RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali

25.3.2014 - (COM(2012)0363 – C7‑0192/2012 – 2012/0193(COD)) - ***I

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteurs: Ingeborg Gräßle, Juan Fernando López Aguilar
Rapporteur għal opinjoni (*):
Tadeusz Zwiefka, Committee on Legal Affairs
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta’ Proċedura
(Laqgħat ta' kumitati konġunti – Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura)


Proċedura : 2012/0193(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0251/2014
Testi mressqa :
A7-0251/2014
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali

(COM(2012)0363 – C7-0192/2012 – 2012/0193(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0363),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu  325(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0192/2012),

–  –  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mil-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tat-15 ta’ Novembru 2012[1],

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta' Ottubru 2012[2],

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0251/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 325(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 83(2) tiegħu,

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Sabiex tkun assigurata protezzjoni effettiva, proporzjonata u dissważiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-liġi kriminali fl-Istati Membri għandha tkompli tikkomplementa l-protezzjoni permezz tal-liġi amministrattiva u ċivili għal tipi ta’ komportament mill-aktar serju relatat mal-frodi f'dan il-qasam, filwaqt li jkunu evitati inkonsistenzi, kemm fi ħdan kif ukoll fost dawn l-oqsma tal-liġi.

(2) Sabiex tkun assigurata protezzjoni effettiva, proporzjonata u dissważiva kontra tipi ta’ aġir mill-aktar serju relatat mal-frodi, u jkun żgurat li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-aħjar mod, il-miżuri adottati permezz tal-liġi amministrattiva u ċivili għandhom ikunu kkomplementati minn leġiżlazzjoni fil-qafas tal-liġi kriminali fl-Istati Membri, filwaqt li jkunu evitati inkonsistenzi, kemm fi ħdan kif ukoll fost dawn l-oqsma ta' liġi.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni issejjaħ għal definizzjoni komuni ta’ frodi li tkopri aġir frodulenti fir-rigward kemm tan-nefqa u tad-dħul għad-detriment tal-baġit tal-UE.

(3) Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni teħtieġ definizzjoni komuni ta’ frodi li tkopri aġir frodulenti fir-rigward kemm tan-nefqa, tad-dħul, tal-attiv u l-passiv għad-detriment tal-baġit tal-Unjoni, inklużi l-attivitajiet ta’ self.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni jistgħu jiġu affettwati negattivament fejn l-offerenti individwali jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet kontraenti jew lil dawk li joħorġu l-offerta, abbażi ta’ informazzjoni miksuba mhux kif suppost direttament jew indirettament, mill-korp li joħroġ l-offerti, bl-iskop li jevitaw jew jgħawġu r-regoli applikabbli għall-akkwist pubbliku jew għall-proċedura tal-għotjiet. Dan l-aġir huwa simili ħafna għal frodi, iżda ma għandux neċessarjament jikkostitwixxi reat sħiħ ta’ frodi min-naħa tal-offerent, ladarba l-offerta pprovduta tista’ tkun kompletament konformi mal-ħtiġijiet kollha. L-immanuvrar tal-offerti bejn dawk li jitfgħu l-offerti jikser ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u l-liġijiet nazzjonali ekwivalenti; huwa suġġett għal azzjoni pubblika ta’ infurzar u għal sanzjonijiet fl-Unjoni kollha u għandu jibqa’ barra l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(6) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni jistgħu jiġu affettwati negattivament fejn l-offerenti individwali jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet kontraenti jew lil dawk li joħorġu l-offerta, abbażi ta’ informazzjoni miksuba illegalment, direttament jew indirettament, mill-korp li joħroġ l-offerti, bl-iskop li jevitaw jew jiksru r-regoli applikabbli għall-akkwist pubbliku jew għall-proċedura tal-għotjiet. Dan l-aġir huwa simili ħafna għal frodi, iżda ma jippreżentax neċessarjament il-karatteristiċi kollha ta’ reat sħiħ ta’ frodi min-naħa tal-offerent, ladarba l-offerta pprovduta tista’ tissodisfa l-kriterji kollha meħtieġa. L-immanuvrar tal-offerti bejn l-offertenti jikser ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u l-liġijiet nazzjonali ekwivalenti; huwa suġġett għal azzjoni pubblika ta’ infurzar u għal sanzjonijiet fl-Unjoni kollha u għandu jibqa’ barra l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-korruzzjoni tikkostitwixxi theddida partikolarment serja kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li tista' f'ħafna każijiet tkun relatata wkoll ma’ aġir frodulenti. Il-kriminalizzazzjoni partikolari f’dan il-qasam hija għalhekk meħtieġa. Għandu jkun assigurat li r-reati rilevanti huma koperti bid-definizzjoni, irrispettivament jekk l-aġir huwiex fi ksur tar-responsabbiltajiet uffiċjali jew le. Fir-rigward ta’ reati ta’ korruzzjoni passiva u miżapproprjazzjoni, teżisti l-ħtieġa li tiġi inkluża definizzjoni dwar l-uffiċjali pubbliċi li tkopri l-uffiċjali rilevanti kollha, kemm jekk maħtura, eletti, jew impjegati abbażi ta’ kuntratt, jekk ikollhomx uffiċċju formali, kif ukoll persuni li jeżerċitaw il-funzjoni li jipprovdu servizz f’isem il-gvern u korpi pubbliċi oħra liċ-ċittadini, jew għall-interess pubbliku b’mod ġenerali, mingħajr ma jkollhom uffiċċju formali, bħall-kuntratturi involuti fl-immaniġġar tal-fondi tal-UE.

(8) Il-korruzzjoni tikkostitwixxi theddida partikolarment serja kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li tista' f'ħafna każijiet tkun relatata wkoll ma’ aġir frodulenti. Il-kriminalizzazzjoni partikolari f’dan il-qasam hija għalhekk meħtieġa. Għandu jkun assigurat li r-reati rilevanti huma koperti bid-definizzjoni, irrispettivament jekk l-aġir huwiex fi ksur tar-responsabbiltajiet uffiċjali jew le. Fir-rigward ta’ reati ta’ korruzzjoni passiva u miżapproprjazzjoni, teżisti l-ħtieġa li tiġi inkluża definizzjoni ta' uffiċjali pubbliċi li tkopri l-uffiċjali rilevanti kollha, kemm jekk maħtura, eletti, jew impjegati abbażi ta’ kuntratt, u kemm jekk ikollhom uffiċċju formali fl-Unjoni, fl-Istati Membri jew f'pajjiżi terzi. Qed ikunu dejjem aktar involuti persuni privati fil-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni. Sabiex il-fondi tal-Unjoni jitħarsu b'mod adegwat mill-korruzzjoni u mill-miżapproprjazzjoni, id-definizzjoni ta' 'uffiċjal pubbliku' għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għaldaqstant jeħtieġ li tkopri wkoll persuni li ma jkollhomx kariga formali, iżda li madankollu jingħataw u qed jaqdu, b'mod simili, funzjoni tas-servizz pubbliku f'rabta ma' fondi tal-Unjoni, bħall-kuntratturi involuti fil-ġestjoni ta' tali fondi.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni jistgħu jkunu affettwati negattivament minn ċertu tip ta’ aġir ta' uffiċjal pubbliku li jimmira li juża ħażin il-fondi jew l-assi, kuntrarju għall-iskop previst, u bl-intenzjoni li jagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għalhekk hemm bżonn li tkun introdotta definizzjoni preċiża tar-reati li tkopri aġir bħal dan.

(9) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni jistgħu jkunu affettwati negattivament minn ċertu tip ta’ aġir ta' uffiċjal pubbliku li jimmira li juża ħażin il-fondi jew l-assi, kuntrarju għall-iskop previst, u bl-intenzjoni li jagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għalhekk hemm bżonn li tkun introdotta definizzjoni preċiża u mhux ambigwa tar-reati li tkopri aġir bħal dan.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Fir-rigward tar-reati kriminali wettqa minn persuni fiżiċi kif definiti f’din id-Direttiva, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita l-intenzjoni fir-rigward tal-elementi kollha li hemm f’dawn ir-reati. Reati mwettqa minn persuni fiżiċi li ma jirrikjedux l-intenzjoni mhumiex koperti minn din id-Direttiva.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a) Filwaqt li huwa xieraq li jiġu introdotti ċerti livelli minimi ta' pieni fir-rigward tar-reati definiti f'din id-Direttiva, l-ebda dispożizzjoni li tinsab fiha ma għandha tiġi interpretata bħala interferenza fil-prerogattivi tal-qrati u l-imħallfin tal-Istati Membri li jużaw id-diskrezzjoni tagħhom f'każijiet individwali.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b) Sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-liġi tal-Unjoni fir-rigward tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, huwa xieraq li jiġu introdotti ċerti livelli minimi ta’ pieni fir-rigward tar-reati definiti f’din id-Direttiva. Din id-Direttiva tistipula regoli minimi. L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jżommu jew jintroduċu pieni aktar stretti għal tali reati.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Bla ħsara għal obbligi oħra skont il-liġi tal-Unjoni, hemm il-ħtieġa ta’ dispożizzjonijiet xierqa għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex tkun żgurata azzjoni effettiva kontra r-reati kriminali definiti f'din id-Direttiva li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

(17) Bla ħsara għal obbligi oħra skont il-liġi tal-Unjoni, hemm il-ħtieġa ta’ dispożizzjonijiet xierqa għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex tkun żgurata azzjoni effettiva kontra r-reati kriminali definiti fdin id-Direttiva li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, Eurojust, u l-Kummissjoni.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa fil-qasam tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi tiddefinixxi r-reati kriminali u s-sanzjonijiet.

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa fil-qasam tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi tiddefinixxi r-reati kriminali u s-sanzjonijiet, bil-għan li tippermetti protezzjoni effikaċi u ekwivalenti fl-Istati Membri u fl-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u żżid il-kredibbiltà tal-istituzzjonijiet u l-inizjattivi tal-Unjoni.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “l-interessi finanzjarji tal-Unjoni” tfisser id-dħul u n-nefqa kollha koperti minn, akkwistati permezz, jew minħabba:

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “l-interessi finanzjarji tal-Unjoni” tfisser l-attiv u l-passiv kollu ġestit minn jew f'isem l-Unjoni u l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tagħha u l-operazzjonijiet finanzjarji tagħha, inklużi l-attivitajiet ta' self, kif ukoll, b'mod partikolari d-dħul u n-nefqa kollha koperti minn, akkwistati permezz, jew minħabba:

Ġustifikazzjoni

Din id-definizzjoni hija usa' u tinkludi l-attiv u l-passiv kif ukoll l-attivitajiet ta' self.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-baġits tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-organi stabbiliti skont it-Trattati jew il-baġits immexxija u ssorveljati minnhom.

(b) il-baġits tal-istituzzjonijiet, tal-korpi, tal-uffiċċji u l-aġenziji stabbiliti skont it-Trattati jew il-baġits immexxija u ssorveljati minnhom direttament jew indirettament.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe għoti ta’ informazzjoni, jew li ma tingħatax tali informazzjoni, lill-entitajiet jew awtoritajiet kontraenti jew li joħorġu l-offerta f’akkwist pubbliku jew fi proċedura tal-għotjiet fejn hemm involuti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, minn kandidati jew offerenti, jew minn persuni responsabbli jew involuti fit-tħejjija tat-tweġibiet tas-sejħiet għall-offerti jew tal-applikazzjonijiet għall-għotjiet minn dawk li jipparteċipaw, meta jitwettqu intenzjonalment u bil-għan li tiġi maħruba jew li tiġi mgħawġa l-applikazzjoni tal-eliġibbiltà, l-esklużjoni, l-għażla jew il-kriterji għall-għoti, huma punibbli bħala reat kriminali.

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe għoti ta’ informazzjoni, jew nuqqas ta' għoti ta' tali informazzjoni, lill-entitajiet jew awtoritajiet kontraenti jew li joħorġu l-offerta f’akkwist pubbliku jew fi proċedura tal-għotjiet fejn hemm involuti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, minn kandidati jew offerenti, jew minn persuni responsabbli jew involuti fit-tħejjija tat-tweġibiet tas-sejħiet għall-offerti jew tal-applikazzjonijiet għall-għotjiet minn dawk li jipparteċipaw, meta jitwettqu intenzjonalment u bil-għan li tiġi maħruba jew li tiġi mgħawġa l-applikazzjoni tal-eliġibbiltà, l-esklużjoni, l-għażla jew il-kriterji għall-għoti, jew li titfixkel jew tiġi eliminata l-kompetizzjoni naturali fost l-offerenti jkunu punibbli bħala reat kriminali.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jsir riferiment espliċitu għall-attivitajiet irregolari relatati ma' kuntratti pubbliċi.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-ħasil tal-flus kif definit fl-Artikolu 1 (2) tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jinvolvi proprjetà li tiġi mir-reati li huma koperti minn din id-Direttiva, ikun punibbli bħala reat kriminali.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-ħasil tal-flus kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jinvolvi proprjetà jew dħul li ġejjin mir-reati li huma koperti minn din id-Direttiva, ikun punibbli bħala reat kriminali.

__________________

__________________

33 ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

33 ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-aġir li ġej, meta jsir intenzjonalment, huwa punibbli bħala reat kriminali:

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-korruzzjoni passiva u l-korruzzjoni attiva, meta mwettqa intenzjonalment, huma punibbli bħala reat kriminali:

(a) l-azzjoni ta’ uffiċjal pubbliku, li direttament jew permezz ta' intermedjarju, jitlob jew jirċievi vantaġġi ta’ kwalunkwe tip, għalih jew għal parti terza, jew jaċċetta wegħda ta’ vantaġġ bħal dan, li jaġixxi jew jonqos milli jaġixxi skont dmirijietu jew fil-kapaċità tal-funzjonijiet tiegħu b'tali mod li jagħmel ħsara jew li x'aktarx jagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni (il-korruzzjoni passiva);

(a) Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-korruzzjoni passiva tikkonsisti fl-azzjoni ta’ uffiċjal pubbliku, li direttament jew permezz ta' intermedjarju, jitlob jew jaċċetta minn qabel vantaġġi ta’ kwalunkwe tip jew wegħda ta’ vantaġġ bħal dan, għalih jew għal parti terza, talli jaġixxi, iddewwem l-azzjoni jew jastjeni milli jaġixxi skont dmirijietu jew fil-kapaċità tal-funzjonijiet tiegħu, kemm jekk dan ikun bi ksur tal-obbligi uffiċjali tiegħu u kemm jekk le, b'tali mod li jagħmel ħsara jew li x'aktarx jagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(b) l-azzjoni ta’ kull min iwiegħed jew jagħti, direttament jew permezz ta' intermedjarju, vantaġġ ta’ kwalunkwe tip lil uffiċjal pubbliku għalih innifsu jew għal parti terza sabiex huwa jaġixxi jew jastjeni milli jaġixxi skont dmirijietu jew fil-kapaċità tal-funzjonijiet tiegħu b'tali mod li jagħmel ħsara jew li x'aktarx jagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni (il-korruzzjoni attiva).

(b) Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-korruzzjoni attiva tikkonsisti fl-azzjoni ta’ kull min iwiegħed, joffri jew jagħti, direttament jew permezz ta intermedjarju, vantaġġ ta’ kwalunkwe tip lil uffiċjal pubbliku għalih innifsu jew għal parti terza sabiex huwa jaġixxi, iddewwem azzjoni jew jastjeni milli jaġixxi skont dmirijietu jew fil-kapaċità tal-funzjonijiet tiegħu btali mod li jagħmel ħsara jew li xaktarx jagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jew talli jkun wettaq dan l-aġir fil-passat.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-att intenzjonali minn uffiċjal pubbliku biex jikkommetti jew juża fondi, jew jawtorizza jew juża l-assi, kuntrarju għall-iskop li għalih kienu intenzjonati u bl-iskop li jagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni, hija punibbli bħala offiża kriminali (miżapproprjazzjoni).

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-miżapproprijazzjoni, meta mwettqa intenzjonalment, hija punibbli bħala reat kriminali:

 

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, miżapproprjazzjoni tfisser att ta' uffiċjal pubbliku li jikkonsisti fl-impenn jew l-użu ta' fondi, jew l-awtoizzazzjoni jew l-użu ta' assi, kuntrarju għall-iskop li għalih kienu intenzjonati u li jagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-għan ta’ dan l-Artikolu, "uffiċjal pubbliku" tfisser:

Għall-għan ta’ dan l-Artikolu, "uffiċjal pubbliku" tfisser:

(a) kwalunkwe persuna li teżerċita funzjoni ta’ servizz pubbliku għall-Unjoni jew fl-Istati Membri jew pajjiżi terzi billi jkollu kariga leġiżlattiva, amministrattiva jew ġudizzjarja;

(a) kwalunkwe uffiċjal tal-Unjoni jew nazzjonali, inkluż kwalunkwe uffiċjal nazzjonali ta' Stat Membru ieħor u kwalunkwe uffiċjal nazzjonali ta' pajjiż terz;

 

It-terminu "uffiċjal tal-Unjoni" ifisser:

 

(i) kwalunkwe persuna li tkun uffiċjal jew impjegat ieħor bil-kuntratt skont it-tifsira tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni ('Regolament tal-Persunal'),

 

(ii) kwalunkwe persuna ssekondata lil istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, korp, uffiċju jew aġenzija mill-Istati Membri jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat, li twettaq xogħol ekwivalenti għal dak imwettaq minn uffiċjali jew aġenti oħrajn tal-Unjoni .

 

Membri ta' korpi stabbiliti skont mwaqqfin f'konformità mat-Trattati u l-persunal ta' tali korpi, uffiċċji jew aġenziji għandhom jiġu trattati bħala uffiċjali tal-Unjoni, sa fejn ir-Regolament tal-Persunal ma japplikax għalihom;

 

It-terminu ‘uffiċjal nazzjonali’ għandu jinftiehem b'referenza għad-definizzjoni ta' ‘uffiċjal' jew ‘uffiċjal pubbliku’ fid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru jew ta' pajjiż terz li fih il-persuna inkwistjoni tkun qed twettaq il-funzjoni.

 

Madankollu, fil-każ ta' proċedimenti li jinvolvu uffiċjal ta' Stat Membru, jew uffiċjal nazzjonali ta' pajjiż terz, mibdija minn Stat Membru ieħor, dan tal-aħħar ma jkunx marbut li japplika d-definizzjoni ta' 'uffiċjal nazzjonali' ħlief sa fejn id-definizzjoni tkun kompatibbli mad-dritt nazzjonali tiegħu;

(b) kwalunkwe persuna oħra li teżerċita kariga fis-servizz pubbliku għall-Unjoni jew fl-Istati Membri jew fpajjiżi terzi, li ma għandhiex din il-kariga, li tipparteċipa fl-amministrazzjoni jew fid-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(b) kwalunkwe persuna oħra li tiġi assenjata u taqdi funzjoni fis-servizz pubbliku li tinvolvi l-ġestjoni ta' jew deċiżjonijiet dwar l-interessi finanzjarji tal-Unjoni fi Stati Membri jew f'pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi bbażata fuq id-definizzjoni attwali ta' uffiċjali inkluża fl-Ewwel Protokoll għall-Konvenzjoni PIF li hu fis-seħħ, u li hi magħrufa tajjeb u aċċettata mill-Istati Membri.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiġi żgurat li l-inċitazzjoni, l-għajnuna jew il-kompliċità fir-reati kriminali msemmija fit-Titolu II huma punibbli bħala reat kriminali.

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiġi żgurat li l-inċitazzjoni, l-għajnuna jew il-kompliċità fit-twettiq ta' kwalunkwe wieħed mir-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ikunu punibbli bħala reat kriminali.

Ġustifikazzjoni

Bidla teknika.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-tentattiv biex jitwettaq ir-reat kriminali msemmi fl-Artikolu 3 jew l-Artikolu 4, il-paragrafu 4, huwa punibbli bħala reat kriminali.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li tentattiv biex jitwettaq kwalunkwe wieħed mir-reati kriminali msemmijin fl-Artikolu 3 u fl-Artikolu 4(4), ikun punibbli bħala reat kriminali.

Ġustifikazzjoni

Bidla teknika.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għal kwalunkwe reat kriminali msemmi fit-Titolu II li jkun twettaq għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, li taġixxi waħedha jew bħala parti minn korp tal-persuna ġuridika, u li jkollha pożizzjoni ta’ tmexxija fi ħdan il-persuna ġuridika, abbażi ta':

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għal kwalunkwe reat kriminali msemmi fl-Artikoli 3, 4 u 5 li jkun twettaq għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, li taġixxi waħedha jew bħala parti minn korp tal-persuna ġuridika, u li jkollha pożizzjoni ta’ tmexxija fi ħdan il-persuna ġuridika, abbażi ta':

Ġustifikazzjoni

Bidla teknika.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu wkoll il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għan-nuqqas ta’ sorveljanza jew kontroll minn xi persuna msemmija f’paragrafu 1 li tkun ħalliet jitwettaq, kwalunkwe wieħed mir-reati kriminali msemmija Titolu II għall-benefiċċju ta’ dik il-persuna ġuridika, mill-persuna taħt l-awtorità tagħha.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu wkoll il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għan-nuqqas ta’ sorveljanza jew kontroll minn xi persuna msemmija f’paragrafu 1 li tkun ħalliet jitwettaq, kwalunkwe wieħed mir-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5 għall-benefiċċju ta’ dik il-persuna ġuridika, minn persuna taħt l-awtorità tagħha .

Ġustifikazzjoni

Bidla teknika.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Ir-responsabbiltà ta’ persuna ġuridika skont il-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex teskludi l-proċedimenti kriminali kontra l-persuni fiżiċi li jkunu l-awturi tar-reati kriminali msemmija fit-Titolu II jew kriminalment responsabbli skont l-Artikolu 5.

3. Ir-responsabbiltà ta’ persuna ġuridika skont il-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex teskludi l-proċedimenti kriminali kontra l-persuni fiżiċi li jkunu l-awturi tar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 jew kriminalment responsabbli skont l-Artikolu 5.

Ġustifikazzjoni

Bidla teknika.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fir-rigward tal-persuni naturali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reati kriminali li jissemmew fit-Titolu II għandhom ikunu punibbli b’pieni kriminali effettivi, proporzjonali u dissważivi, kif ukoll b’multi u bi priġunerija, kif speċifikat fl-Artikolu 8.

1. Fir-rigward tal-persuni naturali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reati kriminali li jissemmew fl-Artikoli 3, 4 u 5 huma punibbli b’pieni kriminali effettivi, proporzjonali u dissważivi, kif ukoll b’multi u bi priġunerija, kif speċifikat fl-Artikolu 8.

Ġustifikazzjoni

Bidla teknika.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. F’każijiet ta’ reati minuri li jinvolvu danni ta’ anqas minn EUR 10 000 u vantaġġi ta’ anqas minn EUR 10 000, u li ma jinvolvux ċirkustanzi partikolarment serji, l-Istati Membri jistgħu minflok il-pieni kriminali jipprovdu mod ieħor.

2. F’każijiet ta’ reati li jinvolvu danni ta’ anqas minn EUR 5 000 u vantaġġi ta’ anqas minn EUR 5 000, u li ma jinvolvux ċirkustanzi aggravanti, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li jiġu imposti sanzjonijiet ta' natura mhux kriminali;

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-paragrafu 1 jkun bla ħsara għat-twettiq tal-poter dixxiplinarju mill-awtoritajiet kompetenti kontra uffiċjali pubbliċi.

3. Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu japplika bla ħsara għall-eżerċizzju tas-setgħat dixxiplinarji mill-awtoritajiet kompetenti kontra uffiċjali pubbliċi, hekk kif definiti fl-Artikolu 4(5).

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) piena minima ta’ mill-inqas 6 xhur priġunerija;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-pieni minimi ma jirrispettawx id-diversità tas-sistemi legali u l-ħtieġa għal diskrezzjoni ġudizzjarja. L-introduzzjoni tagħhom hawnhekk lanqas ma tkun konsistenti mal-pożizzjoni li ħa l-Parlament fir-rigward tal-abbozz ta’ Direttiva dwar il-protezzjoni tal-euro u ta’ muniti oħra kontra l-falsifikazzjoni fil-liġi kriminali

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) piena minima ta’ mill-inqas 6 xhur priġunerija;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-pieni minimi ma jirrispettawx id-diversità tas-sistemi legali u l-ħtieġa għal diskrezzjoni ġudizzjarja. L-introduzzjoni tagħhom hawnhekk lanqas ma tkun konsistenti mal-pożizzjoni li ħa l-Parlament fir-rigward tal-abbozz ta’ Direttiva dwar il-protezzjoni tal-euro u ta’ muniti oħra kontra l-falsifikazzjoni fil-liġi kriminali

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dan il-paragrafu ma jaffettwax id-diskrezzjoni tal-qrati u l-imħallfin fl-Istati Membri meta jiġu biex jiddeterminaw is-sentenza l-aktar xierqa u proporzjonata f’kull każ individwali;

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li r-reati kriminali li jissemmew fit-Titolu II ikunu punibbli b'piena massima ta’ mill-inqas 10 snin priġunerija fejn ir-reat kien imwettaq fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali, skont it-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/841.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li r-reati kriminali li jissemmew fl-Artikoli 3, 4 u 5 ikunu punibbli b'piena massima ta’ mill-inqas 10 snin priġunerija fejn ir-reat kien imwettaq fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali, skont it-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/841.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 8a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Ċirkustanzi aggravanti

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li, meta jkun ġie stabbilit li twettaq reat kriminali msemmi fl-Artikoli 3, 4, jew 5 fl-ambitu ta' organizzazzjoni kriminali skont it-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/841, dak il-fatt ikun meqjus bħala ċirkustanza aggravanti għall-finijiet tal-kundanna.

Ġustifikazzjoni

Huwa aħjar li dan il-każ jitqies ċirkustanza aggravanti milli reat kriminali differenti.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) l-esklużjoni temporanja jew permanenti mill-proċeduri ta’ offerti tal-Unjoni;

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 9a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9a

 

Regola "ne bis in idem"

 

L-Istati Membri għandhom japplikaw fid-dritt kriminali nazzjonali tagħhom ir-regola "ne bis in idem", li skontha persuna li ġiet iġġudikata b'mod defintiv fi Stat Membru ma tistax tiġi mħarrka fi Stat Membru ieħor fir-rigward tal-istess fatti, sakemm jekk ingħatat piena, din kienet eżegwita, hija fil-proċess li tiġi eżegwita jew ma tistax tiġi eżegwita taħt il-liġijiet tal-Istat li ħareġ il-kundanna.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni tagħhom għar-reati kriminali msemmija fit-Titolu II fejn:

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni tagħhom għar-reati kriminali msemmijin fl-Artikoli 3, 4 u 5 fejn:

(a) ir-reat ikun twettaq totalment jew parzjalment fit-territorju tagħhom; jew

(a) ir-reat ikun twettaq totalment jew parzjalment fit-territorju tagħhom;

(b) min iwettaq ir-reat ikun ċittadin tagħhom.

(b) l-awtur ta' reat ikun ċittadin tagħhom stess jew ikun residenti fit-territorju tagħhom; jew

 

(c) l-awtur ta' reat ikun suġġett għar-Regolament tal-Peronal, jew kien suggett għar-Regolament tal-Personal fiż-żmien ir-reat.

Ġustifikazzjoni

L-emenda għall-paragrafu 1(b) hija intiża sabiex jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva. L-introduzzjoni tat-tielet kategorija ta' awtur ta' reat fil-parafragu 1(c) tirrifletti l-esperjenza operattiva tal-OLAF: uffiċjali li mhumiex ċittadini tal-UE u li mhumiex fit-territorju tal-UE (iżda f'delegazzjonijiet) għandhom jiġu inklużi fil-ġurisdizzjoni PIF.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-irkupru tas-somom imħallsa meta mhux dovut, meta jkunu kkummissjonati r-reati kriminali msemmija fit-Titolu II.

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-irkupru tas-somom imħallsa meta mhux dovut, meta jkunu kkummissjonati r-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5.

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw l-irkupru fil-pront ta' tali somom u t-trasferiment tagħhom fil-baġit tal-UE, mingħajr preġudizzju għar-regoli settorjali rilevanti tal-Unjoni dwar ir-rettifiki finanzjarji u l-irkurpu tal-ammonti li ma kellhomx jintefqu. L-Istat Membri għandhom iżommu rekords b'mod regolari tas-somom irkuprati u għandhom jinformaw l-istituzzjonijiet jew il-korpi rilevanti tal-Unjoni dwar dawk is-somom, jew, jekk dawn ma ġew irkuprati, dwar ir-raġunijiet li minħabba fihom dawn ma ġewx irkuprati.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea (l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi)

Il-kooperazzjoni

Ġustifikazzjoni

Ġustifikazzjoni: Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-kooperazzjoni m’għandhiex tkun limitata għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni iżda għandha tinkludi wkoll il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri nfushom

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw ma xulxin fil-ġlieda kontra r-reati kriminali li hemm referenza għalihom fit-Titolu II. Għal dan l-għan il-Kummissjoni għandha tagħti assistenza teknika u operattiva billi l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jista’ jkollhom bżonn iħaffu l-koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet tagħhom.

1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-kooperazzjoni transkonfinali u l-għajnuna legali reċiproka fi kwistjonijiet kriminali, l-Istati Membri, Eurojust u l-Kummissjoni għandhom, fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jikkooperaw ma' xulxin fil-ġlieda kontra r-reati kriminali msemmijin fl-Artikoli 3, 4 u 5. Għal dan l-għan il-Kummissjoni u, fejn xieraq Eurojust, għandhom jagħtu assistenza teknika u operattiva billi l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jista’ jkollhom bżonn iħaffu l-koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet tagħhom.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jistgħu jagħmlu skambju ta’ informazzjoni mal-Kummissjoni sabiex ikun aktar faċli li jiġu stabbiliti l-fatti u biex tkun żgurata azzjoni effettiva kontra r-reati kriminali li hemm referenza għalihom fit-Titolu II. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom f’kull każ speċifiku jieħdu kont tas-segretezza investigattiva u tal-protezzjoni tad-dejta. Għal dan il-għan, Stat Membru, meta jagħti informazzjoni lill-Kummissjoni, jista’ jistipula kondizzjonijiet speċifiċi li jkopru l-użu tal-informazzjoni, kemm jekk għall-Kummissjoni jew għal Stat Membru ieħor li jingħata din l-informazzjoni.

2. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jistgħu, fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jagħmlu skambju ta’ informazzjoni mal-Kummissjoni u ma' Eurojust sabiex ikun aktar faċli li jiġu stabbiliti l-fatti u biex tkun żgurata azzjoni effettiva kontra r-reati kriminali msemmijin fl-Artikoli 3, 4 u 5. Il-Kummissjoni, Eurjust u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom f’kull każ speċifiku jikkonformaw mal-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, u jieħdu kont tar-rekwiżiti tas-segretezza investigattiva. Għal dan il-għan, Stat Membru, meta jagħti informazzjoni lill-Kummissjoni u lil Eurojust, jista’ jistipula kondizzjonijiet speċifiċi li jkopru l-użu tal-informazzjoni, kemm jekk mill-Kummissjoni, minn Eurojust jew minn Stat Membru ieħor li jingħata din l-informazzjoni.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Qorti tal-Awdituri, l-istituzzjonijiet nazzjonali tal-awditjar (pereżempju għall-awditjar tat-tranżazzjonijiet taħt arranġamenti ta' ġestjoni kondiviża), u l-awdituri responsabbli mill-awditjar tal-baġits tal-istituzzjonjiet, il-korpi u l-aġenziji stabbiliti skont it-Trattati jew il-baġits ġestiti u awditjati mill-istituzzjonijiet, għandhom jiżvelaw lill-OLAF kwalunkwe reat kriminali li jsiru jafu bih waqt il-missjoni tagħhom.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. L-uffiċjali tal-Unjoni għandhom jiżvelaw lill-OLAF kwalunkwe reat kriminali li jsiru jafu bih waqt il-missjoni tagħhom.

 

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 17a

 

Rapportar, statistika u evalwazzjoni

 

1. Il-Kummissjoni għandha, sa [24 xahar wara l-iskadenza għall-implimentazzjoni tad-Direttiva], u wara dan fuq bażi annwali, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta sa fejn l-Istat Membri jkunu ħadu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva, u jevalwa l-effikaċja ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-ksib tal-objettivi tagħha.

 

Dawn ir-rapporti għandhom jirreferu għall-informazzjoni reża disponibbli mill-Istati Membri taħt il-paragrafu 2.

 

2. L-Istati Membri għandhom b’mod regolari jiġbru u jżommu statistika komprensiva mill-awtoritajiet rilevanti sabiex jirrevedu l-effikaċja tas-sistemi stabbiliti minnhom biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-istatistika miġbura għandha tintbagħat lill-Kummissjoni fuq bażi annwali u għandha tinkludi:

 

(a) l-għadd ta’ proċedimenti kriminali mibdija, maqsuma fin-numru ta' proċedimenti arkivjati, in-numru ta' proċedimenti li rriżultaw f'liberazzjoni, in-numru ta' proċedimenti li rriżultaw f'kundanna u n-numru ta' proċedimenti li għadhom għaddejjin,

 

(b) l-ammonti rkuprati u l-ammonti mhux irkuprati, wara l-proċedimenti kriminali,

 

(c) in-numru ta’ talbiet għal assistenza rċevuti minn Stati Membri oħra, maqsuma fin-numru ta' talbiet milqugħa u n-numru ta' talbiet miċħuda.

 

3. Il-Kummissjoni għandha, sa [60 xahar wara l-iskadenza għall-implimentazzjoni tad-Direttiva], tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill evalwazzjoni sħiħa ta' din id-Direttiva, ibbażata fuq l-esperjenza miksuba u, b'mod partikolari, fuq ir-rapporti u l-istatistika provduti fis-sens tal-paragrafu 1 u 2. Jekk xieraq, il-Kummissjoni għandha, fl-istess waqt, tippreżenta proposta għall-emendar ta' din id-Direttiva, filwaqt li tieħu kont xieraq tal-eżitu tal-evalwazzjoni.

  • [1]  ĠU C 383, 12.12.2012, p. 1.
  • [2]  ĠU C 391, 18.12.2012, p. 134.

NOTA SPJEGATTIVA

Ir-rapporteurs jilqgħu il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tad-dritt kriminali. B'mod partikolari, ir-rapporteurs jikkondividu l-fehma li l-frodi u l-attivitajiet illegali relatati li jaffettwaw l-interessi tal-Unjoni jikkostitwixxu problema serja għad-detriment tal-baġit tal-Unjoni u b'hekk il-kontribwenti, li jitolbu b'mod urġenti lill-istituzzjonijiet Ewropej sabiex jiżguraw li l-fondi pubbliċi jkunu użati għat-tkabbir strutturali, il-konsolidazzjoni fiskali u l-impiegi.

Għal dak li jikkonċerna frodi li tinvolvi l-baġit tal-Unjoni, ir-rapporteurs huma mħassba sew dwar l-eżistenza ta' differenzi fis-sistemi ġuridiċi u s-sistemi ta' sanzjoni tal-Istati Membri. F'dan ir-rigward, ir-rapporteurs jirrikonoxxu l-eżistenza ta' acquis communautaire strutturat sew fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi. Madankollu, dan ġie implimentat mill-Istati Membri s'issa permezz tal-adozzjoni ta' regoli u dispożizzjonijiet li mhumiex armonizzati u approssimizzati biżżejjed. Dan il-qafas ġuridiku frammentat joħloq inċentivi għall-atturi ta' reati potenzjali, li jiċċaqalqu fil-territorju Ewropew għat-tfittxija tas-sistema ġudizzjarja l-aktar favorevoli Il-Parlament Ewropew jemmen li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jirrispondu b'vuċi waħda għal dak li jikkonċerna l-frodi u kull attività illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta' miżuri ta' deterrent u, b'dan il-mod, ikunu jistgħu jipprovdu protezzjoni effikaċi u ekwivalenti fl-Istati Membri kollha.

F'dan ir-rigward, il-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni qed timxi fid-direzzjoni t-tajba, billi ddaħħal dispożizzjonijiet intiżi li japprossimizzaw is-sistemi ġuridiċi nazzjonali, inklużi l-miżuri ta' dritt kriminali, sabiex jiġu miġġielda l-frodi u l-attivitajiet illegali relatati oħra ta' detriment għall-baġit tal-Unjoni. Madankollu, ir-rapporteurs jixtiequ jtejbu aktar il-proposta billi jiżguraw l-adozzjoni ta':

-  Definizzjoni aktar preċiża u globali ta' frodi li hija ta' detriment għall-baġit tal-Unjoni. Dwar dan il-punt il-Parlament Ewropew jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni, li tinkludi naturalment il-frodi VAT fid-direttiva;

-  Dispożizzjoni li tiffaċilita l-approssimazzjoni tal-kontromiżuri għall-attivitajiet frawdalenti relatati mal-aċċess għall-kuntratti pubbliċi tal-UE, inklużi dawk li jeliminaw jew ifixklu l-kompetizzjoni naturali fost offerenti;

-  Dispożizzjonijiet li jikkunsidraw kull reat li jinvolvi danni għall-baġit tal-Unjoni reat fih innifsu, mingħajr ma jsir divrenzjar bejn reati minuri u gravi, abbażi tal-livell tal-ammonti affettwati. Dwar dan il-punt u fid-dawl, fil-livell tal-UE, tad-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ, ir-rapporteurs inaqqsu wkoll il-limitu tar-reati minn EUR 10.000 għal EUR 5.000 sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu, jekk jixtiequ hekk, jipprevedu sanzjonijiet oħra apparti minn dawk kriminali għal frodi li tkun inqas minn dan il-livell. Ir-rapporteurs b'dan il-mod jixtiequ jagħtu sinjal qawwi lill-awturi ta' frodi li 'l fuq minn dan il-livell, l-attivitajiet tagħhom se jitqiesu reati kriminali fl-Ewropa kollha.

-  It-tnaqqis tal-parametri għall-priġunerija għal każijiet ta' frodi kontra l-baġit tal-Unjoni u attivitajiet illegali oħra, sabiex jiġu approssimizzati l-liġijiet nazzjonali lejn livell ċarament definit. Ir-rapporteurs ibbażaw l-approċċ tagħhom fuq analiżi komperattiva tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi eżistenti fl-Istati Membri. Il-Parlament Ewropew jemmen li huwa importanti li jiġi kkomunikat il-messsaġġ li t-twettiq ta' frodi kontra l-baġit tal-Unjoni ma għadux tollerabbli.

-  Dispożizzjoni li tieħu kont tar-rwol ta' Eurojust fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Ir-rapporteurs jemmnu li l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni tikkostitwixxi pass importanti fil-qasam tad-Dritt Kriminali tal-UE. Dan il-qasam ġie rinforzat b'mod sinifikanti mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, bit-tħassir tal-istruttura tat-tliet pilastri u l-konsolidazzjoni tal-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur fis-sens sħiħ fl-Ispazju Ewropew ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja.

L-objettiv ġenerali tal-proposta huwa li tiġi żgurata l-protezzjoni effikaċi, proporzjonata u dissważiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għal dak l-għan, hija intiża sabiex tistabbilixxi regoli minimi, inklużi definizzjonijiet ta’ reati u sanzjonijiet minimi kif ukoll massimi, fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Ir-rapporteurs jissottolinjaw li din id-direttiva hija intiża li tipprovdi qafas li fi ħdanu jopera l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew futur. Hija tirrappreżenta żvilupp sinjifikanti fil-ħolqien ta' spazju Ewropew ta' ġustizzja kriminali.

Ir-rapporteurs jemmnu li, għall-finijiet taċ-ċertezza legali, ikun aħjar li tiġi evitata l-kategorizzazzjoni ta' reati bħala "minuri u/jew "gravi". F'dan ir-rigward, ir-rapporteurs jikkondividaw il-fehma li l-frodi kollha kontra l-interessi finanzjarji tal-UE għandha tittieħed b'mod serju.

Ir-rapporteurs jikkondividaw ukoll il-fehma tal-Kummissjoni li għandha ssir distinzjoni bejn frodi minn naħa, u l-korruzzjoni u l-ħasil ta' flus min-naħa l-oħra. Madankollu, għad-differenza tal-Kummissjoni, ir-rapporteurs huma tal-opinjoni li s-sanzjonijiet minimi proposti għandhom jirriflettu d-differenzi bejn dawk ir-reati (u mhux biss l-ammonti involuti)

Ir-rapporteurs jemmnu wkoll li, fil-każ fejn ikunu involuti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, ikun xieraq li jiġi stabbilit livell minimu ta' sanzjonijiet imposti ħalli jiġi żgurat grad ta' konsistenza fl-UE fost is-sanzjonijiet imposti fuq dawk li jiffrodu l-interessi finanzjarji tal-UE. Tali pass għandu jitqies ukoll bħala mezz sabiex jiġi skoraġġut il-forum shopping min-naħa tal-awturi ta' ħasil tal-flus u ta' frodi, u bħala parti ta' żvilupp ulterjuri ta' spazju Ewropew ta' ġustizzja kriminali. Madankollu, tali sanzjonijiet ma għandhomx jinterferixxu mal-prerograttivi tal-qrati u l-imħallfin individwali tal-Istati Membri.

Ir-rapporteurs iridu jiżguraw l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni għal dak li jikkonċerna l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' frodi. B'mod partikolari, f'dan ir-rigward, huwa importanti li jiġi rrikonoxxut ir-rwol akbar li Eurojust tista' tassumi fl-iżviluppi futuri tal-ġustizzja kriminali tal-UE.

Filwaqt li jissottolinjaw l-bżonn tal-istabbiliment ta' deterrent effikaċi u dissważiv għall-frodi fuq il-baġit atl-UE, ir-rapporteurs huma wkoll konxji tal-bżonn li jinżammu standards għoljin ta' salvagwardji proċedurali fil-proċedimenti kriminali fl-UE kollha, b'mod partikolari għal dak li jikkonċerna l-prinċipju ta' ne bis in idem.

Permezz ta' dan ir-rapport, ir-rapporteurs qed jipprovdu tweġiba għat-tħassib taċ-ċittadini u l-kontribwenti u joffru bażi aktar b'saħħitha sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effikaċi u ekwivalenti tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni fit-territorju kollu tal-Unjoni.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI

Is-Sur Michael Theurer

President

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

BRUSSELL

Suġġett:  Opinjoni dwar il-bażi legali tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (COM(2012)0363 – C7-0192/2012 – 2012/0193(COD))

Sur President,

Matul il-laqgħa tiegħu tas-27 ta’ Novembru, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda fuq inizjattiva tiegħu, skont l-Artikolu 37(3) tar-Regoli ta’ Proċedura, li jikkunsidra jekk kienx xieraq li titbiddel il-bażi legali tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (COM(2012)0363) billi jiġi sostitwit l-Artikolu 325(4) TFUE, magħżul bħala bażi legali mill-Kummisssjoni, bl-Artikolu 83(2) TFUE.

Kuntest

1. Il-proposta

Id-direttiva proposta tistabbilixxi dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali armonizzati, inklużi definizzjonijiet ta’ reati u sanzjonijiet minimi kif ukoll massimi, fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi u miżuri oħra intiżi għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

B’mod aktar konkret, il-proposta tistabbilixxi liema kondotta hija punibbli bħala frodi li taffettwa l-interessi tal-Unjoni (Artikolu 3) u bħala reati kriminali relatati ma’ frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni (Artikolu 4), bħat-tfixkil tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku jew proċeduri tal-għotjiet, il-ħasil tal-flus, il-korruzzjoni attiva u dik passiva u l-miżapproprjazzjoni ta’ fondi. F’dan il-kuntest, il-proposta fiha wkoll definizzjoni ta’ “uffiċjal pubbliku” (Artikolu 4(5)). Hija tistabbilixxi barra minn hekk li l-inċitazzjoni, l-għajnuna jew il-kompliċità kif ukoll tentattivi biex jitwettqu dawn r-reati kriminali huma punibbli (Artikolu 5), u tipprovdi għar-responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi (Artikolu 6). Hija tiddefinixxi wkoll liema reati (partikolarment serji) huma punibbli bi priġunerija u tistabbilixxi limiti minimi u massimi għal dawn (Artikolu 8). B’mod partikolari, il-proposta teħtieġ lill-Istati Membri jimponu piena minima ta’ mill-inqas 6 xhur priġunerija u piena massima ta’ mill-inqas 5 snin priġunerija għal tali każijiet serji, u piena massima ta’ mill-inqas 10 snin priġunerija meta r-reat jitwettaq fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali. Hija tiddefinixxi t-tip ta’ sanzjonijiet minimi għall-persuni ġuridiċi (Artikolu 9). Barra minn hekk hija fiha dispożizzjonijiet dwar l-iffriżar u l-konfiska (Artikolu 10) u dwar il-ġurisdizzjoni (Artikolu 11). Hija tarmonizza ċerti aspetti tal-preskrizzjoni (Artikolu 12), u tipprevedi b’mod partikolari terminu ta’ preskrizzjoni ta’ perjodu minimu ta’ 5 snin u regoli dwar l-interuzzjoni u l-bidu tal-perjodi ta’ preskrizzjoni.

Fl-aħħarnett, il-proposta fiha dispożizzjonijiet dwar l-interazzjoni ma’ atti legali oħra applikabbli tal-Unjoni (Artikolu 14) u dwar il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-OLAF (Artikolu 15).

2. Il-bażijiet legali inkwistjoni

a) Il-bażi legali tal-proposta

Il-proposta tal-Kummissjoni hija msejsa fiq l-Artikolu 325(4) TFUE, li jgħid hekk:

"(4) Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, wara li jikkonsultaw l-Qorti tal-Awdituri, għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa fl-oqsma ta' prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni bl-għan li joffru protezzjoni effettiva u ekwivalenti fl-Istati Membri, kif ukoll fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni.

b) Bidla proposta fil-bażi legali

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali huwa mistieden jeżamina jekk huwiex xieraq li l-Artikolu 325(4) TFUE jiġi sostitwit bl-Artikolu 83(2) TFUE bħala bażi legali. L-Artikolu 83(2) tat-TFUE jaqra kif ġej:

"2. Jekk l-approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri f’materji kriminali tkun indispensabbli sabiex tiġi assigurata l-implimentazzjoni effiċjenti ta’ politika tal-Unjoni f’qasam li kien suġġett għall-miżuri ta’ armonizzazzjoni, jistgħu jsiru direttivi li jistabbilixxu r-regoli minimi fir-rigward tad-definizzjoni ta’ reati kriminali u sanzjonijiet fil-qasam ikkonċernat. Dawn id-direttivi għandhom jiġu adottati skont proċedura leġislattivi ordinarja jew speċjali bħal dik użata għall-adozzjoni tal-miżuri ta’ armonizzazzjoni inkwistjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 76.”

Analiżi

1. Il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti

Tfaċċaw ċerti prinċipji mill-każistika tal-Qorti fir-rigward tal-għażla tal-bażi legali. L-ewwel nett, minħabba l-konsegwenzi tal-bażi legali f’termini ta’ kompetenza sostantiva u ta’ proċedura, l-għażla ta’ bażi legali korretta għandha importanza kostituzzjonali[1]. It-tieni nett, skont l-Artikolu 13(2) tat-TUE, kull istituzzjoni għandha taġixxi fi ħdan il-limiti tal-poteri konferiti lilha mit-Trattat[2]. It-tielet nett, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, "l-għażla tal-bażi legali ta’ att Komunitarju għandha tiġi bbażata fuq elementi oġġettivi li jistgħu jkunu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, fosthom, b’mod partikolari, l-għan u l-kontenut tal-att"[3].

2. L-għażla ta’ bażi legali min-naħa tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tispjega l-għażla tal-bażi legali tagħha kif ġej: "L-Artikolu 325 jistabbilixxi l-kompetenza tal-UE biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa fl-oqsma ta’ prevenzjoni u fil-ġlieda kontra l-frodi u kwalunkwe attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni li "jaġixxu bħala deterrent"[4]. L-Artikolu 325(4) jipprevedi l-proċedura leġiżlattiva sabiex ikunu adottati l-miżuri neċessarji bl-iskop li joffru protezzjoni effettiva u ekwivalenti"[5]. Il-Kummissjoni tispjega wkoll li "[l-ġlieda] kontra l-attivitajiet illegali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni hija qasam ta’ politika speċifiku ħafna", u li l-għan tal-Artikolu 325 huwa li jipproteġi "l-interess uniku li dwaru hija din il-politika prijoritarja, jiġifieri l-finanzi pubbliċi tal-Unjoni, kull meta għandhom jinġabru jew jintefqu".

3. Objettiv u kontenut tal-proposta għal Direttiva

Id-direttiva proposta “tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa fil-qasam tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi tiddefinixxi r-reati kriminali u s-sanzjonijiet” (Artikolu 1).. Il-Premessa 2 tispjega wkoll li “[sabiex] tkun assigurata protezzjoni effettiva, proporzjonata u dissważiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-liġi kriminali fl-Istati Membri għandha tkompli tikkomplementa l-protezzjoni permezz tal-liġi amministrattiva u ċivili għal tipi ta’ komportament mill-aktar serju relatat mal-frodi f’dan il-qasam, filwaqt li jkunu evitati inkonsistenzi, kemm fi ħdan kif ukoll fost dawn l-oqsma tal-liġi”.

L-elementi ewlenija tal-proposta intiżi sabiex jiksbu dan l-objettiv huma d-definizzjoni ta’ reati, l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet minimi, u l-armonizzazzjoni ta’ aspetti tal-preskrizzjoni. Dawn il-miżuri huma stabbiliti fid-dettall hawn fuq (“Kuntest” taħt 1).

Għalhekk jidher li kemm it-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet ta’ liġi kriminali fl-Istati Membri bil-ħsieb li jitjiebu l-ġlieda kontra l-frodi u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif ukoll l-armonizzazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, flimkien ma’ kjarifika u riorganizzazzjoni, huma l-iskopijiet ewlienin tad-Direttiva proposta.

Sabiex jiġi determinat jekk l-Artikolu 325(4) jew l-Artikolu 83(2) TFUE jikkostitwixxix il-bażi legali xierqa għall-proposta inkunsiderazzjoni għandu jiġi determinat, essenzjalment, liema waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet tikkostitwixxi lex specialis f’tali każ: L-Artikolu 325(4) TFUE jikkostitwixxi lex specialis għall-miżuri fil-ġlieda kontra l-frodi jew fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE jew huwa l-Artikolu 83(2) TFUE lex specialis għal ċerti elementi ta’ armonizzazzjoni tal-liġijiet kriminali nazzjonali, meta din l-armonizzazzjoni hija indipensabbli għall-implimentazzjoni effikaċi ta’ politika tal-Unjoni f’qasam li kien assuġġettat għal miżuri ta’ armonizzazzjoni?

Għal dak li jikkonċerna l-Artikolu 325 TFUE, għandu jiġi osservat li dan issostitwixxa l-Artikolu 280(4) KE[6] preċedenti, li kien jillimita l-miżuri li għandhom jittieħdu fuq din il-bażi: “Dawn il-miżuri m’għandhomx jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-liġi kriminali nazzjonali jew tal-amministrazzjoni nazzjonali tal-ġustizzja”. L-Artikolu 325(4) TFUE ma jipprevedix din l-esklużjoni. Għalhekk jista’ jiġi sostnut li dan l-artikolu issa jinkludi l-kompetenza li jiġu adottati miżuri għall-armonizzazzjoni tal-liġi kriminali. Din il-fehma tidher ċertament li hija l-bażi tar-raġunament tal-Kummissjoni fil-memorandum ta’ spjegazzjoni għall-proposta għalkemm din il-kwistjoni mhijiex indirizzata b’mod espliċitu.

Min-naħa l-oħra, huwa importanti li jiġi mfakkar li t-Trattat ta’ Lisbona introduċa fl-Artikolu 83(2) TFUE bażi legali ġdida għall-arminizzazzjoni ta’ liġi kriminali sostantiva sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effikaċi tal-politiki tal-UE li ġew assuġġettati għal miżuri ta’ armonizzazzjoni. Din id-dispożizzjoni timxi mal-ġurisprudenza preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja li tistabbilixxi li – minkejja l-fatt li, bħala regola ġenerali, il-liġi kriminali ma taqax fil-kompetenza tal-Unjoni – kien hemm eċċezzjonijiet bħal pereżempju meta l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet penali effikaċi, proporzjonati u dissważivi kienet essenzjali fil-ġlieda kontra reati ambjentali serji sabiex tiġi żgurata l-effikaċja[7]. It-tħassir tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 280(4) KE għalhekk jista’ jkun dovut għall-introduzzjoni ta’ din il-bażi legali ġdida. Huwa interessanti li jiġi nnotat li tħssir simili sar ukoll fil-qasam tal-kooperazzjoni doganali: L-Artikolu 135 KE[8] kien jipprevedi l-istess l-aħħar sentenza bħall-Artikolu 280 KE iżda din mhijiex aktar hemm fl-ekwivalenti tiegħu fit-TFUE, l-Artikolu 33 TFUE[9].

Għal dak li jikkonċerna l-oriġini tal-Artikolu 83(2) TFUE, għandu jiġi osservat li teżisti evidenza fil-materjal tal-Konvenzjoni li l-inklużjoni ta’ bażi legali fit-Trattat li tippermetti l-adozzjoni ta’ regoli minimi dwar il-liġi kriminali sostantiva kienet meqjusa xierqa fil-kuntest tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE[10]. Dan isostni l-idea li l-Artikolu 83(2) – li jipprovdi din il-bażi legali l-ġdida – huwa lex specialis fir-rigward tal-għoti ta’ kompetenza għal-liġi kriminali sostantiva. Għandu jiġi osservat ukoll li l-Artikolu 83(2) TFUE fih rekwiżiti speċifiċi (“indispensabbli sabiex tiġi assigurata l-implimentazzjoni effiċjenti ta’ politika tal-Unjoni [...]”) u jillimita l-kontenut tar-regoli li jistgħu jkunu bbażati fuq din id-dispożizzjoni (“regoli minimi fir-rigward tad-definizzjoni ta’ reati kriminali u sanzjonijiet fil-qasam ikkonċernat”). Barra minn hekk, il-mekkaniżmu speċifiku ta’ brejk ta’ emerġenza huwa previst fl-Artikolu 83(3). Ikun sorprendenti jekk dawn il-limitazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu evitati permezz tal-użu ta’ bażi legali sostantiva oħra. Il-possibbiltà ta’ rikors għal diversi bażijiet legali potenzjali fuq il-politiki sostantivi tfixkel ukoll l-iżvilupp koerenti ta’ leġilżazzjoni futura fil-qasam tal-armonizzazzjoni tal-liġi kriminali. Din ma setgħatx kienet l-intenzjoni fit-Trattat ta’ Lisbona.

Fl-aħħar nett, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 86 TFUE fih dispożizzjoni dwar l-istabbiliment ta’ Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew “sabiex jiġġieled ir-reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni”[11]. Dan juri li mhux il-miżuri kollha relatati mal-ġlieda kontra l-frodi u attivitajiet oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni huma regolati b’mod eżawrjenti mill-Artikolu 325 TFUE, li jħalli spazju għall-Artikolu 83(2) TFUE biex jirregola l-organizzazzjoni tal-liġi kriminali sostantiva għal tali għan.

F’dan il-kuntest, sabiex l-Artikolu 83(2) TFUE jkopri d-direttiva proposta, għandu jiġi stabbilit li l-miżuri proposti huma “indispensabbli” għall-politika li tirrigwarda l-ġlieda kontra l-frodi. Il-Kummissjoni tressaq argumenti qawwija insostenn ta’ din l-ipoteżi fil-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-proposta.

Għal dak li jikkonċerna l-kontenut tal-miżuri proposti, il-proposti għandhom jiġu evalwati ħalli jiġi żgurat li ma jmorrux lilhinn mir-“regoli minimi fir-rigward tad-definizzjoni ta’ reati kriminali u sanzjonijiet fil-qasam ikkonċernat”. Mal-ewwel daqqa t’għajn, peress li l-Kummissjoni fil-biċċa l-kbira proponiet definizzjonijiet armonizzati u sanzjonijiet minimi kif ukoll ċerti miżuri ta’ akkumpanjament, jidher li l-Artikolu 83(2) TFUE jkopri l-elementi prinċipali tal-proposta. Madankollu, din il-kwistjoni għandha titqies fid-dawl tad-dibattitu futur fil-proċedura leġiżlattiva.

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali kkunsidra din il-kwistjoni fil-laqgħa tiegħu tal-27 ta' Novembru 2012. Matul din il-laqgħa, għaldaqstant iddeċieda b’mod unanimu, b’17-il vot favur u l-ebda astensjoni[12], li jirrakkomandalek li l-bażi legali xierqa għall-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali għandha tkun l-Artikolu 83(2) TFUE.

Dejjem tiegħek,

Klaus-Heiner Lehne

  • [1]  Opinjoni 2/00 Protokoll ta’ Cartagena [2001] Ġabra I-9713, punt 5; Kawża C-370/07 Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill [2009] Ġabra I-8917, punti 46-49; Opinjoni 1/08, Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi [2009], Ġabra I-11129, punt 110.
  • [2]  Kawża C-403/05 Il-Parlament vs Il-Kummissjoni [2007] Ġabra I-9045, punt 49, u l-każistika ċċitata fih.
  • [3]  Ara l-aktar reċenti l-Kawża C-411/06 Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u Kunsill [2009] Ġabra I-7585.
  • [4]  Ara t-test tal-Artikolu 325(1) TFUE: "1. L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkumbattu l-frodi u l-attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta' miżuri, li jittieħdu skont dan l-Artikolu u li jservu ta' deterrent kif ukoll li jkunu tali li joffru protezzjoni effettiva fl-Istati Membri, kif ukoll fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni.
  • [5]  COM(2012)0363, Memorandum ta’ spjegazzjoni, p.6.
  • [6]  L-Artikolu 280(4) KE: "4. Il-Kunsill, li jaġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251, wara li jikkonsulta l-Qorti tal-Awdituri, għandu jadotta l-miżuri meħtieġa fl-oqsma ta’ prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi li taffetwa l-interessi finanzjarji Komunitarji bl-iskop li joffru protezzjoni effettiva u ekwivalenti fl-Istati Membri. Dawn il-miżuri m’għandhomx jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-liġi kriminali nazzjonali jew tal-amministrazzjoni nazzjonali tal-ġustizzja.” (Enfasi miżjuda)
  • [7]  Kawża C-176/03 Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill [2005] Ġabra I-07879, punti 48-51; Kawża C-440/07 Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill [2007] Ġabra I-09097, punti 66-69;
  • [8]  L-Artikolu 135 KE: “Fil-limiti tal-applikazzjoni ta’ dan it-Trattat, il-Kunsill, li jaġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251, għandu jieħu miżuri sabiex isaħħaħ il-kooperazzjoni doganali bejn Stati Membri u bejn dawn u l-Kummissjoni. Dawn il-miżuri m’għandhomx jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-liġi kriminali nazzjonali jew tal-amministrazzjoni nazzjonali tal-ġustizzja.” (Enfasi miżjuda)
  • [9]  Artikolu 33 TFUE: “Fil-limiti tal-applikazzjoni tat-Trattati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jieħdu miżuri sabiex isaħħu l-koperazzjoni doganali bejn Stati Membri u bejn dawn u l-Kummissjoni.
  • [10]  Rapport Finali tal-Grupp ta’ Ħidma X “Libertà, Sigurtà u Ġustizzja”, CONV 426/02, p. 10: Il-Grupp ta’ Ħidma għalhekk iqis neċessarju li tiġi inkluża bażi legali fit-Trattat il-ġdid li tippermetti l-adozzjoni ta’ regoli minimi ... meta ir-reat huwa dirett kontra interess Ewropew komuni li huwa diġà, fih innifsu, l-oġġett ta’ politika komuni tal-Unjoni (pereżempju l-falsifikazzjoni tal-Euro, il-protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Unjoni)l-approssimazzjoni tal-liġi kriminali sostantiva għandu tkun parti minn għadd ta’ miżuri għas-segwiment ta’ dik il-politika kull meta regoli mhux penali ma jkunux biżżejjed.
  • [11]  Artikolu 86(1) tat-TFUE: "1. Sabiex jiġġieled ir-reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kunsill, li jaġixxi permezz ta' regolament skont il-proċedura leġislattiva speċjali, jista' jistabbilixxi Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew mill-Eurojust. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’mod unanimu wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew”.
  • [12]  Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Raffaele Baldassarre (viċi president), Sebastian Valentin Bodu (viċi president), Françoise Castex (viċi president), Sergio Gaetano Cofferati, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Klaus-Heiner Lehne (president), Eva Lichtenberger, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Angelika Niebler, Evelyn Regner (viċi president), Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Axel Voss, Cecilia Wikström.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (6.11.2013)

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġits u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali
(COM(2012)0363 – C7‑0192/2012 – 2012/0193(COD))

Rapporteur (*): Tadeusz Zwiefka

(*) Kumitat assoċjat – l-Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitati responsabbli, sabiex jinkorporaw l-emendi li ġejjin fir-rapport tagħhom:Emenda    1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 325(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 83(2) tiegħu,

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Sabiex tkun assigurata protezzjoni effettiva, proporzjonata u dissważiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-liġi kriminali fl-Istati Membri għandha tkompli tikkomplementa l-protezzjoni permezz tal-liġi amministrattiva u ċivili għal tipi ta’ komportament mill-aktar serju relatat mal-frodi f'dan il-qasam, filwaqt li jkunu evitati inkonsistenzi, kemm fi ħdan kif ukoll fost dawn l-oqsma tal-liġi.

(2) Sabiex tkun assigurata protezzjoni effettiva, proporzjonata u dissważiva kontra tipi ta’ aġir mill-aktar serju relatat mal-frodi, u sabiex ikun żgurat li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-aħjar mod, il-miżuri adottati permezz tal-liġi amministrattiva u ċivili għandhom ikunu kkomplementati minn leġiżlazzjoni fil-qafas tad-dritt kriminali fl-Istati Membri, filwaqt li jkunu evitati inkonsistenzi, kemm fi ħdan kif ukoll fost dawn l-oqsma tal-liġi

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni jistgħu jiġu affettwati negattivament fejn l-offerenti individwali jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet kontraenti jew lil dawk li joħorġu l-offerta, abbażi ta’ informazzjoni miksuba mhux kif suppost direttament jew indirettament, mill-korp li joħroġ l-offerti, bl-iskop li jevitaw jew jgħawġu r-regoli applikabbli għall-akkwist pubbliku jew għall-proċedura tal-għotjiet. Dan l-aġir huwa simili ħafna għal frodi, iżda ma għandux neċessarjament jikkostitwixxi reat sħiħ ta’ frodi min-naħa tal-offerent, ladarba l-offerta pprovduta tista’ tkun kompletament konformi mal-ħtiġijiet kollha. L-immanuvrar tal-offerti bejn dawk li jitfgħu l-offerti jikser ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u l-liġijiet nazzjonali ekwivalenti; huwa suġġett għal azzjoni pubblika ta’ infurzar u għal sanzjonijiet fl-Unjoni kollha u għandu jibqa’ barra l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(6) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni jistgħu jiġu affettwati negattivament meta l-offerenti individwali jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet kontraenti jew lil dawk li joħorġu l-offerta, abbażi ta’ informazzjoni miksuba illegalment direttament jew indirettament, mill-korp li joħroġ l-offerti, bl-iskop li jevitaw jew jiksru r-regoli applikabbli għall-akkwist pubbliku jew għall-proċedura tal-għotjiet. Dan l-aġir huwa simili ħafna għal frodi, iżda ma għandux neċessarjament il-karatteristiċi kollha ta’ reat sħiħ ta’ frodi min-naħa tal-offerent, ladarba l-offerta pprovduta tista’ tissodisfa l-kriterji kollha meħtieġa. L-immanuvrar tal-offerti bejn l-offerenti jikser ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u l-liġijiet nazzjonali ekwivalenti; huwa suġġett għal azzjoni pubblika ta’ infurzar u għal sanzjonijiet fl-Unjoni kollha u għandu jibqa’ barra l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-korruzzjoni tikkostitwixxi theddida partikolarment serja kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li tista' f'ħafna każijiet tkun relatata wkoll ma’ aġir frodulenti. Il-kriminalizzazzjoni partikolari f’dan il-qasam hija għalhekk meħtieġa. Għandu jkun assigurat li r-reati rilevanti huma koperti bid-definizzjoni, irrispettivament jekk l-aġir huwiex fi ksur tar-responsabbiltajiet uffiċjali jew le. Fir-rigward ta’ reati ta’ korruzzjoni passiva u miżapproprjazzjoni, teżisti l-ħtieġa li tiġi inkluża definizzjoni dwar l-uffiċjali pubbliċi li tkopri l-uffiċjali rilevanti kollha, kemm jekk maħtura, eletti, jew impjegati abbażi ta’ kuntratt, jekk ikollhomx uffiċċju formali, kif ukoll persuni li jeżerċitaw il-funzjoni li jipprovdu servizz f’isem il-gvern u korpi pubbliċi oħra liċ-ċittadini, jew għall-interess pubbliku b’mod ġenerali, mingħajr ma jkollhom uffiċċju formali, bħall-kuntratturi involuti fl-immaniġġar tal-fondi tal-UE.

Il-korruzzjoni tikkostitwixxi theddida partikolarment serja kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li tista' f'ħafna każijiet tkun relatata wkoll ma’ aġir frodulenti. Il-kriminalizzazzjoni partikolari f’dan il-qasam hija għalhekk meħtieġa. Għandu jkun assigurat li r-reati rilevanti huma koperti bid-definizzjoni, irrispettivament jekk l-aġir jiksirx ir-responsabbiltajiet uffiċjali jew le. Fir-rigward ta’ reati ta’ korruzzjoni passiva u miżapproprjazzjoni, teżisti l-ħtieġa li tiġi inkluża definizzjoni tal-uffiċjali pubbliċi li tkopri l-uffiċjali rilevanti kollha, kemm jekk maħtura, eletti, jew impjegati abbażi ta’ kuntratt, u kemm jekk ikollhom uffiċċju formali fl-Unjoni, fl-Istati Membri jew f'pajjiżi terzi. Il-persuni privati qed ikunu dejjem aktar involuti fil-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni. Sabiex il-fondi tal-Unjoni jitħarsu b'mod adegwat mill-korruzzjoni u mill-miżapproprjazzjoni, id-definizzjoni ta' 'uffiċjal pubbliku' għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għaldaqstant jeħtieġ li tkopri wkoll persuni li ma jkollhomx kariga formali, iżda li madankollu jingħataw u jeżerċitaw, b'mod simili, xogħol fis-servizz pubbliku b'rabta ma' fondi tal-Unjoni, bħall-kuntratturi involuti fil-ġestjoni ta' tali fondi.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni jistgħu jkunu affettwati negattivament minn ċertu tip ta’ aġir ta' uffiċjal pubbliku li jimmira li juża ħażin il-fondi jew l-assi, kuntrarju għall-iskop previst, u bl-intenzjoni li jagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għalhekk hemm bżonn li tkun introdotta definizzjoni preċiża tar-reati li tkopri aġir bħal dan.

(9) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni jistgħu jkunu affettwati negattivament minn ċertu tip ta’ aġir ta' uffiċjal pubbliku li jimmira li juża ħażin il-fondi jew l-assi, kuntrarju għall-iskop previst, u bl-intenzjoni li jagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għalhekk hemm bżonn li tiġi prevista definizzjoni preċiża u mhux ambigwa tar-reati li tkopri aġir bħal dan.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Sabiex ikunu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'mod ekwivalenti permezz ta’ miżuri li għandhom jaġixxu bħala deterrent fl-Unjoni kollha, l-Istati Membri għandhom ukoll jipprevedu ċerti tipi u livelli minimi ta' sanzjonijiet meta jitwettqu r-reati kriminali definiti f'din id-Direttiva. Il-livell ta’ sanzjonijiet m’għandux imur lil hinn minn dak li huwa proporzjonali għar-reati, u livell limitu espress fi flus, li skontu ma tkunx meħtieġa kriminalizzazzjoni, għandu għalhekk jiġu introdott.

(12) Sabiex ikunu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'mod ekwivalenti permezz ta’ miżuri li għandhom jaġixxu bħala deterrent fl-Unjoni kollha, l-Istati Membri għandhom ukoll jipprevedu ċerti tipi u livelli ta' sanzjonijiet meta jitwettqu r-reati kriminali definiti f'din id-Direttiva.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Is-sanzjonijiet għal persuni fiżiċi f'każijiet aktar serji għandhom jipprevedu firxa ta’ priġunerija. Dawn il-każijiet serji għandhom jiġu definiti billi jkun hemm referenza għal ċertu minimu ta' dannu globali, mfisser fi flus, li l-aġir kriminali bilfors li kkawża fil-baġit tal-Unjoni u possibilment xi baġit ieħor. L-introduzzjoni ta’ firxa minima u massima ta’ priġunerija hija meħtieġa sabiex ikun garantit li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jitħarsu l-istess f’kull parti tal-Ewropa. Is-sanzjoni minima ta’ sitt xhur tiżgura li Mandat ta' Arrest Ewropew jista’ jiġi maħruġ u mwettaq għar-reati elenkati fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew, b’hekk ikun żgurat li l-kooperazzjoni ġudizzjarja u għall-infurzar tal-liġi tkun kemm jista' jkun effiċjenti. Is-sanzjonijiet se jservu wkoll bħala deterrent qawwi għal kriminali potenzjali, li jkollhom effett f’kull parti tal-Ewropa. Aktar sanzjonijiet severi għandhom jiġu imposti għall-każijiet fejn ir-reat kien imwettaq fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali skont it-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI.

(14) Is-sanzjonijiet għal persuni fiżiċi għandhom jipprevedu firxiet ta’ priġunerija. L-introduzzjoni ta’ firxa minima u massima ta’ priġunerija hija meħtieġa sabiex ikun garantit li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jitħarsu l-istess f’kull parti tal-Ewropa. Is-sanzjoni minima ta’ sitt xhur tiżgura li Mandat ta' Arrest Ewropew jista’ jinħareġ u jitwettaq għar-reati elenkati fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew, b’hekk ikun żgurat li l-kooperazzjoni ġudizzjarja u għall-infurzar tal-liġi tkun kemm jista' jkun effiċjenti. Is-sanzjonijiet se jkollhom ukoll effett ta’ deterrent qawwi għal kriminali potenzjali f’kull parti tal-Ewropa. Aktar sanzjonijiet severi għandhom jiġu imposti għall-każijiet fejn ir-reat kien imwettaq fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali skont it-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-baġits tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-organi stabbiliti skont it-Trattati jew il-baġits immexxija u ssorveljati minnhom.

(b) Ma tapplikax għall-verżjoni Maltija.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-għan ta’ dan l-Artikolu, "uffiċjal pubbliku" tfisser:

Għall-għan ta’ dan l-Artikolu, "uffiċjal pubbliku" tfisser:

(a) kwalunkwe persuna li teżerċita funzjoni ta’ servizz pubbliku għall-Unjoni jew fl-Istati Membri jew pajjiżi terzi billi jkollu kariga leġiżlattiva, amministrattiva jew ġudizzjarja;

(a) kwalunkwe uffiċjal 'tal-Unjoni' jew 'nazzjonali', inkluż kwalunkwe uffiċjal nazzjonali ta' Stat Membru ieħor u kwalunkwe uffiċjal nazzjonali ta' pajjiż terz;

 

(i) it-terminu "uffiċjal tal-Unjoni" għandu jfisser:

 

- kwalunkwe persuna li tkun uffiċjal jew impjegat ieħor bil-kuntratt skont it-tifsira tar-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni,

 

- kwalunkwe persuna ssekondata lill-Unjoni Ewropea mill-Istati Membri jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat, li twettaq xogħol ekwivalenti għal dak imwettaq minn uffiċjali jew aġenti oħrajn tal-Unjoni .

 

Il-membri tal-korpi mwaqqfin skont it-Trattati u l-persunal ta' tali korpi għandhom jiġu trattati bħala uffiċjali tal-Unjoni, sa fejn ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni ma jkunux japplikaw għalihom;

 

(ii) it-terminu ‘uffiċjal nazzjonali’ għandu jinftiehem b'referenza għad-definizzjoni ta' ‘uffiċjal' jew ‘uffiċjal pubbliku’ fid-dritt nazzjonali tal-Istat li fih il-persuna inkwistjoni tkun qed twettaq il-funzjoni.

 

Madankollu, fil-każ ta' proċedimenti li jinvolvu uffiċjal ta' Stat Membru, jew uffiċjal nazzjonali ta' pajjiż terz, mibdi minn Stat Membru ieħor, dan tal-aħħar ma jkunx marbut li japplika d-definizzjoni ta' 'uffiċjal nazzjonali' ħlief sa fejn id-definizzjoni tkun kompatibbli mad-dritt nazzjonali tiegħu;

(b) kwalunkwe persuna oħra li teżerċita kariga fis-servizz pubbliku għall-Unjoni jew fl-Istati Membri jew f’pajjiżi terzi, li ma għandhiex din il-kariga, li tipparteċipa fl-amministrazzjoni jew fid-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(b) kwalunkwe persuna oħra li tiġi assenjata u teżerċita kariga fis-servizz pubbliku li tinvolvi l-ġestjoni ta' jew deċiżjonijiet dwar l-interessi finanzjarji tal-Unjoni fi Stati Membri jew pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi bbażata fuq id-definizzjoni attwali ta' uffiċjali inkluża fl-Ewwel Protokoll għall-Konvenzjoni PIF li hu fis-seħħ, u li hi magħrufa tajjeb u aċċettata mill-Istati Membri.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea (l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi)

Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-istituzzjonijiet nazzjonali tal-awditjar, il-ħaddiema fis-servizz ċivili Ewropew, l-awdituri u l-Kummissjoni Ewropea (l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi)

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-istituzzjonijiet nazzjonali tal-awditjar (pereżempju għall-awditjar tat-tranżazzjonijiet taħt arranġamenti ta' ġestjoni kondiviża), u l-awdituri responsabbli mill-awditjar tal-baġits tal-istituzzjonjiet, il-korpi u l-aġenziji stabbiliti skont it-Trattati jew il-baġits ġestiti u awditjati mill-istituzzjonijiet, għandhom jiżvelaw lill-OLAF kwalunkwe reat kriminali li jsiru jafu bih waqt il-missjoni tagħhom u għandhom jitqiesu kriminalment responsabbli jekk jonqsu milli jagħmlu dan; barra minn hekk, dan l-iżvelar m'għandux jagħmilhom soġġetti għal prosekuzzjoni;

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. L-aġenti tas-servizz ċivili Ewropew għandhom jiżvelaw lill-OLAF kwalunkwe reat kriminali li jsiru jafu bih waqt il-missjoni tagħhom u għandhom jinżammu kriminalment responsabbli jekk jonqsu mili jagħmlu dan; barra minn hekk, dan l-iżvelar m'għandux jagħmilhom soġġetti għal prosekuzzjoni;

PROĊEDURA

Titolu

Ġlieda kontra l-frodi li tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali

Referenzi

COM(2012)0363 – C7-0192/2012 – 2012/0193(COD)

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

11.9.2012

LIBE

11.9.2012

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

11.9.2012

Kumitat(i) assoċjat(i) - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

13.6.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Tadeusz Zwiefka

18.9.2012

Artikolu 51 - Laqgħat konġunti ta’ kumitati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

10.6.2013

Eżami fil-kumitat

30.5.2013

9.7.2013

 

 

Data tal-adozzjoni

5.11.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Cecilia Wikström, Zbigniew Ziobro, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Eva Lichtenberger, József Szájer

PROĊEDURA

Titolu

Ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali

Referenzi

COM(2012)0363 – C7-0192/2012 – 2012/0193(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

11.7.2012

 

 

 

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

11.9.2012

LIBE

11.9.2012

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

11.9.2012

JURI

11.9.2012

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ECON

11.9.2012

 

 

 

Kumitat(i) assoċjat(i)

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

13.6.2013

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Ingeborg Gräßle

9.12.2013

Juan Fernando López Aguilar

9.12.2013

 

 

Artikolu 51 - Laqgħat konġunti ta’ kumitati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

10.6.2013

Bażi legali kkontestata

       Data tal-opinjoni tal-JURI

JURI

27.11.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

22.1.2014

20.2.2014

20.3.2014

 

Data tal-adozzjoni

20.3.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

2

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Marta Andreasen, Inés Ayala Sender, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Zuzana Brzobohatá, Philip Claeys, Carlos Coelho, Ioan Enciu, Frank Engel, Cornelia Ernst, Monika Flašíková Beňová, Kinga Gál, Kinga Göncz, Ingeborg Gräßle, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Lívia Járóka, Timothy Kirkhope, Juan Fernando López Aguilar, Monica Luisa Macovei, Svetoslav Hristov Malinov, Anthea McIntyre, Nuno Melo, Louis Michel, Claude Moraes, Jan Mulder, Monika Panayotova, Antigoni Papadopoulou, Carmen Romero López, Paul Rübig, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Rui Tavares, Kyriacos Triantaphyllides, Axel Voss, Renate Weber, Cecilia Wikström, Tatjana Ždanoka, Auke Zijlstra

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Cornelis de Jong, Mariya Gabriel, Iliana Malinova Iotova, Jean Lambert, Hubert Pirker, Olle Schmidt, Czesław Adam Siekierski, Joachim Zeller

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jo Leinen, Emilio Menéndez del Valle, Luis Yáñez-Barnuevo García

Data tat-tressiq

25.3.2014