RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2012
21.3.2014 - (C7‑0293/2013 – 2013/2215(DEC))
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Petri Sarvamaa
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2012
(C7‑0293/2013 – 2013/2215(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2012,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[1],
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05849/2014 – C7‑0054/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[4] li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[5],
– wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0227/2014),
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2012;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2012
(C7‑0293/2013 – 2013/2215(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2012,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[7],
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05849/2014 – C7‑0054/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[8], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[9], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[10] li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[11],
– wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0227/2014),
1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2012;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2012
(C7‑0293/2013 – 2013/2215(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2012,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[13],
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05849/2014 – C7‑0054/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[14], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[15], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[16] li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[17],
– wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[18], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,
– wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet u r-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza preċedenti tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0227/2014),
A. billi, skont l-istqarrijiet finanzjarji tagħha, il-baġit definittiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2012 kien ta' EUR 222 489 000, ammont li jirrappreżenta żieda ta' 6,52 % meta mqabbel mal-2011,
B. billi skont id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha, il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għall-2012 kienet tammonta għal EUR 31 341 107,18, ammont li jirrappreżenta tnaqqis ta' 6,50 % meta mqabbel mal-2011,
C. billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2012 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,
1. Itenni r-rwol importanti tal-Aġenzija fil-protezzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali billi tevalwa u tissorvelja l-mediċini għall-użu mill-bniedem jew veterinarju;
Segwitu għall-kwittanza għall-2011
2. Jinnota mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li azzjoni korrettiva waħda li ttieħdet b'reazzjoni għall-kummenti tas-sena preċedenti hija mmarkata bħala "kkompletata", waħda bħala "pendenti" u waħda bħala "għadha għaddejja";
3. Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li:
- twettaq kontroll ġdid sistematiku ex ante tal-mili korrett tad-dikjarazzjoni elettronika tal-interessi li tiġi ppreżentata mill-esperti għall-esperti l-ġodda kollha maħtura minn Ġunju 2013, u r-riżultati wrew li l-esperti l-ġodda mlew id-dikjarazzjoni elettronika tal-interessi tagħhom b'mod korrett,
- il-kontroll ex post tal-indirizzar tal-kunflitti ta' interessi tal-esperti mwettaq fl-2013 irriżulta f'sejbiet żgħar mingħajr ebda impatt fuq il-parteċipazzjoni tal-esperti fl-attivitajiet tal-Aġenzija u pprovda informazzjoni utli lill-Aġenzija dwar kif tista' tkompli ssaħħaħ il-kontrolli interni tagħha, filwaqt li pprovda riassigurazzjoni dwar ir-robustezza tal-mod kif l-Aġenzija tindirizza l-kunflitti ta' interessi;
Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
4. Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija tapplika kriterji ta' rikonoxximent differenti għad-dħul mit-tariffi u n-nefqa assoċjata u li d-dħul mit-tariffi għall-applikazzjoni huwa rikonoxxut fuq bażi lineari fuq perjodu ta' żmien stabbilit; josserva, madankollu, li n-nefqa għall-valutazzjoni ta' tali applikazzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tiġi dovuta meta jintlaħqu objettivi speċifiċi fil-provvista ta' servizz; jemmen li din hija kontradizzjoni mal-prinċipju tat-tqabbil;
5. Jiddispjaċih li l-Aġenzija għadha ma vvalidatx is-sistema kontabilistika tagħha fil-qasam tal-assi fissi intanġibbli, li, fid-dawl tal-investiment konsiderevoli fl-iżvilupp tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), hija parti kruċjali mis-sistema kontabilistika kollha; jappella lill-Aġenzija biex tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress f'dan ir-rigward fi ħdan il-qafas tas-segwitu għall-kwittanza għall-2012;
Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet
6. Jinnota bi tħassib li sabiex tkopri l-miżati skolastiċi ogħla, l-Aġenzija tagħti lill-persunal li wliedhom jattendu skola primarja jew sekondarja allowance komplementari li, fl-2012, kienet tammonta għal madwar EUR 389 000, apparti l-allowances għall-edukazzjoni previsti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ("ir-Regolamenti tal-Persunal"); jinnota li dawn l-allowances mhumiex koperti mir-Regolamenti tal-Persunal u li, għaldaqstant, huma meqjusa bħala irregolari mill-Qorti tal-Awdituri; jirrikonoxxi, madankollu, li din is-sitwazzjoni hi dovuta għan-nuqqas ta' Skejjel Ewropej fil-belt fejn hi bbażata l-Aġenzija u li l-iskop ta' dawn l-allowances komplementari hu li jiġi żgurat trattament ugwali għall-impjegati tal-Aġenzija skont ir-Regolamenti tal-Persunal;
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
7. Jinnota li r-rati ta' implimentazzjoni baġitarja tal-Aġenzija għas-sena 2012 għat-Titoli I u III kienu sodisfaċenti; jinnota bi tħassib li r-rata ta' 27 % tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati għat-Titolu II kienet għolja; jirrikonoxxi li dan huwa relatat primarjament maċ-ċaqliqa ppjanata tal-Aġenzija f'bini ġdid fl-2014 (EUR 4 205 000) u mal-iżvilupp ta' sistemi tal-ICT (EUR 1 596 000);
Impenji u riporti
8. Jinnota l-ammont imnaqqas ta' riporti għall-2013 meta mqabbel mal-2010 u l-2011; japprezza li r-riport huwa parzjalment marbut mal-proġett tal-bini l-ġdid; ifakkar lill-Aġenzija fl-importanza li tirrispetta l-prinċipju baġitarju ta' annwalità;
Trasferimenti
9. Jinnota b'sodisfazzjon li, skont ir-rapport annwali tal-attività, kif ukoll skont ir-riżultati tal-eżerċizzji ta' awditjar li għamlet il-Qorti tal-Awdituri, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2012 baqgħu fil-limiti tar-regoli finanzjarji; ifaħħar lill-Aġenzija għall-ippjanar baġitarju tajjeb tagħha;
Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ
10. Jinnota bi tħassib li fl-2012, l-Aġenzija ħarġet kuntratti qafas multipli għall-provvista ta' servizzi; jesprimi tħassib minħabba li l-proċedura ta' akkwist ippreżentat xi irregolaritajiet li jaffettwaw il-prinċipju ta' trasparenza;
11. Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ma għamlet l-ebda kumment fir-rapport tal-awditjar annwali tagħha għall-2012 fir-rigward tal-proċeduri ta' reklutaġġ tal-Aġenzija;
12. Jinsab sodisfatt li 575 post ta' xogħol minn 590 post disponibbli ġew okkupati u jinnota li sal-aħħar tal-2012 kienu impjegati 160 aġent kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati, 17 anqas mill-2011;
Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u t-trasparenza
13. Jilqa' l-fatt li għat-tieni sena konsekuttiva, l-Aġenzija għamlet workshop pubbliku dwar il-kunflitti ta' interessi, bl-għan li jiġi definit bilanċ ġust bejn l-iżgurar tal-imparzjalità u l-indipendenza tal-esperti involuti fil-ħidma tal-Aġenzija filwaqt li tiġi żgurata l-aqwa kompetenza xjentifika possibbli;
14. Jirrikonoxxi li l-Aġenzija rrevediet il-politika tagħha dwar l-indirizzar tal-kunflitti ta' interessi mill-membri u l-esperti tal-Kumitati Xjentifiċi li mistennija tgħaddi għall-approvazzjoni mill-Bord ta' Tmexxija f'Marzu tal-2014; jistieden lill-Aġenzija tippreżenta l-politika riveduta lill-awtorità tal-kwittanza ladarba tiġi adottata;
15. Jinnota li l-Aġenzija taħdem mill-qrib ma' organizzazzjonijiet varji tal-pazjenti, tal-kura tas-saħħa u tal-konsumaturi sabiex tqis l-opinjonijiet tagħhom; jistieden lill-Aġenzija titlob l-iżvelar pubbliku tal-informazzjoni dwar il-finanzjament ta' kwalunkwe organizzazzjoni tal-pazjenti, tal-konsumaturi u tal-kura tas-saħħa li taħdem magħhom, u twettaq verifika tal-interessi fir-rigward ta' dawk l-organizzazzjonijiet;
Awditjar intern
16. Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li fl-2012 is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq awditjar tal-operat fuq l-ippjanar u l-ibbaġitjar fl-Aġenzija, kif ukoll awditjar ta' segwitu fuq ir-rakkomandazzjonijiet rigward l-istandards ta' kontroll intern, l-għoti ta' pariri xjentifiċi, l-immaniġjar tar-riżorsi umani, l-awditjar ta' segwitu għall-2010 u l-kontinwità tan-negozju operattiv fl-awditjar tal-Aġenzija; jinnota li l-awditjar fuq l-ippjanar u l-ibbaġitjar jidentifika punti b'saħħithom fir-rigward tal-previżjonijiet u l-monitoraġġ tad-dħul u wassal għal seba' rakkomandazzjonijiet, li tnejn minnhom huma klassifikati bħala "importanti ħafna" u ħamsa bħala "importanti"; jirrikonoxxi li r-rakkomandazzjonijiet kollha kienu aċċettati mill-maniġment u li l-Aġenzija ħejjiet pjan ta' azzjoni li l-IAS iqis adegwat; jinnota li s-segwitu kkonkluda li tliet rakkomandazzjonijiet minn awditjar preċedenti għadhom pendenti, u waħda minnhom ġiet deklassifikata għal "importanti";
Prestazzjoni
17. Jitlob li l-Aġenzija tikkomunika r-riżultati u l-impatt li l-ħidma tagħha għandha fuq iċ-ċittadini Ewropej b'mod aċċessibbli, prinċipalment permezz tas-sit tal-internet tagħha;
o
o o
18. Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2014[19] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
23.1.2014
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2012
Rapporteur għal opinjoni: Jutta Haug
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jinnota li fl-2012, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini kellha riżorsi diponibbli li ammontaw għal EUR 222,489 000 li minnhom EUR 28,966 000 kienu kontribuzzjonijiet baġitarji tal-UE; jixtieq jisħaq fuq il-fatt li dan l-ammont jirrappreżenta 0.021 % mill-baġit ġenerali tal-UE; jinsab sodisfatt li 575 post ta' xogħol minn 590 post disponibbli ġew okkupati u jinnota li sal-aħħar tal-2012 kienu impjegati 160 aġent kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati, 17 anqas mill-2011;
2. Jilqa' b'sodisfazzjon li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri tiddikjara t-tranżazzjonijiet, li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2012, bħala legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;
3. Jirrikonoxxi t-tliet kummenti li saru mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri li jiffokaw fuq l-affidabbiltà tal-kontijiet, dwar il-legalità u r-regolarità tat-rranżazzjonijiet u dwar il-ġestjoni baġitarja; jirrikonoxxi t-tweġiba tal-Aġenzija; jikkunsidra l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Aġenzija dwar l-introduzzjoni tas-sistema tal-kontabilità SAP biex id-dħul għat-tipi kollha ta' applikazzjoni ta' tariffi jiġu determinati b'aktar preċiżjoni kif ukoll l-informazzjoni dwar il-validazzjoni tas-sistema ta' kontabilità tagħha għal assi intanġibbli bħala suffiċenti ; jinnota li d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tad-19 ta' Novembru dwar il-metodu tas-salarji għall-2011 għandha wkoll konsegwenzi għall-pagamenti fir-rigward tal-korrezzjoni tal-koeffiċjent kif ukoll għall-applikabbiltà tar-rata tal-kambju minn EUR għal GBP billi l-pakkett tal-aġġustament tas-salarju jinkludi dawn iż-żewġ kwistjonijiet ukoll; jinsisti li l-Aġenzija, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, issib soluzzjoni fl-interess tal-impjegati u f'konformità mar-regoli; jistaqsi għalfejn fis-snin ta' qabel il-Qorti ma kkumentatx dwar il-kwistjoni tat-tariffi li għandhom jitħallsu lill-iskejjel u jappoġġa l-Aġenzija fir-rigward tal-pagament għall-miżati tal-iskejjel fin-nuqqas ta' Skola Ewropea; ħa nota tal-ammont imnaqqas ta' riporti għall-2013 meta mqabbel mal-2010 u l-2011; konxju li r-riport huwa parzjalment marbut mal-proġett tal-bini l-ġdid; ifakkar lill-Aġenzija dwar il-prinċipju ta' annwalità tal-baġit;
4. Itenni r-rwol importanti tal-Aġenzija fil-protezzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali billi tevalwa u tissorvelja l-mediċini għall-użu mill-bniedem u veterinarju; jilqa' b'sodisfazzjon il-politika dwar l-immaniġġjar tal-kunflitti ta' interess, aġġornata l-aħħar u mħaddna mill-Bord ta' Tmexxija f'Marzu 2012;
5. Jagħti parir biex ikun analizzat jekk id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għandhiex tkun ibbażata fuq il-linji gwida tal-OECD biex jiġu żgurati standards ta' kontabilità, ta' verifika u ta' żvelar finanzjarju ta' kwalità għolja u rikonoxxuti internazzjonalment; jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej jinkorporaw u jimpenjaw ruħhom biex jintroduċu l-linji gwida tal-OECD f'qafas komuni għall-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej kollha; fil-każ li l-valutazzjoni tirrakkomanda hekk;
6. Jirrakkomanda, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, li d-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini jingħata kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2012.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
22.1.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
56 5 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Elena Oana Antonescu, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Lajos Bokros, Franco Bonanini, Biljana Borzan, Yves Cochet, Spyros Danellis, Chris Davies, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Karin Kadenbach, Martin Kastler, Christa Klaß, Claus Larsen-Jensen, Jo Leinen, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Andrés Perelló Rodríguez, Pavel Poc, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Kārlis Šadurskis, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Dubravka Šuica, Salvatore Tatarella, Thomas Ulmer, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Gaston Franco, Jutta Haug, Filip Kaczmarek, Marusya Lyubcheva, Miroslav Mikolášik, Vittorio Prodi, Giancarlo Scottà, Alda Sousa, Vladimir Urutchev, Andrea Zanoni |
||||
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
17.3.2014 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
14 6 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Zuzana Brzobohatá, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Rina Ronja Kari, Monica Luisa Macovei, Jan Mulder, Eva Ortiz Vilella, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Derek Vaughan |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Amelia Andersdotter, Philip Bradbourn, Markus Pieper |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Thomas Ulmer |
||||
- [1] ĠU C 365, 13.12.2013, p. 150.
- [2] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
- [3] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
- [4] ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
- [5] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
- [6] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
- [7] ĠU C 365, 13.12.2013, p. 150.
- [8] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
- [9] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
- [10] ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
- [11] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
- [12] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
- [13] ĠU C 365, 13.12.2013, p. 150.
- [14] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
- [15] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
- [16] ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
- [17] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
- [18] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
- [19] Testi adottati, P7_TA-PROV(2014).