RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

19.7.2016 - (06870/2016 – C8-0235/2016 – 2016/0058(NLE)) - ***

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Pablo Zalba Bidegain

Proċedura : 2016/0058(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0241/2016
Testi mressqa :
A8-0241/2016
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

(06870/2016 – C8-0235/2016 – 2016/0058(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06870/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-Iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (06871/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0235/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0241/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj.

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur iqis li l-Parlament Ewropew għandu jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-Iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea.

Bl-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, l-UE kabbret l-unjoni doganali tagħha u għalhekk kienet obbligata, skont ir-regoli tad-WTO (l-Artikolu XXIV: 6 tal-GATT tal-1994), tidħol f'negozjati mar-Repubbika Orjentali tal-Urugwaj dwar l-iskeda tariffarja tal-Kroazja sabiex eventwalment jintlaħaq ftehim dwar aġġustament kompensatorju minħabba li r-reġim tariffarju estern tal-UE jirriżulta f'żieda fit-tariffi.

In-negozjati mal-Urugwaj irriżultaw f'abbozz ta' Ftehim li kien inizjalat fit-18 ta' Diċembru 2015 f'Nairobi. Ġiet sottomessa wkoll proposta dwar l-iffirmar ta' dan il-Ftehim u d-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar saret fil-11 ta' April 2016.

L-UE se tinkorpora fl-iskeda tagħha għat-territorju doganali tal-UE 28 dik tal-UE 27 bil-modifiki relatati mal-kwoti tar-rati tariffarji dwar il-laħam taċ-ċanga. B'konnessjoni ma' dan il-Ftehim, il-Kummissjoni Ewropea qed tipprepara wkoll regolament ta' implimentazzjoni rigward bosta kwoti ta' rati tariffarji.

L-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew għal din id-Deċiżjoni tal-Kunsill hija komponent obbligatorju għall-finalizzazzjoni tal-proċess ta' ratifika tal-Protokoll Addizzjonali.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj skont l-Artikolu XXIV: 6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-Iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

Referenzi

06870/2016 – C8-0235/2016 – COM(2016)01032016/0058(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

22.6.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

4.7.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

4.7.2016

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

15.3.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Pablo Zalba Bidegain

20.4.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

16.6.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

14.7.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Karoline Graswander-Hainz, Yannick Jadot, Ska Keller, Jude Kirton-Darling, Alexander Graf Lambsdorff, Bernd Lange, Emmanuel Maurel, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Victor Boştinaru, Klaus Buchner, Seán Kelly, Gabriel Mato, Bolesław G. Piecha, Pedro Silva Pereira, Ramon Tremosa i Balcells, Wim van de Camp, Jarosław Wałęsa, Pablo Zalba Bidegain

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Mara Bizzotto, Jozo Radoš, Dariusz Rosati, Paul Rübig, Mylène Troszczynski

Data tat-tressiq

19.7.2016