RAPPORT  dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol

9.3.2017 - (COM(2016)0248 – C8-0181/2016 – 2016/0130(COD)) - ***I

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Marita Ulvskog


Proċedura : 2016/0130(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0064/2017
Testi mressqa :
A8-0064/2017
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol

(COM(2016)0248 – C8-0181/2016 – 2016/0130(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0248),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 153(2)a tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0181/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0064/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Id-Direttiva 2004/37/KE għandha l-għan li tħares il-ħaddiema mir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom mill-espożiżżjoni għall-karċinoġeni jew il-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol u li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għal dak l-għan inklużi valuri limitu, abbażi tad-dejta xjentifika u teknika disponibbli.

(1)  Id-Direttiva 2004/37/KE għandha l-għan li tħares il-ħaddiema mir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom mill-espożiżżjoni għal karċinoġeni, mutaġeni u sustanzi reprotossiċi fuq il-post tax-xogħol u tistabbilixxi rekwiżiti minimi għal dak l-għan inklużi valuri limitu, abbażi tad-data xjentifika u teknika disponibbli, il-fattibbiltà ekonomika, valutazzjoni bir-reqqa tal-impatt soċjoekonomiku u d-disponibbiltà ta' protokolli u tekniki tal-kejl tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol. Ir-rekwiżiti inklużi f'dik id-Direttiva għandhom l-għan li jipproteġu lill-ħaddiema fil-livell tal-Unjoni u jridu jitqiesu bħala l-minimu. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti ta' espożizzjoni okkupazzjonali vinkolanti aktar stretti

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Huwa essenzjali li jitqies il-prinċipju ta' prekawzjoni, b'mod speċjali meta jkun hemm inċertezzi dwar l-impatt fuq is-saħħa tal-ħaddiema meta jiġu f'kuntatt ma' sustanzi u t-taħlitiet tagħhom jew meta ma jkunx hemm biżżejjed data xjentifika u teknika disponibbli.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)   Il-valuri limitu għandhom jiġu riveduti meta meħtieġ fid-dawl tad-dejta xjentifika.

(2)   Fid-dawl tad-data xjentifika u teknika ġdida u l-aħjar prattiki bbażati fuq l-evidenza, u t-tekniki u l-protokolli għal kejl tal-livelli ta' espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol, id-Direttiva 2004/37/KE, inklużi l-valuri limitu okkupazzjonali vinkolanti previsti, jenħtieġ li tiġi eżaminata mill-ġdid b'mod regolari, tal-inqas kull ħames snin, u, meta jkun meħtieġ, tiġi riveduta kif xieraq. Tali reviżjonijiet jenħtieġ li jqisu r-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-Espożizzjoni għal Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol (SCOEL) u tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ACSH), magħmul minn tliet membri sħaħ minn kull Stat Membru, li jirrappreżentaw il-gvernijiet nazzjonali, it-trade unions u l-organizzazzjoni tal-impjegaturi, b'kooperazzjoni mal-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC). Hemm bżonn li tinkiseb ukoll data epidemjoloġika dwar l-inċidenza tal-kanċer u dwar mard u kundizzjonijiet ikkorrelatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi reprotossiċi fost il-ħaddiema f'dawn l-aħħar tliet deċennji.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)   Hemm bżonn li tiġi enfasizzata l-importanza li l-ħaddiema jiġu protetti kontra l-espożizzjoni għal karċinoġeni, mutaġeni u sustanzi reprotossiċi. Fuq il-post tax-xogħol, l-irġiel u n-nisa ta' spiss jiġu esposti għal taħlita ta' sustanzi, li jistgħu jżidu r-riskji għas-saħħa, jikkawżaw effetti negattivi fuq is-sistemi riproduttivi tagħhom u tfixkil fil-fertilità jew infertilità, u għandhom impatt negattiv fuq l-iżvilupp tal-fetu u l-produzzjoni ta' ħalib għat-treddigħ. Is-sustanzi li huma tossiċi għar-riproduzzjoni huma ta' tħassib kbir u l-organizzazzjoni tal-prevenzjoni fuq il-post tax-xogħol għandha tapplika l-istess approċċ bħal dak applikat għall-karċinoġeni u l-mutaġeni. Il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol hija neċessarja sabiex tintlaħaq il-mira ewlenija tal-UE-2020 li 75 % tal-popolazzjoni ta' bejn 20 u 64 sena jkunu f'impjieg sal-2020. Peress li mhux is-sustanzi reprotossiċi kollha huma sustanzi li fir-rigward tagħhom jeżisti livell limitu, huwa ta' importanza kbira li l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2004/7/KE jitwessa' sabiex jiġu inklużi s-sustanzi reprotossiċi ħalli tinġieb f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u sabiex il-ħaddiema u wliedhom ikunu protetti aħjar u tiġi żgurata l-parteċipazzjoni iktar sikura tan-nisa fuq il-post tax-xogħol.

 

_____________________

 

1a. Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  Minħabba n-nuqqas ta' data konsistenti dwar l-espożizzjoni għas-sustanzi, hemm bżonn li l-ħaddiema esposti jew il-ħaddiema li jinsabu f'riskju ta' espożizzjoni jiġu protetti permezz tal-infurzar tas-sorveljanza tas-saħħa, aktar milli ssir sorveljenza biss meta jkun meqjus neċessarju. Għalhekk, jenħtieġ li s-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema, li għalihom ir-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/37/KE jiżvelaw riskju għas-saħħa jew għas-sigurtà, titkompla anke fit-tmiem tal-ħajja tax-xogħol u titwettaq mill-Istati Membri. L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/37/KE jenħtieġ li jiġi emendat sabiex tiġi żgurata sorveljanza tas-saħħa tul il-ħajja għall-ħaddiema esposti kollha.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c)  Il-ġbir ta' data b'mod xieraq u konsistenti mill-impjegaturi min-naħa tal-Istati Membri huwa neċessarju għat-tisħiħ u l-iżgurar tas-sigurtà u l-kura xierqa tal-ħaddiema. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tappoġġa l-aħjar prattiki ta' ġbir ta' data fost l-Istati Membri u tipproponi kif il-ġbir tad-data jista' jittejjeb. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni għall-finijiet tar-rapporti tagħha dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/37/KE.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 2d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2d)  Ma hemm l-ebda metodoloġija armonizzata għall-kejl tal-espożizzjoni tal-ħaddiema għal karċinoġeni, mutaġeni u sustanzi reprotossiċi fil-livell tal-Unjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa tali metodoloġija tal-UE malajr sabiex, min-naħa waħda, tiġi żgurata protezzjoni simili u ta' livell għoli għall-ħaddiema u, min-naħa l-oħra, jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 2e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2e)  Jenħtieġ li tiġi pprovduta aktar trasparenza rigward ir-riskji għas-saħħa mġarrba mill-ħaddiema permezz tal-inklużjoni ta' żewġ kolonni ġodda fl-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE sabiex jiġi indikat ir-riskju residwu ta' kanċer assoċjat ma' kull Limitu ta' Espożizzjoni Okkupazzjonali Vinkolanti u d-data tal-aħħar stima.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 2f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2f)   B'segwitu għall-emendi tal-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE, previsti f'din id-Direttiva, se jiġu proposti, fi stadju bikri, valuri limitu ulterjuri għal sustanzi, taħlitiet u proċessi addizzjonali. Ġew identifikati bejn 50 u 70 sustanza minn diversi aġenziji, partijiet interessati u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa bħala lista prijoritarja ta' karċinoġeni, mutaġeni u sustanzi reprotossiċi fuq il-post tax-xogħol. L-emendi ulterjuri għall-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE jenħtieġ li jinkludu, iżda mhux biss, sustanzi, taħlitiet u proċessi bħalma huma l-egżost tal-magni diżil, il-formaldeid, il-kadmju u l-komposti tiegħu, il-berillju u l-komposti tiegħu, il-komposti tan-nikil, l-arseniku u l-komposti tiegħu u l-akrilonitril.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)   Għal xi karċinoġeni u mutaġeni huwa neċessarju li jiġu kkunsidrati l-mezzi kollha ta' assorbiment, inkluża l-possibilità ta' penetrazzjoni mill-ġilda, sabiex ikun żgurat l-aħjar livell possibbli ta' protezzjoni.

(3)   Għall-karċinoġeni, il-mutaġeni u s-sustanzi reprotossiċi kollha huwa neċessarju li jiġu kkunsidrati l-mezzi kollha ta' assorbiment, inkluża l-possibilità ta' penetrazzjoni mill-ġilda, sabiex ikun żgurat l-aħjar livell possibbli ta' protezzjoni.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-Espożizzjoni għal Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol ("il-Kumitat") jassisti lill-Kummissjoni, b'mod partikolari fl-evalwazzjoni tal-aħħar dejta xjentifika disponibbli u jgħinha tipproponi limiti ta' espożizzjoni okkupazzjonali għall-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji kimiċi li għandhom li jiġu ffissati fil-livell tal-UE skont id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE47 u d-Direttiva. Għall-aġenti kimiċi o-toluwidina u 2-nitropropan, ma kien hemm l-ebda rakkomandazzjonijiet mill-Kumitat u sorsi oħra ta' informazzjoni xjentifika, b'saħħthom biżżejjed u fid-dominju pubbliku, li ġew ikkunsidrati48.,49

(4)  Il-Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-Espożizzjoni għal Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol ("il-Kumitat") jassisti lill-Kummissjoni, b'mod partikolari, fl-identifikazzjoni, fl-evalwazzjoni u fl-analiżi fid-dettall tal-aħħar data xjentifika disponibbli u jgħinha tipproponi limiti ta' espożizzjoni okkupazzjonali għall-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji kimiċi li għandhom li jiġu ffissati fil-livell tal-UE skont id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE47 u d-Direttiva 2004/37/KE. Fir-rigward tal-aġenti kimiċi o-toluwidina u 2-nitropropan, ma kien hemm l-ebda rakkomandazzjonijiet mill-Kumitat u sorsi oħra ta' informazzjoni xjentifika, b'saħħthom biżżejjed u fid-dominju pubbliku, li ġew ikkunsidrati.48, 49.

__________________

__________________

47 Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta'April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma' l-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, 05.05.1998, p. 11).

47 Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta' April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, 05.05.1998, p. 11).

48 http://monographs.iarc.fr/ENG/Monographs/vol77/mono77-11.pdfhttp://monographs.iarc.fr/ENG/Monographs/vol99/mono99-15.pdf u http://monographs.iarc.fr/ENG/Monographs/vol100F/mono100F-11.pdf

 

48 http://monographs.iarc.fr/ENG/Monographs/vol77/mono77-11.pdfhttp://monographs.iarc.fr/ENG/Monographs/vol99/mono99-15.pdf u http://monographs.iarc.fr/ENG/Monographs/vol100F/mono100F-11.pdf

 

49 http://monographs.iarc.fr/ENG/Monographs/vol1-42/mono29.pdf u http://monographs.iarc.fr/ENG/Monographs/vol71/mono71-49.pdf

49 http://monographs.iarc.fr/ENG/Monographs/vol1-42/mono29.pdf u http://monographs.iarc.fr/ENG/Monographs/vol71/mono71-49.pdf

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)   Gwidi u prattika tajba żviluppati permezz ta' inizjattivi bħall-"Ftehim dwar il-Protezzjoni tas-Saħħa tal-Ħaddiema Permezz tat-Trattament u l-Użu Tajjeb tas-Silika Kristallina u Prodotti li fihom is-Silika Kristallina" tad-Djalogu Soċjali (NEPSI) huma strumenti importanti sabiex jiġu kkumplimentati miżuri regolatorji u b'mod partikolari biex tappoġġa l-implimentazzjoni effettiva tal-valuri limitu.

(6)   Gwidi u prattika tajba żviluppati permezz ta' inizjattivi bħall-"Ftehim dwar il-Protezzjoni tas-Saħħa tal-Ħaddiema Permezz tat-Trattament u l-Użu Tajjeb tas-Silika Kristallina u Prodotti li fihom is-Silika Kristallina" tad-Djalogu Soċjali (NEPSI) huma strumenti importanti u neċessarji sabiex jiġu kkumplimentati miżuri regolatorji u b'mod partikolari biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni effettiva tal-valuri limitu u għaldaqstant jenħtieġ li jingħataw kunsiderazzjoni serja.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)   Il-valuri limitu stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE għall-monomer tal-klorur tal-vinil u għat-trab tal-injam iebes għandhom jiġu riveduti fid-dawl tal-informazzjoni xjentifika aktar riċenti.

(7)   Il-valuri limitu stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE għall-monomer tal-klorur tal-vinil u għat-trab tal-injam iebes jenħtieġ li jiġu riveduti fid-dawl tal-informazzjoni xjentifika aktar riċenti, u jenħtieġ li titneħħa d-distinzjoni bejn it-trab tal-injam iebes u t-trab tal-injam artab fir-rigward tal-valur limitu fl-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE kif rakkomandat mill-IARC u mill-Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-Espożizzjoni għal Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol, li fil-valutazzjoni tar-riskju tiegħu għat-trab tal-injam (SCOEL/SUM/102 final) jikkonkludi li, minħabba d-data disponibbli attwalment u bl-għan li tiġi protetta s-saħħa tal-ħaddiema, ma jidhirx li huwa rilevanti li ssir distinzjoni bejn trab tal-injam artab u trab tal-injam iebes.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)   1,2-Epossipropan jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniku (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk huwa karċinoġenu fit-tifsira tad-Direttiva 2004/37/KE. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli li tinkludi dejta xjentifika u teknika, huwa possibbli li jiġi identifikat livell ċar ta' espożizzjoni li taħtu, l-espożizzjoni għal dan il-karċinoġenu mhuwiex mistenni li jwassal għal effetti negattivi. Huwa għalhekk xieraq li jiġi stabbilit valur limitu għall-1,2 epossipropan.

(8)   1,2-Epossipropan jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniku (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk huwa karċinoġenu fit-tifsira tad-Direttiva 2004/37/KE. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli li tinkludi data xjentifika u teknika, huwa possibbli li jiġi identifikat livell ta' espożizzjoni li taħtu, l-espożizzjoni għal dan il-karċinoġenu mhuwiex mistenni li jwassal għal effetti negattivi. Huwa għalhekk xieraq li jiġi stabbilit valur limitu għall-1,2-epossipropan.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Din l-emenda ssaħħaħ il-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom.

(18)  Din l-emenda ssaħħaħ il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom bil-kundizzjoni li l-emendi għad-Direttiva 2004/37/KE jiġu trasposti u implimentati kif xieraq mill-Istati Membri u jiġu applikati mill-impriżi u mill-ħaddiema. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-ispettorati tax-xogħol ikollhom riżorsi finanzjarji u umani suffiċjenti biex iwettqu dmirijiethom filwaqt li jgħinu lill-impriżi, b'mod partikolari lill-impriżi żgħar u medji (SMEs), jikkonformaw ma' dawn ir-regoli l-ġodda, u jenħtieġ li jikkollaboraw mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol u jiddedikaw riżorsi finanzjarji suffiċjenti biex jappoġġaw l-implimentazzjoni xierqa ta' din id-Direttiva filwaqt li jevitaw kwalunkwe telf ta' impjiegi.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)  Fl-opinjonijiet tiegħu, il-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ACSH) jirreferi għal perjodu ta' rieżami għal-limiti ta' Espożizzjoni Okkupazzjonali Vinkolanti għal bosta sustanzi. Qed jiġi ssuġġerit li l-limiti tal-Espożizzjoni Okkupazzjonali Vinkolanti fuq is-silika kristallina respirabbli u t-trab tal-injam iebes jiġu riveduti fi żmien 3 sa 5 snin, l-akrilammid u 1,3-butadjen fi żmien 3 snin, u l-kromu VI fi żmien perjodu xieraq ta' rieżami. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni titlob lill-ACSH tippreżenta opinjonijiet aġġornati fir-rigward ta' dawk is-sustanzi.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 19b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19b)  Fl-opinjoni tagħha dwar il-fibri taċ-ċeramika rifrattarji, l-ACSH qablet li huwa meħtieġ Limitu ta' Espożizzjoni Okkupazzjonali Vinkolanti iżda ma rnexxilhiex tilħaq pożizzjoni komuni dwar livell limitu. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tħeġġeġ lill-ACSH tippreżenta opinjoni dwar Limitu ta' Espożizzjoni Okkupazzjonali Vinkolanti għall-fibri taċ-ċeramika rifrattarji.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-prinċipji minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 31(1) tagħha.

(20)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-prinċipji minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 2 (id-dritt għall-ħajja) u l-Artikolu31(1) (id-dritt għal kondizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa b'rabta mas-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tal-ħaddiema) tagħha.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Il-valuri limitu stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom jinżammu taħt reviżjoni fid-dawl tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, b'mod partikolari sabiex jittieħed kont tal-interazzjoni bejn il-valuri limitu stabbiliti skont id-Direttiva 2004/37/KE u d-DNELs (Livelli Derivati ta' Bla Effett) derivati għall-kimiċi perikolużi skont dak ir-Regolament.

(21)  Il-valuri limitu stabbiliti f'din id-Direttiva se jinżammu taħt reviżjoni fid-dawl tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, b'mod partikolari sabiex jittieħed kont tal-interazzjoni bejn il-valuri limitu stabbiliti skont id-Direttiva 2004/37/KE u d-DNELs (Livelli Derivati ta' Bla Effett) derivati għall-kimiċi perikolużi skont dak ir-Regolament sabiex il-ħaddiema jkunu protetti b'mod effettiv.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, li huma biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol u biex iħarsu s-saħħa tal-ħaddiema minn riskji speċifiċi li jirriżultaw mill-espożizzjoni għall-karċinoġeni, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-UE, l-UE tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat fl-Artikolu 5(4) tat-TFUE, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

(22)  Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, li huma biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol u biex iħarsu s-saħħa tal-ħaddiema minn riskji speċifiċi li jirriżultaw mill-espożizzjoni għal karċinoġeni, mutaġeni u sustanzi reprotossiċi ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-UE, l-UE tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat fl-Artikolu 5(4) tat-TFUE, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Peress li din tolqot is-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom, l-iskadenza għat-traspożizzjoni għandu tkun ta' sena.

(23)  Peress li din tolqot il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom, l-iskadenza għat-traspożizzjoni jenħtieġ li ma tkunx aktar tard minn sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Titolu

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1)  It-titlu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Id-Direttiva 2004/37/KE tal-parlament ewropew u l-kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma' l-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE)

"Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi reprotossiċi fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE)"

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1a)  Fl-Artikolu 1(1), is-subparagrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Din id-Direttiva għandha bħala l-għan tagħha l-protezzjoni tal-ħaddiema kontra riskji għas-saħħa u sigurtà tagħhom, inkluż il-prevenzjoni ta' dawn ir-riskji, li jinqalgħu jew li jistgħu jinqalgħu minn esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol.

"Din id-Direttiva għandha bħala l-għan tagħha l-protezzjoni tal-ħaddiema kontra riskji għas-saħħa u sigurtà tagħhom, inkluża l-prevenzjoni ta' dawn ir-riskji, li jinqalgħu jew li jistgħu jinqalgħu minn espożizzjoni għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi reprotossiċi fuq il-post tax-xogħol."

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1b (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1b)  Fl-Artikolu 2, jiddaħħal il-punt li ġej:

 

(ba)  "sustanza reprotossika" tfisser:

 

sustanza jew taħlita li tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala tossika għar-riproduzzjoni kategorija 1A jew 1B fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1c (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1c)  Fl-Artikolu 2, il-punt c huwa sostitwit b'dan li ġej:

(ċ)  "valur limitu" tfisser, jekk mhux imkien ieħor speċifikat, il-medja kkunsidrat fil-funzjoni tal-ħin tal-limitu tal-konċentrazzjoni għal-"karċinoġenu jew mutaġenu" fl-arja ġewwa iż-żona ta' respirazzjoni ta' ħaddiem imqabbla mal-perjodu ta' referenza speċifiku kif iddikjarat fl-Anness III ta' din id-Direttiva.

"(c)  "valur limitu" tfisser, jekk mhux imkien ieħor speċifikat, il-medja kkunsidrata fil-funzjoni tal-ħin tal-limitu tal-konċentrazzjoni għal "karċinoġenu, mutaġenu jew sustanza reprotossika" fl-arja ġewwa ż-żona ta' respirazzjoni ta' ħaddiem imqabbla mal-perjodu ta' referenza speċifiku kif iddikjarat fl-Anness III ta' din id-Direttiva."

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1d (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 3 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1d)  Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għal attivitajiet li fihom il-ħaddiema huma jew jistgħu jiġu esposti għal karċinoġeni jew mutaġeni b'riżultat tax-xogħol tagħhom.

"1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għal attivitajiet li fihom il-ħaddiema huma jew x'aktarx ikunu esposti għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi reprotossiċi b'riżultat tax-xogħol tagħhom."

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1e (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1e)  Fl-Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.  Fil-każ ta' kull attività li tista' tinvolvi riskju ta' esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni, n-natura, grad u dewmien ta' l-esposizzjoni tal-ħaddiema għandhom jiġu determinati sabiex jagħmluha possibbli li jistmaw kull riskju għas-saħħa u sigurtà tal-ħaddiema u biex tistabbilixxi l-miżuri li għandhom jittieħdu.

"2.  Fil-każ ta' kull attività li x'aktarx tinvolvi riskju ta' espożizzjoni għal karċinogeni, mutaġeni jew sustanzi reprotossiċi, in-natura, il-grad u d-dewmien tal-espożizzjoni tal-ħaddiema għandhom jiġu determinati sabiex jagħmluha possibbli li jiġi vvalutat kwalunkwe riskju għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u jiġu stabbiliti l-miżuri li jridu jittieħdu."

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1f (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1f)  Fl-Artikolu 3(2) it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

L-istima għandha tiġi mġedda regolarment u f'każ meta xi tibdil occurs fil-kondizzjonijiet li jistgħu jaffettwaw l-esposizzjoni tal-ħaddiema għal karċinoġeni jew mutaġeni.

"L-istima għandha tiġi mġedda regolarment u fi kwalunkwe każ meta jseħħ kwalunkwe tibdil fil-kondizzjonijiet li jista' jaffettwa l-espożizzjoni tal-ħaddiema għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi reprotossiċi."

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1g (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 3 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1g)  Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4.  Meta l-istima ta' riskju tiġi esegwita, min iħaddem għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-effetti kollha li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema li qegħdin f'riskju partikolari, inter alia, jieħdu qies tax-xewqa li ma jimpjiegawx dawn il-ħaddiema f'oqsma fejn jistgħu jiġu f'kuntatt ma' karċinoġeni jew mutaġeni.

"4.  Meta l-istima ta' riskju tiġi esegwita, l-impjegaturi għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-effetti kollha li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema li qegħdin f'riskju partikolari, inter alia, jieħdu qies tax-xewqa li ma jimpjegawx dawn il-ħaddiema f'oqsma fejn jistgħu jiġu f'kuntatt ma' karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi reprotossiċi."

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1h (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1h)  Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.  Min iħaddem għandu jnaqqas l-użu ta' karċinoġenu jew mutaġenu fuq il-post tax-xogħol, b'mod partikolari billi tibdlu, sa fejn hu teknikament possibbli, b' sustanza, taħlita jew proċess li, taħt il-kondizzjonijiet ta' l-użu tagħhom, ma' jkunux perikolużi jew inqas perikolużi għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, skond kif ikun il-każ.

"1.  Min iħaddem għandu jnaqqas l-użu ta' karċinoġenu, mutaġenu jew sustanza reprotossika fuq il-post tax-xogħol, b'mod partikolari billi jibdilhom, sa fejn hu teknikament possibbli, b'sustanza, taħlita jew proċess li, taħt il-kondizzjonijiet tal-użu tagħhom, ma jkunux perikolużi jew ikunu inqas perikolużi għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, skont kif ikun il-każ."

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1i (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1i)  Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.  Meta ma jkunx teknikament possibbli li jinbidel il-karċinoġenu jew il-mutaġenu minn sustanza, taħlita jew proċess li, skond il-kondizzjonijiet ta' l-użu, mhuwiex perikoluż jew inqas perikoluż għas-saħħa u s-sigurtà, l-prinċipal għandu jiżgura li l-karċinoġenu jew il-mutaġenu huwa, sa fejn hu teknikament possibbli, mmanifatturat u użat f'sistema magħluqa.

"2.  Meta ma jkunx teknikament possibbli li l-karċinoġenu, il-mutaġenu jew is-sustanza reprotossika jiġu sostitwiti b'sustanza, taħlita jew proċess li, skont il-kondizzjonijiet tal-użu, ma jkunux perikolużi jew ikunu inqas perikolużi għas-saħħa u s-sigurtà, l-impjegatur għandu jiżgura li l-karċinoġenu, il-mutaġenu jew is-sustanza reprotossika jkunu, sa fejn hu teknikament possibbli, immanifatturati u użati f'sistema magħluqa."

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1j (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 5 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1j)  Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4.  Esposizzjoni m'għandix tkun iktar mill-valur limitu tal-karċinoġenu kif iddikjarat fl-Anness III.

"4.  Espożizzjoni m'għandhiex tkun iktar mill-valur limitu ta' karċinoġenu, mutaġenu jew sustanza reprotossika kif stabbilit fl-Anness III."

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1k (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 5 – paragrafu 5 – parti introduttorja

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1k)  Fl-Artikolu 5(5), il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

5.  Kull meta karċinoġenu jew mutaġenu huwa użat, il-prinċipal għandu japplika l-miżuri li ġejjin:

"5.  Kull meta jintużaw karċinoġenu, mutaġenu jew sustanza reprotossika, l-impjegatur għandu japplika l-miżuri li ġejjin:"

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1l (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt a

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1l)  Fl-Artikolu 5(5), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(a)  jillimita il-kwantitajiet ta' karċinoġenu jew mutaġenu fuq il-post tax-xogħol;

"(a)  jillimita l-kwantitajiet ta' karċinoġenu, mutaġenu jew sustanza reprotossika fuq il-post tax-xogħol;

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1m (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt c

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1m)  Fl-Artikolu 5(5), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(c)  jiddisinja proċessi ta' ħidma u miżuri ta' kontroll ta' l-inġinerija sabiex jevita jew inaqqas il-ħruġ ta' karċinoġeni jew mutaġeni fil-post tax-xogħol;

"(c)  jiddisinja proċessi ta' ħidma u miżuri ta' kontroll tal-inġinerija sabiex jevita jew inaqqas ir-rilaxx ta' karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi reprotossiċi fil-post tax-xogħol;

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1n (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt d

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1n)  Fl-Artikolu 5(5), il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(d)  jevakwa il-karċinoġeni jew mutaġeni mis-sors, mis-sistema ta' estrazzjoni lokali jew mill-ventilazzjoni ġenerali, dawn il-metodi kollha jkunu addattati u kompatibbli bil-ħtieġa li jipproteġu s-saħħa pubblika u l-ambjent;

"(d)  jevakwa l-karċinoġeni, il-mutaġeni jew is-sustanzi reprotossiċi mis-sors, mis-sistema ta' estrazzjoni lokali jew mill-ventilazzjoni ġenerali, filwaqt li dawn il-metodi kollha jridu jkunu addattati u kompatibbli mal-ħtieġa li jipproteġu s-saħħa pubblika u l-ambjent;"

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1o (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt e

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1o)  Fl-Artikolu 5(5), il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(e)  juża proċeduri addattati eżistenti għat-tkejjiel ta' karċinoġeni jew mutaġeni, b'mod partikolari għall-iskoperta bikrija ta' esposizzjonijiet anormali li jirriżultaw minn avveniment mhux previsti jew aċċident;

"(e)  juża proċeduri addattati eżistenti għat-tkejjiel ta' karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi reprotossiċi, b'mod partikolari għall-iskoperta bikrija ta' espożizzjonijiet anormali li jirriżultaw minn avveniment mhux previst jew aċċident;

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1p (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt j

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1p)  Fl-Artikolu 5(5), il-punt (j) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(j)  demarkazzjoni tal-postijiet ta' riskju u użu ta' sinjali ta' twissija u sigurtà adegwati inklużi sinjali ta' “no smoking” fil-postijiet fejn ħaddiema huma esposti jew jistgħu jkunu esposti għal karċinoġeni jew mutaġeni;

"(j)  iwettaq demarkazzjoni tal-postijiet ta' riskju u juża sinjali ta' twissija u sigurtà adegwati inklużi sinjali ta' "no smoking" fil-postijiet fejn ħaddiema huma esposti jew jistgħu jkunu esposti għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi reprotossiċi;"

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1q (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1q)  Fl-Artikolu 6, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(a)  l-attivitajiet u/jew proċessi industrijali esegwiti, inklużi r-raġunijiet għal liema l-karċinoġeni jew mutaġeni huma użati;

"(a)  l-attivitajiet u/jew il-proċessi industrijali esegwiti, inklużi r-raġunijiet għal liema l-karċinoġeni, il-mutaġeni jew is-sustanzi reprotossiċi huma użati;"

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1r (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1r)  Fl-Artikolu 6, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(b)  il-kwantitajiet ta' sustanzi jew taħlitiet immanifatturati jew użati li fihom karċinoġeni jew mutaġeni;

"(b)  il-kwantitajiet ta' sustanzi jew taħlitiet immanifatturati jew użati li fihom karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi reprotossiċi;"

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1s (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1s)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 6a

 

Informazzjoni għall-Kummissjoni

 

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 ta' din id-Direttiva bħala parti mir-rapporti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 17a tad-Direttiva 89/391/KEE."

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1t (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 10 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1t)  Fl-Artikolu 10(1), il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

1.  Min iħaddem għandu l-obbligu, f'każ ta' l-attivitajiet kollha għal liema hemm riskju ta' kontaminazzjoni minn karċinoġeni jew mutaġeni, li jieħdu miżuri addattati biex jiżguraw li:

“1.  Min iħaddem għandu l-obbligu, fil-każ tal-attivitajiet kollha għal liema hemm riskju ta' kontaminazzjoni minn karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi reprotossiċi, li jieħu miżuri addattati biex jiżgura li:"

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1u (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt a

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1u)  Fl-Artikolu 10(1), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(a)  ħaddiema ma jieklux, jixorbux jew ipejjpu fl-postijiet tax-xogħol fejn hemm ir-riskju ta' kontaminazzjoni minn karċinoġeni jew mutaġeni;

"(a)  il-ħaddiema ma jiklux, ma jixorbux jew ma jpejpux fil-postijiet tax-xogħol fejn ikun hemm riskju ta' kontaminazzjoni minn aġenti karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi reprotossiċi;"

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1v (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 11 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1v)  Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.  Min iħaddem għandu jinformaw lil ħaddiema fuq l-installazzjonijiet u kontenituri relatati li fihom karċinoġeni jew mutaġeni, jiżguraw li l-kontenituri kollha, pakketti u installazzjonijet li fihom karċinoġeni jew mutaġeni huma tikkettati b'mod ċar u li jinqara, u juru sinjali ta' twissija u periklu b'mod ċar u viżibli.

"2.  Min iħaddem għandu jinforma lill-ħaddiema fuq l-installazzjonijiet u l-kontenituri relatati li fihom karċinoġeni, mutaġeni, jew sustanzi reprotossiċijiżgura li l-kontenituri, il-pakketti u l-installazzjonijet kollha li fihom karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi reprotossiċi huma tikkettati b'mod ċar u li jinqara, u juru sinjali ta' twissija u periklu b'mod ċar u viżibli."

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1w (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 14 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1w)   Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, skond il-liġijiet nazzjonali u/jew prattika, arranġamenti għal esegwiment ta' sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema relevanti għal minn ir-riżultati ta' l-istima msemmija fl-Artikolu 3(2) jiżvelaw riskju għas-saħħa u sigurtà

"1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, skont il-liġijiet u/jew il-prattika nazzjonali, arranġamenti għal esegwiment ta' sorveljanza tas-saħħa tul il-ħajja relevanti għal ħaddiema li għalihom ir-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) jiżvelaw riskju għas-saħħa u sigurtà."

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1x (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 14 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1x)   Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.  L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu tali li kull ħaddiem għandu jkun kapaċi li jgħaddi minn, jekk addattat, sorveljanza tas-saħħa relevanti:

"2.   L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jippermettu li kull ħaddiem issirlu, jekk ikun addattat, sorveljanza tas-saħħa tul il-ħajja relevanti:

–  qabel l-esposizzjoni,

-   qabel l-espożizzjoni,

–   f'intervalli regolari wara hekk.

-   f'intervalli regolari matul il-perjodu ta' espożizzjoni,

 

-   wara t-tmiem tal-espożizzjoni u wara t-tmiem tal-impjieg tagħhom.

Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu hekk li huwa direttament possibbli biex timplimenta miżuri ta' iġene individwali u fuq il-post tax-xogħol.

Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu tali sabiex ikun direttament possibbli li jiġu implimentati miżuri ta' iġjene individwali u fuq il-post tax-xogħol.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1y (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 14 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1y)  Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.  Jekk ħaddiem jiġi misjub li qed issoffri minn anormalita li hi suspetta li tkun riżulta ta' esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni, t-tabib jew awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema jista' jeħtieġ ħaddiema oħra li ġew esposti bħalu biex jgħaddu minn sorveljanza tas-saħħa. F'dak il-każ, stima mill-ġdid tar-riskju ta' esposizzjoni għandu jiġi esegwit skond l-Artikolu 3(2).

“3.   Jekk ħaddiem jinstab li qed issofri minn anormalita ssuspettata li tkun ir-riżultat ta' espożizzjoni għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi reprotossiċi, it-tabib jew l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema jistgħu jeħtieġu li ħaddiema oħra li ġew esposti bħalu ssirilhom sorveljanza tas-saħħa. F'dak il-każ, għandha ssir valutazzjoni mill-ġdid tar-riskju ta' espożizzjoni skont l-Artikolu 3(2)."

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1z (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 14 – paragrafu 8

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1z)  Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

8.  Fil-każi kollha ta' kanċer identifikati skond il-liġijiet u/jew il-prattiċi nazzjonali kif irriżultaw minn esposizzjoni fuq il-post tax-xogħol għal karċinoġeni jew mutaġeni għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet kompetenti

“8.  Il-każijiet kollha ta' kanċer identifikati skont il-liġijiet u/jew il-prattika nazzjonali li rriżultaw minn espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol għal karċinoġenu, mutaġenu jew sustanza reprotossika, għandhom jiġu notifikati lill-awtorità kompetenti."

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1aa (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1aa)  Fl-Artikolu 15, jiżdied dan il-paragrafu li ġej:

 

"2a.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(8) ta' din id-Direttiva bħala parti mir-rapporti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 17a tad-Direttiva 89/391/KEE."

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1ab (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 16 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1ab)  Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.  Il-Kunsill għandu, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 137(2) tat-Trattat, iddikjarat valuri limitu fid-Direttivi fuq il-bażi ta' l-informazzjoni għad-disposizzjoni, inkluż data xjentifka u teknika, li dwarha dawk il-karċinoġeni jew mutaġeni kollha għal liema dan huwa possibbli, u, fejn neċessarju, disposizzjonijiet relatati oħra.

"1.  Il-Kunsill għandu, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 137(2) tat-Trattat, jistabbilixxi valuri limitu fid-Direttivi fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluża data xjentifka u teknika, dwara dawk il-karċinoġeni, il-mutaġeni u s-sustanzi reprotossiċi kollha għal liema dan huwa possibbli, u, fejn neċessarju, disposizzjonijiet relatati oħra."

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1ac (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 17 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1acv)  Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.  Aġġustamenti purament tekniċi għall-Anness II fid-dawl tal-progress tekniku, tibdil fl-ispeċifikazzjonijiet jew regolamenti internazzjonali u sejbiet ġodda fil-qasam ta' karċinoġeni jew mutaġeni għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 89/391/KEE.

"2.  Aġġustamenti purament tekniċi għall-Anness II fid-dawl tal-progress tekniku, tibdil fl-ispeċifikazzjonijiet jew regolamenti internazzjonali u sejbiet ġodda fil-qasam ta' karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi reprotossiċi għandhom jiġu addottati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 89/391/KEE."

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Anness II – punt 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1a)  Fl-Anness II, il-punt 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.  It-tabib u/jew l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema esposti għal karċinoġeni jew mutaġeni għandhom ikunu familjari mal-kondizzjonijiet jew ċirkostanzi ta' esposizzjoni ta' kull ħaddiem.

"1.  It-tabib u/jew l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema esposti għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi reprotossiċi għandhom ikunu familjari mal-kondizzjonijiet jew ċirkostanzi ta' espożizzjoni ta' kull ħaddiem."

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Anness

Direttiva 2004/37/KE

Anness III – parti A

 

Test propost mill-Kummissjoni

Nru tas-SAK (1)

Nru tal-KE (2)

L-ISEM TAL-AĠENT

IL-VALURI LIMITU (3)

Notazzjoni (4)

mg/m3 (5)

ppm (6)

f/ml(7)

-

-

Trab tal-injam iebes

3 (8)

-

-

-

-

-

Komposti tal-kromju (VI) li huma karċinoġeni, fit-tifsira tal-Artikolu 2(a) (i) tad-Direttiva (bħala kromju)

0,025

-

-

-

-

-

Fibri taċ-Ċeramika Refrattarji li huma karċinoġeni fit-tifsira tal-Artikolu 2(a) (i) tad-Direttiva

-

-

0,3

-

-

-

Trab Respirabbli tas-Silika Kristallina

0,1 (9)

-

-

-

71-43-2

200-753-7

Benżen

3,25

1

-

ġilda

75-01-4

200-831-0

Monomer tal-klorur tal-vinil

2,6

1

-

-

75-21-8

200-849-9

Ossidu tal-etilen

1,8

1

-

ġilda

75-56-9

200-879-2

1,2-Epossipropan

2,4

1

-

-

79-06-1

201-173-7

Akrilammid

0,1

-

-

ġilda

79-46-9

201-209-1

2-Nitropropan

18

5

-

-

95-53-4

202-429-0

o-toluwidina

0,5

0,1

-

-

106-99-0

203-450-8

1,3-Butadjen

2,2

1

-

-

302-01-2

206-114-9

Idrazina

0,013

0,01

-

ġilda

593-60-2

209-800-6

Bromoetilena

4,4

1

-

-

________________

1 Nru tas-SAK: In-Numru tar-Reġistru tas-Servizz tal-Astratt Kimiku.

2 Nru KE, jiġifieri EINECS, ELINCS jew NLP, huwa n-numru uffiċjali tas-sustanza fl-Unjoni Ewropea, kif definit fit-Taqsima 1.1.1.2 fl-Anness VI, il-Parti 1 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

3 Imkejjel jew kkalkulat fir-rigward ta' perjodu referenzjarju ta' tmien sigħat.

4 Kontribut sostanzjali fil-piż tal-ġisem kollu permezz tal-espożizzjoni tal-ġilda possibbli.

5 mg/m3 = milligrammi għal kull metru kubu ta' arja f'20°C u 101,3 Kpa (pressjoni ta' merkurju ta' 760 mm).

6 ppm = partijiet għal kull miljun għal kull volum fl-arja (ml/m3).

7 f/ml = fibri għal kull millilitru.

8 Frazzjon inalabbli: jekk it-trab tal-injam iebes jitħallat ma' trab ta' injam ieħor, il-valur limitu għandu japplika għat-trab kollu tal-injam preżenti f'din it-taħlita.

9 Frazzjoni respirabbli.

 

Emenda

Nru tas-SAK (1)

Nru tal-KE (2)

L-ISEM TAL-AĠENT

IL-VALURI LIMITU(3)

Notazzjoni (4)

mg/m3 (5)

ppm (6)

f/ml(7)

-

-

Trab tal-injam

2 (8)

-

-

Trab tal-injam iebes: 3 mg/m³ sa XXXX (5 snin wara d-dħul fis-seħħ) Trab tal-injam artab: 5 mg/m³ sa XXXX (5 snin wara d-dħul fis-seħħ)

-

-

Komposti tal-kromju (VI) li huma karċinoġeni, fit-tifsira tal-Artikolu 2(a) (i) tad-Direttiva (bħala kromju)

0,001

-

-

-

-

-

Fibri taċ-Ċeramika Refrattarji li huma karċinoġeni fit-tifsira tal-Artikolu 2(a) (i) tad-Direttiva

-

-

0,3

-

-

-

Trab Respirabbli tas-Silika Kristallina

0,05 (9)

-

-

Valur tranżitorju ta' 0,1 mg/m3 sa XXXX (10 snin wara d-dħul fis-seħħ) - li jrid jiġi rieżaminat 5 snin wara d-dħul fis-seħħ

71-43-2

200-753-7

Benżen

3,25

1

-

ġilda

75-01-4

200-831-0

Monomer tal-klorur tal-vinil

2,6

1

-

-

75-21-8

200-849-9

Ossidu tal-etilen

1,8

1

-

ġilda

75-56-9

200-879-2

1,2-Epossipropan

2,4

1

-

-

79-06-1

201-173-7

Akrilammid

0,1

-

-

ġilda

79-46-9

201-209-1

2-Nitropropan

18

5

-

-

95-53-4

202-429-0

o-toluwidina

0,5

0,1

-

-

106-99-0

203-450-8

1,3-Butadjen

2,2

1

-

-

302-01-2

206-114-9

Idrazina

0,013

0,01

-

ġilda

593-60-2

209-800-6

Bromoetilena

4,4

1

-

-

________________

1 Nru tas-SAK: In-Numru tar-Reġistru tas-Servizz tal-Astratt Kimiku.

2 Nru KE, jiġifieri EINECS, ELINCS jew NLP, huwa n-numru uffiċjali tas-sustanza fl-Unjoni Ewropea, kif definit fit-Taqsima 1.1.1.2 fl-Anness VI, il-Parti 1 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

3 Imkejjel jew kkalkulat fir-rigward ta' perjodu referenzjarju ta' tmien sigħat.

4 Kontribut sostanzjali fil-piż tal-ġisem kollu permezz tal-espożizzjoni tal-ġilda possibbli.

5 mg/m3 = milligrammi għal kull metru kubu ta' arja f'20°C u 101,3 Kpa (pressjoni ta' merkurju ta' 760 mm).

6 ppm = partijiet għal kull miljun għal kull volum fl-arja (ml/m3).

7 f/ml = fibri għal kull millilitru.

8 Frazzjon inalabbli.

9 Frazzjoni respirabbli.

NOTA SPJEGATTIVA

Fit-13 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni ppubblikat il-proposta tagħha biex temenda d-Direttiva 2004/37/KE sabiex tħares aħjar lill-ħaddiema minn espożizzjoni għal karċinoġeni u mutaġeni fuq il-post tax-xogħol. Il-Parlament Ewropew kien talab reviżjoni tad-Direttiva f'bosta okkażjonijiet kemm matul il-leġiżlatura attwali kif ukoll matul dik preċedenti.

Ir-rapporteur tilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni bħala l-ewwel pass importanti biex tiġi indirizzata l-problema kumplessiva ta' espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol. Il-kanċer huwa t-tieni l-ikbar kawża ta' mwiet fl-Ewropa u huwa l-akbar kawża ta' mwiet relatati max-xogħol. Kull kanċer marbut max-xogħol jista' jiġi evitat. Aġġornament u qafas leġiżlattiv preċiż fl-Unjoni Ewropea se jikkontribwixxu għal prevenzjoni aħjar tal-kanċers marbuta max-xogħol. L-ispiża annwali għall-Istati Membri hija stmata għal EUR 334 biljun[1].

Skont l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), l-Istati Membri jirrappurtaw li hemm nuqqas ta' data dwar l-espożizzjoni u nuqqas ta' data tossikoloġika fil-livell nazzjonali, u li hemm diffikultà biex jintlaħaq kunsens dwar il-limiti tal-espożizzjoni fuq ix-xogħol (OELs). Ir-rapporteur hija tal-fehma li l-prinċipju gwida għall-iffissar tal-OELs vinkolanti (BOELs) huwa l-insegwiment tal-aħjar prattika fl-Istati Membri kif ukoll globalment u l-ħarsien tal-prinċipju ta' prekawzjoni. Dan il-prinċipju għandu jkun rifless b'mod konsistenti fid-direttiva kif imfakkar mill-Premessa 14 tagħha ("Il-prinċipju ta' prekawzjoni jenħtieġ li jiġi applikat fil-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema.").

I. L-inklużjoni ta' sustanzi reprotossiċi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva

Ir-rapporteur tipproponi li jitwessa' l-ambitu tad-Direttiva sabiex tiġi permessa l-inklużjoni ta' sustanzi reprotossiċi, b'konformità mat-talbiet preċedenti mill-Parlament Ewropew[2] u mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ f'xi Stati Membri.

Skont studju Franċiż reċenti[3] aktar minn 1 % tal-ħaddiema huma esposti għal sustanzi reprotossiċi. L-estrapolazzjoni ta' tali data turi li jista' jkun hemm bejn 2 u 3 miljun ħaddiem esposti għal sustanzi reprotossiċi fl-Unjoni Ewropea. Attwalment il-protezzjoni leġiżlattiva għall-ħaddiema minn tali sustanzi hija dgħajfa ħafna minħabba li bażikament hija limitata għad-dispożizzjonijiet ġenerali tad-Direttiva 98/24/KE dwar Aġenti Kimiċi. Is-sustanzi reprotossiċi huma sustanzi ta' tħassib serju ħafna skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (REACH). Id-dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tal-ħaddiema għandhom ikunu konsistenti ma' din il-konstatazzjoni. Id-Direttiva 92/85/KE dwar ħaddiema nisa tqal ma timponix miżuri preventivi qabel ħaddiema nisa tqal ikunu informaw lil min iħaddimhom bit-tqala tagħhom. Dan ifisser li ma hemm l-ebda protezzjoni speċifika fil-ġimgħat bikrin tat-tqala u l-ebda protezzjoni għall-fertilità maskili jew femminili. Il-karċinoġeni u l-mutaġeni huma marbuta ma' sustanzi reprotossiċi fil-leġiżlazzjoni Ewropea pereżempju permezz tar-REACH. Fil-livell tal-Istati Membri, sitt pajjiżi diġà estendew il-kamp ta' applikazzjoni tal-applikazzjoni tad-direttiva (FR, AT, FI, DE, SE u CZ) sabiex jinkludu sustanzi reprotossiċi fit-traspożizzjoni.

Fl-2004 stħarriġ li sar fi Franza evalwa 50 sustanza potenzjalment reprotossiċi u kklassifikahom skont il-periklu u l-espożizzjoni. L-ewwel 10 sustanzi skont din il-metodoloġija kienu: di-(2-etileżil)ftalat, benżilbutilftalat, ftalat tad-dibutil, kadmju, ċomb, eżaklorobenżen, toluwen, nonilfenol, 2-etassjetanolu u benomil[4]. Eżempji tal-effetti ta' sustanzi reprotossiċi bħall-fatalati huma: tossiċità testikolari, tnaqqis tal-fertilità maskili u femminili, tossiċità fetali (li possibbilment jistgħu jwasslu għal mewt jew malformazzjonijiet). L-alkilfenoli u sustanzi kimiċi relatati għandhom effetti li jimitaw l-ormoni u jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-fertilità maskili, fid-daqs testikolari u fil-kwalità tal-isperma[5].

II. Valuri limitu aktar stretti

Ir-rapporteur ipproponiet valuri limitu aktar stretti għal ħafna mis-sustanzi li ġew ikkunsidrati. Ir-rapporteur hija tal-fehma li l-BOELs stabbilit mill-Unjoni Ewropea għandhom jirriflettu l-aħjar prattiki żviluppati fl-Istati Membri. Kif enfasizzat il-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-impatt, id-deċiżjonijiet dwar il-valuri limitu joħolqu bilanċ bejn ir-riskju ta' kanċer u l-ispiża stmata għall-prevenzjoni tiegħu. Għal meta jkun hemm diffikultajiet prattiċi minħabba nuqqas ta' sustanzi alternattivi jew soluzzjonijiet tekniċi, ġie propost żmien addizzjonali għall-implimentazzjoni tal-valuri limitu iktar stretti. Dan jiżgura li min iħaddem ikollu ż-żmien biex jiżviluppa soluzzjonijiet u biex jikkumpensa għall-ispejjeż ta' investiment. Il-bidliet kollha proposti mir-rapporteur jirriflettu BOELs li diġà huma fis-seħħ jew li diġà jeżistu f'xi Stati Membri.

- Silika kristallina

Il-Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-Espożizzjoni fuq ix-Xogħol (SCOEL) irrakkomanda valur limitu ta' 0.05 mg/m³; Ir-rapporteur tikkondividi din il-fehma u pproponiet l-istess valur limitu bħall-SCOEL. Skont il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni, dan il-valur limitu se jirriżulta f'107 350 inqas imwiet fil-perjodu mill-2010 sal-2069 meta mqabbel max-xenarju attwali.

- Kromju VI

Ir-rapporteur tikkondividi l-fehma espressa minn diversi Stati Membri (il-Belġju, il-Ġermanja, id-Danimarka, Franza, in-Netherlands, il-Litwanja u l-Iżvezja) matul diskussjonijiet fil-Kunsill li l-valur limitu għal Kromju VI għandu jitnaqqas meta mqabbel mal-proposta tal-Kummissjoni (0,025 mg/m³). Hija tinsab imħassba li l-valur limitu jiġi stabbilit f'livell relattivament għoli, minkejja li ma hemm l-ebda data aġġornata dwar l-espożizzjoni għall-Kromju VI, peress li d-data użata biex jiġi stabbilit il-limitu propost hija tal-1995. Bħalissa, tliet Stati Membri implimentaw valur limitu ta' 0,001 mg/m³. Għal darb' oħra, għandu japplika l-prinċipju ta' prekawzjoni.

- Trab tal-injam

Ir-rapporteur tikkondividi l-fehma tal-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC) li hemm biżżejjed evidenza li tindika li m'għandha ssir l-ebda distinzjoni bejn trab ta' injam iebes u trab ta' injam artab. Peress li kien hemm avvanzi tekniċi sinifikanti f'dawn l-aħħar snin, minn perspettiva prattika, huwa kompletament possibbli li jiġi stabbilit valur limitu iktar strett għat-trab tal-injam. Minħabba li l-maġġoranza tal-Istati Membri tal-UE għandhom valur limitu ta' 2 mg/m³, dan għandu jkun il-valur limitu komuni għall-Unjoni Ewropea sakemm ikun jista' jinkiseb, abbażi tal-aħjar prattika, il-valur limitu iktar strett ta' 1 mg/m³ (Franza). Għandu jiġi evalwat saħansitra valur limitu iktar strett ta' 0,5 mg/m³ fir-reviżjoni futura ta' din id-Direttiva abbażi tal-impatt fuq is-saħħa u s-sikurezza, il-vijabilità teknika u l-ispiża.

III. Kwistjonijiet ulterjuri li għandhom jiġu indirizzati

Ir-rapporteur ma pproponietx l-introduzzjoni ta' BOELs għal sustanzi addizzjonali fid-dawl tal-intenzjoni espliċita tal-Kummissjoni li tkompli temenda d-Direttiva fil-futur tassew qarib. Peress li hemm għadd kbir ta' sustanzi li ġew identifikati bħala aġenti karċinoġeni, mutaġeni u reprotossiċi, ir-rapporteur tilqa' dawn il-pjanijiet u tħeġġeġ li għandhom jiġu introdotti valuri limitu addizzjonali mingħajr dewmien sabiex ħafna iktar ħaddiema jiġu protetti mill-espożizzjoni, sabiex jiġu evitati iktar riskji u sabiex jiġu salvati iktar ħajjiet.

Il-gbir aħjar tad-data wkoll irid jiġi indirizzat fir-reviżjonijiet tad-Direttiva, permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki fil-livell Ewropew u bl-għajnuna tas-sħab soċjali, speċjalment l-impjegaturi. Fil-preżent, in-nuqqas ta' ġbir ta' data b'mod ċar u komprensiv mill-Istati Membri joħloq ostakli għall-protezzjoni, għall-prevenzjoni u għall-kura tas-saħħa xierqa, kif ukoll għat-tfassil ta' politika responsabbli.

Il-lakuni fil-ġbir tad-data jenfasizzaw ukoll il-ħtieġa tal-introduzzjoni ta' sorveljanza tas-saħħa obbligatorja tul il-ħajja tal-ħaddiema esposti. Dan kien propost bħala emenda għad-direttiva minħabba n-natura urġenti tal-problema, peress li mingħajr data suffiċjenti dwar l-espożizzjoni tal-ħaddiema, huwa impossibbli li jiġi evalwat meta tkun meħtieġa sorveljanza tas-saħħa. Sakemm ikun hemm data suffiċjenti u komprensiva disponibbli u tkun tista' tiġi kondiviża b'mod konsistenti ma' professjonisti tas-saħħa rilevanti, is-sorveljanza tas-saħħa għandha ssir lill-ħaddiema esposti kollha, inkluż wara t-tmiem tal-espożizzjoni u wara t-tmiem tal-ħajja tax-xogħol tagħhom. Dan jinkludi l-ħaddiema, it-trainees, l-apprendisti u l-persunal tal-manutenzjoni kollha li ġew esposti. Id-detezzjoni bikrija tal-kanċer hija wieħed mill-aktar fatturi importanti li jikkontribwixxu għal rati ogħla ta' sopravivenza.

Fuq nota ġenerali din ir-reviżjoni trid titqies bħala l-ewwel pass lejn ambizzjoni mġedda biex il-ħaddiema jiġu protetti minn sustanzi dannużi fuq il-post tax-xogħol. Huwa importanti li wieħed jara liema oqsma ta' politika addizzjonali jistgħu jappoġġaw l-objettiv fit-tul ta' protezzjoni, pereżempju permezz ta' inizjattivi ta' riċerka u innovazzjoni.

  • [1]  Il-kanċer relatat max-xogħol fl-Unjoni Ewropea: Id-daqs, l-impatt u l-possibilitajiet ta' prevenzjoni ulterjuri tal-kanċer relatat max-xogħol fl-Unjoni Ewropea: Id-daqs, l-impatt u l-possibilitajiet ta' prevenzjoni ulterjuri, RIVM, 2016
  • [2]  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar ir-rieżami ta' nofs il-perjodu tal-istrateġija Ewropea 2007-2012 dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (2011/2147(INI))
  • [3]  "Les expositions aux cancérogenes mutagenes et reprotoxiques" (L-espożizzjoni għal karċenoġeni, mutaġeni u sustanzi reprotossiċi), INRS, References en sante au travail, No 144, 2015
  • [4]  AFSSET – Agence francaise de sécurité sanitaire de l'environnement et du travail, Identification d’une liste de substances toxiques pour la reproduction et le développement et Proposition d’une méthode de hiérarchisation pour l’analyse des Valeurs Toxicologiques de Référence, Rapport du groupe d’experts ‘VTR reprotoxic’ , 2006, p. 58.
  • [5]  Evans, T.J.,’ Endocrine disruptors’, Gupta, R.C. (Ed.), Reproductive and Developmental Toxicity, Elsevier Inc., 2011, pp. 874-875.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (1.2.2017)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol
(COM(2016)0248 – C8-0181/2016 – 2016/0130(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Kostas Chrysogonos

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol, li hija sostnuta b'valutazzjoni tal-impatt[1], għandha l-għan li tiggarantixxi livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fl-UE, permezz tal-introduzzjoni fil-livell tal-UE ta' standards tax-xogħol aħjar, rigward l-espożizzjoni tal-ħaddiema għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol.

Speċifikament, l-għanijiet prinċipali tal-proposta huma dawn li ġejjin: a) li ttejjeb il-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema billi titnaqqas l-espożizzjoni okkupazzjonali għall-aġenti kimiċi li jistgħu jikkawżaw il-kanċer jew mutazzjonijiet; b) li tiżgura aktar ċarezza u li toħloq kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-operaturi ekonomiċi; u c) li żżid l-effikaċja tal-qafas tal-UE għall-protezzjoni tal-ħaddiema billi taġġornah fuq il-bażi tal-evidenza xjentifika disponibbli. Dawn l-għanijiet huma konsistenti mad-dritt fundamentali għall-ħajja u għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tal-persuni, kif stabbilit fl-Artikoli 2 u 31 rispettivament tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

Bħala tali, din il-proposta taqa' taħt il-Qafas Strateġiku 2014-2020 tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali  tal-Kummissjoni u taqbel mal-azzjonijiet ta' prijorità tal-Kummissjoni fil-Programm ta' Ħidma tagħha għall-2016 għal suq uniku aktar profond u aktar ġust u għall-istabbiliment ta' suq tax-xogħol ġust u verament pan-Ewropew li jipprovdi lill-ħaddiema protezzjoni deċenti u impjiegi sostenibbli. Fl-UE, il-kanċer huwa l-kawża ewlenija (53 %) tal-imwiet marbuta max-xogħol. Għall-ħaddiema u l-familji tagħhom, il-kanċer ma jirriżultax biss f'telf sostanzjali tal-kwalità tal-ħajja, iżda wkoll fi spejjeż diretti għall-kura tas-saħħa u fit-telf indirett ta' qligħ attwali u futur. Il-kanċer relatat max-xogħol għandu impatt fuq l-ekonomija inġenerali wkoll, billi jnaqqas il-provvista tal-ħaddiema u l-produttività u jżid il-piż fuq il-finanzi pubbliċi minħabba nfiq pubbliku fuq il-kura tas-saħħa u benefiċċji oħra, li kollha jistgħu jiġu evitati. Finalment, għan-negozji l-kanċer relatat max-xogħol jimplika spejjeż għas-sostituzzjoni tal-persunal, telf fil-produttività u l-ħtieġa li jitħallsu pagi ogħla biex jikkumpensaw għar-riskju ogħla fuq il-post tax-xogħol.

Il-ħaddiema fl-UE huma attwalment protetti minn sustanzi kimiċi li jikkawżaw il-kanċer taħt id-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni 2004/37/KE (minn hawn 'il quddiem "CMD"), li hija waħda mill-24 direttiva li jaqgħu taħt id-Direttiva dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (Direttiva 89/391/KEE -minn hawn 'il quddiem il-"Qafas tal-OSH"). Il-Qafas tal-OSH jistabbilixxi għanijiet ġenerali biex jiġu eliminati u mnaqqsa għal minimu r-riskji għas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema. Is-CMD tipprevedi li l-impjegaturi jeħtiġilhom "jidentifikaw u jevalwaw ir-riskji għall-ħaddiema marbuta mal-espożizzjoni għall-karċinoġeni u għandha tiġi evitata l-espożizzjoni fejn ikun hemm ir-riskji". Fejn ikun teknikament possibbli, il-proċess jew l-aġent ikkonċernat għandu jiġi ssostitwit bi proċess jew aġent mhux perikoluż jew anqas perikoluż. Fejn is-sostituzzjoni mhix possibbli, il-karċinoġeni kimiċi għandhom jintużaw f'sistema magħluqa, jew inkella l-espożizzjoni tal-ħaddiem għandha titnaqqas għal livell baxx kemm jista' jkun teknikament possibbli. L-impjegaturi wkoll għandhom l-obbligu li jiżguraw li l-valuri limitu tal-espożizzjoni okkupazzjonali ma jinqabżux.

Il-proposta l-ġdida għandha l-għan li ddaħħal fil-kamp ta' applikazzjoni tas-CMD numru ta' aġenti kimiċi li huma rikonoxxuti bħala karċinoġeni tal-bniedem f'pajjiżi barra mill-UE jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, imma li għadhom mhumiex ikklassifikati taħt is-sistema attwali tal-UE. B'mod speċifiku, tipproponi li jiġu riveduti jew introdotti valuri limitu tal-espożizzjoni okkupazzjonali, fl-UE kollha, għal 13-il aġent kimiku fuq il-bażi tal-aħħar evidenza xjentifika, u b'hekk tarmonizza, fejn jeżistu, il-valuri limitu nazzjonali li jvarjaw ħafna. Skont il-valutazzjoni tal-impatt, dan huwa stmat li se jsalva madwar 100 000 ħajja sal-2069 għal total kwantifikat ta' benefiċċji monetarji relatati mas-saħħa ta' bejn EUR 34 u 89 biljun.

Bħala riżultat, ir-rapporteur għal opinjoni jappoġġja bis-saħħa l-proposta msemmija hawn fuq, minkejja li b'numru ta' emendi, li għandhom l-għan prinċipalment li jenfasizzaw il-bżonn ta' approċċ ta' prekawzjoni rigward l-implimentazzjoni tal-proposta. Il-prinċipju ta' prekawzjoni jista' jiġi ddefinit bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni maħsub biex jiġi applikat sabiex jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, is-sikurezza tal-konsumatur u l-ambjent fl-isferi kollha tal-attività tal-Unjoni.[2] Dan il-prinċipju huwa għalhekk partikolarment importanti fejn hemm inċertezzi dwar l-impatt tat-trattament ta' taħlitiet b'mod speċjali ta' aġenti tossiċi fuq is-saħħa tal-ħaddiema jew fejn id-dejta xjentifika u teknika disponibbli mhix suffiċjenti. Dan essenzjalment jitlob li jiġi stabbilit mudell ġdid u effettiv għall-prevenzjoni tal-kanċer u ta' problemi tas-saħħa relatati li jqis fatturi multipli li jinteraġixxu u l-aħħar titjibiet fit-tekniki tal-kejl, miżuri tal-ġestjoni tar-riskju u fatturi rilevanti oħra.

Finalment, ir-rapporteur jinnota li huma meħtieġa aktar sforzi sabiex il-ħaddiema jiġu protetti b'mod effiċjenti mir-riskji relatati mal-karċinoġeni u l-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol, peress li għad hemm diversi sustanzi li mhumiex inklużi fil-lista tal-proposta li potenzjalment jista' jkollhom impatt ħażin fuq is-saħħa tal-ħaddiema.[3] Is-sustanzi kollha li jistgħu jżidu r-riskju ta' kanċer relatat max-xogħol għandhom ikunu koperti mil-leġiżlazzjoni tal-UE.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Id-Direttiva 2004/37/KE għandha l-għan li tħares il-ħaddiema mir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom mill-espożiżżjoni għall-karċinoġeni jew il-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol u li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għal dak l-għan inklużi valuri limitu, abbażi tad-dejta xjentifika u teknika disponibbli.

(1)  Id-Direttiva 2004/37/KE għandha l-għan li tħares aktar minn 217-il miljun ħaddiem tal-Unjoni mir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom mill-espożiżżjoni għall-karċinoġeni jew il-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol u li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għal dak l-għan inklużi valuri limitu, abbażi tad-dejta xjentifika u teknika disponibbli.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Id-Direttiva 2004/37/KE jeħtieġ li tiġi aġġornata urġentement sabiex tipprevedi miżuri preventivi u protettivi ġodda.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Sustanzi li jagħmlu ħsara lill-fertilità tal-bniedem huma ta' ħsara għas-saħħa tal-ħaddiema daqs il-karċinoġeni jew il-mutaġeni; għalhekk il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2004/37/KE jenħtieġ li jkopri wkoll is-sustanzi li jagħmlu ħsara lill-fertilità tal-bniedem.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)  Huwa essenzjali li jitqies il-prinċipju ta' prekawzjoni, b'mod speċjali fejn hemm inċertezzi dwar l-impatt tat-trattament ta' sustanzi u t-taħlitiet tagħhom fuq is-saħħa tal-ħaddiema jew fejn id-dejta xjentifika u teknika disponibbli mhix suffiċjenti.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-valuri limitu għandhom jiġu riveduti meta meħtieġ fid-dawl tad-dejta xjentifika.

(2)  Biex tittejjeb l-effiċjenza u l-effettività tad-dispożizzjonijiet qafas tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-ħaddiema u b'konformità mal-prinċipju ta' prekawzjoni, il-valuri limitu għandhom jiġu riveduti regolarment fid-dawl tal-aħħar informazzjoni u dejta xjentifiċi u tekniċi, kif ukoll fid-dawl tal-aħħar titjibiet fit-tekniki tal-kejl, miżuri tal-ġestjoni tar-riskji u fatturi oħra rilevanti.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Hemm bżonn li tiġi enfasizzata l-importanza li l-ħaddiema jiġu protetti kontra l-espożizzjoni għall-karċinoġeni, għal mutaġeni u għal sustanzi li huma tossiċi għar-riproduzzjoni. Fuq il-post tax-xogħol, l-irġiel u n-nisa sikwit jiġu esposti għal taħlita ta' sustanzi, li jistgħu jżidu r-riskji għas-saħħa, jikkawżaw effetti ħżiena fuq is-sistemi riproduttivi tagħhom u indebboliment tal-fertilità jew saħansitra infertilità, u jista' jkollhom impatt negattiv fuq l-iżvilupp tal-fetu u fuq l-iżvilupp tat-tfal, inter alia permezz ta' impatti dannużi fuq it-treddigħ jew ħsara li ssir permezz tat-treddigħ. Is-sustanzi li huma tossiċi għar-riproduzzjoni u għall-funzjonament sesswali huma ta' tħassib serju ħafna u jenħtieġ li tiġi applikata l-istess organizzazzjoni ta' prevenzjoni fuq il-post tax-xogħol bħal dik applikata għall-karċinoġeni u l-mutaġeni. Sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni akbar u sikura tan-nisa fis-suq tax-xogħol b'konformità mal-mira ewlenija tal-UE-2020, is-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni jenħtieġ li jiġu koperti fir-reviżjoni tad-Direttiva 2004/37/KE. Dan jagħmilha konformi mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a f'dak li jirrigwarda l-protezzjoni tan-nisa fuq il-post tax-xogħol.

 

___

 

1a. Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  Hemm bżonn tal-prevenzjoni ta' sustanzi kimiċi karċinoġeniċi, mutaġeniċi u tossiċi għar-riproduzzjoni u ta' kampanja ta' informazzjoni fil-livell tal-Unjoni wara l-istatistika tal-produzzjoni kimika l-aktar riċenti tal-Eurostat, li tiddikjara li madwar 31 miljun tunnellata ta' sustanzi kimiċi karċinoġeni, mutaġeniċi u tossiċi għar-riproduzzjoni jiġu prodotti kull sena fl-Unjoni.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Għal xi karċinoġeni u mutaġeni huwa neċessarju li jiġu kkunsidrati l-mezzi kollha ta' assorbiment, inkluża l-possibilità ta' penetrazzjoni mill-ġilda, sabiex ikun żgurat l-aħjar livell possibbli ta' protezzjoni.

(3)  Skont il-prinċipju ta' prekawzjoni, huwa essenzjali li jiġu kkunsidrati l-mezzi alternattivi ta' assorbiment għall-karċinoġeni, il-mutaġeni u s-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni, inkluża l-possibilità ta' penetrazzjoni mill-ġilda, sabiex ikun żgurat l-ogħla livell possibbli ta' protezzjoni għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-Espożizzjoni għal Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol ("il-Kumitat") jassisti lill-Kummissjoni, b'mod partikolari fl-evalwazzjoni tal-aħħar dejta xjentifika disponibbli u jgħinha tipproponi limiti ta' espożizzjoni okkupazzjonali għall-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji kimiċi li għandhom li jiġu ffissati fil-livell tal-UE skont id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE47 u d-Direttiva 2004/37/KE. Għall-aġenti kimiċi o-toluwidina u 2-nitropropan, ma kien hemm l-ebda rakkomandazzjonijiet mill-Kumitat u sorsi oħra ta' informazzjoni xjentifika, b'saħħthom biżżejjed u fid-dominju pubbliku, li ġew ikkunsidrati.48,49

(4)  Il-Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-Espożizzjoni għal Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol ("il-Kumitat") jassisti lill-Kummissjoni, b'mod partikolari fl-identifikazzjoni, fl-evalwazzjoni u fl-analiżi fid-dettall tal-aħħar dejta xjentifika disponibbli u jgħinha tipproponi limiti ta' espożizzjoni okkupazzjonali għall-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji kimiċi li għandhom li jiġu ffissati fil-livell tal-UE skont id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE47 u d-Direttiva 2004/37/KE. Għall-aġenti kimiċi o-toluwidina u 2-nitropropan, ma kien hemm l-ebda rakkomandazzjonijiet mill-Kumitat u sorsi oħra ta' informazzjoni xjentifika, b'saħħithom biżżejjed u fid-dominju pubbliku, li ġew ikkunsidrati.48,49

__________________

___

47 Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta' April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma' l-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, 05.05.1998, p. 11).

47 Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta' April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma' l-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, 05.05.1998, p. 11).

http://monographs.iarc.fr/ENG/Monographs/vol77/mono77-11.pdf http://monographs.iarc.fr/ENG/Monographs/vol99/mono99-15.pdf u http://monographs.iarc.fr/ENG/Monographs/vol100F/mono100F-11.pdf

48 http://monographs.iarc.fr/ENG/Monographs/vol77/mono77-11.pdfhttp://monographs.iarc.fr/ENG/Monographs/vol99/mono99-15.pdf u http://monographs.iarc.fr/ENG/Monographs/vol100F/mono100F-11.pdf

 

49 http://monographs.iarc.fr/ENG/Monographs/vol1-42/mono29.pdf u http://monographs.iarc.fr/ENG/Monographs/vol71/mono71-49.pdf

49 http://monographs.iarc.fr/ENG/Monographs/vol1-42/mono29.pdf u http://monographs.iarc.fr/ENG/Monographs/vol71/mono71-49.pdf

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Hemm biżżejjed evidenza li turi l-karċinoġeniċità tat-trab tas-silika kristallina respirabbli. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li tinkludi dejta xjentifika u teknika, valur limitu għat-trab respirabbli tas-silika kristallina għandhom jiġu stabbiliti. It-trab respirabbli tas-silika kristallina ġġenerat minn proċess ta' xogħol mhux suġġett għall-klassifikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50. Għalhekk huwa xieraq li jiġi inkluż xogħol li jinvolvi espożizzjoni għat-trab respirabbli tas-silika kristallina ġġenerat minn proċess ta' xogħol fl-Anness I tad-Direttiva 2004/37/KE u li jiġi stabbilit valur ta' limitu għat-trab respirabbli tas-silika kristallina ("frazzjoni respirabbli").

(5)  Hemm biżżejjed evidenza li turi l-karċinoġeniċità tat-trab tas-silika kristallina respirabbli, li jista' jidħol fil-pulmun u jikkawża problemi serji tas-saħħa. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li tinkludi dejta xjentifika u teknika, valur limitu għat-trab respirabbli tas-silika kristallina għandhom jiġu stabbiliti. It-trab respirabbli tas-silika kristallina ġġenerat minn proċess ta' xogħol mhux suġġett għall-klassifikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50. Għalhekk huwa xieraq li jiġi inkluż xogħol li jinvolvi espożizzjoni għat-trab respirabbli tas-silika kristallina ġġenerat minn proċess ta' xogħol jew proċess relatat ieħor fl-Anness I tad-Direttiva 2004/37/KE u li jiġi stabbilit valur ta' limitu għat-trab respirabbli tas-silika kristallina ("frazzjoni respirabbli").

 

___

50 Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

50 Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Gwidi u prattika tajba żviluppati permezz ta' inizjattivi bħall-"Ftehim dwar il-Protezzjoni tas-Saħħa tal-Ħaddiema Permezz tat-Trattament u l-Użu Tajjeb tas-Silika Kristallina u Prodotti li fihom is-Silika Kristallina" tad-Djalogu Soċjali (NEPSI) huma strumenti importanti sabiex jiġu kkumplimentati miżuri regolatorji u b'mod partikolari biex tappoġġa l-implimentazzjoni effettiva tal-valuri limitu.

(6)  Gwidi u prattika tajba żviluppati permezz ta' inizjattivi bħall-"Ftehim dwar il-Protezzjoni tas-Saħħa tal-Ħaddiema Permezz tat-Trattament u l-Użu Tajjeb tas-Silika Kristallina u Prodotti li fihom is-Silika Kristallina" tad-Djalogu Soċjali (NEPSI) huma strumenti importanti sabiex jiġu kkumplimentati miżuri regolatorji u b'mod partikolari biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni effettiva tal-valuri limitu, u biex dawn tal-aħħar jiġu aġġornati fid-dawl tal-prattika attwali.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Il-valuri limitu stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE għall-monomer tal-klorur tal-vinil u għat-trab tal-injam iebes għandhom jiġu riveduti fid-dawl tal-informazzjoni xjentifika aktar riċenti.

(7)  Sabiex jiġu żgurati l-konformità mal-prinċipju ta' prekawzjoni u l-applikazzjoni tiegħu fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, il-valuri limitu stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE għall-monomer tal-klorur tal-vinil, it-trab tal-injam iebes, il-benżen u l-kromju (VI) għandhom jiġu riveduti regolarment fid-dawl tal-informazzjoni xjentifika iktar riċenti.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Ċerti komposti tal-kromju (VI) jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniċi tal-kategorija 1A jew 1B skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk huma karċinoġeni fit-tifsira tad-Direttiva 2004/37/KE. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li tinkludi dejta xjentifika u teknika, huwa possibbli li jiġi stabbilit valur limitu għal dawn il-komposti tal-kromju VI. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit valur limitu għall-komposti tal-kromju (VI) li huma karċinoġeni fit-tifsira tad-Direttiva 2004/37/KE.

(12)  Ċerti komposti tal-kromju (VI) jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniċi tal-kategorija 1A jew 1B skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk huma karċinoġeni fit-tifsira tad-Direttiva 2004/37/KE. Għaldaqstant huwa possibbli u meħtieġ li jiġi stabbilit valur limitu għall-komposti tal-kromju VI li huma karċinoġeni fit-tifsira tad-Direttiva 2004/37/KE, fuq il-bażi tal-aktar informazzjoni reċenti disponibbli, inkluża dejta xjentifika u teknika.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Din l-emenda ssaħħaħ il-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom.

(18)  L-għan tal-emenda tad-Direttiva 2004/37/KE hu li ttejjeb u ssaħħaħ il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom, permezz tat-tisħiħ ta' mezzi xierqa ta' kontroll. Barra minn hekk, l-emenda żżid l-effettività u ċ-ċarezza tal-liġi rilevanti tal-Unjoni u tiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-prinċipji minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 31(1) tagħha.

(20)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-prinċipji minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt fundamentali għall-ħajja skont l-Artikolu 2 u d-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa u ġusti fir-rigward tas-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tal-persuni skont l-Artikoli 2 u l-Artikolu 31(1) tagħha.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Peress li din tolqot is-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom, l-iskadenza għat-traspożizzjoni għandu tkun ta' sena.

(23)  Peress li din tolqot il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom, l-iskadenza għat-traspożizzjoni ma għandhiex tkun aktar tard minn sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Titolu

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1)   It-titlu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol"

"Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol"

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1a)  Fl-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

"1.   Din id-Direttiva għandha bħala l-għan tagħha l-protezzjoni tal-ħaddiema kontra riskji għas-saħħa u sigurtà tagħhom, inkluż il-prevenzjoni ta' dawn ir-riskji, li jinqalgħu jew li jistgħu jinqalgħu minn esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol.

"1.   Din id-Direttiva għandha bħala l-għan tagħha l-protezzjoni tal-ħaddiema kontra riskji għas-saħħa u sigurtà tagħhom, inkluż il-prevenzjoni ta' dawn ir-riskji, li jinqalgħu jew li jistgħu jinqalgħu minn esposizzjoni għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi li jagħmlu ħsara lill-fertilità tal-bniedem fuq il-post tax-xogħol.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1b (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 2 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1b)   Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:

 

"(ca)   "sustanza tossika għar-riproduzzjoni" tfisser sustanza li tissodisfa l-kriterji biex tiġi kklassifikata bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1A jew tal-kategorija 1B stipulati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008."

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1c (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 17a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1c)   Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 17a

 

Sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni

 

Sal-1 ta' Novembru 2017, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta l-Istati Membri u s-sħab soċjali, tirrevedi din id-Direttiva u tipproponi kwalunkwe emenda meħtieġa biex tqis l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha."

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Emenda tad-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol

Referenzi

COM(2016)0248 – C8-0181/2016 – 2016/0130(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

25.5.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

25.5.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Kostas Chrysogonos

11.7.2016

Eżami fil-kumitat

8.11.2016

28.11.2016

 

 

Data tal-adozzjoni

31.1.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Therese Comodini Cachia, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Jiří Maštálka, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Sergio Gaetano Cofferati, Angel Dzhambazki, Evelyne Gebhardt

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tad-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol

Referenzi

COM(2016)0248 – C8-0181/2016 – 2016/0130(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

10.5.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

25.5.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

25.5.2016

ITRE

25.5.2016

JURI

25.5.2016

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

14.6.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Marita Ulvskog

2.6.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

31.8.2016

13.10.2016

8.12.2016

25.1.2017

Data tal-adozzjoni

28.2.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Tiziana Beghin, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, Ole Christensen, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Jan Keller, Ádám Kósa, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, Georgi Pirinski, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Maria João Rodrigues, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Romana Tomc, Marita Ulvskog, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Heinz K. Becker, Sergio Gutiérrez Prieto, Krzysztof Hetman, Paloma López Bermejo, Evelyn Regner, Jasenko Selimovic, Csaba Sógor

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ulrike Rodust

Data tat-tressiq

9.3.2017

  • [1]  SWD(2016) 152 u SWD(2016) 153.
  • [2]  Ara fost l-oħrajn, Kawża T-74/00, Artegodan vs il-Kummissjoni [2000] ECR II-02583, punti 183-184.
  • [3]  Ara fost l-oħrajn H. Wriedt, "Occupational Health & Safety Advice Centre, Report – Carcinogens that should be subject to binding limits on workers' exposure" (Ċentru tal-Pariri dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali, Rapport – Il-karċinoġeni li għandhom ikunu soġġetti għal limiti vinkolanti fuq l-espożizzjoni tal-ħaddiema) (2016).

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

38

+

ALDE

EFDD

EPP

Green/EFA

GUE/NGL

NI

S&D

Enrique Calvet Chambon, Marian Harkin, Jasenko Selimovic, Renate Weber

Laura Agea, Tiziana Beghin

Heinz K. Becker, Krzysztof Hetman, Ádám Kósa, Jérôme Lavrilleux, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Csaba Sógor, Romana Tomc

Jean Lambert;Tatjana Ždanoka

Patrick Le Hyaric, Paloma López Bermejo

Lampros Fountoulis

Maria Arena, Guillaume Balas;, Vilija Blinkevičiūtė, Ole Christensen, Elena Gentile, Sergio Gutiérrez Prieto, Agnes Jongerius, Jan Keller, Georgi Pirinski, Evelyn Regner, Maria João Rodrigues, Ulrike Rodust, Marita Ulvskog

6

-

ECR

Arne Gericke, Czesław Hoc, Anthea McIntyre, Jana Žitňanská, Dominique Martin, Joëlle Mélin

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet