RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni
21.3.2014 - (COM(2013)0570 – C7‑0279/2013 – 2013/2202(DEC))
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Bogusław Sonik
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni
(COM(2013)0570 – C7‑0279/2013 – 2013/2202(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012[1],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2013)0570 – C7‑0279/2013)[2],
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet[3],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[4] dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2012 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[5], u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[6], u b'mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0226/2014),
1. Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat tar-Reġjuni għas-sena finanzjarja 2012;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni
(COM(2013)0570 – C7‑0279/2013 – 2013/2202(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012[7],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2013)0570 – C7‑0279/2013)[8]
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet [9],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[10] dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2012 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[11], u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[12], u b'mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,
– wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet u r-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza preċedenti tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0226/2014),
1. Jinnota b'sodisfazzjon li, fir-rapport annwali tagħha għall-2012, il-Qorti tal-Awdituri osservat li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati relatati mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' akkwist għall-Kumitat tar-Reġjuni ("il-Kumitat");
2. Jilqa' l-fatt li, abbażi tal-ħidma ta' awditjar tagħha, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2012 għan-nefqa amministrattiva u ta' tip ieħor tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kienu ħielsa minn żbalji materjali;
3. Jinnota li fl-2012, il-Kumitat kellu baġit approvat ta' EUR 86 503 000 (EUR 84 059 000 fl-2011), li EUR 85 000 000 minnhom kienu approprjazzjonijiet ta' impenn, b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 98,2 %; jenfasizza li l-baġit tal-Kumitat huwa wieħed purament amministrattiv;
4. Jinnota b'sodisfazzjon li r-rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 98,2 % tirrappreżenta żieda fuq ir-rata tal-2011 ta' 97,5 %; jistenna titjib ulterjuri fir-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit fil-perjodi sussegwenti;
5. Jilqa' t-twaqqif ta' Grupp ta' Tmexxija dwar is-Sussidjarjetà biex tissaħħaħ il-governanza politika tal-Kumitat u biex jiġi implimentat ir-rwol imsaħħaħ il-ġdid tal-Kumitat, kif deskritt fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
6. Jilqa' l-proġetti dwar l-organizzazzjoni interna tal-Kumitat, li jfasslu l-objettivi ta' kooperazzjoni bejn is-servizzi u l-iżvilupp ta' sinerġiji f'attivitajiet komuni u azzjonijiet konġunti; jilqa', fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tas-sena li għaddiet, l-informazzjoni pprovduta u jitlob li jkun aġġornat kontinwament dwar il-proġetti u li jkun infurmat dwar il-konsegwenzi baġitarji tal-miżuri meħuda;
7. Jieħu nota tal-informazzjoni pprovduta dwar l-enerġija użata minn sorsi rinnovabbli; jinnota b'sodisfazzjon li l-elettriku kollu użat mill-Kumitat ġej minn sorsi rinnovabbli;
8. Jinnota b'sodisfazzjon li r-rakkomandazzjonijiet u r-rekwiżiti li saru mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament jiġu rreġistrati mis-servizz tal-baġit tal-Kumitat f'bażi ta' data ċentrali u li l-progress tal-implimentazzjoni qed jiġi mmonitorjat b'mod regolari;
9. Jitlob lill-Kumitat ikompli jwettaq monitoraġġ tal-istruttura tal-persunal sabiex jiżgura li l-organizzazzjoni tal-karigi tkun għalkollox effiċjenti u tikkontribwixxi għal infiq aħjar tal-baġit allokat;
10. Iqis li l-immaniġjar tar-riżorsi umani (HR) għandu jkollu assistenza effiċjenti fir-rigward tal-IT; jitlob li jkun infurmat dwar kwalunkwe dewmien fir-rigward tal-applikazzjoni ta' sistemi ġodda għall-HR;
11. Jitlob kjarifiki dwar il-programm tal-awditjar tal-Kumitat għall-2012, b'mod partikulari dwar attivitajiet riskjużi u l-pjan ta' azzjoni korrispondenti biex jiġu evitati;
12. Jinnota b'sodisfazzjon it-tnaqqis fit-traduzzjoni esterna minn 5,8 % fl-2011 għal 4,5 % fl-2012; jemmen li dawn iċ-ċifri huma evidenza li għadu possibbli titjib fl-effiċjenza;
13. Jitlob lill-Kumitat jinkludi l-informazzjoni dwar is-servizzi ta' interpretazzjoni mhux użati fir-rapport annwali tal-attività;
14. Jitlob lill-Kumitat jikkoopera ma' istituzzjonijiet oħra sabiex joħorġu b'metodoloġija unifikata għall-preżentazzjoni tal-ispejjeż tat-traduzzjoni bl-għan li jiġu ssimplifikati l-analiżi u t-tqabbil tal-ispejjeż;
15. Jemmen bil-qawwa li għandu jsir xi titjib għar-razzjonalizzazzjoni tar-riżorsi umani fis-Servizzi Konġunti u fit-traduzzjoni; iqis il-kuntatti li għaddejjin bejn il-Kumitat, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ("KESE") u l-Parlament f'din il-kwistjoni bħala kontribut pożittiv għar-razzjonalizzazzjoni tar-riżorsi;
16. Jinnota li reviżjoni ta' nofs it-term tal-kooperazzjoni bejn dawn l-istituzzjonijiet tkun għodda utli għall-valutazzjoni tal-benefiċċji tal-kooperazzjoni u biex ikun hemm ippjanar ulterjuri għal soluzzjonijiet imtejba u mfassla apposta fil-futur;
17. Jifraħ lill-Kumitat għall-kwalità konsistenti tar-rapport annwali tal-attività tiegħu u talli jipprovdi rapport annwali tal-impatt komprensiv, li huwa għodda importanti biex tiġi vvalutata l-ħidma tiegħu; jinnota b'sodisfazzjon li r-rapport annwali tal-attività jipprovdi tabella eżawrjenti tar-riżorsi umani kollha disponibbli għall-Kumitat;
18. Jemmen li l-ftehim ta' kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Kumitat u l-KESE huwa mekkaniżmu effiċjenti; jirrakkomanda lill-Kumitat biex iżomm dan il-mekkaniżmu f'format aġġornat;
19. Jitlob informazzjoni dwar l-ammont preċiż ta' ffrankar baġitarju li jirriżulta mill-ftehim aġġornat ta' kooperazzjoni amministrattiva mal-KESE u dwar l-oqsma preċiżi li se jiġu affettwati mill-ftehim il-ġdid;
20. Jantiċipa li l-ftehim aġġornat ta' kooperazzjoni amministrattiva mal-KESE se jwassal ukoll għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-ġestjoni ta' servizzi komuni;
21. Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri biex, fir-rapport annwali tagħha li jmiss, tinkludi rieżami tas-segwitu min-naħa tal-Kumitat għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament f'din ir-riżoluzzjoni;
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
18.3.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
23 3 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marta Andreasen, Inés Ayala Sender, Zuzana Brzobohatá, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Rina Ronja Kari, Monica Luisa Macovei, Jan Mulder, Eva Ortiz Vilella, Monika Panayotova, Crescenzio Rivellini, Paul Rübig, Bogusław Sonik, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Michael Theurer, Derek Vaughan |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Amelia Andersdotter, Philip Bradbourn, Esther de Lange, Vojtěch Mynář, Jan Olbrycht, Markus Pieper, Barbara Weiler |
||||
- [1] ĠU L 56, 29.2.2012.
- [2] ĠU C 334, 15.11.2013, p. 1.
- [3] ĠU C 331, 14.11.2013, p. 1.
- [4] ĠU C 334, 15.11.2013, p. 122.
- [5] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
- [6] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
- [7] ĠU L 56, 29.2.2012.
- [8] ĠU C 334, 15.11.2013, p. 1.
- [9] ĠU C 331, 14.11.2013, p. 1.
- [10] ĠU C 334, 15.11.2013, p. 122.
- [11] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
- [12] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.