RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2012

20.3.2014 - (C7‑0339/2013 – 2013/2251(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Paul Rübig

Proċedura : 2013/2251(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0200/2014
Testi mressqa :
A7-0200/2014
Testi adottati :

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2012

(C7‑0339/2013 – 2013/2251(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2012,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta[1],

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05851/2014 – C7-0053/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi[4], u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-19 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[5],

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0200/2014),

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta IMI għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2012;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur tal-Impriża Konġunta IMI, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2012

(C7‑0339/2013 – 2013/2251(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2012,

–    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta[7],

–    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05851/2014 – C7-0053/2014),

–    wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[8], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[9], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi[10], u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-19 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[11],

–    wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–    wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0200/2014),

1.      Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta IMI għas-sena finanzjarja 2012;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta IMI, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2012

(C7‑0339/2013 – 2013/2251(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2012,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta[13],

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05851/2014 – C7-0053/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[14], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[15], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi[16], u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-19 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[17],

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[18], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet u r-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza preċedenti tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0200/2014),

A. billi l-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi (l-“Impriża Konġunta”) twaqqfet f’Diċembru 2007 għal perjodu ta’ 10 snin biex ittejjeb b’mod sinifikanti l-effiċjenza u l-effikaċja tal-proċess tal-iżvilupp tal-mediċini, bil-mira fit-tul li s-settur farmaċewtiku jipproduċi mediċini innovattivi li jkunu aktar effikaċi u sikuri,

B.  billi l-Impriża Konġunta bdiet tiffunzjona b’mod awtonomu fis-16 ta’ Novembru 2009,

C. billi l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni għall-Impriża Konġunta għall-perjodu ta’ 10 snin hija EUR 1 biljun, somma li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li fl-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri, il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2012 u r-riżultati tal-operazzjonijiet u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni;

2.  Japprezza l-fatt li l-Impriża Konġunta kkompletat awditi ex post li jkopru EUR 4,4 miljun (37,3 % tal-kontribuzzjoni aċċettata tal-Impriża Konġunta għall-ewwel sejħa vvalidata mill-Impriża Konġunta f’Ġunju 2011); josserva li dawn l-ewwel awditi ffokaw fuq benefiċjarji li kienu ġodda jew li qatt ma ġew awditjati skont il-programmi ta' riċerka tal-Unjoni u, għalhekk, dak li jkun jista' jistenna li jkun hemm rata ogħla ta' żball minħabba l-kumplessità tar-regoli;

3.  Huwa mħasseb li r-rata ta' żball li ġejja mill-awditi ex post, imwettqa mill-Impriża Konġunta jew f'isimha, kienet 5,82 %; jirrikonoxxi li ħafna minn dawn l-iżbalji kienu relattivament żgħar f'ammonti li jridu jiġu aġġustati (inqas minn EUR 5 000 favur l-Impriża Konġunt); jinnota li ttieħdu passi biex dawn l-ammonti jiġu rkuprati jew ibbilanċjati minn talbiet sussegwenti u li r-rata se tkompli tevolvi fuq bażi multiannwali peress li qed jiġu awditjati aktar proġetti, benefiċjarji u talbiet; jirrimarka li l-azzjonijiet li ttieħdu mill-Impriża Konġunta biex tipprevjeni u tikkoreġi dawn l-iżbalji huma importanti għar-rata ta' żball residwa;

4.  Jieħu nota tal-fatt li l-Qorti tal-Awdituri ħarġet, għat-tieni sena konsekuttiva, opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta; jinnota li l-Qorti tal-Awdituri tqis li l-evidenza tal-awditjar miksuba hija biżżejjed u adatta biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni tagħha, għalkemm il-ħlasijiet sottostanti awditjati saru qabel l-2012;

5.  Huwa mħasseb li livell għoli ta' approprjazzjonijiet ta' pagament u ta' impenn għan-nefqa amministrattiva fl-2012 kienu għadhom ma ntużawx fi tmiem is-sena (26,81 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u 39,8 % tal-approprjazzjonijiet ta' pagament); jinnota li l-livell għoli ta' approprjazzjonijiet mhux użati tal-baġit amministrattiv jindika li dan ma kienx ibbażat fuq stimi realistiċi definiti permezz tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva;

Sejħiet għal proposti

6.  Jilqa' l-fatt li ż-żmien meħtieġ għall-iffirmar ta' ftehimiet naqas fl-2012, minn 413-il jum għall-ftehimiet ta' għotjiet finali taħt ir-raba' sejħa għal 161 jum għas-sitt sejħa; jenfasizza l-fatt li fl-2012, l-Impriża Konġunta impenjat EUR 351 miljun, jew kważi 37 % tal-baġit totali disponibbli tagħha, b'hekk għamlet progress tajjeb lejn l-eżekuzzjoni tal-kontribuzzjoni totali disponibbli tal-Unjoni ta' EUR 960 miljun stipulati fir-Regolament (KE) Nru 73/2008 għall-attivitajiet tar-riċerka;

7.  Jinnota li fl-aħħar tal-2012, it-total kumulattiv tal-impenji approvati tal-Impriża Konġunta għall-ispejjeż ta' riċerka kien ta' EUR 736 miljun u li l-Federazzjoni Ewropea tal-Assoċjazzjonijiet tal-Industriji Farmaċewtiċi (EFPIA) impenjat ukoll EUR 706 miljun;

Sistemi ta’ kontroll intern

8.  Jenfasizza li, skont ir-rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, l-Impriża Konġunta kompliet tiżviluppa sistemi ta' kontroll intern adegwati u komprensivi iżda hija meħtieġa ħidma ulterjuri fid-dokumentazzjoni u fl-aġġornament ta' proċeduri operazzjonali u amministrattivi (b'mod speċjali għall-attivitajiet ex post u ta' għeluq il-kontabbiltà), li se tnaqqas ir-riskji ta' żball u l-prattiki inkonsistenti;

9.  Ifakkar li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni huwa l-awditur intern tal-Impriża Konġunta; jirrimarka li fl-2012, l-IAS wettaq reviżjoni ta' assigurazzjoni (i) tan-negozjati, (ii) tal-preparazzjoni tal-ftehim tal-għotja u (iii) tal-proċessi tal-prefinanzjament tal-Impriża Konġunta; jistenna li l-IAS jiddirieġi l-impenji ta' awditjar tiegħu għal oqsma ta' riskju għoli, b'mod speċjali biex jappoġġja lill-Impriża Konġunta ħalli tegħleb żbalji materjali li nstabu wara l-ewwel awditi ex post rigward ħlasijiet interim u biex jiżgura li l-Impriża Konġunta qed timplimenta strateġija ta' kontroll koerenti;

10. Jilqa' l-fatt li matul l-2012, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Impriża Konġunta rrapporta dwar il-validazzjoni tas-sistema tal-kontabbiltà u li ħafna min-nuqqasijiet identifikati ġew indirizzati sal-aħħar tas-sena;

11. Jiddispjaċih li s-CVs tal-membri tal-Bord Maniġerjali u tad-Direttur Eżekuttiv mhumiex disponibbli pubblikament; jistieden lill-Impriża Konġunta biex tirrimedja s-sitwazzjoni b’mod urġenti; jirrikonoxxi li l-Impriza Konġunta għandha Kundizzjonijiet li jinfurzaw Kodiċi ta' Kondotta fuq l-esperti indipendenti li jevalwaw il-proposti għar-riċerka; iħeġġeġ madankollu lill-Impriża Konġunta tiżviluppa u tadotta politika komprensiva dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-konflitti ta' interess;

12. Jemmen li livell għoli ta' trasparenza hu element ewlieni għall-mitigazzjoni tar-riskji ta' kunflitti ta' interessi; jistieden, għaldaqstant, lill-Impriża Konġunta biex tagħmel disponibbli fuq is-sit tal-internet tagħha l-politika u/jew l-arranġamenti tagħha dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u tar-regoli ta' implimentazzjoni tagħha kif ukoll il-lista u s-CVs tal-membri tal-bordijiet maniġerjali;

13. Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tanalizza l-politiki tal-Impriża Konġunta fir-rigward tal-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interessi billi tabbozza Rapport Speċjali dwar il-kwistjoni sal-proċedura ta' kwittanza li jmiss;

Drittijiet ta’ Awditjar tal-Qorti tal-Awdituri

14. Jinnota b'sorpriża li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ma jirrikonoxxix id-dritt tal-Qorti tal-Awdituri li jsir awditjar tal-kontribuzzjonijiet in natura ta' kumpaniji EFPIA, għalkemm dawn huma rreġistrati fid-dikjarazzjonijiet finanzjari tal-Impriża Konġunta; jenfasizza li huwa stmat li dawn il-kontribuzzjonijiet se jirrappreżentaw madwar EUR 1 biljun matul iċ-ċiklu tal-Impriża Konġunta; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tiċċara l-implikazzjonijiet ta' dik id-dispożizzjoni fl-opinjoni annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet tal-Impriża Konġunta;

Aspetti orizzontali tal-Impriżi Konġunti ta' Riċerka Ewropea

15. Jieħu nota li l-approċċ ta' awditjar meħud mill-Qorti tal-Awdituri jinkludi proċeduri ta' awditjar analitiku, il-valutazzjoni ta' kontrolli ewlenin tas-sistemi superviżorji u ta' kontroll u l-ittestjar ta' tranżazzjonijiet fil-livell tal-Impriża Konġunta iżda mhux fil-livell tal-membri jew benefiċjarji finali tal-Impriża Konġunta;

16. Jinnota li l-ittestjar ta' awditjar fil-livell tal-membri jew benefiċjarji finali jitwettaq jew mill-Impriża Konġunta jew minn kumpaniji ta' awditjar estern ikkuntrattati u ssorveljati mill-Impriża Konġunta;

17. Jilqa' r-Rapport Speċjali Nru 2/2013 tal-Qorti tal-Awdituri: 'Il-Kummissjoni żgurat l-implimentazzjoni effiċjenti tas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka?' fejn il-Qorti eżaminat jekk il-Kummissjoni żguratx implimentazzjoni effiċjenti tas-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (FP7);

18. Jieħu nota li l-awditjar ikopri wkoll it-twaqqif ta' Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (ITK);

19. Jaqbel mal-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-ITK ġew stabbiliti biex jappoġġaw investiment industrijali fit-tul b'mod partikolari fl-oqsma ta' riċerka; jinnota, madankollu, li ittieħdet medja ta’ sentejn sabiex tingħata awtonomija finanzjarja għal ITK, filwaqt li l-Kummissjoni normalment tibqa' responsabbli għal terz tal-ħajja operattiva mistennija tal-ITK;

20. Jinnota, barra minn hekk, li skont il-Qorti tal-Awdituri xi ITK irnexxielhom b'mod partikoalri jinvolvu intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fil-proġetti tagħhom u li madwar 21 % tal-finanzjament ipprovdut mill-ITK mar għall-SMEs;

21. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-riżorsi totali indikattivi meqjusa neċessarji għas-seba' Impriżi Konġunti ta' Riċerka Ewropea li s'issa ġew stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea – bl-eċċezzjoni notevoli tal-Impriża Konġunta Galileo – għal kemm idumu jeżistu jammontaw għal EUR 21 793 000 000;

22. Jinnota li d-dħul totali baġitarju previst tal-Impriżi Konġunti fl-2012 jammonta għal xi EUR 2,5 biljun jew madwar 1,8 % tal-baġit ġenerali tal-2012 filwaqt li madwar EUR 618 miljun ġew mill-baġit ġenerali (kontribuzzjoni fi flus mill-Kummissjoni) u madwar EUR 134 miljun ġew mis-sħab industrijali u membri tal-Impriżi Konġunti;

23. Jinnota li l-Impriżi Konġunti jimpjegaw 409 membru tal-persunal permanenti u temporanju jew inqas minn 1 % tal-uffiċjali kollha tal-Unjoni awtorizzati skont il-baġit ġenerali tal-Unjoni (organigramma tal-persunal);

24. Ifakkar li l-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni meqjusa neċessarja għall-Impriżi Konġunti għal kemm idumu jeżistu tammonta għal EUR 11 489 000 000;

25. Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tanalizza b'mod komprensiv l-ITK u l-impriżi konġunti l-oħra f'rapport separat fid-dawl tal-ammonti sostanzjali involuti u r-riskji – b'mod partikolari dawk ta' reputazzjoni – li ġew ippreżentati; ifakkar li l-Parlament preċedentement talab li l-Qorti tal-Awdituri tfassal rapport speċjali dwar il-kapaċità tal-impriżi konġunti, flimkien mas-sħab privati tagħhom, u tiżgura l-valur miżjud u l-eżekuzzjoni effiċjenti tal-programmi ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni tal-Unjoni; jinnota li l-impriżi konġunti huma meqjusa li jiżguraw finanzjament għal investimenti industrijali fit-tul u jrawmu investimenti privati fir-riċerka.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

18.3.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Zuzana Brzobohatá, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Rina Ronja Kari, Jan Mulder, Eva Ortiz Vilella, Crescenzio Rivellini, Paul Rübig, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Michael Theurer, Derek Vaughan

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Esther de Lange, Vojtěch Mynář, Markus Pieper

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Fiona Hall, Annette Koewius

  • [1]       ĠU C 369, 17.12.2013, p. 25.
  • [2]       ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [3]       ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [4]       ĠU L 30, 4.2.2008, p. 38.
  • [5]       ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [6]       ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
  • [7]       ĠU C 369, 17.12.2013, p. 25.
  • [8]       ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [9]       ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [10]     ĠU L 30, 4.2.2008, p. 38.
  • [11]     ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [12]     ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
  • [13]     ĠU C 369, 17.12.2013, p. 25.
  • [14]     ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [15]     ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [16]     ĠU L 30, 4.2.2008, p. 38.
  • [17]     ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [18]     ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.