RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2015/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli speċifiċi ta' importazzjoni tal-Unjoni oħrajn

20.10.2016 - (COM(2016)0044 – C8-0022/2016 – 2016/0029(COD)) - ***I

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Hannu Takkula


Proċedura : 2016/0029(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0311/2016
Testi mressqa :
A8-0311/2016
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2015/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli speċifiċi ta' importazzjoni tal-Unjoni oħrajn

(COM(2016)0044 – C8-0022/2016 – 2016/0029(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0044),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0022/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0311/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Ir-rilaxx tal-priġunieri politiċi fit-22 ta' Awwissu 2015 kien pass importanti, li flimkien ma' diversi inizjattivi pożittivi meħuda mir-Repubblika tal-Belarussja matul l-aħħar sentejn, ikkontribwixxa għat-titjib tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Belarussja.

(2)  Ir-rilaxx tal-priġunieri politiċi fit-22 ta' Awwissu 2015 kien pass importanti, li flimkien ma' diversi inizjattivi pożittivi meħuda mir-Repubblika tal-Belarussja matul l-aħħar sentejn, bħat-tkomplija tad-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u l-Belarussja, ikkontribwixxa għat-titjib tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Belarussja.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Ir-relazzjoni bejn l-UE u l-Belarussja għandha tkun ibbażata fuq valuri komuni, speċjalment fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt u ta' min jiftakar li s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika tal-Belarussja tibqa' ta' tħassib għall-Unjoni, fir-rigward ta' kwistjonijiet partikolari bħall-piena tal-mewt li għandha tiġi abolita.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Dawn l-iżviluppi politiċi pożittivi bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja għandhom jiġu rikonoxxuti u r-relazzjonijiet bilaterali għandhom jitjiebu aktar. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jirrevoka l-kwoti awtonomi fuq l-importazzjonijiet tat-tessuti u tal-ħwejjeġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Belarussja, stipulati fl-Annessi II u III tar- Regolament (UE) Nru 2015/936.

(3)  Dawn l-iżviluppi politiċi pożittivi bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja għandhom jiġu rikonoxxuti u r-relazzjonijiet bilaterali għandhom jitjiebu aktar. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jirrevoka l-kwoti awtonomi fuq l-importazzjonijiet tat-tessuti u tal-ħwejjeġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Belarussja, stipulati fl-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 2015/936 mingħajr preġudizzju għall-kapaċità tal-Unjoni li tirrikorri għall-kwoti fil-ġejjieni jekk tiddeterjora serjament is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika tal-Belarussja.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  L-użu limitat tal-kwoti awtonomi fuq l-importazzjonijiet tat-tessuti u tal-ħwejjeġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Belarussja jimplika li t-tneħħija ta' dawn il-kwoti se jkollha impatt limitat fuq il-kummerċ fl-UE.

(4)  It-tneħħija tal-kwoti awtonomi fuq l-importazzjonijiet tat-tessuti u tal-ħwejjeġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Belarussja timplika li l-kwoti fuq it-traffiku ta' proċessar passiv ma għadhomx meħtieġa. B'riżultat ta' dan, il-Premessa 5, l-Artikolu 4(2), il-Kapitolu V dwar it-Traffiku ta' Proċessar Passiv li fih l-Artikoli 25, 26, 27, 28 u 29, u l-Anness V għandhom jitħassru, fatt li jaffettwa wkoll l-Artikolu 31. L-użu limitat tal-kwoti awtonomi u ta' proċessar passiv fuq l-importazzjonijiet tat-tessuti u tal-ħwejjeġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Belarussja jimplika li t-tneħħija ta' dawn il-kwoti se jkollha impatt limitat fuq il-kummerċ fl-Unjoni.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-isem uffiċjali tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea għandu jintuża fl-Annessi II, III u IV tar-Regolament (UE) Nru 2015/936 u l-isem uffiċjali tar-Repubblika tal-Belarussja għandu jintuża fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 2015/936.

(6)  L-isem uffiċjali tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea għandu jintuża fl-Annessi II, III u IV tar-Regolament (UE) Nru 2015/936.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt - 1 (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/936

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.   Il-premessa 5 ġiet imħassra.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt - 1a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/936

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a.  Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 ġie mħassar;

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/936

Artikolu 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Artikolu 25 ġie mħassar.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/936

Artikolu 26

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  L-Artikolu 26 ġie mħassar.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1c (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/936

Artikolu 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.  L-Artikolu 27 ġie mħassar.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1d (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/936

Artikolu 28

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1d.  L-Artikolu 28 ġie mħassar.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1e (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/936

Artikolu 29

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1e.  L-Artikolu 29 ġie mħassar.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1f (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/936

Artikolu 31 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

1f.   Fl-Artikolu 31, il-paragrafu 2 ġie sostitwit b'dan li ġej:

‘2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(3), l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 12(3), l-Artikolu 13, l-Artikolu 26, l-Artikolu 27(1) u (3) u l-Artikolu 35 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn 20 ta' Frar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' 5 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

‘2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(3), l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 12(3), l-Artikolu 13 u l-Artikolu 35 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-20 ta' Frar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' 5 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1g (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/936

Artikolu 31 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

1g.   Fl-Artikolu 31, il-paragrafu 3 ġie sostitwit b'dan li ġej:

‘3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 3(3), l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 12(3), l-Artikolu 13, l-Artikolu 26, l-Artikolu 27(1) u (3) u l-Artikolu 35 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma taffettwax il-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.”

"3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 3(3), l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 12(3), l-Artikolu 13 u l-Artikolu 35 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma taffettwax il-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ."

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1h (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/936

Artikolu 31 – paragrafu 6

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

1h.   Fl-Artikolu 31, il-paragrafu 6 ġie sostitwit b'dan li ġej:

‘6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 12(3), l-Artikolu 26 u l-Artikolu 27(1) u (3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

‘6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 12(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  It-Taqsima A tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 2015/936 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament u l-Annessi II, III, IV u V tar-Regolament (UE) Nru 2015/936 huma sostitwiti permezz tat-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.  It-Taqsima A tal-Anness I hija emendata skont l-Anness għal dan ir-Regolament u l-Annessi II, III u IV huma sostitwiti permezz tat-testi stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/936

Anness V

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Anness V ġie mħassar.

NOTA SPJEGATTIVA

Ir-Regolament (UE) Nru 2015/936 jistabbilixxi r-regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli speċifiċi ta' importazzjoni tal-Unjoni oħrajn. Attwalment ikopri żewġ pajjiżi li mhumiex membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ - ir-Repubblika tal-Belarussja u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.

Ir-rilaxx tal-priġunieri politiċi fit-22 ta’ Awwissu 2015 kien pass importanti, li flimkien ma’ diversi inizjattivi pożittivi meħuda mir-Repubblika tal-Belarussja matul l-aħħar sentejn, ikkontribwixxa għat-titjib tar-relazzjonijiet UE-Belarussja.

Billi tirrikonoxxi l-iżviluppi politiċi pożittivi fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja, u biex ittejjeb aktar ir-relazzjonijiet bilaterali, il-Kummissjoni pproponiet li tneħħi l-kwoti awtonomi fuq l-importazzjonijiet tat-tessuti u tal-ħwejjeġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Belarussja, filwaqt li tikkunsidra wkoll l-użu limitat tagħhom. Din l-abolizzjoni għandha l-għan li tikkontribwixxi għat-titjib addizzjonali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Belarussja.

Minħabba l-użu limitat ħafna tal-kwoti kif ukoll l-impatt marġinali għall-aħħar fuq il-produtturi tat-tesssuti tal-UE, ir-rapporteur jaqbel mal-abolizzjoni tal-kwoti. Ir-rapporteur jemmen li se jkun hemm sinjal motivazzjonali pożittiv għar-Repubblika tal-Belarussja u għan-negozji Belarussi, anke f'termini ta' faċilitazzjoni ta' djalogu bejn in-negozji u sabiex tiżdied il-fiduċja tal-investituri.

Ir-relazzjonijiet kummerċjali intensifikati bejn l-UE u l-Belarussja jistgħu jkunu mezz ta' modernizzazzjoni tal-ekonomija Belarussa u ta' promozzjoni tal-valuri ewlenin tal-UE, u b'hekk iġibu tibdil fis-soċjetà li kien ilu ħafna biex iseħħ fil-Belarussja.

Il-konsegwenza loġika tal-abolizzjoni ta' kwoti awtonomi fuq l-importazzjonijiet tat-tessuti u tal-ħwejjeġ li joriġinaw fil-Belarussja għandha tkun it-tħassir tad-dispożizzjonijiet kollha relatati mal-kwoti fuq it-traffiku ta' proċessar passiv mir-Regolament (UE) Nru 2015/936. Dawn il-kwoti japplikaw għal prodotti tat-tessuti tal-UE trasformati fil-Belarussja u li reġgħu ġew esportati lejn l-Unjoni Ewropea. Il-kwoti fuq it-traffiku ta' proċessar passiv ma japplikawx għar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u għaldaqstant ma għadhomx meħtieġa. Fil-proposta tagħha l-Kummissjoni naqset milli tindirizza din is-sensja. Għalhekk, ir-Rapporteur jipproponi diversi emendi li jirrettifikaw din l-omissjoni u li jwettqu l-adattamenti tekniċi meħtieġa tar-Regolament (UE) Nru 2015/936 bażiku.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Regoli komuni għall-importazzjoni ta’ prodotti tessili minn għadd ta’ pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli speċifiċi ta’ importazzjoni tal-Unjoni oħrajn

Referenzi

COM(2016)0044 – C8-0022/2016 – 2016/0029(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

3.2.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

25.2.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Hannu Takkula

14.3.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

13.7.2016

31.8.2016

 

 

Data tal-adozzjoni

13.10.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, David Martin, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franz Obermayr, Artis Pabriks, Franck Proust, Viviane Reding, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Matteo Salvini, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Dita Charanzová, Edouard Ferrand, Agnes Jongerius, Sander Loones, Fernando Ruas, Lola Sánchez Caldentey

Data tat-tressiq

20.10.2016