RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015

31.3.2017 - (2016/2161(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Inés Ayala Sender

Proċedura : 2016/2161(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0145/2017
Testi mressqa :
A8-0145/2017
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2161(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru[1],

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 – C8-0048/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 337/75 tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0145/2017),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2161(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru[6],

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[7] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 – C8-0048/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[8], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 337/75 tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali[9], u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0145/2017),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2161(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0145/2017),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali ("iċ-Ċentru"), il-baġit finali tiegħu għas-sena finanzjarja 2015 kien ta' EUR 18 356 560, u dan jirrappreżenta żieda ta' 6,27 % meta mqabbel mal-2014, billi l-baġit kollu taċ-Ċentru huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2015 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

C.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tissaħħaħ ulterjorment permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

Segwitu għall-kwittanza 2014

1.  Jirrikonoxxi l-fatt li:

  sa tmiem l-2015 iċ-Ċentru kien għalaq 11 mit-23 rakkomandazzjoni u azzjoni relatata dwar kif jista' jiżviluppa u jsaħħaħ ir-rwol tiegħu, li kienu ġew proposti fl-ambitu tal-evalwazzjoni perjodika esterna tiegħu, u għandu jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li fadal;

  ix-xogħlijiet ta' tiswija fuq il-bini taċ-Ċentru tlestew f'Diċembru 2015 u ċ-Ċentru ffirma protokoll ta' aċċettazzjoni għall-użu taż-żoni li kienu soġġetti għat-tiswija mal-kumpanija responsabbli għax-xogħlijiet u dik il-kumpanija ntalbet tipprovdi pjan u proċess ta' azzjoni għall-monitoraġġ tal-qagħda tal-bini għal minn tal-inqas għaxar snin wara t-tlestija tax-xogħlijiet;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 98,61 %, li tirrappreżenta żieda ta' 3 % meta mqabbla mas-sena preċedenti; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 83,04 %, liema rata tfisser tnaqqis ta' 3,33 % meta mqabbla ma' dik tas-sena preċedenti;

Impenji u riporti

3.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2015 ("ir-rapport tal-Qorti"), il-livell tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati kien ta' EUR 477 994 jew 28 % għat-Titolu II (nefqa amministrattiva); jirrikonoxxi l-fatt li dawk ir-riporti kienu jikkonsistu fil-biċċa l-kbira mill-volum għoli ta' tagħmir tan-netwerks u tagħmir tal-IT ieħor meħtieġ għar-rinnovazzjoni taż-żoni msewwija tal-bini taċ-Ċentru li sa tmiem l-2015 kienu għadhom ma ġewx ikkonsenjati jew iffatturati; jinnota li r-riporti ħafna drabi jkunu parzjalment jew għalkollox ġustifikabbli min-natura pluriennali tal-programmi operattivi taċ-Ċentru, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li dejjem imorru kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati minn qabel miċ-Ċentru u kkomunikati lill-Qorti;

4.  Jinnota li ċ-Ċentru kien kapaċi juża tfaddil addizzjonali li jirriżulta minn aġġustament 'l isfel fil-fattur ta' ponderazzjoni tas-salarji minn 83,8 % fl-2014 għal 79,9 %; jinnota, barra minn hekk, li dan l-aġġustament ġie kkomunikat liċ-Ċentru biss f'Novembru 2015; jirrikonoxxi l-fatt li, għad li ċ-Ċentru seta' juża l-fondi immedjatament qabel tmiem is-sena, l-iżborż seta' jsir biss fl-2016;

Trasferiment

5.  Jinnota, mir-rapport ta' attività annwali taċ-Ċentru, li fl-2015 dan għamel 57 trasferiment, li jammontaw għal EUR 586 100 mit-Titolu I (nefqa tal-persunal) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u t-Titolu III (nefqa operattiva) bil-għan li jimmassimizza l-effiċjenza fl-użu tal-fondi disponibbli; jinnota b'sodisfazzjon li l-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2015 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

6.  Jinnota li, fl-2015, iċ-Ċentru pproċessa 70 proċedura ta' akkwist, li jirrappreżentaw żieda ta' 32 % meta mqabbla mal-2014, li 21 % minnhom kienu proċeduri miftuħa u 79 % kienu proċeduri nnegozjati;

7.  Japprezza l-fatt li ċ-Ċentru baqa' impenjat b'mod attiv favur l-opportunitajiet indaqs fir-reklutaġġ u l-impjieg, b'persunal magħmul minn 61 % nisa u 39 % irġiel, u li għandu wkoll l-għan li jiżgura bilanċ ġeografiku; jilqa' l-fatt li n-nisa huma rappreżentati sew f'kull livell, inkluż il-livell maniġerjali;

8.  Jinnota li sar aġġustament 'l isfel tas-salarji fi tmiem l-2015; jistieden liċ-Ċentru jiżgura li dan ma jwassalx għal impatt negattiv fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol tal-membri tal-persunal u fuq il-kapaċità taċ-Ċentru li jagħmel il-pożizzjoni tiegħu waħda kompetittiva u attraenti;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

9.  Jirrikonoxxi l-fatt li, bħala proċedura standard, id-Direttur taċ-Ċentru talab lill-membri tal-Bord Governattiv li għadhom kif inħatru biex jiffirmaw dikjarazzjoni ta' kunflitti ta' interess f'konformità mal-politika taċ-Ċentru dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess li ġiet adottata f'Ottubru 2014; jinnota, barra minn hekk, li ċ-Ċentru fakkar u ħeġġeġ b'mod regolari lil dawk il-ftit membri tal-Bord Governattiv li għadhom ma ppreżentawx dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess biex din jippreżentawha; iħeġġeġ lill-bqija tal-membri jissottomettu dikjarazzjonijiet iffirmati mingħajr dewmien ulterjuri; jistieden liċ-Ċentru jippubblika dawn id-dokumenti fuq is-sit web tiegħu biex jippermetti lill-pubbliku jkollu l-ħarsa ġenerali meħtieġa dwar il-maniġment superjuri taċ-Ċentru;

10.  Ifakkar li, fit-22 ta' Ottubru 2014, iċ-Ċentru adotta strateġija kontra l-frodi, flimkien mal-politika tiegħu dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess; jirrikonoxxi li lill-persunal tiegħu ċ-Ċentru jipprovdilu, fuq bażi regolari, attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni dwar l-etika, l-integrità u kwistjonijiet dwar il-kontroll intern, inkluża sessjoni ta' informazzjoni ġenerali dwar l-istrateġija kontra l-frodi taċ-Ċentru, il-prinċipji tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, il-linji gwida dwar ir-rappurtar tal-irregolaritajiet (żvelar ta' informazzjoni protetta) u "l-bnadar ħomor" relatati mal-proċeduri ta' akkwist;

Kontrolli interni

11.  Jinnota li ċ-Ċentru jwettaq b'mod regolari valutazzjoni tar-riskju u jħejji pjan ta' ġestjoni tar-riskji, li huwa parti mill-programm ta' ħidma annwali tiegħu, bil-għan li jidentifika r-riskji li jistgħu jaffettwaw il-ksib tal-objettivi taċ-Ċentru; jinnota li ċ-Ċentru jevalwa r-riskji abbażi tal-impatt potenzjali tagħhom fuq l-organizzazzjoni u l-probabbiltà li r-riskji jsiru realtà; jinnota b'sodisfazzjon li, skont il-programm ta' ħidma tiegħu għall-2015, il-maniġment taċ-Ċentru kkontrolla r-riskji fil-livell tal-attivitajiet u tal-proġetti, u l-livelli ta' riskju żammhom taħt il-punt ta' riferiment;

12.  Jifhem li l-maniġment taċ-Ċentru identifika riskju ġeneriku wieħed 'il fuq mill-punt ta' riferiment rigward il-kwistjoni ta' domandi (esterni) mhux previsti min-naħa tal-partijiet ikkonċernati; jinnota li bir-riżorsi li ċ-Ċentru għandu għad-dispożizzjoni tiegħu jaf ikun diffiċli li jiġu ssodisfati tali domandi mill-partijiet ikkonċernati, inklużi l-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jinnota li b'mod regolari ċ-Ċentru jinforma lill-membri tal-Bord Governattiv tiegħu dwar il-bidliet fil-programm ta' ħidma tiegħu, u l-fatt li l-monitoraġġ mill-qrib tal-iżviluppi jippermetti liċ-Ċentru jantiċipa d-domandi u jintegra tali attivitajiet b'mod xieraq jew jaġġusta l-programm ta' ħidma annwali skont ir-riżorsi disponibbli u tali domandi;

Awditjar intern

13.  Jirrikonoxxi l-fatt li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar "l-akkwist, inklużi l-prevenzjoni tal-frodi u l-konsulenza legali", bħala parti mill-pjan ta' awditjar strateġiku tal-IAS maqbul mill-2013 sal-2015; josserva li r-rapport tal-awditjar finali kien fih ħames rakkomandazzjonijiet, li waħda minnhom kienet immarkata bħala ''importanti ħafna'' u erbgħa bħala ''importanti''; jinnota, barra minn hekk, li ċ-Ċentru ħejja pjan ta' azzjoni bil-għan li jindirizza r-rakkomandazzjonijiet kollha, li kellu jiġi implimentat sa tmiem l-2016; jistieden liċ-Ċentru jgħaddi rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni;

Prestazzjoni

14.  Jinnota li ċ-Ċentru jikkoopera mill-qrib mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) u li din il-kooperazzjoni hija fformalizzata fi ftehimiet ta' kooperazzjoni bejn dawk l-aġenziji kif ukoll fi programmi ta' ħidma annwali maqbula preċedentement;

15.  Jirrikonoxxi l-fatt li ċ-Ċentru kkontribwixxa b'mod attiv f'għadd ta' attivitajiet tan-netwerk għall-iżvilupp tal-prestazzjoni tal-aġenziji tal-Unjoni bħal, pereżempju, il-grupp ta' ħidma dwar "l-ibbaġitjar, l-evalwazzjoni tal-ispejjeż u l-ġestjoni bbażati fuq l-attivitajiet", filwaqt li kkoopera ma' aġenziji oħra tal-Unjoni biex jiġbor il-prattiki tajba u jiżviluppa ġabra ta' għodod għall-ġestjoni bbażata fuq l-attivitajiet fi ħdan l-aġenziji tal-Unjoni;

16.  Jinnota li s-sistema ta' kejl tal-prestazzjoni taċ-Ċentru hija parti integrali mill-proċessi tal-ippjanar u r-rappurtar tiegħu; jinnota li s-sistema ta' kejl tal-prestazzjoni tipprovdi fehim tal-kisbiet, ir-rilevanza u l-effiċjenza taċ-Ċentru u tippromwovi kultura ta' titjib kontinwu fost il-membri tal-persunal tiegħu; jinnota b'sodisfazzjon li r-rieżami intern tas-sistema ta' kejl tal-prestazzjoni li sar fl-2015 ikkonferma li s-sistema ta' kejl tal-prestazzjoni tipprovdi għodda analitika ċara biex dak li jkun jifhem il-prestazzjoni taċ-Ċentru b'enfasi paritkolari fuq l-eżiti tal-ħidma tiegħu;

Kummenti oħra

17.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-bini pprovdut liċ-Ċentru min-naħa tal-awtoritajiet Griegi huwa mibni fuq linja ta' qasma attiva, u dan ikkawża ħsara strutturali fil-bini; jirrikonoxxi l-fatt li x-xogħol ta' tiswija fuq il-bini tlesta f'Diċembru 2015; jinnota li ċ-Ċentru ffirma protokoll ta' aċċettazzjoni għall-użu taż-żoni li kienu soġġetti għat-tiswija u li l-kumpanija responsabbli għax-xogħlijiet intalbet tipprovdi pjan u proċess ta' azzjoni għall-monitoraġġ tal-qagħda tal-bini għal minn tal-inqas għaxar snin wara t-tlestija tax-xogħlijiet;

18.  Jinnota li ċ-Ċentru qed jindirizza diversi problemi ta' sikurezza relatati mal-kostruzzjoni tal-bini; jinnota, b'mod partikolari, kwistjoni ta' sikurezza li tikkonċerna l-faċċata tal-ħġieġ tal-bini u t-tamboċċi tas-swali tal-konferenzi taċ-Ċentru, kwistjoni li qed taffettwa d-disponibbiltà tal-faċilitajiet taċ-Ċentru; jistieden liċ-Ċentru u lill-Kummissjoni jħejju dokument ta' valutazzjoni tar-riskju biex iservi ta' bażi għal deċiżjonijiet futuri li għandhom jittieħdu f'dak li jikkonċerna x-xogħlijiet ta' tiswija possibbli fuq il-bini u deċiżjonijiet eventwali dwar ir-rilokazzjoni lejn bini ieħor;

19.  Jinnota li x-xogħlijiet ta' tiswija u t-tisħiħ strutturali tlestew fl-2015; jinnota b'sodisfazzjon li l-qari tal-apparat għall-identifikazzjoni tax-xquq li sar dan l-aħħar f'April 2016 wera li x-xogħlijiet ta' tiswija kienu effikaċi; jilqa' l-installazzjoni tas-sistemi kollha meħtieġa għall-monitoraġġ tal-istabbiltà u r-rata ta' żerżiq, kif ukoll il-ħolqien ta' assigurazzjoni kontra ż-żerżiq tal-bini, li indirizzaw b'mod komprensiv il-ħsara strutturali;

20.  Josserva li ċ-Ċentru għadu qed iħabbat wiċċu ma' diversi kwistjonijiet ta' sikurezza marbuta mal-faċċata tal-ħġieġ tal-bini u t-tamboċċi tas-swali tal-konferenzi taċ-Ċentru, fejn qed jidher tkagħbir bl-użu aċċelerat; jinnota li x-xogħlijiet immirati biex dawn il-kwistjonijiet jissolvew għalkollox tlestew f'Novembru 2016; jinnota wkoll li, minħabba li t-tiswijiet fuq it-twieqi kienu indispensabbli, ix-xogħlijiet ġew iffinanzjati mill-baġit taċ-Ċentru u li ċ-Ċentru bħalissa qed isegwi b'mod attiv il-kwistjoni tar-responsabbiltà finanzjarja mal-awtoritajiet Griegi; jistieden liċ-Ċentru jgħaddi rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar it-tlestija u l-effikaċja tax-xogħlijiet, kif ukoll dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà finanzjarja; jistieden liċ-Ċentru, barra minn hekk, biex jivvaluta jekk il-problemi rikorrenti marbuta mal-bini attwali jqanqlux dubju mhux biss dwar il-vijabbiltà ekonomika tiegħu, iżda, aktar importanti minn hekk, dwar is-sikurezza u s-sigurtà tal-persunal tiegħu u jekk ir-rilokazzjoni lejn bini ġdid tkunx soluzzjoni preferibbli;

21.  Japprezza l-kwalità tajba tar-riċerka, tal-analiżi u tal-konsulenza teknika taċ-Ċentru li permezz tagħhom hu jappoġġa l-iżvilupp tat-tagħlim tul il-ħajja u tal-politiki Ewropej dwar l-ETV u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tagħhom sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jiksbu ħiliet tajbin u sabiex jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Istrateġija Ewropa 2020;

22.  Jilqa' l-enfasi taċ-Ċentru fuq il-kompetenzi u l-ħiliet li, fost objettivi oħra, tgħin sabiex ikun hemm tlaqqigħ aħjar tal-ħiliet mad-domandi tas-suq tax-xogħol u b'mod partikolari jilqa' l-ewwel Stħarriġ Ewropew dwar il-Ħiliet u l-Impjiegi kif ukoll it-tnedija tal-Panorama tal-Ħiliet il-ġdida; jilqa' l-fatt li ċ-Ċentru pprovda aktar analiżi u informazzjoni speċifika għall-pajjiż u wessa' l-appoġġ tiegħu lil Stati Membri individwali permezz ta' għarfien espert ipprovdut fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-politiki;

23.  Jirrikonoxxi li l-qafas ta' politika li jiggwida l-ħidma taċ-Ċentru evolva fl-2015 sabiex jinkludi sett ġdid ta' prijoritajiet għall-perjodu 2015-2020 kif approvat mill-Ministri responsabbli għall-politiki dwar l-ETV fil-konklużjonijiet ta' Riga;

24.  Jinnota li, fil-bidu tal-2015, iċ-Ċentru introduċa struttura interna ġdida u li l-2015 kienet l-ewwel sena sħiħa taċ-Ċentru taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni;

°

°  °

25.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' [xx xxxx 2017][11] [dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji].).

1.2.2017

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2161(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Marian Harkin

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2015 kienu legali u regolari u li l-pożizzjoni finanzjarja tagħha sal-31 ta' Diċembru 2015 hija rappreżentata b'mod ġust;

2.  Japprezza l-kwalità tajba tar-riċerka, tal-analiżi u tal-konsulenza teknika taċ-Ċentru li permezz tagħhom hu jappoġġa l-iżvilupp tat-tagħlim tul il-ħajja u tal-politiki Ewropej dwar l-ETV u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tagħhom sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jiksbu ħiliet tajbin u sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi stipulati fl-istrateġija Ewropa 2020;

3.  Ifaħħar ir-rata għolja ta' implimentazzjoni tal-baġit fl-2015 (98,55 %) u twettiq ġenerali tajjeb tal-objettivi; jinnota, madankollu, li l-livell ta' approprjazzjonijiet riportati kien għoli għat-Titolu II (28 %); jinnota li dan irriżulta minn kwantià kbira ta' tagħmir meħtieġa wara l-arranġament mill-ġdid tal-bini taċ-Ċentru li kienu għadu ma ġiex imwassal jew iffatturat sa tmiem l-2015;

4.  Jilqa' l-attenzjoni taċ-Ċentru fuq il-kompetenzi u l-ħiliet li, fost objettivi oħra, jgħin sabiex ikun hemm tlaqqigħ aħjar tal-ħiliet mad-domandi tas-suq tax-xogħol u b'mod partikolari jilqa' l-ewwel Stħarriġ Ewropew dwar il-Ħiliet u l-Impjiegi kif ukoll it-tnedija tal-Panorama tal-Ħiliet il-ġdid; jilqa' l-fatt li ċ-Ċentru pprovda aktar analiżi u informazzjoni speċifika għall-pajjiż u espanda l-appoġġ tiegħu lil Stati Membri individwali permezz ta' għarfien espert pprovdut fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-politika;

5.  Jinnota l-ħtieġa għal orjentazzjoni u direzzjoni aktar ċari taċ-Ċentru, sabiex tiġi żviluppata ulterjorment is-sistema tal-ġestjoni tal-persunal u sabiex torbot mill-qrib l-attivitajiet ma' indikaturi b'tali mod li titjieb il-prestazzjoni ġenerali tal-Aġenzija;

6.  Jirrikonoxxi li l-qafas politiku li jiggwida l-ħidma taċ-Ċentru evolva fl-2015 sabiex jinkludi sett ġdid ta' prijoritajiet għall-perjodu 2015 sal-2020 kif approvat mill-Ministri responsabbli għal-linji politiċi dwar l-ETV fil-Konklużjonijiet ta' Riga;

7.  Jinnota li sar aġġustament 'l isfel tas-salarji fi tmiem l-2015; jistieden liċ-Ċentru sabiex jiżgura li dan ma jwassalx għal impatt negattiv fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol tal-membri tal-persunal u fuq il-kapaċità taċ-Ċentru li jagħmel il-pożizzjoni tiegħu waħda kompetittiva u attraenti;

8.  Jinnota li, fil-bidu tal-2015, iċ-Ċentru introduċa struttura interna ġdida u li l-2015 kienet l-ewwel sena sħiħa taċ-Ċentru taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni;

9.  Jilqa' l-miżuri ta' segwitu taċ-Ċentru fir-rigward tal-kummenti tal-awtorità ta' kwittanza rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tas-snin preċedenti; jinnota li fl-2015, tlestew ix-xogħlijiet interni u esterni kollha fuq il-bini taċ-Ċentru sabiex titranġa u tissaħħaħ l-istruttura tiegħu minħabba l-pożizzjoni tagħha fuq qasma attiva, u li kwistjonijiet dwar is-sikurezza tal-bini għadhom qed jiġu indirizzati u għandhom jiġu riżolti fl-2016; jistieden liċ-Ċentru jkompli jżomm lill-Parlament aġġornat dwar dawn il-kwistjonijiet ta' sikurezza.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

25.1.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, Ole Christensen, Lampros Fountoulis, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Renate Weber, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Heinz K. Becker, Lynn Boylan, Dieter-Lebrecht Koch, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Evelyn Regner, Csaba Sógor, Helga Stevens, Flavio Zanonato

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Valli

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

22.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Bogusław Liberadzki, Monica Macovei, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Hannu Takkula, Derek Vaughan, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Gerben-Jan Gerbrandy, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Patricija Šulin

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jens Geier, Piernicola Pedicini

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

21

+

ALDE

ECR

GUE/NGL

PPE

S&D

VERTS/ALE

Martina Dlabajová, Gerben-Jan Gerbrandy, Hannu Takkula

Monica Macovei

Luke Ming Flanagan, Dennis de Jong

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Joachim Zeller, Patricija Šulin

Inés Ayala Sender, Jens Geier, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Bogusław Liberadzki, Derek Vaughan

Benedek Jávor, Bart Staes

4

-

ECR

EFDD

ENF

Richard Ashworth, Notis Marias

Piernicola Pedicini

Jean-François Jalkh

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

  • [1]  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 32.
  • [2]  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 32.
  • [3]  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [4]  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.
  • [5]  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
  • [6]  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 32.
  • [7]  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 32.
  • [8]  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [9]  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.
  • [10]  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
  • [11]  Testi adottati ta' din id-data, P[8_TA(-PROV)(2017)0000].