Proċedura : 2015/0093(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0305/2015

Testi mressqa :

A8-0305/2015

Dibattiti :

PV 28/10/2015 - 4
CRE 28/10/2015 - 4

Votazzjonijiet :

PV 28/10/2015 - 7.5
CRE 28/10/2015 - 7.5

Testi adottati :

P8_TA(2015)0379

RAPPORT     ***I
PDF 622kWORD 107k
19 t'Ottubru 2015
PE 560.784v01-00 A8-0305/2015

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat fit-territorju tagħhom

(COM(2015)0177 – C8-0107/2015 – 2015/0093(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Giovanni La Via

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat fit-territorju tagħhom

(COM(2015)0177 – C8-0107/2015 – 2015/0093(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0177),

  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0107/2015),

  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità, mill-Kamra tar-Rappreżentanti Belġjana, il-Parlament Spanjol, il-Kamra tar-Rappreżentanti tan-Netherlands u l-Kunsill Federali Awstrijak, fejn jiddikjaraw li l-abozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipji ta' sussidjarjetà,

   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Settembru 2015(1),

   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta' Ottubru 2015(2),

   wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0305/2015),

1.  Jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tirtira l-proposta tagħha;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

NOTA SPJEGATTIVA

Fit-22 ta' April 2015, il-Kummisjoni ressqet, flimkien ma' komunikazzjoni dwar "Ir-Rieżami tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-organiżmi ġenetikament modifikati", proposta għal regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' organiżmi ġenetikament modifikati fit-territorju tagħhom (COM(2015)177).

Fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni tissuġġerixxi li, fejn jikkonċerna l-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, din tirrifletti l-emenda reċenti tad-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward ta' OĠM intiżi għall-kultivazzjoni (id-Direttiva (UE) 2015/412 li daħlet fis-seħħ fil-bidu ta' April 2015). Għaldaqstant, hija tipproponi li l-Istati Membri jiġu permessi jirrestrinġu jew jipprojbixxu, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-użu tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikati fit-territorju tagħhom wara li dawn il-prodotti jkunu ġew awtorizzati ("non-parteċipazzjoni"). Kif stabbilit fil-Memorandum ta' Spjegazzjoni tal-proposta, dawn il-miżuri jeħtieġ ikunu kompatibbli mas-suq intern (b'mod partikolari l-Artikoli 34 u 36 tat-TFUE) u l-obbligi internazzjonali tal-UE (ir-regoli tad-WTO). B'mod partikolari, il-miżuri nazzjonali jridu jiġu motivati u bbażati fuq raġunijiet konvinċenti li ma jridux jiġu f'kunflitt mal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-EFSA (l-Artikolu 34a(1)(a)). Barra minn hekk, huma għandhom ikunu proporzjonati u mhux diskriminatorji (l-Artikolu 34a(1)(b)).

Fit-8 ta' Ġunju 2015, il-Kummissarju Vytenis Andriukaitis kien mistieden għal skambju ta' fehmiet mal-Membri tal-Kumitat ENVI. Fid-dibattitu, il-Membri esprimew tħassib serju dwar, inter alia, in-nuqqas ta' Valutazzjoni tal-Impatt, il-kompatibilità tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri mas-Suq Intern u mar-regoli tad-WTO kif ukoll mal-prattikabilità tal-proposta. Oħrajn leħħnu l-iskuntentizza tagħhom bil-fatt li l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker ħa pass lura mill-impenn inizjali tiegħu li jagħmel eżami tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet għall-OĠM (jiġifieri l-proċedura ta' awtorizzazzjoni nnifisha).

Ir-Rapporteur jikkondividi ħafna mit-tħassib espress fid-dibattitu msemmi hawn fuq. B'mod partikolari, huwa jikkunsidra li, peress li l-adozzjoni tagħha ma kinitx ippreċeduta minn valutazzjoni tal-impatti kollha possibbli u tal-għażliet alternattivi kollha disponibbli, il-proposta tmur kontra l-wegħdiet marbuta ma' "Regolamentazzjoni Aħjar" u "Trasparenza" magħmula mill-Kummissjoni l-ġdida. F'dan il-kuntest, huwa għandu tħassib serju dwar il-konsegwenzi estensivi tal-proposta għall-funzjonament tas-Suq Intern għall-ikel u għall-għalf u għall-kompetittività tas-settur agrikolu tal-Unjoni. Peress li l-UE llum tibqa' dipendenti ħafna fuq il-provvista ta' proteini minn sorsi ġenetikament modifikati u billi l-proposta aktarx ikollha effett indirett negattiv fuq l-importazzjonijiet, ir-Rapporteur huwa tal-fehma li l-proposta tista' tipperikola b'mod serju l-produzzjoni tal-bhejjem u kif ukoll taffettwa b'mod ħażin l-agrikoltura fl-UE.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur jikkunsidra l-proposta bħala impossibbli li tiġi implimentata peress li l-kontrolli fuq il-fruntiera ma għadhomx jeżistu fi ħdan is-settur agrikolu tal-UE. L-introduzzjoni mill-ġdid ta' dawn il-kontrolli bejn l-Istati Membri se treġġa' lura l-kisbiet ekonomiċi tal-Unjoni Doganali Ewropea u s-Suq Intern. Barra minn hekk, mhuwiex ċar kif l-Istati Membri li jagħmlu użu minn "non-parteċipazzjoni", fil-prattika, se jiżguraw konformità ma' dawn il-miżuri fit-territorju tagħhom.

Fl-aħħar nett, bid-dikjarazzjoni li l-Istati Membri jeħtiġilhom jipprovdu "raġunijiet konvinċenti" biex jiġġustifikaw in-non-parteċipazzjoni filwaqt li jirrispettaw is-Suq Intern u r-regoli tal-kummerċ tad-WTO, il-proposta tonqos milli tiżgura ċ-ċertezza ġuridika meħtieġa u l-għodod adegwati għall-Istati Membri li jixtiequ jirrestrinġu jew jipprojbixxu b'mod legali l-użu tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikati fit-territorju tagħhom. Bl-istess mod, il-Kummissjoni għadha, għad-detriment taċ-ċertezza ġuridika, ma pprovditx definizzjoni tat-terminu "użu" fil-proposta tagħha.

F'konformità mal-fehmiet espressi minn maġġoranza kbira tal-Membri tal-ENVI u abbażi, b'mod partikolari, tar-raġunijiet elenkati hawn fuq, ir-Rapporteur għaldaqstant jissuġġerixxi li tiġi miċħuda l-proposta tal-Kummissjoni.

3.9.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikat fit-territorju tagħhom

(COM(2015)0177 – C8-0107/2015 – 2015/0093(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Albert Deß

*******

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jipproponi ċ-ċaħda tal-proposta tal-Kummissjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Il-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikat fit-territorju tagħhom

Referenzi

COM(2015)0177 – C8-0107/2015 – 2015/0093(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

30.4.2015

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

30.4.2015

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Albert Deß

20.5.2015

Data tal-adozzjoni

3.9.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

8

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Daniel Buda, Nicola Caputo, Matt Carthy, Paolo De Castro, Albert Deß, Diane Dodds, Norbert Erdős, Edouard Ferrand, Luke Ming Flanagan, Beata Gosiewska, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Jan Huitema, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Zbigniew Kuźmiuk, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Giulia Moi, Ulrike Müller, Maria Noichl, Marit Paulsen, Marijana Petir, Bronis Ropė, Czesław Adam Siekierski, Marc Tarabella, Janusz Wojciechowski, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Bas Belder, Angélique Delahaye, Jean-Paul Denanot, Jørn Dohrmann, Georgios Epitideios, Fredrick Federley, Jens Gieseke, Maria Heubuch, Karin Kadenbach, Norbert Lins, Susanne Melior, Stanislav Polčák, Annie Schreijer-Pierik, Hannu Takkula, Vladimir Urutchev

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Heinz K. Becker, Carlos Iturgaiz

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikat fit-territorju tagħhom

Referenzi

COM(2015)0177 – C8-0107/2015 – 2015/0093(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

22.4.2015

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

30.4.2015

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

30.4.2015

IMCO

30.4.2015

AGRI

30.4.2015

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

7.5.2015

IMCO

23.6.2015

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Giovanni La Via

9.6.2015

 

 

 

Eżami fil-kumitat

15.7.2015

 

 

 

Data tal-adozzjoni

13.10.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

3

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Biljana Borzan, Cristian-Silviu Buşoi, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Seb Dance, Angélique Delahaye, Jørn Dohrmann, Ian Duncan, Stefan Eck, Bas Eickhout, Eleonora Evi, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Jytte Guteland, György Hölvényi, Jean-François Jalkh, Josu Juaristi Abaunz, Karin Kadenbach, Giovanni La Via, Peter Liese, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Dubravka Šuica, Tibor Szanyi, Nils Torvalds, Glenis Willmott, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Soledad Cabezón Ruiz, Alojz Peterle, Christel Schaldemose, Bart Staes

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Anthea McIntyre

Data tat-tressiq

19.10.2015

(1)

Għadu mhuwiex ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)

Għadu mhuwiex ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali.

Aġġornata l-aħħar: 21 t'Ottubru 2015Avviż legali