RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (riformulazzjoni)

6.2.2014 - (COM(2013)0410 – C7‑0171/2013 – 2013/0186(COD)) - ***I

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Marian-Jean Marinescu
(Riformulazzjoni – l-Artikolu 87 tar-Regoli ta’ Proċedura)


Proċedura : 2013/0186(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0095/2014

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (riformulazzjoni)

(COM(2013)0410 – C7‑0171/2013 – 2013/0186(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja - riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0410),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0171/2013),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mill-Kamra tar-Rappreżentanti Maltija fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013[1],

–   wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni ,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta’ kitba mill-ġdid tal-atti legali[2],

–   Wara li kkunsidra l-ittra ta' ..... tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għat-trasport u t-Turiżmu skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0095/2014),

A. billi, skont il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda emenda ta’ sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti ta’ qabel flimkien ma’ dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-implimentazzjoni tal-politika komuni tat-trasport tirrekjedi sistema ta' trasport tal-ajru effiċjenti li tippermetti operat sikur u regolari ta' servizzi ta' trasport tal-ajru, biex b' hekk tiffaċilita l-moviment liberu ta' merkanzija, persuni u servizzi.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa hija żejda meta mqabbla mal-premessa 5. Għandha tinżamm l-aħħar premessa, li hi iktar kompleta.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Biex jiġi evitat li ż-żieda mistennija fit-traffiku tal-ajru tiġġenera jew iżżid il-konġestjoni tal-ispazju tal-ajru Ewropew, flimkien mal-ispejjeż kollha involuti f’termini ekonomiċi, ambjentali u ta’ sikurezza, għandha tintemm il- frammentazzjoni ta’ dan l-ispazju tal-ajru u għalhekk għandu jiġi implimentat dan ir-Regolament malajr kemm jista’ jkun.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b) L-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew għandu jkollha rwol pożittiv għat-tkabbir, l-impjieg u l-kompetittività fl-Ewropa, b’mod partikolari billi tistimola d-domanda għal impjiegi bi kwalifiki għoljin.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) It-tfittxija simultanja tal-ilħiq tal-għanijiet tat-tkattir tal-istandards tas-sikurezza tat-traffiku tal-ajru u t-titjib tal-prestazzjoni ġenerali tal-ATM u l-ANS għat-traffiku tal-ajru ġenerali fl-Ewropa teħtieġ li jitqies il-fattur uman. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom iqisu l-introduzzjoni tal-prinċipji ta' ‘kultura ġusta’.

(6) It-tfittxija simultanja tal-ilħiq tal-għanijiet tat-tkattir tal-istandards tas-sikurezza tat-traffiku tal-ajru u t-titjib tal-prestazzjoni ġenerali tal-ATM u l-ANS għat-traffiku tal-ajru ġenerali fl-Ewropa teħtieġ li jitqies il-fattur uman. Għalhekk, minbarra l-introduzzjoni tal-prinċipji ta‘kultura ġusta’, għandhom jinbnew indikaturi relevanti ta’ prestazzjoni fl-iskema tal-prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) L-Istati Membri addottaw dikjarazzjoni ġenerali dwar kwistjonijiet militari konnessi mal-Ajru Uniku Ewropew18. Skond din id-dikjarazzjoni, l-Istati Membri għandhom, b'mod partikulari, itejbu l-kooperazzjoni ċivili-militari u, jekk u sal-punt meqjus meħtieġ mill-Istati Membri kollha kkonċernati, jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn il-forzi armati tagħhom fil-materji kollha ta' amministrazzjoni tat-traffiku tal-ajru.

(7) L-Istati Membri addottaw dikjarazzjoni ġenerali dwar kwistjonijiet militari konnessi mal-Ajru Uniku Ewropew18. Skont din id-dikjarazzjoni, l-Istati Membri għandhom, bmod partikulari, itejbu l-koperazzjoni ċivili-militari u, jekk u sal-punt meqjus meħtieġ mill-Istati Membri kollha kkonċernati, jiffaċilitaw il-koperazzjoni bejn il-forzi armati tagħhom fil-materji kollha ta amministrazzjoni tat-traffiku tal-ajru sabiex jiġi ffaċilitat l-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru.

__________________

__________________

18Ara paġna 9 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

18 Ara paġna 9 ta’ dan Il-Ġurnal Uffiċjali.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Biex tiġi żgurata sorveljanza konsistenti u soda tal-forniment tas-servizzi madwar l-Ewropa, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandu jkollhom garanzija ta’ indipendenza u riżorsi suffiċjenti. Din l-indipendenza m’għandhiex iżżomm lil dawk l-awtoritajiet milli jeżerċitaw il-kompiti tagħhom fi ħdan qafas amministrattiv.

(10) Biex tiġi żgurata sorveljanza konsistenti, soda u indipendenti tal-forniment tas-servizzi madwar l-Ewropa, l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni għandu jkollhom garanzija ta' riżorsi suffiċjenti, kemm f’termini finanzjarji kif ukoll f’termini ta’ persunal. Din l-indipendenza m’għandhiex iżżomm lil dawk l-awtoritajiet milli jeżerċitaw il-kompiti tagħhom fi ħdan qafas amministrattiv.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għandhom rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew u l-Kummissjoni għandha, għalhekk, taġevola l-kooperazzjoni ta’ bejniethom sabiex tagħmel possibbli li jiġu skambjati l-aħjar prattiki u li jkun żviluppat approċċ komuni, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib fil-livell reġjonali. Din il-kooperazzjoni għandha sseħħ fuq bażi regolari.

(11) L-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni għandhom rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Avjazzjoni (EAA) għandhom, għalhekk, jaġevolaw il-kooperazzjoni ta’ bejniethom sabiex jagħmlu possibbli li jiġu skambjati l-aħjar prattiki u li jkun żviluppat approċċ komuni, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib fil-livell reġjonali, bil-provvista ta’ pjattaforma għal dawn l-iskambji. Din il-kooperazzjoni għandha sseħħ fuq bażi regolari.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Is-sħab soċjali għandhom ikunu informati u kkonsultati aħjar dwar il-miżuri kollha li jkollhom implikazzjonijiet soċjali sinifikanti. Fil-livell tal-Unjoni , il-Kumitat dwar id-Djalogu Settorjali mwaqqaf skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1998/500/KE19 għandhom ukoll ikunu kkonsultati.

(12) Għall-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew, is-sħab soċjali għandhom ikunu informati u kkonsultati dwar il-miżuri kollha li jkollhom implikazzjonijiet soċjali sinifikanti. Fil-livell tal-Unjoni, il-Kumitat dwar id-Djalogu Settorjali mwaqqaf skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/500/KE19 għandhom ukoll ikunu kkonsultati.

__________________

__________________

19 ĠU L 225, tat-12.8.1998, p. 27.

19 ĠU L 225, 12.8.1998, p. 27.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza, kif ukoll servizzi meteoroloġiċi u ta' informazzjoni aeronawtika, għandu jkun organizzat taħt kundizzjonijiet tas-suq filwaqt li jitqiesu l- karatteristiċi speċjali ta' servizzi tali u jinżamm livell għoli ta' sikurezza.

(13) Il-forniment ta servizzi ta komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza, kif ukoll servizzi meteoroloġiċi, ta’ tfassil tal-ispazju tal-ajru u ta informazzjoni aeronawtika, flimkien ma’ servizzi li jifformattjaw u jikkonsenjaw dejta lit-traffiku tal-ajru ġenerali, jista' jkun organizzat taħt kundizzjonijiet tas-suq filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċjali ta’ servizzi tali, billi jiġi żgurat livell għoli ta’ sikurezza u jitnaqqas l-impatt fuq l-ambjent.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-kunċett ta’ proġetti komuni, immirati biex jassistu lill-utenti tal-ispazju tal-ajru u/jew lill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru biex itejbu l-infrastruttura kollettiva tan-navigazzjoni tal-ajru, il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru u l-użu tal-ispazju tal-ajru, b'mod partikulari dawk li jistgħu jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Pjan Komprensiv tal-ATM kif approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/320/KE20, skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007, m’għandux jippreġudika proġetti li diġà jeżistu, li huma deċiżi minn Stat Membru wieħed jew minn diversi Stati Membri b’objettivi simili. Id-dispożizzjonijiet dwar il-finanzjament tal-applikazzjoni ta' proġetti komuni m'għandhomx jippreġudikaw il-mod li bih jiġu stabbiliti dawn il-proġetti komuni. Il-Kummissjoni tista' tipproponi li l-finanzjament, bħal m’huwa l-finanzjament min-Netwerk Trans-Ewropew jew mill-Bank Ewropew għall-Investiment jistgħu jintużaw bħala appoġġ għal proġetti komuni, b'mod partikulari biex titħaffef l-applikazzjoni tal-programm SESAR, fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali. Mingħajr ħsara għall-aċċess għal dak il-finanzjament, l-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa li jiddeċiedu kif għandu jintuża d-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-konċessjonijiet tas-settur tal-avjazzjoni taħt l-Iskema ta’ Negozjar tal-Emissjonijiet u li jqisu f’dan il-kuntest jekk sehem minn dan id-dħul jistax jintuża biex jiffinanzja proġetti komuni fil-livell tal-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru.

(15) Il-kunċett ta’ proġetti komuni, immirati biex jassistu lill-utenti tal-ispazju tal-ajru u/jew lill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru biex itejbu l-infrastruttura kollettiva tan-navigazzjoni tal-ajru, il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru u l-użu tal-ispazju tal-ajru, b'mod partikulari dawk li jistgħu jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Pjan Komprensiv tal-ATM kif approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/320/KE20, skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007, m’għandux jippreġudika proġetti li diġà jeżistu, li huma deċiżi minn Stat Membru wieħed jew minn diversi Stati Membri b’objettivi simili. Id-dispożizzjonijiet dwar il-finanzjament tal-applikazzjoni ta' proġetti komuni m'għandhomx jippreġudikaw il-mod li bih jiġu stabbiliti dawn il-proġetti komuni. Il-Kummissjoni tista tipproponi li l-finanzjament, bħal m’huwa l-finanzjament mill-Faċilita Nikkollegaw l-Ewropa, minn Orizzont 2020 jew mill-Bank Ewropew għall-Investiment jistgħu jintużaw bħala appoġġ għal proġetti komuni, bmod partikulari biex titħaffef l-applikazzjoni tal-programm SESAR, fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali. Mingħajr ħsara għall-aċċess għal dak il-finanzjament, l-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa li jiddeċiedu kif għandu jintuża d-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-konċessjonijiet tas-settur tal-avjazzjoni taħt l-Iskema ta’ Negozjar tal-Emissjonijiet u li jqisu f’dan il-kuntest jekk sehem minn dan id-dħul jistax jintuża biex jiffinanzja proġetti komuni fil-livell tal-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru. Fejn applikabbli, proġetti komuni għandhom jimmiraw li jippermettu sett ta’ kapaċitajiet interoperabbli bażiċi li jeżistu fl-Istati Membri kollha.

__________________

__________________

20 ĠU L 95, 9.4.2009, p. 41

20 ĠU L 95, 9.4.2009, p. 41

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Sakemm ma jiġux implimentati mekkaniżmi speċifiċi, il-proġetti ta’ investiment ibbażati fuq l-ajru u fuq l-art marbuta mal-Pjan Komprensiv tal-ATM jistgħu jsiru b’mod mhux koordinat, li jista’ jdewwem l-applikazzjoni effettiva tat-teknoloġiji tal-SESAR.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-kunċett ta' entità ta' Maniġer tan-Netwerk huwa ċentrali għat-titjib tal-prestazzjoni tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru fuq livell ta' netwerk, billi jiċċentralizza l-forniment ta' ċerti servizzi, li jitwettqu l-aħjar fuq livell ta' netwerk. Sabiex jiġi ffaċilitat it-trattment ta' kriżi tal-avjazzjoni, il-koordinazzjoni ta' kriżi bħal din għandha tkun assigurata mill-Maniġer tan-Netwerk.

(16) Il-kunċett ta' entità ta' Maniġer tan-Netwerk huwa ċentrali għat-titjib tal-prestazzjoni tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru fuq livell ta' netwerk, billi jiċċentralizza l-forniment ta' ċerti servizzi, li jitwettqu l-aħjar fuq livell ta' netwerk. Sabiex jiġi ffaċilitat it-trattament ta’ kriżi tal-avjazzjoni, il-koordinazzjoni tal-miżuri li għandhom ikunu adottati sabiex dawn jiġu evitati u biex jiġu indirizzati, għandha tkun assigurata mill-Maniġer tan-Netwerk. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli mill-iżgurar li ma jqum ebda kunflitt ta’ interess bejn il-forniment ta’ servizzi ċentralizzati u r-rwol tal-korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Korp tal-UE bħala regolatur ekonomiku għas-settur tal-ATM, taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, jiżgura grad ogħla ta’ indipendenza u flessibbiltà.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-Kummissjoni konvinta li l-użu effiċjenti u sikur tal-ispazju tal-ajru jista' jintlaħaq biss bis-saħħa ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn l-utenti ċivili u militari tal-ispazju tal-ajru, bbażata prinċipalment fuq il-kunċett tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru u koordinazzjoni ċivili-militari effettiva kif stabbilit mill-ICAO, u ssostni l-importanza tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni ċivili-militari bejn l-utenti ċivili u militari tal-ispazju tal-ajru.

(17) Il-Kummissjoni konvinta li l-użu effiċjenti u sikur tal-ispazju tal-ajru jista' jintlaħaq biss bis-saħħa ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn l-utenti ċivili u militari tal-ispazju tal-ajru, bbażata prinċipalment fuq il-kunċett tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru u koordinazzjoni ċivili-militari effettiva kif stabbilit mill-ICAO; issostni l-importanza tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni ċivili-militari bejn l-utenti ċivili u militari tal-ispazju tal-ajru bl-għan li jiġi faċilitat użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Il-preċiżjoni tal-informazzjoni dwar il-qagħda tal-ispazju tal-ajru u dwar sitwazzjonijiet speċifiċi tat-traffiku tal-ajru u t-tixrid f'waqtu ta' din l-informazzjoni lill-kontrolluri ċivili u militari għandha impatt dirett fuq is-sikurezza u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet. L-aċċess f'waqtu għal informazzjoni aġġornata dwar il-qagħda tal-ispazju tal-ajru hija essenzjali għall-partijiet kollha li jixtiequ jisfruttaw l-istrutturi tal-ispazju tal-ajru li jsiru disponibbli meta jkunu qed jimlew jew jimlew bil-ġdid il-pjani tat-titjir tagħhom.

(18) Il-preċiżjoni tal-informazzjoni dwar il-qagħda tal-ispazju tal-ajru u dwar sitwazzjonijiet speċifiċi tat-traffiku tal-ajru u t-tixrid f’waqtu ta’ din l-informazzjoni lill-kontrolluri ċivili u militari għandha impatt dirett fuq is-sikurezza u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet u għandha ttejjeb il-prevedibbiltà tagħhom. L-aċċess f'waqtu għal informazzjoni aġġornata dwar il-qagħda tal-ispazju tal-ajru hija essenzjali għall-partijiet kollha li jixtiequ jisfruttaw l-istrutturi tal-ispazju tal-ajru li jsiru disponibbli meta jkunu qed jimlew jew jimlew bil-ġdid il-pjani tat-titjir tagħhom.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) L-ambitu ġeografiku ta' dan ir-Regolament għar-reġjun ICAO NAT għandu jiġi emendat biex iqis l-arranġamenti eżistenti u ppjanati tal-forniment tas-servizzi u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-konsistenza fl-applikazzjoni tar-regoli għall-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u l-utenti tal-ispazju tal-ajru li joperaw f'dik iż-żona.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni tar-reġjun tal-ICAO tal-Atlantiku tat-Tramuntana – l-NAT – mhix xierqa peress li dan huwa spazju tal-ajru fuq ibħra miftuħa, li ma jaqax taħt l-ambitu tat-Trattati tal-UE.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Il-kunċett ta' blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru mfassla biex itejbu l-kooeprazzjoni bejn fornituri ta' servizzi ta' traffiku tal-ajru, huwa għodda importanti għat-titjib tal-prestazzjoni tas-sistema ATM Ewropea. Sabiex tittejjeb din l-għodda, il-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru għandhom isiru aktar iffukati fuq il-prestazzjoni u bbażati fuq sħubijiet industrijali, u l-industrija għandha tingħata aktar ħelsien biex timmodifikahom sabiex tilħaq u, fejn possibbli tisboq, il-miri tal-prestazzjoni.

(24) Il-kunċett ta' blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru mfassla biex itejbu l-kooeprazzjoni bejn fornituri ta' servizzi ta' traffiku tal-ajru, huwa għodda importanti għat-titjib tal-prestazzjoni tas-sistema ATM Ewropea. Sabiex jikkumplimentaw din l-għodda, il-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom ikunu jistgħu jidħlu liberament fi sħubijiet industrijali bbażati fuq il-prestazzjoni li jistgħu jirkbu l-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru stabbiliti.

Ġustifikazzjoni

L-FABs huma inizjattiva bbażata fuq stat u m’għandhomx jirrestrinġu l-possibbiltajiet għal sħubijiet industrijali. Jekk sħubijiet industrijali jissejħu bħala tieni tip ta’ FAB tista’ tinħoloq ukoll konfużjoni. Dan madankollu ma jfissirx li sħubijiet industrijali ma jistgħux jagħtu impetu jew itejbu l-prestazzjoni ta’ FAB (waħda jew aktar).

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Sabiex tittejjeb l-enfażi fuq il-klijent min-naħa tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u sabiex tikber il-possibbiltà għall-utenti tal-ispazju tal-ajru li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet li jolqtuhom, għandhom isiru aktar effettivi l-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati f'deċiżjonijiet maġġuri dwar l-operat tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru.

(26) Sabiex tittejjeb l-enfażi fuq il-klijent min-naħa tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u sabiex tikber il-possibbiltà għall-utenti tal-ispazju tal-ajru li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet li jolqtuhom, għandhom isiru aktar effettivi l-konsultazzjoni tal-partijiet interessati f'deċiżjonijiet maġġuri dwar l-operat tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru.

Ġustifikazzjoni

Ir-responsabbiltà finali għall-investimenti għandha tkun tal-ANSP, peress li huwa l-ANSP li huwa responsabbli biex jinkisbu l-miri tal-prestazzjoni. Kwistjonijiet dwar il-ħtieġa li jiġu kkoordinati investimenti tal-SESAR marbuta ma’ żoni ta’ titjir u ma’ żoni mhux relatati mat-titjiriet, għandhom jiġu indirizzati permezz ta’ mekkaniżmi xierqa fl-iskema tal-ħlasijiet.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi jew tal-operat, partikoarment bl-emendar tal-annessi jew billi jiġu ssuplimentati d-dispożizzjonijiet dwar il-.., is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Il-kontenut u l-ambitu ta' kull delega huma stipulati fid-dettall fl-Artikoli rilevanti. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(28) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi jew tal-operat, partikolarment bl-emendar tal-annessi jew billi jiġu ssupplimentati d-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tan-netwerk, l-iskema tal-prestazzjoni, tintgħażel l-entità responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Pjan Komprensiv tal-ATM (maniġer tal-applikazzjoni) u jiġu definiti r-responsabbiltajiet tagħha, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Il-kontenut u l-ambitu ta' kull delega huma stipulati fid-dettall fl-Artikoli rilevanti. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Meta żżid mal-lista tas-servizzi tal-ġestjoni tan-netwerk, il-Kummissjoni għandha tmexxi konsultazzjoni xierqa tal-partijiet interessati tal-industrija.

(29) Meta żżid mal-lista tas-servizzi tal-ġestjoni tan-netwerk, il-Kummissjoni għandha tmexxi konsultazzjoni xierqa tal-partijiet interessati tal-industrija u l-imsieħba soċjali.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, partikolarment fir-rigward tal-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom mill-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza, il-forniment ta' servizzi ta' appoġġ fuq bażi esklussiva minn fornitur ta' servizz jew gruppi tagħhom, miżuri korrettivi biex tiġi rriveduta l-konformità mal-miri tal-prestazzjoni ta' madwar l-Unjoni u dawk lokali assoċjati, ir-reviżjoni tal-konformità b'rabta mal-iskema tat-talbiet għall-ħlas, il-governanza u l-adozzjoni ta' proġetti komuni għal funzjonijiet marbutin man-netwerks, blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru, modalitajiet ta' parteċipazzjoni tal-partijiet interessati f'deċiżjonijiet operazzjonali ewlenin tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, aċċess għal u protezzjoni ta' dejta, informazjoni aeronawtika elettronika u żvilupp teknoloġiku u interoperabilità tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni22.

(30) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, partikolarment fir-rigward tal-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, il-forniment ta' servizzi ta' appoġġ fuq bażi esklussiva minn fornitur ta' servizz jew gruppi tagħhom, miżuri korrettivi biex tiġi rriveduta l-konformità mal-miri tal-prestazzjoni ta' madwar l-Unjoni u dawk lokali assoċjati, ir-reviżjoni tal-konformità b'rabta mal-iskema tat-talbiet għall-ħlas, il-governanza u l-adozzjoni ta' proġetti komuni għal funzjonijiet marbutin man-netwerks, blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru, modalitajiet ta' parteċipazzjoni tal-partijiet interessati f'deċiżjonijiet operazzjonali ewlenin tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, aċċess għal u protezzjoni ta' dejta, informazjoni aeronawtika elettronika u żvilupp teknoloġiku u interoperabilità tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni22.

__________________

__________________

22 ĠU L 55, 28.2.2011, p.13.

22 ĠU L 55, 28.2.2011, p.13.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Dawn id-Direttivi huma maħsuba sabiex jiggarantixxu l-applikazzjoni effettiva tad-Direttivi 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi23 u mid-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u servizzi postali24. Account should also be taken of the guidelines set out in the Commission interpretative communication 2006/C179/02 on the Community law applicable to contract awards not or not fully subject to the provisions of the Public Procurement Directives, as appropriate

(34) Dawn id-Direttivi huma maħsuba sabiex jiggarantixxu l-applikazzjoni effettiva tad-Direttivi 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi23 u mid-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u servizzi postali24. Account should also be taken of the guidelines set out in the Commission interpretative communication 2006/C179/02 on the Community law applicable to contract awards not or not fully subject to the provisions of the Public Procurement Directives, as appropriate

__________________

__________________

23 ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

23 ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

24 ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1

24 ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1

25 ĠU C 179, 1.8.2006, p. 2.

25 ĠU C 179, 1.8.2006, p. 2.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Id-Dikjarazzjoni Ministerjali dwar l-Ajruport ta' Ġibiltà, miftiehma f'Kordoba fit-18 ta' Settembru 2006 (“id-Dikjarazzjoni Ministerjali), matul l-ewwel laqgħa Ministerjali tal-Forum ta' Djalogu dwar Ġibiltà, ser tissostitwixxi d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Ajruport ta' Ġibiltà magħmula f'Londra fit-2 ta' Diċembru 1987, u l-konformità sħiħa ma’ dik id-Dikjarazzjoni se titqies li tikkostitwixxi konformità mad-Dikjarazzjoni tal-1987.

(35) Arranġamenti għal koperazzjoni iktar mill-qrib dwar l-użu ta' l-ajruport ta' Ġibiltà kienu ġew miftiehma f'Londra fit-2 ta' Diċembru 1987 mir-Renju ta' Spanja u r-Renju Unit f'dikjarazzjoni konġunta li saret mill-Ministri għall-Affarijiet Barranin ta' dawn iż-żewġ pajjiżi. L-arranġamenti għadhom ma ġewx applikati.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Dan ir-Regolament japplika bis-sħiħ għall-Ajruport ta’ Ġibiltà fil-kuntest u permezz tad-Dikjarazzjoni Ministerjali. Mingħajr ħsara għad Dikjarazzjoni Ministerjali, l-applikazzjoni għall-Ajruport ta’ Ġibilità u l-miżuri relatati mal-implimentazzjoni tagħha għandhom jikkonformaw bis-sħiħ ma’ dik id-Dikjarazzjoni u l-arranġamenti kollha li hemm ġewwa fiha.

imħassar

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għal-holqien u l-funzjonament xieraq tal -Ajru Uniku Ewropew sabiex jiġu żgurati l-istandards attwali tat-traffiku tal-ajru, biex jkkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli tas-sistema tat-trasport bl-ajru u biex itejjeb il-prestazzjoni ġenerali tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u s-sistema ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru (ANS) għat-traffiku tal-ajru ġenerali fl-Ewropa, bil-ħsieb li jinqdew il-ħtiġijiet ta’ dawk kollha li jużaw l-ispazju tal-ajru. L-Ajru Uniku Ewropew se jkun jikkonsisti minn netwerk pan-Ewropew koerenti ta' rotot, spazju tal-ajru operazzjonali integrat, ġestjoni tan-netwerk u sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru bbażati biss fuq is-sikurezza, l-effiċjenza u l- interoperabilità , għall-benefiċċju tal-utenti kollha tal-ispazju tal-ajru.

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għal-holqien u l-funzjonament xieraq tal -Ajru Uniku Ewropew sabiex jiġu żgurati l-istandards attwali tat-traffiku tal-ajru, biex jkkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli tas-sistema tat-trasport bl-ajru, bħat-tnaqqis fl-impatt fuq l-ambjent u biex itejjeb il-prestazzjoni ġenerali tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u s-sistema ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru (ANS) għat-traffiku tal-ajru ġenerali fl-Ewropa, bil-ħsieb li jinqdew il-ħtiġijiet ta’ dawk kollha li jużaw l-ispazju tal-ajru. L-Ajru Uniku Ewropew se jkun jikkonsisti minn netwerk pan-Ewropew u, soġġett għal arranġamenti speċifiċi mal-pajjiżi tal-viċinat, tal-pajjiżi terzi koerenti ta rotot, spazju tal-ajru operazzjonali integrat, ġestjoni tan-netwerk u ġestjoni tat-traffiku tal-ajru bbażata biss fuq is-sikurezza, l-effiċjenza u l-interoperabilità, għall-benefiċċju tal-utenti kollha tal-ispazju tal-ajru.

Ġustifikazzjoni

L-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew iddewmet, fost raġunijiet oħrajn, minħabba koordinazzjoni u infurzar tal-użu tat-teknoloġija insuffiċjenti kemm fuq l-art kif ukoll, f’livell iktar baxx, fl-ajru. Il-funzjoni ta’ “maniġer tal-iskjerament” tista’ tiżgura li dan il-proċess jiġi kkoordinat, immonitorat u ssorveljat.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-ispazju tal-ajru fir-reġjuni tal- ICAO EUR u AFI u NAT fejn l-Istati Membri huma responsabbli għall- forniment ta' servizzi ta' traffiku tal-ajru skont dan ir-Regolament . Stati Membri jistgħu wkoll japplikaw dan ir-Regolament għal spazju tal-ajru taħt ir-responsabbilta tagħhom f'reġjuni oħra tal-OIAĊ, bil-kondizzjoni li jinformaw b'dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

4. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-ispazju tal-ajru fir-reġjuni tal- ICAO EUR u AFI fejn l-Istati Membri huma responsabbli għall- forniment ta' servizzi ta' traffiku tal-ajru skont dan ir-Regolament. Stati Membri jistgħu wkoll japplikaw dan ir-Regolament għal spazju tal-ajru taħt ir-responsabbilta tagħhom f'reġjuni oħra tal-OIAĊ, bil-kondizzjoni li jinformaw b'dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni tar-reġjun tal-ICAO tal-Atlantiku tat-Tramuntana – l-NAT – mhix xierqa peress li dan huwa spazju tal-ajru fuq ibħra miftuħa, li ma jaqax taħt l-ambitu tat-Trattati tal-UE.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-ajruport ta' Ġibiltà hi mifhuma li hi mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit tal-Gran Brittannja u tal-Irlanda ta' Fuq għar-rigward il-kwistjoni dwar is-sovranità fuq it-territorju ta' fejn jinstab l-ajruport.

5. L-applikazzjoni ta dan ir-Regolament għall-ajruport ta Ġibiltà hi mifhuma li hi mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet legali rispettivi rar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit rigward il-kontroversja dwar is-sovranità fuq it-territorju li fih jinstab l-ajruport.

Ġustifikazzjoni

Fl-20 ta’ Novembru 2012, Spanja kkomunikat uffiċjalment lill-UE li ma tistax taċċetta li fir-Regolamentazzjoni tal-UE dwar l-avjazzjoni ċivili tibqa’ ssir referenza għall-imsejħa “Dikjarazzjoni ministerjali ta’ Kordoba” tas-sena 2006. U bħala konsegwenza, Spanja talbet ir-ritorn lejn is-sitwazzjoni preċedenti fl-2006, jiġifieri, għas-sospensjoni tal-applikazzjoni tar-regolamentazzjoni Ewropea rigward l-avjazzjoni ċivili hekk kif huwa stipulat fl-emenda preżentata.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-ajruport ta’ Ġibiltà għandha tiġi sospiża sakemm l-arranġamenti stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Konġunta magħmula mill-Ministri Barranin tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit fit-2 ta’ Diċembru 1987 jibdew joperaw. Il-Gvernijiet ta’ Spanja u tar-Renju Unit għandhom jinformaw f’dan is-sens lill-Kunsill dwar din id-data.

Ġustifikazzjoni

Fl-20 ta’ Novembru 2012, Spanja kkomunikat uffiċjalment lill-UE li ma tistax taċċetta li fir-Regolamentazzjoni tal-UE dwar l-avjazzjoni ċivili tibqa’ ssir referenza għall-imsejħa “Dikjarazzjoni ministerjali ta’ Kordoba” tas-sena 2006. U bħala konsegwenza, Spanja talbet ir-ritorn lejn is-sitwazzjoni preċedenti fl-2006, jiġifieri, għas-sospensjoni tal-applikazzjoni tar-regolamentazzjoni Ewropea rigward l-avjazzjoni ċivili hekk kif huwa stipulat fl-emenda preżentata.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. “amministrazzjoni ta' spazju tal-ajru” tfisser servizz ta' ppjanar bl-għan primarju li jisfrutta bl-aħjar mod possibbli l-utilizzazzjoni ta' spazju tal-ajru disponibbli permezz ta' parteċipazzjoni dinamika fil-ħin u, xi minn daqqiet, is-segregazzjoni ta' spazju tal-ajru fost il-kategoriji varji ta' utenti ta' spazju tal-ajru fuq il-bażi ta' rekwiżiti ta' terminu qasir;

7. “amministrazzjoni ta' spazju tal-ajru” tfisser servizz ta' ppjanar bl-għan primarju li jisfrutta bl-aħjar mod possibbli l-utilizzazzjoni ta' spazju tal-ajru disponibbli permezz ta' parteċipazzjoni dinamika fil-ħin u, xi minn daqqiet, is-segregazzjoni ta' spazju tal-ajru fost il-kategoriji varji ta' utenti ta' spazju tal-ajru fuq il-bażi ta' rekwiżiti ta' terminu qasir u funzjoni strateġika assoċjata ma’ tfassil tal-ispazju tal-ajru;

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

12. “servizz ta' kontroll taż-żona” tfisser servizz ta' ATC għal titjiriet ikkontrollati fi blokk ta' spazju tal-ajru;

12. “servizz ta’ kontroll taż-żona” tfisser servizz ta’ ATC għal titjiriet ikkontrollati f’żoni ta’ kontroll;

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

15. ‘kriżi tal-avjazzjoni’ tfisser ċirkostanzi li fihom il-kapaċità tal-ispazju tal-ajru tkun imnaqqsa b'mod anormali bħala riżultat ta' maltemp kbir jew in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' partijiet kbar tal-ispazju tal-ajru minħabba raġunijiet naturali jew politiċi;

15. ‘kriżi tal-avjazzjoni’ tfisser ċirkostanzi li fihom il-kapaċità tal-ispazju tal-ajru tkun imnaqqsa bmod anormali bħala riżultat ta maltemp kbir jew in-nuqqas ta disponibbiltà ta partijiet kbar tal-ispazju tal-ajru minħabba raġunijiet naturali, mediċi, ta’ sikurezza, militari jew politiċi;

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

16. “q ġabra ta' servizzi” tfisser żewġ servizzi jew aktar ta' navigazzjoni tal-ajru;

16. “ġabra ta’ servizzi” tfisser żewġ servizzi jew aktar ipprovduti mill-istess entità;

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

17. “ċertifikat” tfisser dokument maħruġ minn awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza f’kull għamla li jikkonforma mal-liġi nazzjonali, li jikkonferma li l-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru jissodisfa r-rekwiżiti biex jipprovdi servizz speċifiku;

17. “ċertifikat” tfisser dokument maħruġ mill-Aġenzija Ewropea tal-Avjazzjoni (EAA) jew minn awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni f’kull għamla li jikkonforma mal-liġi rilevanti, li jikkonferma li l-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru jissodisfa r-rekwiżiti biex twettaq attività speċifika;

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

18a. “Netwerk Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru” (EATMN) tfisser netwerk pan-Ewropew ta’ sistemi u kostitwenti, kif ukoll il-pjanijiet direzzjonali għat-tibdil operattiv u teknoloġiku essenzjali deskritt fil-Pjan Komprensiv tal-ATM, li jagħmilha possibbli li jiġu pprovduti servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru interoperabbli bis-sħiħ fl-Unjoni, inklużi l-interfaċċji fil-konfini mal-pajjiżi terzi, bil-għan li jintlaħqu l-objettivi ta’ prestazzjoni stabbiliti minn dan ir-Regolament;

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

19. “kostitwenti” tfisser oġġetti tanġibbli bħal hardware u oġġetti intanġibbli bħal software li fuqhom tiddependi l-interoperabilita tax-XEATA;

19. “kostitwenti” tfisser oġġetti tanġibbli bħal hardware u oġġetti intanġibbli bħal software li fuqhom tiddependi l-interoperabilità tal-EATMN;

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

19a. “Maniġer tal-Applikazzjoni” tfisser grupp ta’ partijiet interessati operazzjonali magħżula mill-Kummissjoni permezz ta’ sejħa għal proposti responsabbli għal-livell ta’ ġestjoni tal-governanza tal-applikazzjoni tal-Pjan Komprensiv tal-ATM.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

24. “blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru” tfisser blokk tal-ajru bbażat fuq ir-rekwiżiti operattivi u stabbiliti irrispettivament mill-fruntieri tal-Istat, fejn il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal- ajru u l-funzjonijiet relatati huma misjuqa mill-prestazzjoni u msaħħa bil-ħsieb li tidħol, f’kull blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru, il-kooperazzjoni mtejba fost il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal- ajru jew, fejn jixraq, fornitur integrat;

24. “blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru” tfisser blokk tal-ajru stabbiliti irrispettivament mill-fruntieri tal-Istat, fejn il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru u l-funzjonijiet relatati huma misjuqa mill-prestazzjoni u msaħħa permezz ta’ kooperazzjoni mtejba fost il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jew, fejn jixraq, fornitur integrat;

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 25a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

25a. “fattur uman” tfisser il-kundizzjonijiet soċjali, kulturali u tal-persunal fis-settur tal-ATM;

Ġustifikazzjoni

Il-fattur uman għandu jiġi mmonitorjat u mressaq lejn il-qalba tal-qafas SES, speċjalment fid-dawl tal-bidliet operazzjonali sinifikanti involuti fil-Pjan Komprensiv tal-ATM.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

31. “ netwerk” tfisser xibka (netwerk) ta' rotot speċifiċi biex ikun iggwidat il-fluss tat-traffiku tal-ajru ġenerali kif ikun meħtieġ għall-forniment ta' servizzi ta' ATC ;

31. “ netwerk” tfisser xibka (netwerk) ta' rotot speċifiċi biex ikun iggwidat il-fluss tat-traffiku tal-ajru ġenerali kif ikun meħtieġ għall-forniment tal-iktar servizzi effiċjenti ta' ATC ;

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

33. “sistema” tfisser l-aggregazzjoni ta' kostitwenti fl-ajru u dawk ibbażati fl-art, kif ukoll tagħmir ibbażat fl-ispazju, li tipprovdi appoġġ għal servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru għal fażijiet kollha ta' titjir;

33. “sistema” tfisser l-aggregazzjoni ta’ kostitwenti fl-ajru u/jew dawk ibbażat fl-art u/jew tagħmir ibbażat fl-ispazju, li tipprovdi appoġġ għal servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru għal fażijiet kollha ta’ titjir;

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

36. 'awtorità nazzjonali ta' sorveljanza' tfisser il-korp jew il-korpi nazzjonali inkarigati minn Stat Membru bil-kompiti tas-sorveljanza skont dan ir-Regolament u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti inkarigati bil-kompiti pprovduti fl-Artikolu 8b tar-Regolament (KE0 Nru 216/2008;

36.awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni” tfisser korp nazzjonali inkarigat minn Stat Membru u akkreditat mill-EAA bil-kompiti pprovduti f’dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 216/2008;

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

37. "servizzi ta' appoġġ" tfisser servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għajr servizzi tat-traffiku tal-ajru kif ukoll servizzi u attivitajiet oħra, li huma marbuta mal-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru, u li jappoġġawhom;

37.servizzi ta appoġġ tfisser CNS (komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza), MET (meteoroloġiċi) u AIS (informazzjoni ajrunawtika) kif ukoll servizzi u attivitajiet oħra, li huma marbuta mal-forniment ta servizzi ta navigazzjoni tal-ajru, u li jappoġġawhom;

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 38a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

38a. “sħubija industrijali” tfisser arranġamenti kooperattivi taħt kuntratt stabbilit għall-fini li tittejjeb il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru bejn fornituri varji tas-servizz tan-navigazzjoni tal-ajru, inkluż il-Maniġer tan-Netwerk, l-utenti tal-ispazju tal-ajru, l-ajruporti jew atturi ekonomiċi komparabbli oħra;

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 38b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

38b. “spazju tal-ajru operattiv integrat” tfisser l-ispazju tal-ajru kkontrollat b’dimensjonijiet iddefiniti li jinkludi l-ispazju tal-ajru Ewropew u, soġġett għal arranġamenti xierqa, tal-pajjiżi terzi tal-viċinat fejn jintużaw struttura ta’ allokazzjoni dinamika u parteċipazzjoni fil-ħin, riżorsi tal-kontrolluri bi prestazzjoni mtejba, servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru interoperabbli bis-sħiħ u soluzzjonijiet ikkombinati sabiex jiġi indirizzat l-użu ottimu, prevedibbli u sikur tal-ispazju tal-ajru għat-twettiq tal-Ajru Uniku Ewropew;

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 38c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

38c. “pjanijiet lokali ta’ prestazzjoni” tfisser pjanijiet stabbiliti minn awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni waħda jew aktar fil-livell lokali, prinċipalment fil-blokk tal-ispazju tal-ajru funzjonali, jew fil-livell reġjonali jew nazzjonali;

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 38d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

38d. “entità kkwalifikata” tfisser korp li jista’ jiġi assenjat kompiti ta’ ċertifikazzjoni jew sorveljanza speċifiċi mill-Aġenzija jew minn awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni, u taħt il-kontroll u r-responsabbiltà tagħhom.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Awtoritajiet superviżorji nazzjonali

Awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri, b’mod konġunt jew b’mod individwali, għandhom jew jaħtru jew jistabbilixxu korp jew korpi bħala awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza biex tidħol għax-xogħlijiet assenjat lil din l-awtorità skont dan ir-Regolament .

1. L-Istati Membri, b’mod konġunt jew b’mod individwali, għandhom jew jaħtru jew jistabbilixxu korp bħala awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni biex tidħol għax-xogħlijiet assenjat lil din l-awtorità skont dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 216/2008.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għandhom ikunu legalment distiniti u indipendenti partikolarment f'termini organizzattivi, ġerarkiċi u ta' teħid ta' deċiżjonijiet minn kull fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jew kull entità privata jew pubblika li għandha interess fl-attivitajiet ta' dawn il-fornituri .

2. L-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni għandhom ikunu legalment distiniti u indipendenti partikolarment f’termini organizzattivi, ġerarkiċi u ta teħid ta deċiżjonijiet, inkluż l-allokazzjoni separata tal-baġit annwali, minn kull kumpanija, organizzazzjoni, entità pubblika jew privata jew persunal li jaqgħu fl-ambitu tal-attività tal-awtorità kif previst f'dan ir-Regolament u fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew li għandhom interess fl-attivitajiet ta dawn l-entitajiet.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Bla preġudizzju għall-paragrafu 2, l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza jistgħu jingħaqdu f'termini organizzattivi ma' korpi regolatorji u/jew awtoritajiet tas-sikurezza oħrajn.

3. Bla preġudizzju għall-paragrafu 2, l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni jistgħu jingħaqdu f'termini organizzattivi ma' korpi regolatorji u/jew awtoritajiet tas-sikurezza oħrajn.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza li mhumiex legalment distinti minn kwalunkwe fornitur ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru jew entità privata jew pubblika li għandha interess fl-attivitajiet ta' dawn il-fornituri, kif ipprovdut fil-paragrafu 2, fid-

4. L-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni għandhom jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jew mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2017.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b’mod imparzjali, indipendenti u trasparenti. B'mod partikolari, għandhom ikollhom organizzazzjoni, persunal, ġestjoni u finanzjament tali li jippermettilhom jeżerċitaw setgħathom b'dak il-mod.

5. L-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b’mod imparzjali, indipendenti u trasparenti. B'mod partikolari, għandhom ikollhom organizzazzjoni, persunal, ġestjoni u finanzjament tali li jippermettilhom jeżerċitaw setgħathom b'dak il-mod.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 6 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-persunal tal-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza għandu:

6. Il-persunal tal-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni għandu:

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 6 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jiġi rreklutat skont regoli ċari u trasparenti li jiggarantixxu l-indipendenza tagħhom u fir-rigwars tal-persuni inkarigati minn deċiżjonijiet strateġiċi, jinħatar mill-kabinett nazzjonali jew mill-kunsill tal-ministri jew awtorità pubblika oħra li ma tikkontrollax direttament lill-fornituri tas-servizzi tal-ajru jew tibbenefika minnhom;

(a) jiġi rreklutat skont regoli u kriterji ċari u trasparenti li jiggarantixxu l-indipendenza tagħhom;

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 6 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jingħażel bi proċedura trasparenti abbażi tal-kwalifiki speċifiċi tiegħu, fotshom kompetenza xierqa u esperjenza rilevanti, fost l-oħrajn fil-qasam tal-awditjar u s-servizzi u s-sistemi tan-navigazzjoni bl-ajru;

(b) jingħażel bi proċedura trasparenti abbażi tal-kwalifiki speċifiċi tiegħu, fosthom kompetenzi xierqa u esperjenza rilevanti;

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 6 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) m’għandux jiġi ssekondat mil-fornituri tas-servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru (ANSPs) jew kumpaniji taħt il-kontroll tal-ANSPs;

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 6 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jaġixxi indipendentament, partikolarment minn kull interess marbut mal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u m'għandux ifittex jew jieħu struzzjonijiet minn ebda gvern jew entità pubblika jew privata waqt it-twettiq tal-funzjonijiet tal-awtorità superviżorja nazzjonali;

(c) jaġixxi indipendentament u m’għandux ifittex jew jieħu struzzjonijiet minn ebda gvern jew entità pubblika jew privata waqt it-twettiq tal-funzjonijiet tal-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni, mingħajr preġudizzju għall-kooperazzjoni mill-qrib ma' awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra;

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 6 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) fir-rigward ta' persuni inkarigati minn deċiżjonijiet strateġiċi, awditi u funzjonijiet oħra marbuta direttament mas-sorveljanza jew mal-miri tal-prestazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, ma jkollhomx pożizzjoni jew responsabbiltà professjonali ma' ebda mill-fornituri tas-servizi tan-navigazzjoni bl-ajru wara t-terminu tagħhom fl-awtorità nazzjonali ta' sorveljenza, għal perjodu ta' mill-inqas sena.

(e) fir-rigward ta persuni li jkun ilhom inkarigati minn deċiżjonijiet strateġiċi, awditi u funzjonijiet oħra marbuta direttament mas-sorveljanza jew mal-miri tal-prestazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għal iżjed minn sitt xhur, ma jkollhom pożizzjoni jew responsabbiltà professjonali ma ebda mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru wara t-terminu tagħhom fl-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni, għal perjodu ta’:

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 6 –punt e - punt i (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(i) mill-inqas 12-il xahar għall-persunal f’pożizzjonijiet maniġerjali;

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 6 – punt e – punt ii (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ii) mill-inqas 6 xhur għall-persunal f’pożizzjonijiet mhux maniġerjali.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 6 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) il-maniġment superjuri tal-awtorità se jinħatar għal terminu fiss ta’ tlieta sa seba’ snin, li jiġġedded darba, u jista’ jitneħħa mill-inkarigu matul it-terminu tiegħu biss jekk ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu jew ikun ħati ta’ kondotta ħażina skont il-liġi nazzjonali.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza ikollhom ir-riżorsi u l-kapaċitajiet meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet l-kompiti li jingħatawlhom bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament b’mod effiċjenti u fil-ħin. L-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza għandhom ikollhom awtorità sħiħa fuq ir-reklutaġġ u l-ġestjoni tal-persunal tagħhom ibbażata

7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni ikollhom ir-riżorsi u l-kapaċitajiet meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet l-kompiti li jingħatawlhom bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament b’mod effiċjenti u fil-ħin. The national aviation authorities shall have full authority over the recruitment and management of their staff based on their own appropriations stemming from inter alia route charges to be set in proportion to the tasks to be fulfilled by the authority in accordance with Article 4.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza, kif ukoll bil-bidliet li jsirulhom, u bil-miżuri meħuda biex tkun żgurata l-konformità ma' dan l-Artikolu .

8. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, kif ukoll bil-bidliet li jsirulhom, u bil-miżuri meħuda biex tkun żgurata l-konformità ma' dan l-Artikolu.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi regoli dettaljati li jistipulaw il-modlaitajiet tal-proċeduri tar-reklutaġġ u l-għażla għall-applikazzjoni tal-paragrafi 6(a) u (b). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(3).

9. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi regoli dettaljati li jistipulaw il-modlaitajiet tal-proċeduri tar-reklutaġġ u l-għażla għall-applikazzjoni tal-paragrafi 6(a) u (b). Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(3), u għandhom jispeċifikaw:

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 9 – punt a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a) il-livell ta’ separazzjoni meħtieġ mill-awtorità tal-ħatra minn kwalunkwe kumpanija, organizzazzjoni, entità pubblika jew privata jew persunal li jaqgħu fl-ambitu tal-attività tal-awtorità kif previst fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew li jkollhom interess fl-attivitajiet ta’ dawn l-entitajiet, bil-għan li jinżamm bilanċ bejn l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess u l-effiċjenza amministrattiva;

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 9 – punt b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b) kwalifiki tekniċi rilevanti meħtieġa tal-persunal involut fl-awditi.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kompiti għall-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza

Kompiti għall-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza imsemmija fl-Artikolu 3 għandhom ikunu inkarigati partikolarment bil-kompiti li ġejjin:

1. L-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni għandhom ikunu inkarigati partikolarment bil-kompiti li ġejjin:

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jiżguraw is-sorveljanza tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikulari rigward l-operat sikur u effiċjenti tal-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni bl-ajru li jipprovdu servizzi konnessi mal-ispazju tal-ajru li jaqa' taħt ir-responsabbilta tal-Istati Membri li ħatru jew stabbilew l-awtorità relevanti;

(a) jiżguraw is-sorveljanza tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 216/2008, b’mod partikulari rigward l-operat sikur u effiċjenti tal-fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru li jipprovdu servizzi konnessi mal-ispazju tal-ajru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li ħatru jew stabbilew l-awtorità relevanti;

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-għoti ta' ċertifikati lill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru skont l-Artikolu 8b tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u s-sorveljanza tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet li taħta jkunu ngħataw;

(b) it-twettiq jew id-delega, bis-sħiħ jew parzjalment, tal-kompiti elenkati fl-Artikoli 8b, 8c u 10 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, u t-twettiq tal-kompitu li tiġi żgurata s-sorveljanza tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-operat sikur u effiċjenti tal-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru relatati mal-ispazju tal-ajru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri;

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-ħruġ ta' liċenzji, klassifikazzjonijiet, approvazzjonijiet u ċertifikati lill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont l-Artikolu 8b tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u s-sorveljanza tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet li taħtha jkunu ngħataw;

imħassar

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-i

(e) il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-iskema tal-ħlasijiet f’konformità mal-Artikoli 12 u 13, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar sussidjar reċiproku msemmija fl-Artikolu 13(7);

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) ir-rappurtar kull sena lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, lill-EAA u lill-Kummissjoni dwar l-attività tagħhom u l-qadi ta’ dmirijiethom. Dawn ir-rapporti għandhom ikopru l-passi li ttieħdu u r-riżultati li nkisbu fir-rigward ta’ kull wieħed mill-kompiti elenkati f’dan l-Artikolu.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza għandha torganizza spezzjonijiet u stħarriġ xierqa biex tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Il-fornitur ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru konċernat għandu jiffaċilita tali xogħol.

2. Kull awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni għandha torganizza spezzjonijiet u stħarriġ xierqa biex tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Il-fornitur ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru konċernat għandu jiffaċilita tali xogħol u l-Istat Membru rilevanti għandu joffri l-assistenza kollha meħtieġa biex tiġi żgurata l-effettività tal-monitoraġġ tal-konformità.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza

 

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza għandhom ipartu t-tagħrif dwar ħidmiethom u dwar il-prinċipji, prattiki u proċeduri tagħhom għat-teħid tad-deċiżjonijiet, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. Għandhom jikkooperaw għall-għan tal-koordinazzjoni tat-teħid tagħhom tad-deċiżjonijiet mal-Unjoni kollha. L-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza għandhom jipparteċipaw u jaħdmu flimkien f'netwerk li jiltaqa' regolarment. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Avjazzjoni (minn hawn 'il quddiem "EAA") għandhom ikunu membri, jikkoordinaw u japoġġaw ix-xogħol tan-netwerk u jagħmlu rakkomandazzjonijiet lin-netwerk, kif xieraq. Il-Kummissjoni u l-EEA għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni attiva tal-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza u l-iskambji u l-użu tal-persunal bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza bbażati fuq grupp ta' esperti li għandu jitwaqqaf mill-EAA skont l-Artikolu 17(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

L-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni għandhom ipartu t-tagħrif dwar ħidmiethom u dwar il-prinċipji, prattiki u proċeduri tagħhom għat-teħid tad-deċiżjonijiet, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. Għandhom jikkooperaw għall-għan tal-koordinazzjoni tat-teħid tagħhom tad-deċiżjonijiet mal-Unjoni kollha. L-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni għandhom jipparteċipaw u jaħdmu flimkien f’netwerk li jiltaqa’ regolarment u tal-inqas darba fis-sena. Il-Kummissjoni u l-EEA għandhom jiffaċilitaw il-kooperazzjoni attiva tal-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni u l-iskambji u l-użu tal-persunal bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni.

 

Dak in-netwerk jista', inter alia:

 

(a) jipproduċi u jxerred metodoloġiji u linji gwida ssimplifikati għall-implimentazzjoni tal-kompiti tal-awtorità elenkati fl-Artikolu 4;

 

(b) jipprovdi assistenza lil awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni individwali dwar kwistjonijiet regolatorji;

 

(c) jipprovdi opinjonijiet lill-Kummissjoni u lill-EAA dwar it-tfassil ta’ regoli u ċ-ċertifikazzjoni;

 

(d) jipprovdi opinjonijiet, linji gwida u rakkomandazzjonijiet maħsuba għall-iffaċilitar ta’ forniment transkonfinali tas-servizz;

 

(e) jiżviluppa soluzzjonijiet komuni li għandhom jiġu implimentati f'żewġ Stati jew iktar biex jintlaħqu l-objettivi tal-Pjan Komprensiv tal-ATM jew il-Konvenzjoni ta' Chicago.

Ġustifikazzjoni

L-għan u l-kompiti tan-netwerk iridu jiġu definiti aktar fid-dettall. B’mod speċifiku, minbarra l-kompiti tal-NSA skont l-Artikolu 4, din għandha tkun f’pożizzjoni tajba biex tidentifika ostakli għall-forniment transkonfinali ta’ servizzi, kemm bil-għan li jiġu solvuti każijiet bilaterali kif ukoll biex jingħata parir lill-Kummissjoni dwar it-tfassil ta’ regoli.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Soġġett għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta pprovduti fl-Artikolu 22 ta' dan ir-Regolament u fir-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-Kummissjoni għandha tappoġġa l-iskambju tal-informazzjoni msemmi fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu fost il-membri tan-netwerk, possibbilmennt permezz ta' għododa elettroniċi, fir-rispett tal-kunfidenzjalità tas-sigrieti tan-negozju tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru.

Soġġett għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta pprovduti fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament u fir-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-Kummissjoni għandha tipprovdi pjattaforma għall-iskambju tal-informazzjoni bejn il-membri tan-netwerk, possibbilment permezz ta’ għodod elettroniċi, fir-rispett tal-kunfidenzjalità tas-sigrieti tan-negozju tal- kumpaniji, l-organizzazzjonijiet jew l-entitajiet involuti.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza għandhom jikkooperaw mill-qrib, inkluż permezz ta' arranġamenti ta' xogħol, għall-iskopijiet ta' assistenza reċiproka fl-inkarigi tagħhom ta' monitoraġġ u t-trattament ta' investigazzjonijiet u stħarriġiet.

2. L-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni għandhom jikkooperaw mill-qrib, inkluż permezz ta' arranġamenti ta' xogħol, għall-iskopijiet ta' assistenza reċiproka fl-inkarigi tagħhom ta' monitoraġġ u t-trattament ta' investigazzjonijiet u stħarriġiet.

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fir-rigward ta' blokok funzjonali ta' spazju tal-ajru li jestendu min-naħa għall-oħra tal-ispazju tal-ajru li jaqa' taħt ir-responsabbilta ta' aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri konċernati għandhom jikkonkludu ftehim dwar is-sorveljanza li jipprovdi għalih dan l-Artikolu rigward il-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni tal-ajru li jipprovdu servizzi konnessi ma' dawk il-blokok. L-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza kkonċernati għandhom jistabbilixxu pjan li jispeċifika l-modalitajiet tal-kooperazzjoni tagħhom bil-għan li jagħti seħħ lil dan il-ftehim.

3. Fir-rigward ta blokok funzjonali ta spazju tal-ajru, l-Istati Membri konċernati għandhom jikkonkludu ftehim dwar is-sorveljanza li jipprovdi għalih fl-Artikolu 4 rigward il-fornituri ta servizz ta navigazzjoni tal-ajru li jipprovdu servizzi konnessi ma dawk il-blokok. L-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni kkonċernati għandhom jistabbilixxu pjan li jispeċifika l-modalitajiet tal-kooperazzjoni tagħhom bil-għan li jagħti seħħ lil dan il-ftehim.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għandhom jikkoperaw mill-qrib biex jiżguraw sorveljanza adegwata fuq il-fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru li jkollhom ċertifikat validu minn Stat Membru li wkoll jipprovdi servizzi konnessi mal-ispazju tal-ajru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ Stat Membru ieħor. Kooperazzjoni tali għandha tinkludi arranġamenti għat-trattament ta’ każijiet li jinvolvu non-konformità ma' dan ir-Regolament u mar-rekwiżiti komuni applikabbli adottati konformi mal- Artikolu 8b(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 .

4. L-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni għandhom jikkoperaw mill-qrib biex jiżguraw sorveljanza adegwata fuq il-fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru li jkollhom ċertifikat validu minn Stat Membru li wkoll jipprovdi servizzi konnessi mal-ispazju tal-ajru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ Stat Membru ieħor. Kooperazzjoni tali għandha tinkludi arranġamenti għat-trattament ta’ każijiet li jinvolvu non-konformità ma' dan ir-Regolament u mar-rekwiżiti komuni applikabbli adottati konformi mal- Artikolu 8b(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 .

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fil-każ tal-provvista ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fi spazju tal-ajru li jaqa' taħt ir-responsabbiltà ta' Stat Membru ieħor , l-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 2 u 4 għandhom jinkludu ftehim dwar l-għarfien reċiproku tal-ħidma ta’ sorveljanza stipulat fl-Artikolu 4(1) u (2) u tar-riżultati ta’ din il-ħidma. Dan l-għarfien reċiproku japplika wkoll meta l-arranġamenti għall-għarfien bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jitwettqu għall-proċess ta’ ċertifikazzjoni tal-fornituri tas-servizz.

5. Fil-każ tal-provvista ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fi spazju tal-ajru li jaqa' taħt ir-responsabbiltà ta' Stat Membru ieħor , l-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom jinkludu ftehim dwar l-għarfien reċiproku tal-ħidma ta’ sorveljanza stipulat fl-Artikolu 4(1) u (2) u tar-riżultati ta’ din il-ħidma. Dan l-għarfien reċiproku japplika wkoll meta l-arranġamenti għall-għarfien bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jitwettqu għall-proċess ta’ ċertifikazzjoni tal-fornituri tas-servizz.

Ġustifikazzjoni

L-għarfien reċiproku huwa importanti wkoll fir-rigward tal-FABs

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Meta jkun permess mil-liġi u bil-għan li jkun hemm kooperazzjoni reġjonali, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jistgħu jikkonkludu wkoll ftehim li dwar il-qsim tar-responsabilitajiet fir-rigward tal-kompiti ta’ sorveljanza.

6. Meta jkun permess mil-liġi u bil-għan li jkun hemm kooperazzjoni reġjonali, l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni jistgħu jikkonkludu wkoll ftehim li dwar il-qsim tar-responsabilitajiet fir-rigward tal-kompiti ta’ sorveljanza.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jistgħu jiddeċiedu li jiddelegaw, b’mod sħiħ jew b’mod parzjali, l-ispezzjonijiet u l-istħarriġ imsemmija fl-Artikolu 4 (2) lil entitajiet kwalifikati li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness I.

1. L-EAA u l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni jistgħu jiddeċiedu li jiddelegaw, b’mod sħiħ jew b’mod parzjali, l-ispezzjonijiet, l-istħarriġ u kompiti oħra previsti minn dan ir-Regolament lil entitajiet kwalifikati li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness I.

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Delega tali mogħtija minn awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza għandha tkun valida ġewwa l- Unjoni għal perjodu ta’ tliet snin li jista’ jiġġedded. L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jistgħu jagħtu struzzjonijiet lil kull waħda mill-entitajiet kwalifikati li qegħdin fl-Unjoni biex jidħlu għal dawn l-ispezzjonijiet u stħarriġ.

2. Delega tali għandha tkun valida ġewwa l-Unjoni għal perjodu ta’ tliet snin li jista’ jiġġedded. L-EAA u l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni jistgħu jagħtu struzzjonijiet lil kull waħda mill-entitajiet kwalifikati li qegħdin fl-Unjoni biex jidħlu għal dawn l-ispezzjonijiet u stħarriġ.

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, l-EAA u lill-Istati Membri l-oħra bl-entitajjiet kwalifikati li jkunu ddelegawlhom kompiti skont il-paragrafu 1 filwaqt li jindikaw il-qasam ta' responsabbilita ta' kull entità u n -numru ta' identifikazzjoni tiegħu u kull bidla f'dan ir-rigward . Il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali -tal-Unjoni Ewropea l-lista tal- entitajiet kwalifikati korpi, in-numru ta' identifikazzjoni u l-oqsma ta' responsabbiltà tagħhom, u għandha żżomm il-lista aġġornata.

3. L-EAA u l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u, jekk applikabbli, lill-EAA, bl-entitajiet kwalifikati li jkunu ddelegawlhom kompiti skont il-paragrafu 1, filwaqt li jindikaw il-qasam ta responsabbilita ta kull entità u n-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu u kull bidla fdan ir-rigward. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali -tal-Unjoni Ewropea l-lista tal- entitajiet kwalifikati korpi, in-numru ta' identifikazzjoni u l-oqsma ta' responsabbiltà tagħhom, u għandha żżomm il-lista aġġornata.

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiritiraw id-delega ta' entità kkwalfikata li m'għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti stipulati l fl-Anness. Għandhom mill-ewwel jgħarrfu b'dan lill-Kummissjoni, l-EAA u lill-Istati Membri l-oħra.

4. L-EAA u l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni għandhom jiritiraw id-delega ta entità kkwalfikata li mgħadhiex tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness I. Għandhom mill-ewwel jgħarrfu b'dan lill-Kummissjoni, l-EAA u lill-Istati Membri l-oħra.

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet nazzjoni ta' sorveljanza, filwaqt li jaġixxu skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta' konsultazzjoni għall-involviment xieraq tal-partijiet interessati, inklużi l-korpi rappreżentattivi tal-istaff professjonali għall-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom , fl-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew.

1. L-awtoritajiet nazzjoni tal-avjazzjoni, filwaqt li jaġixxu skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta' konsultazzjoni għall-involviment xieraq tal-partijiet interessati, inklużi l-korpi rappreżentattivi tal-istaff professjonali għall-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom , fl-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew.

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-forniment tas-servizzi kollha ta' navigazzjoni tal-ajru fl-Unjoni għandu jkun suġġett għal ċertifikazzjoni minn, jew dikjarazzjoni lill- awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza jew l-EEA skont l-Artikolu 8b tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 .

1. Il-forniment tas-servizzi kollha ta' navigazzjoni tal-ajru fl-Unjoni għandu jkun suġġett għal ċertifikazzjoni minn, jew dikjarazzjoni lill- awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni jew l-EEA skont l-Artikolu 8b tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 .

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-ħruġ ta' ċertifikati għandu jikkonferixxi fuq il-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni tal-ajru l-possibbiltà li joffru s-servizzi tagħhom lill-fornituri oħra ta' navigazzjoni tal-ajru, utenti ta' spazju tal-ajru u ajruporti fl-Unjoni . Fir-rigward tas-servizz ta'a poġġ, din il-possibbilità hija soġġetta għall-konformità mal-Artikolu 10(2).

4. Il-ħruġ ta ċertifikati għandu jikkonferixxi fuq il-fornituri ta servizz ta navigazzjoni tal-ajru l-possibbiltà li joffru s-servizzi tagħhom lil kwalunkwe Stat Membru, lil fornituri oħra ta navigazzjoni tal-ajru, utenti ta spazju tal-ajru u ajruporti fl-Unjoni u pajjiżi terzi tal-viċinat, jekk ikun xieraq, fi blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru, soġġetti għal ftehim reċiproku bejn il-partijiet rilevanti.

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Rigward il-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali stabbiliti skont l-Artikolu 16 li jestendu ruħhom min-naħa għall-oħra tal-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà responsabbiltà ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri kkonċernati għandhom b’mod konġunt jinnominaw fornitur ta’ servizz tal-ispazju tal-ajru jew aktar minn wieħed, talanqas xahar qabel l-implimentazzjoni tal-blokk tal-ispazju tal-ajru.

5. Rigward il-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali stabbiliti skont l-Artikolu 16 l-Istati Membri kkonċernati għandhom b’mod konġunt jinnominaw, skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fornitur ta’ servizz tal-ispazju tal-ajru jew aktar minn wieħed, tal-anqas xahar qabel l-implimentazzjoni tal-blokk tal-ispazju tal-ajru.

Emenda  90

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li, skont dan l-Artikolu, il-fornituri tas-servizzi ta' appoġġ ikunu jistgħu jikkompetu fi ħdan l-Unjoni abbażi ta' kundizzjonijiet ekwitabbli, non-diskriminatorji u trasparneti għall-għan tal-forniment ta' dawn is-servizzi.

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li, skont dan l-Artikolu, ma jkunx hemm impedimenti statutorji għall-fornituri tas-servizzi ta appoġġ li jipprevjenu l-abilità tagħhom li jikkompetu fi ħdan l-Unjoni abbażi ta kundizzjonijiet ekwitabbli, nondiskriminatorji u trasparenti għall-għan tal-forniment ta dawn is-servizzi.

Ir-rekwiżit stipulat f'dan l-Artikolu għandu jintlaħaq sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020.

 

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li l-forniment ta' servizzi ta' traffiku tal-ajru jkun separat mill-forniment ta' servizzi ta' appoġġ. Din is-separazzjoni għandha tinkludi r-rekwiżit li s-servizzi tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi ta' appoġġ ikunu pprovduti minn impriżi separati.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li l-fornituri tas-servizz ta’ navigazzjoni, meta jfasslu l-pjanijiet tan-negozju tagħhom, isejħu għal offerti minn fornituri differenti ta’ appoġġ għas-servizzi, bl-għan li jagħżlu l-aktar fornitur ta’ benefiċċju mil-lat finanzjarju u kwalitattiv. Il-korp tal-analiżi tal-prestazzjoni previst fl-Artikolu 11(2) għandu, meta jevalwa l-pjanijiet tal-prestazzjoni, jissorvelja l-livell ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

3. Fl-għażla tal-fornitur tas-servizzi ta' appoġġ, għandhom jitqiesu, mill-entità li tkun qed takkwista dawn is-servizzi, partikolarment il-kosteffikaċija, il-kwalità u s-sikurezza kumplessiva tas-servizzi.

3. Fl-għażla ta’ fornitur estern ta' servizzi ta’ appoġġ, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE. B'mod partikolari, il-kosteffikaċja u l-effiċjenza tal-enerġija, il-kwalità kumplessiva tas-servizzi, l-interoperabilità u s-sikurezza tas-servizzi, kif ukoll it-trasparenza tal-proċess tal-akkwist għandhom ikunu kriterji vinkolanti ta' għażla għall-entità li tkun qed takkwista dawn is-servizzi.

4. Fornitur ta' servizzi ta' apoġġ jista' jingħażel biss biex jipprovdi servizzi fl-ispazju tal-ajru ta' Stat Membru, meta

4. Fornitur ta' servizzi ta' apoġġ jista' jingħażel biss biex jipprovdi servizzi fl-ispazju tal-ajru ta' Stat Membru, meta

a) ikun ċertifikat skont skont l-Artikolu 8b tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(a) ikun ċertifikat skont skont l-Artikolu 8b tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

((b) il-post prinċipali tan-negozju tiegħu ikun jinsab fit-territorju ta' Stat Membru;

(b) il-post prinċipali tan-negozju tiegħu ikun jinsab fit-territorju ta' Stat Membru;

(c) Stati Membri u/jew ċittadini ta’ Stati Membri ikollhom id-dritt ta' proprjetà fuq aktar minn 50 % tal-impriża u effettivament jikkontrollawha, sew direttament jew indirettament permezz ta’ impriza intermedja waħda jew aktar, ħlief kif previst fi ftehim ma' pajjiż terz li għalih l-Unjoni tkun parti; and

(c) Stati Membri u/jew ċittadini ta’ Stati Membri ikollhom id-dritt ta' proprjetà fuq aktar minn 50 % tal-impriża u effettivament jikkontrollawha, sew direttament jew indirettament permezz ta’ impriza intermedja waħda jew aktar, ħlief kif previst fi ftehim ma' pajjiż terz li għalih l-Unjoni tkun parti; and

(d) il-fornitur tas-servizz iwettaq ir-rekwiżiti nazzjonali għas-sigurtà u d-difiża.

(d) il-fornitur tas-servizz iwettaq ir-rekwiżiti nazzjonali għas-sigurtà u d-difiża.

5. Servizzi ta' appoġġ marbuta mal-operazzjonijiet tal-EATMN jistgħu jiġu pprovduti b'mod ċentralizzata mill-Maniġer tan-Netwerk billi jiżdiedu dawn is-servizzi mas-servizzi msemmija fl-Artikolu 17(2), skont l-Artikolu 17(3). Jistgħu wkoll jiġu pprovduti fuq bażi esklussiva minn fornitur ta' servizz ta' navigazzjoni tal-ajru jew gruppi ta' dawn il-fornituri, partikolarment dawk relatati mal-forniment ta' infrastrutturi ATM. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-modalitajiet għall-għażla tal-fornituri jew il-gruppi tagħhom, abbażi tal-kapaċità u l-ħila professjonali tagħhom biex jipprovdu servizzi b'mod imparzjali u kosteffikaċi, u tistabbilixxi valutazzjoni kumplessiva tal-kosti u l-benefiċċji stmati għall-forniment tas-servizzi tal-appoġġ b'mod ċentralizzata. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(3). Il-Kummissjoni għandha tinnomina fornituri jew gruppi tagħhom skont dawn l-atti ta' implimentazzjoni.

5. Servizzi ta' appoġġ marbuta mal-operazzjonijiet tal-EATMN jistgħu jiġu pprovduti b'mod ċentralizzata mill-Maniġer tan-Netwerk billi jiżdiedu dawn is-servizzi mas-servizzi msemmija fl-Artikolu 17(2), skont l-Artikolu 17(3). Jistgħu wkoll jiġu pprovduti fuq bażi esklussiva minn fornitur ta' servizz ta' navigazzjoni tal-ajru jew gruppi ta' dawn il-fornituri, partikolarment dawk relatati mal-forniment ta' infrastrutturi ATM. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-modalitajiet għall-għażla tal-fornituri jew il-gruppi tagħhom, abbażi tal-kapaċità u l-ħila professjonali tagħhom biex jipprovdu servizzi b'mod imparzjali u kosteffikaċi, u tistabbilixxi valutazzjoni kumplessiva tal-kosti u l-benefiċċji stmati għall-forniment tas-servizzi tal-appoġġ b'mod ċentralizzata. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(3). Il-Kummissjoni għandha tinnomina fornituri jew gruppi tagħhom skont dawn l-atti ta' implimentazzjoni.

 

5a. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi regoli ddettaljati li jistabbilixxu l-modalitajiet għall-għażla ta’ servizzi koperti minn dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(3).

 

5b. Il-Kummissjoni se twettaq studju komprensiv dwar l-impatti operazzjonali, ekonomiċi, fuq is-sikurezza u s-soċjetà tal-introduzzjoni tal-prinċipji tas-suq fuq il-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ u tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-1 ta’ Jannar 2016. L-istudju se jqis l-implimentazzjoni tal-Pjan Komprensiv tal-ATM u l-impatt tat-teknoloġiji tal-SESAR fuq is-settur tas-servizzi ta’ appoġġ.

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) miri ta’ prestazzjoni fl-Unjoni u miri ta' prestazzjoni lokali assoċjati dwar l-oqsma ta’ prestazzjoni ewlenin tas-sikurezza, l-ambjent, il-kapaċità u l-effiċjenza tan-nefqa;

(a) miri ta’ prestazzjoni fl-Unjoni u miri ta’ prestazzjoni lokali assoċjati dwar l-oqsma ta’ prestazzjoni ewlenin tas-sikurezza, l-ambjent, il-kapaċità u l-kosteffiċjenza f’konformità mal-għanijiet ta’ livell għoli ta’ Pjan Komprensiv tal-ATM fiss għal perjodu ta’ referenza sħiħ;

Emenda  92

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-pjani nazzjonali jew il-pjani għal blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, fosthom il-miri ta’ prestazzjoni, l-iżgurar ta' konformità mal-miri ta’ prestazzjoni fl-Unjoni kollha u lokali assoċjati ; and

(b) il-pjani tal-prestazzjoni lokali, fosthom il-miri ta’ prestazzjoni, l-iżgurar ta konformità mal-miri ta’ prestazzjoni fl-Unjoni kollha u lokali assoċjati; and

Emenda  93

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tinnomina korp indipendenti, imparzjali u kompetenti biex jaġixxi bħala ‘korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni’. Ir-rwol tal-korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni għandu jkun li jassisti lill-Kummissjoni fkoordinazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza , u biex jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza , meta jiġi mitlub, fl-implimentazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Assistenza teknika lill-korp tal-analiżi tal-prestazzjoni jista' jiġi pprovdut mill-EAA u l-Eurocontrol jew entità kompetenti oħra .

2. Il-Kummissjoni għandha tinnomina korp indipendenti, imparzjali u kompetenti biex jaġixxi bħala ‘korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni’(PRB). Il-PRB għandu jiġi stabbilit bħala regolatur ekonomiku Ewropew taħt is-sorveljanza tal-Kummissjoni, b'effett mill-1 ta' Lulju 2015. Ir-rwol tal-korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni għandu jkun li jassisti lill-Kummissjoni f'koordinazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, u biex jassisti u jissorvelja lill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni fl-implimentazzjoni ta’ l-iskema ta’ prestazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-PRB għandu jiġi separat funzjonalment u legalment minn kwalunkwe fornitur tas-servizz, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell pan-Ewropew. Assistenza teknika lill-PRB tista’ tiġi pprovduta mill-EAA, mill-Maniġer tan-Netwerk, l-Eurocontrol jew minn entità kompetenti oħra.

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-pjanijiet nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali msemmija fil-paragrafu 1(b) għandhom jitfasslu mill-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza u adottati mill-Istat Membru/mill-Istati Membri. Dawn il-pjani għandhom jinkludu miri lokali vinkolanti u skema ta’ inċentivi xierqa kif adottata mill-Istat Membru/mill-Istati Membri. L-abbozzar tal-pjani għandu jkun suġġett għal konsultazzjoni mal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, mar-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru u, fejn relevanti, mal-operaturi tal-ajruporti u l-koordinaturi tal-ajruporti.

3. Il-pjanijiet tal-prestazzjoni lokali msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jitfasslu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni u jiġu adottati mill-Istat Membru/mill-Istati Membri. Dawn il-pjani għandhom jinkludu miri lokali vinkolanti u skema ta’ inċentivi xierqa kif adottata mill-Istat Membru/mill-Istati Membri. L-abbozzar tal-pjani għandu jkun suġġett għal konsultazzjoni mal-Kummissjoni, mal-PRB, mal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, mar-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru u, fejn relevanti, mal-operaturi tal-ajruporti u l-koordinaturi tal-ajruporti.

Emenda  95

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il- konformità tal-miri nazzjonali jew tal- pjani u l- miri lokali tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali mal-miri ta’ prestazzjoni fl-Unjoni kollha għandha tiġi evalwata f'kooperazzjoni mal-korp tal-analiżi tal-prestazzjoni .

Il-konformità tal-pjanijiet u l-miri lokali tal-prestazzjoni mal-miri ta’ prestazzjoni fl-Unjoni kollha għandha tiġi evalwata mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-PRB.

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ li l-Kummissjoni tiskopri li l-pjani għall-blokk nazzjonali jew funzjonali tal-ispazju tal-ajru jew il-miri lokali ma jikkonformawx mal- kriterji għall-Unjoni kollha , tista’ teħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skond il-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(2)

Fil-każ li l-Kummissjoni tiddetermina li l-pjani tal-prestazzjoni lokali jew il-miri lokali ma jikkonformawx mal- kriterji għall-Unjoni kollha, tista’ teħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skond il-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(2)

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjonijiet regolari fir-rigward tal-kisba tal-miri ta' prestazzjoni tal-Unjoni u lokali assoċjati .

6. Il-Kummissjoni u l-EAA, flimkien mal-PRB, għandha twettaq valutazzjonijiet regolari fir-rigward tal-kisba tal-miri ta prestazzjoni tal-Unjoni u lokali assoċjati.

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-ġbir, il-validazzjoni, l-eżami, l-evalwazzjoni u t-tixrid tad- dejta relevanti marbuta mal-prestazzjoni tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u mas-servizzi tan-netwerk mill-partijiet rilevanti kollha, inklużi l-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, l-utenti tal-ispazju tal-ajru, l-operaturi tal-ajruporti, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-Istati Membri u l-Eurocontrol;

(a) il-ġbir, il-validazzjoni, l-eżami, l-evalwazzjoni u t-tixrid tad- dejta relevanti marbuta mal-prestazzjoni tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u mas-servizzi tan-netwerk mill-partijiet rilevanti kollha, inklużi l-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, l-utenti tal-ispazju tal-ajru, l-operaturi tal-ajruporti, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-Istati Membri u l-Eurocontrol;

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-għażla ta’ oqsma elwenin ta’ prestazzjoni xierqa fuq il-bażi tad-Dokument ICAO Nru 985 ‘Global air traffic management operational concept’ , u f’konsistenza mal-Qafas ta’ Rendiment tal-Pjan Komprensiv tal-ATM, inklużi l-oqsma tas-sikurezza, l-ambjent, il-kapaċità u l-effiċjenza fl-ispiża, adattati, fejn xieraq, sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-Ajru uUniku Ewropew u l-objettivi relevanti għal dawn l-oqsma u d-definizzjoni ta’ sett limitat ta’ indikaturi ta’ prestazzjoni ewlenin għall-kejl tal-prestazzjoni;

(b) l-għażla ta’ oqsma elwenin ta’ prestazzjoni xierqa fuq il-bażi tad-Dokument ICAO Nru 985 ‘Global air traffic management operational concept’ , u f’konsistenza mal-Qafas ta’ Rendiment tal-Pjan Komprensiv tal-ATM, inklużi l-oqsma tas-sikurezza, l-ambjent, il-kapaċità u l-effiċjenza fl-ispiża, adattati, fejn xieraq, sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-Ajru uUniku Ewropew u l-objettivi relevanti għal dawn l-oqsma u d-definizzjoni ta’ sett limitat ta’ indikaturi ta’ prestazzjoni ewlenin għall-kejl tal-prestazzjoni. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-indikaturi tal-prestazzjoni tas-sikurezza;

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-iffissar u r-reviżjoni ta’ miri ta’ prestazzjoni tal-Unjoni u lokali assoċjati, li japplikaw , li għandhom jiġu definiti filwaqt li jitqiesu l-inputs identifikati fil-livell nazzjonali jew fil-livell ta’ blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali;

(c) l-iffissar u r-reviżjoni ta’ miri ta’ prestazzjoni tal-Unjoni u lokali assoċjati, li japplikaw , li għandhom jiġu definiti filwaqt li jitqiesu l-inputs identifikati fil-livell nazzjonali jew fil-livell ta’ blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali. miri ta’ prestazzjoni tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti bil-għan li jiżguraw li kull blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali żżomm biżżejjed flessibbiltà biex tikseb l-aħjar riżultati;

Ġustifikazzjoni

Hemm ħtieġa li jingħata impetu lill-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali għal prestazzjoni aħjar filwaqt li jiġi żgurat ukoll li l-miri tal-Unjoni ma jneħħux il-flessibbiltà meħtieġa biex jinkisbu riżultati aħjar.

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt d – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-kriterji għall-iffissar, mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, ta’ pjani tal-prestazzjoni nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, li jkun fihom il-miri ta’ prestazzjoni lokali u l-iskema ta’ inċentivi. Il-pjani tal-prestazzjoni għandhom:

(d) il-kriterji għall-iffissar, mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, ta’ pjani tal-prestazzjoni lokali, li jkun fihom il-miri ta’ prestazzjoni lokali u l-iskema ta’ inċentivi. Il-pjani tal-prestazzjoni għandhom:

Emenda  102

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt d – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) ikunu bbażati fuq pjani kummerċjali tal-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru;

(i) ikunu bbażati fuq pjani kummerċjali tal-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, li min-naħa tagħhom għandhom jikkunsidraw l-implimentazzjoni tal-Pjan Komprensiv tal-ATM;

Emenda  103

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-valutazzjoni tal-miri lokali fuq il-bażi tal-pjan nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali;

(e) il-valutazzjoni tal-miri lokali fuq il-bażi tal-pjan tal-prestazzjoni lokali;

Emenda  104

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) il-monitoraġġ tal-pjani ta’ prestazzjoni nazzjonali jew tal-blokk tal-ispazju tal-ajru funzjonali, inklużi mekkaniżmi ta’ twissija xierqa.

(f) il-monitoraġġ tal-pjani ta’ prestazzjoni lokali, inklużi mekkaniżmi ta’ twissija xierqa;

Emenda  105

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) kriterji biex jimponu sanzjonijiet għan-non-konformità mal-miri ta’ prestazzjoni li japplikaw għall- Unjoni kollha u lokali assoċjati matul il-perjodu ta’ referenza u biex jiġu appoġġjati l-mekkaniżmi ta’ twissija;

(g) kriterji biex jimponu sanzjonijiet u mekkaniżmi ta' kumpens għan-non-konformità mal-miri ta’ prestazzjoni li japplikaw għall-Unjoni kollha u lokali assoċjati matul il-perjodu ta’ referenza u biex jiġu appoġġjati l-mekkaniżmi ta’ twissija;

Ġustifikazzjoni

Minbarra l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet, għandu jiġi stabbilit ukoll mekkaniżmu ta’ kumpens xieraq sabiex tiġi indirizzata l-problema li ġejja min-nuqqas ta’ sinkronizzazzjoni fl-applikazzjoni tal-SESAR u l-investiment mitluf minħabba fiha.

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 7 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 26 sabiex tistipula r-egoli dettaljati għall-finanzjamenmt xieraq tal-iskema tal-prestazzjoni skont il-punti elenkati f’dan il-paragrafu.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ta delega skont l-Artikolu 26 sabiex tadotta l-miri ta’ prestazzjoni li japplikaw għall-Unjoni kollha u tistipula r-regoli dettaljati għall-finanzjament xieraq tal-iskema tal-prestazzjoni skont il-punti elenkati f’dan il-paragrafu.

Emenda  107

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a. Il-Kummissjoni għandha twettaq studju dwar l-impatt li l-imġiba ta’ atturi mhux ANSP fis-sistema tal-ATM, pereżempju operaturi tal-ajruport, koordinaturi tal-ajruport u operaturi tat-trasport bl-ajru, jista’ jkollha fuq il-funzjonament effiċjenti tan-netwerk Ewropew tal-ATM.

 

L-ambitu tal-istudju għandu jkopri iżda, ma jkunx limitat fl-ambitu għal:

 

(a) l-identifikazzjoni ta’ atturi mhux ANSP fis-sistema tal-ATM, li kapaċi tinfluwenza l-prestazzjoni tan-netwerk;

 

(b) l-effett li tali imġiba tal-atturi għandha fuq il-prestazzjoni tal-ANS fir-rigward tal-oqsma elwenin ta’ prestazzjoni (KPAs) dwar is-sikurezza, l-ambjent u l-kapaċità;

 

(c) il-fattibbiltà tal-iżvilupp ta’ indikaturi tal-prestazzjoni u indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin għal dawn l-atturi;

 

(d) kwalunkwe benefiċċju għan-netwerk Ewropew tal-ATM li jista’ jinkiseb mill-implimentazzjoni ta’ indikaturi tal-prestazzjoni addizzjonali u indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin; U kwalunkwe ostaklu għall-kisba tal-aqwa prestazzjoni.

 

L-istudju għandu jibda mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għandu jitlesta mhux aktar tard minn 12-il xahar wara; l-output tiegħu għandu mbagħad jitqies mill-Kummissjoni u l-Istati Membri bil-għan li jiġi estiż l-ambitu tal-iskema tal-prestazzjoni biex jinkludi kwalunkwe indikatur tal-prestazzjoni addizzjonali u kwalunkwe indikatur tal-prestazzjoni ewlieni għall-perjodi ta’ referenza futuri, f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

L-Iskema tal-Prestazzjoni tiffoka l-aktar fuq fornituri tas-servizz bħala l-atturi prinċipali fis-sistema tal-ATM. Huwa evidenti li atturi oħra fis-sistema għandhom il-kapaċità li jaffettwaw l-eżiti tal-prestazzjoni tul in-netwerk Ewropew tal-ATM. Għalhekk il-Kummissjoni, appoġġata mill-PRB, għandha twettaq studju biex tifhem kif atturi oħra tal-ATM iħallu impatt fuq il-prestazzjoni tan-netwerk bil-għan li tiżviluppa KPIs u PIs addizzjonali għal dawk l-atturi għall-implimentazzjoni f’Perjodi ta’ Referenza futuri tal-Iskema.

Emenda  108

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. 4 L-ispejjeż li għandom jitqiesu f'dan il-kuntest għandhom ikunu dawk stmati f'konnessjoni mal-faċilitajiet u servizzi provduti għal u implimentati taħt il-Pjan Reġjonali ta' Navigazzjoni tal-Ajru tal-ICAO, Reġjun Ewropew. Għandhom ukoll jinkludu spejjeż minfuqa mill-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza u/jew entitajiet kwalifikati, kif ukoll spejjeż oħra minfuqa mill-Istati Membri u l-fornituri ta' servizz relevanti f'konnessjoni mal-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru; Huma ma għandhomx jinkludu l-ispejjeż tal- penali imposti mill-Istati Membri msemmija fl- Artikolu 33 u lanqas l-ispejjeż ta’ kwalunkwe miżura korrettiva jew sanzjoni msemmija fl- Artikolu 11 5 .

4. L-ispejjeż li għandom jitqiesu f'dan il-kuntest għandhom ikunu dawk stmati f'konnessjoni mal-faċilitajiet u servizzi provduti għal u implimentati taħt il-Pjan Reġjonali ta' Navigazzjoni tal-Ajru tal-ICAO, Reġjun Ewropew. Għandhom ukoll jinkludu spejjeż minfuqa mill-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza u/jew entitajiet kwalifikati, kif ukoll spejjeż oħra minfuqa mill-Istati Membri u l-fornituri ta' servizz relevanti f'konnessjoni mal-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru. Huma ma għandhomx jinkludu l-ispejjeż tal- penali imposti mill-Istati Membri msemmija fl- Artikolu 33 jew l-ispejjeż ta’ kwalunkwe miżura korrettiva jew sanzjoni msemmija fl- Artikolu 11(5).

Emenda  109

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. 5 Fir-rigward tal-blokok funzjonali tal-Ispazju tal-ajru u bħala parti mill-ftehim qafas rispettivi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jaqblu fuq il-prinċipji komuni għall-politika ta’ ħlasijiet.

5. Fir-rigward tal-blokok funzjonali tal-Ispazju tal-ajru u bħala parti mill-ftehim qafas rispettivi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jaqblu fuq il-prinċipji komuni għall-politika ta’ ħlasijiet, bil-għan li jintlaħaq ħlas wieħed, skont il-pjanijiet tal-prestazzjoni rispettivi tagħhom.

Emenda  110

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 9 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) it-tariffi għandhom jinkoraġġixxu l-forniment sikur, effiċjenti u effettiv u sostenibbli ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru bil-ħsieb tal-kisba ta’ livell għoli ta’ sikurezza u ta’ effiċjenza mqabbla mal-ispiża u li jilħqu l-miri ta’ prestazzjoni u huma għandhom jistimulaw il-forniment ta’ servizz integrat filwaqt li jnaqqsu l-impatt ambjentali tal-avjazzjoni. Għall-għanijiet tal-punt (f) u b’rabta mal-pjani ta’ prestazzjoni jew blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jistgħu jwaqqfu mekkaniżmi, inklużi inċentivi li jikkonsistu f’vantaġġi u żvantaġġi finanzjarji , biex jinkoraġġixxu l-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru u/jew utenti tal-ajru ħalli jsostnu t-titjib fil-forniment tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru bħalma hi l-kapaċità miżjuda, dewmien imnaqqas u żvilupp sostenibbli, filwaqt li jinżamm livell tajjeb ta’ sikurezza.

(f) it-tariffi għandhom jinkoraġġixxu l-forniment sikur, effiċjenti u effettiv u sostenibbli ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru bil-ħsieb tal-kisba ta’ livell għoli ta’ sikurezza u ta’ effiċjenza mqabbla mal-ispiża u li jilħqu l-miri ta’ prestazzjoni u huma għandhom jistimulaw il-forniment ta’ servizz integrat filwaqt li jnaqqsu l-impatt ambjentali tal-avjazzjoni. Għall-għanijiet ta’ dan il-punt u b’rabta mal-pjani ta’ prestazzjoni lokali, l-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni tista’ twaqqaf mekkaniżmi, inklużi inċentivi li jikkonsistu f’vantaġġi u żvantaġġi finanzjarji, biex jinkoraġġixxu l-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru u/jew utenti tal-ajru ħalli jsostnu t-titjib fil-forniment tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru bħalma hi l-kapaċità miżjuda, dewmien imnaqqas u żvilupp sostenibbli, filwaqt li jinżamm livell tajjeb ta’ sikurezza.

Emenda  111

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jistipulaw id-dettalji tal-proċedura li għandha tiġi segwita għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 9. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(3).

10. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jistipulaw id-dettalji tal-proċedura li għandha tiġi segwita għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 9. Il-Kummissjoni tista’ tipproponi mekkaniżmi finanzjarji biex ittejjeb is-sinkronizzazzjoni ta’ nfiq kapitali bbażat fl-ajru u bbażat fuq l-art marbut mal-applikazzjoni tat-teknoloġiji tal-SESAR. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(3).

Ġustifikazzjoni

Problemi riċenti marbuta mal-applikazzjoni tat-teknoloġija tal-SESAR juru li sakemm ma jkunx hemm fis-seħħ miżuri ffukati, l-infiq kapitali meħtieġ jista’ ma jkunx sinkronizzat u għalhekk it-teknoloġija rispettiva installata f’sistemi tal-ajruplani jew fl-art jista’ jkun li ma tkunx tista’ tintuża.

Emenda  112

Proposta għal regolament

Artikolu 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Implimentazzjoni tal-Pjan Komprensiv tal-ATM

 

1. L-implimentazzjoni tal-Pjan Komprensiv tal-ATM għandha tiġi kkoordinata mill-Kummissjoni. Il-Maniġer tan-Netwerk, il-PRB u l-Maniġer tal-Applikazzjoni għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Pjan Komprensiv tal-ATM f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  113

Proposta għal regolament

Artikolu 14b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14b

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jistabbilixxu l-governanza tal-implimentazzjoni tal-Pjan Komprensiv tal-ATM, inklużi d-definizzjoni u l-għażla tal-korp responsabbli mil-livell ta’ ġestjoni (il-Maniġer tal-Applikazzjoni). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(3).

Emenda  114

Proposta għal regolament

Artikolu 14c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14c

 

Il-Maniġer tal-Applikazzjoni għandu jirrakkomanda lill-Kummissjoni skadenzi vinkolanti għall-applikazzjoni u l-azzjonijiet korrettivi xierqa li jikkonċernaw id-dewmien ta’ implimentazzjoni.

Emenda  115

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM tista' tiġi appoġġata minn proġetti komuni . Dawn il- proġetti għandhom jappoġġaw l-objettivi ta' dan ir-Regolament sabiex tiġi mtejba l-prestazzjoni tas-sistema tal-avjazzjoni tal-Ewropa f'oqsma prinċipali bħalma huma l-kapaċità, it-titjiriet u l-effiċjenza f'termini ta' spejjeż kif ukoll is-sostenibbiltà ambjentali, fi ħdan objettivi dominanti ta' sikurezza. Il-proġetti komuni għandu jkollhom l-għan li jwettqu b'mod f'waqtu, koordinat u sinkronizzat il-funzjonalitajiet ATM sabiex jiksbu l-bidliet operattivi essenzjali identifikati fil-Pjan Regolatorju tal-ATM .

1. L-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM tista' tiġi appoġġata minn proġetti komuni . Dawn il- proġetti għandhom jappoġġaw l-objettivi ta' dan ir-Regolament sabiex tiġi mtejba l-prestazzjoni tas-sistema tal-avjazzjoni tal-Ewropa f'oqsma prinċipali bħalma huma l-kapaċità, it-titjiriet u l-effiċjenza f'termini ta' spejjeż kif ukoll is-sostenibbiltà ambjentali, fi ħdan objettivi dominanti ta' sikurezza. Il-proġetti komuni għandu jkollhom l-għan li jwettqu l-funzjonalitajiet tal-ATM bmod fwaqtu, koordinat u sinkronizzat, bil-għan li jitwettqu l-bidliet operattivi essenzjali identifikati fil-Pjan Komprensiv tal-ATM, inkluż l-identifikazzjoni tad-dimensjoni ġeografika, tal-arkitettura ta’ proġetti mmexxija mill-prestazzjoni u tal-approċċ ta’ twettiq ta’ servizzi l-iżjed xierqa li għandhom jiġu applikati mill-Maniġer tal-Applikazzjoni. Fejn applikabbli, it-tfassil u l-eżekuzzjoni ta’ proġetti komuni għandu jkollhom l-għan li jippermettu l-eżistenza ta’ sett ta’ kapaċitajiet interoperabbli bażiċi fl-Istati Membri kollha.

Emenda  116

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri li jistabbilixxu l-governanza ta' proġetti komuni u li jidentifikaw l-inċentivi għat-twettiq tagħhom. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(3). Dawn il-miżuri m'għandhomx idgħajfu l-mekkaniżmi għall-iskjerament ta’ tali proġetti rigward blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru kif ġie miftiehem mill-partijiet ta’ dawk il-blokok.

2. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri li jistabbilixxu l-governanza ta' proġetti komuni u li jidentifikaw l-inċentivi għat-twettiq tagħhom. Il-korp li jirregola l-iskjerament tal-proġetti komuni għandu jkun l-istess korp li jkun inkarigat mill-implimentazzjoni tal-linja bażi tal-Pjan Komprensiv tal-ATM. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(3). Dawn il-miżuri m'għandhomx idgħajfu l-mekkaniżmi għall-iskjerament ta’ tali proġetti rigward blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru kif ġie miftiehem mill-partijiet ta’ dawk il-blokok.

Emenda  117

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Proġetti konġunti huma l-mezz li bih jiġi implimentat il-proġett SESAR dwar it-titjib operattiv żviluppat kemm b’mod ikkoordinat kif ukoll f’waqtu. B’hekk huma jikkontribwixxu, b’mod deċiżiv, għall-kisba tal-miri fl-Unjoni kollha.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti ħafna li jiġi enfasizzat li l-implimentazzjoni tal-proġett SESAR jiffoka fuq proġetti konġunti flimkien mal-miri Ewropej, fi żmien xieraq, b’mod koordinat, sinkronizzat u konsistenti. Barra minn hekk, fir-Regolament il-ġdid għandha ssir referenza għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 409/2013.

Emenda  118

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru bbażati fuq il-forniment integrat ta' servizzi tat-traffiku tal-ajru bil-ħsieb li tiġi akkwistata l-kapaċità u l-effikaċja meħtieġa tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew u li jinżamm livell għoli ta’ effiċjenza u li jingħata kontribut għall-prestazzjoni ġenerali tas-sistema ta’ trasport bl-ajru u impatt ambjentali mnaqqqas.

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ blokok funzjonali operattivi tal-ispazju tal-ajru bbażati fuq il-forniment integrat ta' servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru bil-ħsieb li tiġi akkwistata l-kapaċità u l-effikaċja meħtieġa tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew u li jinżamm livell għoli ta’ effiċjenza u li jingħata kontribut għall-prestazzjoni ġenerali tas-sistema ta’ trasport bl-ajru u impatt ambjentali mnaqqas.

Emenda  119

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru għandhom, kul fejn ikun possibbli, jiġu ffurmati skont sħubijiet industrijali kooperattivi bejn fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni tal-ajru, partikolarment b'rabta mal-forniment ta' servizzi ta' appoġġ skont l-Artikolu 10. Is-sħubijiet industrijali jistgħu jappoġġaw blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru wieħed jew aktar, jew parti minnu biex jimmassimizzaw il-prestazzjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Skont l-emenda 76 għall-Artikolu 10 mir-Rapporteur, il-kompetizzjoni għas-servizzi ta’ appoġġ ma għandhiex tkun limitata għal-livell ta’ FABs.

Emenda  120

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri , kif ukoll il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom jikkooperaw ma’ xulxin sakemm hu possibbli sabiex jiżguraw li jkunu konformi ma’ dan l-Artikolu . Fejn ikun rilevanti, il-kooperazzjoni tista’ tinkludi wkoll fornituri ta' servizzi tat-traffiku tal-ajru minn pajjiżi terzi li jieħdu sehem fil-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru.

3. L-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni u l-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom jikkooperaw ma’ xulxin sakemm hu possibbli sabiex jiżguraw li jkunu konformi ma’ dan l-Artikolu. Fejn ikun rilevanti, il-kooperazzjoni tista’ tinkludi wkoll awtoritajiet nazzjonali ta’ Sorveljanza u fornituri ta’ servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru minn pajjiżi terzi li jieħdu sehem fil-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li l-NSAs jiġu introdotti f’dan l-Artikolu peress li għandhom rwol fis-sorveljanza tas-sikurezza u l-prestazzjoni fl-FABs.

Emenda  121

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ikunu mfassla sabiex ifittxu l-akbar sineġiji mas-sħubijiet industrijali sabiex jilħqu u fejn possibbli jaqbżu l-miri tal-prestazzjoni stipulati skont l-Artikolu11;

(b) ikunu mfassla sabiex ifittxu l-akbar sinerġiji mas-sħubijiet industrijali sabiex jilħqu l-miri tal-prestazzjoni stipulati skont l-Artikolu 11;

Ġustifikazzjoni

“Rekwiżit” mhux xieraq għal leġiżlazzjoni. Li jinqabżu miri f’qasam wieħed jista’ joħloq problemi biex jintlaħqu miri f’qasam ieħor.

Emenda  122

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jagħmlu possibbli l-aħjar użu tal-ispazju tal-ajru, filwaqt li jieħdu kont tal-flussi tat-traffiku tal-ajru;

(c) jagħmlu possibbli l-aħjar użu, u l-użu flessibbli, tal-ispazju tal-ajru, filwaqt li jieħdu kont tal-flussi tat-traffiku tal-ajru;

Emenda  123

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia) jikkonsolidaw l-akkwist ta’ infrastruttura tal-ATM u jkollhom l-għan li jżidu l-interoperabilità ta’ tagħmir eżistenti;

Ġustifikazzjoni

L-akkwist ta’ sistemi għalja u inkompatibbli minn kull ANSP joħloq aktar ostakli għall-għanijiet tal-SES aktar ’il quddiem.

Emenda  124

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt ib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ib) jiffaċilitaw il-konsistenza mal-miri ta’ prestazzjoni madwar l-Unjoni.

Emenda  125

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Ir-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu jistgħu jintlaħaqu permezz tal-parteċipazzjoni tal-fornituri ta' servizzi tan-nvigazzjoni tal-ajru fi blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru wieħed jew aktar.

5. Ir-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu jistgħu jintlaħaqu permezz tal-parteċipazzjoni tal-fornituri ta' servizzi tan-nvigazzjoni tal-ajru fi blokkijiet funzjonali tal-ispazju tal-ajru wieħed jew aktar.

Emenda  126

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru li jestendi tul l-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà ta' aktar minn Stat Membru għandu jkun stabbilit b'nomina konġunta bi ftehim reċiproku bejn l-Istati Membri kollha , kif ukoll jekk ikun il-każ, ma’ pajjiżi terzi li jkollhom responsabbiltà għal xi parti mill-ispazju tal-ajru inkluż fil-blokk.

Blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru operattiv għandu jkun stabbilit b’nomina konġunta bejn l-Istati Membri, kif ukoll jekk ikun il-każ, ma’ pajjiżi terzi li jkollhom responsabbiltà għal xi parti mill-ispazju tal-ajru inkluż fil-blokk.

Emenda  127

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri rigward l-informazzjoni li għandha tingħata mill-Istat (i) Membru(i) msemmija fil-paragrafu 6. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(3).

11. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri rigward l-informazzjoni li għandha tingħata mill-Istat (i) Membru(i) msemmija fil-paragrafu 6. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(3). Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe arranġament ta’ FAB li jkun jeżisti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, sakemm dawk l-arranġamenti jilħqu u, fejn ikun possibbli, jeċċedu l-miri ta’ prestazzjoni stabbiliti skont l-Artikolu 11.

Emenda  128

Proposta għal regolament

Artikolu 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 16a

 

Sħubijiet industrijali

 

1. Fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru jistgħu jikkooperaw biex jistabbilixxu sħubijiet industrijali, b’mod partikolari dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ skont l-Artikolu 10. Is-sħubijiet industrijali jistgħu jappoġġaw blokkijiet funzjonali tal-ispazju tal-ajru wieħed jew aktar, jew kwalunkwe parti minnu biex jimmassimizzaw il-prestazzjoni.

 

2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li kwalunkwe ostaklu għal sħubijiet bejn ANSPs jitneħħa, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari kwistjonijiet dwar responsabbiltà, mudelli ta’ ħlasijiet u ostakli għall-interoperabilità.

Ġustifikazzjoni

Sħubijiet industrijali għandhom ikunu separati mill-FABs, li huma inizjattiva ta’ Stat. Aktar minn hekk, sħubijiet industrijali jeħtieġu li ma jirkbux l-FABs f’termini tal-Istati Membri kkonċernati, u għalhekk għandhom jiġu kklassifikati bħala tip separat ta’ kooperazzjoni.

Emenda  129

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-servizzi tan-netwerk ta' ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) għandhom jippermettu l-aqwa użu tal-ispazju tal-ajru u jiżguraw li l-utenti tal-ispazju tal-ajru jkunu jistgħu joperaw fuq it-trajettorji ppreferuti, filwaqt li jippermettu aċċess massimu għall-ispazju tal-ajru u għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru. Dawn is-servizzi tan-netwerk għandhom ikunu mmirati biex jiġu appoġġati l-inizjattivi fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali u għandhom jitwettqu b’mod li jirrispetta s-separazzjoni tal-ħidmiet regolatorji u operattivi.

1. Is-servizzi tan-netwerk ta' ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) għandhom jippermettu użu ottimali u flessibbli tal-ispazju tal-ajru u jiżguraw li l-utenti tal-ispazju tal-ajru jkunu jistgħu joperaw fuq it-trajettorji ppreferuti, filwaqt li jippermettu aċċess massimu għall-ispazju tal-ajru u għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru. Dawn is-servizzi tan-netwerk għandhom ikunu mmirati biex jiġu appoġġati l-inizjattivi fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali u għandhom jitwettqu b’mod li jirrispetta s-separazzjoni tal-ħidmiet regolatorji u operattivi.

Emenda  130

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet msemmija fil-paragrafu 1, u bla ħsara għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tar-rotot nazzjonali u l-istrutturi tal-ispazju tal-ajru, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jitwettqu s-servizzi li ġejjin taħt ir-responsabbiltà ta' Maniġer tan-Netwerk :

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1, u bla ħsara għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tar-rotot nazzjonali u l-istrutturi tal-ispazju tal-ajru, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-funzjonijiet u s-servizzi li ġejjin ikunu kkoordinati minn Maniġer tan-Netwerk:

Ġustifikazzjoni

Il-“Maniġer tan-Netwerk” kif definit mill-SES mhux neċessarjament kapaċi jwettaq direttament dawn l-attivitajiet kollha hu stess.

Emenda  131

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) l-ottimizazzjoni tat-tfassil tal-ispazju tal-ajru f'kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni tal-ajru u l-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru msemmija fl-Artikolu 16;

(e) l-ottimizzazzjoni tat-tfassil tal-ispazju tal-ajru, inklużi s-setturi tal-ispazju tal-ajru u l-istrutturi tal-ispazju tal-ajru f’żoni en-route u fit-terminal, f’kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni tal-ajru u l-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru msemmija fl-Artikolu 16;

Emenda  132

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-servizzi elenkati f'dan is-subparagrafu m’għandhomx jinvolvu l-adozzjoni ta’ miżuri vinkolanti ta’ ambitu ġenerali jew l-eżerċizzju ta’ diskrezzjoni politika. Huma għandhom iqisu l-proposti stabbiliti fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali. Dawn għandhom jitwettqu f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet militari skont il-proċeduri miftiehma li jikkonċernaw l-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru.

Il-funzjonijiet u s-servizzi elenkati fdan is-subparagrafu m’għandhomx jinvolvu l-adozzjoni ta’ miżuri vinkolanti ta’ ambitu ġenerali jew l-eżerċizzju ta’ diskrezzjoni politika. Huma għandhom iqisu l-proposti stabbiliti fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali. Dawn għandhom jitwettqu f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet militari skont il-proċeduri miftiehma li jikkonċernaw l-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru.

Ġustifikazzjoni

Xi attivitajiet koperti minn dan l-Artikolu mhumiex “servizzi” fl-użu tat-terminu tal-SES.

Emenda  133

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista’, u f’konformità mar-regoli implimentattivi msemmija fil-paragrafu 4, taħtar lill-Eurocontrol jew lil korp ieħor kompetenti u imparzjali biex iwettaq il- kompiti neċessarji għall-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu tal-Maniġer tan-Netwerk Dawn il-kompiti għandom jitwettaqu b’mod imparzjali, ekonomikament effettiv; Dawn il-kompiti għandhom jitwettqu b’mod imparzjali, ekonomikament effettiv u għandhom jitwettqu f’isem l-Istati Membri u l-partijiet interessati. Huma għandhom ikunu soġġetti għal governanza xierqa, li tirrikonoxxi r-responsabilitajiet separati għall-provvediment tas-servizzi u għar-regolamentazzjoni, filwaqt li jiġu kkunsidrati il-ħtiġijiet tan-netwerk sħiħ tal-ATM u bl-involviment sħiħ tal-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru. Sal-1 ta' Jannar 2020, il-Kummissjoni għandha taħtar Maniġer tan-Netwerk bħala fornitur awtonomu tas-servizzi, fejn possibbli bħal sħubija industrijali.

Il-Kummissjoni tista’, u f’konformità mar-regoli implimentattivi msemmija fil-paragrafu 4, taħtar lill-Eurocontrol jew lil korp ieħor kompetenti u imparzjali biex iwettaq il- kompiti neċessarji għall-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu tal-Maniġer tan-Netwerk Dawn il-kompiti għandom jitwettaqu b’mod imparzjali, ekonomikament effettiv; Dawn il-kompiti għandom jitwettqu b’mod imparzjali, ekonomikament effettiv u għandhom jitwettqu f’isem l-Unjoni, l-Istati Membri u l-partijiet interessati. Huma għandhom ikunu soġġetti għal governanza xierqa, li tirrikonoxxi r-responsabilitajiet separati għall-provvediment tas-servizzi u għar-regolamentazzjoni, filwaqt li jiġu kkunsidrati il-ħtiġijiet tan-netwerk sħiħ tal-ATM u bl-involviment sħiħ tal-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru. Sal-1 ta' Jannar 2016, il-Kummissjoni għandha taħtar Maniġer tan-Netwerk bħala fornitur awtonomu tas-servizzi, fejn possibbli bħal sħubija industrijali.

Emenda  134

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Aspetti ta’ tfassil tal-ispazju tal-ajru minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 2 u 4 (c) għandhom jiġu kkunsidrati fuq livell nazzjonali jew fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali. Dan il-proċess tat-tfassil għandu jikkunsidra t-talbiet u l-kumplessità tat-traffiku, il-pjani tal-prestazzjoni tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali jew nazzjonali u għandu jinkludi konsultazzjoni sħiħa mal-utenti tal-ispazju tal-ajru relevanti jew mal-gruppi relevanti li jirrappreżentaw l-utenti tal-ispazju tal-ajru u mal-awtoritajiet militari skont kif ikun xieraq.

5. Aspetti ta’ tfassil tal-ispazju tal-ajru minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 2 u fil-punt (c) tal-paragrafu 4 għandhom jiġu kkunsidrati fuq livell nazzjonali jew fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali. Il-proċess tat-tfassil għandu jikkunsidra t-talbiet u l-kumplessità tat-traffiku u l-pjani tal-prestazzjoni lokali, u għandu jinkludi konsultazzjoni sħiħa mal-utenti tal-ispazju tal-ajru rilevanti jew mal-gruppi rilevanti li jirrappreżentaw l-utenti tal-ispazju tal-ajru u mal-awtoritajiet militari skont kif ikun xieraq.

Emenda  135

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta' konsultazzjoni biex jikkonsultaw mal-gruppi rilevanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-operaturi tal-ajrudromi dwar kull kwistjoni ewlenija marbuta mas-servizzi pprovduti, jew bidliet rilevanti lill-konfigurazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru. L-utenti tal-ispazju tal-ajru għandhom ukoll ikunu involuti fil-proċess tal-approvazzjoni ta' pjani ta' investiment strateġiku. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jiddettaljaw il-modalitajiet tal-konsultazzjoni u tal-involiment tal-utenti tal-ispazju tal-ajru fl-approvazzjoni tal-pjani ta' investiment. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(3).

Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta konsultazzjoni biex jikkonsultaw mal-gruppi rilevanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-operaturi tal-ajrudromi dwar kull kwistjoni ewlenija marbuta mas-servizzi pprovduti, pjanijiet ta’ investiment strateġiku, speċjalment fir-rigward ta' aspetti li jirrikjedu sinkronizzazzjoni bejn l-użu ta' tagħmir bl-ajru u bl-art jew bidliet rilevanti lill-konfigurazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jiddettaljaw il-modalitajiet tal-konsultazzjoni u tal-involviment tal-utenti tal-ispazju tal-ajru fl-abbozzar tal-pjanijiet ta’ investiment strateġiċi biex tiżgura l-konsistenza tagħhom mal-Pjan Komprensiv tal-ATM u l-proġetti komuni msemmija fl-Artikolu 15. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(3).

Emenda  136

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Kumitat tal-Ajru Uniku, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi grupp konsultattiv espert dwar il-fattur uman, li s-sħab soċjali Ewropej tal-ATM u esperti oħra minn korpi rappreżentattivi ta’ persunal professjonali għandhom jappartjenu għalih. Ir-rwol ta’ dan il-grupp għandu jkun li jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-azzjoni reċiproka bejn l-operazzjonijiet u l-fattur uman fis-settur tal-ATM.

Ġustifikazzjoni

Meta titqies il-kumplessità involuta fil-kejl tal-indikaturi tal-fattur uman, grupp espert huwa meħtieġ li jagħti parir lill-Kummissjoni dwar dan il-qasam. Dan il-grupp espert jista’ jkun stabbilit taħt l-awspiċi ta’ korp eżistenti, bħall-Korp Konsultattiv tal-Industrija.

Emenda  137

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni tal-ajru, tkun xi tkun is-sistema ta' sjieda tagħhom jew forma legali, għandhom jiktbu, jissottomettu lill-verifika u jippubblikaw il-kontijiet finanzjarji tagħhom. Dawn il-kontijiet għandhom jikkonformaw mal- istandards internazzjonali tal-kontabilità addottati mill- Unjoni . Fejn, minħabba l-istatus legali tal-fornitur ta' servizz, konformita sħiħa mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità ma tkunx possibbli, l-fornitur għandu jagħmel sforz biex jikseb konformita tali sal-punt massimu possibbli.

1. Fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni tal-ajru, tkun xi tkun is-sistema ta' sjieda tagħhom jew forma legali, għandhom jiktbu, jissottomettu lill-verifika u jippubblikaw il-kontijiet finanzjarji tagħhom. Dawn il-kontijiet għandhom jikkonformaw mal- istandards internazzjonali tal-kontabilità addottati mill- Unjoni .

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex l-ANSPs jikkonformaw ma' dan l-Artikolu sal-1 ta' Lulju 2017.

Ġustifikazzjoni

L-użu tal-istandards internazzjonali tal-kontabilità huwa meħtieġ għall-komparabilità tal-ispejjeż u l-kwalità tad-dejta użata fl-iskema tal-prestazzjoni.

Emenda  138

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Stati Membri jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet transizzjonali ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità29 għall-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru li jaqgħu taħt l-ambitu ta' dan ir-Regolament.

imħassar

__________________

 

29ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

 

Emenda  139

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 11(7), 17(3) u 25 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat.

2. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 11(7), 17(3) u 25 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien ta' seba' snin.

 

Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport f’dak li għandu x’jaqsam mas-setgħa ddelegata sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ seba’ snin. Id-delega tas-setgħa titwal taċitament għal perijodi ta’ dewmien identiku, sakemm ma jkunx hemm oppożizzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill għal tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

Emenda  140

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. La l-awtoritjiet superviżorji nazzjonali, li jkunu qed jaġixxu skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali, u lanqas il-Kummissjoni ma għandhom jiżvelaw l-informazzjoni ta' natura kunfidenzjali, b'mod partikulari informazzjoni dwar il-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni tal-ajru, ir-relazzjonijiet ta' negozju jew il-komponenti tal-ispejjeż tagħhom.

1. La l-awtoritjiet nazzjonali tal-avjazzjoni, li jkunu qed jaġixxu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, u lanqas il-Kummissjoni ma għandhom jiżvelaw l-informazzjoni ta natura kunfidenzjali, bmod partikulari informazzjoni dwar l-ANSPs, ir-relazzjonijiet ta negozju jew il-komponenti tal-ispejjeż tagħhom.

Emenda  141

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-paragrafu 1 għandu jkun bla ħsara għad-dritt ta’ żvelar mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jew mill-Kummissjoni fejn ikun essenzali għall-għanijiet biex jissodisfaw dmirijiethom, f’liema każ dan l-iżvelar għandu jkun proporzjonat u għandu jirrispetta l-interessi leġittimi tal-fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru, l-utenti tal-ispazju tal-ajru, l-ajruporti jew il-partijiet interessati rilevanti l-oħra fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

2. Il-paragrafu 1 għandu jkun bla ħsara għad-dritt ta’ żvelar mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jew mill-Kummissjoni fejn ikun essenzali għall-għanijiet biex jissodisfaw dmirijiethom, f’liema każ dan l-iżvelar għandu jkun proporzjonat u għandu jirrispetta l-interessi leġittimi tal-ANSPs, l-utenti tal-ispazju tal-ajru, l-ajruporti jew il-partijiet interessati rilevanti l-oħra fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

Emenda  142

Proposta għal regolament

Artikolu 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikulari mill-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-fornituri ta’ servizzi , u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u disważivi.

L-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli dwar il-penali u mekkaniżmi ta' kumpens applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikulari mill-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-fornituri ta’ servizzi , u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u disważivi.

Ġustifikazzjoni

Minbarra l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet, għandu jiġi stabbilit ukoll mekkaniżmu ta’ kumpens xieraq sabiex tiġi indirizzata l-problema li ġejja min-nuqqas ta’ sinkronizzazzjoni fl-applikazzjoni tal-SESAR u l-investiment mitluf minħabba fiha.

Emenda  143

Proposta għal regolament

Anness II – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-awtorità nazzjonali ta' sorveljanza li toħroġ iċ-ċertifikat;

(a) l-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni li toħroġ iċ-ċertifikat;

  • [1]  Għadu ma ġiex ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
  • [2]  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.

NOTA SPJEGATTIVA

L-inizjattiva Ajru Uniku Ewropew (SES) tnediet fis-sena 2000, biex iġġib il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi ta’ navigazzjoni taħt il-politika komuni tat-trasport. Mit-tnedija tal-SES, il-politika ta’ tkabbir flimkien ma’ politika attiva tal-viċinat kabbru s-suq tal-avjazzjoni Ewropew għal 38 pajjiż, u b’hekk l-avjazzjoni tal-UE saret attur globali. Madankollu, l-SES ma kisbitx ir-riżultati mistennija. Il-progress li sar fuq l-approċċ minn isfel għal fuq tal-FAB kif ukoll il-progress fuq l-effiċjenza kumplessiva tat-tfassil u l-użu tan-netwerk Ewropew tar-rotot huwa ftit, għaldaqstant la t-tariffi tan-navigazzjoni u l-prezzijiet tal-biljetti u lanqas it-tul medju tat-titjiriet jew il-konsum medju tal-karburant ma naqsu biżżejjed, b’mod konsiderevoli, minħabba r-riforma li għaddejja tal-SES. Konsegwentement, l-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-passiġġieri qed jerfgħu il-piż żejjed tal-ineffiċjenzi fil-katina tal-avjazzjoni tal-UE f’termini ta’ żmien, karburant użat u flus.

Il-proposta tal-Kummissjoni

Ir-riformulazzjoni tar-regolament dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku għandha l-għan li tħaffef l-implimentazzjoni tar-riforma tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru waqt li, fl-istess ħin, tibqa’ tikkonforma mal-objettivi u l-prinċipji oriġinali. Għandha l-għan li tilħaq din il-mira, fost oħrajn, bit-tisħiħ tal-indipendenza tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza, bit-tisħiħ tar-rwol tal-Maniġer tan-Netwerk, bid-definizzjoni mill-ġdid tal-kunċett ta’ blokki funzjonali tal-ispazju tal-ajru billi l-industrija titħalla tassumi rwol iżjed prominenti u, fl-aħħar iżda mhux l-inqas, billi tagħmel lis-servizzi ta’ appoġġ tan-navigazzjoni tal-ajru soġġetti għall-proċess ta’ sejħa għal offerti miftuħ għall kompetizzjoni.

L-istatus quo mhuwiex għażla

Wara li ħadmet fuq il-proposta ta’ qabel għal Ajru Uniku Ewropew (SES II) u nnegozjat il-ftehim finali mal-Kunsill iżda bir-riżultat li rat biss ir-riżultati miksuba mxekkla minn nuqqas ta’ rieda politika u impenn politiku f’bosta Stati Mmebri, ir-rapporteur tiegħek tagħti l-appoġġ totali tagħha għall-prinċipji stabbiliti fis-SESII+. Minkejja xi sforzi li saru minn għadd żgħir ta’ Stati Membri li impenjaw ruħhom biex itejbu l-pajsaġġ tal-industrija Ewropea tal-ATM, l-utenti tal-ispazju tal-ajru, il-linji tal-ajru u l-passiġġieri ma esperjenzawx ħafna minn dan fl-attivitajiet ta’ kuljum u tan-negozju tagħhom. Huwa għal din ir-raġuni li għandna nikkunsidraw din il-proposta l-ġdida bħala, forsi, l-aħħar opportunità li biha tista’ titħaffef l-implimentazzjoni, li diġà ddewmet ħafna, tal-inizjattiva ewlenija tal-UE qabel ma l-industrija tal-avjazzjoni Ewropea ssofri minn diffikultajiet oħra minħabba l-kompetizzjoni esterna u jkun hemm mewġa ġdida ta’ fallimenti ta’ linji tal-ajru. Wara li kkunsidrat dan kollu, ir-rapporteur tiegħek hija tal-opinjoni li xi ftit tibdiliet jistgħu jtejbu l-proposta biex issir iżjed prattika u l-implimentazzjoni tagħha tkun iżjed flessibbli u effiċjenti.

L-abbozz tar-rapport tar-rapporteur

L-ewwel nett, saru xi ftit emendi biex jiżdiedu xi definizzjonijiet importanti, prinċipalment ta’ “mira ta’ prestazzjoni lokali” jew “sħubija industrijali” li, skont il-proposta, issa se tkun “forza ta’ xprunar” fi blokki funzjonali ta’ spazju tal-ajru li ġew strutturati mill-ġdid.

It-tieni, minħabba li skont id-definizzjoni tiegħu, l-Ajru Uniku Ewropew għandu jkun iżjed inklużiv u jippermetti użu iktar flessibbli tal-ispazju tal-ajru, il-membri tiegħu għandhom jiġu mħeġġa jidħlu f’kooperazzjoni mtejba irrispettivament mill-konfini li fihom joperaw. Bl-istess mod huma għandhom ikunu kapaċi jestendu l-ambitu ġeografiku u operattiv li għalih japplika dan ir-regolament permezz ta’ ftehimiet xierqa, inkluż il-livell tal-blokk ta’ spazju tal-ajru funzjonali, mal-pajjiżi terzi tal-viċinat. Fit-test qed jiġu introdotti ftit tibdiliet li jagħmlu dan possibbli b’mod espliċitu.

It-tielet, f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-tieni proposta tas-SESII+ li temenda r-Regolament 216/2008, li jagħti għadd konsiderevolment ikbar ta’ kompiti lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Avjazzjoni (EAA), qed jiġu proposti xi ftit tibdiliet rigward il-proċess ta’ akkreditazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni (NAA) u ċ-ċertifikazzjoni tal-Fornituri ta’ Servizzi tan-Navigazzjoni tal-Ajru (ANSPs). B’mod partikolari, bil-għan li tintlaħaq proċedura uniformi għaċ-ċertifikazzjoni tal-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni tal-ajru fil-futur u li dawn jiġu offruti punt uniku ta’ servizz biex jirċievu permess validu mal-Unjoni kollha biex iwettqu l-kompiti tagħhom, għandu jkun possibbli li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Avjazzjoni (EAA) toħroġ dan iċ-ċertifikat li jkun rikonoxxibbli fl-Istati Membri kollha.

Barra minn hekk, is-servizzi ta’ appoġġ huma ddefiniti b’mod ċar bħala servizzi li jinkludu servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza (CNS), u servizzi meteoroloġiċi u ajrunawtiċi biex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni. Barra minn hekk, billi s-separazzjoni tas-servizzi ta’ appoġġ mill-ANSPs ġiet ikkuntestata b’mod wiesgħa, minflok qed jiġi propost l-obbligu li ANSP jikkunsidra offerti minn fornituri oħra biex iwettaq dawn is-servizzi, mingħajr l-obbligu li jisseparahom.

Barra minn hekk, billi l-implimentazzjoni tas-SES tiddependi b’mod qawwi fuq il-linja bażi tal-Pjan Komprensiv tal-ATM, inkluż l-interoperabilità u l-iskjerament f’waqthom u mmirati ta’ komponenti teknoloġiċi, il-Kummissjoni għandha tingħata l-kompitu li tafda r-responsabbiltà għall-ġestjoni ta’ dan l-iskjerament f’idejn entità magħżula msejħa maniġer tal-iskjerament sabiex tiċċara l-istruttura ta’ ġestjoni xierqa tas-SES u tiffaċilita l-implimentazzjoni preċiża u f’waqtha tagħha. Tingħata attenzjoni partikolari lill-“proġetti komuni” b’mod speċjali dawk ibbażati fuq oqfsa mmexxija mit-teknoloġija.

Finalment, billi l-prattika wriet li l-parti l-kbira tal-kompiti tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jiġu fdati lill-awtoritajiet tal-avjazzjoni diġà eżistenti, qed jiġi propost li tiġi ċċarata l-konfużjoni legali eżistenti bejn NSAs u NAAs bil-fużjoni espliċita taż-żewġ kunċetti paralleli f’kunċett wieħed, u b’hekk ir-responsabbiltà tas-sorveljanza tal-ANSPs tingħata lill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni soġġetti għall-akkreditazzjoni tal-EAA. Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni jkollhom jiżguraw l-indipendenza tagħhom, b’mod speċjali f’termini ta’ proċeduri ta’ reklutaġġ u l-protezzjoni tad-dejta.

Ir-rapporteur tiegħek hija konvinta li l-proposta emendata tindirizza b’mod tajjeb l-aspettattivi taċ-ċittadini billi tikkostitwixxi approċċ ibbilanċjat bejn l-opinjonijiet tal-industrija u l-ħtiġijiet soċjali. Għaldaqstant qed jiġi propost approċċ sinerġetiku dwar it-tfassil tan-netwerk, il-ġestjoni tan-netwerk u l-iskjerament teknoloġiku, bil-għan li jinħoloq spazju tal-ajru operattiv integrat Ewropew. F’dan l-isfond, ir-rapporteur tiegħek tissuġġerixxi li l-partijiet interessati kollha għandhom jimpenjaw ruħhom li jallinjaw l-impenn politiku tagħhom mal-qafas teknoloġiku li diġà għaddej u li jħaffu l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew b’konsistenza sħiħa mal-iskeda taż-żmien tas-SESAR li għaddejja bħalissa.

ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

Ref.: D(2013)60540

Is-Sur Brian SIMPSON

President tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

ASP 13G306

Brussell

Suġġett:     L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-Ajru Uniku Ewropew (riformulazzjoni)

                  (COM(2013)0410 – C7‑0171/2013 – 2013/0186(COD))

Għażiż President,

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, li għandi l-unur nippresjedi, eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont it-termini tal-Artikolu 87 dwar it-Tfassil mill-ġdid, kif iddaħħal fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament.

Il-Paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jgħid hekk:

"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief għal dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli b'dan.

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 156 u 157, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli mis-suġġett jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.

Madankollu, jekk f'konformità mal-punt 8 tal-Ftehima Interistituzzjonali l-kumitat responsabbli jkollu l-ħsieb ukoll li jippreżenta emendi għall-partijiet kodifikati tal-proposta, huwa għandu jinnotifika minnufih il-ħsieb tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u din tal-aħħar għandha tgħarraf lill-kumitat, qabel il-vot skont l-Artikolu 54, bil-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-emendi kif ukoll dwar jekk għandhiex il-ħsieb li tirtira l-proposta ta' tfassil mill-ġdid."

B'segwitu għall-opinjoni tas-Servizz Legali, li r-rappreżentanti tiegħu pparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li eżamina l-proposta għal tfassil mill-ġdid, u b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jikkunsidra li l-proposta msemmija ma tinkludi l-ebda tibdil sostantiv ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil fis-sostanza tagħhom.

Barra minn hekk, skont l-Artikoli 86(2) u 86(3), il-Kumitat għall-Affarijiet Legali kkunsidra li l-adattamenti tekniċi ssuġġeriti fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma msemmi hawn fuq kienu meħtieġa biex jiġi żgurat li l-proposta tikkonforma mar-regoli tat-tfassil mill-ġdid.

Biex nikkonkludi, wara diskussjoni fil-laqgħa tiegħu tas-26 ta' Novembru 2013, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bi 21 vot favur u ebda astensjoni[1], jirrakkomanda li l-Kumitat tiegħek, bħala l-kumitat responsabbli, jipproċedi biex jeżamina l-proposta msemmija hawn fuq skont l-Artikolu 87.

Dejjem tiegħek,

Klaus-Heiner LEHNE

Mehmuż: L-Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv.

  • [1]  Kienu preżenti l-Membri li ġejjin: Raffaele Baldassarre (Viċi President), Sebastian Valentin Bodu (Viċi President), Françoise Castex (Viċi President), Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Eduard-Raul Hellvig, Klaus-Heiner Lehne(President), Eva Lichtenberger, Antonio Lopez-Isturiz White, Antonio Masip Hidalgo, Evelyn Regner (Viċi President), Dagmar Roth-Behrendt, Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, József Szájer, Alexandra Thein, Axel Voss, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka.

ANNEX: OPINION OF THE CONSULTATIVE WORKING PARTY OF THE LEGAL SERVICES OF THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL AND THE COMMISSION

 

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 23 ta' Ottubru 2013

OPINJONI

                     GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

                                                              TAL-KUNSILL

                                                              TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' Ajru Uniku Ewropew

COM(2013)0410 tal-11.6.2013 – 2013/0186(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali, u b'mod partikolari l-punt 9 tagħha, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, fl-4 ta' Lulju 2013 kellu laqgħa ddedikata, fost affarijiet oħra, għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

Waqt il-laqgħa[1], l-eżami tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jfassal mill-ġdid ir-Regolamanet (KE) Nru 549/2004 tal-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi qafas għall-ħolqien tal-ajru uniku Ewropew, ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-10 ta' Marzu 2004 dwar id-dispożizzjoni tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew, ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew u r-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabbiltà tan-netwerk Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru rriżulta fl-istabbiliment tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, bi qbil komuni, kif ġej.

1) Fir-rigward tal-memorandum ta' spjegazzjoni, sabiex jiġi abbozzat f'konformità sħiħa mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti mill-Ftehim Interistituzzjonali tali dokument kellu jispeċifika liema mid-dispożizzjonijiet tal-att ta' qabel jibqgħu mhux mibdula fil-proposta, kif previst fil-punt 6(a)(iii) ta' dak il-ftehim.

2) Fit-tfassil mill-ġdid tal-proposta, il-partijiet tat-test li ġejjin kellhom jiġu identifikati bit-tipa ta' kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġi identifikat tibdil sostantiv:

- fil-premessa 19, il-kelma "Eurocontrol" tinbidel bl-espressjoni "il-Maniġer tan-Netwerk",

- fl-Artikolu 1(2) u (3), fil-kliem tal-bidu tal-Artikolu 2, fl-Artikolu 3(1), fl-Artikolu 33 u fl-Artikolu 34(1), jitneħħa l-kliem "u tal-miżuri li jirreferi għalihom l-Artikolu 3";

- fl-Artikolu 11(2), jitneħħa l-kliem tal-bidu "F’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 5(3)";

- fl-Artikolu 14(2), l-aħħar sentenza "Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 27(2)";

- fl-Artikolu 16(11), l-aħħar sentenza "Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(3)";

- fit-titolu tal-Artikolu 30, titneħħa l-kelma "Ewropej".

3) Fl-Artikolu 1(2) tat-tfassil mill-ġdid tal-proposta, ir-referenza magħmula għall-Artikolu 38 għandha tiġi adattata biex tinqara bħala referenza għall-Artikolu 35.

Dan l-eżami tal-proposta b'hekk wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali fiha jew fl-opinjoni preżenti. Il-Grupp ta’ Ħidma nnota wkoll li, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma’ dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-att eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

Madankollu, fir-rigward tal-Artikolu 16(11) tal-abbozz ta' att imfassal mill-ġdid, ġie diskuss jekk dak it-test kellux jew le jkun kompletament identifikat bit-tipa ta' kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġi mmarkat tibdil sostantiv.

Min-naħa l-waħda, is-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni kkunsidraw li l-preżentazzjoni li ntużat f'dak it-test biex jiġi identifikat it-tibdil ta' ċerti formulazzjonijiet li attwalment jinsabu fl-Artikoli 9a(9) tar-Regolament (KE) 550/2004 b'formulazzjonijiet ġodda, meħuda minn formulazzjonijiet standard miftiehma bejn it-tliet istituzzjonijiet, tiddeskrivi biżżejjed l-emendi sostantivi proposti għal dik id-dispożizzjoni eżistenti.

Min-naħa l-oħra, is-Servizz Legali tal-Kunsill ikkunsidra li l-bidla fil-proċedura ma tistax tiġi separata mill-kwistjoni sostantiva li l-proċedura hija relatata magħha u li għaldaqstant it-test sħiħ tad-dispożizzjoni msemmija kellu jiġi identifikat permezz tal-użu tat-tipa ta' kulur griż.

Madankollu, it-tliet servizzi legali kienu tal-istess fehma li l-abbozz tat-test imressaq mill-Kummissjoni għal dik id-dispożizzjoni l-ġdida għandu jinftiehem li l-Kummissjoni kellha l-intenzjoni tipproponi biss li r-referenza għall-proċedura regolatorja li attwalment tinsab fl-Artikolu 9a(9) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 tinbidel b'għoti tas-setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE u tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Barra minn dan, kien ukoll fehim komuni bejn it-tliet servizzi legali li, bħala parti mill-eżerċizzju tat-tfassil mill-ġdid, il-leġiżlatur għandu jevalwa, skont it-Trattati, jekk dak l-allinjament propost tad-dispożizzjoni tal-komitoloġija eżistenti mas-sistema l-ġdida tal-atti implimentattivi jistax jitqies aċċettabbli jew jekk għandhiex tiġi prevista soluzzjoni differenti, bħal delegazzjoni tas-setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jew l-għota tas-setgħat implimentattivi lill-Kunsill skont l-Artikolu 291 tat-TFUE jew l-ebda waħda minn dawn, u b'hekk il-miżuri relevanti jitħallew għal proċedura leġiżlattiva.

C. PENNERA                                  H. LEGAL                            L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult        Ġurikonsult      Direttur Ġenerali

  • [1]  Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu l-verżjoni Ingliża, Franċiża u Ġermaniża tal-proposta u ħadem abbażi tal-verżjoni Ingliża, billi kienet il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test diskuss.

PROĊEDURA

Titolu

L-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (Riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2013)0410 – C7-0171/2013 – 2013/0186(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

11.6.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

1.7.2013

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

1.7.2013

JURI

1.7.2013

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

8.7.2013

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Marian-Jean Marinescu

11.7.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

14.11.2013

20.1.2014

 

 

Data tal-adozzjoni

30.1.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Saïd El Khadraoui, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Franco Frigo, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Hubert Pirker, Dominique Riquet, David-Maria Sassoli, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Artur Zasada

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Phil Bennion, Spyros Danellis, Michel Dantin, Rosa Estaràs Ferragut, Michael Gahler, Bernadette Vergnaud, Janusz Władysław Zemke

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Charalampos Angourakis, Jens Geier, Josef Weidenholzer

Data tat-tressiq

6.2.2014