RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta' salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (Kodifikazzjoni)

10.3.2015 - (COM(2014)0304 – C8‑0010/2014 – 2014/0159(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Andrzej Duda
(Kodifikazzjoni – Artikolu 103 tar-Regoli ta' Proċedura)


Proċedura : 2014/0159(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0046/2015
Testi mressqa :
A8-0046/2015
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta' salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (Kodifikazzjoni)

(COM(2014)0304 – C8‑0010/2014 – 2014/0159(COD))

Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0304),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0010/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi[1],

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0046/2015),

A.     billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

1.      Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali;

  • [1]  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 17 ta' Ottubru 2014

OPINJONI

                     GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

                                                              TAL-KUNSILL

                                                              TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta' salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja

COM(2014) 304 finali tas-27.5.2014 – 2014/0159(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b'mod partikulari l-punt 4 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fl-10 ta' Lulju 2014 iltaqa' apposta biex jeżamina, fost affarijiet oħra, il-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

Waqt il-laqgħa[1], l-eżami tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill intenzjonata li tikkodifika r-Regolament tal-Kunsill 1692/73/KEE tal-25 ta' Ġunju 1973 fuq il-miżuri ta' salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta effettivament tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

F. DREXLER                        H. LEGAL                            L. ROMERO REQUENA

Ġuriskonsult                          Ġuriskonsult                          Direttur Ġenerali

  • [1]               Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ħadem abbażi tal-verżjoni tal-lingwa Ingliża tal-proposta, billi kienet il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test li qed jiġi diskuss.

PROĊEDURA

Titolu

Miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (kodifikazzjoni)

Referenzi

COM(2014)0304 – C8-0010/2014 – 2014/0159(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

27.5.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

28.1.2015

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Andrzej Duda

17.10.2014

 

 

 

Data tal-adozzjoni

11.11.2014

 

 

 

Data tat-tressiq

10.3.2015