RAPPORT dwar l-użu sikur ta' sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod (RPAS), komunement magħrufa bħala inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs), fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili

28.9.2015 - (2014/2243(INI))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Jacqueline Foster

Proċedura : 2014/2243(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0261/2015
Testi mressqa :
A8-0261/2015
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-użu sikur ta' sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod (RPAS), komunement magħrufa bħala inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs), fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili

(2014/2243(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' April 2014 intitolata "Era ġdida għall-avjazzjoni – Il-ftuħ tas-suq tal-avjazzjoni għall-użu ċivili ta' sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod b'mod sikur u sostenibbli" (COM(2014)0207),

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 4(2)(g) u 16 u Titolu VI tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari tal-Artikoli 7 u 8 tagħha,  

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummisjoni lill-Parlament u lill-Kunsill intitolata “Era ġdida għall-avjazzjoni – Il-ftuħ tas-suq tal-avjazzjoni għall-użu ċivili ta' sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod b'mod sikur u sostenibbli”,

–  wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Grupp ta' Tmexxija Ewropew tal-RPAS intitolat “Roadmap for the integration of civil Remotely-Piloted Aircraft Systems into the European Aviation System” (Pjan direzzjonali għall-integrazzjoni ta' sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod fis-Sistema Ewropea tal-Avjazzjoni Ċivili),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Riga dwar l-inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod (drones) intitolata “Framing the future of aviation” (Tfassil tal-futur tal-avjazzjoni),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-House of Lords intitolat “Civilian Use of Drones in the EU” (L-Użu Ċivili ta' Drones fir-Renju Unit),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) intitolata “Concept of Operations for Drones – A risk based approach to regulation of unmanned aircraft” (Il-kunċett ta’ operazzjonijiet għad-drones – approċċ ibbażat fuq ir-riskju għar-regolazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ)”.

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Chicago tas-7 ta' Diċembru 1944,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu kif ukoll l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0261/2015),

A.  billi mudelli tal-inġenji tal-ajru żgħar, ikkontrollati bir-radju, ilhom jittajru minn dilettanti għal bosta għexieren ta' snin; billi f'dawn l-aħħar 15-il sena kien hemm tkabbir rapidu fl-użu tal-RPAS, magħrufa aħjar bħala UAVs jew drones; billi b'mod partikolari l-RPAS żgħar, iddisinnjati kemm għal skopijiet ta' delizzju kif ukoll ta' rikreazzjoni saru dejjem aktar popolari;

B.  billi t-teknoloġija żviluppata primarjament għal skopijiet militari issa qed tiġi applikata b'mod kummerċjali, u dan qed iwessa' l-limiti leġiżlattivi; billi llum l-RPAS użati f’kuntest professjonali jipprovdu wkoll benefiċċji sinifikanti għal użi ċivili differenti, li l-valur miżjud tagħhom jiżdied mad-distanza bejn l-inġenju tal-ajru u l-pilota mill-bogħod (operazzjoni BVLOS (lil hinn mil-linja tal-vista)); billi l-applikazzjonijiet RPAS, li huma varjati ħafna u li jistgħu jiġu estiżi għal ħafna aktar oqsma fil-ġejjieni, jistgħu jintużaw, pereżempju, għal spezzjonijiet tas-sikurezza u l-monitoraġġ tal-infrastruttura (linji tal-ferrovija, digi, u faċilitajiet tal-enerġija), għall-valutazzjoni ta’ diżastri naturali, għal operazzjonijiet tal-biedja bi preċiżjoni (ambjentalment responsabbli) u l-produzzjoni tal-midja, termografija tal-ajru, jew il-konsenja ta’ pakketti f’reġjuni iżolati; billi l-iżvilup rapidu ta’ applikazzjonijiet ġodda jista’ jiġi previst fil-futur qrib, li jiddimostra n-natura innovattiva u dinamika tal-industrija tal-RPAS;

C.  billi t-tekonoloġija tal-RPAS tista' tieħu post intervent uman dirett f’ċirkostanzi perikolużi;

D.  billi hemm żewġ tipi ta' applikazzjonijiet tal-RPAS, applikazzjonijiet tal-RPAS professjonali u applikazzjonijiet tal-RPAS rikreattivi; billi dawn iż-żewġ kategoriji, li huma intrinsikament differenti minn xulxin, għandhom jiġu regolati minn rekwiżiti differenti fi ħdan l-istess qafas regolatorju tal-UE;

E.  billi l-leġiżlazzjoni tal-UE attwali tistipula li l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) hija, fil-prinċipju, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni għall-RPAS b'piż massimu fit-tluq ta' iżjed minn 150 kg; billi l-RPAS ta' 150 kg jew inqas jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru;

F.  billi r-regolamenti tal-RPAS jeżistu jew qed jiġu żviluppati fl-Awstrija, id-Danimarka, Franza[1], il-Ġermanja, l-Italja, l-Irlanda, Spanja u r-Renju Unit[2]; billi hemm skejjel tat-titjir approvati fid-Danimarka, fir-Renju Unit u fil-Pajjiżi l-Baxxi, u aktar minn 500 pilota tal-RPAS liċenzjati fil-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit li diġà qed joperaw;

G.  billi r-regoli kollha tal-RPAS fis-seħħ fl-Ewropa huma mfassla biex jivvalutaw ir-riskju tal-operazzjoni; billi tali regoli tal-RPAS huma “ċentrati fuq l-operatur” u mhumiex “ċentrati fuq l-inġenju tal-ajru” kif isir fl-avjazzjoni bl-ekwipaġġ; billi r-riskju jiddependi mhux biss fuq it-tip ta' magna u l-karatteristiċi tagħha (il-piż, il-veloċità, eċċ.), iżda wkoll fuq fatturi addizzjonali, bħaż-żona fejn issir it-titjira, l-altitudini, l-għarfien espert tal-operatur u t-tip partikolari ta' operazzjoni u l-abilità tal-operatur li jirreaġixxi għal ċirkostanzi mhux previsti;

H.  billi l-potenzjal għat-tkabbir ekonomiku f'din l-industrija, mill-manifattur sal-utent aħħari huwa enormi, kemm għall-intrapriżi l-kbar u għall-katina tal-provvista magħmula minn eluf ta' SMEs kif ukoll minn negozji innovattivi li għadhom jibdew; billi huwa essenzjali li jinżammu standards ta’ livell mondjali ta’ manifattura u ta’ operazzjonijiet filwaqt li ssir promozzjoni ta’ pożizzjoni fuq quddiem tal-Ewropa f’din l-industrija;

I.  billi b'rikonoxximent tal-iżvilupp rapidu ta' dan is-suq, l-RPAS ġustament qed jiġu inkorporati fi programmi eżistenti tal-avjazzjoni, bħal pereżempju l-Impriża Konġunta għar-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR) u Orizzont 2020; billi l-industrija diġà investiet riżorsi finanzjarji sinifikanti u tkun imħeġġa tirdoppja l-investiment tagħha kieku l-SMEs, li jiffurmaw il-maġġorparti tagħha, kienu kapaċi jiksbu finanzjament aktar faċilment; billi finanzjament addizzjonali għal aktar riċerka u żvilupp se jkun kruċjali biex din l-industrija ġdida tiġi appoġġjata u għall-integrazzjoni sikura tal-RPAS fl-ispazju tal-ajru;

J.  billi anke f'dan l-istadju bikri l-Istati Membri, l-industrija u l-Kummissjoni lkoll irrikonoxxew il-potenzjal ta' dan is-suq u huma ħerqana li jenfasizzaw li kwalunkwe qafas ta' politika għandu jippermetti lill-industrija Ewropea tikber sabiex tkun tista' tikkompeti globalment;

K.  billi s-suq emerġenti joffri opportunitajiet sinifikanti għall-investiment, l-innovazzjoni u l-ħolqien ta’ impjiegi matul il-katina ta’ provvista, u għall-benefiċċju tas-soċjetà, filwaqt li jirrikonoxxi fl-istess ħin li l-interess pubbliku jeħtieġ li jiġi ssalvagwardat, inkluż b’mod partikolari il-kwistjonijiet relatati mal-privatezza, il-protezzjoni tad-data, ir-responsabilità li wieħed iwieġeb għal għemilu u r-responsabilità ċivili;

L.  billi, minkejja l-potenzjal ekonomiku tal-RPAS, l-iżvilupp tal-RPAS se jkun wieħed mill-isfidi l-aktar importanti tal-ġejjieni fir-rigward tas-sikurezza tal-industrija tal-avjazzjoni u sikurezza u s-sigurtà tal-persuni u l-kumpaniji;

M.  billi l-UE għandha, malajr kemm jista’ jkun, tipproduċi qafas leġiżlattiv purament għall-użu ċivili tal-RPAS;

N.  billi minn naħa waħda jeħtieġ li l-qafas leġiżlattiv Ewropew jippermetti lill-industrija tkompli tagħmel innovazzjonijiet u tkompli tiżviluppa taħt kundizzjonijiet ottimi u, min-naħa l-oħra, jagħti lill-pubbliku l-assikurazzjoni li d-data rigward il-ħajja u l-proprjetà kif ukoll id-data personali u l-privatezza, jiġu protetti b’mod effettiv;

Id-dimensjoni internazzjonali

1.  Jinnota li l-Istati Uniti huma meqjusa minn ħafna bħala s-suq ewlieni għall-użu tal-RPAS, għalkemm għal operazzjonijiet militari; jenfasizza, madankollu, li l-Ewropa hija minn ta’ quddiem fis-settur ċivili b’2 500 operatur (400 fir-Renju Unit, 300 fil-Ġermanja, 1 500 fi Franza, 250 fl-Iżvezja, eċċ.) meta mqabbel ma’ 2 342 operatur fil-bqija tad-dinja, u għandha tagħmel ħilitha kollha biex tagħti spinta lill-pożizzjoni b’saħħitha tagħha;

2.  Jinnota li l-Ġappun għandu għadd kbir ta' operaturi tal-RPAS u żewġ deċennji esperjenza, l-aktar f'operazzjonijiet ta' preċiżjoni tal-RPAS fil-qasam tal-biedja, bħall-bexx tal-uċuħ tar-raba'; ifakkar li dan kien l-ewwel pajjiż li ppermetta li t-teknoloġija tal-RPAS tintuża f'attivitajiet tal-biedja matul nofs is-snin disgħin u n-numru ta' operaturi mmultiplikaw fi ftit snin;

3.  Jinnota li l-Iżrael għandu industrija tal-manifattura attiva ħafna, iżda b'konċentrazzjoni diretta fuq l-RPAS militari; jenfasizza l-fatt li s-servizz ta' navigazzjoni tal-ajru ċivili-militari integrat issa jagħmilha aktar faċli li l-RPAS jiġu integrati fl-ispazju tal-ajru Iżraeljan;

4.  Jinnota li l-Awstralja, iċ-Ċina (fejn jiġu manifatturati bosta mill-RPAS żgħar ħafna) u l-Afrika t'Isfel huma fost il-50 pajjiż ieħor li attwalment qed jiżviluppaw RPAS;

5.  Jenfasizza li d-dimensjoni globali tal-RPAS għandha tiġi rikonoxxuta u jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu kont sħiħ ta' dan;

Is-sitwazzjoni attwali fl-Istati Membri tal-UE

6.  Jenfasizza li l-Istati Membri kollha għandhom xi attivitajiet tal-RPAS, fil-manifattura u/jew attivitajiet operazzjonali;

7.  Jenfasizza l-fatt li sakemm ma tingħatax eżenzjoni, l-attivitajiet operazzjonali huma legali biss jekk ikun hemm leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ; ifakkar li din hija bbażata fuq ir-regola tal-ICAO li l-operazzjonijiet kollha mwettqa minn vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ għandhom jiksbu awtorizzazzjoni speċifika[3];

8.  Jinnota li minħabba li m’hemmx regoli armonizzati fil-livell tal-UE, l-iżvilupp ta’ suq tad-drones Ewropew jista’ jixxekkel, peress li l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali mhumiex ġeneralment rikonoxxuti reċiprokament fost l-Istati Membri;

Kwistjonijiet ewlenin

9.  Jikkunsidra li s-settur tal-RPAS jitlob b'mod urġenti regoli Ewropej u globali sabiex jiġi żgurat żvilupp transkonfinali tal-RPAS; iqis li hemm bżonn ta’ qafas legali Ewropew ċar sabiex ikun żgurat investiment u żvilupp ta’ settur tal-RPAS Ewropew kompetittiv; jissottolinja l-fatt li jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni fil-pront, hemm riskju li l-potenzjal ekonomiku u l-effetti pożittivi tal-RPAS ma jiġux realizzati bis-sħiħ;

10.  Ifakkar fl-importanza ekonomika ta’ dan is-settur, u jenfasizza l-ħtieġa ta' politiki xierqa biex tiġi protetta l-privatezza u jiġu żgurati l-protezzjoni tad-data, is-sigurtà u s-sikurezza, li huma proporzjonati għall-għan tagħhom mingħajr ma fl-istess ħin jiġi impost piż żejjed fuq l-SMEs;

11.  Jemmen li qafas Ewropew, jekk ikun ċar, effettiv, affidabbli, u li jidħol fis-seħħ mingħajr dewmien, jista’ jgħin id-diskussjonijiet dwar tfassil ta’ regoli globali għall-użu ta’ drones;

12.  Iqis li l-leġiżlazzjoni futura ta’ dan it-tip jeħtieġ li tistabbilixxi distinzjoni ċara bejn l-użu professjonali u dak rikreattiv ta’ inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod;

13.  Jissottolinja l-fatt li s-sikurezza u s-sigurtà huma importanti ħafna għal kwalunkwe operazzjoni u regola tal-RPAS u li dawn għandhom ikunu proporzjonati mar-riskji; iqis li l-qafas regolatorju Ewropew tal-ġejjieni għandu jiġi adattat għar-riskji speċifiċi assoċjati ma’ titjiriet BVLOS mingħajr, madankollu, ma jservi ta’ deterrent għal titjiriet bħal dawn;

14.  Jenfasizza l-fatt li s-suġġett tal-protezzjoni tad-data u tal-privatezza huwa essenzjali sabiex jiġi promoss appoġġ pubbliku wiesa’ għall-użu tal-RPAS ċivili, u għalhekk huwa wkoll kruċjali sabiex jiġu ffaċilitati t-tkabbir u l-integrazzjoni sikura tal-RPAS fl-avjazzjoni ċivili, filwaqt li tiġi rispettata strettament id-Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni tad-data, id-dritt tal-protezzjoni tal-ħajja privata, stabbiliti fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (KDF), id-dritt tal-protezzjoni tad-data personali stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE); jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li, fl-iżvilupp ta’ kwalunkwe politika tal-UE dwar l-RPAS, il-garanziji tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data jkunu inkorporati f’konformità mal-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni biex issaħħaħ l-iżvilupp ta’ standards dwar il-kunċetti ta’ privatezza bid-disinn u privatezza b’mod awtomatiku;

15.  Jaqbel ma' u jappoġġja bis-sħiħ il-ħames prinċipji essenzjali għall-iżvilupp futur tal-RPAS stabbiliti fid-Dikjarazzjoni ta' Riga:

–  l-RPAS jeħtieġ li jiġu trattati bħala tipi ġodda ta' inġenji tal-ajru b'regoli proporzjonati bbażati fuq ir-riskju ta' kull operazzjoni;

–  jeħtieġ li jiġu żviluppati regoli tal-UE għall-forniment sikur ta' servizzi tal-RPAS biex l-industrija tkun tista' tinvesti;

–  jeħtieġ li jiġu żviluppati t-teknoloġija u l-istandards għal integrazzjoni sħiħa tal-RPAS fl-ispazju tal-ajru Ewropew;

–  l-aċċettazzjoni mill-pubbliku hija essenzjali għat-tkabbir tas-servizzi tal-RPAS;

–  l-operatur ta' RPAS huwa responsabbli għall-użu tas-sistema;

16.  Jenfasizza li f'perjodu qasir, mill-perspettiva tal-ATM, proċeduri operazzjonali huma diġà fis-seħħ biex jippermettu lill-RPAS itiru 'l barra miż-żoni speċifiċi u ristretti; ifakkar li bosta RPAS ċivili u militari jittajru bl-użu ta' kurituri dedikati permezz taż-żieda fil-kriterji ta' separazzjoni standard normalment użati għall-inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ;

17.  Jenfasizza l-importanza ta’ titjiriet “barra mill-vista” (“out-of-sight” flights) għall-iżvilupp tas-settur; iqis li l-leġiżlazzjoni Ewropea għandha tiffavorixxi dan il-modus operandi;

18.  Jirrikonoxxi li l-impatt tal-RPAS fuq it-traffiku bl-ekwipaġġ huwa limitat minħabba l-proporzjon żgħir tal-RPAS meta mqabbel mal-inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ; jinnota, madankollu, li l-pressonijiet tal-ATM jistgħu jiżdiedu minħabba t-tkabbir tal-RPAS għall-isport jew għar-rikreazzjoni, li ntlaqa’ tajjeb, u li jista’ f’ċerti ċirkostanzi jkun ta’ theddida għas-sikurezza tat-traffiku tal-ajru, u jitlob li l-awtoritajiet rilevanti u r-regoli futuri tal-UE jieħdu kont ta' dan il-fattur sabiex jiġi żgurat standard effiċjenti kontinwu tal-ATM madwar l-Istati Membri;

19.  Jenfasizza l-fatt li fit-terminu twil, is-soluzzjonijiet tekniċi u regolatorji preferibbilment għandhom jippermettu lill-RPAS jużaw l-ispazju tal-ajru flimkien ma' utenti oħra tal-spazju tal-ajru mingħajr ma jimponu rekwiżiti ta' tagħmir ġodda fuq dawn tal-aħħar; jinnota li hemm għadd kbir ta' RPAS żgħar li joperaw taħt il-500 pied, flimkien mal-inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ; jenfasizza li għalkemm il-Fornituri ta’ Servizz tan-Navigazzjoni bl-Ajru (l-ANSPs) ma jipprovdux servizzi tal-Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru (ATC) f'dawn l-altitudnijiet, dawn xorta għandhom responsabilità li jipprovdu informazzjoni suffiċjenti għaż-żewġ tipi ta' inġenji tal-ajru biex jikkoeżistu fl-istess spazju tal-ajru; jinnota li l-EUROCONTROL qed jappoġġja stati biex joħolqu fehim komuni tal-kwistjonijiet involuti u biex jippromwovu l-armonizzazzjoni kemm jista' jkun;

20.  iqis li l-kwistjoni ta’ identifikazzjoni ta’ drones, ta’ kwalunkwe daqs, hija waħda kruċjali; jissottolija li għandhom jinstabu soluzzjonijiet li jqisu l-użu rikreattiv jew kummerċjali tad-drones;

Soluzzjonijiet għall-futur

21.  Jemmen li għandu jiġi żviluppat qafas regolatorju Ewropew u globali ċar, armonizzat u proporzjonat fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, li jevita regolamenti sproporzjonati għan-negozji li jiskoraġġixxu l-investiment u l-innovazzjoni fl-industrija tal-RPAS, filwaqt li jħares b’mod adegwat liċ-ċittadini u joħloq impjiegi sostenibbli u innovattivi; iqis li valutazzjoni rigoruża tar-riskji għandha tkun ibbażata fuq “il-kunċett ta’ operazzjonijiet” stabbilit mill-EASA u għandha tqis il-karatteristiċi tal-RPAS (il-piż, l-ambitu tal-operazzjoni, il-veloċità) u n-natura tal-użu tagħhom (rikreattiv jew professjonali); jemmen li dan il-qafas għandu jkun parti minn perspettiva fit-tul, li tieħu kont tal-iżviluppi futuri possibbli u aspetti oħra ta’ dawn it-teknoloġiji;

22.  Jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tneħħi l-limitu minimu ta’ 150 kg u li tissostitwih b’qafas regolatorju tal-UE koerenti u komprensiv li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, lill-korpi jew l-assoċjazzjonijiet kwalifikati jieħdu f’idejhom attivitajiet ta’ validazzjoni u ta’ sorveljanza; iqis li l-proporzjonalità tar-regoli għandha tiġi kkumplimentata bil-flessibilità neċessarja fil-proċessi u l-proċeduri;

23.  Iqis li l-iżvilupp tal-kompetenzi tal-EASA fil-qasam tal-RPAS għandu jiġi kkunsidrat fil-baġit tal-Aġenzija sabiex jiġi żgurat li tkun tista’ twettaq il-missjonijiet li ġew assenjati lilha;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li fl-iżvilupp ta' kwalunkwe politika tal-UE dwar l-RPAS jiġu integrati l-garanziji tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data billi, bħala rekwiżit minimu, il-valutazzjonijiet tal-impatt kif ukoll il-privatezza jsiru obbligatorji fid-disinn u b’mod awtomatiku;

25.  Jinsab imħasseb dwar l-użi illegali u mhux sikuri tal-RPAS (jiġifieri, li l-RPAS jiġu trasformati minn għodda ċivili f’arma li tintuża għal skopijiet militari jew oħrajn, jew l-RPAS jintużaw biex jimblukkaw sistemi ta’ navigazzjoni jew ta’ komunikazzjoni); jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-iżvilupp tat-teknoloġija meħtieġa biex tiżgura s-sikurezza, is-sigurtà u l-privatezza fl-operazzjoni tal-RPAS, inkluż permezz ta’ fondi ta’ Orizzont 2020 diretti primarjament lejn ir-riċerka u l-iżvilupp f’sistemi, teknoloġiji, eċċ. li jistgħu jintużaw biex isaħħu l-privatezza bid-disinn u b’mod awtomatiku, u tappoġġja l-iżvilupp ta’ teknoloġiji bħall-“identifikazzjoni u l-evitar” (“detect and avoid”), il-konfini ġeografiċi virtuali (geo-fencing), is-sistemi kontra l-imblukkar u anti-hijacking, kif ukoll il-privatezza bid-disinn u b’mod awtomatiku li jippermettu l-użu sikur tal-RPAS ċivili;

26.  Jinkoraġġixxi teknoloġiji innovattivi fil-qasam tal-RPAS li għandhom potenzjal enormi għall-ħolqien tal-impjiegi, b’mod partikolari l-impjiegi “ekoloġiċi”, minħabba li dan jinkludi professjonijiet minn spettru wiesa’; jinkoraġġixxi l-iżvilupp u l-esplorazzjoni tal-potenzjal kbir li jiġu involuti l-SMEs fir-rigward tas-servizzi kkonċernati bil-produzzjoni ta’ partijiet u materjali speċjalizzati; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu organizzati u promossi ċentri għall-kwalifiki u t-taħriġ;

27.  Jikkunsidra li r-regoli fil-livell tal-UE u nazzjonali għandhom jindikaw b’mod ċar id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-RPAS fir-rigward tas-suq intern u l-kummerċ internazzjonali (il-produzzjoni, il-bejgħ, ix-xiri, il-kummerċ u l-użu tal-RPAS) u d-drittijiet fundamentali tal-protezzjoni tal-privatezza u tad-data; jemmen ukoll li dawn ir-regoli għandhom jikkontribwixxu għall-infurzar korrett tal-protezzjoni tal-privatezza, tad-data u kwalunkwe liġi oħra relatata mar-riskji u r-responsabilitajiet differenti assoċjati ma’ titjir tal-RPAS, bħalma huma l-liġi kriminali, il-liġi tal-proprjetà intellettwali u l-liġi tal-avjazzjoni u l-liġi tal-ambjent; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li kwalunkwe persuna li topera RPAS għandha tkun konxja tar-regoli bażiċi applikabbli għall-użu tal-RPAS, u li dawk ir-regoli għandhom jiġu speċifikati f’avviż għax-xerrejja;

28.  Jikkunsidra li l-industrija, ir-regolaturi u l-operaturi kummerċjali għandhom jingħaqdu flimkien sabiex jiggarantixxu ċertezza legali biex jiffavorixxu l-investiment u biex tiġi evitata l-problema “tal-bajda u t-tiġieġa”', fejn l-industrija ssibha bi tqila tinvesti fl-iżvilupp ta' teknoloġiji meħtieġa mingħajr ma jkollha ċ-ċertezza dwar il-mod li bih se jiġu regolati, filwaqt li r-regolaturi jsibuha bi tqila jiżviluppaw standards qabel ma l-industrija tipproponi teknoloġiji għall-awtorizzazzjoni; jenfasizza li l-SMEs għandhom ikunu marbuta ma’ dan il-proċess ta’ standardizzazzjoni b’mod ġenwin;

29.  Iqis li “approċċ ibbażat fuq ir-riskju” f’konformità mad-Dikjarazzjoni ta’ Riga u l-kunċett ta’ operazzjonijiet kif żviluppati mill-EASA, huwa bażi solida biex tiġi żgurata l-operazzjoni sikura tal-RPAS, u li r-rekwiżiti regolatorji Ewropej jeħtieġ li jkunu bbażati fuq approċċi ta’ każ b’każ jew approċċ ibbażat fuq it-tip/il-klassi, skont kif xieraq, u li jiżgura livell għoli ta’ sikurezza u interoperabilità; iqis li sabiex jiġi żgurat is-suċċess tal-manifatturi u l-operaturi tal-RPAS, huwa essenzjali li r-rekwiżiti ta' standardizzazzjoni tal-Organizzazzjoni Ewropea għal Tagħmir tal-Avjazzjoni Ċivili (EUROCAE) jiġu validati mill-korp regolatorju rilevanti;

30.  Jikkunsidra li r-regoli futuri Ewropej u globali tal-RPAS għandhom jindirizzaw kwistjonijiet relatati ma':

–  l-ajrunavigabiltà;

–  l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni;

–  l-użu kummerċjali u rikreattiv;

–  l-identità tad-drone u s-sid/l-operatur;

–  l-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ għall-piloti;

–  it-taħriġ u l-liċenzji tal-piloti;

–  l-operazzjonijiet;

–  ir-responsabilità u l-assigurazzjoni

–  il-protezzjoni tad-data u l-privatezza

–  il-“geofencing”;

–  iż-żoni ta’ projbizzjoni għat-titjir (ta’ esklużjoni);

31.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li meta jiġi provdut taħriġ għall-utenti professjonali u s-sidien tal-RPAS, dan jinkludi taħriġ speċifiku dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza, u li l-utenti professjonali tal-RPAS jiġu soġġetti għar-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri bil-għan li tiġi eliminata kwalunkwe restrizzjoni tas-suq;

32.  Jenfasizza li l-RPAS li jtiru lil hinn mil-linja tal-vista (BVLOS) għandhom ikunu mgħammra b'teknoloġija “identifika u evita” (“detect and avoid”) sabiex jiġu skoperti inġenji tal-ajru li jużaw l-istess spazju tal-ajru, li jiżgura li l-RPAS ma jpoġġux fir-riskju l-inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ, u barra minn hekk, jittieħed kont taż-żoni b’densità qawwija ta’ popolazzjoni, żoni fejn it-titjir huwa pprojbit, bħall-ajruporti, impjanti tal-enerġija, impjanti nukleari u kimiċi, u infrastrutturi kritiċi oħra; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kummissjoni tipprovdi għal baġits ta’ riċerka u żvilupp meħtieġa permezz tal-Impriża Konġunta SESAR;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-korpi u l-kumpaniji kkonċernati jagħtu spinta lill-programmi tagħhom ta’ riċerka u żvilupp; iqis li, meta jittieħed kont tal-effetti ekonomiċi indiretti mistennija minn dan is-settur, l-UE għandha tiffavorixxi l-iżvilupp ta’ teknoloġiji Ewropej, pereżempju permezz ta’ Orizzont 2020; jitlob li jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ skoperta u qbid ta’ drones fil-programmi ta’ riċerka;

34.  Ifakkar li l-programm Ewropew GNSS EGNOS li żied is-sinjal tal-GPS ġie ċċertifikat għall-avjazzjoni ċivili fl-2011 u li Galileo fis-snin li ġejjin se jidħol fil-fażi ta’ esplojtazzjoni gradwalment; jemmen f’dan ir-rigward li sistema avvanzata ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru kif ukoll applikazzjonijiet għall-RPAS ibbażati fuq programmi GNSS Ewropej se jikkontribwixxu b’mod pożittiv għal operazzjoni sikura tal-RPAS;

35.  Jinnota li l-RPAS f’konformità ma’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju għandhom ikunu mgħammra b’ċippa ta’ identità u jkunu rreġistrati biex jiġu żgurati t-traċċabilità, ir-responsabilità u l-implimentazzjoni xierqa ta’ regoli ta’ responsabilità ċivili;

36.  Jappoġġja l-kunċett ta’ operazzjonijiet għal drones żviluppati mill-EASA li jiddefinixxi tliet kategoriji differenti ta’ RPAS u r-regoli korrispondenti;

37.  Jinnota li l-infurzar ta’ leġiżlazzjoni tal-RPAS huwa essenzjali għall-integrazzjoni sikura tal-RPAS u s-suċċess tagħhom fl-ispazju tal-ajru Ewropew;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm biżżejjed mezzi ta’ infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar l-RPAS;

39.  Jenfasizza li l-Awtoritajiet Konġunti għat-Tfassil tar-Regoli dwar Sistemi mingħajr Ekwipaġġ (JARUS) huwa korp ta' sħubija volontarja internazzjonali magħmul minn awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni ċivili minn 22 pajjiż tal-UE, pajjiżi mhux tal-UE u aġenziji/korpi regolatorji; ifakkar li JARUS huwa mmexxi minn rappreżentant tal-EASA, l-Aġenzija li se tittratta r-regolazzjoni futura tal-RPAS; ifakkar li l-għan ta’ JARUS huwa li jiżviluppa rekwiżiti tekniċi, ta' sigurtà u operattivi għaċ-ċertifikazzjoni u l-integrazzjoni sikura tal-RPAS kbar u żgħar fl-ispazju tal-ajru u fl-ajrudromi;

40.  Iqis li JARUS jista’ jiżgura li kwalunkwe regola futura tal-UE tkun ikkoordinata ma' arranġamenti internazzjonali f'pajjiżi oħra, permezz ta' proċess ta' rikonoxximent reċiproku;

41.  Iqis li l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data tal-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien sabiex jaqsmu data u l-aħjar prattiki, u jiżguraw konformità ma’ gwidi u regolamenti eżistenti dwar il-protezzjoni tad-data, bħad-Direttiva 95/46/KE;

42.  Jenfasizza l-fatt li l-użu tal-RPAS mis-servizzi tal-infurzar tal-liġi u s-servizzi ta’ intelligence għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali għall-privatezza, il-protezzjoni tad-data, il-libertà ta’ moviment u l-libertà ta’ espressjoni, u li r-riskji potenzjali marbuta ma’ dan l-użu tal-RPAS, kemm rigward is-sorveljanza ta’ individwi u gruppi u kemm rigward il-monitoraġġ ta’ spazji pubbliċi bħalma huma l-fruntieri, jeħtieġ li jiġu indirizzati;

43.  Jemmen li l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data tal-Istati Membri għandhom jaqsmu l-gwidi speċifiċi eżistenti dwar il-protezzjoni tad-data għall-RPAS kummerċjali, u jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-data b'tali mod li din tindirizza bis-sħiħ it-tħassib tal-pubbliku dwar il-privatezza kif ukoll ma twassalx għal piż amministrattiv sproporzjonat fuq l-operaturi tal-RPAS;

44.  Jirrakkomanda bil-qawwa li d-diskussjonijiet attwali bejn l-UE u dawk li jfasslu l-politika u r-regolaturi nazzjonali, l-industrija, l-SMEs u l-operazzjonijiet kummerċjali għandhom isiru aktar miftuħa, u li hemm bżonn li jinbeda dibattitu politiku bil-parteċipazzjoni ta’ ċittadini u partijiet interessati rilevanti oħra, bħalma huma NGOs (inklużi l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet ċivili) u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, sabiex jiġu kkunsidrati u indirizzati l-preokkupazzjonijiet rigward il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u r-responsabilitajiet u l-isfidi li qed jiffaċċjaw l-atturi differenti fis-salvagwardja ta’ dawn id-drittijiet u tiġi protetta s-sigurtà taċ-ċittadini meta jintużaw l-RPAS;

45.  Huwa tal-fehma li l-Parlament Ewropew għandu jistabbilixxi l-pożizzjoni tiegħu qabel l-adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-pakkett tal-avjazzjoni tagħha, u b'hekk iwieġeb għat-talba tal-industrija għal gwida ċara;

46.  Jissottolinja l-ħtieġa ta' qafas ġuridiku ċar ibbażat fuq kriterji rilevanti rigward l-użu ta’ kameras u sensuri, b’mod speċjali minn RPAS kummerċjali u privati, li se jiżgura l-protezzjoni effettiva tad-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data kif ukoll biex tiġi salvagwardata s-sigurtà taċ-ċittadini, filwaqt li jitqies id-daqs tal-komponenti tal-RPAS li kulma jmur qed jiċkienu, li jwassal għal apparati aktar mobbli u li ma jistgħux jiġu skoperti;

47.  Jappella lill-Kumitati TRAN u LIBE jorganizzaw sessjoni ta’ smigħ konġunta b’rappreżentanti tal-industrija, l-organizzazzjonijiet nazzjonali ta’ protezzjoni tal-privatezza, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, il-Kummissjoni u NGOs li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet fundamentali;

48.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra mekkaniżmu ta’ rappurtar regolari li jqis l-iżviluppi tekniċi kif ukoll l-iżviluppi tal-politika u l-aħjar prattika fil-livell nazzjonali, u li jindirizza wkoll l-inċidenti tal-RPAS, u biex tippreżenta deskrizzjoni ġenerali u analiżi tal-approċċi regolatorji fil-livell tal-Istati Membri, sabiex tippermetti li jsir tqabbil u jiġu identifikati l-aħjar prattiki.

49.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

NOTA SPJEGATTIVA

I.  Passi mwettqa mir-Rapporteur u l-pożizzjoni tagħha

Waqt it-tnedija tal-komunikazzjoni, Siim Kallas, li dak iż-żmien kien Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u Kummissarju għall-mobilità u t-trasport qal: "Jekk qatt kellu jkun hemm żmien tajjeb biex dan isir, dan huwa issa" - sentimenti li ġew ripetuti minn Violeta Bulc, is-suċċessur tiegħu bħala Kummissarju, li tat prijorità lill-inklużjoni tal-RPAS fil-Pakkett tal-Avjazzjoni, mistenni sal-aħħar tal-2015.

Wara l-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fl-2014, ir-Rapporteur organizzat laqgħa għall-partijiet interessati fis-27 ta' Jannar 2015 fil-Parlament Ewropew għar-rappreżentanti tal-Kummissjoni, l-EASA u JARUS, is-SESAR JU, ir-regolaturi nazzjonali inklużi s-CAA u d-DfT (UK), id-DfT (NL) kif ukoll il-fornituri ta' servizzi NATS u l-EUROCONTROL, il-manifatturi BAE Systems, Airbus, Rolls Royce, ASD, u l-union tal-piloti BALPA. Ta' importanza kruċjali kien il-fatt li"Europe Air Sports" , simbolu tal-użu dejjem jikber tal-RPAS fil-qasam rikreattiv, kienu rappreżentati wkoll.

Ġie rikonoxxut b'mod wiesa' mill-parteċipanti li kull qafas regolatorju għandu jkun proporzjonat biex jippermetti lis-settur jikber, filwaqt li jiġi evitat milli jkun hemm piż żejjed għal industrija emerġenti. Barra minn hekk, kull qafas għandu jfittex rikonoxximent globali biex jistimula r-Riċerka u l-Iżvilupp.

Fi Frar 2015, matul id-delegazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu lejn Washington D.C., ir-Rapporteur tagħkom iltaqgħet ma' uffiċjali mill-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni (FAA) responsabbli għall-integrazzjoni ta' ''sistemi ta' inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ'' (UAS = RPAS). L-FAA għadha kif ipproponiet regolament li jippermetti l-użu ta' ċerti UAS żgħar fis-sistema tal-avjazzjoni tal-Istati Uniti, filwaqt li tkun miftuħa għal innovazzjonijiet teknoloġiċi futuri.

Fl-2014 ukoll, ir-Rapporteur iltaqgħet mal-Kumitat tal-Unjoni Ewropea tal-House of Lords li kienu qed jabbozzaw rapport dwar l-Użu Ċivili ta' Drones fir-Renju Unit. Barra minn hekk, f'Marzu 2015, ir-Rapporteur indirizzat il-konferenza dwar l-RPAS, organizzata mill-Presidenza Latvjana f'Riga.

Id-dikjarazzjoni sussegwenti ta' Riga tistipula ħames prinċipji essenzjali għal enfasi futura tal-UE:

–  L-RPAS jeħtieġ li jiġu trattati bħala tipi ġodda ta' inġenji tal-ajru b'regoli proporzjonati bbażati fuq ir-riskju ta' kull operazzjoni;

–  Ir-regoli tal-UE għall-forniment sigur ta' servizzi tal-RPAS jeħtieġ li jiġu żviluppati biex l-industrija tkun tista' tinvesti;

–  It-teknoloġija u l-istandards jeħtieġ li jiġu żviluppati għal integrazzjoni sħiħa tal-RPAS fl-ispazju tal-ajru Ewropew;

–  L-aċċettazzjoni mill-pubbliku hija essenzjali għat-tkabbir tas-servizzi tal-RPAS;

–  L-operatur ta' RPAS għandu jkun responsabbli għall-użu tiegħu;

F'Riga, il-komunità tal-avjazzjoni Ewropea impenjat ruħha li tagħmilha possibbli li n-negozji jipprovdu servizzi tal-RPAS madwar l-Ewropa mill-2016.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tħejji proposta li għandha tiġi adottata sa tmiem l-2015. Il-Parlament, u partikolarment il-Kumitat tagħna, se jagħmel il-parti tiegħu u jressaq soluzzjonijiet kostruttivi għall-isfidi li għandna quddiemna. Fl-aħħar nett, il-messaġġ ċar tar-Rapporteur huwa li jiġi adottat rapport INI, bl-appoġġ u l-parteċipazzjoni tiegħek, li jibgħat sinjal politiku b'saħħtu li jfisser kemm li aħna lesti għal dan il-pass eċitanti u ġdid 'il quddiem kif ukoll li nilgħabu parti sħiħa fil-bini ta' settur tal-avjazzjoni tas-Seklu 21.

II.  Glossarju

ATM      Ġestjoni tat-traffiku tal-ajru

BALPA    Assoċjazzjoni tal-Piloti tal-Linja tal-Ajru Britannika

CAA      Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Renju Unit

DfT (UK)    Dipartiment għat-Trasport (ir-Renju Unit)

DfT (NL)    Dipartiment għat-Trasport (il-Pajjiżi l-Baxxi)

EASA      Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni

EUROCAE    Organizzazzjoni Ewropea għal Tagħmir tal-Avjazzjoni Ċivili

FAA      Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni (l-Istati Uniti)

ICAO      Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali

JARUS    L-Awtoritajiet Konġunti għat-Tfassil tar-Regoli dwar Sistemi mingħajr Ekwipaġġ

RPAS      Sistemi ta' Inġenji tal-Ajru ppilotati mill-Bogħod

SESAR    Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew

UAS      Sistemi tal-Ajru Mingħajr Ekwipaġġ

UAV      Vettura tal-Ajru Mingħajr Ekwipaġġ

III (a).  Informazzjoni ta' sfond: Deskrizzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' April 2014 - COM(2014)207

Il-Komunikazzjoni tispjega kif il-Kummissjoni tipproponi li jiġu indirizzati l-operazzjonijiet tal-RPAS f'qafas futur ta' politika Ewropea. Din tiddikjara li kull regolament jeħtieġ li jgħin l-iżvilupp ta' suq tal-RPAS kummerċjali, filwaqt li jissalvagwardja l-interess tal-pubbliku.

L-istandards il-ġodda biex jirregolaw l-operazzjonijiet ċivili tal-RPAS se jiġu stabbiliti u jkunu jkopru s-sikurezza, is-sigurtà, il-privatezza, il-protezzjoni tad-data, l-assigurazzjoni u r-responsabbiltà. Il-Kummissjoni għandha l-għan li tippermetti lill-industrija Ewropea ssir mexxej globali tan-negozju għal din it-teknoloġija emerġenti.

Għandha tiġi adottata proposta leġiżlattiva sa tmiem l-2015. Il-Kummissjoni tinnota li l-istandards il-ġodda se jkopru l-oqsma li ġejjin:

  Regoli fl-UE kollha dwar l-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza: L-istandards tal-UE jkunu bbażati fuq il-prinċipju li l-RPAS iridu jipprovdu livell ta' sikurezza ekwivalenti għal dak tal-operazzjonijiet tal-avjazzjoni "bl-ekwipaġġ", fejn xieraq. Barra minn hekk, l-EASA (l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni) se tibda tiżviluppa standards madwar l-UE kollha għall-RPAS;

  Is-salvagwardja tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data: Id-data miġbura mill-RPAS trid tikkonforma mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data u l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data huma obbligati jimmonitorjaw il-ġbir u l-ipproċessar sussegwenti ta' data personali; il-Kummissjoni tivvaluta kif se jkun żgurat li r-regoli tal-protezzjoni tad-data japplikaw bis-sħiħ għall-RPAS u tipproponi bidliet jew gwida speċifika jekk ikun meħtieġ;

  Kontrolli biex tiġi żgurata s-sigurtà: Billi l-RPAS jistgħu jintużaw illegalment, l-EASA tiżviluppa r-rekwiżiti tas-sigurtà meħtieġa, b'mod partikolari għall-ħarsien tal-flussi tal-informazzjoni. Din tipproponi obbligi ġuridiċi għal dawk kollha involuti - pereżempju għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, l-operatur, u l-fornituri tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet - li jiġu infurzati mill-awtoritajiet nazzjonali;

  Qafas ċar għar-responsabbiltà u l-assigurazzjoni: Ir-reġim attwali tal-assigurazzjoni ta' parti terza ġie stabbilit l-aktar f'termini ta' inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ, fejn il-piż (li jibda minn 500 kg) jiddetermina l-ammont minimu ta' assigurazzjoni; il-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa li temenda r-regoli attwali filwaqt li tqis l-RPAS;

  Ir-razzjonalizzazzjoni tar-Riċerka u l-Iżvilupp (R&Ż) u l-appoġġ għall-industrija l-ġdida: Il-Kummissjoni indikat li jixtiequ jirrazzjonalizzaw ir-R&Ż, b'mod partikolari l-fond ġestit mill-Impriża Konġunta SESAR, sabiex tiġi żgurata l-integrazzjoni tal-RPAS fis-SESAR mill-aktar fis possibbli. L-SMEs u n-negozji l-ġodda fis-settur jirċievu appoġġ industrijali biex jiżviluppaw it-teknoloġija taħt Orizzont 2020 u l-programmi COSME.

III (b).  Eżempju tal-awtorizzazzjoni attwali għall-RPAS fi Stat Membru:

Fir-Renju Unit, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili (CAA) tiddefinixxi "inġenji tal-ajru żgħar mingħajr ekwipaġġ" bħala inġenji tal-ajru ta' 44 lb jew inqas. Għal din il-kategorija, ir-rekwiżiti ta' sikurezza jinsabu fl-Artikoli 166 u 167 tal-Ordni tan-Navigazzjoni tal-Ajru tar-Renju Unit, li jiddikjaraw li:

1.  L-operazzjoni ma tridx tipperikola lil xi ħadd jew lil xi ħaġa.

2.  L-inġenju tal-ajru għandu jinżamm fi ħdan il-linja viżiva tal-vista (normalment meħuda li tkun fi ħdan 1640 pied orizzontalment u 400 pied vertikalment) tal-pilota mill-bogħod tiegħu (jiġifieri l-"persuna responsabbli" għalih). Operazzjonijiet lil hinn minn dawn id-distanzi għandhom jiġu approvati mis-CAA (il-premessa bażika hi li l-operatur jagħti prova li huwa jista' jagħmel dan b'mod sikur).

3.  Inġenji tal-ajru żgħar mingħajr ekwipaġġ (irrispettivament mill-massa tagħhom) li jkunu qed jintużaw għal skopijiet ta' sorveljanza huma soġġetti għal restrizzjonijiet aktar stretti fir-rigward ta' distanzi minimi li jistgħu jittajru ħdejn persuni jew proprjetajiet li mhumiex taħt il-kontroll tiegħek. Jekk tixtieq li jtiru fi ħdan dawn id-distanzi minimi, jkun meħtieġ permess mis-CAA qabel jibdew l-operazzjonijiet.

4.  Il-permess tas-CAA huwa meħtieġ ukoll għat-titjiriet kollha li jkunu qed jitwettqu għal xogħol fl-ajru.

5.  Il-"pilota mill-bogħod" għandu r-responsabbiltà jaċċerta ruħu li t-titjira tkun tista' titwettaq b'mod sikur.

3.9.2015

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar l-użu sikur ta' sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod (RPAS), magħrufa aktar bħala vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs) fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili

(2014/2243(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Soraya Post

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi s-Sistemi ta' Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod (RPAS), jistgħu jintużaw għal firxa ta' skopijiet ċivili (mhux militari), eż. dawk relatati mal-infrastruttura kritika u l-protezzjoni ċivili, l-immaniġġjar tad-diżastri u t-tiftix u s-salvataġġ, il-ħarsien ambjentali, il-produzzjoni agrikola u industrijali, is-sorveljanza tal-infurzar tal-liġi, l-intelligence, il-ġurnaliżmu, l-attivitajiet kummerċjali u r-rikreazzjoni;

B.  billi minkejja l-potenzjal u l-benefiċċji tagħhom, l-użu tal-RPAS joħloq riskji sinifikanti, speċifikament minħabba li l-RPAS isaħħu teknoloġiji oħra li jistgħu jwasslu għas-sorveljanza u l-insegwiment ta’ persuni jew oġġetti; billi l-RPAS huma mid-definizzjoni tagħhom forma ta’ teknoloġija b’użu doppju li jeħtieġu regoli stretti ħafna u rigorużi; billi jiġu involuti wkoll sfidi speċifiċi meta l-RPAS ikunu jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali, peress li dan jinterferixxi mad-drittijiet fundamentali, jiġifieri d-dritt għall-privatezza u d-dritt għall-protezzjoni tad-data, u meta dawn jinvolvu s-sigurtà pubblika, peress li jistgħu, b’mod intenzjonat jew mhux intenzjonat, jintużaw biex jikkawżaw ħsara lin-nies u lill-infrastrutturi;

C.  billi leġislazzjoni nazzjonali frammentata dwar l-użu ċivili tal-RPAS ċivili tkun ixxekkel l-iżvilupp ta' suq Ewropew tal-RPAS, timpedixxu l-istabbiliment ta’ garanziji komuni livell għoli, u toħloq riskji serji għad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE, speċjalment id-dritt għall-privatezza, id-dritt għal protezzjoni tad-data, id-drittijiet għas-sigurtà u s-sikurezza, kif ukoll il-libertà tal-għaqda;

D.  billi qafas regolatorju ċar u komplut, li jkun jindirizzata l-katina sħiħa tal-RPAS bil-għan li jiggarantixxu s-sikurezza, is-sigurtà, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, il-protezzjoni ambjentali, ir-responsabilità u l-imputabilità, l-azzjoni tal-infurzar tal-liġi, l-assigurazzjoni, l-identifikazzjoni u t-trasparenza, jista’ jiggarantixxi ċ-ċertezza ġuridika u l-integrazzjoni sigura tal-RPAS fis-sistema tal-avjazzjoni ċivili, u tista’ twassal biex l-UE taqdi rwol deċiżiv fl-istabbiliment ta’ standards internazzjonali;

E.  billi aċċess akbar tal-konsumaturi għall-RPAS se jkollu wkoll effetti enormi fuq is-soċjetà, bil-konsegwenza li l-interazzjonijiet kummerċjali u privati tagħna se jinbidlu bil-kbir;

F.  billi għandha tiġi stabbilita distinzjoni bejn l-RPAS użati għal finijiet rikreattivi u l-RPAS użati għal finijiet professjonali; billi ċerti teknoloġiji partikolarment intrużivi għandhom jiġu pprojbiti fl-użu rikreattiv; billi huwa essenzjali li t-teknoloġija ta’ potenza qawwija li biha huma mgħammra ċerti RPAS maħsuba għall-użu professjonali jirrispettaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ neċessità;

G.  billi l-RPAS u l-użi tagħhom jistgħu jkunu partikolarment intrużivi fil-qasam tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali; billi n-nuqqas ta’ rabta diretta bejn l-apparat u l-utent joħloq sens ta’ eżonerazzjoni mir-responsabilità għat-tħaddim tal-apparat;

1.  Jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li jiġi emendat maljar ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili billi jiġi kkunsidrat mill-ġdid in-nuqqas ta' kompetenza tiegħu biex jirregola l-RPAS ta' taħt il-150 kg sabiex jiġi żgurat li l-UE tkun tista' tirregola l-integrazzjoni tal-RPAS fis-sistema tal-avjazzjoni ċivili billi tindirizza s-sikurezza, is-sigurtà, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data li huma prekondizzjonijiet għall-użu ċivili tal-RPAS;

2.  Itenni li meta d-data personali tkun ipproċessata permezz ta’ RPAS mħaddma fl-UE, kemm jekk għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi jew minn persuna fiżika fil-kors ta’ attività purament personali jew domestika, id-dritt għall-protezzjoni tal-ħajja privata stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (KDF) u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali mnaqqax fl-Artikolu 8 tal-KDF u l-Artikolu 16 tat-TFUE japplikaw u l-qafas ġuridiku tal-UE għall-protezzjoni tad-data għandhom jiġu osservati b’mod sħiħ;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li fl-iżvilupp ta' kwalunkwe politika tal-UE dwar l-RPAS jiġu integrati l-garanziji tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data billi, bħala rekwiżit minimu, il-valutazzjonijiet tal-impatt kif ukoll il-privatezza fid-disinn u prestabbilita jsiru obbligatorji;

4.  Ifakkar fl-importanza ekonomika ta’ dan is-settur, u jenfasizza l-ħtieġa ta' politiki xierqa biex tiġi protetta l-privatezza u tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data, is-sigurtà u s-sikurezza, li huma proporzjonati għall-għan tagħhom mingħajr ma fl-istess ħin jiġi impost piż żejjed fuq l-SMEs;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li, fl-iżvilupp ta’ kwalunkwe politika tal-UE dwar l-RPAS, il-garanziji tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data jiġu inkorporati skont il-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità, inter alia billi, bħala regola ġenerali, lill-valutazzjonijiet tal-impatt u l-privatezza bid-disinn u prestabbilita jagħmluhom obbligatorju għall-RPAS kollha użati fl-UE, u billi jiżviluppaw il-linji gwida meħtieġa (b’kont meħud tal-kompetenza esperta tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29), sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni koordinata tal-qafas regolatorju li jirregola l-RPAS; jistieden ukoll lill-Kummissjoni żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat għalkollox bi kwalunkwe azzjoni – inklużi l-istudji ta' valutazzjoni tal-impatt – li hija tixtieq twettaq fil-qasam tal-RPAS;

6.  Jissottolinja l-ħtieġa ta' qafas ġuridiku ċar ibbażat fuq kriterji rilevanti rigward l-użu ta’ kameras u sensuri, b’mod speċjali minn RPAS kummerċjali u privati, li se jiżgura l-protezzjoni effettiva tad-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data kif ukoll biex tiġi salvagwardjata s-sigurtà taċ-ċittadini, filwaqt li jitqies id-daqs tal-komponenti tal-RPAS li kulma jmur qed isiru iżgħar, li jwassal għal apparati aktar mobbli u li ma jistgħux jiġu identifikati;

7.  Jenfasizza li l-użu tal-RPAS mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u s-servizzi ta’ intelligence għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali għall-privatezza, il-protezzjoni tad-data, il-libertà ta’ moviment u l-libertà ta’ espressjoni, u li r-riskji potenzjali marbuta ma’ dan l-użu tal-RPAS, kemm rigward is-sorveljanza ta’ individwi u gruppi u kemm rigward il-monitoraġġ ta’ spazji pubbliċi bħalma huma l-fruntieri, jeħtieġ li jiġu indirizzati;

8.  Iqis li r-regoli fil-livell tal-UE u f’dak nazzjonali għandhom jistabbilixxu u jindikaw b’mod ċar id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-RPAS b’rabta mas-suq intern u l-kummerċ internazzjonali (il-produzzjoni tagħhom, il-bejgħ u x-xiri tagħhom, il-kummerċ u l-użu tagħhom), is-sikurezza u s-sigurtà (liċenzji tal-bdoti, awtorizzazzjoni tat-tajran, l-identifikazzjoni tas-sidien, it-traċċabilità tal-pożizzjonament u l-monitoraġġ f’ħin reali tal-RPAS u tat-titjiriet tal-RPAS, inkluż f’żoni ta' divjet ta' titjiriet bħalma huma ajruporti u infrastruttura kritika, l-assigurazzjoni tar-responsabbiltà ta' terzi għall-operaturi tal-RPAS, u r-regoli li għandhom jiġu segwiti meta jkun qed jiġi operat inġenju tal-ajru mingħajr ekwipaġġ, eż. dwar il-kuntatt viżiv), il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, u kwalunkwe qasam tal-liġi ieħor applikabbli, bħalma huma l-liġi kriminali, il-liġi tal-proprjetà intellettwali, il-liġi tal-avjazzjoni jew il-liġi ambjentali;

9.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li meta jiġi provdut taħriġ għall-utenti professjonali u s-sidien tal-RPAS, ikun jinkludi taħriġ speċifiku dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza, u li l-utenti professjonali tal-RPAS jiġu soġġetti għar-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri bil-għan li tiġi eliminata kwalunkwe restrizzjoni tas-suq;

10.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li kwalunkwe persuna li topera RPAS għandha tiġi sensibilizzata dwar ir-regoli fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali li huma applikabbli għall-użu tal-RPAS, inklużi dawk dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, is-sigurtà u s-sikurezza, u li dawk ir-regoli għandhom jiġu speċifikati, pereżempju f’avviż jew manwal, lil kull min jakkwista RPAS;

11.  Jinsab imħasseb dwar l-użijiet illegali u mhux sikuri li jistgħu jsiru (eż. l-RPAS tinbidel minn għodda ċivili f’arma li tintuża għal skopijiet militari jew oħrajn, jew tl-RPAS tintuża biex tiġġammjaw sistemi ta’ navigazzjoni jew ta’ komunikazzjoni); jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-iżvilupp tat-teknoloġija meħtieġa biex jiġu żgurati s-sikurezza, is-sigurtà u l-privatezza fl-operazzjoni tal-RPAS, inkluż permezz tal-fondi ta’ Orizzont 2020 li jkunu ddireġuti primarjament lejn ir-riċerka u l-iżvilupp f’sistemi, teknoloġiji, eċċ. li jistgħu jintużaw biex isaħħu l-privatezza fid-disinn u prestabbilita u jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ teknoloġiji bħalma huma “identifika u evita”, il-konfinament ġeografiku virtwali jew sistemi ta' kontra l-iġġammjar u ta' kontra l-hijacking, kif ukoll permezz tal-privatezza fid-disinn u prestabbilita li jippermettu l-użu sikur tal-RPAS ċivili; 12. Jirrakkomanda bil-qawwa li d-diskussjonijiet attwali bejn l-UE u dawk li jfasslu l-politiki u r-regolaturi nazzjonali, l-industrija, l-SMEs u l-operazzjonijiet kummerċjali għandhom jinfetħu, u li għandu jiġi varat dibattitu pubbliku bil-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, bħalma huma l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) (inklużi l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet ċivili) u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, bil-għan li tieħu nota u tindirizza t-tħassib dwar il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u r-responsabilitajiet u l-isfidi li qed isibu ma' wiċċhom l-atturi differenti fis-salvagwardja ta' dawn id-drittijiet u tipproteġi s-sigurtà taċ-ċittadini meta jintużaw l-RPAS;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni tadotta komunikazzjoni, inkluża analiżi profonda b’valutazzjoni tal-impatt dettaljata, dwar l-impatti u r-riskji rigward is-sikurezza, is-sigurtà, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali (b’mod partikolari d-dritt għall-privatezza u dak għall-protezzjoni tad-data), l-infurzar tal-liġi u l-intelligence, li huma assoċjati mal-RPAS, sabiex jiġi stimolat u infurmat id-dibattitu pubbliku, u tiddeskrivi l-inizjattivi ppjanati f’dan il-qasam fi pjan ta’ azzjoni dettaljat;

14.  Jappella lill-Kumitat TRAN u lill-Kumitat LIBE jorganizzaw sessjoni ta’ smigħ konġunta filwaqt li għaliha jistiednu rappreżentanti tal-industrija, tal-entitajiet nazzjonali ta’ protezzjoni tal-privatezza, tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, tal-Kummissjoni u ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) attivi li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet fundamentali;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra mekkaniżmu ta’ rappurtar regolari li jkun iqis l-iżviluppi tekniċi kif ukoll l-iżviluppi tal-politika u l-aħjar prattika fil-livell nazzjonali, u li jkun jindirizza wkoll l-inċidenti tal-RPAS, u tippreżenta deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin u valutazzjoni tal-approċċi regolatorji fil-livell tal-Istati Membri, sabiex tippermetti li jsir tqabbil u jiġu identifikati l-aħjar prattiki.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

3.9.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerard Batten, Heinz K. Becker, Malin Björk, Caterina Chinnici, Ignazio Corrao, Frank Engel, Cornelia Ernst, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Brice Hortefeux, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Vicky Maeijer, Louis Michel, Claude Moraes, József Nagy, Péter Niedermüller, Soraya Post, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Beatrix von Storch, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Hugues Bayet, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Ska Keller, Miltiadis Kyrkos, Andrejs Mamikins, Elly Schlein, Barbara Spinelli, Josep-Maria Terricabras, Kazimierz Michał Ujazdowski, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Lins

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

15.9.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Stelios Kouloglou, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Jens Nilsson, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Schmidt, Claudia Tapardel, Wim van de Camp, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa D’Amato, Daniel Dalton, Kateřina Konečná, Jozo Radoš, Ruža Tomašić, Matthijs van Miltenburg

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Diane James, Julia Reda

  • [1]  http://www.developpement-durable.gouv.fr/Quelle-place-pour-les-drones-dans.html
  • [2]  http://www.caa.co.uk/default.aspx?catid=1995&pageid=16012
  • [3]  http://www.icao.int/Meetings/UAS/Documents/Circular%20328_en.pdf