonfinali. Lil hinn minn dan, ir-regolament preżenti għandu jestendi wkoll b'mod ċar għar-reġjuni.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Ir-Regolament 1370/2007/KE

Artikolu 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"L-ambitu tal-obbligi tas-servizz pubbliku għandu jeskludi kull servizz tat-trasport pubbliku li jmur lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex ikollu impatt ta netwerk lokali, reġjunali jew subnazzjonali."

L-ambitu tal-obbligi tas-servizz pubbliku għandu jinkludi kull servizz tat-trasport pubbliku li joħloq impatt ta' netwerk lokali, reġjonali jew subnazzjonali; tali impatt ta' netwerk jista' jirriżulta mill-integrazzjoni ta' rotot vijabbli u mhux vijabbli mill-aspett ekonomiku."

Ġustifikazzjoni

Meta jintlaħaq jew jinkiseb bilanċ ekonomiku jew profitt f'rotta ta' ferrovija reġjonali, fil-qafas ta' kuntratt ta' servizz pubbliku, din għandha tkun tista' tiġi kkombinata ma' rotot li jkunu b'telf, sabiex il-profitt tagħha jikkontribwixxi għall-finanzjament ta' din tal-aħħar u skont il-każ ikunu jistgħu jitjiebu b'mod konsiderevoli l-mezzi tekniċi meħtieġa biex topera.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Ir-Regolament 1370/2007/KE

Artikolu 2a (ġdid) – paragrafu 1 – test introduttorju

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw b'mod regolari l-pjanijiet ta’ trasport pubbliku tal-passiġġieri, b'mod li jkopru l-modi kollha rilevanti ta’ trasport għat-territorju li għalih huma responsabbli. Dawn il-pjanijiet ta’ trasport pubbliku għandhom jiddefinixxu l-għanijiet ta' politika tat-trasport pubbliku, kif ukoll il-mezzi għall-ilħiq tagħhom, b'mod li jkopru l-modi kollha rilevanti ta’ trasport għat-territorju li għalih huma responsabbli. Dawn il-pjanijiet ta' trasport pubbliku għandhom jinkludu mill-inqas:

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw b'mod regolari l-pjanijiet pluriennali tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri, b'mod li jkopru l-modi kollha rilevanti ta’ trasport għat-territorju li għalih huma responsabbli. Dawn il-pjanijiet ta’ trasport pubbliku għandhom jiddefinixxu l-għanijiet ta' politika tat-trasport pubbliku, kif ukoll il-mezzi għall-ilħiq tagħhom, b'mod li jkopru l-modi kollha rilevanti ta’ trasport għat-territorju li għalih huma responsabbli. Dawn il-pjanijiet ta' trasport pubbliku għandhom jinkludu mill-inqas:

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Ir-Regolament 1370/2007/KE

Artikolu 2a - paragrafu 1 - punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ir-rekwiżiti bażiċi li għandhom jiġu sodisfatti mill-offerta ta’ trasport pubbliku, bħall-aċċessibbiltà, il-konnettività territorjali, is-sigurtà, l-interkonnessjonijiet modali u intermodali fiċ-ċentri ewlenin ta' konnessjoni, u karatteristiċi tal-offerti, bħall-ħinijiet tal-operazzjoni, il-frekwenza tas-servizzi, u l-livell minimu ta' użu tal-kapaċità;

(b) ir-rekwiżiti bażiċi li għandhom jiġu sodisfatti mill-offerta ta’ trasport pubbliku, bħall-aċċessibbiltà, il-konnettività territorjali, is-sigurtà, l-interkonnessjonijiet modali u intermodali fiċ-ċentri ewlenin ta' konnessjoni, karatteristiċi tal-offerti bħall-prinċipji tat-tfassil tal-iskeda tal-vjaġġi u l-frekwenza tas-servizzi,;

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Ir-Regolament 1370/2007/KE

Artikolu 2a – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) ir-rekwiżiti tal-koeżjoni soċjali u territorjali;

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Ir-Regolament 1370/2007/KE

Artikolu 2a – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fit-tfassil tal-pjanijiet ta' trasport pubbliku, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu partikularment ir-regoli applikabbli fir-rigward tad-drittijiet tal-passiġġieri, u l-ħarsien soċjali, tal-impjiegi, u tal-ambjent.

Fit-tfassil tal-pjanijiet ta' trasport pubbliku, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu partikularment ir-regoli applikabbli fir-rigward tad-drittijiet tal-passiġġieri, u l-ħarsien soċjali, tal-impjiegi, u tal-ambjent.

 

Il-pjanijiet għat-trasport pubbliku għandhom jiġu ppreżentati lill-korp regolatorju għall-opinjoni tiegħu xahar qabel il-pubblikazzjoni tagħhom.

 

L-awtoritajiet responsabbli għandhom jikkoordinaw l-informazzjoni inkluża fl-iskedi tat-trasport rispettivi u jfasslu skedi tat-trasport għas-servizzi tat-trasport reġjonali transkonfinali.

Ġustifikazzjoni

Għandhom ikunu promossi l-intermodalità u l-koordinazzjoni transkonfinali.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Ir-Regolament 1370/2007/KE

Artikolu 2a (ġdid) – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw il-pjanijiet ta’ trasport pubbliku wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, u mbagħad għandhom jippubblikawhom. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-partijiet interessati rilevanti li għandhom jitqiesu, iridu jkunu, tal-anqas, operaturi tat-trasport, amministratturi tal-infrastruttura fejn xieraq, u organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-passiġġieri u l-impjegati.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw il-pjanijiet ta’ trasport pubbliku wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, u mbagħad għandhom jippubblikawhom. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-partijiet interessati rilevanti li għandhom jitqiesu, iridu jkunu, tal-anqas, operaturi tat-trasport, amministratturi tal-infrastruttura fejn xieraq, u organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-passiġġieri u l-impjegati.

 

L-operaturi ta' servizzi pubbliċi tal-preżent huma obbligati li jekk jintalbu dan, jittrażmettu lill-awtoritajiet responsabbli d-dejta meħtieġa fi żmien limitu ta' xahar. Dan japplika wkoll għall-awtoritajiet ta' Stat Membru tal-viċinat.

Ġustifikazzjoni

Għat-trasport pubbliku, jeħtieġ li jkun hemm dejta eżatta dwar l-iżvilupp tas-swieq għall-mezzi ta' trasport individwali. Il-parteċipanti fis-suq għandu jkollhom disponibbli s-sorsi ta' informazzjoni l-aktar importanti u għandhom jaqsmu din l-informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 2a – paragrafu 4 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jiksbu l-għanijiet tal-pjan ta’ trasport pubbliku fl-iktar mod kosteffettiv possibbli;

(a) jiksbu l-għanijiet tal-pjan ta’ trasport pubbliku b'mod effiċjenti;

Ġustifikazzjoni

It-terminu 'rentable' (vijabbli) użat fil-verżjoni Spanjola, tal-proposta tal-Kummissjoni mhuwiex xieraq peress li, b'definizzjoni, il-'profitabilità' mhijiex possibbli fir-rigward ta' kuntratti derivati minn obbligi ta’ servizz pubbliku. Għaldaqstant, l-evalwazzjoni tat-twettiq tal-għanijiet tal-pjan tat-trasport pubbliki għandha tuża kriterji usa’.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 3 - punt d

Ir-Regolament 1370/2007/KE

Artikolu 4 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-partijiet kollha interessati tagħrif għat-tħejjija ta' offerta fil-qafas ta' proċedura ta' sejħa kompetittiva għall-offerti. Dan it-tagħrif għandu jinkludi informazzjoni dwar id-domanda ta’ passiġġieri, it-tariffi, il-kostijiet u d-dħul marbutin mat-trasport pubbliku tal-passiġġieri kopert mill-offerta, u dettalji dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-infrastruttura rilevanti għall-operazzjoni tal-vetturi meħtieġa jew tal-vetturi ferrovjarji, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jfasslu pjanijiet ta’ negozju infurmati sew. mministratturi tal-infrastruttura ferrovjarja għandhom jappoġġjaw lill-awtoritajiet kompetenti billi jipprovdu l-ispeċifikazzjonijiet infrastrutturali kollha rilevanti. In-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati hawn fuq ikun suġġett għar-reviżjoni legali pprovduta fl-Artikolu 5(7)."

8. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-partijiet kollha interessati tagħrif għat-tħejjija ta' offerta fil-qafas ta' proċedura ta' sejħa kompetittiva għall-offerti. L-operaturi tal-infrastruttura, speċjalment l-operaturi tat-trasport ferrovjarju li jwettqu jew li wettqu l-kuntratt tas-servizz pubbliku għandhom jgħinu lill-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-funzjonijiet rilevanti kollha. Huma responsabbli mill-eżattezza tad-dejta trażmessa lill-awtorità responsabbli filwaqt li jirrispettaw il-kunfidenzjalità ta' tranżazzjonijiet kummerċjali. Dan it-tagħrif għandu jinkludi informazzjoni dwar id-domanda ta’ passiġġieri, it-tariffi, il-kostijiet u d-dħul marbutin mat-trasport pubbliku tal-passiġġieri kopert mill-offerta, u dettalji dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-infrastruttura rilevanti għall-operazzjoni tal-vetturi meħtieġa jew tal-vetturi ferrovjarji, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jfasslu pjanijiet ta’ negozju infurmati sew. mministratturi tal-infrastruttura ferrovjarja għandhom jappoġġjaw lill-awtoritajiet kompetenti billi jipprovdu l-ispeċifikazzjonijiet infrastrutturali kollha rilevanti. In-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati hawn fuq ikun suġġett għar-reviżjoni legali pprovduta fl-Artikolu 5(7). L-operatur attwali ta' rotta jew netwerk li jkun is-suġġett ta' sejħa għal offerti skont il-proċeduri kompetittivi ta' akkwist pubbliku għandu jittrażmetti lill-awtorità responsabbli mingħajr ħlas, b'mod komplut u eżatt l-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija tal-offerta, speċjalment dwar id-domanda ta' trasport u d-dħul akkwistat mit-trasport tal-passiġġieri. L-operatur preċedenti tat-trasport ferrovjarju u l-operatur tal-infrastruttura għandhom jroddu lura kull telf lill-operaturi l-oħra, li jirriżulta lilhom minħabba offerti bbażati fuq informazzjoni falza jew nieqsa.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni tal-operatur tal-infrastruttura mhijiex suffiċjenti għax ma tinkludix id-dejta kummerċjali tal-operatur tas-servizzi ta' trasport ferrovjarju. L-operaturi preċedenti jew attwali għandhom jagħtu informazzjoni korrispondenti, speċjalment l-operaturi stabbiliti, biex jiżguraw aċċess mingħajr diskriminazzjoni għall-informazzjoni. Dan huwa meħtieġ għax inkella l-awtoritajiet kompetenti jkollhom ċertu obbligi li ma jkunux jistgħu jissodisfaw.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 4 – punt a (ġdid)

Ir-Regolament 1370/2007/KE

Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) Il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

 

‘3a. "L-awtorità kompetenti tista’ teskludi operaturi minn pajjiżi terzi mill-proċedura kompetittiva ta’ proċeduri ta' akkwist pubbliku, jekk dawn il-pajjiżi terzi ma jipprevedu l-ebda proċedura kompetittiva ta’ akkwist pubbliku għal kumpaniji mill-Istati Membri."

Ġustifikazzjoni

Il-pajjiżi terzi ma għandhomx jingħataw il-possibilità li jipparteċipaw fil-proċedura kompetittiva ta’ akkwist pubbliku fl-Istati tal-UE, sakemm dawn il-pajjiżi ma jkunux fetħu s-suq tagħhom stess għall-Istati Membri tal-UE.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 4 – punt a

Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Id-dewmien tal-kuntratti mogħtija direttament m’għandux jaqbeż il-ħames snin fejn il-valur annwali medju tagħhom huwa stmat għal inqas minn EUR 1,000,000, jew inqas minn EUR 5,000,000 fil-każ ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku li jinkludi t-trasport pubbliku bil-ferrovija, jew

(a) Id-dewmien tal-kuntratti mogħtija direttament m’għandux jaqbeż il-ħames snin fejn il-valur annwali medju tagħhom huwa stmat għal inqas minn EUR 1,000,000, jew inqas minn EUR 5,000,000 fil-każ ta’ kuntratt li jinkludi t-trasport pubbliku bil-ferrovija, jew,

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 4 – punt a

Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) fejn jikkonċernaw il-forniment annwali ta’ inqas minn 300,000 kilometru ta’ servizzi ta’ trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri, jew inqas minn 150,000 kilometru fil-każ ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku li jinkludi t-trasport ferrovjarju pubbliku.

(b) fejn jikkonċernaw il-forniment annwali ta’ inqas minn 300 000 kilometru ta’ servizzi ta’ trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri, jew inqas minn 1 500 000 kilometru fil-każ ta’ kuntratt li jinkludi t-trasport ferrovjarju pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċifra ta’ 150 000 kilometru, b’rabta maċ-ċifra ta’ 300 000, mhix koerenti ma’ dik tal-ittra a). Iċ-ċifra għandha tinbidel għal 1 500 000 kilometru għal kuntratti li jinkludu t-trasport ferrovjarju.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 5

Ir-Regolament 1370/2007/KE

Artikolu 5a (ġdid) – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. F'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-aċċess effettiv u mingħajr diskriminazzjoni għal vetturi ferrovjarji xierqa għat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri, f'isem l-operaturi li jixtiequ jipprovdu servizzi ta’ trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri fil-qafas ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku.

1. F'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-istess kundizzjonijiet u aċċess mingħajr diskriminazzjoni għal vetturi ferrovjarji xierqa għat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri, f'isem l-operaturi li jixtiequ jipprovdu servizzi ta’ trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri fil-qafas ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 5

Ir-Regolament 1370/2007/KE

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità kompetenti tista' tikkonforma mar-rekwiżit stipulat fl-ewwel subparagrafu f'wieħed mill-modi li ġejjin:

L-awtorità kompetenti tista' tikkonforma mar-rekwiżit stipulat fl-ewwel subparagrafu b'modi differenti u modi li jwasslu għall-ekonomiji ta' skala:

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 5

Ir-Regolament 1370/2007/KE

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt ca (ġdid) u cb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) permezz tal-ħolqien ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali tal-viċinat bil-għan ta' disponibbiltà ta' pool akbar ta' vetturi ferrovjarji,

 

(cb) permezz tal-applikazzjoni għal kontribut mill-Istat Membru tagħhom bħala miżura li takkumpanja waħda mill-modalitajiet għall-kopertura tal-valur residwu ta' vetturi ferrovjarji.

Ġustifikazzjoni

Ma għandu jiġi eskluż l-ebda metodu ta' finanzjament (garanzija, akkwiżizzjoni, xiri dirett eċċ.). Madankollu, l-Istati ma għandhomx jaħarbu mir-responsabbiltà tagħhom u inġustament jitfgħu il-piż fuq l-awtoritajiet lokali. Il-qafas legali u regolatorju għandu jkun b'mod li s-suq jiġi kkontrollat għall-vetturi ferrovjarji billi jiġu promossi l-ekonomiji ta' skala u soluzzjonijiet adegwati ta' finanzjament.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri

Referenzi

COM(2013)0028 – C7-0024/2013 – 2013/0028(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

7.2.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

7.2.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Rosa Estaràs Ferragut

19.2.2013

Data tal-adozzjoni

14.10.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Luís Paulo Alves, Francesca Barracciu, Victor Boştinaru, Nikos Chrysogelos, Rosa Estaràs Ferragut, Brice Hortefeux, Danuta Maria Hübner, María Irigoyen Pérez, Mojca Kleva Kekuš, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Iosif Matula, Jan Olbrycht, Wojciech Michał Olejniczak, Georgios Stavrakakis, Nuno Teixeira, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Kerstin Westphal, Hermann Winkler, Joachim Zeller

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Cornelia Ernst, Catherine Grèze, Karin Kadenbach, Maurice Ponga, Elisabeth Schroedter, Richard Seeber, Giommaria Uggias, Derek Vaughan

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Edvard Kožušník

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri

Referenzi

COM(2013)0028 – C7-0024/2013 – 2013/0028(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.1.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

7.2.2013

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

7.2.2013

ENVI

7.2.2013

ITRE

7.2.2013

IMCO

7.2.2013

 

REGI

7.2.2013

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

19.2.2013

ITRE

20.2.2013

IMCO

20.2.2013

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Mathieu Grosch

6.3.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

8.7.2013

14.10.2013

 

 

Data tal-adozzjoni

17.12.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

11

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Georges Bach, Erik Bánki, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Joseph Cuschieri, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Franco Frigo, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Mike Nattrass, Hubert Pirker, Dominique Riquet, Petri Sarvamaa, David-Maria Sassoli, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Peter van Dalen, Patricia van der Kammen, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Jacob Bicep, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Alfreds Rubiks, Sabine Wils, Karim Zéribi

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ivo Strejček

Data tat-tressiq

16.1.2014