ABBOZZ TA’ RAPPORT dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ikklonjar ta' annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina miżmuma u riprodotti għal skopijiet ta' biedja

25.6.2015 - (COM(2013)0892 – C7‑0002/2014 – 2013/0433(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-IkelKumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Renate Sommer, Giulia Moi


Proċedura : 2013/0433(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0216/2015
Testi mressqa :
A8-0216/2015
Testi adottati :

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ikklonjar ta' annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina miżmuma u riprodotti għal skopijiet ta' biedja

(COM(2013)0892 – C7‑0002/2014 – 2013/0433(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0892),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0002/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-7 ta' Lulju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1331/2008 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 258/97 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001[1],

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-30 ta' April 2014[2],

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0216/2015),

1.      Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ikklonjar ta' annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina miżmuma u riprodotti għal skopijiet ta' biedja

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ikklonjar ta' annimali miżmuma u riprodotti għal skopijiet ta' biedja

 

(L-ewwel parti ta' din l-emenda, jiġifieri l-bidla minn Direttiva għal Regolament, tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa -1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1) Fl-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni u filwaqt li jitqies it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun garantit livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bnedmin u ta' ħarsien tal-konsumatur, kif ukoll livell għoli ta' benessri tal-annimali u ta' ħarsien ambjentali. F'kull ħin, għandu jiġi applikat il-prinċipju ta' prekawzjoni kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE14 tistabbilixxi standards minimi ġenerali dwar il-benessri tal-annimali mrobbija jew miżmuma għal skopijiet ta' biedja. Hija titlob lill-Istati Membri sabiex jevitaw uġigħ, sofferenza jew korriment bla bżonn tal-annimali tal-irziezet. Jekk l-ikklonjar jikkawża wġigħ, sofferenza jew korriment bla bżonn, l-Istati Membri jridu jaġixxu fuq livell nazzjonali sabiex jevitaw li jsir dan. Approċċi nazzjonali differenti għall-ikklonjar tal-annimali jistgħu jwasslu għal distorsjoni tas-suq. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi assigurat li japplikaw l-istess kundizzjonijiet għal dawk kollha involuti fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' annimali ħajjin madwar l-Unjoni.

(1) L-ikklonjar tal-annimali mhuwiex konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE2014, li tistabbilixxi standards minimi ġenerali dwar il-benessri tal-annimali mrobbija jew miżmuma għal skopijiet ta' biedja. Id-Direttiva 98/58/KE titlob lill-Istati Membri sabiex jevitaw uġigħ, sofferenza jew korriment bla bżonn tal-annimali tal-irziezet, u, aktar speċifikament, tiddikjara fil-punt 20 tal-anness tagħha li "ma jistgħux jiġu prattikati trobbija jew proċeduri ta' trobbija naturali jew artifiċjali li jikkawżaw jew li aktarx jistgħu jikkawżaw tbatija jew korriment lil xi wieħed mill-annimali konċernati". Approċċi nazzjonali differenti għall-ikklonjar tal-annimali jew għall-użu ta' prodotti miksuba mill-ikklonjar jistgħu jwasslu għal distorsjoni tas-suq. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi assigurat li japplikaw l-istess kundizzjonijiet għal dawk kollha involuti fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' annimali u ta’ prodotti miksuba minn annimali madwar l-Unjoni.

__________________

__________________

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta' annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23).

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta' annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23).

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ikkonfermat li l-ommijiet surrogati li jintużaw fl-ikklonjar jsofru b'mod partikolari minn disfunzjonijiet tal-plaċenta li jikkontribwixxu għal livelli ogħla ta' korrimenti15. Dan jikkontribwixxi, fost ħwejjeġ oħra, għall-effiċjenza baxxa tat-teknika, 6 sa 15 % għall-ispeċi bovina u 6 % għall-ispeċi porċina, u l-ħtieġa li jiġu impjantati kloni tal-embrijuni f'diversi ommijiet sabiex jinkiseb klonu wieħed. Barra minn hekk, l-abnormalitajiet fil-kloni u l-frieħ kbar aktar mis-soltu jwasslu għal twelidijiet diffiċli u mwiet fil-frieħ tat-twelid.

(2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ikkonkludiet, fl-opinjoni tagħha tal-2008 dwar l-ikklonjar tal-annimali14a, li "is-saħħa u l-benessri ta' proporzjon sinifikanti tal-kloni [...] instabu li huma affettwati ħażin, ħafna drabi b'mod sever u b'riżultat fatali". B'mod aktar speċifiku, l-EFSA ikkonfermat li l-ommijiet surrogati li jintużaw fl-ikklonjar isofru b'mod partikolari minn disfunzjonijiet tal-plaċenta li jikkontribwixxu għal livelli ogħla ta' korrimenti15, bil-possibilità ta' effetti ħżiena fuq saħħithom. Dan jikkontribwixxi, fost ħwejjeġ oħra, għall-effiċjenza baxxa tat-teknika, 6 sa 1 % għall-ispeċi bovina u 6 % għall-ispeċi porċina, u l-ħtieġa li jiġu impjantati kloni tal-embrijuni f'diversi ommijiet sabiex jinkiseb klonu wieħed. Barra minn hekk, l-abnormalitajiet fil-kloni u l-frieħ kbar aktar mis-soltu jwasslu għal twelidijiet diffiċli u mwiet fil-frieħ tat-twelid. Rati ta' mortalità għolja fl-istadji kollha tal-iżvilupp huma karatteristika tat-teknika tal-ikklonjar15a.

__________________

__________________

 

14a http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/767.pdf

15 Opinjoni Xjentifika tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sigurtà fl-Ikel, is-Saħħa tal-Annimali u l-Impatt Ambjentali tal-Annimali miksuba minn Klonjar permezz tat-Trasferiment ta' Nuklei ta' Ċelloli Somatiċi (SCNT) u l-Frieħ tagħhom u l-Prodotti Miksuba minn dawk l-Annimali http://www.efsa.europa.eu/en/topics/topic/cloning.htm?wtrl=01

15 Opinjoni Xjentifika tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sigurtà fl-Ikel, is-Saħħa tal-Annimali u l-Impatt Ambjentali tal-Annimali miksuba minn Klonjar permezz tat-Trasferiment ta' Nuklei ta' Ċelloli Somatiċi (SCNT) u l-Frieħ tagħhom u l-Prodotti Miksuba minn dawk l-Annimali http://www.efsa.europa.eu/en/topics/topic/cloning.htm?wtrl=01

 

 

15a http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/2794.pdf

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Rigward is-sikurezza tal-ikel, l-EFSA enfasizzat l-importanza li jkun rikonoxxut li l-bażi tad-data hija limitata, u fl-opinjoni tagħha tal-2008 dwar l-ikklonjar tal-annimali kkonkludiet li: "L-inċertezzi fil-valutazzjoni tar-riskji jqumu minħabba n-numru limitat ta' studji disponibbli, id-daqsijiet żgħar tal-kampjuni investigati u, b'mod ġenerali, in-nuqqas ta' approċċ uniformi li jippermetti li l-kwistjonijiet kollha rilevanti għal din l-opinjoni jkunu indirizzati b'mod sodisfaċenti." Pereżempju, l-EFSA sostniet li l-informazzjoni dwar il-kompetenza immunoloġika tal-kloni hija limitata u tirrakkomanda li, jekk ikun hemm evidenza disponibbli ta' tnaqqis fl-immunokompetenza tal-kloni, għandu jiġi investigat "jekk, u jekk huwa l-każ, sa liema punt, il-konsum tal-laħam u l-ħalib li ġejjin mill-kloni jew il-frieħ tagħhom jista' jwassal għal żieda fl-esponiment tal-bniedem għal aġenti trażmissibbli".

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b) Fir-rigward ta' impatti potenzjali fuq l-ambjent, l-EFSA ddikjarat li d-data disponibbli hija limitata u, fir-rigward ta' impatti potenzjali fuq id-diversità ġenetika, l-EFSA ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li jista' jkun hemm effett indirett minħabba l-użu żejjed ta' numru limitat ta' annimali fi programmi ta' tgħammir, u li żieda fl-omoġeneità ta' ġenotip fi ħdan xi popolazzjoni tal-annimali tista' żżid is-suxxettibbiltà ta' dik il-popolazzjoni għal infezzjoni u riskji oħrajn.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 2c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2c) Il-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda (EGE) fir-rapport speċifiku tiegħu fl-20081a esprima dubji li l-ikklonjar tal-annimali għal skopijiet ta' biedja jista' jkun ġustifikat "meta jitqies il-livell preżenti ta' tbatija u problemi għas-saħħa tal-ommijiet surrogati u tal-kloni tal-annimali".

 

––––––––––––––––––––––––––

 

1a Aspetti etiċi tal-ikklonjar tal-annimali għall-provvista tal-ikel 16 ta' Jannar 2008: http://ec.europa.eu/bepa/european-group-ethics/docs/publications/opinion23_en.pdf

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 2d (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2d) Wieħed mill-objettivi tal-politika agrikola komuni tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) huwa "li tkabbar il-produzzjoni agrikola billi tippromwovi progress tekniku u billi tassigura l-iżvilupp razzjonali ta' produzzjoni". Dak il-għan għandu l-mira, inter alia, li jtejjeb il-produzzjoni, u fir-rigward tal-iżvilupp razzjonali ta' produzzjoni agrikola, dan jinvolvi l-aħjar utilizzazzjoni possibbli tal-fatturi ta' produzzjoni, jiġifieri l-produzzjoni xierqa għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni li tieħu kont tal-interessi tal-konsumaturi.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 2e (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2e) F’konformità mal-ġurisprudenza1a tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 43 tat-TFUE huwa l-bażi ġuridika adatta għal kwalunkwe leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-TFUE li jikkontribwixxi għall-kisba ta' wieħed jew aktar mill-objettivi tal-politika agrikola komuni stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-TFUE. Anki fejn tali leġiżlazzjoni tista' tiġi diretta lejn objettivi differenti minn dawk tal-politika agrikola komuni, li, fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet speċifiċi, se jiġu segwiti abbażi tal-Artikolu 114 tat-TFUE, dan jista' jinvolvi l-armonizzazzjoni ta' dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali f'dak il-qasam mingħajr ma jkun meħtieġ li wieħed jirrikorri għall-Artikolu 114. Barra minn hekk, il-miżuri meħuda fil-kuntest tal-politika agrikola komuni jistgħu wkoll jaffettwaw l-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati.

 

––––––––––––––––––––––––––

 

1a Il-Kawżi 68/86 ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq v il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej [1988] Il-Ġabra 855; C-11/88 il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej v il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea [1989] Il-Ġabra 3799; C-131/87, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej v il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej [1989] Il-Ġabra 3743.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 2f (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2f) Kif muri b'mod ċar u konsistenti mir-riċerka dwar il-konsumatur, il-maġġoranza taċ-ċittadini tal-Unjoni huma kontra l-ikklonjar għal skopijiet ta' biedja minħabba, inter alia, il-benessri tal-annimali u t-tħassib etiku ġenerali 1a. L-ikklonjar għal skopijiet ta' biedja jista' jwassal sabiex kloni tal-annimali jew dixxendenti tagħhom jidħlu fil-katina alimentari. Il-konsumaturi jopponu bil-qawwa l-konsum ta' ikel li jkun ġej minn annimali kklonjati jew mid-dixxendenti tagħhom.

 

__________________

 

1a Ara pereżempju r-rapporti tal-Ewrobarometru tal-2008 u l-2010: http://ec.europa.eu/public_opinion/flash/fl_238_en.pdf u http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_341_en.pdf

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 2g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2g) L-ikklonjar tal-annimali għall-produzzjoni tal-ikel jipperikola l-karatteristiċi li jiddefinixxu l-mudell agrikolu Ewropew, li huwa bbażat fuq il-kwalità tal-prodott, is-sikurezza tal-ikel, is-saħħa tal-konsumatur, regoli stretti dwar il-benessri tal-annimali kif ukoll fuq l-użu ta' metodi li jħarsu l-ambjent.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Meta jitqiesu l-għanijiet tal-politika agrikola tal-Unjoni, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet xjentifiċi riċenti tal-EFSA u r-rekwiżit dwar il-benessri tal-annimali previst fl-Artikolu 13 tat-Trattat, huwa prudenti li jiġi pprojbit b'mod provviżorju l-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni ta' annimali ta' ċerti speċi għal skopijiet ta' biedja.

(3) Meta jitqiesu l-għanijiet tal-politika agrikola komuni tal-Unjoni, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet xjentifiċi tal-EFSA bbażati fuq l-istudji disponibbli, u r-rekwiżit dwar il-benessri tal-annimali previst fl-Artikolu 13 tat-TFUE u t-tħassib taċ-ċittadini, huwa xieraq li jiġi pprojbit l-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni ta' annimali għal skopijiet ta' biedja u t-tqegħid fis-suq ta' annimali u prodotti miksuba mill-użu tat-teknika tal-ikklonjar.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Il-kloni tal-annimali mhumiex prodotti sabiex iservu għall-produzzjoni tal-laħam jew tal-ħalib, iżda pjuttost għal skopijiet ta' trobbija. Huma d-dixxendenti riprodotti sesswalment tal-kloni tal-annimali li jsiru annimali għall-produzzjoni tal-ikel. Għalkemm it-tħassib dwar il-benessri tal-annimali jista' ma jkunx apparenti fil-każ tad-dixxendenti ta' annimali kklonjati, minħabba li dawn jitwieldu permezz tar-riproduzzjoni sesswali konvenzjonali, sabiex ikun hemm dixxendent, huwa meħtieġ li jkun hemm proġenitur ta' annimal ikklonjat, li jinvolvipreokkupazzjonijiet sinifikanti dwar il-benessri tal-annimali u preokkupazzjonijiet etiċi. Miżuri li għandhom l-għan li jindirizzaw it-tħassib dwar il-benessri tal-annimali u l-perċezzjonijiet tal-konsumaturi relatati mat-teknika tal-ikklonjar għandhom għalhekk jinkludu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom prodotti li ġejjin mid-dixxendenti ta' annimali kklonjati, dixxendenti ta’ kloni tal-annimali u prodotti derivati minn dixxendenti ta’ annimali kkolonati.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Fil-preżent, annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina huma probabbli li jiġu kklonati għal skopijiet ta' biedja. Il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għalhekk għandu jkun limitat għall-użu tal-ikklonjar għal skopijiet ta' biedja ta' dawk il-ħames speċijiet.

imħassar

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, bħala konsegwenza li jiġi projbit l-użu tal-ikklonjar u sabiex jiġu indirizzati l-perċezzjonijiet tal-konsumaturi dwar l-ikklonjar b'rabta, inter alia, mal-benessri tal-annimali, in-nuqqas ta' studji xjentifiċi suffiċjenti u t-tħassib etiku ġenerali, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li ikel mill-kloni tal-annimali u d-dixxendenti tagħhom ma jidħolx fil-katina tal-ikel. Jekk jittieħdu miżuri inqas restrittivi, bħat-tikkettar tal-ikel, dawn ma jindirizzawx kompletament it-tħassib taċ-ċittadini peress li l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-ikel prodotti permezz ta' teknika li timplika t-tbatija għall-annimali xorta waħda tkun permessa.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4b) L-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni tal-annimali għal skopijiet ta' biedja hu permess f'ċerti pajjiżi terzi. Skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ikel importat minn pajjiżi terzi għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni għandu jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti tal-liġi dwar l-ikel tal-Unjoni jew mal-kundizzjonijiet rikonoxxuti mill-Unjoni bħala tal-inqas ekwivalenti għal dawk ir-rekwiżiti. Għalhekk, għandhom jittieħdu miżuri sabiex tiġi evitata l-importazzjoni fl-Unjoni minn pajjiżi terzi ta' annimali klonati u d-dixxendenti tagħhom u ta' prodotti miksuba minn annimali klonati u d-dixxendenti tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tissupplimenta jew tipproponi li l-leġiżlazzjoni żooteknika u dwar is-saħħa tal-annimali rilevanti tiġi emendata biex tiżgura li ċ-ċertifikati tal-importazzjoni li jakkumpanjaw annimali u prodotti ġerminali u ikel u għalf li joriġinaw mill-annimali jindikaw jekk humiex, jew huma derivati minn, kloni tal-annimali jew dixxendenti ta' kloni tal-annimali.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4c) Kloni tal-annimali, kloni tal-embrijuni, dixxendenti ta' kloni tal-annimali, prodotti ġerminali ta' annimali klonati u d-dixxendenti tagħhom, u ikel u għalf minn annimali klonati u d-dixxendenti tagħhom ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala prodotti simili għal annimali, l-embrijuni, il-prodotti ġerminali, l-ikel u l-għalf li ma jirriżultawx mill-użu tat-teknika tal-ikklonjar fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu III.4 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT). Barra minn hekk, il-projbizzjoni tal-ikklonjar tal-annimali u tat-tqegħid fis-suq u tal-importazzjoni ta' kloni tal-annimali u ta' kloni tal-embrijuni, dixxendenti ta' kloni tal-annimali, prodotti ġerminali ta' kloni tal-annimal u d-dixxendenti tagħhom, u ikel u għalf minn kloni tal-annimal u d-dixxendenti tagħhom hija miżura li hija meħtieġa għall-protezzjoni tal-morali pubblika u għall-protezzjoni tas-saħħa tal-annimali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu XX tal-GATT.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 4d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4d) Għandhom jittieħdu passi biex jiġi żgurat li l-ftehimiet kummerċjali li attwalment qed jiġu nnegozjati ma jinkoraġġixxux l-awtorizzazzjoni ta' prattiki li jista' jkollhom effett negattiv fuq is-saħħa tal-konsumaturi u l-bdiewa, l-ambjent jew fuq il-benessri tal-annimali.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 4e (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4e) L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tista' tiġi pperikolata jekk ikun impossibbli jiġi traċċat ikel miksub minn kloni tal-annimali u d-dixxendenti tagħhom. Għaldaqstant, skont il-prinċipju ta' prekawzjoni u sabiex jiġu infurzati l-projbizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti, f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, sistemi ta' traċċabilità fil-livell tal-Unjoni. Dawn is-sistemi jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti u lill-operaturi ekonomiċi biex jiġbru data dwar il-kloni tal-annimali, id-dixxendenti tagħhom u l-prodotti ġerminali tal-kloni tal-annimali u d-dixxendenti tagħhom, u l-ikel mill-kloni tal-annimali u d-dixxendenti tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha sabiex tikseb impenji f'dan ir-rigward mis-sħab kummerċjali tal-Unjoni fejn isir l-ikklonjar tal-annimali għal skopijiet ta' biedja, fi ħdan il-qafas ta' negozjati kummerċjali attwali u futuri, kemm fil-livell bilaterali kif ukoll f'dak multilaterali;

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 4f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4f) Fir-rapport tagħha tal-2010 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, il-Kummissjoni sostniet li kienu xierqa miżuri biex tiġi stabbilita t-traċċabilità tal-importazzjonijiet tas-semen u l-embrijuni sabiex jiġu stabbiliti banek tad-data tal-frieħ fl-Unjoni. Il-Kummissjoni għalhekk għandha taġixxi b’mod korrispondenti.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 4g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4g) B'konsistenza mal-implimentazzjoni tal-projbizzjoni tal-ikklonjar stabbilita f'dan ir-Regolament, għandhom jiġu applikati miżuri ta' promozzjoni tal-bejgħ adottati mill-Kummissjoni sabiex jiġu appoġġjati l-produzzjoni tal-laħam u t-tnissil tal-annimali ta' kwalità għolja fl-Unjoni.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Huwa mistenni li l-għarfien dwar l-impatt tat-teknika tal-ikklonjar fuq il-benessri tal-annimali użati ser jiżdied. It-teknika tal-ikklonjar hija probabbli li maż-żmien ser titjieb. Għaldaqstant il-projbizzjonijiet għandhom japplikaw biss b'mod provviżorju. Din id-Direttiva għalhekk għandha tiġi riveduta fi żmien raġonevoli billi jitqiesu l-esperjenza miksuba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħha, il-progress xjentifiku u tekniku u l-iżviluppi internazzjonali.

(5) Dan ir-Regolament għalhekk għandu jiġi rivedut fi żmien raġonevoli billi jitqiesu l-esperjenza miksuba mill-Istati Membri fl-applikazzjoni tiegħu, il-progress xjentifiku u tekniku, bidliet fil-perċezzjonijiet tal-konsumatur, u l-iżviluppi internazzjonali, b'mod partikolari l-flussi kummerċjali u r-relazzjonijiet kummerċjali tal-Unjoni.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Skont l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru, il-maġġoranza tal-Ewropej ma jikkunsidrawx l-ikklonjar tal-annimali fil-produzzjoni tal-ikel bħala sikur għas-saħħa tagħhom u tal-familja tagħhom. Barra minn hekk, fil-każ tal-ikklonjar tal-annimali, hemm aktar pajjiżi fl-Ewropa li jesprimu b'mod ċar preferenza li deċiżjonijiet jittieħdu primarjament mill-perspettiva ta' kwistjonijiet morali u etiċi, aktar milli fuq il-bażi ta' evidenza xjentifika. Għalhekk, qabel ma din il-leġiżlazzjoni tiġi riveduta, il-Kummissjoni għandha twettaq Stħarriġ tal-UE uffiċjali li jivvaluta mill-ġdid il-perċezzjonijiet tal-konsumaturi.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 5b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5b) Is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta' regoli għal sistemi ta' traċċabilità għall-kloni tal-annimali, id-dixxendenti tal-kloni tal-animali u għall-prodotti ġerminali tal-kloni tal-annimali u d-dixxendenti tagħhom. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-libertà ta’ impriża u l-libertà tax-xjenzi. Din id-Direttiva għandha tiġi implimentata skont dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

(6) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-libertà ta' impriża u l-libertà tax-xjenzi. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) Billi l-għan ta' dan ir-Regolament ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jkun jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stipulat f'dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak il-għan.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) it-tqegħid fis-suq ta' kloni tal-embrijuni u kloni tal-annimali.

(b) it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ta' kloni tal-annimali, kloni tal-embrijuni, dixxendenti ta' kloni tal-annimali, prodotti ġerminali ta' kloni tal-annimali u tad-dixxendenti tagħhom, u ikel u għalf minn kloni tal-annimali u d-dixxendenti tagħhom.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandha tapplika għal annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina ('l-annimali') imrobbija u miżmuma għal skopijiet ta' biedja.

Għandha tapplika għall-ispeċijiet tal-annimali kollha mrobbija u miżmuma għal skopijiet ta' biedja.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

 

Objettiv

 

L-objettiv ta' dan ir-Regolament huwa li jindirizza t-tħassib relatat mas-saħħa u l-benessri tal-annimali u mal-perċezzjonijiet tal-konsumaturi u l-kunsiderazzjonijiet etiċi rigward it-teknika tal-ikklonjar.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) annimali "mrobbija u miżmuma għal skopijiet ta' biedja" tfisser annimali miżmuma u riprodotti għall-produzzjoni tal-ikel, suf, ġilda jew pil jew għal skopijiet oħra ta' biedja. M'għandhiex tinkludi annimali miżmuma u riprodotti esklussivament għal skopijiet oħra bħar-riċerka, il-produzzjoni ta' prodotti mediċinali u apparat mediku, il-preservazzjoni ta' razez rari jew speċi fil-periklu, avvenimenti sportivi u kulturali;

(a) annimali "mrobbija u miżmuma għal skopijiet ta' biedja" ("annimali") tfisser annimali miżmuma u riprodotti għall-produzzjoni tal-ikel, l-għalf, suf, ġilda jew pil jew għal skopijiet oħra ta' biedja. M'għandhiex tinkludi annimali miżmuma u riprodotti esklussivament għal skopijiet oħra bħar-riċerka, il-produzzjoni ta' prodotti mediċinali u apparat mediku u l-preservazzjoni ta' speċi fil-periklu u ta' razez rari identifikati bħala tali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fejn l-ebda metodu alternattiv ma huma disponibbli;

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) "klonjar" tfisser ir-riproduzzjoni veġetattiva ta' annimali permezz ta' teknika li biha n-nukleu ta' ċellola ta' annimal individwali jiġi trasferit f’ooċit li minnu jkun tneħħa n-nukleu sabiex jinħolqu embrijuni individwali ġenetikament identiċi ("kloni ta' embrijuni"), li mbagħad ikunu jistgħu jiġu impjantati f'ommijiet surrogati sabiex jipproduċu popolazzjonijiet ta' annimali ġenetikament identiċi ("klonu tal-annimali");

(b) "klonjar" tfisser ir-riproduzzjoni veġetattiva ta' annimali biex jinħoloq, inter alia, bl-użu ta' teknika li biha n-nukleu ta' ċellola ta' annimal individwali jiġi trasferit f'ooċit li minnu jkun tneħħa n-nukleu, embrijuni individwali ġenetikament identiċi ("kloni ta' embrijuni"), li mbagħad ikunu jistgħu jiġu impjantati f'ommijiet surrogati sabiex jipproduċu popolazzjonijiet ta' annimali ġenetikament identiċi ("kloni tal-annimali");

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) "dixxendenti ta' kloni tal-annimali" tfisser annimali, għajr kloni tal-annimali, fejn mill-inqas proġenitur wieħed huwa klonu tal-annimal;

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb) "prodotti ġerminali" tfisser semen, ooċiti u embrijuni miġburin jew prodotti minn annimali għall-fini ta' riproduzzjoni;

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt bc (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bc) "traċċabilità" tfisser il-kapaċità li jiġi traċċat u segwit ikel, għalf, annimal li jipproduċi l-ikel jew sustanza maħsuba biex tkun, jew mistennija li tkun inkorporata fl-ikel jew fl-għalf, matul l-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni;

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) "ikel" tfisser ikel kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Projbizzjoni provviżorja

Projbizzjoni

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu provviżorjament:

Dan li ġej għandu jiġi pprojbit:

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) it-tqegħid fis-suq ta' kloni tal-embrijuni u kloni tal-annimali.

(b) it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ta' kloni tal-annimali, kloni tal-embrijuni, dixxendenti ta' kloni tal-annimali, prodotti ġerminali ta' kloni tal-annimali u tad-dixxendenti tagħhom, u ikel u għalf minn kloni tal-annimali u d-dixxendenti tagħhom.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3a

 

Kundizzjonijiet tal-importazzjoni

 

L-annimali ma għandhomx jiġu importati minn pajjiżi terzi sakemm iċ-ċertifikati ta' importazzjoni li jakkumpanjawhom ma jurux li mhumiex kloni tal-annimali jew dixxendenti ta' kloni tal-annimali.

 

Prodotti ġerminali u ikel u għalf li joriġinaw mill-annimali m'għandhomx jiġu impurtati minn pajjiżi terzi sakemm iċ-ċertifikati ta' importazzjoni li jakkumpanjawhom ma jurux li dawn mhumiex ġejjin minn kloni tal-annimali jew minn dixxendenti ta' kloni tal-annimali.

 

Sabiex jiġi żgurat li ċ-ċertifikati ta' importazzjoni li jakkumpanjaw l-annimali u l-prodotti ġerminali u ikel u għalf li joriġinaw mill-annimali jindikaw jekk humiex, jew humiex derivati minn, kloni tal-annimal jew dixxendenti ta' kloni tal-annimali, il-Kummissjoni għandha tadotta kundizzjonijiet speċifiċi ta' importazzjoni skont l-Artikolu 48 jew l- Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sa... * u għandha, jekk meħtieġ, tippreżenta proposta biex temenda leġiżlazzjoni oħra fil-qasam tas-saħħa tal-annimali jew kundizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għal importazzjonijiet.

 

__________________

 

*ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: 6 xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3b

 

Traċċabilità

 

Sabiex tiġi provduta lill-awtoritajiet kompetenti u lill-operaturi ekonomiċi l-informazzjoni li jeħtieġu għall-applikazzjoni tal-punt (b) tal-Artikolu 3, is-sistemi ta' traċċabilità għandhom jiġu stabbiliti għal:

 

(a) kloni tal-annimali;

 

(b) dixxendenti ta' kloni tal-annimali;

 

(c) prodotti ġerminali ta' kloni tal-annimali u tad-dixxendenti tagħhom.

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 4a, biex tistabbilixxi regoli dettaljati għall-inklużjoni tal-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-ewwel subparagrafu fiċ-ċertifikati previsti fil-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa tal-annimali u ż-żooteknoloġija jew fiċ-ċertifikati mfassla mill-Kummissjoni għal dawk il-finijiet. Dawk l-atti ddelegati għandhom jiġu adottati sa ...*.

 

__________________

*ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: 6 xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati taħt din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn [data għat-traspożizzjoni tad-Direttiva] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom."

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu applikati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati, dissważivi u għandhom jiżguraw kundizzjonijiet ekwi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa ...* u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti tagħhom.

 

__________________

 

*ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: Sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4a

 

L-eżerċizzju tad-delega

 

1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2. Is-setgħa li jiġu adotatti atti delegati kif imsemmi fl-Artikolu 3a għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ...*. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3a tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 3a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhux sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

__________________

* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sa [data = 5 snin wara d-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni fuq l-esperjenza miksuba minnhom dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

1. Sa ... *, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni fuq l-esperjenza miksuba minnhom dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

 

__________________

*ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: 6 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-progress xjentifiku u tekniku, b'mod partikolari dak li jirrigwarda l-aspetti tal-ikklonjar relatati mal-benessri tal-annimali;

(b) l-evidenza xjentifika u teknika kollha disponibbli tal-progress, b'mod partikolari dik li tirrigwarda l-aspetti tal-ikklonjar relatati mal-benessri tal-annimali u l-kwistjonijiet dwar is-sikurezza alimentari, u l-progress fil-ħolqien ta' sistemi ta' traċċabilità affidabbli għall-kloni u d-dixxendenti tagħhom;

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) l-evoluzzjoni tal-perċezzjonijiet tal-konsumatur dwar l-ikklonjar;

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) it-tħassib tal-konsumaturi fir-rigward tas-saħħa pubblika u l-benessri tal-annimali;

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) kwistjonijiet etiċi relatati mal-ikklonjar tal-annimali.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblikament disponibbli r-rapport imsemmi fil-paragrafu 2.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Permezz ta' Stħarriġ uffiċjali tal-UE, il-Kummissjoni għandha tniedi konsultazzjoni pubblika bil-għan li tivvaluta kwalunkwe tendenza ġdida rigward il-perċezzjonijiet tal-konsumaturi tal-prodotti alimentari mill-annimali kklonati.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

imħassar

Traspożizzjoni

 

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa [data = 12-il xahar wara d-data tat-trażpożizzjoni ta' din id-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

 

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

 

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

 

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dħul fis-seħħ

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija)

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan għandu japplika minn ...*.

 

_________________

 

*ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8

imħassar

Indirizzati

 

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

 

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Parti konklużiva (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-kuntest

L-ikklonjar huwa forma ta’ riproduzzjoni asesswali mwettqa f’laboratorju fejn l-annimali huma ġġenerati bl-użu ta’ materjal ġenetiku minn ċellola minn annimal ieħor. Il-klonu tal-annimali għandu l-istess DNA tad-donatur ġenetiku tiegħu. Fil-prattika, it-teknika ewlenija użata għall-ikklonjar hi “trasferiment tan-nuklei taċ-ċelloli somatiċi”, fejn in-nukleu ta’ ċellula normali tal-ġisem jiġi trasferit f’bajda (ooċit) minn annimal ieħor li minnu jkun tneħħa n-nukleu; l-ooċit immanipulat jiġi impjantat fl-omm surrogata li - jekk kollox imur sew - twelled il-klonu.

Attwalment, l-ikklonjar ma jintużax għal skopijiet ta’ biedja fl-Unjoni Ewropea. Madankollu, huwa użat f’ċerti pajjiżi terzi, bħall-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kanada, l-Arġentina, il-Brażil u l-Awstralja. L-ikklonjar jista’ pereżempju jintuża biex jiġu multiplikati annimali għat-tnissil tal-aqwa prestazzjoni. Huwa jista’ jnaqqas l-għadd ta’ annimali meħtieġa għal programmi tat-tnissil, peress li jippermetti l-produzzjoni ta’ kwantitajiet akbar ta’ materjal riproduttiv bil-ġeni tal-aħjar annimali. Il-materjal riproduttiv ta’ valur għoli minn kloni mbagħad jintuża biex jitnisslu annimali permezz ta’ teknika ta’ riproduzzjoni konvenzjonali.

Studji xjentifiċi wrew b’evidenza kbira li l-ikklonjar ta’ annimali huwa ta’ periklu għall-benessri tal-annimali. It-trasferiment nukleari taċ-ċelloli somatiċi jwassal għal anormalitajiet tal-plaċenta u fetali li jirriżultaw f’kundizzjonijiet ħżiena ta’ benessri - u ta’ spiss uġigħ sostanzjali - għall-ommijiet surrogati li jintużaw għall-ikklonjar u l-frieħ tagħhom. Naturalment, dan iwassal ukoll għal kwistjonijiet etiċi marbuta mal-ġustifikazzjoni tat-teknika tal-ikklonjar.

L-ikklonjar huwa wkoll kwistjoni li hija sensittiva ħafna għaċ-ċittadini Ewropej: pereżempju, stħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2010 wera li l-pubbliku Ewropew jqis li l-ikklonjar ta’ annimali ma joffrix benefiċċji, li mhux sikur, li huwa inekwitabbli u inkwetanti, bi 18 % biss ta’ dawk li wieġbu jappoġġjaw it-teknika. Il-Parlament Ewropew kellu pożizzjoni soda kontra l-ikklonjar ta’ annimali għal skopijiet ta’ biedja. B’segwitu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-3 ta’ Settembru 2008 dwar l-ikklonjar ta’ annimali għall-provvista tal-ikel, l-ewwel Proposta adottata mill-Parlament biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-ikklonjar tressqet fil-kuntest tal-Proposta tal-2008 għal Regolament dwar Ikel Ġdid, u l-ikklonjar huwa preċiżament il-kwistjoni li minħabba fih id-dossier spiċċa staġnat fil-Kumitat ta’ Konċiljażżjoni f’Marzu 2011. Minn dak iż-żmien ’l hawn, f’diversi pożizzjonijiet li adotta, il-Parlament dejjem stinka b’mod konsistenti biex fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jintroduċi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-ikklonjar li jindirizzaw it-tħassib taċ-ċittadini.

Fit-18 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat żewġ proposti leġiżlattivi dwar l-ikklonjar ta’ annimali għall-provvista tal-ikel: il-proposta li qiegħda tiġi kkunsidrata, u l-proposta ta’ akkumpanjament għal Direttiva tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ikel minn kloni tal-annimali (2013/0434 (APP)). Il-proposti jissospendu l-użu tat-teknika tal-ikklonjar fl-UE għall-annimali tal-irziezet, it-tqegħid fis-suq tal-kloni tal-annimali ħajjin u l-kloni tal-embrijuni, u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ikel, bħal laħam u ħalib, li jkun ġej minn kloni tal-annimali.

Il-pożizzjoni tar-Rapporteurs

Ir-Rapporteurs huma tal-opinjoni li l-effetti negattivi tal-ikklonjar, inter alia dwar il-benessri tal-annimali, huma bil-wisq akbar minn xi effetti pożittivi possibbli. Għalhekk jilqgħu l-projbizzjoni tat-teknika tal-ikklonjar imressqa mill-Kummissjoni, iżda jemmnu li l-proposta tonqos milli tindirizza b’mod xieraq dan it-tħassib validu li ġie espress ripetutament miċ-ċittadini u l-Parlament Ewropew. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma inkludiet l-ebda dispożizzjoni speċifika dwar l-ikel minn dixxendenti ta’ annimali kklonati, u ebda miżura fir-rigward tal-materjal riproduttiv minn kloni u d-dixxendenti tagħhom. Ir-Rapporteurs għaldaqstant jipproponu għadd ta’ emendi lill-proposta tal-Kummissjoni, sabiex tissaħħaħ u tiżdied l-effikaċja tagħha, fuq il-linji li ġejjin.

   Dixxendenti u prodotti ġerminali: attwalment mhux qiegħed isir ikklonjar tal-annimali għal skopijiet ta’ biedja fl-UE, u fi kwalunkwe każ, l-użu tat-teknika tal-ikklonjar tant huwa għali, u r-rata ta’ suċċess tant baxxa, li l-użu tagħha għall-produzzjoni tal-ikel ma jġibx qligħ. B’hekk, il-projbizzjonijiet proposti mill-Kummissjoni fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ kloni tal-annimali ħajjin u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ikel minn kloni tal-annimali jinfurzaw biss l-istatus quo u ma jindirizzawx it-tħassib ewlieni fir-rigward tal-ikklonjar, jiġifieri l-produzzjoni ta’ prodotti ġerminali (semen, ooċiti u embrijuni) minn kloni li għandhom jintużaw għat-tnissil tal-annimali (id-dixxendenti ta’ kloni) permezz ta’ teknika ta’ riproduzzjoni konvenzjonali.

It-teknika tal-ikklonjar hija u ser tibqa’ permessa f’ċerti pajjiżi terzi. Ikun inkoerenti li tiġi projbita t-teknika tal-ikklonjar fl-UE, abbażi ta’ raġunijiet xjentifiċi u etiċi sinifikanti ħafna, filwaqt li xorta tiġi permessa l-importazzjoni tal-prodotti prinċipali li għalihom dik it-teknika hija prinċipalment użata, bħal prodotti ġerminali minn kloni u ikel minn dixxendenti ta’ kloni. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-leġiżlazzjoni, huwa għaldaqstant meħtieġ li jiġu projbiti wkoll l-importazzjoni u t-tqegħid fis-suq tad-dixxendenti ta’ kloni tal-annimali, u prodotti ġerminali u ta’ ikel li jkun ġej minn annimali kklonati u d-dixxendenti tagħhom. Din il-projbizzjoni għandha wkoll tindirizza t-tħassib tal-konsumaturi fir-rigward tal-effetti possibbli fuq perjodu twil tal-konsum tal-ikel (bħal-laħam u l-ħalib) mid-dixxendenti ta’ kloni tal-annimali, li dwarhom, id-data xjentifika għadha limitata ħafna.

Biex tinforza dik il-projbizzjoni, il-Kummissjoni ser ikollha tadotta kundizzjonijiet speċifiċi ta’ importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 “tal-Kontrolli uffiċċjali”, qabel il-leġiżlazzjoni proposta tibda tapplika. Barra minn hekk, ir-Rapporteurs iqisu li t-traċċabilità obbligatorja hija rekwiżit bażiku u fattibbli f’dan il-kuntest, peress li l-applikazzjoni tal-projbizzjoni tkun ipperikolata jekk huwa impossibbli li jiġu rintraċċati l-kloni tal-annimali, id-dixxendenti tagħhom u l-prodotti korrispondenti. Il-Kummissjoni, fir-rapport tagħha tal-2010 dwar l-ikklonjar tal-annimali għall-produzzjoni tal-ikel, kienet diġà wiegħdet li tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi ta’ traċċabilità skont il-leġiżlazzjoni żooteknika. Filwaqt li s-sistema ta’ traċċabilità ma jkollha l-ebda effett dirett fl-Unjoni, fejn l-użu tat-teknika tal-ikklonjar se jkun ipprojbit, l-annimali ħajjin, il-prodotti ġerminali u l-ikel impurtat fl-Unjoni minn pajjiżi terzi għandhom ikunu soġġetti għal mill-inqas kundizzjonijiet ta’ identifikazzjoni u rekwiżiti ta’ traċċabilità ekwivalenti għal dawk applikabbli fl-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati qabel id-data tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni, regoli għall-inklużjoni tar-rekwiżiti ta’ traċċabilità fiċ-ċertifikati previsti fil-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa tal-annimali u ż-żooteknoloġija.

Ir-Rapporteurs iqisu li l-bażi ġuridika tal-proposta, l-Artikolu 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa xieraq għall-introduzzjoni tal-emendi deskritti hawn fuq. Fil-fatt, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 43 huwa l-bażi ġuridika adatta għal kwalunkwe leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli li tikkontribwixxi għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi tal-politika agrikola komuni, u tista’ wkoll tintuża għall-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tindirizza objettivi oħrajn apparti dawk tal-politika agrikola komuni. Barra minn hekk, il-miżuri meħuda fil-kuntest tal-politika agrikola komuni jistgħu wkoll jaffettwaw l-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati.

   Kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni: għalkemm mhux daqstant sostanzjali daqs l-evidenza li tikkonċerna l-mammiferi, hemm evidenza xjentifika ta’ kundizzjonijiet ħżiena għall-ommijiet u l-frieħ minħabba l-proċeduri tal-ikklonjar f’ħut tat-trobbija u l-proċeduri tat-trapjant taċ-ċelloli tal-mikrobi relatati fit-tjur tal-irziezet. Għaldaqstant huwa xieraq li l-miżuri proposti japplikaw għall-annimali kollha mrobbija, u mhux biss għall-annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina kif propost mill-Kummissjoni.

   Projbizzjoni temporanja jew permanenti: il-proposta tikkwalifika l-projbizzjonijiet dwar l-użu tal-ikklonjar bħala “provviżorji”, fejn tirreferi għal “sospensjoni” tal-użu tat-teknika. Madankollu, din il-kwalifika mhi ġustifikata minn ebda element sostantiv fl-att propost, u b’hekk hi qarrieqa u għandha titħassar. Barra minn hekk, wieħed irid iżomm f’moħħu li l-frekwenza rappurtata ta’ każijiet ta' dannu lill-ommijiet u l-frieħ ikklonjati ma wriet l-ebda titjib sostanzjali f’dawn l-aħħar għaxar snin u li metodoloġija aktar effiċjenti ta’ klonjar la hija attwalment disponibbli u lanqas ma jidher li se tiġi żviluppata fil-futur qarib. Madankollu, ir-Rapporteurs jaqblu b’mod sħiħ maż-żamma ta’ klawsola ta’ rappurtar u ta’ reviżjoni, kif propost mill-Kummissjoni, filwaqt li jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, bħalma huwa l-progress xjentifiku u tekniku f’dan il-qasam.

   L-għażla tal-istrument ġuridiku: fl-aħħar nett, filwaqt li l-Kummissjoni tqis li Direttiva hija l-aktar strument xieraq għal din il-leġiżlazzjoni peress li tippermetti lill-Istati Membri jużaw l-istrumenti ta’ kontroll eżistenti għall-implimentazzjoni, il-qofol tal-proposta huwa sempliċi projbizzjoni dwar l-użu tal-ikklonjar u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti korrispondenti, u tali projbizzjoni tkun infurzata aħjar b’Regolament. L-użu ta’ Regolament bħala l-istrument ġuridiku se jtejjeb iċ-ċertezza ġuridika u jiżgura r-razzjonalità u l-konsistenza tal-infurzar, filwaqt li jirrispetta l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.

Fil-qosor, ir-Rapporteurs jemmnu li l-proposta tal-Kummissjoni għandha tissaħħaħ billi tadotta approċċ iktar komprensiv lejn l-aspetti kollha marbutin mal-ikklonjar tal-annimali għal skopijiet ta’ biedja. L-emendi proposti f’dan l-abbozz ta’ rapport għandhom l-għan li jpoġġu fis-seħħ Regolament effettiv u koerenti li jindirizza t-tħassib leġittimu tas-settur tal-biedja u taċ-ċittadini Ewropej b’mod ġenerali.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (28.5.2015)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ikklonjar ta' annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina miżmuma u riprodotti għal skopijiet ta' biedja
(COM(2013)0892 – C7‑0002/2014 – 2013/0433(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jude Kirton-Darling

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-kuntest

L-ikklonjar tal-annimali ("ikkupjar ġenetiku") għal skopijiet ta' biedja jqajjem kwistjonijiet etiċi, kif ukoll dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali u l-għażla tal-konsumatur, u joħloq sfida regolatorja fuq terminu ta' żmien twil. Fil-preżent l-ikklonjar huwa l-aktar użat għal produzzjoni ta' annimali għat-tnissil, u l-ikel li potenzjalment jinbiegħ fl-UE jkun derivat minn frieħ tal-kloni.

Bħalissa fl-UE t-tqegħid fis-suq ta' ikel minn kloni jeħtieġ approvazzjoni qabel ma jitqiegħed fis-suq abbażi ta' valutazzjoni xjentifika tas-sikurezza alimentari mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), kif irregolat skont ir-"Regolament dwar Ikel Ġdid" (KE) Nru 258/1997. Ir-rieżami attwali tiegħu jeskludi r-regolazzjoni tal-ikklonjar mill-kamp ta' applikazzjoni tiegħu u l-ikklonjar huwa ttrattat f'żewġ proposti separati tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2013. Sakemm din il-leġiżlazzjoni dwar l-ikel derivat minn annimali kklonjati u d-dixxendenti tagħhom tidħol fis-seħħ, l-ikklonjar jibqa' regolat mir-"Regolament dwar Ikel Ġdid" (KE) Nru 258/1997. S'issa l-ebda operatur tan-negozju ma applika għal awtorizzazzjoni biex ibigħ ikel magħmul bit-teknika tal-ikklonjar fl-UE.

Għalkemm fl-UE annimali ma jiġux ikklonjati għall-produzzjoni tal-ikel, l-ikklonjar agrikolu kummerċjali jsir f'diversi pajjiżi, inklużi l-Arġentina, l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, u l-Istati Uniti u jista' jsir ukoll fiċ-Ċilì, iċ-Ċina, in-New Zealand u l-Urugwaj, fejn joperaw l-operaturi tal-ikklonjar.

Peress li laħam u ħalib minn dixxendenti ta' klonu u kloni nfushom jibdew jidħlu fil-katina tal-provvista tal-ikel, huwa essenzjali li tiġi żgurata regolazzjoni li tħares 'il quddiem u kundizzjonijiet ekwi f'dan il-qasam. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-ebda pajjiż terz ma stabbilixxa sistemi ta' traċċabilità u ttikettar vijabbli jew sistemi ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni għal importazzjonijiet ta' frieħ ta' kloni jew ikel derivat minnhom.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel li jinsabu fl-opinjoni tagħha tal-2008 u kkonfermati mill-ġdid fid-dikjarazzjonijiet tagħha fl-2009 u fl-2010 rrikonoxxew it-tħassib dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali minħabba r-rati ta' mortalità assoċjati mat-teknoloġija tal-ikklonjar. Il-pakkett propost dwar l-ikklonjar tal-annimali jieħu inkunsiderazzjoni t-tħassib mill-aspett tal-etika u t-tħassib dwar il-benessri tal-annimali, u għandu l-għan li jistabbilixxi aktar ċertezza legali f'dan il-qasam sa bejn wieħed u ieħor l-2016.

Kompatibbiltà mad-WTO

Ir-rapporteur tqis li huwa essenzjali li tiġi żgurata l-konsistenza regolatorja mal-qafas tad-WTO – il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT), il-Ftehim dwar l-Applikazzjoni ta' Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji (SPS) u l-Ftehim dwar Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ (OTK) – u kundizzjonijiet ekwi fi ħdan is-sistema bbażata fuq ir-regoli.

It-teknika tal-ikklonjar attwalment ma tissodisfax l-istandards tal-benessri tal-annimali, u għandu jiġi kkunsidrat it-tħassib taċ-ċittadini tal-UE fir-rigward tal-ikklonjar u tal-benessri tal-annimali. Ma hemm l-ebda istandard SPS internazzjonali dwar l-ikklonjar u ebda evidenza bbażata fuq ix-xjenza li tipprova r-riskji fuq is-sikurezza alimentari. Minħabba li ma hemm l-ebda preokkupazzjoni diretta dwar is-sikurezza alimentari relatata mat-teknoloġija tal-ikklonjar, iżda aktar dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali, il-proposti attwali għandhom jissuperaw it-test tal-ftehimiet GATT u OTK.

L-Artikoli I u III tal-GATT jipprojbixxu miżuri li jirriżultaw f'diskriminazzjoni bejn "prodotti simili". Jekk ikel derivat mill-kloni u l-frieħ tagħhom ikunu "simili" għal ikel konvenzjonali, il-konsistenza tal-miżuri proposti mar-regoli tad-WTO jistgħu jkunu ġustifikabbli skont l-eċċezzjonijiet tal-Artikolu XX tal-GATT.

Il-proposti kienu nnotifikati mill-UE skont il-Ftehim dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ bħala biss miżura ta' prekawzjoni, peress li projbizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq ma jikkostitwixxux "regolament tekniku", b'kuntrast għall-introduzzjoni ta' kwalunkwe rekwiżit ta' tikkettar.

Kif ħareġ mit-tilwima dwar il-prodotti mill-foki (DS400 u DS401), l-Artikolu XX tal-GATT ikopri l-ħarsien tal-benessri tal-annimali u huwa ġġustifikat għall-preokkupazzjonijiet morali, jekk ma jikkostitwixxix "diskriminazzjoni arbitrarja u mhux ġustifikabbli".

Ir-rapporteur hija konvinta li projbizzjoni provviżorja fuq it-tqegħid fis-suq ta' kloni tal-annimali, kloni tal-embrijuni u ikel għall-konsum mill-bniedem li huwa derivat minn annimali kklonati u l-frieħ tagħhom hija miżura proporzjonata li tindirizza tħassib ġustifikat. Miżuri alternattivi bħal awtorizzazzjoni minn qabel u t-tikkettjar ma jsolvux kompletament it-tħassib mill-aspett etiku u dwar il-benessri tal-annimali f'dan il-każ.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitati responsabbli, jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-ikklonjar ta' annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina miżmuma u riprodotti għal skopijiet ta' biedja

dwar l-ikklonjar ta' annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina miżmuma u riprodotti għal skopijiet ta' biedja

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. L-adozzjoni tagħha tesiġi bidliet korrispondenti fit-test kollu.)

Ġustifikazzjoni

L-użu ta' Regolament bħala l-istrument ġuridiku jsaħħaħ iċ-ċertezza ġuridika u jiżgura l-konsistenza tal-infurzar, filwaqt li jirrispetta l-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Meta jitqiesu l-għanijiet tal-politika agrikola tal-Unjoni, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet xjentifiċi riċenti tal-EFSA u r-rekwiżit dwar il-benessri tal-annimali previst fl-Artikolu 13 tat-Trattat, huwa prudenti li jiġi pprojbit b'mod provviżorju l-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni ta' annimali ta' ċerti speċi għal skopijiet ta' biedja.

(3) Meta jitqiesu l-għanijiet tal-politika agrikola tal-Unjoni, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet xjentifiċi riċenti tal-EFSA u r-rekwiżit dwar il-benessri tal-annimali previst fl-Artikolu 13 tat-Trattat, huwa prudenti li jiġi pprojbit l-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni ta' annimali ta' ċerti speċi għal skopijiet ta' biedja.

 

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Sistemi ta' traċċabilità stabbiliti għall-ikel minn kloni ta' annimali u prodotti ġerminali jistgħu jgħinu l-infurzar ta' miżuri f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari billi jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi b'informazzjoni utli. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tagħmel ħilitha sabiex tikseb impenji f'dan ir-rigward mis-sħab kummerċjali tal-Unjoni fejn isir l-ikklonjar tal-annimali għal skopijiet ta' biedja, fi ħdan il-qafas ta' negozjati kummerċjali attwali u futuri, kemm fil-livell bilaterali kif ukoll multilaterali;

 

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Huwa mistenni li l-għarfien dwar l-impatt tat-teknika tal-ikklonjar fuq il-benessri tal-annimali użati ser jiżdied. It-teknika tal-ikklonjar hija probabbli li maż-żmien ser titjieb. Għaldaqstant il-projbizzjonijiet għandhom japplikaw biss b'mod provviżorju. Din id-Direttiva għalhekk għandha tiġi riveduta fi żmien raġonevoli billi jitqiesu l-esperjenza miksuba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħha, il-progress xjentifiku u tekniku u l-iżviluppi internazzjonali.

(5) Huwa mistenni li l-għarfien dwar l-impatt tat-teknika tal-ikklonjar fuq il-benessri tal-annimali użati ser jiżdied. It-teknika tal-ikklonjar hija probabbli li maż-żmien ser titjieb. Għaldaqstant, il-projbizzjonijiet jistgħu jiġu rieżaminati u/jew aġġornati fl-eventwalità ta' titjib evidenti fl-imsemmija teknika tal-ikklonjar. Dan ir-Regolament għalhekk għandu jiġi rieżaminat fi żmien raġonevoli, billi jitqiesu l-esperjenza miksuba mill-Istati Membri fl-applikazzjoni tiegħu, il-progress xjentifiku u tekniku, bidliet fil-perċezzjonijiet tal-konsumatur, u l-iżviluppi internazzjonali, b'mod partikolari l-flussi kummerċjali u r-relazzjonijiet kummerċjali tal-Unjoni.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a) Kloni tal-embrijuni, kloni tal-annimali, ikel derivat minn kloni tal-annimali, prodotti ġerminali ta' kloni tal-annimali u ikel derivat minnhom ma jistgħux jitqiesu bħala prodotti ta' embrijuni, annimali, ikel minn annimali, prodotti ġerminali u ikel derivat minnhom rispettivament, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu III.4 tal-GATT.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5b) Il-projbizzjoni tal-ikklonjar tal-annimali, tat-tqegħid fis-suq ta' kloni tal-annimali u ta' kloni ta' embrijuni, u tat-tqegħid fis-suq ta' ikel minn kloni tal-annimali, prodotti ġerminali u ikel derivat minnhom hija miżura li hija meħtieġa sabiex tipproteġi l-morali pubblika u s-saħħa tal-annimali, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu XX tal-GATT.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) it-tqegħid fis-suq ta' kloni tal-embrijuni u kloni tal-annimali.

(b) it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ta' kloni tal-embrijuni, kloni tal-annimali u prodotti ġerminali ta' kloni tal-annimali.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Projbizzjoni provviżorja

Projbizzjoni

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu provviżorjament:

1. Is-segwenti għandhom jiġu pprojbiti:

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) ikel derivat minn kloni tal-annimali.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Fil-każ ta' ikel li joriġina mill-annimali impurtat minn pajjiżi terzi fejn ikel minn kloni u prodotti ġerminali u ikel derivat minnhom jista' jitqiegħed legalment fis-suq jew jista' jiġi esportat, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan l-ikel għandu jitpoġġa biss fis-suq tal-Unjoni f'konformità ma' kwalunkwe kundizzjoni speċifika tal-importazzjoni adottata skont l-Artikoli 48 u 49 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-ebda ikel minn kloni tal-annimali u prodotti ġerminali u ikel derivat minnhom ma jiġi esportat lejn l-Unjoni minn dawn il-pajjiżi terzi.

 

___________________________

 

*.Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b. Bl-istess mod, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li la kloni tal-annimali jew kloni ta' embrijuni u lanqas prodotti ġerminali ta' kloni tal-annimali ma jiġu importati fl-Unjoni u li l-ikel importat minn pajjiżi terzi fejn l-ikklonjar tal-annimali huwa permess għal skopijiet ta' biedja jkun konformi mar-rekwiżiti rilevanti tal-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel jew ma' kundizzjonijiet rikonoxxuti mill-Unjoni li huma tal-inqas ekwivalenti għall-imsemmija rekwiżiti.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-progress xjentifiku u tekniku, b'mod partikolari dak li jirrigwarda l-aspetti tal-ikklonjar relatati mal-benessri tal-annimali;

(b) il-progress xjentifiku u tekniku, b'mod partikolari dak li jirrigwarda l-aspetti tal-ikklonjar relatati mal-benessri tal-annimali u perċezzjonijiet tal-konsumaturi;

Emenda 14

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-iżviluppi internazzjonali.

(c) l-iżviluppi internazzjonali, u b'mod partikolari l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-flussi tal-kummerċ u fuq ir-relazzjonijiet tal-kummerċ tal-Unjoni.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

imħassar

Traspożizzjoni

 

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa [data = 12-il xahar wara d-data tat-trażpożizzjoni ta' din id-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

 

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

 

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

 

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8

imħassar

Indirizzati

 

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

 

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

PROĊEDURA

Titolu

L-ikklonar ta' annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina miżmuma u riprodotti għal skopijiet ta' biedja

Referenzi

COM(2013)0892 – C7-0002/2014 – 2013/0433(COD)

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

16.1.2014

AGRI

16.1.2014

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

16.1.2014

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jude Kirton-Darling

3.9.2014

Artikolu 55 - Laqgħat konġunti ta' kumitati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

17.12.2014

Eżami fil-kumitat

14.4.2015

6.5.2015

 

 

Data tal-adozzjoni

28.5.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

6

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, Daniel Caspary, Marielle de Sarnez, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Eleonora Forenza, Yannick Jadot, Ska Keller, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, Jörg Leichtfried, David Martin, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Alessia Maria Mosca, Franz Obermayr, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Matteo Salvini, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Goffredo Maria Bettini, Dita Charanzová, Georgios Epitideios, Seán Kelly, Sander Loones, Frédérique Ries, Adina-Ioana Vălean, Jarosław Wałęsa

PROĊEDURA

Titolu

L-ikklonar ta’ annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina miżmuma u riprodotti għal skopijiet ta’ biedja

Referenzi

COM(2013)0892 – C7-0002/2014 – 2013/0433(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

18.12.2013

 

 

 

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

16.1.2014

AGRI

16.1.2014

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

16.1.2014

ITRE

16.1.2014

IMCO

16.1.2014

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

22.1.2014

IMCO

24.9.2014

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Renate Sommer

14.7.2014

Giulia Moi

14.7.2014

 

 

Artikolu 55 - Laqgħat konġunti ta’ kumitati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

17.12.2014

Bażi legali kkontestata

       Data tal-opinjoni tal-JURI

JURI

 

 

 

 

Eżami fil-kumitat

16.4.2015

26.5.2015

 

 

Data tal-adozzjoni

17.6.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

82

8

8

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Ivo Belet, Lynn Boylan, Paul Brannen, Daniel Buda, Nicola Caputo, Nessa Childers, Alberto Cirio, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Viorica Dăncilă, Angélique Delahaye, Albert Deß, Diane Dodds, Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Ian Duncan, Stefan Eck, Bas Eickhout, Norbert Erdős, Eleonora Evi, José Inácio Faria, Edouard Ferrand, Luke Ming Flanagan, Karl-Heinz Florenz, Iratxe García Pérez, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Beata Gosiewska, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Martin Häusling, Jan Huitema, Anneli Jäätteenmäki, Peter Jahr, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Zbigniew Kuźmiuk, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Giulia Moi, James Nicholson, Maria Noichl, Gilles Pargneaux, Marit Paulsen, Piernicola Pedicini, Marijana Petir, Pavel Poc, Marcus Pretzell, Laurenţiu Rebega, Frédérique Ries, Annie Schreijer-Pierik, Jordi Sebastià, Czesław Adam Siekierski, Davor Škrlec, Renate Sommer, Dubravka Šuica, Tibor Szanyi, Marc Tarabella, Glenis Willmott, Jadwiga Wiśniewska, Janusz Wojciechowski, Damiano Zoffoli, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nikos Androulakis, Guillaume Balas, Renata Briano, Caterina Chinnici, Mark Demesmaeker, Peter Eriksson, Lampros Fountoulis, Emmanouil Glezos, Maria Heubuch, Andrey Kovatchev, Momchil Nekov, Sirpa Pietikäinen, Stanislav Polčák, Gabriele Preuß, Christel Schaldemose, Bart Staes, Hannu Takkula, Keith Taylor, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Tom Vandenkendelaere

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ángela Vallina

Data tat-tressiq

25.6.2015