Proċedura : 2013/0402(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0199/2015

Testi mressqa :

A8-0199/2015

Dibattiti :

PV 13/04/2016 - 22
CRE 13/04/2016 - 22

Votazzjonijiet :

PV 14/04/2016 - 7.7
CRE 14/04/2016 - 7.7

Testi adottati :

P8_TA(2016)0131

RAPPORT     ***I
PDF 782kWORD 965k
22 ta' Ġunju 2015
PE 546.885v02-00 A8-0199/2015

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni taʼ informazzjoni taʼ kompetenza u tan-negozju (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom

(COM(2013)0813 – C8-0431/2013 – 2013/0402(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Constance Le Grip

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni taʼ informazzjoni taʼ kompetenza u tan-negozju (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom

(COM(2013)0813 – C8-0431/2013 – 2013/0402(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0813),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u 114, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0431/2013),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2014(1),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija kif ukoll tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0199/2015),

1.      Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

2013/0402 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni ta' kompetenza u tan-negozju (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Wara li kkonsultaw il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)      Negozji u istituzzjonijiet ta’ riċerka mhux kummerċjali jinvestu fil-ksib, l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ kompetenza u informazzjoni, li hija l-ingredjent ewlieni tal-ekonomija tal-għarfien u tagħti vantaġġ kompetittiv. Dan l-investiment fil-ġenerazzjoni u l-applikazzjoni ta’ kapital intellettwali jiddetermina l-kompetittività u tal-prestazzjoni innovattiva tagħhom fis-suq u għalhekk il-qligħ tagħhom mill-investiment, li huwa l-motivazzjoni fil-bażi tar-riċerka u l-iżvilupp tan-negozju. In-negozji jirrikorru għal mezzi differenti biex jaddattaw ir-riżultati tal-attivitajiet innovattivi tagħhom meta l-ftuħ ma jippermettix l-isfruttament sħiħ tal-investimenti tagħhom ta’ riċerka u innovazzjoni. L-użu ta’ drittijiet ▌ ta’ proprjetà intellettwali bħal privattivi, drittijiet ta’ disinn jew drittijiet tal-awtur hija waħda minn dawn l-attivitajiet. Attività oħra hi l-protezzjoni tal-aċċess u l-isfruttament tal-għarfien li huma ta’ valur għall-entità u mhux magħrufa ħafna. Tali kompetenza prezzjuża u informazzjoni kummerċjali, li tinżamm mistura u bl-intenzjoni li tibqa' kunfidenzjali tissejjaħ sigriet kummerċjali. In-negozji, irrispettivament mid-daqs tagħhom, jagħtu valur lis-sigrieti kummerċjali daqs il-privattivi u forom oħra ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali u jużaw il-kunfidenzjalità bħala għodda ta' ġestjoni tal-innovazzjoni u l-kompetittività tan-negozju u r-riċerka, u jkopri firxa diversifikata ta’ informazzjoni, li testendi lil hinn mit-tagħrif teknoloġiku għal dejta kummerċjali bħal informazzjoni fuq il-konsumaturi u l-fornituri, pjanijiet tan-negozju jew riċerka u strateġiji tas-suq. Intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), b’mod partikolari, jagħtu aktar valur lis-sigrieti kummerċjali u jiddependu fuqhom aktar, peress li l-użu tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali għandhom tendenza jkunu jiswew ħafna u l-SMEs ta’ spiss ma jkollhomx biżżejjed riżorsi umani speċjalizzati u riżorsi finanzjarji biex jiġġestixxu u jipproteġu tali drittijiet. Bil-protezzjoni ta' tali firxa wiesgħa ta’ kompetenzi u informazzjoni kummerċjali, kemm bħala ħaġa komplementari jew bħala alternattiva għad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, is-sigrieti kummerċjali jippermettu lill-awtur jikseb profitt mill-ħolqien u l-innovazzjonijiet tiegħu u għalhekk huma partikolarment importanti għall-kompetittività tan-negozju kif ukoll għar-riċerka u l-iżvilupp u l-prestazzjoni innovattiva.

(2)      Innovazzjoni miftuħa hija katalist għal ideat ġodda biex isibu triqithom lejn is-suq sabiex jissodisfaw il-ħtiġiet tal-konsumaturi u jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà. Hija lieva importanti għall-ħolqien ta’ għarfien ġdid u tirfed l-iżvilupp ta’ mudelli ta’ negozju ġodda u innovattivi bbażati fuq l-użu ta’ għarfien maħluq b'mod konġunt. ▌ Ir-riċerka kollaborattiva, inkluża l-kooperazzjoni transfruntiera, hija partikolarment importanti biex iżżid il-livelli ta’ riċerka u żvilupp tan-negozju fi ħdan is-suq intern. Id-disseminazzjoni tal-għafien u l-informazzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala element essenzjali għall-iskop biex jiġu żgurati opportunitajiet ta’ żvilupp ta’ negozju dinamiċi, pożittivi u ugwali, speċjalment għall-SMEs. F’suq intern fejn ostakoli għal tali kollaborazzjoni transkonfinali huma minimizzati u fejn il-kooperazzjoni ma tiġix distorta, il-kreazzjoni intellettwali u l-innovazzjoni għandhom iħeġġu investiment fi proċessi, servizzi u prodotti innovattivi. Tali ambjent li jwassal għall-kreazzjoni intellettwali u l-innovazzjoni, u fejn il-mobilità tal-impjieg mhijiex ostakolata, huwa importanti wkoll għat-tkabbir fl-impjiegi u titjib tal-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni. Is-sigrieti kummerċjali għandhom rwol importanti fil-protezzjoni tal-iskambju tal-għarfien bejn in-negozji, inkluż, b’mod partikolari, l-SMEs u l-istituzzjonijiet ta’ riċerka fi ħdan u lil hinn mill-fruntieri tas-suq intern, fil-kuntest tar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Is-sigrieti kummerċjali huma fost l-aktar forma użata ta’ protezzjoni tal-kreazzjoni intellettwali u tal-kompetenza innovattiva min-negozji, iżda huma fl-istess ħin l-inqas protetti minn qafas legali tal-Unjoni eżistenti kontra l-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegali minn partijiet terzi.

(3)      Negozji innovattivi huma dejjem aktar esposti għal prattiki qarrieqa bil-għan li jużaw b'mod qarrieq sigrieti kummerċjali, bħal serq, ikkupjar mhux awtorizzat, spjunaġġ ekonomiku, ksur tar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità, kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra l-Unjoni. Żviluppi riċenti, bħalma huma l-globalizzazzjoni, iż-żieda fl-esternalizzazzjoni, perjodi itwal ta' katini tal-provvista, użu akbar ta’ teknoloġija tal-informazzjoni u komunikazzjoni, jikkontribwixxu biex jiżdied ir-riskju ta’ dawk il-prattiki. L-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegali ta’ sigrieti kummerċjali jikkompromettu l-abiltà leġittima tad-detentur tas-sigriet li jinkiseb redditu tal-prekursur bl-użu tal-outputs tal-isforzi innovattivi tiegħu. Mingħajr mezzi legali effettivi u komparabbli biex jiddefendu s-sigrieti kummerċjali madwar l-Unjoni, huma mhedda l-inċentivi innovattivi biex wieħed jinvolvi ruħu f’attività transkonfinali fi ħdan is-suq intern u s-sigrieti tal-kummerċ ma humiex f'pożizzjoni li jilħqu l-potenzjal tagħhom bħala muturi tat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi. Għalhekk, l-innovazzjoni u l-kreattività huma skoraġġiti u l-investiment jonqos, u dan jaffettwa l-funzjonament mingħajr skossi tas-suq intern u jimmina l-potenzjal tiegħu li jsaħħaħ it-tkabbir.

(4)      Il-Ftehim dwar l-Aspetti Relatati mal-Kummerċ tal-Proprjetà Intellettwali (il-Ftehim TRIPS) jinkludi, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali kontra l-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegali tagħhom minn partijiet terzi, li huma standards internazzjonali komuni. L-Istati Membri kollha, kif ukoll l-Unjoni nnifisha, huma marbuta b’dan il-Ftehim li ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE(5). Sabiex jiġu protetti s-sigrieti kummerċjali kontra l-miżapproprjazzjoni, uħud mill-Istati Membri għandhom stabbilita leġiżlazzjoni għal dan l-iskop; Madankollu, xi Stati Membri ma ddefinixxewx sigrieti kummerċjali u ma għandhomx leġislazzjoni vinkolanti għall-protezzjoni kontra l-miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali. Tali sitwazzjoni toħloq lakuni u ostakli għall-funzjonament effettiv tas-suq intern. Huwa wkoll xieraq li jiġu definiti fil-livell tal-Unjoni s-sitwazzjonijiet fejn il-ksib, l-użu u l-iżvelar tas-sigriet kummerċjali jkunu legali jew illegali, u li jkun limitat il-perjodu tal-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ rimedju, biex din id-Direttiva tkun tista’ sservi l-iskop tagħha ta’ protezzjoni konsistenti tas-sigrieti kummerċjali fl-Unjoni.

(5)      ▌Hemm differenzi importanti fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali kontra l-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegali tagħhom minn persuni oħra. Għalhekk, pereżempju, mhux l-Istati Membri kollha adottaw definizzjonijiet nazzjonali tas-sigrieti kummerċjali u/jew il-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegali ta’ sigrieti kummerċjali, u b’hekk l-ambitu tal-protezzjoni mhuwiex faċilment aċċessibbli u huwa differenti madwar l-Istati Membri. Barra minn hekk, ma hemmx konsistenza fir-rigward tar-rimedji disponibbli tal-liġi ċivili fil-każ tal-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegali tas-sigrieti kummerċjali u l-ordnijiet ta’ waqfien u ebda tkomplija mhux dejjem ikunu disponibbli fl-Istati Membri kollha kontra partijiet terzi li ma jkunux kompetituri tad-detentur leġittimu tas-sigriet kummerċjali. Id-diverġenzi jeżistu wkoll madwar l-Istati Membri fir-rigward tat-trattament ta’ partijiet terzi li akkwistaw sigriet kummerċjali in bona fede iżda sussegwentement jiskopru, waqt l-użu, li l-ksib tagħhom ġie minn akkwist illegali preċedenti ta' parti oħra.

(6)      Ir-regoli nazzjonali jvarjaw ukoll dwar jekk id-detenturi leġittimi ta' sigriet kummerċjali jistgħux ifittxu l-qerda ta’ prodotti mmanifatturati minn partijiet terzi li jużaw illegalment sigrieti kummerċjali jew ir-ritorn jew il-qerda ta’ kwalunkwe dokument, fajl jew materjal li jkun fih jew li jimplimenta l-ksib jew l-użu illegali tas-sigriet kummerċjali. Barra minn hekk, ir-regoli nazzjonali applikabbli dwar il-kalkolu ta’ danni mhux dejjem iqisu n-natura intanġibbli tas-sigrieti kummerċjali, li jagħmilha diffiċli biex wieħed juri l-profitti attwali mitlufa jew l-arrikkiment inġust tal-kontraventur fejn l-ebda valur fis-suq ma jista’ jiġi stabbilit għall-informazzjoni in kwistjoni. Ftit Stati Membri biss jippermettu l-applikazzjoni ta’ regoli astratti dwar il-kalkolu tad-danni fuq il-bażi ta' royalty jew miżata raġonevoli li setgħet kienet dovuta li kieku kienet teżisti liċenzja għall-użu tas-sigriet kummerċjali. Barra minn hekk, diversi regoli ta' Stati Membri ma jiggarantixxux il-preservazzjoni tal-kunfidenzjalità tas-sigriet kummerċjali jekk id-detentur tas-sigriet kummerċjali jintroduċi pretensjoni għal allegat ksib, użu jew żvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali minn parti terza, u b’hekk titnaqqas l-attrazzjoni tal-miżuri u r-rimedji eżistenti u tiddgħajjef il-protezzjoni offruta.

(7)      Id-differenzi fil-protezzjoni legali tas-sigrieti kummerċjali previsti mill-Istati Membri jimplikaw li s-sigrieti kummerċjali ma jgawdux livell ekwivalenti ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni, ħaġa li twassal għal frammentazzjoni tas-suq intern f’dan il-qasam u li ddgħajjef b’mod ġenerali l-effett diswassiv tar-regoli. Is-suq intern huwa affettwat sa fejn u sakemm dawn id-differenzi jnaqqsu l-inċentivi tan-negozji li jidħlu għal attività innovattiva relatata transkonfinali, inkluża kooperazzjoni ta' riċerka jew manifattura ma' msieħba, esternalizzazzjoni jew investiment fi Stati Membri oħra, li jiddependu mill-użu tal-informazzjoni protetta bħala sigriet kummerċjali. Riċerka u żvilupp transkonfinali kif ukoll attivitajiet relatati mal-innovazzjoni, inkluż kummerċ relatat mal-manifattura u sussegwentement ta' natura transkonfinali, se jsiru anqas attraenti u aktar diffiċli fl-Unjoni, u b’hekk naslu għal ineffiċjenzi relatati mal-innovazzjoni fuq l-iskala tal-Unjoni. Barra minn hekk, jidher riskju akbar ta’ negozju fi Stati Membri b’livelli komparattivament iktar baxxi ta’ protezzjoni, fejn is-sigrieti tal-kummerċ jistgħu jinsterqu jew jiġu ksibati b’xi mod ieħor illegali iktar faċilment. Dan iwassal għal allokazzjoni ineffiċjenti tal-kapital għal innovazzjoni li ssaħħaħ it-tkabbir fi ħdan is-suq intern minħabba n-nefqa akbar fuq miżuri protettivi li jikkumpensaw għan-nuqqas ta’ protezzjoni legali insuffiċjenti f’xi Stati Membri. Dan jiffavorixxi wkoll attività ta’ kompetituri inġusti li wara l-ksib illegali tas-sigrieti kummerċjali jistgħu jifirxu l-oġġetti riżultanti fis-suq intern kollu. Differenzi ta’ reġim leġiżlattiv jiffaċilitaw ukoll l-importazzjoni ta’ oġġetti minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni permezz ta’ punti ta’ dħul bi protezzjoni aktar dgħajfa, meta d-disinn, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawk l-oġġetti jiddependu fuq sigrieti kummerċjali misruqa jew akkwistati illegalment b’mod ieħor. B’mod ġenerali, dawn id-differenzi joħolqu ħsara għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(8)  Huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal regoli fil-livell tal-Unjoni biex jiġu approssimati s-sistemi leġislattivi nazzjonali sabiex jiġi żgurat li jkun hemm livell ta’ rimedju suffiċjenti u konsistenti fis-suq intern kollu fil-każ ta’ ksib, użu jew żvelar illegali ta’ sigrieti kummerċjali. Għal dan l-għan, huwa importanti li wieħed jistabbilixxi definizzjoni omoġenea ta' sigriet kummerċjali mingħajr ma jirrestrinġi s-suġġett in kwistjoni għal protezzjoni kontra l-miżapproprijazzjoni. Din id-definizzjoni għandha għalhekk tiġi mibnija b’tali mod li tkopri l-informazzjoni tan-negozju, informazzjoni u kompetenza teknoloġika fejn hemm kemm interess leġittimu li tinżamm kunfidenzjalità kif ukoll aspettattiva leġittima fil-preservazzjoni ta’ tali kunfidenzjalità. Barra minn hekk, tali informazzjoni jew kompetenza għandu jkollha valur kummerċjali, kemm jekk attwali jew inkella potenzjali. Tali informazzjoni jew kompetenza għandha titqies li għandha valur kummerċjali speċjalment fejn il-ksib, l-użu jew l-iżvelar mhux awtorizzat tagħha x'aktarx jagħmlu ħsara lill-interessi tal-persuna li legalment tikkontrollaha, jew fejn tipperikola l-potenzjal xjentifiku u tekniku ta' din il-persuna, in-negozju jew l-interessi finanzjarji tagħha, il-pożizzjonijiet strateġiċi jew il-kapaċità tagħha li tikkompeti. Min-natura tagħha, din id-definizzjoni għandha teskludi informazzjoni trivjali u ma għandiex testendi għall-għarfien u l-ħiliet miksuba mill-impjegati fil-kors normali tal-impjieg tagħhom u li huma ġeneralment magħrufa jew aċċessibbli faċilment għal persuni li ġeneralment jittrattaw din it-tip ta’ informazzjoni.

(9)      Huwa importanti wkoll li jiġu identifikati ċ-ċirkostanzi li taħthom il-protezzjoni legali hija ġġustifikata. Għal din ir-raġuni, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti kondotta u prattiki li għandhom jitqiesu bħala ksib, użu jew żvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali. ▌

(9a)  Huwa importanti li jiġi ċċarat li l-miżuri adottati biex jipproteġu s-sigrieti kummerċjali kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni ta’ regoli tal-Unjoni jew nazzjonali li jirrikjedu l-iżvelar ta’ informazzjoni, inklużi sigrieti kummerċjali, lill-pubbliku jew lil awtoritajiet pubbliċi, ir-regoli li jippermettu lill-awtoritajiet pubbliċi jiġbru informazzjoni biex iwettqu dmirijiethom jew regoli li jippermettu kwalunkwe żvelar ulterjuri minn dawk l-awtoritajiet pubbliċi ta’ informazzjoni rilevanti lill-pubbliku. Dan jikkonċerna b’mod partikolari regoli dwar l-iżvelar mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jew l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali ta’ informazzjoni relatata man-negozju li jkollhom skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) u d-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8) jew regoli oħra dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti jew dwar l-obbligi ta’ trasparenza tal-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali.

(9b)  Il-ksib, l-użu jew l-iżvelar ta’ sigrieti kummerċjali, kull meta imposti jew permessi mil-liġi, għandhom jiġu trattati bħala legali għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu ta’ kunfidenzjalità fir-rigward tas-sigriet kummerċjali jew kwalunkwe limitazzjoni dwar l-użu tiegħu li l-Unjoni jew il-liġi nazzjonali jisgħu jimponu fuq min jirċievi l-informazzjoni. B’mod partikolari, din id-direttiva ma għandhiex teżenta lill-awtoritajiet pubbliċi mill-obbligi ta’ kunfidenzjalità li huma soġġetti għalihom f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni mgħoddija mid-detenturi ta’ sigrieti kummerċjali, irrispettivament mill-fatt jekk dawn l-obbligi humiex stabbiliti fid-dritt nazzjonali jew fid-dritt tal-Unjoni. Dan jikkonċerna, fost l-oħrajn, l-obbligi ta’ kunfidenzjalità rigward informazzjoni mgħoddija lill-awtoritajiet kontraenti fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ akkwist, kif stabbilit, pereżempju fid-Direttiva 2014/23/UE(9) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fid-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10) u fid-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11).

(9c)  Din id-Direttiva ma tipprevedix l-impożizzjoni ta’ penali kriminali fuq persuni li jakkwistaw, jużaw jew jiżvelaw illegalment sigriet kummerċjali. Għalhekk hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jissupplimentaw id-dispożizzjonijiet tagħha tal-liġi ċivili u kummerċjali b’miżuri skont il-liġi kriminali. Madankollu, fejn Stati Membri jfasslu tali miżuri, għandhom jieħdu kont sħiħ tas-salvagwardji stabbiliti f’din id-Direttiva, sabiex jiġi żgurat li jinstab bilanċ xieraq bejn il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u l-libertà tan-negozju, il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-informazzjoni.

(10)    Fl-interess tal-innovazzjoni u biex titrawwem il-kompetizzjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva m’għandhom joħolqu l-ebda dritt esklussiv fuq l-għarfien jew il-kompetenza protetta bħala sigriet kummerċjali. Għalhekk, l-iskoperta indipendenti tal-istess kompetenza u informazzjoni tibqa’ possibbli, u l-kompetituri tad-detentur tas-sigriet kummerċjali huma wkoll liberi li jwettqu dekumpilazzjoni ta' kwalunkwe prodott akkwistat legalment. Madankollu, filwaqt li kompetizzjoni sana, li tirriżulta mill-użu legali ta’ dejta, inkluża dejta ġġenerata permezz ta’ dekumpilazzjoni, għandha tiġi inkoraġġita, huwa essenzjali li prattiki kummerċjali diżonesti jiġu indirizzati.

(10a)  F’ċerti setturi tal-industrija, fejn kreaturi u innovaturi ma jistgħux jibbenefikaw minn drittijiet esklussivi u fejn l-innovazzjoni tradizzjonalment tiddependi fuq sigrieti kummerċjali, illum il-ġurnata l-prodotti jistgħu faċilment jiġu dekumpilati ladarba jkunu fis-suq. F’dawn il-każijiet, dawn il-kreaturi u l-innovaturi jistgħu jkunu vittmi ta’ prattiki bħall-ikkuppjar parassitiku jew imitazzjonijiet perfetti li jirkbu fuq ir-reputazzjoni u l-isforzi tal-innovazzjoni tagħhom. Xi liġijiet nazzjonali li jittrattaw il-kompetizzjoni inġusta jindirizzaw dawn il-prattiki. Filwaqt li din id-Direttiva ma għandhiex l-għan li tirriforma jew tarmonizza l-liġi tal-kompetizzjoni inġusta b’mod ġenerali, ikun xieraq li l-Kummissjoni teżamina bir-reqqa l-bżonn ta’ azzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam.

(11)    F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-miżuri u r-rimedji maħsuba biex jipproteġu s-sigrieti kummerċjali għandhom ikunu mfassla sabiex jissodisfaw l-objettiv tal-funzjonament tas-suq intern bla xkiel għar-riċerka u l-innovazzjoni, b’mod partikolari billi jkollhom effett ta' deterrent kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali, mingħajr ma jipperikolaw jew jimminaw drittijiet u libertajiet fundamentali jew l-interess pubbliku, bħas-sikurezza pubblika, il-ħarsien tal-konsumaturi, is-saħħa pubblika u l-protezzjoni ambjentali, u mingħajr ebda preġudizzju għall-mobilità tal-ħaddiema. F’dan ir-rigward, il-miżuri u r-rimedji jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jagħtu kont ta’ fatturi bħall-valur ta’ sigriet kummerċjali, is-serjetà tal-kondotta li tirriżulta fil-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegli ta’ sigriet kummerċjali kif ukoll l-impatt ta’ kondotta bħal din. Għandu jiġi żgurat ukoll li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jingħataw id-diskrezzjoni li jiżnu l-interessi tal-partijiet involuti fit-tilwima, kif ukoll l-interessi ta’ partijiet terzi inkluż, fejn xieraq, il-konsumaturi.

(12)    Il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern jiġi imminat jekk il-miżuri u r-rimedji previsti jintużaw biex ikunu segwiti għanijiet illeġittimi, bħall-ħolqien ta’ ostakli mhux ġustifikati għas-suq intern jew għall-mobilità tax-xogħol, li huma inkompatibbli mal-objettivi ta’ din id-Direttiva. Għalhekk, huwa importanti li jiġi żgurat li l-awtoritajiet ġudizzjarji jkollhom is-setgħa li jissanzjonaw imġiba abbużiva mir-rikorrent li jaġixxi in mala fede u jippreżenta applikazzjonijiet manifestament bla bażi. ▌

(12a)  Miżuri u rimedji li huma previsti f’din id-Direttiva ma għandhomx jirristrinġu attivitajiet ta’ whistleblowing. Għalhekk il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali m’għandhiex tiġi estiża għal każijiet fejn l-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali jservi l-interess pubbliku safejn hu kkonċernat l-iżvelar tal-kondotta jew l-għemil ħażin direttament rilevanti. Dan tal-aħħar m’għandux jitqies li jipprevjeni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti milli jippermettu eċċezzjoni għall-applikazzjoni ta’ miżuri, proċeduri u rimedji fejn l-intimat kellu r-raġunijiet kollha biex jemmen in bona fide li l-kondotta tiegħu ssodisfat kriterji xierqa stabbiliti f’din id-Direttiva.

(12b)  Huwa essenzjali li l-Istati Membri jirrispettaw il-libertà tal-istampa u l-midja, kif stabbilit fl-Artikolu 11(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea sabiex jiżguraw li d-Direttiva ma tillimitax xogħlijiet ġurnalistiċi, b’mod partikolari fir-rigward ta’ investigazzjoni, protezzjoni tas-sorsi u d-dritt li l-pubbliku jkun infurmat.

(12c)   Iż-żieda fl-użu ta’ servizzi onlajn fuq l-internet biex isiru negozju u riċerka, il-ħżin ta’ aktar dejta kunfidenzjali f’postijiet ta’ ħżin virtwali u l-użu akbar tal-kummerċ elettroniku u d-diġitalizzazzjoni kollha kemm hi jagħtu lok għall-ħtieġa ta’ leġislazzjoni armonizzata madwar l-Unjoni, li tipproteġi l-użu miżapproprjat ta’ sigrieti kummerċjali, u li min-naħa tagħha tiżgura l-fiduċja u l-protezzjoni fost in-negozji u l-konsumaturi u tippromwovi l-ħolqien tas-Suq Uniku Diġitali, li hu wieħed mill-fundamenti ta’ suq intern li jiffunzjona b’mod effettiv.

(13)    Fl-interess tal-preservazzjoni tal-funzjonament bla xkiel tas-suq intern għar-riċerka u l-innovazzjoni u fl-interess taċ-ċertezza legali u meta wieħed iqis li d-detenturi leġittimi tas-sigrieti kummerċjali huma mistennija li jeżerċitaw id-dmir li joqogħdu attenti fir-rigward tal-preservazzjoni tal-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali siewja tagħhom u l-monitoraġġ tal-użu tagħhom, jidher xieraq li wieħed jirrestrinġi l-possibbiltà li jinbdew azzjonijiet għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali għal perjodu ta' tliet snin wara d-data li fiha d-detenturi tas-sigrieti kummerċjali jsiru jafu, jew ikollhom raġuni biex isiru jafu, bil-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegali tas-sigriet kummerċjali tagħhom minn parti terza.

(14)    Il-prospett li jitilfu l-kunfidenzjalità tas-sigriet kummerċjali matul proċeduri kontenzjużi spiss jiskoraġġixxi lid-detentur leġittimu tas-sigriet kummerċjali milli jibda proċeduri sabiex jiddefendi s-sigrieti kummerċjali, u dan jipperikola l-effikaċja tal-miżuri u r-rimedji previsti. Għal din ir-raġuni, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti, soġġett għal salvagwardji xierqa li jiżguraw id-dritt għal proċess ġust, rekwiżiti speċifiċi bil-għan li jipproteġu l-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali li jitressqu fil-kors ta’ proċedimenti legali istitwiti għad-difiża tiegħu. Dawn għandhom jinkludu l-possibbiltà li jiġi limitat l-aċċess għal provi jew seduti, jew li jiġu ppubblikati biss elementi mhux kunfidenzjali ta’ deċizjonijiet ġudizzjarji. Peress li l-iskop ewlieni tal-proċedimenti huwa li tiġi vvalutata n-natura tal-informazzjoni li hija s-suġġett tat-tilwima, dawn ir-restrizzjonijiet ma għandhomx ikunu tali li jżommu mill-inqas persuna waħda minn kull parti u r-rappreżentanti legali rispettivi tagħhom milli jkollhom aċċess sħiħ għad-dokumenti kollha fil-fajl. Għandha tkun ukoll ir-responsabilità tal-imħallef li jiżgura li, meta jimponi tali restrizzjonijiet, kull waħda mill-partijiet ikollha rappreżentanza adegwata. Protezzjoni bħal din għandha tibqa’ fis-seħħ wara li jintemmu l-proċedimenti legali għat-tul ta’ żmien li fih l-informazzjoni li tkun koperta mis-sigriet kummerċjali ma tkunx fl-isfera pubblika.

(15)    Il-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali minn parti terza jista’ jkollhom effetti devastanti fuq id-detentur leġittimu tiegħu minħabba li ġaladarba jiġi żvelat pubblikament ikun impossibbli għal dak id-detentur li jmur lura għas-sitwazzjoni ta' qabel it-telf tas-sigriet kummerċjali. Għalhekk, huwa essenzjali li jkun hemm provvediment għal miżuri interim fil-pront u aċċessibbli għat-terminazzjoni immedjata tal-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegali ta' sigriet kummerċjali. Tali rimedju għandu jkun disponibbli mingħajr ma wieħed ikollu għalfejn jistenna deċiżjoni dwar is-sustanza tal-każ, b’rispett dovut għad-drittijiet tad-difiża u l-prinċipju ta’ proporzjonalità filwaqt li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi tal-każ in kwistjoni. Garanziji ta’ livell għoli biżżejjed biex ikopru l-ispejjeż u l-ħsara kkawżata lill-intimat permezz ta’ talba mhux ġustifikata jistgħu jkunu meħtieġa wkoll, partikolarment fejn kull dewmien jista’ jikkawża danni irreparabbli għad-detentur leġittimu ta’ sigriet kummerċjali.

(16)    Għall-istess raġuni, huwa importanti wkoll li jkun hemm dispożizzjoni għal miżuri li jipprevjenu aktar użu jew żvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali. Sabiex il-miżuri projbittivi jkunu effettivi u proporzjonati, it-tul ta’ żmien tagħhom ▌ għandu jkun biżżejjed biex jelimina kwalunkwe vantaġġ kummerċjali li l-parti terza setgħet tikseb mill-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegali ta' sigriet kummerċjali, inkluż meta tali sigriet kummerċjali jintuża għall-forniment ta' servizzi, u għandhom ikunu limitati fiż-żmien sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kompetizzjoni fis-suq intern. Fi kwalunkwe każ, l-ebda miżura ta’ dan it-tip ma għandha tkun infurzabbli jekk l-informazzjoni oriġinarjament koperta mis-sigriet kummerċjali hija fid-dominju pubbliku għal raġunijiet li ma jistgħux jiġu attribwiti lill-intimat.

(17)    Sigriet kummerċjali jista' jiġi użat illegalment għad-disinn, il-manifattura, l-iżvilupp jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' servizzi jew oġġetti, jew komponenti tagħhom, li jistgħu jinfirxu mas-suq intern kollu, u b’hekk jaffettwaw l-interessi kummerċjali tad-detentur tas-sigriet kummerċjali u l-funzjonament tas-suq intern. Fil-każijiet fejn ġie pprovat ksib illegali u meta s-sigriet kummerċjali in kwistjoni għandu impatt sinifikanti fuq il-kwalità, il-valur jew il-prezz tal-oġġett riżultanti jew fuq it-tnaqqis tal-kost, l-iffaċilitar jew it-tħaffif tal-manifattura tiegħu jew il-proċessi tal-kummerċjalizzazzjoni, huwa importanti li l-awtoritajiet ġudizzjarji jingħataw is-setgħa biex jordnaw miżuri xierqa bil-ħsieb li jiżguraw li dawk il-prodotti ma jitqegħdux fis-suq jew jitneħħew minnu. Meta tittieħed f’kunsiderazzjoni in-natura globali tal-kummerċ, huwa wkoll meħtieġ li dawn il-miżuri jinkludu l-projbizzjoni tal-importazzjoni ta’ dawk l-oġġetti fl-Unjoni jew il-ħżin tagħhom għall-għoti jew it-tqegħid tagħhom fis-suq. Wara li ġie kkunsidrat il-prinċipju tal-proporzjonalità, il-miżuri korrettivi ma għandhomx neċessarjament iwasslu għall-qerda tal-oġġetti meta għażliet vijabbli oħra huma preżenti, bħal li wieħed jelimina l-kwalità tal-infrazzjoni tal-oġġett jew jiddisponi mill-oġġetti 'l barra mis-suq, pereżempju, permezz ta’ donazzjonijiet lil organizzazzjonijiet tal-karità.

(18)    Persuna oriġinarjament setgħet akkwistat sigriet kummerċjali in bona fede iżda kien fi stadju aktar tard li saret konxja, inkluż permezz ta' avviż ippreżentat mid-detentur oriġinali tas-sigriet kummerċjali, li l-għarfien tagħha tas-sigriet kummerċjali in kwistjoni kien derivat minn sorsi li użaw jew żvelaw sigriet kummerċjali rilevanti b’tali mod li nkisret il-liġi. Sabiex jiġi evitat li f’dawn iċ-ċirkostanzi l-miżuri korrettivi jew inġunzjonijiet ipprovduti jistgħu jikkawżaw dannu sproporzjonat lil dik il-persuna, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-possibbiltà, f’każijiet xierqa, ta’ kumpens fi flus mogħtija lill-parti danneġġjata bħala miżura alternattiva, sakemm tali kumpens ma jaqbiżx l-ammont ta’ royalties jew miżati li kienu jkunu dovuti kieku dik il-persuna kisbet awtorizzazzjoni biex tuża s-sigriet kummerċjali in kwistjoni, għall-perjodu ta’ żmien li matulu id-detentur oriġinali tas-sigriet kummerċjali seta pprevjena l-użu tas-sigriet kummerċjali. Madankollu, fejn l-użu illegali ta’ sigriet kummerċjali jikkostitwixxi infrazzjoni ta’ liġi lil hinn minn dak previst f’din id-Direttiva jew li x’aktarx ikun ta’ dannu għall-konsumaturi, tali użu illegali m’għandux ikun permess.

(19)    Sabiex jiġi evitat li persuna li konxjament, jew li kellha raġunijiet serji biex tkun taf, tikseb, tuża jew tiżvela illegalment sigriet kummerċjali tibbenefika minn kondotta ta’ dan it-tip u biex jiġi żgurat li detentur ta' sigriet kummerċjali danneġġjat, sa fejn ikun possibbli, jitqiegħed f'pożizzjoni li fiha kien ikun li kieku l-kondotta ma seħħitx, huwa meħtieġ li jkun hemm provvediment għal kumpens adegwat tal-preġudizzju li sofra bħala riżultat ta’ kondotta illegali. L-ammont ta’ danni mogħtija lil detentur ta’ sigriet kummerċjali danneġġjat għandu jqis il-fatturi pertinenti kollha, bħal telf ta’ dħul imġarrab mid-detentur ta' sigriet kummerċjali jew qligħ inġust li jkun għamel il-kontraventur u, fejn xieraq, kwalunkwe preġudizzju morali ikkawżat lid-detentur ta' sigriet kummerċjali. Bħala alternattiva, pereżempju fejn, meta wieħed iqis in-natura intanġibbli tas-sigrieti kummerċjali, ikun diffiċli li wieħed jiddetermina l-ammont tal-preġudizzju attwali li ġie soffert, l-ammont tad-danni jista' joħroġ minn elementi bħar-royalties jew il-miżati li kienu jkunu dovuti kieku l-kontraventur kien talab l-awtorizzazzjoni biex juża s-sigriet kummerċjali in kwistjoni. L-għan huwa li ma tiġix introdotta obbligazzjoni biex tipprovdi għall-ħsara punitiva imma biex tiżgura kumpens ibbażat fuq kriterji oġġettivi waqt li tikkunsidra l-ispejjeż li jkun bata d-detentur tas-sigriet kummerċjali, bħall-ispejjeż ta' identifikazzjoni u riċerka.

(20)    Sabiex ikun hemm deterrent supplimentari kontra l-kontraventuri futuri u biex ikun hemm kontribut għal kuxjenza tal-pubbliku ġenerali, huwa utli li wieħed jippubbliċizza deċiżjonijiet, inkluż, fejn xieraq, permezz ta’ reklami prominenti, f’każijiet li jikkonċernaw il-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegali tas-sigrieti kummerċjali, sakemm din il-pubblikazzjoni ma tirriżultax fl-iżvelar tas-sigrieti kummerċjali u lanqas ma teffettwa b’mod sproporzjonat il-privatezza u r-reputazzjoni ta’ persuni fiżiċi. Hemm ukoll ħtieġa li titqajjem kuxjenza, speċjalment għall-SMEs, dwar id-disponibbiltà ta’ rikors u rimedji f’każijiet ta’ ksib, użu jew żvelar illegali ta’ sigrieti kummerċjali.

(21)    L-effettività tal-miżuri u rimedji disponibbli għad-detenturi tas-sigrieti kummerċjali jistgħu jkunu mminati f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-deċiżjonijiet relevanti adottati mill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti. Għal din ir-raġuni, huwa neċessarju li jiġi żgurat li dawk l-awtoritajiet ikollhom is-setgħat xierqa ta’ sanzjoni.

(22)    Sabiex tiġi ffaċilita l-applikazzjoni uniformi tal-miżuri għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali, huwa xieraq li jiġu pprovduti sistemi ta’ kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, fuq naħa waħda, u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fuq in-naħa l-oħra, b’mod partikolari bil-ħolqien ta’ netwerk ta’ korrispondenti maħtura mill-Istati Membri. Barra minn hekk, bil-għan li jiġi rieżaminat jekk dawn il-miżuri jissodisfawx l-għanijiet maħsuba għalihom, il-Kummissjoni, megħjuna, kif xieraq, mill-Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, għandha teżamina l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u l-effettività tal-miżuri nazzjonali meħuda.

(23)    Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, inkluża l-libertà tal-midja, il-libertà tal-għażla tal-mestier u d-dritt għax-xogħol, il-libertà li wieħed ikollu negozju, id-dritt għal proprjetà, id-dritt għal amministrazzjoni tajba, aċċess għall-fajl u l-preservazzjoni tas-segretezza tan-negozju, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust u d-dritt għal difiża.

(24)    Huwa importanti li d-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali ta’ kwalunkwe persuna involuta f’litigazzjoni li tikkonċerna l-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegali tas-sigrieti kummerċjali u li d-dejta personali tagħhom hija pproċessata jkunu rispettati. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12) tirregola l-ipproċessar tad-dejta personali li jsir fl-Istati Membri fil-kuntest ta’ din id-Direttiva u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b’mod partikolari l-awtoritajiet indipendenti pubbliċi maħtura mill-Istati Membri.

(25)    Peress li l-objettiv ta’ din id-Direttiva, li huwa li s-suq intern jiffunzjona mingħajr skossi permezz tal-istabbiliment ta' rimedju suffiċjenti u ta' livell komparabbli fis-suq intern kollu fil-każ ta’ ksib, użu jew żvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità msemmi f'dak l-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx aktar milli neċessarju biex jintlaħaq l-objettiv.

(26)    Din id-Direttiva m'għandux ikollha l-mira li tistabbilixxi regoli armonizzati għall-kooperazzjoni ġudizzjarja, ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali, jew li tittratta l-liġi applikabbli. Strumenti oħra tal-Unjoni li jirregolaw affarijiet bħal dawn f’termini ġenerali, fil-prinċipju, għandhom jibqgħu ugwalment applikabbli għall-qasam kopert minn din id-Direttiva.

(27)    Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-liġi tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva m'għandhomx ikunu użati biex jirrestrinġu l-kompetizzjoni mingħajr bżonn f'manjiera li tmur kontra dak it-Trattat.

(27a)  Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-libertà ta’ moviment tal-ħaddiema jew il-libertà tal-istabbilment, b’mod partikolari kif stabbilit fl-Artikoli 48 u49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 15 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Dan għandu jiġi kkunsidrat meta jiġu applikati l-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji previsti fʼdin id-Direttiva.

(28)    Il-miżuri adottati sabiex iħarsu l-ksib, l-iżvelar u l-użu illegali tas-sigrieti kummerċjali ma għandhom jaffettwaw l-applikazzjoni ta’ ebda liġi oħra rilevanti f’oqsma oħra inklużi l-protezzjoni tal-ambjent u r-responsabbiltà ambjentali, il-protezzjoni tal-konsumatur, ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza, il-protezzjoni tas-saħħa, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-privatezza, l-aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni, u l-liġi kuntrattwali. Madankollu, fejn l-ambitu tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) u l-ambitu ta’ din id-Direttiva jidħlu f’xulxin, din id-Direttiva tieħu preċedenza bħala lex specialis.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Kapitolu I

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 1Suġġett

u kamp ta’ applikazzjoni

1.        Din id-Direttiva tistipula regoli dwar il-protezzjoni kontra l-ksib, ▌l-użu u l-iżvelar illegali ta' informazzjoni taʼ kompetenza u ta’ negozju mhux żvelati (sigrieti kummerċjali).

2.        Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa:

(a)       il-libertà u l-pluraliżmu tal-midja kif stabbilit solennement fl-Artikolu 11(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

(b)       l-applikazzjoni ta’ regoli tal-Unjoni jew nazzjonali li jirrikjedu li d-detenturi tas-sigrieti kummerċjali jiżvelaw, għal raġunijiet ta’ interess pubbliku, informazzjoni, inklużi sigrieti kummerċjali, lill-awtoritajiet pubbliċi jew amministrattivi jew ġudizzjarji għall-qadi ta’ dmirijiethom;

(c)       l-iżvelar mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jew l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali ta’ informazzjoni relatata man-negozju li jkollhom skont l-obbligi u l-prerogattivi stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali u f’konformità magħhom;

(d)       l-użu ta’ informazzjoni, għarfien, esperjenza u ħiliet li l-impjegati jkunu kisbu b’mod onest waqt it-twettiq normali tal-impjieg preċedenti tagħhom, jew f’xi relazzjoni kuntrattwali oħra, li ma tkunx koperta mid-definizzjoni ta’ sigriet kummerċjali kif previst fil-punt (1) tal-Artikolu 2;

(e)       l-awtonomija tas-sħab soċjali u d-drittijiet tagħhom li jidħlu fi ftehim kollettiv, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġijiet u l-prattiki nazzjonali;

(f)       l-obbligi tal-Istati Membri li jiżguraw protezzjoni effettiva kontra l-kompetizzjoni inġusta, f’konformità mal-impenji internazzjonali tagħhom;

(g)       ir-regoli tal-Istati Membri tal-liġi kriminali. Madankollu, l-Istati Membri ma jistgħux jillimitaw l-eżenzjonijiet previsti fl- Artikolu 4 billi japplikaw dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali li jippenalizzaw il-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali, kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2.

Din id-Direttiva ma tagħti lid-detentur ta’ sigriet kummerċjali ebda raġuni biex jirrifjuta li jiżvela informazzjoni kull meta tali żvelar ikun meħtieġ bil-liġi jew minn awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji għall-qadi ta’ dmirijiethom. Tali żvelar għandu jkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe obbligu biex ma tiġix żvelata ulterjorment l-informazzjoni jew jiġi limitat l-użu tagħha li jistgħu jiġu imposti mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali fuq min jirċievi l-informazzjoni in kwistjoni.

3.        Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-ksib ta’ sigriet kummerċjali għandu jitqies bħala legali meta jinkiseb permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a)       skoperta jew kreazzjoni indipendenti;

(b)       osservazzjoni, studju, żarmar jew ittestjar ta’ prodott jew oġġett li jkun sar disponibbli għall-pubbliku jew li jkun legalment fil-pussess tal-akkwirent tal-informazzjoni li huwa liberu minn kwalunkwe dmir legalment validu biex jiġi limitat il-ksib tas-sigriet kummerċjali;

(c)       eżerċizzju tad-dritt tal-ħaddiema jew tar-rappreżentanti tal-ħaddiema għal tagħrif u konsultazzjoni f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali u/jew ma’ prattiki nazzjonali;

(d)       kwalunkwe prattika oħra li, fiċ-ċirkostanzi, hija konformi ma' prattiki kummerċjali onesti.

Il-ksib, l-użu u l-iżvelar taʼ sigrieti kummerċjali għandu jiġi kkunsidrat legali sal-punt li tali ksib, użu jew żvelar ikun meħtieġ jew permess mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dmir ieħor li ma jiġix żvelat is-sigriet kummerċjali jew li jiġi limitat l-użu tiegħu li jista’ jiġi impost mil-liġi tal-Unjoni jew minn dik nazzjonali.

Artikolu 2Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)         “sigriet kummerċjali” jfisser informazzjoni dwar kompetenza jew negozju li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)    hu sigriet fis-sens li mhux, bħala korp jew fil-konfigurazzjoni preċiża u l-assemblaġġ tal-komponenti tiegħu, magħruf ġeneralment jew aċċessibbli b'mod faċli lill-persuni li ġeneralment jitrattaw din it-tip ta' informazzjoni;

(b)    għandu valur kummerċjali minħabba li hu sigriet;

(c)    kien soġġett għal passi raġonevoli taħt iċ-ċirkostanzi, mill-persuna li għandha l-kontroll legali tal-informazzjoni, biex jinżamm sigriet.

L-esperjenza u l-ħiliet miksuba b’mod onest mill-impjegati matul it-twettiq normali ta’ impjieg tagħhom m’għandhomx jitqiesu bħala sigriet kummerċjali.

(2)         ‘detentur tas-sigriet kummerċjali’ jfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li legalment tikkontrolla sigriet kummerċjali;

(3)         ‘kontraventur’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun kisbet, użat jew żvelat illegalment sigrieti kummerċjali;

(4)         ‘oġġetti kontraventorji’ tfisser oġġetti li l-kunċett, il-karatteristiċi, il-funzjonament, il-proċess ta’ fabbrikazzjoni jew kummerċjalizzazzjoni tagħhom b’mod sinifikanti jibbenefikaw minn sigrieti kummerċjali akkwistati, użati jew żvelati illegalment.

Kapitolu II

Il-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tas-sigrieti kummerċjali

Artikolu 3Il-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali ta’ sigrieti kummerċjali

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detenturi ta’ sigrieti kummerċjali huma intitolati japplikaw għall-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji stipulati f’din id-Direttiva biex jipprevjenu, jew jiksbu rimedju għall-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegali, ta’ sigriet kummerċjali.

2.          Il-ksib ta’ sigriet kummerċjali mingħajr il-kunsens tad-detentur tas-sigriet kummerċjali għandu jkun meqjus bħala illegali meta jitwettaq fil-każijiet li ġejjin:

(a)    aċċess mhux awtorizzat, jew kopja ta’ kwalunkwe dokument, oġġett, materjal, sustanza jew fajl elettroniku, legalment taħt il-kontroll tad-detentur tas-sigriet kummerċjali, li fihom sigrieti kummerċjali jew li minnhom wieħed jista’ jiddeduċi sigrieti kummerċjali;

(b)    serq;

(c)    tixħim;

(d)    qerq;

(e)    ksur jew persważjoni għal ksur ta' ftehim ta’ kunfidenzjalità jew kwalunkwe dmir ieħor biex tinżamm segretezza;

(f)     kwalunkwe mġiba oħra li, taħt iċ-ċirkostanzi, hija kkunsidrata kuntrarja għall-prattika kummerċjali onesta.

3.          L-użu jew l-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali għandu jitqies bħala illeġittimu kull meta jitwettaq, mingħajr il-kunsens tad-detentur tas-sigriet kummerċjali ▌, minn persuna li tkun instabet li tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)    akkwistat is-sigriet kummerċjali illegalment;

(b)    tkun qed tikser ftehim ta’ kunfidenzjalità jew kwalunkwe dover ieħor legalment validu biex iżżomm is-segretezza tas-sigriet kummerċjali;

(c)    tkun qed tikser kuntratt jew kull dover ieħor legalment validu li tillimita l-użu tas-sigriet kummerċjali.

3a.        Il-paragrafu 3 ma jipprovdi l-ebda raġuni biex id-detenturi ta’ sigriet kummerċjali jillimitaw l-użu tal-esperjenza u l-ħiliet akkwistati b’mod onest minn impjegati matul it-twettiq normali tal-impjieg tagħhom jew iżidu kwalunkwe restrizzjoni sabiex impjegati jokkupaw pożizzjoni ġdida, ma’ dawk ipprovduti fil-kuntratt tal-impjieg tagħhom, f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u dik nazzjonali.

4.          Il-ksib, l-użu jew l-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali għandhom ukoll ikunu meqjusa bħala illegali kull meta persuna, waqt il-ksib, l-użu jew l-iżvelar, kienet taf jew fiċ-ċirkostanzi kellha tkun taf li s-sigriet kummerċjali inkiseb direttament jew indirettament minn persuna oħra li kienet qed tuża jew tiżvela s-sigriet kummerċjali b’mod illegali fis-sens tal-paragrafu 3.

5.          Il-produzzjoni ▌, l-offerta jew it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti kontraventorji, jew l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew il-ħżin ta’ oġġetti kontraventorji għal dawk il-finijiet, għandha wkoll titqies bħala użu illegali ta’ sigriet kummerċjali f’każijiet fejn il-persuna li għandha kariga fit-tali attivitajiet kienet konxja, jew kellha tkun konxja, skont iċ-ċirkostanzi, tal-fatt li s-sigriet kummerċjali ntuża b’mod illegali fi ħdan it-tifsira tal-paragrafu 3.

Artikolu 4

Eċċezzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li m’hemmx dritt għall-applikazzjoni għall-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji stipulati f’din id-Direttiva meta l-allegat ksib, użu jew żvelar ta’ sigriet kummerċjali twettaq fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)    biex isir użu leġittimu f’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea mid-dritt għal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, inkluż il-libertà tal-midja;

(b)    għall-kxif ta’ kondotta ħażina, l-għemil ħażin, frodi jew attività illegali, sakemm ▌l-intimat aġixxa fl-interess pubbliku;

(c)    is-sigriet kummerċjali ġie żvelat mill-ħaddiema lir-rappreżentanti tagħhom bħala parti minn eżerċizzju leġittimu tal-funzjonijiet rappreżentattivi tagħhom f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali, sakemm tali żvelar kien neċessarju għal dak l-eżerċizzju;

(e)    għall-iskop tal-protezzjoni ta’ interess pubbliku ġenerali jew kwalunkwe tip ieħor ta’ interess leġittimu, rikonoxxut mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali u permezz ta’ prattika ġudizzjarja.

Kapitolu III

Miżuri, proċeduri u rimedji

SEZZJONI 1Dispożizzjonijet ġenerali

Artikolu 5Obbligu Ġenerali

1.          L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji meħtieġa sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ rimedju ċivili kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali, tas-sigrieti kummerċjali.

2.          Dawk il-miżuri, proċeduri u rimedji għandhom:

(a)    ikunu ġusti u ekwi;

(b)    ma jkunux ikkumplikati jew għaljin bla bżonn, jew jinvolvu skadenzi mhux raġonevoli jew dewmien mhux ġustifikat;

(c)    ikunu effettivi u dissważivi

Artikolu 6Proporzjonalità u abbuż ta' litigazzjoni

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji stipulati f’konformità ma’ din id-Direttiva għandhom ikunu applikati mill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti b’mod li:

(a)    huwa proporzjonat;

(b)    jevita l-ħolqien taʼ xkiel għall-kummerċ leġittimu, il-kompetizzjoni u l-mobilità tal-ħaddiema fis-suq intern;

(c)    jipprovdi salvagwardji kontra l-abbuż.

2.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jiddeterminaw li talba li tikkonċerna l-ksib, l-iżvelar jew l-użu illegali ta’ sigriet kummerċjali tkun manifestament infondata u l-applikant jinstab li ta bidu għal proċedimenti legali b’mod abbużiv jew in mala fede ▌, dawn l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandhom ikunu intitolati li jieħdu l-miżuri li ġejjin:

(a)    jimponu sanzjonijiet fuq l-applikant

(b)    jordnaw id-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar id-deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 14.

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għall-intimat li jitlob id-danni ▌. L-Istati Membri jistgħu jiprevedu li dawn il-miżuri jiġu determinati fi proċedimenti separati.

Artikolu 7Perjodu ta’ limitazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet għall-applikazzjoni tal-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji stipulati f’din id-Direttiva jistgħu jinġiebu fi żmien tliet snin wara d-data li fiha l-applikant sar jaf, jew kellu raġuni biex isir konxju, tal-aħħar fatt li jagħti lok għall-azzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw ir-regoli li japplikaw għas-sospensjoni u l-interruzzjoni tal-perjodu ta’ limitazzjoni.

Artikolu 8Preservazzjoni tal-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali matul il-kors tal-proċedimenti legali

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet, ir-rappreżentanti legali jew l-avukati tagħhom, l-uffiċjali tal-qorti, ix-xhieda, l-esperti u kull persuna oħra li tkun qed tipparteċipa fi proċedimenti legali dwar il-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali, jew min għandu aċċess għal dokumenti li jiffurmaw parti minn dawk il-proċedimenti legali, m’għandux jitħalla juża jew jiżvela kwalunkwe sigriet kummerċjali jew allegat sigriet kummerċjali li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jkunu, b'rispons għal applikazzjoni debitament raġonata mill-parti interessata, identifikaw bħala kunfidenzjali u li jkunu saru konxji minnha bħala riżultat ta' tali parteċipazzjoni jew aċċess. L-Istati Membri jistgħu jippermettu wkoll li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jieħdu miżuri bħal dawn fuq inizjattiva tagħhom stess.

L-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jibqa’ fis-seħħ wara li jintemmu l-proċedimenti legali. Madankollu, dan ma jibqax jeżisti f’xi waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)    fejn permezz ta’ deċiżjoni finali, l-allegat sigriet kummerċjali jinstab li ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (1) tal-Artikolu 2;

(b)    fejn maż-żmien, l-informazzjoni in kwistjoni ssir ġeneralment magħrufa fost jew faċilment aċċessibbli għall-persuni li ġeneralment jitrattaw dik it-tip ta’ informazzjoni.

2.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jistgħu, fuq applikazzjoni debitament raġonata minn parti, jieħdu miżuri speċifiċi meħtieġa biex jippreservaw il-kunfidenzjalità ta’ kwalunkwe sigriet kummerċjali jew allegat sigriet kummerċjali użat jew imsemmi matul il-proċedimenti legali li jirrigwardaw il-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegali, ta’ sigriet kummerċjali. L-Istati Membri jistgħu jippermettu wkoll li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jieħdu miżuri bħal dawn fuq inizjattiva tagħhom stess.

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom mill-inqas jinkludu l-possibbiltà:

(a)    li jiġi ristrett l-aċċess għal kull dokument li jkun fih sigrieti kummerċjali jew sigrieti kummerċjali allegati sottomessi mill-partijiet jew partijiet terzi, kollha jew parti minnhom, lil numru limitat ta’ persuni, sakemm tal-anqas persuna waħda minn kull parti, u fejn xieraq skont il-proċedimenti, l-avukati jew ir-rappreżentanti rispettivi tagħhom, jingħataw aċċess sħiħ għal tali dokument;

(b)    li jiġi ristrett l-aċċess għas-seduti, fejn is-sigrieti kummerċjali jew is-sigrieti kummerċjali allegati jistgħu jiġu żvelati, u r-rekords jew traskrizzjonijiet korrispondenti tagħhom lil numru limitat ta’ persuni, bil-kundizzjoni li tkun inkluża mill-inqas persuna waħda minn kull waħda mill-partijiet, u fejn ikun xieraq skont il-proċedimenti, l-avukati u/jew ir-rappreżentanti legali tagħhom;

(c)    li jagħmlu disponibbli lill-partijiet terzi verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ kull deċiżjoni ġudizzjarja, li minnhom ikunu tneħħew jew ġew redatti s-siltiet li jinkludu informazzjoni definita bħala sigrieti kummerċjali.

3.          Meta jiddeċiedu dwar l-għoti jew iċ-ċaħda ta' miżuri għall-preservazzjoni ta' sigriet kummerċjali u jivvalutaw il-proporzjonalità tagħhom, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandhom iqisu l-ħtieġa li jiġi ggarantit id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, l-interessi leġittimi tal-partijiet u, fejn xieraq ta’ partijiet terzi, u kwalunkwe ħsara potenzjali għal waħda mill-partijiet, u fejn xieraq partijiet terzi, li jirriżultaw mill-għoti jew ir-rifjut ta’ dawn il-miżuri.

4.          Kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali skont il-paragrafi 1, 2 u 3 għandu jitwettaq f’konformità mad-Direttiva 95/46/KE.

Sezzjoni 2Miżuri provviżorji u kawtelatorji

Artikolu 9Miżuri provviżorji u kawtelatorji

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jistgħu, fuq it-talba tad-detentur tas-sigriet kummerċjali, jordnaw kwalunkwe mill-miżuri provviżorji u prekawzjonarji li ġejjin kontra l-allegat kontraventur:

(a)    il-waqfien, jew, skont il-każ, il-projbizzjoni tal-użu jew l-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali fuq bażi provviżorja;

(b)    il-projbizzjoni tal-produzzjoni, l-offerta, jew it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta' oġġetti kontraventorji, jew l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew il-ħażna ta' oġġetti kontraventorji għal dawk l-iskopijiet;

(c)    il-konfiska jew il-kunsinna ta’ oġġetti suspettati bħala kontraventorji, inklużi oġġetti importati, sabiex jiġu evitati d-dħul u ċ-ċirkulazzjoni tagħhom fis-suq.

2.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu, bħala alternattiva għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, jagħmlu l-kontinwazzjoni tal-ksib, l-użu jew l-iżvelar allegatament illegali ta’ sigriet kummerċjali soġġett għall-preżentazzjoni ta’ garanziji maħsuba biex jiżguraw il-kumpens tad-detentur tas-sigriet kummerċjali. L-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali ma għandux jiġi permess kontra l-preżentazzjoni ta’ garanziji.

Artikolu 10Kundizzjonijiet ta' applikazzjoni u salvagwardja

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandhom, fir-rigward tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 9, l-awtorità li jitolbu lill-applikant jipprovdi evidenza li tista' titqies raġonevolment disponibbli sabiex jissodisfaw ruħhom li s-sigriet kummerċjali jeżisti, bi grad suffiċjenti ta’ ċertezza, li l-applikant huwa d-detentur tas-sigriet kummerċjali leġittimu u li sigriet kummerċjali kien akkwistat illegalment, li sigriet kummerċjali qed jiġi użat u żvelat illegalment, jew li huwa imminenti ksib, użu jew żvelar illegli ta’ sigriet kummerċjali.

2.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddeċiedu li jagħtu jew jiċħdu l-applikazzjoni u jivvalutaw il-proporzjonalità tagħha, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandhom ikunu mitluba li jqisu ċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ. Il-valutazzjoni tagħhom għandha tikkunsidra, fejn xieraq, il-valur tas-sigriet kummerċjali, il-miżuri meħuda biex jiġi protett is-sigriet kummerċjali, jew fatturi speċifiċi oħra tas-sigriet kummerċjali, kif ukoll il-kondotta intenzjonata jew mhux intenzjonata tal-intimat fil-ksib, l-iżvelar jew l-użu tas-sigriet kummerċjali, l-impatt tal-użu jew l-iżvelar illegali tas-sigriet kummerċjali, l-interessi leġittimi tal-partijiet u l-impatt li l-għoti jew ir-rifjut tal-miżuri jista’ jkollhom fuq il-partijiet, l-interessi leġittimi ta’ partijiet terzi, l-interess pubbliku u s-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni.

3.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li miżuri provviżorji msemmija fl-Artikolu 9 huma revokati jew inkella jieqfu milli jidħlu fis-seħħ, fuq talba tal-intimat, jekk:

(a)    l-applikant ma jibdiex proċedimenti li jwasslu għal deċiżjoni dwar il-meriti tal-każ quddiem l-awtorità ġudizzjarja kompetenti, f’perjodu raġonevoli ta’ żmien determinat mill-awtorità ġudizzjarja li tordna l-miżuri meta liġi ta’ Stat Membru tippermetti dan jew, fin-nuqqas ta’ tali determinazzjoni, fi żmien mhux aktar minn 20 ġurnata tax-xogħol jew 31 jum kalendarju, liema minnhom ikun l-itwal;

(b)    Sadanittant, it-tagħrif in kwistjoni m’għadux jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt (1) tal-Artikolu 2, għal raġunijiet li ma jistgħux jiġu attribwiti lill-intimat.

4.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jistgħu jagħmlu l-miżuri provviżorji msemmija fl-Artikolu 9 soġġetti għal preżentazzjoni mill-applikant ta' sigurtà adegwata jew assigurazzjoni ekwivalenti intiża biex tassigura il-kumpens mingħajr preġudizzju soffert mill-intimat jew kwalunkwe persuna oħra milquta mill-miżuri.

5.          Fejn il-miżuri provviżorji huma revokati fuq il-bażi tal-punt (a) tal-paragrafu 3, fejn dawn jiskadu minħabba kwalunkwe att jew omissjoni mill-applikant, jew fejn sussegwentement jinstab li ma kien hemm l-ebda ksib, żvelar jew użu illegali ta’ sigriet kummerċjali jew theddid ta’ kondotta bħal din, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandu jkollhom l-awtorità sabiex jordnaw lill-applikant, fuq talba tal-intimat jew ta’ parti terza danneġġjata, biex jipprovdi lill-intimat, jew il-parti terza danneġġata, b'kumpens xieraq għal kwalunkwe dannu kkawżat minn dawk il-miżuri.

Sezzjoni 3Miżuri li jirriżultaw minn deċiżjoni fuq il-merti tal-każ

Artikolu 11Inġunzjonijiet u miżuri korrettivi

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn tittieħed deċiżjoni ġudizzjarja finali li ssib ksib, użu jew żvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jistgħu, fuq talba tal-applikant jordnaw kontra l-kontraventur waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:

(a)    il-waqfien, jew, skont il-każ, il-projbizzjoni tal-użu jew l-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali;

(b)    il-projbizzjoni tal-produzzjoni, l-offerta, jew it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta' oġġetti kontraventorji, jew l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew il-ħżin ta' oġġetti kontraventorji għal dawk l-iskopijiet;

(c)    l-adozzjoni tal-miżuri korrettivi xierqa fir-rigward tal-oġġetti kontraventorji;

(ca)  il-qerda totali jew parzjali ta’ kull mezz ta' komunikazzjoni fiżiku u/jew elettroniku li fih jew li jimplimenta s-sigriet kummerċjali jew, fejn xieraq, l-għoti uffiċjali lill-applikant tal-mezz ta' komunikazzjoni fiżiku u/jew elettroniku sħiħ jew parzjali.

2.          Il-miżuri korrettivi msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 jinkludu

(b)    is-sejħa lura tal-prodotti kontraventorji mis-suq;

(c)    li l-prodotti kontraventorji titneħħielhom il-kwalità kontraventorja tagħhom;

(d)    il-qerda tal-oġġetti kontraventorji jew, fejn xieraq, l-irtirar tagħhom mis-suq, sakemm din l-azzjoni ma ddgħajjifx il-protezzjoni tas-sigriet kummerċjali in kwistjoni;

(e)    il-qerda totali jew parzjali ta’ kull dokument, oġġett, materjal, sustanza jew fajl elettroniku li fihom jew li jimplimentaw is-sigriet kummerċjali jew, skont il-każ, il-konsenja lid-detentur tas-sigriet kummerċjali tad-dokumenti, l-oġġetti, il-materjali, is-sustanzi u l-fajls elettroniċi kollha jew parti minnhom.

3.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiġi ordnat l-irtirar tal-prodotti kontraventorji mis-suq, l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu jordnaw, fuq talba tad-detentur tas-sigriet kummerċjali, li l-oġġetti jingħataw lid-detentur jew lill-organizzazzjonijiet tal-karità taħt kondizzjonijiet li għad iridu jiġu deċiżi mill-awtoritajiet ġudizzjarji li għandhom l-għan li jiżguraw li l-oġġetti inkwistjoni ma jerġgħux jidħlu fis-suq.

Meta tiġi kkunsidrata t-talba għal miżuri korrettivi, il-gravità tal-ksur, ir-rimedji li għandhom jiġu imposti, u l-interessi ta’ partijiet terzi għandhom jinġiebu f’relazzjoni xierqa, f’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

L-awtoritajiet ġudizzjarji għandhom jordnaw li l-miżuri msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 jitwettqu bl-ispejjeż għal min ikun kiser id-drittijiet, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet partikolari sabiex ma jsirx dan. Dawn il-miżuri għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ħsara li tista’ tiġġarrab mid-detentur tas-sigriet kummerċjali minħabba l-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegali tas-sigriet kummerċjali.

Artikolu 12Kundizzjonijiet tal-applikazzjoni, salvagwardji u miżuri alternattivi

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jikkunsidraw talba għall-adozzjoni tal-mandati ta’ inibizzjoni u miżuri korrettivi previsti fl-Artikolu 11 u l-valutazzjoni tal-proporzjonalità tagħhom, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti huma obbligati jqisu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ. Din il-valutazzjoni għandha tinkludi, fejn xieraq, il-valur tas-sigriet kummerċjali, il-miżuri meħuda biex jiġi protett is-sigriet kummerċjali, il-kondotta tal-kontraventur fil-ksib, l-iżvelar jew l-użu tas-sigriet kummerċjali, l-impatt ta’ żvelar illegali jew użu tas-sigriet kummerċjali, l-interessi leġittimi tal-partijiet u l-impatt li l-għoti jew ir-rifjut tal-miżuri jista’ jkollhom fuq il-partijiet, l-interessi leġittimi ta’ partijiet terzi, l-interess pubbliku u s-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jillimitaw it-tul ta' żmien tal-miżura msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 11(1), skont il-każ, sabiex jiżguraw li jkun biżżejjed biex jiġi eliminat kwalunkwe vantaġġ kummerċjali jew ekonomiku li l-kontraventur seta’ jikseb minn dan il-ksib, l-iżvelar jew l-użu illegali ta’ sigriet kummerċjali u li jiġi evitat il-ħolqien ta’ ostakli mhux ġustifikati għal kompetizzjoni ġusta, għall-innovazzjoni u l-mobilità tax-xogħol.

2.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 11(1) huma revokati jew inkella jieqfu milli jidħlu fis-seħħ, fuq talba tal-intimat jekk sadanittant l-informazzjoni in kwistjoni ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-punt (1) tal-Artikolu 2 għal raġunijiet li ma jistgħux jiġu attribwiti direttament jew indirettament lill-intimat.

3.          L-Istati Membri għandhom jipprovdu li, fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, fl-eventwalità tal-applikazzjoni tal-miżuri previsti fl-Artikolu 11, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti tista’ tordna kumpens fi flus li għandu jitħallas lill-parti danneġġjata minflok ma jiġu applikati dawk il-miżuri jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)    il-persuna kkonċernata fil-ħin tal-użu jew l-iżvelar tas-sigriet kummerċjali, la kienet taf u lanqas kellha raġuni, taħt iċ-ċirkostanzi, biex tkun taf li s-sigriet kummerċjali nkiseb minn persuna oħra li kienet qed tuża jew tiżvela s-sigriet kummerċjali b’mod illegali;

(b)    l-eżekuzzjoni tal-miżuri in kwistjoni jikkawżaw lill-persuna dannu sproporzjonat;

(c)    kumpens pekunjarju lill-parti danneġġata tidher li hi raġonevolment sodisfaċenti.

Meta jkun ġie ordnat kumpens pekunjarju minflok l-ordni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 11 (1), tali kumpens pekunjarju ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ royalties jew miżati li kienu jkunu dovuti, li kieku dik il-persuna kienet talbet awtorizzazzjoni biex tuża s-sigriet kummerċjali in kwistjoni, għall-perjodu ta’ żmien li matulu l-użu tas-sigriet kummerċjali seta’ ġie projbit.

Artikolu 13Id-danni

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti, fuq applikazzjoni tal-parti danneġġjata, jordnaw lill-kontraventur li kien jaf jew li messu kien jaf li hu jew hi kien/et qed j/tagħmel il-ksib, l-iżvelar jew l-użu illegali ta’ sigriet kummerċjali, li jħallsu lid-detentur tas-sigriet kummerċjali d-danni xierqa għall-ħsara attwali mġarrba, b’riżultat tal-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegali tas-sigriet kummerċjali.

1a.        F’konformità mal-liġi u l-prattiki nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw ir-responsabbiltà għall-ħsara tal-impjegati lejn l-impjegaturi tagħhom għall-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali tal-impjegatur meta dawn ma jaġixxux intenzjonalment.

2.          Meta jiġu ffisati d-danni, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jikkunsidraw il-fatturi xierqa kollha, bħall-konsegwenzi negattivi ekonomiċi, li jinkludu qligħ mitluf, li l-parti li sarulha d-danni tkun sofriet, kwalunkwe profitt inġust li sar mill-kontraventur u, f'każijiet xierqa, elementi barra fatturi ekonomiċi, bħall-preġudizzju morali ikkawżat lid-detentur tas-sigriet kummerċjali bil-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegali tas-sigriet kummerċjali.

Madankollu, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jistgħu wkoll, skont il-każ, jiffissaw id-danni bħala somma li titħallas f’daqqa fuq il-bażi ta’ elementi bħal minimu tal-ammont tar-royalties jew tat-tariffi li kieku kienu jkunu dovuti jekk il-persuna li għamlet il-ksur talbet awtorizzazzjoni sabiex tuża s-sigriet kummerċjali in kwistjoni.

Artikolu 14Il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji

1.          L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, fil-proċedimenti legali istitwiti għall-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jistgħu jordnaw, fuq it-talba tal-applikant u jħallas il-kontraventur, miżuri xierqa għat-tixrid tal-informazzjoni li tikkonċerna d-deċiżjoni, li jinkludi l-pubblikazzjoni tagħha sħiħa jew parti minnha fil-midja pprintjata u elettronika, inkluża l-paġna web uffiċjali tal-kontraventur.

2.          Kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tippreserva l-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali kif previst fl-Artikolu 8.

3.          Biex jiġi deċiż jekk tiġix ordnata miżura msemmija fil-paragrafu 1, u ssir stima tal-proporzjonalità tagħha, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandhom iqisu jekk l-informazzjoni dwar il-kontraventur tippermettix l-identifikazzjoni ta' persuna fiżika u, jekk ikun il-każ, jekk il-pubblikazzjoni ta’ dik l-informazzjoni tkunx ġustifikata, b’mod partikolari fid-dawl tal-kriterji li ġejjin: id-dannu possibbli li miżura bħal din tista’ tikkawża għall-privatezza u r-reputazzjoni tal-kontraventur, ▌il-kondotta tal-kontraventur fil-ksib, l-iżvelar jew l-użu tas-sigriet kummerċjali ▌u l-probabbiltà ta’ aktar użu jew żvelar illegali tas-sigriet kummerċjali mill-kontraventur.

Kapitolu IV

Sanzjonijiet, rappurtar u dispożizzjonijiet finali

Artikolu 15Sanzjonijiet għan-nonkonformità mal-obbligi stipulati f'din id-Direttiva

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jistgħu jimponu sanzjonijiet fuq il-partijiet, ir-rappreżentanti legali tagħhom u kwalunkwe persuna oħra li tonqos jew tirrifjuta li tikkonforma ma’ kull miżura adottata skont l-Artikoli 8, 9 u 11.

Fejn previst mil-liġi nazzjonali, nonkonformità ma’ miżura adottata skont l-Artikoli 9 u 11, għandha, fejn xieraq, tkun soġġetta għal penali ta’ pagamenti rikorrenti.

Is-sanzjonijiet stabbiliti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissaważivi.

Artikolu 16Il-bdil ta' informazzjoni u l-korrispondenti

Bl-għan li ssir promozzjoni tal-kooperazzjoni, li tinkludi il-bdil ta' informazzjoni, bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, kull Stat Membru għandu jagħżel korrispondent nazzjonali jew aktar fuq kwalunkwe kwestjoni li tirrelata mal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija f'din id-Direttiva. Għandha tikkomunika d-dettalji tal-korrispondent(i) nazzjonali lill-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni.

Artikolu 17Rapporti

1.        Sa XX XX 20XX [tliet snin wara l-għeluq tal-perjodu ta’ traspożizzjoni], l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Proprjetà Intellettwali, fil-kuntest tal-attivitajiet tal-Osservatorju Ewropew dwar il-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, għandha tħejji rapport inizjali dwar xejriet ta’ litigazzjoni fir-rigward tal-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegali tas-sigrieti kummerċjali skont l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

2.        Sa XX XX 20XX [erba’ snin wara l-għeluq tal-perjodu ta’ traspożizzjoni], il-Kummissjoni għandha tfassal rapport intermedju dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, anke fir-rigward tal-effetti potenzjali tagħha fuq id-drittijiet fundamentali, il-mobilità tal-ħaddiema, il-protezzjoni kontra kompetizzjoni inġusta u titjib ulterjuri eventwali fi kwistjonijiet ta’ kooperazzjoni u innovazzjoni, u tissottomettih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jieħu f’kunsiderazzjoni r-rapport imħejji mill-Osservatorju Ewropew dwar il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

3.        Sa XX XX 20XX [tmien snin wara l-għeluq tal-perjodu ta’ traspożizzjoni], il-Kummissjoni għandha tfassal evalwazzjoni tal-effetti ta’ din id-Direttiva u tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 18Traspożizzjoni

1.          L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa XX XX 20XX [24 xahar wara d-data tal-adozzjoni ta' din id-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.          L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-dritt nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 19Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara il-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 20Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                          Għall-Kunsill

Il-President                                                   Il-President

(1)

ĠU C 226, 16.7.2014, p. 48.

(2)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(3)

ĠU C 226, 16.7.2014, p. 48.

(4)

ĠU C , , p. .

(5)

             Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunitа Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43).

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).

(8)

Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 041, 14.02.2003, p. 26).

(9)

Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

(10)

Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(11)

Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(12)

Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(13)

Id-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 ta' April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (29.4.2015)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni taʼ informazzjoni taʼ kompetenza u tan-negozju (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom

(COM(2013)0813 – C7-0431/2013 – 2013/0402(COD))

Rapporteur: Michèle Rivasi

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-protezzjoni kontra l-ksib, l-iżvelar u l-użu illegali taʼ sigrieti kummerċjali hija essenzjali sabiex ikun hemm ambjent kummerċjali ġust għan-negozji. Madankollu, huwa importanti li wieħed jiftakar li ċ-ċirkolazzjoni tal-għarfien u l-informazzjoni hija wkoll essenzjali għall-proċess taʼ innovazzjoni u ħolqien. L-intrapriżi huma taʼ spiss aktar interessati li jiskambjaw sigrieti kummerċjali milli jżommuhom sigrieti. Sadattant, it-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni huma wkoll meħtieġa sabiex jinformaw politiki pubbliċi importanti bħall-protezzjoni ambjentali, tas-saħħa u tal-konsumatur.

Għandu jinstab bilanċ xieraq sabiex ma jinfetaħx il-bieb għal talbiet abbużivi taʼ akkwist jew ċirkolazzjoni mhux xierqa taʼ sigrieti kummerċjali u sabiex jiġi evitat li informazzjoni li suppost tiġi maqsuma u kondiviża tinżamm sigrieta minħabba protezzjoni esaġerata. Sabiex tiżgura dan il-bilanċ ir-rapporteur ipproponiet li tkun emendata l-proposta tal-Kummissjoni tul erbaʼ assi importanti.

Kjarifika tad-definizzjonijiet u impenn biex id-direttiva ssir aktar preċiża

L-armonizzazzjoni mill-UE taʼ proċeduri legali u rimedji kontra l-akkwist, l-iżvelar u l-użu illegali taʼ sigrieti kummerċjali għandhom jimxu flimkien maʼ għarfien ċar tal-ambitu u definizzjoni tal-kwistjoni involuta. Dan huwa aktar importanti peress li din id-direttiva se twassal għall-introduzzjoni taʼ kunċett legali ġdid fʼħafna liġijiet nazzjonali tal-UE. Definizzjoni wisq vaga taʼ xʼjistaʼ jkun sigriet kummerċjali toħloq inċertezzi legali u tiffaċilita abbużi tal-kunċett mill-atturi ekonomiċi bl-akbar poter għad-detriment taʼ dawk iżgħar u tas-soċjetà inġenerali.

Ir-rapporteur tipproponi li tiġi kkjarifikata d-definizzjoni taʼ xʼgħandu jiġi kkunsidrat bħala sigriet kummerċjali. Dan mhuwiex essenzjali biss biex tkun permessa implimentazzjoni xierqa tad-direttiva iżda anke minħabba li din id-direttiva ġdida se sservi bħala l-uniku punt taʼ riferiment tal-UE fil-kuntest tan-negozjati tal-ftehim TTIP.

Il-protezzjoni taʼ sigrieti kummerċjali, għalkemm importanti, mhix dritt taʼ proprjetà intellettwali (IPR). Għalhekk l-applikazzjoni mʼgħandhiex twassal għall-ħolqien taʼ drittijiet esklussivi ġodda. L-użu taʼ terminoloġija taʼ IPR fil-proposta tal-Kummissjoni joħloq ambigwità u jistaʼ jkollu impatt fuq interpretazzjonijiet legali fʼkażijiet taʼ litigazzjoni. Huwa għalhekk li r-rapporteur tipproponi li jinbidlu xi termini użati sabiex jiġi evitat lingwaġġ li tipikament jagħmel parti mill-kuntest legali tal-IPR.

L-iżgurar taʼ drittijiet leġittimi u aċċess għall- informazzjoni

L-iskop tad-direttiva huwa li tiżgura, fi ħdan ambjent taʼ kummerċ bejn negozju u ieħor, livell adegwat taʼ difiża kontra prattiki kummerċjali diżonesti.

Madankollu, id-direttiva jeħtieġ tistabbilixxi, mingħajr ebda ambigwità, każijiet fejn l-iżvelar taʼ informazzjoni mʼgħandux jaqaʼ taħt l-ambitu taʼ din id-direttiva. Dan huwa l-każ taʼ informazzjoni fejn l-iżvelar huwa meħtieġ minn regoli tal-UE/nazzjonali jew awtoritajiet pubbliċi fil-qafas tal-mandat tagħhom.

Ġeneralment il-protezzjoni taʼ sigrieti kummerċjali mʼgħandhiex timmina l-interess pubbliku leġittimu, bħall-protezzjoni tal-konsumatur, il-protezzjoni tal-ħaddiema, il-protezzjoni tal-ħajja tal-bniedem, l-annimali jew il-pjanti, il-protezzjoni tal-ambjent, is-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, il-prevenzjoni taʼ kompetizzjoni inġusta.

Il-garanzija taʼ mobilità għall-impjegati

Iċ-ċirkolazzjoni taʼ għarfien u ħiliet hija wkoll dik li tagħmel l-atturi industrijali u s-setturi tar-riċerka dinamiċi u kreattivi, kif qed jiġi pprovat mis-Silicon Valley: dan imur id fʼid mal-mobilità tal-impjegati. Huwa importanti għall-innovazzjoni u l-iżvilupp professjonali li impjegati tas-sengħa jkunu kapaċi jiċċaqalqu minn kumpanija għal oħra. Għalhekk il-protezzjoni kontra l-akkwist, l-iżvelar u l-użu illegali taʼ sigrieti kummerċjali mʼgħandhiex issir taʼ xkiel għall-mobilità tal-impjegati.

Għadd taʼ studji wrew li reġjuni/stati li jinfurzaw ftehimiet bʼsaħħithom taʼ nuqqas taʼ kompetizzjoni bejn l-impjegaturi u l-impjegati huma soġġetti għal eżodi taʼ mħuħ tal-aktar ħaddiema bʼħiliet tajba, u anqas investimenti u innovazzjoni.

Dan għandu jiġi kkunsidrat meta jiġi stipulat perjodu taʼ limitazzjoni għall-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji previsti fʼdin id-Direttiva: ma jkunx raġonevoli li l-impjegati jiġu mxekkla bʼperjodu taʼ limitazzjoni itwal minn sena. Ġeneralment, jeħtieġ li jkun hemm bilanċ xieraq bejn l-impjegati li joħolqu ideat ġodda u l-kumpaniji li jipprovdu r-riżorsi u l-ambjent għall-iżvilupp taʼ dawn l-ideat. Id-direttiva għandha tirrifletti dan il-bilanċ.

L-iżgurar taʼ proċess taʼ litigazzjoni ġust bʼmod partikolari għal negozji żgħar

Bħalma hu l-każ għal litigazzjonijiet oħra, entitajiet taʼ negozji akbar għandhom il-kapaċità finanzjarja li jiksbu aċċess għall-ġustizzja li intrapriżi żgħar jew medji normalment ma jkollhomx. Huwa importanti li jkun żgurat li atturi akbar ma jabbużawx mill-pretensjonijiet tas-sigriet kummerċjali sabiex jimbuttaw kompetituri potenzjali ʼl barra mis-suq.

Il-protezzjoni taʼ sigriet kummerċjali ma joħloq ebda dritt proprjetarju iżda jindirizza n-natura illegali tal-akkwist, l-iżvelar u l-użu. Għalhekk hija l-persuna li hija legalment fʼkontroll tal-informazzjoni mhux żvelata li għandha ġġorr il-piż tal-prova tal-fatt li dan l-akkwist kien fil-fatt illegali.-{}-

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Negozji u istituzzjonijiet ta’ riċerka mhux kummerċjali jinvestu fl-akkwist, l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ kompetenza u informazzjoni, li hija l-ingredjent ewlieni tal-ekonomija tal-għarfien. Dan l-investiment fil-ġenerazzjoni u l-applikazzjoni ta’ kapital intellettwali jiddetermina l-kompetittività tagħhom fis-suq u għalhekk il-qligħ tagħhom mill-investiment, li huwa l-motivazzjoni fil-bażi tar-riċerka u l-iżvilupp tan-negozju. In-negozji jirrikorru għal mezzi differenti biex jaddattaw ir-riżultati tal-attivitajiet innovattivi tagħhom meta il-ftuħ ma jippermettix l-isfruttament sħiħ tal-investimenti tagħhom ta’ riċerka u innovazzjoni. L-użu ta’ drittijiet formali ta’ proprjetà intellettwali bħal privattivi, drittijiet ta’ disinn jew drittijiet tal-awtur hija waħda minn dawn l-attivitajiet. Attività oħra hi l-protezzjoni tal-aċċess u l-isfruttament tal-għarfien li huma ta’ valur għall-entità u mhux magħrufa ħafna. Tali kompetenza u informazzjoni kummerċjali, li tinżamm mistura u bl-intenzjoni li tibqa' kunfidenzjali tissejjaħ sigriet kummerċjali. In-negozji, irrispettivament mid-daqs tagħhom, jagħtu valur lis-sigrieti kummerċjali daqs il-privattivi u forom oħra ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali u jużaw il-kunfidenzjalità bħal għodda ta' ġestjoni tal-innovazzjoni tan-negozju u r-riċerka u , li jkopri firxa diversifikata ta’ informazzjoni, li jestendi lil hinn mit-tagħrif teknoloġiku għal dejta kummerċjali bħal informazzjoni fuq il-konsumaturi u l-fornituri, pjanijiet tan-negozju jew riċerka u strateġijitas-suq. Bil-protezzjoni ta' firxa wiesgħa ta’ kompetenzi u informazzjoni kummerċjali, kemm bħala ħaġa kumplimentari jew bħala alternattiva għad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, is-sigrieti kummerċjali jippermettu lill-awtur li jikseb profitt mill-ħolqien u l-innovazzjonijiet tiegħu u għalhekk huwa partikolarment importanti għar-riċerka u l-iżvilupp u l-prestazzjoni innovattiva.

(1) Negozji u istituzzjonijiet ta’ riċerka mhux kummerċjali jinvestu fl-akkwist, l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ kompetenza u informazzjoni, li hija l-ingredjent ewlieni tal-ekonomija tal-għarfien u tagħti vantaġġ kompetittiv. Dan l-investiment fil-ġenerazzjoni u l-applikazzjoni ta’ kapital intellettwali jiddetermina l-kompetittività u l-prestazzjoni innovattiva tagħhom fis-suq u għalhekk il-qligħ tagħhom mill-investiment, li huwa l-motivazzjoni fil-bażi tar-riċerka u l-iżvilupp tan-negozju. In-negozji jirrikorru għal mezzi differenti biex jaddattaw ir-riżultati tal-attivitajiet innovattivi tagħhom meta il-ftuħ ma jippermettix l-isfruttament sħiħ tal-investimenti tagħhom ta’ riċerka u innovazzjoni. L-użu ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali bħal privattivi, drittijiet ta’ disinn jew drittijiet tal-awtur hija waħda minn dawn l-attivitajiet. Attività oħra hi l-protezzjoni tal-aċċess għal informazzjoni ta’ valur kummerċjali u l-isfruttament tal-għarfien li huwa ta’ valur għall-entità u mhux magħrufa fost il-persuni jew faċilment aċċessibbli għalihom fi ħdan iċ-ċrieki li normalment jittrattaw mat-tip ta’ informazzjoni inkwistjoni jew minn persuni oħrajn li jistgħu jiksbu valur ekonomiku mill-iżvelar jew l-użu tagħha. Tali kompetenza u informazzjoni kummerċjali, li tinżamm mistura u bl-intenzjoni li tibqa' kunfidenzjali tissejjaħ sigriet kummerċjali. Intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), b’mod speċjali, jagħtu aktar valur lis-sigrieti kummerċjali u jiddependu fuqhom aktar, peress li l-użu tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali għandhom tendenza jkunu jiswew ħafna u l-SMEs ta’ spiss ma jkollhomx biżżejjed riżorsi umani speċjalizzati u riżorsi finanzjarji biex jiġġestixxu u jipproteġu d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. In-negozji, irrispettivament mid-daqs tagħhom, jagħtu valur lis-sigrieti kummerċjali daqs il-privattivi u forom oħra ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali u jużaw il-kunfidenzjalità bħal għodda ta' ġestjoni tal-innovazzjoni tan-negozju u r-riċerka u , li jkopri firxa diversifikata ta’ informazzjoni, li jestendi lil hinn mit-tagħrif teknoloġiku għal dejta kummerċjali bħal informazzjoni fuq il-konsumaturi u l-fornituri, pjanijiet tan-negozju jew riċerka u strateġijitas-suq. Bil-protezzjoni ta' firxa wiesgħa ta’ kompetenzi u informazzjoni kummerċjali, kemm bħala ħaġa kumplimentari jew bħala alternattiva għad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, is-sigrieti kummerċjali jippermettu lill-awtur li jikseb profitt mill-ħolqien u l-innovazzjonijiet tiegħu u għalhekk huwa partikolarment importanti għar-riċerka u l-iżvilupp u l-prestazzjoni innovattiva.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Innovazzjoni miftuħa hija lieva importanti għall-ħolqien ta’ għarfien ġdid u tirfed l-iżvilupp ta’ mudelli ta’ negozju ġodda u innovattivi bbażati fuq l-użu ta’ għarfien maħlud b'mod konġunt. Sigrieti kummerċjali għandhom rwol importanti fil-ħarsien tal-iskambju tal-għarfien bejn in-negozji fi ħdan u lil hinn mill-fruntieri tas-suq intern fil-kuntest tar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Ir-riċerka kollaborattiva, inkluża l-kooperazzjoni transfruntiera, hija partikolarment importanti biex iżżid il-livelli ta’ riċerka u żvilupp tan-negozju fi ħdan is-suq intern. Innovazzjoni miftuħa hija katalist għal ideat ġodda biex isibu triqthom lejn is-suq biex jissodisfaw il-ħtiġiet tal-konsumaturi u jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà. F’suq intern fejn ostakoli għal tali kollaborazzjoni transkonfinali huma minimizzati u fejn il-kooperazzjoni ma tiġix distorta, il-kreazzjoni intellettwali u l-innovazzjoni għandhom iħeġġu investiment fi proċessi, servizzi u prodotti innovattivi. Tali ambjent li jwassal għall-kreattività intellettwali u l-innovazzjoni huwa importanti wkoll għat-tkabbir fl-impjiegi u titjib tal-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni. Is-sigrieti kummerċjali huma fost l-aktar forma użata ta’ protezzjoni tal-kreazzjoni intellettwali u tal-kompetenza innovattiva min-negozji, iżda huma fl-istess ħin l-inqas protetti minn qafas legali tal-Unjoni eżistenti kontra l-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali minn partijiet terzi.

(2) L-innovazzjoni miftuħa hija katalist għal ideat ġodda biex isibu triqthom lejn is-suq biex jissodisfaw il-ħtiġiet tal-konsumaturi u jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà. Hija lieva importanti għall-ħolqien ta’ għarfien ġdid u tirfed l-iżvilupp ta’ mudelli ta’ negozju ġodda u innovattivi bbażati fuq l-użu ta’ għarfien maħluq b'mod konġunt. Ir-riċerka kollaborattiva, inkluża l-kooperazzjoni transfruntiera, hija partikolarment importanti biex iżżid il-livelli ta’ riċerka u żvilupp tan-negozju fi ħdan is-suq intern. Tali ambjent li jwassal għall-kreazzjoni intellettwali u l-innovazzjoni u fejn il-mobilità tal-impjieg hi żgurata huwa importanti wkoll għat-tkabbir fl-impjiegi u titjib tal-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni. Is-sigrieti kummerċjali għandhom rwol fil-ħarsien tal-iskambju tal-għarfien bejn in-negozji u/jew l-istituzzjonijiet ta' riċerka fi ħdan u matul il-fruntieri tas-suq intern fil-kuntest tar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Il-qafas legali tal-Unjoni eżistenti kontra l-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali ta’ sigrieti kummerċjali minn partijiet terzi huwa frammentat fi 28 liġi differenti, li joħloq xkiel għall-funzjonament effettiv tas-suq intern.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) L-isforzi internazzjonali meħuda fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ biex tiġi indirizzata din il-problema wasslu għall-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-Aspetti Relatati mal-Kummerċ tal-Proprjetà Intellettwali (il-Ftehim TRIPS). Dan tinkludi, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali kontra l-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali tagħhom minn partijiet terzi, li huma standards internazzjonali komuni. L-Istati Membri kollha, kif ukoll l-Unjoni nnifisha, huma marbuta b’dan il-Ftehim li ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE.

(4) Il-Ftehim dwar l-Aspetti Relatati mal-Kummerċ tal-Proprjetà Intellettwali (il-Ftehim TRIPS) jinkludi, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali kontra l-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegali tagħhom minn partijiet terzi, li huma standards internazzjonali komuni. L-Istati Membri kollha, kif ukoll l-Unjoni nnifisha, huma marbuta b’dan il-Ftehim li ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE. Sabiex jiġu protetti s-sigrieti tal-kummerċ kontra l-miżapproprjazzjoni, xi Stati Membri għandhom leġiżlazzjoni fis-seħħ, madankollu xi Stati Membri għadhom ma ddefinixxewx sigrieti kummerċjali u ma għandhomx leġiżlazzjoni vinkolanti kontra l-miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali, li toħloq lakuni u ostakli għal suq intern li jiffunzjona b’mod effettiv. Huwa wkoll xieraq li jiġu definiti fil-livell tal-Unjoni s-sitwazzjonijiet fejn l-akkwist, l-użu u l-iżvelar tas-sigriet kummerċjali jkunu legali jew illegali, u li jkun limitat il-perjodu tal-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ rimedju, biex id-Direttiva sservi l-iskop tagħha ta’ protezzjoni konsistenti tas-sigrieti kummerċjali fl-Unjoni.

__________________

__________________

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoin f’isem il-Komunitа Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehimiet milħuqa fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal regoli fil-livell tal-Unjoni biex jiġu approssimati s-sistemi leġiżlattivi nazzjonali sabiex jiġi żgurat li jkun hemm livell ta’ rimedju suffiċjenti u konsistenti fis-suq intern kollu fil-każ ta’ akkwist, użu jew żvelar illegali ta’ sigrieti kummerċjali. Għal dan l-għan, huwa importanti li wieħed jistabbilixxi definizzjoni omoġenea ta' sigriet kummerċjali mingħajr ma jirrestrinġi s-suġġett in kwistjoni għal protezzjoni kontra l-miżapproprijazzjoni. Din id-definizzjoni għandha għalhekk tiġi mibnija b’tali mod li tkopri l-informazzjoni tan-negozju, informazzjoni u kompetenza teknoloġika fejn hemm kemm interess leġittimu li tinżamm kunfidenzjalità kif ukoll aspettattiva leġittima fil-preservazzjoni ta’ tali kunfidenzjalità. Min-natura tagħha, din id-definizzjoni għandha teskludi informazzjoni trivjali u ma għandiex testendi għall-għarfien u l-ħiliet miksuba mill-impjegati fil-kors normali tal-impjieg tagħhom u li huma magħrufa jew aċċessibbli għal persuni li ġeneralment jittrattaw din it-tip ta’ informazzjoni.

(8) Huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal regoli fil-livell tal-Unjoni biex jiġu approssimati s-sistemi leġiżlattivi nazzjonali sabiex jiġi żgurat li jkun hemm livell ta’ rimedju suffiċjenti u konsistenti fis-suq intern kollu fil-każ ta’ akkwist, użu jew żvelar illegali ta’ sigrieti kummerċjali. Għal dan l-għan, huwa importanti li wieħed jistabbilixxi definizzjoni omoġenea ta’ sigriet kummerċjali. Din id-definizzjoni għandha għalhekk tiġi mibnija b’tali mod li tkopri l-informazzjoni tan-negozju u kompetenza mhux żvelata fejn hemm interess leġittimu li tinżamm kunfidenzjalità, valur kummerċjali ta’ din l-informazzjoni għaliex tinżamm f’kunfidenzjalità, u aspettattiva leġittima fil-preservazzjoni ta’ tali kunfidenzjalità. Min-natura tagħha, din id-definizzjoni għandha teskludi informazzjoni trivjali u ma għandiex testendi għall-għarfien u l-ħiliet miksuba mill-impjegati fil-kors normali tal-impjieg tagħhom u li huma magħrufa jew aċċessibbli għal persuni li ġeneralment jittrattaw din it-tip ta’ informazzjoni u mill-kompetituri. Il-kundizzjonijiet li jistabbilixxu l-użu jew l-iżvelar illegali ma għandhomx jillimitaw l-użu tal-esperjenza miksuba u know-how minn prattiki onesti fil-qafas tal-ftehim tax-xogħol jew kwalunkwe relazzjoni kuntrattwali oħra. Dan għandu jiżgura li l-mobilità tax-xogħol ma tiġix ipperikolata, u fl-istess ħin tiġi żgurata l-protezzjoni adegwata tas-sigrieti kummerċjali. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr ħsara għall-awtonomija tas-sħab soċjali u d-dritt tagħhom li jidħlu fi ftehimiet kollettivi skont il-liġi nazzjonali, it-tradizzjonijiet u l-prattiki u filwaqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tat-Trattat.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Huwa importanti wkoll li jiġu identifikati ċ-ċirkostanzi li taħthom il-protezzjoni legali hija ġġustifikata. Għal din ir-raġuni, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti kondotta u prattiki li għandhom jitqiesu bħala akkwist, użu jew żvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali. L-iżvelar mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jew l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali ta’ informazzjoni relatata man-negozju li jkollhom skont l-obbligi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew għal regoli oħra dwar l-aċċess għal dokumenti m’għandux ikun meqjus bħala żvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali.

(9) Huwa importanti wkoll li jiġu identifikati ċ-ċirkostanzi li taħthom il-protezzjoni legali hija ġġustifikata. Għal din ir-raġuni, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti kondotta u prattiki li għandhom jitqiesu bħala akkwist, użu jew żvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali. L-iżvelar mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jew l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali ta’ informazzjoni relatata man-negozju li jkollhom skont l-obbligi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew għal regoli oħra dwar l-aċċess għal dokumenti m’għandux ikun meqjus bħala żvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali. B’mod simili, l-akkwist jew l-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali minn korp pubbliku, li jissodisfa l-mandat tiegħu skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni, m’għandux jikkostitwixxi użu jew żvelar illegali. Dan għandu wkoll ikun il-każ għall-iżgurar tal-protezzjoni ta’ interess leġittimu, inkluża l-protezzjoni tal-konsumatur, il-protezzjoni tal-ħaddiema, il-protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent, is-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali, inklużi l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, u l-prevenzjoni tal-kompetizzjoni żleali.

__________________

__________________

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43).-{}-

 

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43).

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Fl-interess tal-innovazzjoni u biex titrawwem il-kompetizzjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva m’għandhomx joħolqu l-ebda dritt esklussiv fuq l-għarfien jew il-kompetenza protetta bħala sigriet kummerċjali. Għalhekk, l-iskoperta indipendenti tal-istess kompetenza u informazzjoni tibqa’ possibbli u l-kompetituri tad-detentur tas-sigriet kummerċjali huma wkoll liberi li jwettqu dekumpilazzjoni ta' kwalunkwe prodott akkwistat legalment.

(10) Fl-interess tal-innovazzjoni u biex titrawwem il-kompetizzjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħha m’għandhom joħolqu l-ebda dritt esklussiv fuq l-għarfien jew il-kompetenza protetta bħala sigriet kummerċjali. Id-dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali konferiti minn din id-Direttiva ma jikkostitwixxux dritt ta’ proprjetà intellettwali u m’għandux ikun possibbli li jiġu invokati biss għar-restrizzjoni tal-kompetizzjoni. Għalhekk, l-iskoperta indipendenti tal-istess kompetenza u informazzjoni tibqa’ possibbli u l-kompetituri tad-detentur tas-sigriet kummerċjali huma wkoll liberi li jwettqu dekumpilazzjoni ta' kwalunkwe prodott akkwistat legalment, sakemm ikun konformi ma’ prattiki kummerċjali onesti.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Aktar u aktar ta’ spiss, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ ħafna prodotti, b’mod partikolari fil-kuntest tal-proċeduri ta’ akkwist, tiddependi fuq in-notifika lill-awtoritajiet regolatorji u amministrattivi ta’ data kunfidenzjali, u parti minnha miksuba permezz ta’ testijiet li jiswew ħafna flus biex jiġu stabbiliti. L-iżvelar ta’ ftit mill-informazzjoni jew l-informazzjoni kollha inkwistjoni mill-awtoritajiet u l-akkwist tagħha minn partijiet terzi ma għandux iwassal biex tintuża b’mod mhux ġust fuq is-suq.

Ġustifikazzjoni

L-akkwist, l-użu jew l-iżvelar legali mhumiex konnessi b’mod sistematiku u jistgħu, fil-prattika, jiġu segwiti minn użu mill-ġdid jew żvelar mill-ġdid illegali. Jekk id-dritt għall-informazzjoni jiżboq sa punt sproporzjonat il-bżonn li jiġu protetti sigrieti kummerċjali, l-impriżi se joqgħodu lura milli jiddivulgaw l-informazzjoni kunfidenzjali tagħhom lill-istituzzjonijiet governattivi u n-numru ta’ talbiet mhux xierqa għall-aċċess se jiżdied.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-miżuri u r-rimedji maħsuba biex jipproteġu s-sigrieti kummerċjali għandhom ikunu mfassla sabiex jissodisfaw l-objettiv tal-funzjonament tas-suq intern bla xkiel għar-riċerka u l-innovazzjoni mingħajr ma jipperikolaw l-għanijiet u l-prinċipji l-oħra ta’ interess pubbliku. F’dan ir-rigward, il-miżuri u r-rimedji jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jagħtu kont tal-valur ta’ sigriet kummerċjali, is-serjetà tal-kondotta li tirriżulta fl-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegli ta’ sigriet kummerċjali kif ukoll l-impatt ta’ kondotta bħal din. Għandu jiġi żgurat ukoll li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jingħataw id-diskrezzjoni li jiżnu l-interessi tal-partijiet involuti fit-tilwima, kif ukoll l-interessi ta’ partijiet terzi inkluż, fejn xieraq, il-konsumaturi.

(11) F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-miżuri u r-rimedji maħsuba biex jipproteġu s-sigrieti kummerċjali għandhom ikunu mfassla sabiex jissodisfaw l-objettiv tal-funzjonament tas-suq intern bla xkiel għar-riċerka u l-innovazzjoni, b’mod partikolari billi jkollhom effett li jiskoraġġixxi l-akkwist, l-użu u l-iżvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali, mingħajr ma jipperikolaw l-għanijiet u l-prinċipji l-oħra ta’ interess pubbliku, bħall-protezzjoni tal-konsumatur, is-saħħa u l-protezzjoni tal-ambjent. F’dan ir-rigward, il-miżuri u r-rimedji jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jagħtu kont taċ-ċirkostanzi relevanti kollha bħall-valur ta’ sigriet kummerċjali, is-serjetà tal-kondotta li tirriżulta fil-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali kif ukoll l-impatt ta’ tali użu jew żvelar. Għandu jiġi żgurat ukoll li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jingħataw id-diskrezzjoni li jiżnu l-interessi tal-partijiet involuti fit-tilwima, kif ukoll l-interessi ta’ partijiet terzi inkluż, fejn xieraq, il-konsumaturi.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Bl-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta’ definizzjoni uniformi ta’ sigrieti kummerċjali, u permezz tal-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta’ regoli uniformi għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali fi ħdan is-suq intern, miżuri oħra li direttament jew indirettament jistgħu jillimitaw l-iskambju u l-użu ta’ għarfien u r-reklutaġġ u l-mobilità tax-xogħol, għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità fl-interess tal-innovazzjoni u l-kompetizzjoni ħielsa.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern jiġi imminat jekk il-miżuri u r-rimedji previsti jintużaw biex ikunu segwiti għanijiet illeġittimi inkompatibbli mal-objettivi ta’ din id-Direttiva. Għalhekk, huwa importanti li jiġi żgurat li l-awtoritajiet ġudizzjarji jkollhom is-setgħa li jissanzjonaw imġiba abbużiva mir-rikorrent li jaġixxi in mala fede u jippreżenta applikazzjonijiet manifestament bla bażi. Huwa importanti wkoll li l-miżuri u r-rimedji previsti m’għandhomx jirrestrinġu l-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni (li tinkludi l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja kif rifless fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea) jew attività ta' kxif ta' qerq. Għalhekk il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali m’għandhiex tiġi estiża għal każijiet fejn l-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali jservi l-interess pubbliku safejn hu kkonċernat l-iżvelar tal-kondotta jew l-għemil ħażin relevanti.

(12) Il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern jiġi imminat jekk il-miżuri u r-rimedji previsti jintużaw biex ikunu segwiti għanijiet illeġittimi, bħal ħolqien ta’ ostakli mhux ġustifikati għas-suq intern jew għall-mobilità tax-xogħol, li huma inkompatibbli mal-objettivi ta’ din id-Direttiva. Għalhekk, huwa importanti li jiġi żgurat li l-awtoritajiet ġudizzjarji jkollhom is-setgħa li jissanzjonaw imġiba abbużiva mir-rikorrent li jaġixxi in mala fede u jippreżenta applikazzjonijiet manifestament bla bażi. Huwa importanti wkoll li l-miżuri u r-rimedji previsti m’għandhomx jirrestrinġu l-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni (li tinkludi l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja kif rifless fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea) jew attività ta' kxif ta' qerq. Għalhekk il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali m’għandhiex tiġi estiża għal każijiet fejn l-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali jservi l-interess pubbliku safejn hu kkonċernat l-iżvelar tal-kondotta jew l-għemil ħażin relevanti.-{}-

 

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Iż-żieda fl-użu ta’ servizzi onlajn fuq l-internet biex isiru negozju u riċerka, il-ħżin ta’ aktar data kunfidenzjali f’postijiet ta’ ħażna virtwali, użu akbar tal-kummerċ elettroniku u d-diġitalizzazzjoni kollha kemm hi titlob li jkun hemm leġiżlazzjoni armonizzata madwar l-Unjoni, li tipproteġi l-użu miżapproprjat ta’ sigrieti kummerċjali, li min-naħa tagħha tiżgura l-fiduċja u l-protezzjoni fost in-negozji u l-konsumaturi u tippromwovi l-ħolqien tas-Suq Uniku Diġitali, li hu wieħed mill-fundamenti ta’ suq intern li jiffunzjona b’mod effettiv.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Fl-interess taċ-ċertezza legali u meta wieħed iqis li d-detenturi leġittimi tas-sigrieti kummerċjali huma mistennija li jeżerċitaw id-dmir li joqgħodu attenti fir-rigward tal-preservazzjoni tal-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali siewja tagħhom u l-monitoraġġ tal-użu tagħhom, jidher xieraq li wieħed jirrestrinġi l-possibbiltà li jinbdew azzjonijiet għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali għal perjodu limitat wara d-data li fiha d-detenturi tas-sigrieti kummerċjali jsiru jafu, jew ikollhom raġuni biex isiru jafu, bl-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali tas-sigriet kummerċjali tagħhom minn parti terza.

(13) Fl-interess li jiġi preservat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern tar-riċerka u l-innovazzjoni, taċ-ċertezza legali u meta wieħed iqis li d-detenturi leġittimi tas-sigrieti kummerċjali huma mistennija li jeżerċitaw id-dmir li joqgħodu attenti fir-rigward tal-preservazzjoni tal-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali siewja tagħhom u l-monitoraġġ tal-użu tagħhom, jidher xieraq li wieħed jirrestrinġi l-possibbiltà li jinbdew azzjonijiet għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali għal perjodu limitat wara d-data li fiha d-detenturi tas-sigrieti kummerċjali jsiru jafu, jew ikollhom raġuni biex isiru jafu, bl-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali tas-sigriet kummerċjali tagħhom minn parti terza.

Ġustifikazzjoni

L-impatt prattiku ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ sentejn huwa limitat minħabba li l-impriżi normalment jittrattaw il-miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali malajr billi jfittxu miżuri interim. Madankollu, huwa importanti li jiġi applikat perjodu ta’ limitazzjoni strett sabiex jiġu evitati l-abbużi li jistgħu jwasslu għal xkiel għall-innovazzjoni u jdewmu l-aċċess għas-suq intern.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Il-prospett li jitilfu l-kunfidenzjalità tas-sigriet kummerċjali matul proċeduri kontenzjużi spiss jiskoraġġixxi lid-detentur leġittimu tas-sigriet kummerċjali milli jibda proċeduri sabiex jiddefendi s-sigrieti kummerċjali, u dan jipperikola l-effikaċja tal-miżuri u r-rimedji previsti. Għal din ir-raġuni, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti, soġġett għal salvagwardji xierqa li jiżguraw id-dritt għal proċess ġust, rekwiżiti speċifiċi bil-għan li jipproteġu l-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali li jitressqu fil-kors ta’ proċedimenti legali istitwiti għad-difiża tiegħu. Dawn għandhom jinkludu l-possibbiltà li jiġi limitat l-aċċess għal provi jew seduti, jew li jiġu ppubblikati biss elementi mhux kunfidenzjali ta’ deċizjonijiet ġudizzjarji. Protezzjoni bħal din għandha tibqa’ fis-seħħ wara li jintemmu l-proċedimenti legali għat-tul ta’ żmien li fih l-informazzjoni li tkun koperta mis-sigriet kummerċjali ma tkunx fl-isfera pubblika.

(14) Il-prospett li jitilfu l-kunfidenzjalità tas-sigriet kummerċjali matul proċeduri kontenzjużi spiss jiskoraġġixxi lid-detentur leġittimu tas-sigriet kummerċjali milli jibda proċeduri sabiex jiddefendi s-sigrieti kummerċjali, u dan jipperikola l-effikaċja tal-miżuri u r-rimedji previsti. Għal din ir-raġuni, huwa neċessarju li jiġi stabbilit bilanċ bejn salvagwardji xierqa li jiżguraw id-dritt għal proċess ġust u rekwiżiti speċifiċi bil-għan li jipproteġu l-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali li jitressqu fil-kors ta’ proċedimenti legali istitwiti għad-difiża tiegħu. Dawn għandhom jinkludu l-possibbiltà li jiġi limitat l-aċċess għal provi jew seduti għal persuni mhux marbuta mal-partijiet, jew li jiġu ppubblikati biss elementi mhux kunfidenzjali ta’ deċizjonijiet ġudizzjarji. Biex jiġi żgurat aċċess għall-informazzjoni, f’każijiet fejn l-aċċess ikun limitat, għall-anqas persuna waħda minn kull parti u l-avukat rispettiv tagħha għandu jkollhom aċċess għall-provi u għas-seduti. Protezzjoni bħal din għandha tibqa’ fis-seħħ wara li jintemmu l-proċedimenti legali għat-tul ta’ żmien li fih l-informazzjoni li tkun koperta mis-sigriet kummerċjali ma tkunx fl-isfera pubblika.

Ġustifikazzjoni

Tagħmilha ċara li, sabiex jiġi rispettat id-dritt li l-partijiet għandhom għal proċess ġust, huma għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw bil-benefiċċju tal-informazzjoni meħtieġa u li dan ir-rekwiżit għandu jinġieb f’bilanċ mal-ħtieġa li tiġi protetta l-kunfidenzjalità ta’ sigrieti kummerċjali li magħhom il-proċedura tirrelata.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-akkwist illegali ta’ sigriet kummerċjali minn parti terza jista’ jkollu effetti devastanti fuq id-detentur leġittimu tiegħu minħabba li ġaladarba jiġi żvelat pubblikament ikun impossibbli għal dak id-detentur li jmur lura għas-sitwazzjoni ta' qabel it-telf tas-sigriet kummerċjali. Għalhekk, huwaessenzjali li jkun hemm provvediment għalmiżuri interim fil-pront u aċċessibbli għat-terminazzjoni immedjata tal-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali ta' sigriet kummerċjali. Tali rimedju għandu jkun disponibbli mingħajr ma wieħed ikollu għalfejn jistenna deċiżjoni dwar is-sustanza tal-każ, b’rispett dovut għad-drittijiet tad-difiża u l-prinċipju ta’ proporzjonalità filwaqt li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi tal-każ in kwistjoni. Garanziji ta’ livell għoli biżżejjed biex ikopru l-ispejjeż u l-ħsara kkawżata lill-intimat permezz ta’ talba mhux ġustifikata jistgħu jkunu meħtieġa wkoll, partikolarment fejn kull dewmien jista’ jikkawża danni irreparabbli għad-detentur leġittimu ta’ sigriet kummerċjali.

(15) L-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali minn parti terza jista’ jkollu effetti devastanti fuq id-detentur leġittimu tiegħu minħabba li ġaladarba jiġi żvelat pubblikament ikun impossibbli għal dak id-detentur li jmur lura għas-sitwazzjoni ta' qabel it-telf tas-sigriet kummerċjali. Għalhekk, huwaessenzjali li jkun hemm provvediment għalmiżuri interim fil-pront u aċċessibbli għat-terminazzjoni immedjata tal-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali ta' sigriet kummerċjali. Tali rimedju għandu jkun disponibbli mingħajr ma wieħed ikollu għalfejn jistenna deċiżjoni dwar is-sustanza tal-każ, b’rispett dovut għad-drittijiet tad-difiża u l-prinċipju ta’ proporzjonalità filwaqt li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi tal-każ in kwistjoni. Garanziji ta’ livell għoli biżżejjed biex ikopru l-ispejjeż u l-ħsara kkawżata lill-intimat permezz ta’ talba mhux ġustifikata jistgħu jkunu meħtieġa wkoll, partikolarment fejn kull dewmien jista’ jikkawża danni irreparabbli għad-detentur leġittimu ta’ sigriet kummerċjali.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Għall-istess raġuni, huwa importanti wkoll li jkun hemm disposizzjoni għal miżuri li jipprevjenu aktar użu jew żvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali. Sabiex il-miżuri projbittivi jkunu effettivi, it-tul ta’ żmien tagħhom, meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu limitu ta' żmien, għandu jkun biżżejjed biex jelimina kwalunkwe vantaġġ kummerċjali li l-parti terza setgħet tikseb mill-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali ta' sigriet kummerċjali. Fi kwalunkwe każ, l-ebda miżura ta’ dan it-tip ma għandha tkun infurzabbli jekk l-informazzjoni oriġinarjament koperta mis-sigriet kummerċjali hija fid-dominju pubbliku għal raġunijiet li ma jistgħux jiġu attribwiti lill-intimat.

(16) Għall-istess raġuni, huwa importanti wkoll li jkun hemm disposizzjoni għal miżuri li jipprevjenu aktar użu jew żvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali. Sabiex il-miżuri projbittivi jkunu effettivi, it-tul ta’ żmien tagħhom għandu jkun biżżejjed biex jelimina kwalunkwe vantaġġ kummerċjali li l-parti terza setgħet tikseb mill-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali u għandu jkun limitat fiż-żmien sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kompetizzjoni fis-suq intern. Fi kwalunkwe każ, l-ebda miżura ta’ dan it-tip ma għandha tkun infurzabbli jekk l-informazzjoni oriġinarjament koperta mis-sigriet kummerċjali hija fid-dominju pubbliku għal raġunijiet li ma jistgħux jiġu attribwiti lill-intimat.

Ġustifikazzjoni

Jekk il-konvenut ma jkunx għadu jibbenefika minn vantaġġ kummerċjali mill-miżapproprjazzjoni, l-estensjoni ulterjuri ta’ inġunzjoni sservi biss l-għan ta’ deterrent u sanzjonar filwaqt li sadattant qed tfixkel il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Sigriet kummerċjali jista' jiġu użat illegalment għad-disinn, il-manifattura jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' oġġetti, jew komponenti tagħhom, li jistgħu jinfirxu mas-suq intern kollu, u b’hekk jaffettwaw l-interessi kummerċjali tad-detentur tas-sigriet kummerċjali u l-funzjonament tas-suq intern. F’dawk il-każijiet u meta s-sigriet kummerċjali in kwistjoni għandu impatt sinifikanti fuq il-kwalità, il-valur jew il-prezz tal-oġġett riżultanti jew fuq it-tnaqqis tal-kost, l-iffaċilitar jew li it-tħaffif tal-manifattura tiegħu jew il-proċessi tal-kummerċjalizzazzjoni, huwa importanti li l-awtoritajiet ġudizzjarji jingħataw is-setgħa biex jordnaw miżuri xierqa bil-ħsieb li jiżguraw li dawk il-prodotti ma jitqegħdux fis-suq jew jitneħħew minnu. Meta tittieħed f’kunsiderazzjoni in-natura globali tal-kummerċ, huwa wkoll meħtieġ li dawn il-miżuri jinkludu l-projbizzjoni tal-importazzjoni ta’ dawk l-oġġetti fl-Unjoni jew il-ħażna tagħhom għall-għoti jew it-tqegħid tagħhom fis-suq. Wara li ġie kkunsidrat il-prinċipju tal-proporzjonalità, il-miżuri korrettivi ma għandhom neċessarjament iwasslu għall-qerda tal-oġġetti meta għażliet vijabbli oħra huma preżenti, bħal li wieħed iċaħħad lill-oġġett mill-kwalità tal-infrazzjoni tiegħu jew id-dispożizzjoni tal-oġġetti 'il barra mis-suq, pereżempju, permezz ta’ donazzjonijiet li minn organizzazzjonijiet tal-karità.

(17) Sigriet kummerċjali jista' jiġi użat illegalment għad-disinn, il-manifattura, l-iżvilupp jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' servizzi jew oġġetti, jew komponenti tagħhom, li jistgħu jinfirxu mas-suq intern kollu, u b’hekk jaffettwaw l-interessi kummerċjali tad-detentur tas-sigriet kummerċjali u l-funzjonament tas-suq intern. Fil-każijiet fejn ġie ppruvat akkwist illegali u meta s-sigriet kummerċjali in kwistjoni għandu impatt sinifikanti fuq il-kwalità, il-valur jew il-prezz tal-oġġett riżultanti jew fuq it-tnaqqis tal-kost, l-iffaċilitar jew li it-tħaffif tal-manifattura tiegħu jew il-proċessi tal-kummerċjalizzazzjoni, huwa importanti li l-awtoritajiet ġudizzjarji jingħataw is-setgħa biex jordnaw miżuri xierqa bil-ħsieb li jiżguraw li dawk il-prodotti ma jitqegħdux fis-suq jew jitneħħew minnu. Meta tittieħed f’kunsiderazzjoni in-natura globali tal-kummerċ, huwa wkoll meħtieġ li dawn il-miżuri jinkludu l-projbizzjoni tal-importazzjoni ta’ dawk l-oġġetti fl-Unjoni jew il-ħażna tagħhom għall-għoti jew it-tqegħid tagħhom fis-suq. Wara li ġie kkunsidrat il-prinċipju tal-proporzjonalità, il-miżuri korrettivi ma għandhom neċessarjament iwasslu għall-qerda tal-oġġetti meta għażliet vijabbli oħra huma preżenti, bħal li wieħed iċaħħad lill-oġġett mill-kwalità tal-infrazzjoni tiegħu jew id-dispożizzjoni tal-oġġetti 'il barra mis-suq, pereżempju, permezz ta’ donazzjonijiet li minn organizzazzjonijiet tal-karità.-{}-

Ġustifikazzjoni

Hemm il-ħtieġa li jkun iċċarat li l-miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali biex jiżviluppaw servizzi hija koperta minn din id-Direttiva

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Sabiex jiġi evitat li persuna li konxjament, jew li kellha raġunijiet serji biex tkun taf, takkwista, tuża jew tiżvela illegalment sigriet kummerċjali tibbenefika minn kondotta ta’ dan it-tip u biex jiġi żgurat li detentur ta' sigriet kummerċjali danneġġjat, sa fejn ikun possibbli, jitqiegħed f'pożizzjoni li fiha kien ikun li kieku l-kondotta ma seħħitx, huwa meħtieġ li jkun hemm provvediment għal kumpens adegwat tal-preġudizzju li sofra bħala riżultat ta’ kondotta illegali. L-ammont ta’ danni mogħtija lil detentur ta’ sigriet kummerċjali danneġġjat għandu jqis il-fatturi pertinenti kollha, bħal telf ta’ dħul imġarrab mid-detentur ta' sigriet kummerċjali jew qligħ inġust li jkun għamel il-kontraventur u, fejn xieraq, kwalunkwe preġudizzju morali ikkawżat lid-detentur ta' sigriet kummerċjali. Bħala alternattiva, pereżempju fejn, meta wieħed iqis in-natura intanġibbli tas-sigrieti kummerċjali, jkun diffiċli li wieħed jiddetermina l-ammont tal-preġudizzju attwali li ġie soffert, l-ammont tad-danni jista' joħroġ minn elementi bħar-royalties jew il-miżati li kienu jkunu dovuti kieku l-kontraventur kien talab l-awtorizzazzjoni biex juża s-sigriet kummerċjali in kwistjoni. L-għan huwa li ma tiġix introdotta obbligazzjoni biex tipprovdi għall-ħsara punitiva imma biex tiżgura kumpens ibbażat fuq kriterji oġġettivi waqt li tikkunsidra l-ispejjeż li jkun bata d-detentur tas-sigriet kummerċjali, bħall-ispejjeż ta' identifikazzjoni u riċerka.

(19) Sabiex jiġi evitat li persuna li konxjament, jew li kellha raġunijiet serji biex tkun taf, takkwista, tuża jew tiżvela illegalment sigriet kummerċjali tibbenefika minn kondotta ta’ dan it-tip u biex jiġi żgurat li detentur ta' sigriet kummerċjali danneġġjat, sa fejn ikun possibbli, jitqiegħed f'pożizzjoni li fiha kien ikun li kieku l-kondotta ma seħħitx, huwa meħtieġ li jkun hemm provvediment għal kumpens adegwat tal-preġudizzju li sofra bħala riżultat ta’ kondotta illegali. L-ammont ta’ danni mogħtija lil detentur ta’ sigriet kummerċjali danneġġjat għandu jqis il-fatturi pertinenti kollha, bħal telf ta’ dħul imġarrab mid-detentur ta' sigriet kummerċjali jew qligħ inġust li jkun għamel il-kontraventur u, meta d-detentur tas-sigriet kummerċjali jkun persuna fiżika, kwalunkwe preġudizzju morali ikkawżat lid-detentur ta' sigriet kummerċjali. Bħala alternattiva, pereżempju fejn, meta wieħed iqis in-natura intanġibbli tas-sigrieti kummerċjali, jkun diffiċli li wieħed jiddetermina l-ammont tal-preġudizzju attwali li ġie soffert, l-ammont tad-danni jista' joħroġ minn elementi bħar-royalties jew il-miżati li kienu jkunu dovuti kieku l-kontraventur kien talab l-awtorizzazzjoni biex juża s-sigriet kummerċjali in kwistjoni. L-għan huwa li ma tiġix introdotta obbligazzjoni biex tipprovdi għall-ħsara punitiva imma biex tiżgura kumpens ibbażat fuq kriterji oġġettivi waqt li tikkunsidra l-ispejjeż li jkun bata d-detentur tas-sigriet kummerċjali, bħall-ispejjeż ta' identifikazzjoni u riċerka.

Ġustifikazzjoni

Hemm il-ħtieġa li jkun iċċarat li persuni fiżiċi biss jistgħu jitolbu kumpens għad-danni ta’ preġudizzju morali

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Sabiex ikun hemm deterrent supplimentari kontra l-kontraventuri futuri u biex ikun hemm kontribut għal kuxjenza tal-pubbliku ġenerali, huwa utli li wieħed jippubbliċizza deċiżjonijiet, inkluż, fejn xieraq, permezz ta’ reklami prominenti, f’każijiet li jikkonċernaw l-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali tas-sigrieti kummerċjali, sakemm din il-pubblikazzjoni ma tirriżultax fl-iżvelar tas-sigrieti kummerċjali u lanqas ma teffettwa b’mod sproporzjonat il-privatezza u r-reputazzjoni ta’ persuni fiżiċi.

(20) Sabiex ikun hemm deterrent supplimentari kontra l-kontraventuri futuri u biex ikun hemm kontribut għal kuxjenza tal-pubbliku ġenerali, huwa utli li wieħed jippubbliċizza deċiżjonijiet, inkluż, fejn xieraq, permezz ta’ reklami prominenti, f’każijiet li jikkonċernaw l-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali tas-sigrieti kummerċjali, sakemm din il-pubblikazzjoni ma tirriżultax fl-iżvelar tas-sigrieti kummerċjali u lanqas ma teffettwa b’mod sproporzjonat il-privatezza u r-reputazzjoni ta’ persuni fiżiċi. Hemm ukoll ħtieġa sabiex titqajjem kuxjenza, speċjalment għal negozji żgħar u ta’ daqs medju, dwar id-disponibbiltà ta’ rikors u rimedji f’każijiet ta’ akkwist, użu jew żvelar illegali ta’ sigrieti kummerċjali.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Sabiex tiġi ffaċilita l-applikazzjoni uniformi tal-miżuri għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali, huwa xieraq li jiġu pprovduti sistemi ta’ kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, fuq naħa waħda, u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fuq in-naħa l-oħra, b’mod partikolari bil-ħolqien ta’ netwerk ta’ korrispondenti maħtura mill-Istati Membri. Barra minn hekk, bil-għan li jiġi rieżaminat jekk dawn il-miżuri jissodisfawx l-għanijiet maħsuba għalihom, il-Kummissjoni, megħjuna, kif xieraq, mill-Osservatorju Ewropew dwar il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandha teżamina l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u l-effettività tal-miżuri nazzjonali meħuda.

(22) Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni uniformi tal-miżuri għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali, huwa xieraq li jiġu użati sistemi eżistenti ta’ kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, fuq naħa waħda, u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fuq in-naħa l-oħra. Barra minn hekk, bil-għan li jiġi rieżaminat jekk dawn il-miżuri jissodisfawx l-għanijiet maħsuba għalihom, il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u l-effettività tal-miżuri nazzjonali meħuda.

Ġustifikazzjoni

Billi sigriet kummerċjali mhuwiex ikkunsidrat bħala dritt ta’ proprjetà intellettwali u huwa protett f’kuntest ta’ kompetizzjoni inġusta, l-EOIIPR ma jidhirx li huwa l-iktar korp adatt biex jgħin lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jużaw netwerks eżistenti ta’ kooperazzjoni u informazzjoni u ma joħolqux oħrajn ġodda, sabiex jillimitaw il-piż amministrattiv

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, il-libertà tal-għażla tal-mestier u d-dritt għax-xogħol, il-libertà li wieħed ikollu negozju, id-dritt għal proprjetà, id-dritt għal amministrazzjoni tajba, aċċess għall-fajl u l-preservazzjoni tas-segretezza tan-negozju, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust u d-dritt għal difiża.

(23) L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tiżgura li tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, il-libertà tal-għażla tal-mestier u d-dritt għax-xogħol, il-libertà li wieħed ikollu negozju, id-dritt għal proprjetà, id-dritt għal amministrazzjoni tajba, aċċess għall-fajl u l-preservazzjoni tas-segretezza tan-negozju, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust u d-dritt għal difiża. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw, jekk l-iżvelar ta’ informazzjoni li għadha ma ġietx żvelata huwa fl-interess prevalenti tal-pubbliku jew jista’ jitqies bħala dritt fundamentali.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-liġi tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva m'għandhomx ikunu użati biex jirrestrinġu l-kompetizzjoni mingħajr bżonn f'manjiera li jmur kontra dak it-Trattat.

(27) Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-liġi tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva m’għandhomx ikunu użati biex jirrestrinġu b’mod inġust il-kompetizzjoni, idewmu l-aċċess għas-suq intern, u joħolqu ostakli għall-mobilità tax-xogħol f’manjiera li tmur kontra dak it-Trattat.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 27a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a) Din id-Direttiva mhix se taffettwa l-applikazzjoni tal-moviment liberu tal-ħaddiema u l-libertà ta’ stabbiliment. Lanqas ma għandha taffettwa d-dritt tar-rappreżentanti tal-ħaddiema għall-ksib u l-iżvelar ta’ sigrieti kummerċjali fil-kuntest tal-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom għall-informazzjoni, il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni f’konformità mad-dritt u l-prattiki tal-Unjoni u dawk nazzjonali.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Il-miżuri adottati sabiex iħarsu l-akkwist, l-iżvelar u l-użu illegali tas-sigrieti kummerċjali ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe liġi oħra rilevanti f’oqsma oħra inklużi d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-privatezza, l-aċċess għad-dokumenti u liġi ta’ kuntratt. Madankollu, fejn l-ambitu tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-ambitu ta’ din id-Direttiva jidħlu f’xulxin, din id-Direttiva tieħu preċedenza bħala lex specialis.

(28) Il-miżuri adottati sabiex iħarsu l-akkwist, l-iżvelar u l-użu illegali tas-sigrieti kummerċjali ma għandhom jaffettwaw l-applikazzjoni ta’ ebda liġi oħra rilevanti f’oqsma oħra inklużi l-protezzjoni tal-ambjent u r-responsabbiltà ambjentali, il-protezzjoni tal-konsumatur, ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza, il-protezzjoni tas-saħħa, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-privatezza, l-aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni, u l-liġi kuntrattwali. Madankollu, fejn l-ambitu tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-ambitu ta’ din id-Direttiva jidħlu f’xulxin, din id-Direttiva tieħu preċedenza bħala lex specialis.

__________________

__________________

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/48/KE tad-29 ta' April 2004 dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L157, 30.4.2004, p.45).

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/48/KE tad-29 ta' April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistipula regoli dwar il-protezzjoni kontra l-akkwist, l-iżvelar u l-użu illegali tas-sigrieti kummerċjali.

Din id-Direttiva tistipula regoli dwar il-protezzjoni kontra l-akkwist, l-iżvelar u l-użu illegali taʼ informazzjoni taʼ know-how u tan-negozju mhux żvelati (sigrieti kummerċjali), mingħajr l-awtorizzazzjoni taʼ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu f'kontroll legali ta' tali informazzjoni, u bʼmod li jmur kontra prattiki kummerċjali onesti. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu dispożizzjonijiet b’effett aktar estensiv, sakemm tkun żgurata l-konformità mal-Artikoli 4 u 5, l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1), l-Artikolu 8(3) u (4), l-Artikolu 9(2), l-Artikoli 10 u 12 u l-Artikolu 14(3).

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kwalunkwe informazzjoni li għandha tiġi żvelata skont ir-regoli tal-Unjoni jew dawk nazzjonali jew minn awtoritajiet pubbliċi fi ħdan il-kuntest taʼ mandat tagħhom mʼgħandhiex taqaʼ fil-kamp taʼ applikazzjoni taʼ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Din il-kjarifika tal-ambitu hija meħtieġa sabiex ikun evitat li kumpaniji jaħarbu minn obbligi marbuta mal-iżvelar taʼ informazzjoni li hija stabbilita mil-liġi fl-Istati Membri jew fl-Unjoni permezz taʼ pretensjoni taʼ “sigriet kummerċjali”.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tas-sħab soċjali u d-dritt tagħhom li jidħlu fi ftehimiet kollettivi skont it-tradizzjonijiet, il-prattiki u l-liġi nazzjonali, u filwaqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tat-Trattat.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) 'sigriet kummerċjali' jfisser informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(1) 'sigriet kummerċjali' jfisser informazzjoni taʼ know-how u tan-negozju mhux żvelata li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) hu sigriet fis-sens li mhux, bħala korp jew fil-konfigurazzjoni preċiża u l-assemblaġġ tal-komponenti tiegħu, magħruf ġeneralment jew aċċessibbli b'mod faċli lill-persuni li ġeneralment jitrattaw din it-tip ta' informazzjoni;

(a) hu sigriet fis-sens li mhux, bħala korp jew fil-konfigurazzjoni preċiża u l-assemblaġġ tal-komponenti tiegħu, magħruf jew aċċessibbli b'mod faċli għall-persuni li ġeneralment jitrattaw din it-tip ta' informazzjoni;-{}-

 

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

(b) għandu valur kummerċjali minħabba li hu sigriet;

(b) għandu valur kummerċjali sinifikanti attwali jew potenzjali minħabba li hu sigriet u għaliex l-iżvelar tiegħu jistaʼ jkun taʼ ħsara sinifikanti għall-interess ekonomiku leġittimu tal-persuna li legalment tikkontrollah;

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 –punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) kien soġġett għal passi raġonevoli taħt iċ-ċirkostanzi, mill-persuna li għandha l-kontroll legali ta' l-informazzjoni, biex jinżamm sigriet.

(c) kien soġġett għal passi raġonevoli u dimostrabbli, mill-persuna li għandha l-kontroll legali ta' l-informazzjoni, biex jinżamm sigriet, permezz ta’ mezzi (inklużi dawk tekniċi u kuntrattwali) li jistgħu ikunu verifikabbli mill-awtoritajiet ġudizzjarji relevanti kompetenti.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) 'detentur tas-sigriet kummerċjali' jfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li legalment tikkontrolla sigriet kummerċjali;

(2) 'detentur tas-sigriet kummerċjali' jfisser kwalunkwe operatur tas-suq irreġistrat u stabbilit legalment li jikkontrolla sigriet kummerċjali

Ġustifikazzjoni

Kontroll fuq sigriet kummerċjali għandu jiġi stabbilit b’mod korrett fil-liġi, sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda sigriet kummerċjali ‘sigriet’.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) 'kontraventur' tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun akkwistat, użat jew żvelat illegalment sigrieti kummerċjali;

(3) ‘trasgressur’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, direttament jew permezz ta’ terza persuna, tkun akkwistat, użat jew żvelat sigrieti kummerċjali, b’mod li jmur kontra prattiki kummerċjali onesti;

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) 'oġġetti kontraventorji' tfisser oġġetti li d-disinn, il-kwalità, il-proċess ta’ fabbrikazzjoni jew kummerċjalizzazzjoni tagħhom b’mod sinifikanti jibbenefikaw minn sigrieti kummerċjali akkwistati, użati jew żvelati illegalment.

(4) 'oġġetti illegali' tfisser prodotti jew servizzi li d-disinn, il-karatteristiċi, il-proċess ta’ fabbrikazzjoni jew kummerċjalizzazzjoni tagħhom ikunu ppruvati li jkunu bbenifika minn sigrieti kummerċjali akkwistati, użati jew żvelati illegalment.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detenturi tas-sigrieti kummerċjali huma intitolati japplikaw għall-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji stipulati f’din id-Direttiva biex jipprevjenu, jew jiksbu rimedju għall-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali, ta’ sigriet kummerċjali.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni fiżiċi jew ġuridiċi li legalment jikkontrollaw sigriet kummerċjali huma intitolati japplikaw għall-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji stipulati f’din id-Direttiva biex jiksbu rimedju għall-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali, ta’ sigriet kummerċjali.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda preċedenti dwar id-definizzjoni taʼ “detentur”. L-użu taʼ “detentur” toħloq konfużjoni u hi bla bżonn minħabba li twassal għall-kunċett taʼ sjieda taʼ drittijiet taʼ proprjetà intellettwali, li mhuwiex dak li jikkostitwixxu s-sigrieti kummerċjali. L-użu tal-frażi “kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li legalment tikkontrolla sigriet kummerċjali” hija aktar preċiża, u nipproponu li tintuża din il-frażi fit-test kollu.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-akkwist ta’ sigriet kummerċjali mingħajr il-kunsens tad-detentur tas-sigriet kummerċjali għandu jkun meqjus bħala illegali kull meta jitwettaq intenzjonalment jew minħabba negliġenza sejra bi:

2. L-akkwist ta’ sigriet kummerċjali mingħajr il-kunsens tad-detentur tas-sigriet kummerċjali għandu jkun meqjus bħala illegali kull meta jitwettaq intenzjonalment bi:

Ġustifikazzjoni

Fil-kuntest ta’ din il-proposta t-terminu “negliġenza serja” ma għandux ikun aktar ċar dwar kif se jiġu infurzati b’mod uniformi mill-awtoritajiet kompetenti ġudizzjarji

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) aċċess mhux awtorizzat, jew kopja ta’ kwalunkwe dokument, oġġett, materjal, sustanza jew fajl elettroniku, legalment taħt il-kontroll tad-detentur tas-sigriet kummerċjali, li fihom sigrieti kummerċjali jew li minnhom wieħed jista’ jiddeduċi sigrieti kummerċjali;

(a) aċċess mhux awtorizzat, l-ikkuppjar jew l-approprjazzjoni ta’ kwalunkwe sigriet kummerċjali, jekk fil-forma ta’ dokument, oġġett, materjal, sustanza jew fajl elettroniku, legalment taħt il-kontroll tad-detentur tas-sigriet kummerċjali, li fihom sigrieti kummerċjali jew li minnhom wieħed jista’ jiddeduċi sigrieti kummerċjali;

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) serq;

imħassar

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) tixħim;

imħassar

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) qerq;

imħassar

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) ksur jew persważjoni għal ksur ta' ftehim ta’ kunfidenzjalità jew kwalunkwe dmir ieħor biex tinżamm segretezza;

(e) ksur jew persważjoni għal ksur ta' ftehim biex tinżamm kunfidenzjalità;

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) kwalunkwe mġieba oħra li, taħt iċ-ċirkostanzi, hija kkunsidrata kuntrarja għall-prattika kummerċjali onesta.

(f) mġiba kkunsidrata kuntrarja għall-prattiki kummerċjali onesti.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-użu jew l-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali għandu jitqies bħala illeġittimu kull meta jitwettaq, mingħajr il-kunsens tad-detentur tas-sigriet kummerċjali, intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja, minn persuna nstab li tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

3. L-użu jew l-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali għandu jitqies bħala illeġittimu kull meta jitwettaq, mingħajr il-kunsens tal-persuna fiżika jew ġuridika li legalment tikkontrolla sigriet kummerċjali, intenzjonalment u bil-għan li tikseb gwadan jew vantaġġ ekonomiku jew li tikkawża ħsara ekonomika lill-persuna li legalment tikkontrollah jew minħabba negliġenza serja, minn persuna li jinstab li tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

L-intenzjoni li tkun involut fi prattika kummerċjali diżonesta, għall-kuntrarju li tagħmel użu minn interess pubbliku leġittimu sabiex tikseb aċċess għall-informazzjoni, għandha tkun marbuta intrinsikament mad-definizzjoni taʼ meta akkwist ikun illegali.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) akkwistat is-sigriet kummerċjali illegalment;

(a) akkwistat u użat jew żvelat is-sigriet kummerċjali illegalment;

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tkun qed tikser ftehim ta’ kunfidenzjalità jew kwalunkwe dover ieħor biex iżomm is-segretezza tas-sigriet kummerċjali;

(b) tkun qed tikser ftehim ta’ kunfidenzjalità legalment validu skont id-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni jew kwalunkwe dover ieħor biex jillimita l-użu jew l-iżvelar tas-sigriet kummerċjali;

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) tkun qed tikser kuntratt jew kul dover ieħor li tillimita l-użu tas-sigriet kummerċjali.-{}-

 

(c) tkun qed tikser dover kuntrattwali legalment validu li jillimita l-użu jew l-iżvelar tas-sigriet kummerċjali.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) takkwista s-sigriet kummerċjali legalment iżda tuża jew tiżvela dan b’mod li jmur kontra l-prattiki kummerċjali onesti u li x’aktarx jippreġudika l-interessi kummerċjali tal-persuna legalment fil-kontroll tas-sigriet kummerċjali u/jew il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern.

Ġustifikazzjoni

L-akkwist, l-użu jew l-iżvelar legali mhumiex konnessi b’mod sistematiku u jistgħu, fil-prattika, jiġu segwiti minn użu mill-ġdid jew żvelar mill-ġdid illegali.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 3 ma jillimitawx arbitrarjament l-użu tal-esperjenza miksuba b’mod onest permezz ta’ impjieg jew xi relazzjoni kuntrattwali oħra. Ir-regoli dwar il-ftehimiet kollettivi u s-sistemi tal-liġi tax-xogħol nazzjonali ma għandhomx jiġu affettwati.

Ġustifikazzjoni

L-użu tal-esperjenza professjonali ma għandux jiġi ristrett b’mod arbitrarju, b’tali mod li ma joħloqx ostaklu għall-mobilità tal-ħaddiema.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-użu jew l-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali għandhom ukoll ikunu meqjusa bħala illegali kull meta persuna, waqt l-użu jew l-iżvelar, kienet taf jew fiċ-ċirkostanzi kellha tkun taf li sigriet kummerċjali inkiseb minn persuna oħra li kienet qed tuża jew tiżvela sigriet kummerċjali b’mod illegali fis-sens tal-paragrafu 3.

4. L-użu jew l-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali għandhom ukoll ikunu meqjusa bħala illegali kull meta persuna, waqt l-użu jew l-iżvelar, kienet taf jew fiċ-ċirkostanzi kellha tkun taf li sigriet kummerċjali nkiseb direttament jew indirettament minn persuna oħra li kienet qed tuża jew tiżvela sigriet kummerċjali b’mod illegali fis-sens tal-paragrafu 3.

Ġustifikazzjoni

Id-detenturi tas-sigrieti kummerċjali għandhom ikunu jistgħu jieħdu azzjoni kontra kwalunkwe persuna li tkun irċeviet informazzjoni li kienet miksuba b’mod illegali.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-produzzjoni konxja jew volontarja, l-offerta jew it-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti kontraventorji, jew l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew il-ħażna tal-oġġetti kontraventorji għal dawk il-finijiet, għandha titqies bħala użu illegali ta’ sigriet kummerċjali.-{}-

 

5. Il-produzzjoni, l-offerta jew it-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti kontraventorji, jew l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew il-ħażna tal-oġġetti kontraventorji għal dawk il-finijiet, għandhom ukoll ikunu kkunsidrati bħala użu illegali ta’ sigriet kummerċjali meta l-persuna li twettaq attivitajiet bħal dawn kienet taf, jew kellha, taħt iċ-ċirkostanzi, tkun taf li s-sigriet kummerċjali nkiseb, intuża jew ġie żvelat illegalment skont it-tifsira tal-paragrafu 3.

Ġustifikazzjoni

L-għarfien minn qabel għandu jkun il-kriterju li jiddetermina jekk l-aġir ta’ riċevituri passivi ta’ informazzjoni huwiex illegali.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-akkwist tas-sigrieti kummerċjali għandu jiġi meqjus bħala legali meta jinkiseb permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:

1. Sigrieti kummerċjali m’għandhomx jitqiesu li jkopru informazzjoni miksuba bħala riżultat ta’:

Ġustifikazzjoni

Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandhom jiġu rreġistrati f’forma oħra għajr sigrieti kummerċjali, għaliex, kif jirriżulta mid-definizzjoni, kemm il-privattivi eżistenti u dawk potenzjali, id-disinni industrijali u tal-awtur ma għandhomx ikunu soġġetti għal segretezza kummerċjali.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) kuntratt kummerċjali bejn il-persuna li legalment tikkontrolla s-sigriet kummerċjali u akkwirent;

Ġustifikazzjoni

L-aktar mod komuni taʼ akkwist taʼ sigriet kummerċjali huwa l-mod kummerċjali sempliċi kif ikkonfermat mill-istudju taʼ valutazzjoni tal-impatt: 60 % tal-intrapriżi jiskambjaw sigrieti kummerċjali.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) skoperta jew kreazzjoni indipendenti;

(a) skoperti teknoloġiċi indipendenti u disinni jew manifattura indipendenti ta’ oġġetti b’karatteristiċi li huma identiċi jew simili għal dawk imqiegħda fis-suq minn detenturi tas-sigrieti kummerċjali;

Ġustifikazzjoni

Jekk is-segretezza kummerċjali hija ristretta biss għall-attivitajiet relatati mas-suq u mal-kummerċ u elementi ta’ proprjetà intellettwali eżistenti jew potenzjali huma esklużi mid-definizzjoni, l-ebda skoperta indipendenti jew innovazzjoni ma tista’ tkun is-suġġett ta’ akkuża ta’ ksur ta’ sigriet kummerċjali.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b-{}-

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) osservazzjoni, studju, żarmar jew test ta’ prodott jew oġġett li jkun sar disponibbli għall-pubbliku jew li huwa legalment fil-pussess tal-akkwirent tal-informazzjoni;

(b) osservazzjoni, studju, żarmar jew test ta’ prodott jew oġġett li jkun sar disponibbli għall-pubbliku jew li huwa legalment fil-pussess ta’ persuna fiżika jew operatur fis-suq b’aċċess għal skoperti teknoloġiċi indipendenti u disinni u prodotti mmanifatturati fuq il-bażi tagħhom;

Ġustifikazzjoni

Il-fatt li negozju wieħed ikollu sigriet kummerċjali ma għandux ifixkel l-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp ta’ negozju ieħor fejn il-progress teknoloġiku huwa kkonċernat.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) eżerċizzju tad-dritt tar-rappreżentanti tal-ħaddiema għal tagħrif u konsultazzjoni f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali u/jew ta’ ċerti prattiki;

(c) eżerċizzju tad-dritt tal-ħaddiema jew tar-rappreżentanti tal-ħaddiema għal tagħrif, konsultazzjoni u parteċipazzjoni f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali u/jew ta’ ċerti prattiki;

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) meħtieġ jew awtorizzat minn istituzzjonijiet pubbliċi li jwettqu l-mandat tagħhom f’konformità mad-dritt nazzjonali u d-dritt tal-Unjoni

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) l-għarfien, il-kwalifiki u l-ħiliet miksuba mill-ħaddiema f'xogħol preċedenti. L-obbligi ta’ kuntratti u azzjonijiet oħra li jistgħu jillimitaw l-użu ta’ tali għarfien għandhom jikkonformaw mal-prinċipju ta’ proporzjonalità fl-interess tal-innovazzjoni u l-kompetizzjoni ħielsa.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc) twettiq tar-rekwiżiti ta’ responsabbiltà imposti fuq il-bordijiet tad-diretturi jew bordijiet superviżorji;

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li m’hemmx dritt għall-applikazzjoni għall-miżuri, l-proċeduri u r-rimedji stipulati f’din id-Direttiva meta l-allegat akkwist, użu jew żvelar ta’ sigriet kummerċjali twettaq fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

2. L-akkwist, l-użu u l-iżvelar taʼ sigrieti kummerċjali għandu jiġi kkunsidrat legali sa fejn l-allegat akkwist, użu jew żvelar ta’ sigriet kummerċjali jkun twettaq fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) biex isir użu leġittimu mid-dritt tal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni;

(a) biex isir użu leġittimu mid-dritt tal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni kif rifless fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) għall-iskop tinkixef il-kondotta ħażina, l-għemil ħażin jew attività illegali tal-applikant, sakemm l-allegat akkwist, użu jew żvelar ta’ sigriet kummerċjali kien meħtieġ għal dik ir-rivelazzjoni u li l-intimat aġixxa fl-interess pubbliku;

(b) l-iskop li tinkixef il-kondotta ħażina, l-għemil ħażin jew attività illegali tal-applikant, b’mod xieraq, sakemm l-akkużat, mingħajr ma jkun negliġenti, jista’ jassumi li l-allegat akkwist, użu jew żvelar ta’ sigriet kummerċjali kien meħtieġ għal dik ir-rivelazzjoni;

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) meta jiġu sodisfatti t-termini tal-kuntratt taʼ impjieg tal-ħaddiema;

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) għall-iskop tal-protezzjoni ta' interess leġittimu.

(e) għall-iskop tal-protezzjoni ta’ interess leġittimu, kif rikonoxxut mid-dritt tal-Unjoni jew id-dritt nazzjonali.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) bil-għan tal-protezzjoni tal-ordni pubblika, inkluża l-protezzjoni tal-ħajja jew is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti jew sabiex tkun evitata ħsara serja lill-ambjent.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tkun evitata l-inċertezza bejn il-supremazija tal-liġi, l-aċċess għall-informazzjoni, bil-għan li jkun żgurat livell għoli taʼ protezzjoni soċjali u ambjentali. għandu jkun stabbilit bʼmod ċar bħala akkwist legali.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb) l-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali lill-membri ta’ bordijiet ta’ diretturi jew bordijiet superviżorji ta’ kumpaniji mhux elenkati fit-twettiq tar-rekwiżiti tar-responsabbiltà

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt ec (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ec) is-sigriet kummerċjali huwa mitlub u/jew żvelat minn istituzzjoni pubblika skont il-mandat tagħha, kif mitlub jew permess mid-dritt nazzjonali jew mid-dritt tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-intrapriżi mʼgħandhomx ikunu jistgħu jopponu l-allegazzjoni taʼ “sigriet kummerċjali” meta kkonfrontati bʼtalbiet għal informazzjoni li huma meħtieġa mil-liġi u minn istituzzjonijiet pubbliċi fit-twettiq tal-mandat tagħhom. Jeżistu ħafna eżempji taʼ prattika bħal din u sikwit l-awtoritajiet jew l-istituzzjonijiet pubbliċi , bʼmod speċjali fil-livell lokali, ma jkollhomx il-kapaċità biex jirrispondu għar-rifjut għall-iżvelar taʼ informazzjoni.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) huwa proporzjonat;

(a) huwa proporzjonat mad-detriment ekonomiku mġarrab mid-detentur tas-sigriet kummerċjali;

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jevita l-ħolqien ta' xkiel għall-kummerċ leġittimu fis-suq intern;

(b) jevita l-ħolqien taʼ xkiel għall-kummerċ leġittimu, u restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni u l-mobilità tal-ħaddiema fis-suq intern;

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jipprovdi salvagwardji kontra l-abbuż.

(c) jipprovdi salvagwardji kontra l-abbuż, li jiżguraw kumpens tal-intimati f’każ ta’ akkużi abbużivi jew inġusti.

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) jiżgura li l-oneru tal-prova li s-sigriet kummerċjali ġie akkwistat illegalment jinġarrt mill-persuna li legalment tikkontrolla s-sigriet kummerċjali u li l-ebda eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 4 ma tapplika.

Ġustifikazzjoni

Il-protezzjoni taʼ sigrieti kummerċjali ma toħloq l-ebda dritt proprjetarju, għalhekk il-protezzjoni hija kontra n-natura illegali tal-akkwist. Dan ifisser li l-persuna li legalment tikkontrolla l-informazzjoni mhux żvelata għandha ġġorr il-piż tal-prova tal-fatt li dan l-akkwist kien fil-fatt illegali, u l-ebda eċċezzjoni ma tapplika. Jekk le, din il-persuna tgawdi minn dritt proprejtarju de facto.

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jiddeterminaw li talba li tikkonċerna l-akkwist, l-iżvelar jew l-użu illegali ta’ sigriet kummerċjali tkun manifestament infondata u l-applikant jinstab li ta bidu għal proċedimenti legali in mala fede bil-għan li jdewwem jew jirrestrinġi l-aċċess tal-intimat għas-suq jew inkella li jintimida jew jiffastidja lill-intimat, dawn l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandhom ikunu intitolati li jieħdu l-miżuri li ġejjin:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jiddeterminaw li talba li tikkonċerna l-akkwist, l-iżvelar jew l-użu illegali ta’ sigriet kummerċjali tkun infondata u l-applikant jinstab li ta bidu għal proċedimenti legali in mala fede bil-għan li jdewwem jew jirrestrinġi l-aċċess tal-intimat għas-suq jew inkella li jintimida jew jiffastidja lill-intimat, jew li jipprevjeni l-iżvelar taʼ informazzjoni taʼ interess pubbliku, dawn l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandhom ikunu intitolati li jieħdu l-miżuri li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Miżuri sabiex jiġu ssanzjonati allegazzjonijiet mhux fondati għandhom japplikaw għall-każijiet kollha (kif enfasizzat fl-Artikolu 4) fejn l-akkwist, l-iżvelar jew l-użu huma meqjusa legali.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) jipprovdu għal kumpens sħiħ għad-danni u t-telf ekonomiku li jkun ġarrab, jekk ikun hemm, kif ukoll għall-ħsara morali potenzjali għal dak li allegatament jikseb aċċess għal, jakkwista jew juża illegalment is-sigrieti kummerċjali.

Ġustifikazzjoni

Kumpens proporzjonat għandu jkun żgurat għal dawk akkużati inġustament.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet għall-applikazzjoni tal-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji stipulati f’din id-Direttiva jistgħu jinġiebu f’tal-anqas sena waħda imma mhux aktar minn sentejn wara d-data li fiha l-applikant sar jaf, jew kellu raġuni biex isir konxju, tal-aħħar fatt li jagħti lok għall-azzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet għall-applikazzjoni tal-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji stipulati f’din id-Direttiva jistgħu jinġiebu fi żmien mhux aktar minn sentejn wara d-data li fiha l-applikant ikun sar jaf, jew ikollu raġuni biex isir konxju, tal-aħħar fatt li jagħti lok għall-azzjoni.

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati jistipulaw regoli li jiddeterminaw iċ-ċirkostanzi li taħthom il-perjodu taʼ limitazzjoni jitwaqqaf jew jiġi sospiż.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet, ir-rappreżentanti legali tagħhom, l-uffiċjali tal-qorti, xhieda, esperti u kull persuna oħra li tkun qed tipparteċipa fi proċeduri legali dwar l-akkwist l-użu jew l-iżvelar illegali, ta’ sigriet kummerċjali, jew min għandu aċċess għal dokumenti li jiffurmaw parti minn dawk il-proċedimenti legali, m’għandux jitħalla juża jew jiżvela kwalunkwe sigriet kummerċjali jew allegat sigriet kummerċjali li sar jaf bih bħala riżultat ta’ tali parteċipazzjoni jew aċċess.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet, ir-rappreżentanti legali tagħhom, l-uffiċjali tal-qorti, ix-xhieda, l-esperti u kull persuna oħra li tkun qed tipparteċipa fi proċeduri legali dwar l-akkwist l-użu jew l-iżvelar illegali, ta’ sigriet kummerċjali, jew min għandu aċċess għal dokumenti li jiffurmaw parti minn dawk il-proċedimenti legali, m’għandu jitħalla juża jew jiżvela ebda sigriet kummerċjali jew allegat sigriet kummerċjali li l-awtoritajiet kompetenti ġudizzjarji identifikaw bħala kunfidenzjali wara konsultazzjoni mal-partijiet u li saru jafu bih bħala riżultat ta’ tali parteċipazzjoni jew aċċess.

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu ma jibqax jeżisti f’xi waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin:

L-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jibqa' japplika sa tmiem il-proċedimenti legali, ħlief f’xi waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin:

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) fejn matul il-proċedimenti, l-allegat sigriet kummerċjali jinstab li ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (1) tal-Artikolu 2;

(a) fejn matul il-proċedimenti, l-allegat sigriet kummerċjali jinstab, b’deċiżjoni finali u vinkolanti, li ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (1) tal-Artikolu 2;

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) li jiġi restritt l-aċċess għal kull dokument li fih sigrieti kummerċjali sottomess mill-partijiet jew mill-partijiet terzi, kollha jew parti minnhom;

(a) li jiġi ristrett l-aċċess għal kull dokument li fih sigrieti kummerċjali sottomess mill-partijiet jew minn partijiet terzi, kollha jew parti minnhom, sakemm kull waħda mill-partijiet involuti, l-avukat jew ir-rappreżentant rispettiv tagħha fil-proċedimenti u fejn dawn ikunu relevanti, l-esperti u l-uffiċjali tal-qorti jingħataw aċċess sħiħ għal tali dokumenti;

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 8; paragrafu 2, punt (b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) li jiġi ristrett l-aċċess għal seduti, meta s-sigrieti kummerċjali jistgħu jiġu żvelati, u r-rekords jew transkript korrispondenti tagħhom. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, u soġġett għal ġustifikazzjoni xierqa, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jistgħu jirrestrinġu l-aċċess tal-partijiet għal dawk is-seduti u jordnaw li dawn jitwettqu biss fil-preżenza tar-rappreżentanti legali tal-partijiet u esperti awtorizzati suġġett għal obbligu tal-kunfidenzjalità msemmija fil-paragrafu 1;

(b) li jiġi ristrett l-aċċess għal seduti, meta s-sigrieti kummerċjali jistgħu jiġu żvelati, u r-rekords jew traskrizzjoni korrispondenti tagħhom, sakemm kull waħda mill-partijiet, l-avukati jew ir-rappreżentanti tagħhom fil-proċedimenti u l-uffiċjali tal-qorti jingħataw aċċess sħiħ għal tali smigħ, rekords jew traskrizzjoni; F’ċirkostanzi eċċezzjonali, u soġġett għal ġustifikazzjoni xierqa, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jistgħu jirrestrinġu l-aċċess tal-partijiet għal dawk is-seduti u jordnaw li dawn jitwettqu biss fil-preżenza ta' rappreżentant wieħed ta' kull parti u tar-rappreżentanti legali tal-partijiet u esperti awtorizzati suġġetti għal obbligu tal-kunfidenzjalità msemmi fil-paragrafu  ;

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 8, paragrafu 2, punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) li jagħmlu disponibbli verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ kull deċiżjoni ġudizzjarja, li minnhom ikunu tneħħew is-siltiet li jinkludu s-sigrieti kummerċjali.

(c) li jagħmlu pubblikament disponibbli verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ kull deċiżjoni ġudizzjarja, li minnha jkunu tneħħew is-siltiet li jinkludu s-sigrieti kummerċjali.

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn, minħabba l-ħtieġa li jiġi protett is-sigriet kummerċjali jew l-allegata sigriet kummerċjali u skont il-punt (a) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti tiddeċiedi li l-evidenza legalment fil-kontroll ta’ parti m’għandhiex tiġi żvelata lill-parti l-oħra u fejn tali evidenza tkun materjali għar-riżultat tal-litigazzjoni, l-awtorità ġudizzjarja tista’ xorta waħda tawtorizza l-iżvelar ta’ dik l-informazzjoni lir-rappreżentanti legali tal-parti l-oħra u, fejn xieraq, lill-esperti awtorizzati suġġetti għall-obbligu tal-kunfidenzjalità msemmija fil-paragrafu 1.

imħassar

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta jiddeċiedu dwar l-għoti jew iċ-ċaħda tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u jivvalutaw il-proporzjonalità, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandhom iqisu l-interessi leġittimi tal-partijiet u, fejn xieraq ta’ partijiet terzi, u kwalunkwe ħsara potenzjali għal waħda mill-Partijiet, u fejn xieraq partijiet terzi, li jirriżultaw mill-għoti jew ir-rifjut ta’ tali applikazzjoni.

3. Meta jiddeċiedu dwar l-għoti jew iċ-ċaħda tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u jivvalutaw il-proporzjonalità tagħha, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandhom iqisu l-ħtieġa li jiġu żgurati d-drittijiet għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, l-interessi leġittimi tal-partijiet u, fejn xieraq ta’ partijiet terzi, u kwalunkwe ħsara potenzjali għal waħda mill-Partijiet, u fejn xieraq partijiet terzi, li jirriżultaw mill-għoti jew ir-rifjut ta’ tali applikazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali waqt proċedimenti legali ma għandhiex tkun akkost ta’ proċess ġust.

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandhom, fir-rigward tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 9, l-awtorità li jitolbu lill-applikant jipprovdi evidenza li tista' titqies raġonevolment disponibbli sabiex jissodisfaw ruħhom li s-sigriet kummerċjali jeżisti, li l-applikant huwa d-detentur tas-sigriet kummerċjali leġittimu u li sigriet kummerċjali kien akkwistat illegalment, li sigriet kummerċjali qed jiġi użat u żvelat illegalment, jew li hija imminenti akkwiżizzjoni, użu jew żvelar illegli ta’ sigriet kummerċjali.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandhom, fir-rigward tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 9, l-awtorità li jitolbu lill-applikant jipprovdi evidenza li n-know-how jew l-informazzjoni kummerċjali involuta tikkwalifika bħala sigriet kummerċjali, li l-applikant huwa d-detentur tas-sigriet kummerċjali u li sigriet kummerċjali kien akkwistat illegalment, li sigriet kummerċjali qed jiġi użat u żvelat illegalment, jew li hija mistennija akkwiżizzjoni, użu jew żvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali.

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddeċiedu li jagħtu jew jiċħdu l-applikazzjoni u jivvalutaw l-proporzjonalità tagħha, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandhom ikunu mitluba li jqisu l-valur tas-sigriet kummerċjali, il-miżuri meħuda biex jiġi protett is-sigriet kummerċjali, il-kondotta tal-intimat fl-akkwist, l-iżvelar jew l-użu tas-sigriet kummerċjali, l-impatt tal-iżvelar jew l-użu illegali tas-sigriet kummerċjali, l-interessi leġittimi tal-partijiet u l-impatt li l-għoti jew ir-rifjut tal-miżuri jista’ jkollhom fuq il-partijiet, l-interessi leġittimi ta’ partijiet terzi, l-interess pubbliku u s-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddeċiedu li jagħtu jew jiċħdu l-applikazzjoni u jivvalutaw l-proporzjonalità tagħha, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandhom ikunu meħtieġa li jqisu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ. Din il-valutazzjoni għandha tinkludi, fejn xieraq, il-valur tas-sigriet kummerċjali, il-miżuri meħuda biex jiġi protett is-sigriet kummerċjali, l-intenzjonalità tal-intimat fl-akkwist, l-iżvelar jew l-użu tas-sigriet kummerċjali, il-kondotta tal-intimat fl-akkwist, l-iżvelar jew l-użu tas-sigriet kummerċjali, l-impatt ta’ żvelar illegali jew użu tas-sigriet kummerċjali, l-interessi leġittimi tal-partijiet u l-impatt li l-għoti jew ir-rifjut tal-miżuri jista’ jkollhom fuq il-partijiet, l-interessi leġittimi ta’ partijiet terzi, l-interess pubbliku u s-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni.

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-applikant ma jibdiex proċedimenti li jwasslu għal deċiżjoni dwar il-meriti tal-każ quddiem l-awtorità ġudizzjarja kompetenti, f’perjodu raġonevoli ta’ żmien determinat mill-awtorità ġudizzjarja li tordna l-miżuri meta liġi ta’ Stat Membru tippermetti dan jew, fin-nuqqas ta’ tali determinazzjoni, fi żmien mhux aktar minn 20 ġurnata tax-xogħol jew 31 jum kalendarju, liema minnhom ikun l-itwal;

(a) l-applikant ma jibdiex proċedimenti li jwasslu għal deċiżjoni dwar il-meriti tal-każ quddiem l-awtorità ġudizzjarja kompetenti, f’perjodu raġonevoli ta’ żmien determinat mill-awtorità ġudizzjarja li tordna l-miżuri meta liġi ta’ Stat Membru tippermetti dan jew, fin-nuqqas ta’ tali determinazzjoni, fi żmien mhux aktar minn 20 ġurnata tax-xogħol jew 31 jum kalendarju, liema minnhom ikun l-itwal, li jibdew mid-data tad-deċiżjoni mill-awtorità ġudizzjarja;

Ġustifikazzjoni

Il-perjodu li għalih ikunu japplikaw miżuri provviżorji għandu jiġi ddeterminat b’referenza għal data tal-bidu speċifikata biex jipprovdu ċertezza legali.

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Ladarba l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jkunu sodisfatti li sigriet kummerċjali jeżisti, li l-applikant huwa d-detentur tas-sigriet kummerċjali leġittimu u li ksib, użu jew żvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali huwa imminenti, il-miżuri ta’ prekawzjoni provviżorji msemmija fl-Artikolu 9 għandhom japplikaw u l-ebda miżura oħra prevista f’Direttivi oħra ma għandhom japplikaw.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 9 dwar miżuri provviżorji u prekawzjonali għandu japplika għal każijiet li jinvolvu sigriet kummerċjali. L-għan tal-emenda huwa li jiġi ċċarat li dawn id-dispożizzjonijiet huma esklussivament awtonomi u separati mill-miżuri kkontemplati fl-Infurzar tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali tad-Direttiva 2004/48/KE, biex jiġu evitati konfużjoni u interpretazzjoni żbaljata, u jiġu pprovduti s-salvagwardji meħtieġa sabiex l-ebda Stat Membru jew Qorti ma tapplika l-miżuri tal-infurzar tad-Direttiva tal-IPRs għal sitwazzjoni li tinvolvi sigriet kummerċjali ladarba din id-Direttiva tiġi implimentata.

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn tittieħed deċiżjoni ġudizzjarja li ssib akkwist, użu jew żvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jistgħu, fuq talba tal-applikant jordnaw kontra l-kontraventur:

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn tittieħed deċiżjoni ġudizzjarja finali li ssib akkwist, użu jew żvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jistgħu, fuq talba tal-applikant jordnaw kontra l-kontraventur:

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 paragrafu 1 punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) dikjarazzjoni taʼ aċċess, żvelar jew użu illegali;

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) il-qerda totali jew parzjali ta’ kull mezz ta' komunikazzjoni fiżiku u/jew elettroniku li fih jew lijtimplimenta s-sigriet kummerċjali jew, skont il-każ, l-għoti uffiċjali lill-applikant tal-mezz ta' komunikazzjoni fiżiku u/jew elettroniku sħiħ jew parzjali.

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) dikjarazzjoni ta' kontravenzjoni;

imħassar

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Artikolu 11, paragrafu 2, punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) li l-prodotti kontraventorji titneħħielhom il-kwalità kontraventorja tagħhom;

(c) li l-prodotti kontraventorji titneħħielhom il-kwalità li tkun ġiet mill-użu illegali tas-sigriet kummerċjali;

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-qerda tal-oġġetti kontraventorji jew, fejn xieraq, l-irtirar tagħhom mis-suq, sakemm din l-azzjoni ma ddgħajjifx il-protezzjoni tas-sigriet kummerċjali in kwistjoni;

(d) l-irtirar tal-oġġetti illegali mis-suq u d-distribuzzjoni tagħhom lil organizzazzjonijiet tal-karità taħt kundizzjonijiet li għandhom jiġu stipulati mill-awtoritajiet ġudizzjarji sabiex ikun żgurat li l-prodotti inkwistjoni ma jerġgħux jidħlu fis-suq u sakemm din l-azzjoni ma ddgħajjifx il-protezzjoni tas-sigriet kummerċjali inkwistjoni;

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) bħala l-aħħar soluzzjoni, id-distruzzjoni tal-oġġetti;

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-qerda totali jew parzjali ta’ kull dokument, oġġett, materjal, sustanza jew fajl elettroniku li fihom jew li jimplimentaw is-sigriet kummerċjali jew, skont il-każ, il-konsenja lid-detentur tas-sigriet kummerċjali tad-dokumenti, l-oġġetti, il-materjali, is-sustanzi u l-fajls elettroniċi kollha jew parti minnhom.

imħassar

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiġi ordnat l-irtirar tal-prodotti kontraventorji mis-suq, l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu jordnaw, fuq talba tad-detentur tas-sigriet kummerċjali, li l-oġġetti jingħataw lid-detentur jew lill-organizzazzjonijiet tal-karità taħt kondizzjonijiet li għad iridu jiġu deċiżi mill-awtoritajiet ġudizzjarji li għandhom l-għan li jiżguraw li l-oġġetti inkwistjoni ma jerġgħux jidħlu fis-suq.

imħassar

Emenda  95

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta tiġi kkunsidrata t-talba għal miżuri korrettivi, il-gravità tal-ksur, ir-rimedji li għandhom jiġu imposti, u l-interessi ta’ partijiet terzi għandhom jinġiebu f’relazzjoni xierqa kif determinat mill-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun ċar li l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet ġudizzjarji jridu jkunu bbażati fuq il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, waqt li kienet qed tiġi eżaminata talba għal l-adozzjoni tal-mandati ta’ inibizzjoni u miżuri korrettivi previsti fl-Artikolu 11 u tiġi vvalutata l-proporzjonalità tagħhom, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jqisu l-valur tas-sigriet kummerċjali, il-miżuri meħuda biex jiġi protett is-sigriet kummerċjali, il-kontotta tal-kontraventur fl-akkwist, l-iżvelar jew l-użu tas-sigriet kummerċjali, l-impatt ta’ żvelar illegali jew użu tas-sigriet kummerċjali, l-interessi leġittimi tal-partijiet u l-impatt li l-għoti jew ir-rifjut tal-miżuri jista’ jkollhom fuq il-partijiet, l-interessi leġittimi ta’ partijiet terzi, l-interess pubbliku u s-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, waqt li tkun qed tiġi eżaminata talba għall-adozzjoni tal-mandati ta’ inibizzjoni u miżuri korrettivi previsti fl-Artikolu 11 u tiġi vvalutata l-proporzjonalità tagħhom, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jqisu l-aspetti rilevanti kollha tal-każ, bħall-valur tas-sigriet kummerċjali, il-miżuri meħuda biex jiġi protett is-sigriet kummerċjali, l-intenzjoni tal-kontraventur fl-akkwist, l-iżvelar jew l-użu tas-sigriet kummerċjali, il-kondotta tal-kontraventur fl-akkwist, l-iżvelar jew l-użu tas-sigriet kummerċjali, tal-impatt ta’ żvelar illegali jew użu tas-sigriet kummerċjali, l-interessi leġittimi tal-partijiet u tal-impatt li l-għoti jew ir-rifjut tal-miżuri jista’ jkollhom fuq il-partijiet, l-interessi leġittimi ta’ partijiet terzi, l-interess pubbliku u s-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni.

Emenda  97

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-awtoritajiet kompetenti jillimitaw id-dewmien tal-miżura msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 11 (1), dan iż-żmien għandu jkun biżżejjed biex jelimina kwalunkwe vantaġġ kummerċjali jew ekonomiku li l-kontraventur seta' jikseb mill-akkwist l-iżvelar jew l-użu illegali tas-sigriet kummerċjali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jillimitaw it-tul ta' żmien tal-miżura msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 11(1), skont il-każ, sabiex jiżgura li jkun biżżejjed biex jiġi eliminat kwalunkwe vantaġġ kummerċjali jew ekonomiku li l-kontraventur seta’ jikseb minn dan l-akkwist, l-iżvelar jew l-użu illegali ta’ sigriet kummerċjali u li jiġi evitat il-ħolqien ta’ xkiel mhux ġustifikat għal kompetizzjoni ġusta, għall-innovazzjoni u l-mobilità tax-xogħol.

Emenda  98

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 11(1) huma revokati jew inkella jieqfu milli jidħlu fis-seħħ, fuq talba tal-intimat jekk sadanittant l-informazzjoni in kwistjoni ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-punt (1) tal-Artikolu 2 għal raġunijiet li ma jistgħux jiġu attribwiti lill-intimat.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 11(1) huma revokati jew inkella jieqfu milli jidħlu fis-seħħ, fuq talba tal-intimat jekk sadanittant l-informazzjoni in kwistjoni ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-punt (1) tal-Artikolu 2 għal raġunijiet li ma jistgħux jiġu attribwiti lill-intimat.

Emenda  99

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-persuna kkonċernata oriġinarjament akkwistat għarfien tas-sigriet kummerċjali b’rieda tajba u tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3(4);

(a) il-persuna kkonċernata fil-mument tal-użu jew l-iżvelar la kienet taf u lanqas kellha raġuni, taħt iċ-ċirkostanzi, biex tkun taf li s-sigriet kummerċjali kien miksub minn persuna oħra li kienet qed tuża jew tiżvela s-sigriet kummerċjali b’mod illegali;

Emenda  100

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jkun ġie ordnat kumpens pekunjarju minflok l-ordni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 11 (1), tali kumpens pekunjarju ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ royalties jew miżati li kienu jkunu dovuti, li kieku dik il-persuna kienet talbet awtorizzazzjoni biex tuża s-sigriet kummerċjali in kwistjoni, għall-perjodu ta’ żmien li matulu l-użu tas-sigriet kummerċjali seta’ ġie projbit.

Meta jkun ġie ordnat kumpens pekunjarju minflok l-ordni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 11 (1), tali kumpens pekunjarju ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ royalties jew miżati li kienu jkunu dovuti, li kieku dik il-persuna kienet talbet awtorizzazzjoni biex tuża s-sigriet kummerċjali in kwistjoni, għall-perjodu ta’ żmien li matulu l-użu tas-sigriet kummerċjali seta’ ġie projbit.

Emenda  101

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti, fuq applikazzjoni tal-parti danneġġjata, jordnaw lill-kontraventur li kien jaf jew li messu kien jaf li hu jew hi kien/et qed j/tagħmel l-akkwist l-iżvelar jew l-użu illegali ta’ sigriet kummerċjali, li jħallsu lid-detentur tas-sigriet kummerċjali id-danni xierqa għall-ħsara attwali mġarrba.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti, fuq applikazzjoni tal-parti danneġġjata, jordnaw lill-kontraventur li kien jaf jew li messu kien jaf li hu jew hi kien/et qed j/tagħmel l-akkwist l-iżvelar jew l-użu illegali ta’ sigriet kummerċjali, li jħallsu lid-detentur tas-sigriet kummerċjali d-danni xierqa għall-ħsara attwali mġarrba, b’riżultat tal-aċċess illegali għal, l-iżvelar jew l-użu tas-sigriet kummerċjali.

Emenda  102

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

F’konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw ir-responsabbiltà għad-danni ta’ impjegati lejn l-impjegaturi tagħhom għall-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali tal-impjegatur meta jaġixxu mingħajr intenzjoni. Din l-għażla tapplika wkoll meta l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali ta' sigrieti kummerċjali jseħħ wara li l-impjieg ta’ impjegat ikun terminat.

Emenda  103

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta jiġu ffisati d-danni, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jikkunsidraw il-fatturi xierqa kollha, bħall-konsegwenzi negattivi ekonomiċi, li jinkludu qliegħ mitluf, li l-parti li sarulha d-danni, xi profitti inġusti li saru mill-kontraventur u, f'każijiet xierqa, elementi barra fatturi ekonomiċi, bħall-preġudizzju morali ikkawżat lid-detentur tas-sigriet kummerċjali bl-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali tas-sigriet kummerċjali.

2. Meta jiġu ffisati d-danni, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jikkunsidraw il-fatturi rilevanti kollha, bħall-konsegwenzi negattivi ekonomiċi, li jinkludu qliegħ mitluf, li l-parti li sarulha d-danni, xi profitti inġusti li saru mill-kontraventur u, f'każijiet xierqa, elementi barra fatturi ekonomiċi, bħall-preġudizzju morali ikkawżat lid-detentur tas-sigriet kummerċjali bl-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali tas-sigriet kummerċjali.

Emenda  104

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sa XX XX 20XX [tliet snin wara l-għeluq tal-perjodu ta’ traspożizzjoni], l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għal Marki Kummerċjali u Disinji, fil-kuntest tal-attivitajiet tal-Osservatorju Ewropew dwar il-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, għandha tħejji rapport inizjali dwar xejriet ta’ litigazzjoni fir-rigward tal-akkwist, użu jew żvelar illegali tas-sigrieti kummerċjali skont l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

1. Sa XX XX 20XX [tliet snin wara l-għeluq tal-perijodu ta’ traspożizzjoni], il-Kummissjoni Ewropea għandha tħejji rapport inizjali dwar xejriet ta’ litigazzjoni fir-rigward tal-akkwist, użu jew żvelar illegali tas-sigrieti kummerċjali skont l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Billi sigriet kummerċjali mhuwiex ikkunsidrat bħala dritt ta’ proprjetà intellettwali u huwa protett f’kuntest ta’ kompetizzjoni inġusta, l-EOIIPR ma jidhirx li huwa l-iktar korp adatt biex jgħin lill-Kummissjoni.

Emenda  105

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sa XX XX 20XX [erba’ snin wara l-għeluq tal-perjodu ta’ traspożizzjoni], il-Kummissjoni għandha tfassal rapport intermedju dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tissottomettih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jieħu f’kunsiderazzjoni r-rapport imħejji mill-Osservatorju Ewropew dwar il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

2. Sa XX XX 20XX [erba’ snin wara l-għeluq tal-perjodu ta’ traspożizzjoni], il-Kummissjoni Ewropea għandha tfassal rapport intermedju dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, inkluż dwar l-effetti negattivi possibbli tagħha fuq id-drittijiet fundamentali u fuq il-mobilità tal-ħaddiema kif ukoll titjib ulterjuri possibbli fuq kooperazzjoni fl-innovazzjoni b’attenzjoni speċjali għall-effetti fuq l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, u tissottomettih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jieħu f’kunsiderazzjoni r-rapport dwar xejriet ta’ litigazzjoni u għandu jevalwa l-impatt ta’ din id-Direttiva b’mod partikolari dwar il-livelli tal-innovazzjoni miftuħa, ir-riċerka kollaborattiva u l-mobilità tax-xogħol.

Ġustifikazzjoni

Billi sigriet kummerċjali mhuwiex ikkunsidrat bħala dritt ta’ proprjetà intellettwali u huwa protett f’kuntest ta’ kompetizzjoni inġusta, l-EOIIPR ma jidhirx li huwa l-iktar korp adatt biex jgħin lill-Kummissjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Il-protezzjoni ta’ informazzjoni ta’ kompetenza u tan-negozju (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom

Referenzi

COM(2013)0813 – C7-0431/2013 – 2013/0402(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

9.12.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

9.12.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Michèle Rivasi

22.7.2014

Eżami fil-kumitat

25.9.2014

22.1.2015

 

 

Data tal-adozzjoni

14.4.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

5

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Jerzy Buzek, Soledad Cabezón Ruiz, Philippe De Backer, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Peter Eriksson, Adam Gierek, Theresa Griffin, András Gyürk, Roger Helmer, Hans-Olaf Henkel, Dawid Bohdan Jackiewicz, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Seán Kelly, Jeppe Kofod, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Ernest Maragall, Edouard Martin, Csaba Molnár, Nadine Morano, Dan Nica, Aldo Patriciello, Miloslav Ransdorf, Michel Reimon, Herbert Reul, Paul Rübig, Algirdas Saudargas, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Miguel Urbán Crespo, Vladimir Urutchev, Adina-Ioana Vălean, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Simona Bonafè, Lefteris Christoforou, Cornelia Ernst, João Ferreira, Eugen Freund, Michèle Rivasi, Maria Spyraki, Pavel Telička, Marco Zullo

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Stanisław Ożóg


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (30.3.2015)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni taʼ informazzjoni taʼ kompetenza u tan-negozju (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom

(COM(2013)0813 – C7-0431/2013 – 2013/0402(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Lara Comi

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Din il-proposta hija partikolarment importanti peress li l-għan ewlieni tagħha huwa li tidentifika regoli li jtejbu l-kompetittività tan-negozji Ewropej tagħna permezz tal-innovazzjoni, sabiex jissaħħaħ ir-rwol ta' mexxej tal-Ewropa fis-suq globali fil-kuntest industrijali.

Matul il-proċess ta’ riċerka u l-ħolqien ta’ ideat, prodotti jew servizzi ġodda, hemm ħafna informazzjoni fundamentali għall-kompetittività tal-idea jew tal-intrapriża, u li ma tkunx koperta bil-protezzjoni tad-drittijiet tal-propjetà intellettwali.

Għalhekk, is-sigrieti kummerċjali huma ppreżentati bħala għodda ta' protezzjoni komplementari, u huwa importanti u neċessarju li, fil-livell Ewropew, l-akkwist, l-użu u l-iżvelar tagħhom ikunu rregolati.

Il-Kumitat IMCO eżamina l-aspetti marbuta mas-suq intern u l-ħarsien tal-konsumaturi u adotta, b'maġġoranza kbira ħafna, test li identifika soluzzjonijiet bilanċjati ħafna dwar il-punti l-iktar kontroversjali filwaqt li ġew ikkunsidrati l-interessi kollha involuti.

Ġew introdotti, fil-premessi, xi kjarifiki biex tiġi ffaċilitata l-interpretazzjoni tat-test regolatorju. B’mod partikolari, ġie speċifikat li d-Direttiva ma taffettwax id-drittijiet fundamentali, l-interessi pubbliċi, il-mobilità tal-ħaddiema u d-dritt ta' negozjar tat-trejdjunjins, kif rikonoxxut f’ċerti Stati Membri.

Barra minn hekk, kien meqjus importanti li jiġi speċifikat li dawn ir-regoli japplikaw għas-sigrieti kummerċjali relatati mal-prodotti, iżda anke għal dawk relatati mas-servizzi.

Id-definizzjoni ta’ sigriet kummerċjali ġiet allinjata ma’ dik indikata fit-titolu tal-proposta għal direttiva, filwaqt li ġie ppreċiżat ukoll li l-valur kummerċjali tiegħu għandu jkun attwali jew potenzjali, biex b’hekk tiġi żgurata l-estensjoni ġusta tal-kamp ta’ applikazzjoni.

L-akkwist, l-użu jew l-iżvelar ta’ sigrieti kummerċjali għandhom jitqiesu legali jekk id-dritt nazzjonali jew dak tal-Unjoni Ewropea jkun jirrikjedi dan, u meta dawn ikunu awtorizzati mir-regoli li jipproteġu d-drittijiet tad-detentur tas-sigriet kummerċjali. Fil-fatt, din id-Direttiva għandha l-għan li żżid il-kompetittività tal-intrapriżi permezz tal-protezzjoni tas-segriet kummerċjali fil-proċess ta’ riċerka u l-ħolqien ta’ ideat ġodda.

Biex isaħħaħ dan l-objettiv, kuntrarjament għall-Kummissjoni li pproponiet l-assenjazzjoni tar-responsabbiltà abbażi tal-prinċipju nulla poena sine culpa, jiġifieri permezz tal-valutazzjoni tal-intenzjoni (għemil doluż) jew tan-negliġenza (ħtija), il-Kumitat IMCO kien favur responsabbiltà oġġettiva, sabiex tiġi offruta protezzjoni ikbar għas-sigrieti kummerċjali u l-intrapriżi, b’mod partikolari l-SMEs.

Għal dak li jirrigwarda l-preskrizzjoni, li hija wieħed mill-punti ewlenin li teżisti kontroverjsa dwarhom, ġie deċiż li jiġi adottat limitu ta' żmien uniku b’differenza mill-iskema proposta mill-Kummissjoni ta’ limitu minimu u ieħor massimu, u l-perjodu ta' 3 snin ġie identifikat bħala l-perjodu l-iktar adegwat li matulu tista' titnieda azzjoni possibbli għall-protezzjoni tas-sigriet kummerċjali.

Dan il-limitu ta’ żmien uniku jagħti lok għall-armonizzazzjoni ta' dan l-aspett importanti fil-liġijiet nazzjonali kollha, sabiex b'hekk l-operaturi fl-Unjoni kollha għandhom igawdu l-istess dritt. It-tul ta’ żmien ta’ 3 snin deher li huwa dak li raġonevolment jista' jipproteġi, b’mod bilanċjat, l-interessi kollha involuti.

Fir-rigward tal-protezzjoni tal-ħaddiema u l-mobilità tagħhom, ġie miftiehem li jiġi salvagwardjat id-dritt tagħhom li jużaw l-informazzjoni u l-għarfien miksuba minn attivitajiet professjonali preċedenti, iżda fil-limiti ta’ dak li mhux meqjus illegali skont l-Artikolu 3.

Bl-istess mod tqies li ma jiġix affettwat l-użu ta’ informazzjoni u sigrieti kummerċjali mill-awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont il-liġi nazzjonali jew dik Ewropea.

Fl-aħħar nett, iżda mhux inqas importanti, ġie deċiż li tissaħħaħ il-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali matul il-proċedimenti legali, billi ġie limitat l-għadd ta’ persuni li jistgħu jsiru jafu bis-sigriet kummerċjali.

Il-proposti għal emendi tal-Kumitat IMCO, jekk jintlaqgħu mill-Kumitat JURI, bħala l-kumitat responsabbli, se jippermettu li l-istrument il-ġdid isir iktar effettiv għal dawk li huma l-għanijiet maħsuba, b’enfasi partikolari fuq l-għanijiet ta' tisħiħ kemm tal-kompetittività tal-intrapriżi Ewropej tagħna, u għaldaqstant tas-suq intern, kif ukoll tal-ħarsien tal-konsumatur.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Innovazzjoni miftuħa hija lieva importanti għall-ħolqien ta’ għarfien ġdid u tirfed l-iżvilupp ta’ mudelli ta’ negozju ġodda u innovattivi bbażati fuq l-użu ta’ għarfien maħlud b'mod konġunt. Sigrieti kummerċjali għandhom rwol importanti fil-ħarsien tal-iskambju tal-għarfien bejn in-negozji fi ħdan u lil hinn mill-fruntieri tas-suq intern fil-kuntest tar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Ir-riċerka kollaborattiva, inkluża l-kooperazzjoni transfruntiera, hija partikolarment importanti biex iżżid il-livelli ta’ riċerka u żvilupp tan-negozju fi ħdan is-suq intern. Innovazzjoni miftuħa hija katalist għal ideat ġodda biex isibu triqthom lejn is-suq biex jissodisfaw il-ħtiġiet tal-konsumaturi u jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà. F’suq intern fejn ostakoli għal tali kollaborazzjoni transkonfinali huma minimizzati u fejn il-kooperazzjoni ma tiġix distorta, il-kreazzjoni intellettwali u l-innovazzjoni għandhom iħeġġu investiment fi proċessi, servizzi u prodotti innovattivi. Tali ambjent li jwassal għall-kreattività intellettwali u l-innovazzjoni huwa importanti wkoll għat-tkabbir fl-impjiegi u titjib tal-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni. Is-sigrieti kummerċjali huma fost l-aktar forma użata ta’ protezzjoni tal-kreazzjoni intellettwali u tal-kompetenza innovattiva min-negozji, iżda huma fl-istess ħin l-inqas protetti minn qafas legali tal-Unjoni eżistenti kontra l-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali minn partijiet terzi.

(2) Innovazzjoni miftuħa hija lieva importanti għall-ħolqien ta’ għarfien ġdid u tirfed l-iżvilupp ta’ mudelli ta’ negozju ġodda u innovattivi bbażati fuq l-użu ta’ għarfien maħluq b'mod konġunt. Sigrieti kummerċjali għandhom rwol importanti fil-ħarsien tal-iskambju tal-għarfien bejn in-negozji fi ħdan u lil hinn mill-fruntieri tas-suq intern fil-kuntest tar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Ir-riċerka kollaborattiva, inkluża l-kooperazzjoni transfruntiera, hija partikolarment importanti biex iżżid il-livelli ta’ riċerka u żvilupp tan-negozju fi ħdan is-suq intern. Innovazzjoni miftuħa hija katalist għal ideat ġodda biex isibu triqthom lejn is-suq biex jissodisfaw il-ħtiġiet tal-konsumaturi u jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà. F’suq intern fejn ostakoli għal tali kollaborazzjoni transkonfinali huma minimizzati u fejn il-kooperazzjoni ma tiġix distorta, il-kreazzjoni intellettwali u l-innovazzjoni għandhom iħeġġu investiment fi proċessi, servizzi u prodotti innovattivi. Tali ambjent li jwassal għall-kreattività intellettwali u l-innovazzjoni huwa importanti wkoll għat-tkabbir fl-impjiegi u titjib tal-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni. Is-sigrieti kummerċjali huma fost l-aktar forom użati ta’ protezzjoni tal-kreazzjoni intellettwali u tal-kompetenza innovattiva min-negozji, iżda huma fl-istess ħin l-inqas protetti mill-qafas legali tal-Unjoni eżistenti kontra l-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali minn partijiet terzi. It-tixrid tal-għarfien u l-informazzjoni għandu jitqies bħala element fundamentali biex jiġu żgurati opportunitajiet ta' żvilupp għan-negozju li jkunu dinamiċi, pożittivi u ugwali, speċjalment għall-intrapriżi żgħar u medji.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal regoli fil-livell tal-Unjoni biex jiġu approssimati s-sistemi leġiżlattivi nazzjonali sabiex jiġi żgurat li jkun hemm livell ta’ rimedju suffiċjenti u konsistenti fis-suq intern kollu fil-każ ta’ akkwist, użu jew żvelar illegali ta’ sigrieti kummerċjali. Għal dan l-għan, huwa importanti li wieħed jistabbilixxi definizzjoni omoġenea ta' sigriet kummerċjali mingħajr ma jirrestrinġi s-suġġett in kwistjoni għal protezzjoni kontra l-miżapproprijazzjoni. Din id-definizzjoni għandha għalhekk tiġi mibnija b’tali mod li tkopri l-informazzjoni tan-negozju, informazzjoni u kompetenza teknoloġika fejn hemm kemm interess leġittimu li tinżamm kunfidenzjalità kif ukoll aspettattiva leġittima fil-preservazzjoni ta’ tali kunfidenzjalità. Min-natura tagħha, din id-definizzjoni għandha teskludi informazzjoni trivjali u ma għandiex testendi għall-għarfien u l-ħiliet miksuba mill-impjegati fil-kors normali tal-impjieg tagħhom u li huma magħrufa jew aċċessibbli għal persuni li ġeneralment jittrattaw din it-tip ta’ informazzjoni.

(8) Huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal regoli fil-livell tal-Unjoni biex jiġu approssimati s-sistemi leġiżlattivi nazzjonali sabiex jiġi żgurat li jkun hemm livell ta’ rimedju ċivili suffiċjenti u konsistenti fis-suq intern kollu fil-każ ta’ akkwist, użu jew żvelar illegali ta’ sigrieti kummerċjali. Għal dan l-għan, huwa importanti li wieħed jistabbilixxi definizzjoni omoġenea ta' sigriet kummerċjali mingħajr ma jirrestrinġi s-suġġett inkwistjoni għal protezzjoni kontra l-miżapproprijazzjoni. Din id-definizzjoni għandha għalhekk tiġi mibnija b’tali mod li tkopri l-informazzjoni tan-negozju, informazzjoni u kompetenza teknoloġika fejn hemm kemm interess leġittimu li tinżamm kunfidenzjalità kif ukoll aspettattiva leġittima fil-preservazzjoni ta’ tali kunfidenzjalità. Barra minn hekk, tali informazzjoni jew kompetenza għandu jkollha valur kummerċjali, kemm jekk attwali u kemm jekk potenzjali, u l-iżvelar tagħha x’aktarx li jkun ta' ħsara għall-interess ekonomiku leġittimu tal-persuna li tkun qed tikkontrollaha legalment. Min-natura tagħha, din id-definizzjoni għandha teskludi informazzjoni trivjali u ma għandhiex testendi għall-għarfien u l-ħiliet miksuba mill-impjegati fil-kors normali tal-impjieg tagħhom u li huma magħrufa jew aċċessibbli għal persuni li ġeneralment jittrattaw din it-tip ta’ informazzjoni.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dritt li jiġu nnegozjati, konklużi u infurzati ftehimiet kollettivi u li tittieħed azzjoni industrijali b'konformità mal-liġi u l-prattiki nazzjonali li jirrispettaw il-liġi tal-Unjoni.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 10b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b) L-akkwist jew l-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali minn korp pubbliku, kemm jekk impost kif ukoll jekk permess mil-liġi, m’għandux jikkostitwixxi użu illegali jew żvelar. Tali akkwist jew żvelar, madanakollu, għandu jkun b’mod ċar fiil-mandat tal-korp pubbliku rilevanti, u jekk dan il-mandat jinqabeż, dan għandu jikkostitwixxi att illegali.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-akkwist jew l-iżvelar ta’ sigriet kummċerjali mhuwiex illegali meta t-talbiet għall-informazzjoni mill-korpi pubbliċi jkunu preskritti bil-liġi.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-miżuri u r-rimedji maħsuba biex jipproteġu s-sigrieti kummerċjali għandhom ikunu mfassla sabiex jissodisfaw l-objettiv tal-funzjonament tas-suq intern bla xkiel għar-riċerka u l-innovazzjoni mingħajr ma jipperikolaw l-għanijiet u l-prinċipji l-oħra ta’ interess pubbliku. F’dan ir-rigward, il-miżuri u r-rimedji jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jagħtu kont tal-valur ta’ sigriet kummerċjali, is-serjetà tal-kondotta li tirriżulta fl-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegli ta’ sigriet kummerċjali kif ukoll l-impatt ta’ kondotta bħal din. Għandu jiġi żgurat ukoll li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jingħataw id-diskrezzjoni li jiżnu l-interessi tal-partijiet involuti fit-tilwima, kif ukoll l-interessi ta’ partijiet terzi inkluż, fejn xieraq, il-konsumaturi.

(11) F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-miżuri u r-rimedji maħsuba biex jipproteġu s-sigrieti kummerċjali għandhom ikunu mfassla sabiex jissodisfaw l-objettiv tal-funzjonament tas-suq intern bla xkiel għar-riċerka u l-innovazzjoni, b’mod partikolari billi jkollhom effett ta' deterrent kontra l-akkwist, l-użu u l-iżvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali, mingħajr ma jipperikolaw il-libertajiet u d-drittijiet fundamentali jew l-interess pubbliku, bħas-sikurezza pubblika, il-ħarsien tal-konsumaturi, il-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa pubbklika u bla ebda preġudizzju għall-mobilità tal-ħaddiema. F’dan ir-rigward, il-miżuri u r-rimedji jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jikkunsidraw fatturi bħalma huma l-valur ta’ sigriet kummerċjali, is-serjetà tal-kondotta li tirriżulta fl-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegli ta’ sigriet kummerċjali kif ukoll l-impatt ta’ kondotta bħal din. Għandu jiġi żgurat ukoll li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jingħataw id-diskrezzjoni li jiżnu l-interessi tal-partijiet involuti fit-tilwima, kif ukoll l-interessi ta’ partijiet terzi inkluż, fejn xieraq, il-konsumaturi.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern jiġi imminat jekk il-miżuri u r-rimedji previsti jintużaw biex ikunu segwiti għanijiet illeġittimi inkompatibbli mal-objettivi ta’ din id-Direttiva. Għalhekk, huwa importanti li jiġi żgurat li l-awtoritajiet ġudizzjarji jkollhom is-setgħa li jissanzjonaw imġiba abbużiva mir-rikorrent li jaġixxi in mala fede u jippreżenta applikazzjonijiet manifestament bla bażi. Huwa importanti wkoll li l-miżuri u r-rimedji previsti m’għandhomx jirrestrinġu l-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni (li tinkludi l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja kif rifless fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea) jew attività ta' kxif ta' qerq. Għalhekk il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali m’għandhiex tiġi estiża għal każijiet fejn l-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali jservi l-interess pubbliku safejn hu kkonċernat l-iżvelar tal-kondotta jew l-għemil ħażin relevanti.

(12) Il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern jiġi imminat jekk il-miżuri u r-rimedji previsti jintużaw biex ikunu segwiti għanijiet illeġittimi, bħall-ħolqien ta’ ostakli mhux ġustifikati fis-suq intern jew għall-mobilità tal-ħaddiema, li huma inkompatibbli mal-objettivi ta’ din id-Direttiva. Għalhekk, huwa importanti li jiġi żgurat li l-awtoritajiet ġudizzjarji jkollhom is-setgħa li jissanzjonaw imġiba abbużiva mir-rikorrent li jaġixxi in mala fede u jippreżenta applikazzjonijiet manifestament bla bażi. Huwa importanti wkoll li l-miżuri u r-rimedji previsti m’għandhomx jirrestrinġu l-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni (li tinkludi l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja kif rifless fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea) jew attività ta' kxif ta' qerq. Għalhekk il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali m’għandhiex tiġi estiża għal każijiet fejn l-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali jservi l-interess pubbliku safejn hu kkonċernat l-iżvelar tal-kondotta jew l-għemil ħażin relevanti.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Fl-interess taċ-ċertezza legali u meta wieħed iqis li d-detenturi leġittimi tas-sigrieti kummerċjali huma mistennija li jeżerċitaw id-dmir li joqgħodu attenti fir-rigward tal-preservazzjoni tal-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali siewja tagħhom u l-monitoraġġ tal-użu tagħhom, jidher xieraq li wieħed jirrestrinġi l-possibbiltà li jinbdew azzjonijiet għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali għal perjodu limitat wara d-data li fiha d-detenturi tas-sigrieti kummerċjali jsiru jafu, jew ikollhom raġuni biex isiru jafu, bl-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali tas-sigriet kummerċjali tagħhom minn parti terza.

(13) Fl-interess tal-preservazzjoni tal-funzjonament bla xkiel tas-suq intern għar-riċerka u l-innovazzjoni u taċ-ċertezza legali u meta wieħed iqis li d-detenturi leġittimi tas-sigrieti kummerċjali huma mistennija li jeżerċitaw id-dmir li joqgħodu attenti fir-rigward tal-preservazzjoni tal-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali siewja tagħhom u l-monitoraġġ tal-użu tagħhom, jidher xieraq li wieħed jirrestrinġi l-possibbiltà li jinbdew azzjonijiet għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali għal perjodu ta' tliet snin wara d-data li fiha d-detenturi tas-sigrieti kummerċjali jsiru jafu, jew ikollhom raġuni biex isiru jafu, bl-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali tas-sigriet kummerċjali tagħhom minn parti terza.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-akkwist illegali ta’ sigriet kummerċjali minn parti terza jista’ jkollu effetti devastanti fuq id-detentur leġittimu tiegħu minħabba li ġaladarba jiġi żvelat pubblikament ikun impossibbli għal dak id-detentur li jmur lura għas-sitwazzjoni ta' qabel it-telf tas-sigriet kummerċjali. Għalhekk, huwaessenzjali li jkun hemm provvediment għalmiżuri interim fil-pront u aċċessibbli għat-terminazzjoni immedjata tal-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali ta' sigriet kummerċjali. Tali rimedju għandu jkun disponibbli mingħajr ma wieħed ikollu għalfejn jistenna deċiżjoni dwar is-sustanza tal-każ, b’rispett dovut għad-drittijiet tad-difiża u l-prinċipju ta’ proporzjonalità filwaqt li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi tal-każ in kwistjoni. Garanziji ta’ livell għoli biżżejjed biex ikopru l-ispejjeż u l-ħsara kkawżata lill-intimat permezz ta’ talba mhux ġustifikata jistgħu jkunu meħtieġa wkoll, partikolarment fejn kull dewmien jista’ jikkawża danni irreparabbli għad-detentur leġittimu ta’ sigriet kummerċjali.

(15) L-akkwist illegali ta’ sigriet kummerċjali minn parti terza jista’ jkollu effetti devastanti fuq id-detentur leġittimu tiegħu minħabba li ġaladarba jiġi żvelat pubblikament ikun impossibbli għal dak id-detentur li jmur lura għas-sitwazzjoni ta' qabel it-telf tas-sigriet kummerċjali. Għalhekk, huwa essenzjali li jiġu previsti miżuri interim fil-pront u aċċessibbli għat-terminazzjoni immedjata tal-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali ta' sigriet kummerċjali, inkluż meta tali sigriet kummerċjali jintuża għall-forniment ta’ servizzi. Tali rimedju għandu jkun disponibbli mingħajr ma wieħed ikollu għalfejn jistenna deċiżjoni dwar is-sustanza tal-każ, b’rispett dovut għad-drittijiet tad-difiża u l-prinċipju ta’ proporzjonalità filwaqt li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi tal-każ inkwistjoni. Garanziji ta’ livell għoli biżżejjed biex ikopru l-ispejjeż u l-ħsara kkawżata lill-intimat permezz ta’ talba mhux ġustifikata jistgħu jkunu meħtieġa wkoll, partikolarment fejn kull dewmien jista’ jikkawża danni irreparabbli għad-detentur leġittimu ta’ sigriet kummerċjali.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Għall-istess raġuni, huwa importanti wkoll li jkun hemm disposizzjoni għal miżuri li jipprevjenu aktar użu jew żvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali. Sabiex il-miżuri projbittivi jkunu effettivi, it-tul ta’ żmien tagħhom, meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu limitu ta' żmien, għandu jkun biżżejjed biex jelimina kwalunkwe vantaġġ kummerċjali li l-parti terza setgħet tikseb mill-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali ta' sigriet kummerċjali. Fi kwalunkwe każ, l-ebda miżura ta’ dan it-tip ma għandha tkun infurzabbli jekk l-informazzjoni oriġinarjament koperta mis-sigriet kummerċjali hija fid-dominju pubbliku għal raġunijiet li ma jistgħux jiġu attribwiti lill-intimat.

(16) Għall-istess raġuni, huwa importanti wkoll li jiġu previsti miżuri li jipprevjenu aktar użu jew żvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali. Sabiex il-miżuri projbittivi jkunu effettivi u proporzjonati, it-tul ta’ żmien tagħhom għandu jkun biżżejjed biex jelimina kwalunkwe vantaġġ kummerċjali li l-parti terza setgħet tikseb mill-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali ta' sigriet kummerċjali, inkluż meta tali sigriet kummerċjali jintuża għall-forniment ta' servizzi u għandhom ikunu limitati fiż-żmien sabiex ikun evitat il-ħolqien ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kompetizzjoni fis-suq intern. Fi kwalunkwe każ, l-ebda miżura ta’ dan it-tip ma għandha tkun infurzabbli jekk l-informazzjoni oriġinarjament koperta mis-sigriet kummerċjali hija fid-dominju pubbliku għal raġunijiet li ma jistgħux jiġu attribwiti lill-intimat.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Sigriet kummerċjali jista' jiġu użat illegalment għad-disinn, il-manifattura jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' oġġetti, jew komponenti tagħhom, li jistgħu jinfirxu mas-suq intern kollu, u b’hekk jaffettwaw l-interessi kummerċjali tad-detentur tas-sigriet kummerċjali u l-funzjonament tas-suq intern. F’dawk il-każijiet u meta s-sigriet kummerċjali in kwistjoni għandu impatt sinifikanti fuq il-kwalità, il-valur jew il-prezz tal-oġġett riżultanti jew fuq it-tnaqqis tal-kost, l-iffaċilitar jew li it-tħaffif tal-manifattura tiegħu jew il-proċessi tal-kummerċjalizzazzjoni, huwa importanti li l-awtoritajiet ġudizzjarji jingħataw is-setgħa biex jordnaw miżuri xierqa bil-ħsieb li jiżguraw li dawk il-prodotti ma jitqegħdux fis-suq jew jitneħħew minnu. Meta tittieħed f’kunsiderazzjoni in-natura globali tal-kummerċ, huwa wkoll meħtieġ li dawn il-miżuri jinkludu l-projbizzjoni tal-importazzjoni ta’ dawk l-oġġetti fl-Unjoni jew il-ħażna tagħhom għall-għoti jew it-tqegħid tagħhom fis-suq. Wara li ġie kkunsidrat il-prinċipju tal-proporzjonalità, il-miżuri korrettivi ma għandhom neċessarjament iwasslu għall-qerda tal-oġġetti meta għażliet vijabbli oħra huma preżenti, bħal li wieħed iċaħħad lill-oġġett mill-kwalità tal-infrazzjoni tiegħu jew id-dispożizzjoni tal-oġġetti 'il barra mis-suq, pereżempju, permezz ta’ donazzjonijiet li minn organizzazzjonijiet tal-karità.

(17) Sigriet kummerċjali jista' jintuża illegalment għad-disinn, il-manifattura jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' oġġetti, jew komponenti tagħhom, li jistgħu jinfirxu mas-suq intern kollu, u b’hekk jaffettwaw l-interessi kummerċjali tad-detentur tas-sigriet kummerċjali u l-funzjonament tas-suq intern. Fil-każijiet fejn jintwera li jkun sar akkwist illegali u meta s-sigriet kummerċjali inkwistjoni għandu impatt sinifikanti fuq il-kwalità, il-valur jew il-prezz tal-oġġett riżultanti jew fuq it-tnaqqis tal-kost, l-iffaċilitar jew it-tħaffif tal-manifattura tiegħu jew il-proċessi tal-kummerċjalizzazzjoni, huwa importanti li l-awtoritajiet ġudizzjarji jingħataw is-setgħa biex jordnaw miżuri xierqa bil-ħsieb li jiżguraw li dawk il-prodotti ma jitqegħdux fis-suq jew jitneħħew minnu. Meta tittieħed f’kunsiderazzjoni n-natura globali tal-kummerċ, huwa wkoll meħtieġ li dawn il-miżuri jinkludu l-projbizzjoni tal-importazzjoni ta’ dawk l-oġġetti fl-Unjoni jew il-ħażna tagħhom għall-għoti jew it-tqegħid tagħhom fis-suq. Wara li ġie kkunsidrat il-prinċipju tal-proporzjonalità, il-miżuri korrettivi ma għandhomx neċessarjament iwasslu għall-qerda tal-oġġetti meta għażliet vijabbli oħra huma preżenti, bħal li wieħed iċaħħad lill-oġġett mill-kwalità tal-infrazzjoni tiegħu jew id-dispożizzjoni tal-oġġetti 'l barra mis-suq, pereżempju, permezz ta’ donazzjonijiet lil organizzazzjonijiet tal-karità.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-liġi tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva m'għandhomx ikunu użati biex jirrestrinġu l-kompetizzjoni mingħajr bżonn f'manjiera li jmur kontra dak it-Trattat.

(27) Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-liġi tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva m'għandhomx jintużaw biex jirrestrinġu l-kompetizzjoni b'mod inġust, idewmu l-aċċess għas-suq intern u/jew joħolqu ostakli għall-mobbiltà tal-ħaddiema f'manjiera li tmur kontra dak it-Trattat.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Il-miżuri adottati sabiex iħarsu l-akkwist, l-iżvelar u l-użu illegali tas-sigrieti kummerċjali ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe liġi oħra rilevanti f’oqsma oħra inklużi d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-privatezza, l-aċċess għad-dokumenti u liġi ta’ kuntratt. Madankollu, fejn l-ambitu tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill8 u l-ambitu ta’ din id-Direttiva jidħlu f’xulxin, din id-Direttiva tieħu preċedenza bħala lex specialis.

(28) Il-miżuri adottati sabiex iħarsu l-akkwist, l-iżvelar u l-użu illegali tas-sigrieti kummerċjali ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni ta’ xi liġi oħra rilevanti f’oqsma oħra inklużi l-protezzjoni tal-ambjent u r-responsabbiltà ambjentali, il-ħarsien tal-konsumatur, ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà, il-protezzjoni tas-saħħa, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-privatezza, l-aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni, u d-dritt kuntrattwali. Madankollu, fejn l-ambitu tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill8 u l-ambitu ta’ din id-Direttiva jidħlu f’xulxin, din id-Direttiva tieħu preċedenza bħala lex specialis.

__________________

__________________

8 Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/48/KE tad-29 ta' April 2004 dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L157, 30.4.2004, p.45).

8 Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/48/KE tad-29 ta' April 2004 dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45).

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistipula regoli dwar il-protezzjoni kontra l-akkwist, l-iżvelar u l-użu illegali tas-sigrieti kummerċjali.

Din id-Direttiva tistipula regoli dwar il-protezzjoni kontra l-akkwist, l-użu u l-iżvelar illegali ta' informazzjoni taʼ kompetenza u tan-negozju mhux żvelata (sigrieti kummerċjali).

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) 'sigriet kummerċjali' jfisser informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(1) 'sigriet kummerċjali' tfisser informazzjoni taʼ kompetenza u tan-negozju li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) għandu valur kummerċjali minħabba li hu sigriet;

(b) għandu valur kummerċjali reali jew potenzjali, minħabba li hu sigriet;

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 –punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) kien soġġett għal passi raġonevoli taħt iċ-ċirkostanzi, mill-persuna li għandha l-kontroll legali ta' l-informazzjoni, biex jinżamm sigriet.

(c) kien soġġett għal passi raġonevoli taħt iċ-ċirkostanzi, mid-detentur tas-sigriet kummerċjali, biex jinżamm sigriet.

Ġustifikazzjoni

Sostituzzjoni biex tiġi żgurata l-koerenza mat-terminoloġija użata fl-Artikolu 2 paragrafu 2.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) jikkonċerna provi, testijiet jew data sigrieta oħra li, sabiex jiġu żviluppati, jirrikjedu impenn sinifikanti u konsiderevoli, u li l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti kimiċi, farmaċewtiċi jew agrikoli li jinvolvu l-użu ta’ sustanzi kimiċi ġodda tiddependi fuq il-preżentazzjoni tagħhom.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) 'oġġetti kontraventorji' tfisser oġġetti li d-disinn, il-kwalità, il-proċess ta’ fabbrikazzjoni jew kummerċjalizzazzjoni tagħhom b’mod sinifikanti jibbenefikaw minn sigrieti kummerċjali akkwistati, użati jew żvelati illegalment.

(4) 'oġġetti kontraventorji' tfisser oġġetti li d-disinn, il-kwalità, il-karatteristiċi, il-funzjonament, il-proċess ta’ fabbrikazzjoni jew kummerċjalizzazzjoni tagħhom jibbenefikaw minn sigrieti kummerċjali akkwistati, użati jew żvelati illegalment.

Ġustifikazzjoni

Iż-żieda tat-termini “karatteristiċi” u “tħaddim” tinkludi aspetti oħra lil hinn mill-kwalità tal-oġġetti. Oġġett għandu jiġi kkunsidrat kontraventorju jekk jibbenefika b’xi mod minn sigriet kummerċjali miżapproprjat, irrispettivament minn kemm huwa bbenefika minnu "b'mod sinifikanti".

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-akkwist ta’ sigriet kummerċjali mingħajr il-kunsens tad-detentur tas-sigriet kummerċjali għandu jkun meqjus bħala illegali kull meta jitwettaq intenzjonalment jew minħabba negliġenza sejra bi:

2. L-akkwist ta’ sigriet kummerċjali mingħajr il-kunsens tad-detentur tas-sigriet kummerċjali għandu jkun meqjus bħala illegali kull meta jitwettaq bi:

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) aċċess mhux awtorizzat, jew kopja ta’ kwalunkwe dokument, oġġett, materjal, sustanza jew fajl elettroniku, legalment taħt il-kontroll tad-detentur tas-sigriet kummerċjali, li fihom sigrieti kummerċjali jew li minnhom wieħed jista’ jiddeduċi sigrieti kummerċjali;

(a) aċċess mhux awtorizzat, jew kopja ta’ kwalunkwe dokument, oġġett, materjal, sustanza jew fajl elettroniku, legalment taħt il-kontroll tad-detentur tas-sigriet kummerċjali, li fihom sigrieti kummerċjali;

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jiġi ċċarat li d-detentur ta’ sigriet kummerċjali huwa protett biss kontra l-akkwist illegali ta’ sigriet kummerċjali u mhux kontra dekumpilazzjoni, li hija legali.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3 − parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-użu jew l-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali għandu jitqies bħala illeġittimu kull meta jitwettaq, mingħajr il-kunsens tad-detentur tas-sigriet kummerċjali, intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja, minn persuna nstab li tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

3. L-użu jew l-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali għandu jitqies bħala illeġittimu kull meta jitwettaq, mingħajr il-kunsens tad-detentur tas-sigriet kummerċjali minn persuna li fil-fatt tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-użu jew l-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali għandhom ukoll ikunu meqjusa bħala illegali kull meta persuna, waqt l-użu jew l-iżvelar, kienet taf jew fiċ-ċirkostanzi kellha tkun taf li sigriet kummerċjali inkiseb minn persuna oħra li kienet qed tuża jew tiżvela sigriet kummerċjali b’mod illegali fis-sens tal-paragrafu 3.

4. L-akkwist, l-użu jew l-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali għandhom ukoll ikunu meqjusa bħala illegali kull meta persuna, waqt l-akkwist, l-użu jew l-iżvelar, kienet taf jew fiċ-ċirkostanzi kellha tkun taf li sigriet kummerċjali nkiseb direttament jew indirettament minn persuna oħra li kienet qed tuża jew tiżvela sigriet kummerċjali b’mod illegali fis-sens tal-paragrafu 3.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-produzzjoni konxja jew volontarja, l-offerta jew it-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti kontraventorji, jew l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew il-ħażna tal-oġġetti kontraventorji għal dawk il-finijiet, għandha titqies bħala użu illegali ta’ sigriet kummerċjali.

5. Il-produzzjoni, l-offerta jew it-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti kontraventorji, jew l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew il-ħażna tal-oġġetti kontraventorji għal dawk il-finijiet, għandhom jitqiesu wkoll bħala użu illegali ta’ sigriet kummerċjali meta l-persuna li twettaq tali attivitajiet, kienet taf, jew kellha, fiċ-ċirkostanzi, tkun taf li s-sigriet kummerċjali ntuża illegalment fis-sens tal-paragrafu 3.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-akkwist tas-sigrieti kummerċjali għandu jiġi meqjus bħala legali meta jinkiseb permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:

1. L-akkwist tas-sigrieti kummerċjali għandu jiġi meqjus bħala legali meta jinkiseb permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a) skoperta jew kreazzjoni indipendenti;

(a) skoperta jew kreazzjoni indipendenti;

(b) osservazzjoni, studju, żarmar jew test ta’ prodott jew oġġett li jkun sar disponibbli għall-pubbliku jew li huwa legalment fil-pussess tal-akkwirent tal-informazzjoni;

(b) osservazzjoni, studju, żarmar jew test ta’ prodott jew oġġett li jkun sar disponibbli għall-pubbliku jew li huwa legalment fil-pussess tal-akkwirent tal-informazzjoni li jkun liberu minn kwalunkwe dmir legalment validu biex jiġi limitat l-akkwist tas-sigriet kummerċjali;

(c) eżerċizzju tad-dritt tar-rappreżentanti tal-ħaddiema għal tagħrif u konsultazzjoni f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali u/jew ta’ ċerti prattiki;

(c) eżerċizzju tad-dritt tar-rappreżentanti tal-ħaddiema għal tagħrif u konsultazzjoni f’konformità mal-liġi u/jew il-prattiki tal-Unjoni u dawk nazzjonali;

(c) kwalunkwe prattika oħra li, fiċ-ċirkostanzi, hija konformi ma' prattiċi kummerċjali onesti.

(d) kwalunkwe prattika oħra li, fiċ-ċirkostanzi, hija konformi ma' prattiċi kummerċjali onesti.

 

L-akkwist, l-użu u l-iżvelar taʼ sigrieti kummerċjali għandu jiġi kkunsidrat legali sa fejn dan l-akkwist, l-użu jew l-iżvelar ikun meħtieġ jew permess mil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, u jkun permess skont id-dispożizzjonijiet tagħhom li jipproteġu d-drittijiet tad-detentur tas-sigriet kummerċjali.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li m’hemmx dritt għall-applikazzjoni għall-miżuri, l-proċeduri u r-rimedji stipulati f’din id-Direttiva meta l-allegat akkwist, użu jew żvelar ta’ sigriet kummerċjali twettaq fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

2. L-akkwist, l-użu jew l-iżvelar taʼ sigrieti kummerċjali għandu jiġi kkunsidrat legali sa fejn l-allegat akkwist, użu jew żvelar ta’ sigriet kummerċjali jitwettaq fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) biex isir użu leġittimu mid-dritt tal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni;

(a) biex isir użu leġittimu mid-dritt tal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni;

(b) għall-iskop tinkixef il-kondotta ħażina, l-għemil ħażin jew attività illegali tal-applikant, sakemm l-allegat akkwist, użu jew żvelar ta’ sigriet kummerċjali kien meħtieġ għal dik ir-rivelazzjoni u li l-intimat aġixxa fl-interess pubbliku;

(b) għall-iskop li tinkixef il-kondotta ħażina, l-għemil ħażin jew attività illegali, sakemm l-allegat akkwist, użu jew żvelar ta’ sigriet kummerċjali kien meħtieġ għal dik ir-rivelazzjoni u li l-intimat aġixxa fl-interess pubbliku;

(c) is-sigriet kummerċjali ġie żvelat mill-ħaddiema lir-rappreżentanti tagħhom bħala parti minn eżerċizzju leġittimu tal-funzjonijiet rappreżentattivi tagħhom;

(c) is-sigriet kummerċjali ġie żvelat mill-ħaddiema lir-rappreżentanti tagħhom bħala parti minn eżerċizzju leġittimu tal-funzjonijiet rappreżentattivi tagħhom b'konformità mad-dritt u l-prattiki tal-Unjoni u dawk nazzjonali;

(d) għall-iskop tal-issodisfar ta' obbligu nonkontrattwali;

 

(e) għall-iskop tal-protezzjoni ta' interess leġittimu.

(e) għall-iskop tal-protezzjoni ta' interess leġittimu rikonoxxut mid-dritt tal-Unjoni jew id-dritt nazzjonali.

 

2a. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa:

 

(a) l-applikazzjoni ta’ regoli tal-Unjoni jew nazzjonali li jirrikjedu li d-detenturi tas-sigrieti kummerċjali jiżvelaw, għal raġunijiet ta’ interess pubbliku, informazzjoni, inklużi sigrieti kummerċjali, lill-awtoritajiet pubbliċi biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom;

 

(b) l-użu ta’ informazzjoni, l-għarfien, il-kwalifiki u l-ħiliet tal-impjegati miksuba f’impjieg preċedenti, sal-punt li mhuwiex kopert mill-Artikolu 3.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jevita l-ħolqien ta' xkiel għall-kummerċ leġittimu fis-suq intern;

(b) jevita l-ħolqien taʼ xkiel għall-kummerċ leġittimu, għall-kompetizzjoni u għall-mobilità tal-ħaddiem fis-suq intern;

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet għall-applikazzjoni tal-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji stipulati f’din id-Direttiva jistgħu jinġiebu f’tal-anqas sena waħda imma mhux aktar minn sentejn wara d-data li fiha l-applikant sar jaf, jew kellu raġuni biex isir konxju, tal-aħħar fatt li jagħti lok għall-azzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet għall-applikazzjoni tal-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji stipulati f’din id-Direttiva jistgħu jinġiebu sa tliet snin wara d-data li fiha l-applikant sar jaf, jew kellu raġuni biex isir konxju, tal-aħħar fatt li jagħti lok għall-azzjoni.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet, ir-rappreżentanti legali tagħhom, l-uffiċjali tal-qorti, xhieda, esperti u kull persuna oħra li tkun qed tipparteċipa fi proċeduri legali dwar l-akkwist l-użu jew l-iżvelar illegali, ta’ sigriet kummerċjali, jew min għandu aċċess għal dokumenti li jiffurmaw parti minn dawk il-proċedimenti legali, m’għandux jitħalla juża jew jiżvela kwalunkwe sigriet kummerċjali jew allegat sigriet kummerċjali li sar jaf bih bħala riżultat ta’ tali parteċipazzjoni jew aċċess.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet, ir-rappreżentanti legali tagħhom, l-uffiċjali tal-qorti, xhieda, esperti u kull persuna oħra li tkun qed tipparteċipa fi proċeduri legali dwar l-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali, ta’ sigriet kummerċjali, jew min għandu aċċess għal dokumenti li jiffurmaw parti minn dawk il-proċedimenti legali, m’għandux jitħalla juża jew jiżvela kwalunkwe sigriet kummerċjali jew allegat sigriet kummerċjali li sar jaf bih bħala riżultat ta’ tali parteċipazzjoni jew aċċess. L-Istati Membri jistgħu jippermettu wkoll lill-awtoritajiet ġudizzjarji li jieħdu miżuri bħal dawn fuq inizjattiva tagħhom stess.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu ma jibqax jeżisti f’xi waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin:

L-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jibqa’ fis-seħħ sakemm jintemmu l-proċedimenti legali. Madankollu, l-obbligu ma jibqax jeżisti fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin:

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) fejn matul il-proċedimenti, l-allegat sigriet kummerċjali jinstab li ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (1) tal-Artikolu 2;

(a) fejn, l-allegat sigriet kummerċjali jinsab li ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (1) tal-Artikolu 2 permezz ta' deċiżjoni finali;

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jistgħu, fuq applikazzjoni debitament raġonata minn parti, jieħdu miżuri speċifiċi meħtieġa biex jippreservaw il-kunfidenzjalità ta’ kwalunkwe sigriet kummerċjali jew allegat sigriet kummerċjali użat jew imsemmi matul il-proċedimenti legali li jirrigwardaw l-akkwist l-użu jew l-iżvelar illegali, ta’ sigriet kummerċjali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jistgħu, fuq applikazzjoni motivata minn parti, jieħdu miżuri speċifiċi meħtieġa biex jippreservaw il-kunfidenzjalità ta’ kwalunkwe sigriet kummerċjali jew allegat sigriet kummerċjali użat jew imsemmi matul il-proċedimenti legali li jirrigwardaw l-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali, ta’ sigriet kummerċjali. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ukoll lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti biex jadottaw miżuri ex officio.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) li jiġi restritt l-aċċess għal kull dokument li fih sigrieti kummerċjali sottomess mill-partijiet jew mill-partijiet terzi, kollha jew parti minnhom;

(a) li jiġi restritt l-aċċess għal kull dokument li fih sigrieti kummerċjali sottomess mill-partijiet jew mill-partijiet terzi, b'mod komplet jew parzjali, sakemm iż-żewġ partijiet involuti jew ir-rappreżentant tagħhom ikollhom aċċess għalihom;

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi żgurat li ż-żewġ partijiet ikollhom aċċess għall-informazzjoni li jkollha influwenza essenzjali fuq il-kontenut tal-każ.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) li jiġi ristrett l-aċċess għal seduti, meta s-sigrieti kummerċjali jistgħu jiġu żvelati, u r-rekords jew transkript korrispondenti tagħhom. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, u soġġett għal ġustifikazzjoni xierqa, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jistgħu jirrestrinġu l-aċċess tal-partijiet għal dawk is-seduti u jordnaw li dawn jitwettqu biss fil-preżenza tar-rappreżentanti legali tal-partijiet u esperti awtorizzati suġġett għal obbligu tal-kunfidenzjalità msemmija fil-paragrafu 1;

(b) li jiġi ristrett l-aċċess għal seduti, meta s-sigrieti kummerċjali jew l-allegati sigrieti kummerċjali jistgħu jiġu żvelati, u r-reġistrazzjonijiet jew it-traskrizzjoni korrispondenti tagħhom, lil numru limitat ta' persuni, sakemm tal-anqas persuna waħda minn kull parti, l-avukat jew ir-rappreżentant rispettiv tagħha għall-proċedimenti u l-uffiċjali tal-qorti jingħataw aċċess sħiħ għal tali smigħ, rekords jew traskrizzjoni;

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta jiddeċiedu dwar l-għoti jew iċ-ċaħda tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u jivvalutaw il-proporzjonalità, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandhom iqisu l-interessi leġittimi tal-partijiet u, fejn xieraq ta’ partijiet terzi, u kwalunkwe ħsara potenzjali għal waħda mill-Partijiet, u fejn xieraq partijiet terzi, li jirriżultaw mill-għoti jew ir-rifjut ta’ tali applikazzjoni.

3. Meta jiddeċiedu dwar l-għoti jew iċ-ċaħda ta' miżuri għall-preservazzjoni ta' sigriet kummerċjali u jivvalutaw il-proporzjonalità tagħhom, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandhom iqisu l-ħtieġa li jiġu żgurati d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, l-interessi leġittimi tal-partijiet u, fejn xieraq ta’ partijiet terzi, u kwalunkwe ħsara potenzjali għal waħda mill-partijiet, u fejn xieraq partijiet terzi, li jirriżultaw mill-għoti jew ir-rifjut ta’ tali applikazzjoni.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jistgħu, fuq it-talba tad-detentur tas-sigriet kummerċjali, jordnaw kwalunkwe mill-miżuri provviżorji u prekawzjonarji li ġejjin kontra l-allegat kontraventur:

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Ġustifikazzjoni

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu jagħmlu l-kontinwazzjoni tal-akkwist, l-użu jew l-iżvelar allegatament illegali ta’ sigriet kummerċjali soġġett għall-preżentazzjoni ta’ garanziji maħsuba biex jiżguraw il-kumpens tad-detentur tas-sigriet kummerċjali.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu, bħala alternattiva għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, jagħmlu l-kontinwazzjoni tal-akkwist, l-użu jew l-iżvelar allegatament illegali ta’ sigriet kummerċjali soġġett għall-preżentazzjoni ta’ garanziji maħsuba biex jiżguraw il-kumpens tad-detentur tas-sigriet kummerċjali.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandhom, fir-rigward tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 9, l-awtorità li jitolbu lill-applikant jipprovdi evidenza li tista' titqies raġonevolment disponibbli sabiex jissodisfaw ruħhom li s-sigriet kummerċjali jeżisti, li l-applikant huwa d-detentur tas-sigriet kummerċjali leġittimu u li sigriet kummerċjali kien akkwistat illegalment, li sigriet kummerċjali qed jiġi użat u żvelat illegalment, jew li hija imminenti akkwiżizzjoni, użu jew żvelar illegli ta’ sigriet kummerċjali.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandhom, fir-rigward tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 9, l-awtorità li jitolbu lill-applikant jipprovdi evidenza li tista' titqies raġonevolment disponibbli sabiex jissodisfaw ruħhom li l-kwistjoni involuta tikkwalifika bħala sigriet kummerċjali, li l-applikant huwa d-detentur tas-sigriet kummerċjali u li sigriet kummerċjali kien akkwistat illegalment, li sigriet kummerċjali qed jiġi użat u żvelat illegalment, jew li hija imminenti akkwiżizzjoni, użu jew żvelar illegli ta’ sigriet kummerċjali.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddeċiedu li jagħtu jew jiċħdu l-applikazzjoni u jivvalutaw l-proporzjonalità tagħha, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandhom ikunu mitluba li jqisu l-valur tas-sigriet kummerċjali, il-miżuri meħuda biex jiġi protett is-sigriet kummerċjali, il-kondotta tal-intimat fl-akkwist, l-iżvelar jew l-użu tas-sigriet kummerċjali, l-impatt tal-iżvelar jew l-użu illegali tas-sigriet kummerċjali, l-interessi leġittimi tal-partijiet u l-impatt li l-għoti jew ir-rifjut tal-miżuri jista’ jkollhom fuq il-partijiet, l-interessi leġittimi ta’ partijiet terzi, l-interess pubbliku u s-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddeċiedu li jagħtu jew jiċħdu l-applikazzjoni u jivvalutaw l-proporzjonalità tagħha, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandhom ikunu mitluba li jqisu l-aspetti rilevanti kollha tal-każ, bħalma huma l-valur tas-sigriet kummerċjali, il-miżuri meħuda biex jiġi protett is-sigriet kummerċjali, il-kondotta tal-intimat fl-akkwist, l-iżvelar jew l-użu tas-sigriet kummerċjali, l-impatt tal-iżvelar jew l-użu illegali tas-sigriet kummerċjali, l-interessi leġittimi tal-partijiet u l-impatt li l-għoti jew ir-rifjut tal-miżuri jista’ jkollhom fuq il-partijiet, l-interessi leġittimi ta’ partijiet terzi, l-interess pubbliku u s-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jistgħu jagħmlu l-miżuri proviżorji msemmija fl-Artikolu 9 soġġeti għal preżentazzjoni mill-applikant ta' sigurtà adegwata jew assigurazzjoni ekwivalenti intiża biex tassigura il-kumpens mingħajr preġudizzju soffert mill-intimat jew kwalunkwe persuna oħra milquta mill-miżuri.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Ġustifikazzjoni

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn tittieħed deċiżjoni ġudizzjarja li ssib akkwist, użu jew żvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jistgħu, fuq talba tal-applikant jordnaw kontra l-kontraventur:

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn tittieħed deċiżjoni ġudizzjarja li ssib akkwist, użu jew żvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jistgħu, fuq talba tal-applikant, jordnaw miżura waħda jew iktar minn dawn li ġejjin kontra l-kontraventur:

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) dikjarazzjoni ta' kontravenzjoni;

imħassar

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, waqt li kienet qed tiġi eżaminata talba għal l-adozzjoni tal-mandati ta’ inibizzjoni u miżuri korrettivi previsti fl-Artikolu 11 u tiġi vvalutata l-proporzjonalità tagħhom, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jqisu l-valur tas-sigriet kummerċjali, il-miżuri meħuda biex jiġi protett is-sigriet kummerċjali, il-kontotta tal-kontraventur fl-akkwist, l-iżvelar jew l-użu tas-sigriet kummerċjali, l-impatt ta’ żvelar illegali jew użu tas-sigriet kummerċjali, l-interessi leġittimi tal-partijiet u l-impatt li l-għoti jew ir-rifjut tal-miżuri jista’ jkollhom fuq il-partijiet, l-interessi leġittimi ta’ partijiet terzi, l-interess pubbliku u s-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, waqt l-eżami ta' talba għall-adozzjoni tal-mandati ta’ inibizzjoni u miżuri korrettivi previsti fl-Artikolu 11 u l-valutazzjoni tal-proporzjonalità tagħhom, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandhom ikunu meħtieġa li jqisu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ. Din il-valutazzjoni għandha tinkludi, fejn xieraq, il-valur tas-sigriet kummerċjali, il-miżuri meħuda biex jiġi protett is-sigriet kummerċjali, il-kondotta tal-kontraventur fl-akkwist, l-iżvelar jew l-użu tas-sigriet kummerċjali, l-impatt ta’ żvelar illegali jew użu tas-sigriet kummerċjali, l-interessi leġittimi tal-partijiet u l-impatt li l-għoti jew ir-rifjut tal-miżuri jista’ jkollhom fuq il-partijiet, l-interessi leġittimi ta’ partijiet terzi, l-interess pubbliku u s-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-awtoritajiet kompetenti jillimitaw id-dewmien tal-miżura msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 11 (1), dan iż-żmien għandu jkun biżżejjed biex jelimina kwalunkwe vantaġġ kummerċjali jew ekonomiku li l-kontraventur seta' jikseb mill-akkwist l-iżvelar jew l-użu illegali tas-sigriet kummerċjali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jillimitaw it-tul tal-miżura msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 11(1) b’tali mod li jkun biżżejjed biex jelimina kwalunkwe vantaġġ kummerċjali jew ekonomiku li l-kontraventur seta' jikseb mill-akkwist, l-iżvelar jew l-użu illegali tas-sigriet kummerċjali.

Ġustifikazzjoni

Jekk il-konvenut ma jkun jista’ jikseb l-ebda vantaġġ kummerċjali mill-misapproprjazzjoni, l-estensjoni ulterjuri ta’ mandat ta’ inibizzjoni sservi biss bħala deterrent u sanzjoni filwaqt li fl-istess ħin ixxekkel il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jkun ġie ordnat kumpens pekunjarju minflok l-ordni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 11 (1), tali kumpens pekunjarju ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ royalties jew miżati li kienu jkunu dovuti, li kieku dik il-persuna kienet talbet awtorizzazzjoni biex tuża s-sigriet kummerċjali in kwistjoni, għall-perjodu ta’ żmien li matulu l-użu tas-sigriet kummerċjali seta’ ġie projbit.

Meta jkun ġie ordnat kumpens pekunjarju minflok l-ordni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 11(1), tali kumpens pekunjarju ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ royalties jew miżati li kienu jkunu dovuti, li kieku dik il-persuna kienet talbet awtorizzazzjoni biex tuża s-sigriet kummerċjali inkwistjoni, għall-perjodu ta’ żmien li matulu l-użu tas-sigriet kummerċjali seta’ ġie projbit.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti, fuq applikazzjoni tal-parti danneġġjata, jordnaw lill-kontraventur li kien jaf jew li messu kien jaf li hu jew hi kien/et qed j/tagħmel l-akkwist l-iżvelar jew l-użu illegali ta’ sigriet kummerċjali, li jħallsu lid-detentur tas-sigriet kummerċjali id-danni xierqa għall-ħsara attwali mġarrba.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti, fuq applikazzjoni tal-parti danneġġjata, jordnaw lill-kontraventur li kien jaf jew li messu kien jaf li hu jew hi kien/et qed j/tagħmel l-akkwist l-iżvelar jew l-użu illegali ta’ sigriet kummerċjali, li jħallsu lid-detentur tas-sigriet kummerċjali id-danni xierqa għall-ħsara attwali mġarrba b'riżultat tal-ksur.

 

B’konformità mad-dritt u l-prattiki nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw ir-responsabbiltà għad-danni ta’ impjegati lejn l-impjegaturi tagħhom għall-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali tal-impjegatur meta jaġixxu mingħajr intenzjoni.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Biex jiġi deċiż jekk jiġux ordnati miżuri ta’ pubbliċità u ta’ stima ta’ proporzjonalità, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandhom iqisu d-dannu possibbli li miżura bħal din tista’ tikkawża għall-privatezza u r-reputazzjoni tal-kontraventur, kull meta l-kontraventur huwa persuna naturali, kif ukoll il-valur tas-sigriet kummerċjali, il-kondotta tal-kontraventur fl-akkwist, l-iżvelar jew l-użu tas-sigriet kummerċjali, l-impatt tal-akkwist, l-iżvelar jew l-użu tas-sigriet kummerċjali, u l-probabbiltà ta’ aktar użu u żvelar tas-sigriet kummerċjali mill-kontraventur.

3. Biex jiġi deċiż jekk tiġix ordnata miżura msemmija fil-paragrafu 1, u ssir stima tal-proporzjonalità tagħha, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandhom iqisu jekk l-informazzjoni dwar il-kontraventur tippermettix l-identifikazzjoni ta' persuna fiżika u, jekk ikun il-każ, jekk il-pubblikazzjoni ta’ dik l-informazzjoni tkunx ġustifikata, b’mod partikolari fid-dawl tal-kriterji li ġejjin: id-dannu possibbli li miżura bħal din tista’ tikkawża għall-privatezza u r-reputazzjoni tal-kontraventur, il-kondotta tal-kontraventur fl-akkwist, l-iżvelar jew l-użu tas-sigriet kummerċjali u l-probabbiltà ta’ aktar użu jew żvelar illegali tas-sigriet kummerċjali mill-kontraventur.

PROĊEDURA

Titolu

Il-protezzjoni ta’ informazzjoni ta’ kompetenza u tan-negozju (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom

Referenzi

COM(2013)0813 – C7-0431/2013 – 2013/0402(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

9.12.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

9.12.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Lara Comi

7.10.2014

Eżami fil-kumitat

18.3.2014

5.11.2014

17.11.2014

3.12.2014

 

21.1.2015

23.2.2015

16.3.2015

 

Data tal-adozzjoni

24.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

4

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dita Charanzová, Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Lara Comi, Daniel Dalton, Nicola Danti, Pascal Durand, Vicky Ford, Ildikó Gáll-Pelcz, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Antanas Guoga, Sergio Gutiérrez Prieto, Liisa Jaakonsaari, Jiří Maštálka, Marlene Mizzi, Jiří Pospíšil, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Roberta Metsola, Franz Obermayr, Adam Szejnfeld, Ulrike Trebesius, Sabine Verheyen, Inês Cristina Zuber

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jonathan Arnott, Philippe De Backer, Ashley Fox, Andrey Novakov


Proċedura

Titolu

Il-protezzjoni ta’ informazzjoni ta’ kompetenza u tan-negozju (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom

Referenzi

COM(2013)0813 – C7-0431/2013 – 2013/0402(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

27.11.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

9.12.2013

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

23.10.2014

ITRE

9.12.2013

IMCO

9.12.2013

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

EMPL

23.10.2014

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Constance Le Grip

22.9.2014

 

 

 

Eżami fil-kumitat

13.10.2014

11.11.2014

23.3.2015

16.4.2015

Data tal-adozzjoni

16.6.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

2

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Therese Comodini Cachia, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Laura Ferrara, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Mary Honeyball, Dietmar Köster, Gilles Lebreton, Jiří Maštálka, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Sergio Gaetano Cofferati, Angel Dzhambazki, Jytte Guteland, Constance Le Grip, Cecilia Wikström

Data tat-tressiq

22.6.2015

Aġġornata l-aħħar: 27 t'Awissu 2015Avviż legali