RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku li jħassar id-Direttiva 2008/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex tittejjeb it-trasparenza ta' prezzijiet tal-gass u tal-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali

26.5.2016 - (COM(2015)0496 – C8-0357/2015 – 2015/0239(COD)) - ***I

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Barbara Kappel


Proċedura : 2015/0239(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0184/2016
Testi mressqa :
A8-0184/2016
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku li jħassar id-Direttiva 2008/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex tittejjeb it-trasparenza ta' prezzijiet tal-gass u tal-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali

(COM(2015)0496 – C8-0357/2015 – 2015/0239(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0496),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0357/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0184/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Sabiex tinżamm il-kwalità għolja tad-dejta fornuta mill-Istati Membri, is-setgħa biex jiġu adottati l-atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni, bil-ħsieb li jiġu aġġustati l-livelli limiti li jistgħu japplikaw għas-suq tal-gass naturali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, fit-tħejjija u t-tfassil tal-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

imħassar

Emenda    2

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistema tal-ġbir u l-kompilazzjoni tad-dejta tkun rappreżentattiva.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistema tal-ġbir u l-kompilazzjoni tad-dejta fis-seħħ tipprovdi dejta komprensibbli u kumparabbli ta' kwalità għolja li tirrappreżenta l-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10, filwaqt li tikkunsidra x-xejriet ekonomiċi u tekniċi, li jikkonċernaw l-aġġustament tal-livell limitu.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-atti delegati ma japplikawx f'dan il-każ, peress li huma xierqa biss jekk l-att huwa "att mhux leġiżlattiv ta' applikazzjoni ġenerali", filwaqt li mhux permess li jkun hemm bidla konkreta tat-test tar-Regolament permezz ta' att delegat.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Meta l-Kummissjoni (Eurostat) tidentifika anomaliji statistikament sinifikanti jew inkonsistenzi fid-dejta fornuta, tista' titlob lill-awtoritajiet nazzjonali għal tqassim xieraq tad-dejta kif ukoll il-metodi tal-kalkolu jew tal-evalwazzjoni li fuqhom tkun ibbażata d-dejta fornuta, sabiex issir valutazzjoni tad-dejta u, jekk ikun hemm bżonn, titlob li kwalunkwe dejta jew informazzjoni meqjusa skorretta tiġi emendata u sottomessa mill-ġdid mill-Istat Membru konċernat.

(5) Meta l-Kummissjoni (Eurostat) tidentifika anomaliji statistikament sinifikanti jew inkonsistenzi fid-dejta fornuta, tista' titlob lill-awtoritajiet nazzjonali għal tqassim xieraq tad-dejta kif ukoll il-metodi tal-kalkolu jew tal-evalwazzjoni li fuqhom tkun ibbażata d-dejta fornuta, sabiex issir valutazzjoni tad-dejta u, jekk ikun hemm bżonn, titlob li kwalunkwe dejta jew informazzjoni meqjusa skorretta tiġi korretta jew emendata u mbagħad sottomessa mill-ġdid mill-Istat Membru konċernat.

Emenda     5

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tiddissemina l-istatistika tal-prezzijiet tal-gass naturali u l-elettriku mhux aktar tard minn ħames xhur wara t-tmiem ta' kull perjodu ta' referenza.

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tiddissemina l-istatistika tal-prezzijiet tal-gass naturali u l-elettriku mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-tmiem ta' kull perjodu ta' referenza.

Emenda     6

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

imħassar

Eżerċizzju tad-delega

 

(1) Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

(2) Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 4(3) għandha tingħata għal perjodu ta' żmien mhux determinat minn [xx-xx-xxx] 'il quddiem.

 

(3) Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 4(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

(4) Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

(5) Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(3) jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

NOTA SPJEGATTIVA

Sa mis-snin sebgħin, il-Kummissjoni Ewropea ilha tiġbor dejta dwar il-prezzijiet tal-gass naturali u l-elettriku. Fl-1990, il-Kunsill adotta d-direttiva li tiddefinixxi l-proċedura biex tittejjeb it-trasparenza ta' prezzijiet tal-gass u tal-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali finali, iżda mhux għal dawk domestiċi. Ir-responsabbiltà biex tinġabar u tiġi ppubblikata d-dejta hija f'idejn il-Eurostat.

Il-metodoloġija ġiet immodifikat fl-2007 biex jittieħed kont tas-swieq liberalizzati tal-enerġija. Sadattant, il-ġbir ta' dejta dwar il-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku imposti fuq l-utenti dometiċi finali twettaq fuq bażi volontarja - b'rata ta' rispons ta' 100 %.

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jbiddel il-bażi volontarja f'waħda obbligatorja, sabiex jiġu evitati problemi fil-ġbir tad-dejta hekk kif ġie rrappurtat f'bosta Stati Membri. Biex ma jħallux il-kwalità tal-istħarriġ tad-dejta tal-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass naturali għas-settur domestiku tiddeterjora b'mod sinifikanti, u sabiex tkompli tikseb kopertura wiesgħa tas-suq u l-kwalità għolja tad-dejta dwar il-prezzijiet, dan il-pass huwa meħtieġ.

Il-prezz ta' ġbir għandu ma jwassalx għal piż addizzjonali għall-awtoritajiet tar-rapportar u d-dejta tal-prezz għandha tkompli tinġabar mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dan ir-rapport għandu l-għan li jiċċara l-għanijiet, jiffaċilita ċerti dispożizzjonijiet għall-awtoritajiet tar-rapportar u l-kumpanniji li jridu jipprovdu d-dejta kif ukoll biex ma jkunx hemm nuqqas ta' ftehim li - fl-agħar każijiet - jwassal għal settijiet ta' dejta mhux komparabbli. Konsegwentement, iż-żieda ta' komponent li jinkludi subkomponenti importanti li tħallew barra, pereżempju id-dazji tas-sisa, hija importanti. Barra minn hekk, definizzjoni ta' "imposta" hija meħtieġa biex jikkoreġu s-sitwazzjoni attwali, li fiha wieħed jista' jgħaddi l-imposti tan-netwerks tal-enerġija u viċi versa. Ir-rapporteur jipproponi wkoll bidliet fit-tqassim sabiex dan jirrifletti b'mod adegwat l-istruttura tal-prezzijiet.

Punti ewlenin addizzjonali indirizzati f'dan ir-rapport huma dawn li ġejjin: L-ewwel nett, il-proposta tal-Kummissjoni ma tispeċifikax l-aġent responsabbli biex jipprovdu t-tqassim tal-prezz, li huwa kompitu li ma jistgħax jiġi sodisfatt mill-fornituri. Għandu jkun f'idejn l-awtorità regolatorja nazzjonali jew tal-gvern li jipproponi metodoloġija tar-rendikont tal-ispejjeż u jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi implimentat ir-rendikont, soġġetta għal konsultazzjoni minn qabel mal-partijiet interessati u verifikat mill-Eurostat sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà tal-prezzijiet bejn pajjiż u ieħor.

It-tieni nett, ir-rappurtar tal-informazzjoni fuq il-prezzijiet mingħand il-klijenti li mhumiex klijenti domestiċi kbar isir mandatorju. L-istatistiċi attwali huma bbażati fuq il-konsultazzjoni ta' fatturi mil-bażijiet tad-data tal-fornituri. F'dan ir-rigward, huwa importanti li tiġi protetta l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni sensittiva tal-konsumaturi u tal-fornituri, li hija r-raġuni għaliex il-prezzijiet tal-fatturazzjoni m'għandhomx ikunu ppubblikati sakemm numru minimu ta' klijenti jkunu f'ċertu faxxa ta' konsum.

Fl-aħħar nett, għandu jiġi ċċarat li s-sehem medju globali tal-kostijiet tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni jista' jintgħaraf biss fuq il-livell globali domestiku u mhux domestiku. Komponenti ta' imposti tan-netwerk jistgħu jkunu indikati biss globalment fis-setturi "konsumaturi domestiċi" u "konsumaturi mhux domestiċi", iżda mhux għal faxex ta' konsum uniċi. Dan huwa prattikament u metodoliġikament impossibbli li jinkiseb f'suq diżaggregat tal-elettriku (u f'dak ir-rigward anki tal-gass) għaliex il-fornituri jkunu obbligati li jiksbu informazzjoni dettaljata tad-DSOs, li jmur kontra r-regoli tad-diżaggregazzjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku u t-tħassir tad-Direttiva 2008/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex tittejjeb it-trasparenza ta’ prezzijiet tal-gass u tal-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali

Referenzi

COM(2015)0496 – C8-0357/2015 – 2015/0239(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

15.10.2015

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

26.11.2015

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Barbara Kappel

3.12.2015

 

 

 

Eżami fil-kumitat

7.4.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

24.5.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

6

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nicolas Bay, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, David Borrelli, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Fredrick Federley, Ashley Fox, Roger Helmer, Hans-Olaf Henkel, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jaromír Kohlíček, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Ernest Maragall, Nadine Morano, Morten Helveg Petersen, Carolina Punset, Michel Reimon, Herbert Reul, Paul Rübig, Algirdas Saudargas, Jean-Luc Schaffhauser, Antonio Tajani, Dario Tamburrano, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Adina-Ioana Vălean, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Amjad Bashir, Benedek Jávor, Werner Langen, Piernicola Pedicini, Markus Pieper, Laurenţiu Rebega, Massimiliano Salini, Indrek Tarand, Pavel Telička, Anneleen Van Bossuyt

Data tat-tressiq

26.5.2016