Proċedura : 2015/2079(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0211/2015

Testi mressqa :

A8-0211/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 07/07/2015 - 5.7

Testi adottati :

P8_TA(2015)0245

RAPPORT     
PDF 250kWORD 109k
25 ta' Ġunju 2015
PE 554.907v02-00 A8-0211/2015

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, b'konformità mal-punt 11 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (għargħar fir-Rumanija, fil-Bulgarija u fl-Italja)

(COM(2015)0162 – C8-0094/2015 – 2015/2079(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Siegfried Mureșan

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS – ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, b'konformità mal-punt 11 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (għargħar fir-Rumanija, fil-Bulgarija u fl-Italja)

(COM(2015)0162 – C8-0094/2015 – 2015/2079(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0162 – C8-0094/2015),

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea(1),

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0211/2015),

1.      Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

(2)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE (għargħar fir-Rumanija, fil-Bulgarija u fl-Italja)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(2), u b'mod partikolari tal-punt 11 tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

billi:

(1)         Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-"Fond") għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b'mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u tesprimi s-solidarjetà tagħha fir-rigward tal-popolazzjoni ta' reġjuni milquta minn katastrofi.

(2)         Il-Fond ma għandux jaqbeż l-ammont annwali massimu ta' EUR 500 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013(3).

(3)         Ir-Rumanija ppreżentat żewġ applikazzjonijiet bl-għan li jimmobilizzaw il-Fond rigward l-għargħar.

(4)         Il-Bulgarija ppreżentat applikazzjoni bl-għan li timmobilizza l-Fond rigward l-għargħar.

(5)         L-Italja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond rigward għargħar.

(6)         Il-Fond għandu, għalhekk, jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 66 505 850 fir-rigward tal-applikazzjonijiet ippreżentati mir-Rumanija, mill-Bulgarija u mill-Italja.

(7)         Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun il-ħin li jieħu l-Fond biex jiġi mobilizzat, din id-deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-qafas tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2015, għandha tiġi mobilizzata somma ta' EUR 66 505 850 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament taħt l-intestatura tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Tapplika minn [data tal-adozzjoni tagħha li jiddaħħal mill-Parlament qabel il-pubblikazzjoni fil-ĠU].

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                          Għall-Kunsill

Il-President                                                   Il-President

(1)

              Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3).

(2)

              ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)

              Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.).


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea favur l-għargħar fir-Rumanija (ir-rebbiegħa u s-sajf tal-2014), fil-Bulgarija (is-sajf tal-2014) u fl-Italja (il-ħarifa tal-2014) fuq il-bażi tal-punt 11 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013.

Il-Kummissjoni wettqet analiżi bir-reqqa ta' dawn l-erba' applikazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 li jistabilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 661/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014, u b'mod partikolari l-Artikoli 2, 3 u 4 tiegħu.

Rumanija − għargħar tar-rebbiegħa: Matul April u Mejju tal-2014 30 kontea Rumena minn 42 intlaqtu minn għargħar. Il-ħsara diretta totali fl-infrastruttura pubblika u privata, fid-djar privati u fl-agrikoltura kien stmat għal EUR 167,9 miljun, jiġifieri 0,13 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) tar-Rumanija. Dan l-ammont jibqa' taħt il-limitu ta' "diżastru maġġuri" għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE applikabbli għar-Rumanija fl-2014 ta' EUR 783,7 miljun (jiġifieri 0,6 % tal-ING ibbażat fuq id-data tal-2012 jew EUR 3 biljun bil-prezzijiet tal-2011, liema minnhom ikun l-ammont l-aktar baxx). Madankollu, l-applikazzjoni tqieset eleġibbli skont id-dispożizzjoni dwar il-pajjiż ġar tal-Artikolu 2(4), skont liema, pajjiż milqut mill-istess diżastru ta' pajjiż ġar li jkun ġie rikonoxxut bħala diżastru maġġuri jista' b'mod eċċezzjonali jibbenefika mill-assistenza tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, anke jekk dan ma jikkwalifikax bħala diżastru maġġuri jew reġjonali. Il-kost tal-operazzjonijiet ta' emerġenza essenzjali eleġibbli skont l-Artikolu 3(2) ġie stmat mill-awtoritajiet Rumeni li jlaħħaq l-EUR 145,5 miljun.

Rumanija − għargħar tas-sajf: Mill-aħħar jiem ta' Lulju sa nofs Awwissu 2014 inħawi tar-reġjun Sud-Vest Oltenia tar-Rumanija ntlaqtu minn għargħar u wqigħ tal-art li kkawżaw ħsara lill-infrastruttura pubblika u privata, lill-impriżi u lis-settur agrikolu, kif ukoll lill-wirt kulturali u lid-djar privati. Il-ħsara diretta totali, stmata għal EUR 171,9 miljun jew 0,13 % tal-PDG tar-Rumanija, baqgħet taħt il-limitu minimu ta' diżastru maġġuri għall-attivazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, iżda l-applikazzjoni tqieset eleġibbli skont il-kriterji għal diżastri reġjonali skont l-Artikolu 2(3). "Diżastru reġjonali" huwa definit bħala kwalunkwe diżastru naturali f'reġjun ta' livell NUTS 2 ta' Stat eleġibbli li jirriżulta fi ħsara diretta li taqbeż l-1,5 % tal-PDG ta' tali reġjun. Billi l-ħsara diretta ta' EUR 171,9 miljun li ġiet irrapportata tirrappreżenta 1,64 % tal-PDG tar-reġjun Sud-Vest Oltenia, l-applikazzjoni tar-Rumanija tqieset eleġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fond ta' Solidarjetà tal-UE. Il-kost tal-operazzjonijiet ta' emerġenza essenzjali eleġibbli ġie stmat mill-awtoritajiet Rumeni u jlaħħaq l-EUR 94 miljun.

Bulgarija − għargħar tas-sajf: Fl-aħħar jiem ta' Lulju u l-bidu ta' Awwissu 2014, xita qalila kkaġunat ħsarat konsiderevoli fl-infrastruttura pubblika u privata, lill-impriżi, lid-djar u lill-beni privati u fis-settur agrikolu tar-reġjun ta' Severozapaden. L-awtoritajiet Bulgari stmaw il-ħsara diretta totali għal EUR 79,3 miljun, jiġifieri 0,20 % tal-ING tal-Bulgarija jew 34,1 % tal-limitu "diżastru maġġuri" ta' EUR 232,5 miljun (0,6 % tal-ING) applikabbli għall-Bulgarija fl-2014. Anki f'dan il-każ, il-valur tal-ħsarat baqa' taħt il-limitu ta' "diżastru maġġuri". Madankollu, peress l-applikazzjoni tirrigwarda reġjun individwali tal-livell NUTS 2 u l-ħsarat totali jirrappreżentaw 2,9 % tal-PDG ta' tali reġjun, l-applikazzjoni hija eleġibbli għall-kontribuzzjoni fl-ambitu tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE skont il-kriterji "diżastru reġjonali". Il-kost tal-operazzjonijiet ta' emerġenza essenzjali eleġibbli ġie stmat li jlaħħaq d-EUR 69,1 miljun.

Italja − għargħar tal-ħarifa: Mill-ewwel jiem ta' Ottubru sa nofs Novembru 2014, ħames reġjuni fil-Majjistral tal-Italja (l-Emilja-Romanja, il-Ligurja, il-Lombardija, il-Pjemonte u t-Toskana), ġarrbu għargħar u wqigħ tal-art li kkawżaw ħsara lill-infrastruttura pubblika u privata, lill-impriżi, lid-djar u lill-beni privati, lis-settur agrikolu u lill-ambjent, kif ukoll ħallew 11-il vittma. L-avvenimenti, attribwibbli għal kundizzjoni meteoroloġika unika sottostanti, jistgħu jitqiesu diżastru naturali uniku. Il-ħsara diretta totali, stmata mill-awtoritajiet Taljani li tlaħħaq l-EUR 2 241 miljun, baqgħet taħt il-limitu "diżastru maġġuri" għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE ta' EUR 3 184 miljun applikabbli għall-Italja fl-2014. Madankollu, l-applikazzjoni hija eleġibbli skont il-kriterji "diżastru reġjonali" billi ntlaqtu bosta reġjuni fil-livell NUTS 2 u l-ħsarat ikkawżati fil-ħames reġjoni milquta jirrappreżentaw 1,84 % tal-PDG reġjonali ponderat, jiġifieri jaqbeż il-limitu b'1,5 % stabbilit fl-Artikolu 2(3).

Il-Kummissjoni tipproponi li tiġi applikata r-rata ta' 2,5 % tal-ħsara diretta totali f'kull wieħed mill-erba' każijiet, billi ħadd minnhom ma qabeż il-limiti ta' diżastru maġġuri rispettivi tagħhom. Dan huwa konformi mal-prattika preċedenti fil-każ ta' diżastri reġjonali u diżastri aċċettati fl-ambitu tad-dispożizzjoni tal-"pajjiż ġar".

Qed jiġu proposti dawn l-ammonti ta' għajnuna:

 

 

 

 

 

 

 

(EUR)

Diżastru

Ħsara diretta(f'miljuni ta' EUR)

Applikazzjoni tal-limitu "diżastru reġjonali" (f'miljuni ta' EUR)

Limitu "diżastru maġġuri"(f'miljuni ta' EUR)

Kost totali tal-operazzjonijiet eleġibbli(f'miljuni ta' EUR)

2,5 % tal-ħsara diretta sal-limitu (EUR)

Iffissar ta' limiti massimi

Ammont totali tal-għajnuna proposta (EUR)

RUMANIJA għargħar tar-rebbiegħa

167,927

~

783,738

145,527

4 198 175

Le

4 198 175

RUMANIJA għargħar tas-sajf

171,911

157,200

783,738

93,955

4 297 775

Le

4 297 775

BULGARIJA

79,344

40,980

232,502

69,108

1 983 600

Le

1 983 600

ITALJA

2 241,052

1 832,944

3 183,624

434,314

56 026 300

Le

56 026 300

TOTAL

 

 

 

 

 

 

66 505 850

Il-mobilizzazzjoni totali proposta tkun teħtieġ emenda tal-baġit 2015 permezz ta' żieda fil-partita baġitarja 13 06 01 (Fond ta' Solidarjetà tal-UE għall-Istati Membri) ta' EUR 66 505 850 kemm fl-approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll fl-approprjazzjonijiet ta' pagament, li jitniżżlu fil-baġit barra mil-limiti massimi tal-QFP.

Din hija l-ewwel deċiżjoni ta' mobilizzazzjoni tal-2015 u l-ammont totali ta' għajnuna propost hawn fuq huwa konfomi mad-dispożizzjonijiet ta' limiti massimi tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE kif iffissati mir-Regolament dwar il-QFP li jammontaw għal EUR 541,2 miljun (jiġifieri EUR 500 miljun bil-prezzijiet tal-2011). Barra minn hekk, ammont ta' EUR 403,9 miljun li ma ntefaqx fl-2014 jista' jintuża matul l-2015. Billi diġà ġew mobilizzati EUR 50 miljun għall-pagament potenzjali ta' ħlasijiet bil-quddiem u inklużi fil-baġit tal-2015, ammont totali ta' EUR 895,1 miljun jibqa' disponibbli għall-mobilizzazzjonijiet tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE fl-2015.

B'mod parallel ma' din il-proposta sabiex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, il-Kummissjoni ppreżentat abbozz ta' baġit emendatorju (ABE Nru 4/2015 tat-15 ta' April 2015) sabiex fil-baġit tal-2015 jiddaħħlu l-approprjazzjonijiet korrispondenti ta' impenn u ta' pagament kif previst fil-punt 11 tal-FII.

Skont il-punt 11 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013, f'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn il-Parlament u l-Kunsill dwar dawn il-proposti, il-Kummissjoni se tagħti bidu għal proċedura ta' trilogu bil-għan li tiżgura qbil bejn iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja dwar il-bżonn li l-Fond jintuża u dwar l-ammont meħtieġ.

Skont ftehim intern mal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (REGI), dan il-Kumitat għandu jkun assoċjat mal-proċess, sabiex jingħata appoġġ kostruttiv għall-implimentazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE. Wara l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet, il-Kumitat REGI tal-Parlament Ewropew ta l-opinjonijiet tiegħu dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond, kif espress fl-ittra ta' opinjoni mehmuża ma' dan ir-rapport.

Ir-Rapporteur jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni annessa ma' dan ir-rapport.


ANNESS – ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI

Onor. Jean ARTHUIS

President

Kumitat għall-Baġits

Parlament Ewropew

Onor. Arthuis,

Suġġett:           Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea favur ir-Rumanija, il-Bulgarija u l-Italja

Il-Kummissjoni Ewropea għaddiet lill-Parlament Ewropew il-proposta tagħha għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE (COM(2015)0162), abbażi tal-applikazzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond li tressqu mir-Rumanija, mill-Bulgarija u mill-Italja fir-rigward tal-għargħar fit-territorji tagħhom fl-2014.

Il-Kummissjoni tipproponi l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta ' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, bl-istima tal-ħsara kkawżata minn kull diżastru kif tidher hawn taħt u mqassma skont il-pajjiż:

Diżastru

Ħsara diretta

(f'miljuni ta' EUR)

Applikazzjoni tal-limitu "diżastru reġjonali" (f'miljuni ta' EUR)

Limitu "diżastru maġġuri"

(f'miljuni ta' EUR)

Kost totali tal-operazzjonijiet eleġibbli

(f'miljuni ta' EUR)

2,5 % tal-ħsara diretta sal-limitu (EUR)

Iffissar ta' limiti massimi

Ammont totali tal-għajnuna proposta (EUR)

RUMANIJA għargħar tar-rebbiegħa

167,927

~

783,738

145,527

4 198 175

Le

4 198 175

RUMANIJA għargħar tas-sajf

171,911

157,200

783,738

93,955

4 297 775

Le

4 297 775

BULGARIJA

79,344

40,980

232,502

69,108

1 983 600

Le

1 983 600

ITALJA

2 241,052

1 832,944

3 183,624

434,314

56 026 300

Le

56 026 300

TOTAL

 

 

 

 

 

 

66 505 850

Il-Kummissjoni tipproponi wkoll l-abbozz ta' baġit emendatorju (ABE) Nru 4 għas-sena 2015 (COM(2015)0161), bil-ħsieb li tiġi koperta l-mobilizzazzjoni proposta u msemmija hawn fuq tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, billi żżid l-partita baġitarja 13 06 01 (Fond ta' Solidarjetà tal-UE għall-Istati Membri) bl-ammont ta' EUR 66 505 850 kemm f'approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll ta' pagament.

Il-koordinaturi tal-kumitat ivvalutaw dawn il-proposti u talbuni niktiblek biex ninformak li l-maġġoranza ta' dan il-Kumitat ma għandu l-ebda oġġezzjoni għal din il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE biex jiġi allokat l-ammont hawn fuq imsemmi kif ipproponiet il-Kummissjoni, u jsostni l-ABE Nru 4/2015 korrispondenti li pproponiet il-Kummissjoni.

Dejjem tiegħek,

Iskra MIHAYLOVA


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.6.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Ernest Maragall, Sophie Montel, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Paul Rübig, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Paul Tang, Isabelle Thomas, Monika Vana, Daniele Viotti, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Janusz Lewandowski, Ivan Štefanec, Nils Torvalds, Derek Vaughan

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Tiziana Beghin, Marco Zullo

Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Ġunju 2015Avviż legali