RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra

21.12.2015 - (10725/2/2015 – C8-0328/2015 – 2015/0094(NLE)) - ***

Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur: Ulrike Lunacek

Proċedura : 2015/0094(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0372/2015
Testi mressqa :
A8-0372/2015
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra

(10725/2/2015 – C8-0328/2015 – 2015/0094(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10725/2/2015),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda u l-Kosovo, min-naħa l-oħra (10728/1/2015),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 217 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(i) u l-Artikolu 218(7) u (8), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0328/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0372/2015),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Kosovo.

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) bejn l-UE u l-Kosovo ġie negozjat bejn Ottubru 2013 u Mejju 2014 u ġie inizjalat f'Lulju 2014. Il-Kunsill qabel għall-firma tiegħu fit-22 ta' Ottubru 2015. Huwa ġie ffirmat fis-27 ta' Ottubru fi Strasburgu mill-Viċi President/Rappreżentant Għoli Federica Mogherini u l-Kummissarju Johannes Hahn f'isem l-UE, u l-Prim Ministru Isa Mustafa u l-Ministru tal-Integrazzjoni Ewropea Bekim Çollaku f'isem ir-Repubblika tal-Kosovo. L-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Kosovo rratifikat il-ftehim malajr, fit-2 ta' Novembru 2015. Il-proċedura ta' kunsens attwali fil-Parlament Ewropew, ladarba konkluża, se tippermetti d-dħul fis-seħħ tal-FSA.

L-FSA jistabbilixxi relazzjonijiet kuntrattwali li jipprevedu djalogu politiku msaħħaħ, iqarrbu l-integrazzjoni kummerċjali u forom ġodda ta' kooperazzjoni. Dan ikopri għadd ta' setturi, inkluż ir-rispett u t-tisħiħ tal-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem, jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni f'setturi bħall-edukazzjoni, l-enerġija, l-ambjent, il-ġustizzja u l-affarijiet interni. L-FSA jinkludi wkoll dispożizzjonijiet bl-għan li jippromwovu l-istandards Ewropej f'oqsma bħall-kompetizzjoni, l-akkwist pubbliku, il-proprjetà intellettwali, il-protezzjoni tal-konsumatur, u għandu l-għan li jistabbilixxi żona ta' kummerċ ħieles.

Il-Ftehim huwa dokument ewlieni fil-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni. Huwa jistabbilixxi drittijiet u obbligi, u jipprovdi inċentiv b'saħħtu għall-implimentazzjoni u l-istituzzjonalizzazzjoni ta' riformi. L-FSA se joħloq opportunitajiet għall-investiment, it-tkabbir, l-iżvilupp tan-negozju, it-tisħiħ, fl-istess ħin, governanza tajba permezz tal-applikazzjoni ta' standards Ewropej u approssimazzjoni għal-liġijiet tal-UE, inkluż fil-qafas tat-twaqqif taż-żona ta' kummerċ ħieles. Barra minn hekk, joħloq opportunitajiet biex isaħħu l-kuntatti bejn in-nies u l-esperti, f'setturi bħall-edukazzjoni, l-ambjent, il-ġlieda kontra l-kriminalità u t-traffikar, il-kultura, u jipprevedi tisħiħ ulterjuri tar-relazzjonijiet u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien, biex b'hekk isir kontribut għall-istabbiltà fir-reġjun.

L-FSA huwa l-ewwel pass formali importanti ħafna lejn il-proċess ta' adeżjoni mal-UE u fit-triq lejn l-integrazzjoni Ewropea dwar ir-Repubblika tal-Kosovo. Il-Parlament Ewropew jistenna bil-ħerqa għal aktar tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn ir-Repubblika tal-Kosovo u l-UE, inkluż permezz tal-introduzzjoni rapida tas-sistema mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-Kosovo. Il-Parlament barra minn hekk jistieden lill-Kunsill jadotta d-deċiżjoni biex jiġi ffirmat u konkluż il-ftehim qafas dwar il-parteċipazzjoni tal-Kosovo fil-programmi tal-UE li se jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Kosovo u l-UE f'setturi differenti; Dawn il-programmi għandhom ikunu ffukati fuq oqsma speċifiċi li jikkorrispondu għall-obbligi meħuda mill-Kosovo fit-triq Ewropea tiegħu u għandhom jiġu implimentati b'mod trasparenti u mingħajr dewmien.

Fl-aħħar nett, il-Parlament jinkoraġġixxi lill-ħames Stati Membri li fadal jipproċedu bir-rikonoxximent tar-Repubblika tal-Kosovo, u jemmen li dan jiffaċilita aktar in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn Belgrad u Pristina. Fl-ispirtu tal-FSA u l-istabbiliment ta' relazzjonijiet kuntrattwali formali, il-Parlament jistieden lill-Istati Membri kollha tal-UE jagħmlu ħilithom biex jiffaċilitaw il-kuntatti ekonomiċi u interpersonali kif ukoll ir-relazzjonijiet soċjali u politiċi bejn iċ-ċittadini tagħhom u dawk tar-Repubblika tal-Kosovo.

10.12.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo*, min-naħa l-oħra

(10725/2/2015 – C8-0328/2015 – 2015/0094(NLE))

[1]Rapporteur għal opinjoni: Adam Szejnfeld

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Ftehim propost ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ("FSA") mal-Kosovo huwa l-aħħar FSA li għandu jiġi konkluż mal-pajjiżi Balkani tal-Punent. Il-Kummissjoni rrimarkat fil-Memorandum ta' Spjegazzjoni li "L-approfondiment tar-relazzjonijiet ekonomiċi u tan-negozju huwa wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-ftehim". L-FSA propost huwa ftehim għall-UE biss.

Il-Kosovo gawda minn reġim kummerċjali preferenzjali mal-UE sa mill-2000, b'aċċess mingħajr dazju u mingħajr kwoti għas-suq tal-UE, bl-eċċezzjoni ta' xi prodotti agrikoli u tas-sajd. Attwalment dawn il-miżuri huma stabbiliti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009[2] li għandu jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2015 iżda li dwaru teżisti proposta pendenti sabiex jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2020. L-FSA propost prattikament jistabbilixxi l-istess reġim - li jagħti aċċess mingħajr restrizzjonijiet għall-prodotti industrijalizzati u għall-maġġoranza tal-prodotti agrikoli (bl-eċċezzjoni ta' annimali tal-ifrat ħajjin u l-laħam tagħhom, prodotti taz-zokkor, ċertu prodotti tal-inbid, prodotti tal-"baby-beef" u ċerti prodotti tas-sajd).

B'rabta mal-esportazzjonijiet tal-UE, ir-rapporteur iqis li l-perjodi ta' tranżizzjoni għall-Kosovo fir-rigward tat-tnaqqis suċċessiv tat-tariffi għall-prodotti industrijali, agrikoli, prodotti agrikoli ppoċessati u tas-sajd, kif ukoll għall-inbid u l-ispirti, huma indispensabbli għall-istabbiliment bla xkiel ta' żona ta' kummerċ ħieles matul il-perjodu ppjanat ta' 10 snin, peress li l-eċċess kummerċjali tal-UE mal-Kosovo huwa konsiderevoli u żdied bi ftit matul dan l-aħħar snin.

Ir-rapporteur jilqa' d-dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment u l-forniment tas-servizzi (Titolu V), kif ukoll il-kooperazzjoni proposta dwar il-politiki bejn l-UE u l-Kosovo fuq firxa wiesgħa ta' oqsma (Titolu VII), li ħafna minnhom se jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-istabbiliment ta' żona ta' kummerċ ħieles, bħall-politika ekonomika u kummerċjali jew il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-investiment.

******

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jirrakkomanda lill-Parlament biex jagħti l-kunsens tiegħu għall-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo*, min-naħa l-oħra.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

10.12.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

0

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, David Borrelli, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Santiago Fisas Ayxelà, Karoline Graswander-Hainz, Ska Keller, Jude Kirton-Darling, Gabrielius Landsbergis, Bernd Lange, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Artis Pabriks, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Klaus Buchner, Dita Charanzová, Nicola Danti, Sander Loones, Lola Sánchez Caldentey, Ramon Tremosa i Balcells, Marita Ulvskog, Wim van de Camp, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Edward Czesak, Eleonora Evi, Maurice Ponga, Dario Tamburrano, Derek Vaughan, Flavio Zanonato

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

14.12.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

3

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Nikos Androulakis, Petras Auštrevičius, Goffredo Maria Bettini, Elmar Brok, James Carver, Lorenzo Cesa, Andi Cristea, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Iveta Grigule, Richard Howitt, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Eduard Kukan, Ryszard Antoni Legutko, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Ulrike Lunacek, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, Javier Nart, Pier Antonio Panzeri, Alojz Peterle, Tonino Picula, Kati Piri, Andrej Plenković, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Alyn Smith, Charles Tannock, Ivo Vajgl, Bodil Valero

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ana Gomes, Othmar Karas, Juan Fernando López Aguilar, Antonio López-Istúriz White, Marietje Schaake, Janusz Zemke

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Davor Ivo Stier, Bogdan Brunon Wenta

  • [1] * Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/99 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
  • [2]  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 1).
    * Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/99 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.