Proċedura : 2016/0287(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0181/2017

Testi mressqa :

A8-0181/2017

Dibattiti :

PV 12/09/2017 - 3
CRE 12/09/2017 - 3

Votazzjonijiet :

PV 12/09/2017 - 7.11

Testi adottati :

P8_TA(2017)0326

RAPPORT     ***I
PDF 1141kWORD 130k
4 ta' Mejju 2017
PE 592.352v01-00 A8-0181/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 fejn tidħol il-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali

(COM(2016)0589 – C8-0378/2016 – 2016/0287(COD))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Carlos Zorrinho

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI R-RAPPORTEUR IRĊIEVA INPUT MINGĦANDHOM
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 fejn tidħol il-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali

(COM(2016)0589 – C8-0378/2016 – 2016/0287(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0589),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0378/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mil-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li ssostni li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' Jannar 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ta' 00/00/00(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0181/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi viżjoni Ewropea tal-konnettività tal-internet għaċ-ċittadini u għan-negozji fis-Suq Uniku Diġitali14 tiddeskrivi bosta miżuri possibbli li kapaċi jsaħħu l-konnettività fl-Unjoni Ewropea.

(1)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 bit-titolu "Konnettività għal Suq Uniku Diġitali Kompetittiv – Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits", li tistabbilixxi viżjoni Ewropea tal-konnettività tal-internet għaċ-ċittadini, għall-istituzzjonijiet pubbliċi u għan-negozji fis-Suq Uniku Diġitali, tiddeskrivi bosta miżuri possibbli li kapaċi jsaħħu l-konnettività fl-Unjoni Ewropea.

__________________

 

14 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Konnettività għal Suq Uniku Diġitali Kompetittiv – Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits (COM(2016)587).

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-26 ta' Awwissu 2010 bit-titolu "Aġenda Diġitali għall-Ewropa", il-Kummissjoni tfakkar li l-Istrateġija Ewropa 2020 enfasizzat l-importanza tal-introduzzjoni tal-broadband sabiex jiġu promossi l-inklużjoni soċjali u l-kompetittività fl-Unjoni, filwaqt li reġgħet stqarret l-għan li tiżgura li, sal-2020, iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jkollhom aċċess għal veloċitajiet ferm ogħla tal-internet ta' aktar minn 30 Mbps u li 50 % jew aktar tad-djar fl-Unjoni jabbonaw għal konnessjonijiet tal-internet ta' 'l fuq minn 100 Mbps.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Fost il-miżuri li jappoġġaw il-viżjoni tal-konnettività Ewropea, din tippromwovi l-introduzzjoni ta' punti tal-aċċess lokali bla fili permezz ta' proċeduri simplifikati tal-ippjanar u b'inqas ostakli regolatorji. Dawn il-punti tal-aċċess, inklużi dawk anċillari għall-forniment ta' servizzi pubbliċi oħrajn jew b'natura mhux kummerċjali, jistgħu jagħtu kontribut importanti biex jitjiebu n-netwerks attwali tal-komunikazzjoni bla fili u biex jiġu introdotti l-ġenerazzjonijiet futuri ta' dawn in-netwerks, billi jiffaċilitaw kopertura aktar granulari skont il-ħtiġijiet li qed jinbidlu.

(2)  Fost il-miżuri li jappoġġaw il-viżjoni tal-konnettività Ewropea, din tippromwovi l-introduzzjoni ta' punti tal-aċċess lokali bla fili permezz ta' proċeduri simplifikati tal-ippjanar u b'inqas ostakli regolatorji. Dawn il-punti tal-aċċess, inklużi dawk anċillari għall-forniment ta' servizzi pubbliċi oħrajn jew b'natura mhux kummerċjali, jistgħu jagħtu kontribut importanti biex jitjiebu n-netwerks attwali tal-komunikazzjoni bla fili iżda jenħtieġ li, b'mod partikolari, jikkontribwixxu biex jiġu introdotti l-ġenerazzjonijiet futuri ta' dawn in-netwerks, billi jiffaċilitaw kopertura aktar granulari skont il-ħtiġijiet li qed jinbidlu. Jenħtieġ li dawn il-punti tal-aċċess ikunu jistgħu jiffurmaw parti minn netwerk b'sistema ta' awtentikazzjoni unika li tkun valida fl-Unjoni kollha, u li netwerks oħra ta' konnettività lokali bla fili u mingħajr ħlas ikunu jistgħu jingħaqdu mas-sistema. Jenħtieġ li s-sistema tkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u r-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b, u li d-dejta ma titħalliex tintuża għal reklamar kummerċjali jew għal skopijiet kummerċjali oħrajn.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

 

1b Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1).

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Fil-kuntest ta' dan ir-Regolament, konnettività lokali bla fili tkun mingħajr ħlas u mingħajr restrizzjonijiet jekk tkun ipprovduta mingħajr remunerazzjoni korrispondenti, kemm bi ħlas dirett u kemm b'tipi oħra ta' kumpens, inklużi, iżda mhux biss, ir-reklamar kummerċjali u l-forniment ta' dejta personali għal finijiet kummerċjali, u, mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet meħtieġa skont il-liġi tal-Unjoni jew skont il-liġi nazzjonali f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, kif ukoll il-bżonn li jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tan-netwerk u b'mod partikolari l-ħtieġa li tiġi żgurata allokazzjoni ekwa tal-kapaċità fost l-utenti fl-eqqel ħinijiet, mingħajr restrizzjonijiet billi ma jkun hemm ebda limitu fuq il-perjodu ta' ħin li utent jista' jdum konness jew restrizzjonijiet fil-veloċità jew il-volum għal kull utent.

Emenda     5

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  Suq kompetittiv u qafas leġiżlattiv validu għall-futur, li jinċentiva l-innovazzjoni, in-netwerks trans-Ewropej u l-istrutturi u l-mudelli kummerċjali l-ġodda huma l-fatturi ewlenin għall-investimenti f'netwerks b'kapaċità kbira ħafna li jistgħu jipprovdu konnettività liċ-ċittadini madwar l-Unjoni.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Wara l-Komunikazzjoni li tistabbilixxi viżjoni Ewropea tal-konnettività tal-internet għas-Suq Uniku Diġitali u sabiex tippromwovi l-inklużjoni diġitali, l-Unjoni għandha tappoġġa l-forniment ta' konnettività lokali bla fili u mingħajr ħlas fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika lokali, inkluż fi spazji fil-beraħ miftuħa għall-pubbliku ġenerali, permezz ta' appoġġ immirat. Dan l-appoġġ għadu mhux kopert bir-Regolamenti (UE) Nru 1316/201315 u (UE) Nru 283/201416..

(3)  Wara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 u sabiex tippromwovi l-inklużjoni diġitali u timpedixxi li l-postijiet remoti u ż-żoni rurali jibqgħu lura, l-Unjoni għandha tappoġġa l-forniment ta' konnettività lokali bla fili li tkun mingħajr ħlas u mingħajr restrizzjonijiet fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika lokali, inkluż fi spazji fil-beraħ miftuħa għall-pubbliku ġenerali, permezz ta' appoġġ immirat. Dan l-appoġġ għadu mhux kopert bir-Regolament (UE) Nru 1316/201315 jew bir-Regolament (UE) Nru 283/201416..

__________________

__________________

15 Ir-Regolament (UE) Nru 1316/20136 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010, ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015, ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.

15 Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010, ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015, ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.

16 Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar linji gwida għal netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE, ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14.

16 Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar linji gwida għal netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE, ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Appoġġ ta' dan it-tip għandu jħeġġeġ lill-entitajiet b'missjoni pubblika bħall-awtoritajiet pubbliċi u l-fornituri tas-servizzi pubbliċi biex joffru konnettività lokali bla fili mingħajr ħlas bħala servizz anċillari għall-missjoni pubblika tagħhom ħalli jiżguraw li l-komunitajiet lokali jistgħu jesperjenzaw il-benefiċċji tal-broadband b'veloċità kbira ħafna fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika. Dawn l-entitajiet jistgħu jinkludu l-muniċipalitajiet u lil awtoritajiet pubbliċi lokali oħra, lil-libreriji u lill-isptarijiet..

(4)  Appoġġ ta' dan it-tip għandu jħeġġeġ lill-entitajiet b'missjoni pubblika bħall-korpi tas-settur pubbliku u l-fornituri tas-servizzi pubbliċi biex joffru konnettività lokali bla fili li tkun mingħajr ħlas u mingħajr restrizzjonijiet bħala servizz anċillari għall-missjoni pubblika tagħhom ħalli jiżguraw li l-persuni fil-komunitajiet lokali jistgħu jtejbu l-ħiliet diġitali tagħhom u jesperjenzaw il-benefiċċji tal-broadband b'veloċità kbira ħafna fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika. Dawn l-entitajiet jistgħu jinkludu l-muniċipalitajiet, gruppi ta' muniċipalitajiet, kumpaniji b'missjoni ta' servizz pubbliku li jkunu proprjetà tal-muniċipalitajiet, kooperattivi mingħajr skop ta' qligħ, ċentri tal-komunità u awtoritajiet pubbliċi lokali u istituzzjonijiet oħra.

(Sabiex jiġi żgurat li l-formulazzjoni proposta mill-Parlament tkun konsistenti fost il-lingwi kollha, it-termini użati biex tiġi tradotta l-espressjoni Portugiża "gratuita e livre de restrições" għandhom jikkorrispondu għall-espressjoni Ingliża "free of charge and free from restrictions".)

Emenda     8

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Jenħtieġ li l-konnettività lokali bla fili u mingħajr ħlas tikkontribwixxi, fost l-oħrajn, għal koeżjoni territorjali u soċjali akbar, speċjalment f'postijiet b'aċċess limitat għall-internet.

Emenda     9

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  It-titjib tal-aċċess għal broadband veloċi u ultraveloċi u għas-servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, speċjalment f'żoni remoti, jista' jżid il-kwalità tal-ħajja tan-nies billi jiffaċilita l-aċċess għas-servizzi (eż. is-saħħa elettronika u l-gvern elettroniku) u jippromwovi l-iżvilupp tal-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) lokali. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtoritajiet jiżguraw li ħadd ma jitħalla lura u li l-kontenut fuq l-internet u s-servizzi online ikunu aċċessibbli għal kulħadd.

Emenda     10

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Sabiex tiggarantixxi s-suċċess ta' dan ir-Regolament u tagħti prominenza lill-azzjoni tal-Unjoni f'dan il-qasam, il-Kummissjoni jeħtieġ tiżgura li l-entitajiet li jwettqu proġetti skont dan ir-Regolament jipprovdu lill-utenti aħħarin kemm jista' jkun informazzjoni dwar id-disponibbiltà tas-servizzi u jagħmlu prominenti l-fatt li l-finanzjament ikun ingħata mill-Unjoni.

Emenda     11

Proposta għal regolament

Premessa 5c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c)  Jenħtieġ li l-valuri u l-benefiċċji tal-Unjoni jingħataw promozzjoni permezz ta' dokument spjegattiv li jiddeskrivi l-iskop tas-servizz tal-konnessjoni lokali bla fili.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Il-kopertura rurali tan-netwerks tal-aċċess il-ġodda għadha sinifikattivament aktar baxxa mill-kopertura urbana, u 28 % biss tad-djar rurali huma koperti b'teknoloġija fissa.

Emenda     13

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Jenħtieġ li t-twassil tal-5G sal-2020 jkun prijorità ewlenija għas-Suq Uniku Diġitali, fid-dawl tal-importanza tiegħu għall-kompetittività globali, għat-tkabbir, għall-innovazzjoni u għall-potenzjal fir-riċerka tal-Unjoni. Il-fondi tal-Unjoni jeħtieġ jintużaw b'mod effikaċi u xieraq sabiex jinkisbu riżultati f'oqsma importanti.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Billi dan l-intervent għandu natura mhux kummerċjali u l-proġetti individwali previsti huma żgħar, il-piż amministrattiv għandu jkun l-inqas possibbli. Għalhekk l-intervent għandu jitwettaq bl-aktar forom xierqa ta' għajnuna finanzjarja, l-aktar b'għotjiet, disponibbli skont ir-Regolament Finanzjarju, issa jew fil-futur. L-intervent ma għandux jistrieħ fuq l-istrumenti finanzjarji.

(8)  Billi dan l-intervent għandu natura mhux kummerċjali u l-proġetti individwali previsti huma żgħar, il-piż amministrattiv jenħtieġ li jkun l-inqas possibbli u jkun proporzjonat għall-benefiċċji previsti, b'kunsiderazzjoni tal-ħtieġa ta' responsabilizzazzjoni u ta' bilanċ xieraq bejn is-simplifikazzjoni u l-kontroll. Għalhekk jenħtieġ li l-intervent jitwettaq bl-aktar forom xierqa ta' għajnuna finanzjarja, l-aktar b'għotjiet, pereżempju permezz ta' vawċers, disponibbli skont ir-Regolament Finanzjarju, issa jew fil-futur. Jenħtieġ li l-intervent ma jistrieħx fuq l-istrumenti finanzjarji. Jenħtieġ li jiġi applikat il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Minħabba l-volum limitat ta' approprjazzjonijiet finanzjarji meta mqabbel mal-għadd possibbilment kbir ta' applikazzjonijiet, jenħtieġ li jittieħdu passi biex jiġi żgurat li l-proċeduri amministrattivi jiġu ssimplifikati sabiex id-deċiżjonijiet ikunu jistgħu jittieħdu fil-ħin. Jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 jiġi emendat biex jippermetti lill-Istati Membri jappoġġaw kategoriji ta' proposti bi qbil mal-kriterji definiti fit-Taqsima 4 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 283/2014, sabiex tiġi evitata l-approvazzjoni individwali tal-applikazzjonijiet u jiġi żgurat li ċ-ċertifikazzjoni tal-infiq u r-rappurtar annwali lill-Kummissjoni ma jkunux obbligatorji għall-għotjiet mogħtija fil-qafas ta' dan ir-Regolament.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Billi punt tal-aċċess lokali bla fili partikolari għandu lħuq limitat u l-valur tal-proġetti individwali koperti hu żgħir, il-punti tal-aċċess li se jibbenefikaw mill-għajnuna finanzjarja skont dan ir-Regolament mhumiex mistennija jikkontestaw l-offerti kummerċjali. Biex ikun żgurat aktar li din l-għajnuna finanzjarja ma xxekkilx il-kompetizzjoni, ma tgerrixx l-investimenti privati jew ma tiddiżinċentivax lill-operaturi privati milli jinvestu, l-intervent għandu jkun limitat għall-proġetti li ma jidduplikawx l-offerti privati jew pubbliċi eżistenti b'karatteristiċi simili fl-istess żona. Dan ma għandux jeskludi appoġġ addizzjonali għal introduzzjonijiet b'din l-inizjattiva minn sorsi pubbliċi u privati ta' finanzjament.

(9)  Billi punt tal-aċċess lokali bla fili partikolari għandu lħuq limitat u l-valur tal-proġetti individwali koperti hu żgħir, il-punti tal-aċċess li se jibbenefikaw mill-għajnuna finanzjarja skont dan ir-Regolament mhumiex mistennija jikkontestaw l-offerti kummerċjali. Biex ikun żgurat aktar li din l-għajnuna finanzjarja ma xxekkilx il-kompetizzjoni, ma tgerrixx l-investimenti privati jew ma tiddiżinċentivax lill-operaturi privati milli jinvestu, l-intervent għandu jkun limitat għall-proġetti li ma jidduplikawx l-offerti privati jew pubbliċi eżistenti mingħajr ħlas u b'karatteristiċi simili fl-istess żona. Dan ma għandux jeskludi appoġġ addizzjonali għal introduzzjonijiet b'din l-inizjattiva minn sorsi pubbliċi u privati ta' finanzjament, peress li taħlita bħal din tista' tikkontribwixxi għal effett aktar sinifikanti li huwa mistenni li jwassal għal inċentivi għall-investimenti privati u għall-ingranaġġ tal-konnessjoni tal-internet lil udjenza usa'. F'dan ir-rigward, huwa meħtieġ li jiġu żgurati sinerġiji ma' fondi oħra nazzjonali jew tal-Unjoni, inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, sabiex ikun hemm impatt massimu mhux biss f'termini ta' aċċessibbiltà għaċ-ċittadini iżda anke f'termini ta' koeżjoni soċjali u jingħata kontribut biex jiġi miġġieled id-distakk diġitali fir-reġjuni inqas żviluppati.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Il-baġit disponibbli jenħtieġ li jiġi allokat b'mod li jkun ġeografikament ibbilanċjat sabiex il-proġetti jkunu jistgħu jiġu koperti fl-Istati Membri kollha. Jenħtieġ li l-allokazzjoni tqis ukoll il-ħtieġa li jiġi indirizzat id-distakk diġitali. Dawn il-prinċipji, li l-għan tagħhom huwa li jiggarantixxu l-bilanċ ġeografiku u soċjetà inklużiva, jenħtieġ li jiġu inklużi fil-programmi ta' ħidma rilevanti adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 u dan ir-Regolament, jiġu speċifikati fis-sejħiet għall-proġetti u, jekk ikun meħtieġ, jippermettu parteċipazzjoni akbar għall-applikanti mill-Istati Membri fejn il-parteċipazzjoni kienet relattivament baxxa u f'oqsma determinati mill-Istati Membri jew mill-Kummissjoni bħala li jkunu għadhom lura f'termini ta' konnettività jew litteriżmu diġitali.

Emenda     18

Proposta għal regolament

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)  L-għoti ta' prijorità lill-SMEs lokali fil-kuntest tax-xiri u tal-installazzjoni tat-tagħmir għall-forniment ta' konnettività lokali bla fili f'konformità ma' dan ir-Regolament jista' jissalvagwarda l-potenzjal għall-innovazzjoni u għall-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità fil-muniċipalitajiet.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Biex ikun żgurat li l-konnettività skont dan ir-Regolament tingħata malajr, l-għajnuna finanzjarja għandha tiġi implimentata kemm jista' jkun b'għodod online ħalli l-applikazzjonijiet jkunu jistgħu jitressqu u jiġu pproċessati malajr filwaqt dawn jappoġġaw l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-awditjar tal-punti tal-aċċess lokali bla fili installati.

(10)  Biex ikun żgurat li l-konnettività skont dan ir-Regolament tingħata malajr, l-għajnuna finanzjarja għandha tiġi implimentata kemm jista' jkun b'għodod online ħalli l-applikazzjonijiet jkunu jistgħu jitressqu u jiġu pproċessati malajr filwaqt dawn jappoġġaw l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-awditjar tal-punti tal-aċċess lokali bla fili installati. Huwa importanti li l-Kummissjoni tinforma lill-awtoritajiet lokali dwar l-azzjoni ppjanata u l-kundizzjonijiet rilevanti kmieni kemm jista' jkun sabiex ikunu jistgħu jagħmlu t-tħejjijiet u japplikaw għas-sejħiet għal proposti meta jinħarġu. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri jagħmlu wkoll dak kollu li jistgħu biex joħolqu l-għarfien neċessarju dwar dan il-programm.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Minħabba l-ħtiġijiet tal-konnettività tal-internet fl-Unjoni u l-urġenza li jiġu promossi netwerks tal-aċċess li jistgħu jwasslu esperjenza tal-internet ta' kwalità kbira mal-UE kollha bbażati fuq servizzi tal-broadband b'veloċità kbira ħafna, l-għajnuna finanzjarja għandha tara li tikseb distribuzzjoni bilanċjata ġeografikament.

(11)  Minħabba l-ħtiġijiet tal-konnettività tal-internet fl-Unjoni u l-urġenza li jiġu promossi netwerks tal-aċċess li jistgħu jwasslu esperjenza tal-internet ta' kwalità kbira mal-UE kollha bbażati fuq servizzi tal-broadband b'veloċità kbira, b'appoġġ għall-objettivi tas-soċjetà Ewropea tal-gigabits, jenħtieġ li l-għajnuna finanzjarja tara li tikseb distribuzzjoni bilanċjata ġeografikament u tnaqqas id-distakk diġitali, filwaqt li tippromwovi l-aċċess għaċ-ċittadini fir-rigward tal-benefiċċji tas-soċjetà tal-informazzjoni u tgħin żoni b'livelli relattivament baxxi ta' konnettività tal-broadband b'veloċità kbira.

Emenda     21

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Barra minn hekk, jenħtieġ li l-entitajiet benefiċjarji jkunu obbligati jipprovdu konnettività lokali bla fili u mingħajr ħlas għal mhux anqas minn tliet snin.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b)  L-azzjonijiet iffinanzjati fil-qafas ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu vijabbli u sostenibbli fit-tul. Tali vijabbiltà u sostenibbiltà jenħtieġ li jinkisbu billi jiġu pprovduti għodod tekniċi li jiżguraw effiċjenza fit-tul bl-użu ta' teknoloġija li tinżamm aġġornata u sikura għall-utenti min-naħa tal-benefiċjarji u l-fornituri tas-servizzi.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Regolament (UE) Nru 1316/2013

Artikolu 7 – paragrafu 4 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-azzjonijiet fil-qasam tal-forniment tal-konnettività lokali bla fili mingħajr ħlas fil-komunitajiet lokali għandhom jiġu ffinanzjati b'għotjiet jew b'forom oħra ta' għajnuna finanzjarja mill-istrumenti finanzjarji.

(c)  l-azzjonijiet fil-qasam tal-forniment ta' konnettività lokali bla fili li tkun mingħajr ħlas u mingħajr restrizzjonijiet fil-komunitajiet lokali għandhom jiġu ffinanzjati b'għotjiet jew b'forom oħra ta' għajnuna finanzjarja mill-istrumenti finanzjarji.

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu. L-adozzjoni tagħha timponi bidliet korrispondenti fit-test kollu.)

Emenda     24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1316/2013

Artikolu 22 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Fl-Artikolu 22, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"Iċ-ċertifikazzjoni tal-infiq u l-forniment tal-informazzjoni annwali lill-Kummissjoni, imsemmija fit-tieni u fit-tielet paragrafi ta' dan l-Artikolu rispettivament, ma għandhomx ikunu obbligatorji għal għotjiet mogħtija skont il-punt (c) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 283/2014*."

 

________________

 

* Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar linji gwida għal netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14).

Emenda     25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) Nru 283/2014

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  "punt tal-aċċess lokali bla fili" tfisser tagħmir b'potenza baxxa li jaħdem fuq firxa żgħira, li juża spettru tar-radju fuq bażi mhux esklussiva li l-kundizzjonijiet għad-disponibbiltà tiegħu u l-użu effiċjenti għal dan il-għan huma armonizzati fil-livell tal-Unjoni, u li permezz tiegħu l-utenti jkunu jistgħu jiksbu aċċess bla fili għal netwerk tal-komunikazzjoni elettronika.

(h)  "punt tal-aċċess lokali bla fili" tfisser tagħmir b'potenza baxxa li jaħdem fuq firxa żgħira iżda b'wisa' tal-banda għolja, li juża spettru tar-radju, infra-aħmar jew ta' dawl viżibbli fuq bażi mhux esklussiva li l-kundizzjonijiet għad-disponibbiltà tiegħu u l-użu effiċjenti għal dan il-għan huma armonizzati fil-livell tal-Unjoni, u li permezz tiegħu l-utenti jkunu jistgħu jiksbu aċċess bla fili għal netwerk tal-komunikazzjoni elettronika.

Ġustifikazzjoni

Kif rikonoxxut fil-Kodiċi Ewropew dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, it-teknoloġiji emerġenti l-ġodda bħal-Lifi għandhom jiġu inklużi b'mod partikolari fid-dawl tal-potenzjal ta' dawn it-teknoloġiji, li ma jużawx l-onda tar-radju iżda d-dawl, għal spazji pubbliċi bħal sptarijiet, fejn l-onda tar-radju tista' ma tkunx adatta.Ir-rata ta' trasferiment ma għandhiex tkunx affettwata, meta jitqies li f'ċerti ħinijiet ikun hemm għadd kbir ta' utenti mqabbdin mal-punt tal-aċċess.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 283/2014

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jappoġġaw il-forniment ta' konnettività lokali bla fili u mingħajr ħlas fil-komunitajiet lokali.

(c)  jappoġġaw il-forniment ta' konnettività lokali ta' kwalità għolja bla fili li tkun mingħajr ħlas u mingħajr restrizzjonijiet fil-komunitajiet lokali.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 283/2014

Artikolu 6 − paragrafu 8a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8a.  L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-proġetti ta' interess komuni fil-qasam tal-forniment tal-konnettività lokali bla fili u mingħajr ħlas fil-komunitajiet lokali għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Anness.

8a.  L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-proġetti ta' interess komuni fil-qasam tal-forniment ta' konnettività lokali ta' kwalità għolja bla fili li tkun mingħajr ħlas u mingħajr restrizzjonijiet fil-komunitajiet lokali għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Anness.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) Nru 283/2014

Anness – taqsima 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Fl-Anness għandha tiddaħħal din it-taqsima:

6.  Fl-Anness, tiżdied it-taqsima li ġejja:

TAQSIMA 4. KONNETTIVITÀ BLA FILI FIL-KOMUNITAJIET LOKALI

"TAQSIMA 4. KONNETTIVITÀ BLA FILI FIL-KOMUNITAJIET LOKALI

L-azzjonijiet immirati għall-forniment tal-konnettività lokali bla fili u mingħajr ħlas fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika lokali, inkluż fi spazji fil-beraħ miftuħa għall-pubbliku ġenerali, u li jaqdu rwol ewlieni fil-ħajja pubblika tal-komunitajiet lokali, għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja.

L-azzjonijiet immirati għall-forniment ta' konnettività lokali bla fili li tkun mingħajr ħlas u mingħajr restrizzjonijiet fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika lokali, inkluż fi spazji fil-beraħ miftuħa għall-pubbliku ġenerali, u li jaqdu rwol ewlieni fil-ħajja pubblika tal-komunitajiet lokali, għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja. Għall-finijiet ta' aċċessibbiltà, dawn l-azzjonijiet għandhom jevitaw, kemm jista' jkun, l-ostakli lingwistiċi li jista' jkun hemm.

L-għajnuna finanzjarja għandha tkun disponibbli għall-entitajiet b'missjoni pubblika bħalma huma l-awtoritajiet lokali u l-fornituri tas-servizzi pubbliċi li jipprovdu konnettività lokali bla fili u mingħajr bl-installazzjoni ta' punti tal-aċċess lokali bla fili.

L-għajnuna finanzjarja għandha tkun disponibbli għall-korpi tas-settur pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2016/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a li jipprovdu konnettività lokali bla fili u mingħajr bl-installazzjoni ta' punti tal-aċċess lokali bla fili.

 

L-istituzzjonijiet eliġibbli jistgħu jużaw l-għajnuna finanzjarja sabiex jistabbilixxu konnettività bla fili lokali mingħajr ħlas fil-postijiet li huma l-aktar adatti u aċċessibbli għall-użu mill-komunità, inkluż fi proprjetà li ma tkunx ta' sjieda pubblika.

Il-proġetti għall-forniment tal-konnettività bla fili permezz ta' punti tal-aċċess lokai bla fili aċċessibbli liberament jistgħu jirċievu finanzjament jekk:

Il-proġetti għall-forniment tal-konnettività bla fili permezz ta' punti tal-aċċess lokali bla fili aċċessibbli liberament jistgħu jirċievu finanzjament jekk:

1)  timplimentahom entità b'missjoni pubblika li tkun kapaċi tippjana u tissorvelja l-installazzjoni tal-punti tal-aċċess lokali bla fili interni u esterni fl-ispazji pubbliċi;

1)  jimplimentahom korp tas-settur pubbliku li jkun kapaċi jippjana u jissorvelja l-installazzjoni, kif ukoll jiżgura l-finanzjament tal-ispejjeż tal-operat għal minimu ta' tliet snin, tal-punti tal-aċċess lokali bla fili interni u esterni fl-ispazji pubbliċi;

2)  jissejsu fuq konnettività tal-broadband b'veloċità kbira ħafna ħalli l-utenti jkunu jistgħu jesperjenzaw internet ta' kwalità kbira u:

2)  jissejsu fuq konnettività tal-broadband b'veloċità kbira ħafna ħalli l-utenti jkunu jistgħu jesperjenzaw internet ta' kwalità kbira u:

a.  mingħajr ħlas, faċli li jiġi aċċessat, u li juża tagħmir avvanzat ħafna, u

a.  mingħajr ħlas, faċli li jiġi aċċessat, u li juża tagħmir avvanzat ħafna, billi jittieħed vantaġġ mill-aħjar soluzzjonijiet teknoloġiċi kif ukoll bl-użu tal-aqwa standards taċ-ċibersigurtà, u

b.  li jappoġġja l-aċċess għal servizzi diġitali innovattivi, bħal dawk offruti permezz ta' infrastrutturi tas-servizzi diġitali;

b.  li jappoġġja l-aċċess għal servizzi diġitali innovattivi, bħal dawk offruti permezz ta' infrastrutturi tas-servizzi diġitali;

3)  juża l-identità viżiva komuni li tipprovdi l-Kummissjoni u r-rabta mal-għodod online assoċjati.

3)  jużaw l-identità viżiva komuni li tipprovdi l-Kummissjoni u r-rabta mal-għodod online assoċjati;

 

3a)  jirrispettaw il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, jużaw il-fondi pubbliċi b'mod effiċjenti u jkunu kapaċi jadattaw il-proġetti għall-aħjar offerti teknoloġiċi.

Ma għandhomx jiġu koperti proġetti li jidduplikaw offerti privati jew pubbliċi eżistenti b'karatteristiċi simili, inkluż il-kwalità, fl-istess żona.

Ma għandhomx jiġu koperti proġetti li jidduplikaw offerti privati jew pubbliċi eżistenti mingħajr ħlas u b'karatteristiċi simili, inkluż il-kwalità, fl-istess żona.

Il-baġit disponibbli għandu jiġi allokat b'mod bilanċjat ġeografikament għall-proġetti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' hawn fuq fid-dawl tal-proposti li jaslu u, fil-prinċipju, skont min japplika l-ewwel.

Il-baġit disponibbli għandu jiġi allokat b'mod bilanċjat ġeografikament fl-Istati Membri għall-proġetti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' hawn fuq fid-dawl tal-proposti li jaslu u, fil-prinċipju, skont min japplika l-ewwel, f'konformità mal-programmi ta' ħidma li jikkontribwixxu għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni u l-promozzjoni tal-inklużjoni diġitali.

 

L-Istati Membri jistgħu jallokaw ir-riżorsi proprji tagħhom jew riżorsi mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej biex jiżviluppaw servizzi u offerti komplementari li jagħtu spinta lis-sostenibbiltà tal-proġetti.

 

Il-proġetti ffinanzjati skont din it-taqsima għandhom ikunu operazzjonali u ssorveljati mill-qrib mill-Kummissjoni għal mill-anqas 3 snin. Il-monitoraġġ tal-proġett min-naħa tal-Kummissjoni għandu jkompli lil hinn mill-perjodu operazzjonali sabiex tingħata ħarsa ġenerali lejn il-funzjonalità ta' dan il-proġett u l-input li jista' jkun hemm għal inizjattivi ulterjuri.

 

__________________

 

1a Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).

(1)

ĠU C 125, 21.4.2017, p. 69.

(2)

ĠU C, p..


NOTA SPJEGATTIVA

L-inizjattiva WiFi4EU hija proposta li se tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-iżvilupp ta' soċjetà diġitali Ewropea aktar inklużiva.

Fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni fl-14 ta' Settembru 2016, il-President tal-Kummissjoni, Jean-Claude Juncker, tkellem dwar "qafas ġuridiku ġdid li jattira u jippermetti l-investimenti fil-konnettività", fejn il-konnettività "tkun ta' benefiċċju għal kulħadd".

Skont l-impenn li ħa Jean-Claude Juncker, "li kulħadd jibbenefika mill-konnettività tfisser li ma għandux ikun rilevanti fejn toqgħod jew kemm taqla'", u għalhekk huwa ppropona li "kull raħal Ewropew u kull belt jiġu mgħammra b'aċċess għall-internet bla fili mingħajr ħlas madwar iċ-ċentri ewlenin tal-ħajja pubblika sal-2020".

F'dan il-kuntest, l-inizjattiva WiFi4EU hija opportunità, fil-qafas tal-pakkett tat-telekomunikazzjoni, biex jiġi affermat il-prinċipju tal-aċċess universali taċ-ċittadini għall-benefiċċji tas-soċjetà tal-informazzjoni, permezz tal-implimentazzjoni ta' proġett pilota ta' dimensjoni u tqassim ġeografiku bilanċjat, li jservi ta' punt ta' referenza għall-iżvilupp ta' pjattaformi inklużivi li jipprovdu aċċess mingħajr ħlas għal netwerks bla fili, u li jkun kemm dinamiku kif ukoll flessibbli quddiem it-tibdil teknoloġiku.

Dan joffri wkoll il-possibbiltà li jiġi żviluppat u applikat kunċett distintiv tal-identità diġitali Ewropea, li jinkorpora l-valuri li jispiraw il-proġett Ewropew fid-disinn tal-proġett pilota, b'enfasi fuq is-soluzzjonijiet maħsuba għaċ-ċittadini u l-opportunitajiet offruti lin-negozji u lill-kreaturi tal-kontenut.

L-aċċess universali għandu l-għan li jagħti spinta lill-ekosistemi diġitali lokali, isaħħaħ ir-rabta bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini Ewropej u jtejjeb u jżid l-opportunitajiet għall-iżvilupp ta' netwerks tal-ġenerazzjoni l-ġdida.

F'dan il-kuntest, huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-enfasi fuq in-netwerk tkun akkumpanjata mid-disponibbilità universali u mingħajr ħlas ta' servizzi ta' interess pubbliku u ta' kontenut ta' interess ġenerali, u tippromwovi sistema simplifikata ta' applikazzjoni u implimentazzjoni li tiggarantixxi t-trasparenza u ċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità tal-proġetti u l-konformità mar-rekwiżiti.

L-emendi proposti f'dan ir-rapport għandhom l-għan li jiggarantixxu rispons aħjar għal dawn il-prinċipji li ġejjin u li madwarhom hija strutturata l-inizjattiva:

1. Aċċess universali u mingħajr ħlas

In-netwerks tal-aċċess promossi fl-UE għandhom jipprovdu esperjenza ta' servizzi tal-broadband b'veloċità kbira f'dak li għandu x'jaqsam mal-internet, biex jingħata kontribut għall-iżvilupp tas-soċjetà Ewropea tal-gigabits. Dan l-aċċess għandu jkun universali, mingħajr ħlas u mingħajr restrizzjonijiet.

Aċċess mingħajr ħlas ifisser li ma ssir l-ebda remunerazzjoni diretta, permezz ta' reklamar kummerċjali jew l-użu kummerċjali tad-dejta tal-utenti.

2. Awtentikazzjoni u sistema ta' aċċess

Il-punti tal-aċċess għandhom jiżviluppaw f'netwerk b'sistema ta' awtentikazzjoni li tkun valida fit-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea. L-aċċess għandu jirrispetta l-prinċipju ta' awtentikazzjoni unika ("one login only"). Sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal ta' dan l-approċċ, għandu jiġi żviluppat mudell ta' referenza li jiggarantixxi l-interoperabbiltà, effiċjenza kollettiva u linja ta' identifikazzjoni komuni, bil-possibbiltà ta' integrazzjoni mal-karatteristiċi speċifiċi ta' kull proġett lokali.

3. Eliġibbiltà

Il-korpi pubbliċi li l-missjoni tagħhom hija kompatabbli mal-objettivi tal-proġett għandhom ikunu jistgħu jressqu applikazzjonijiet. Minħabba l-volum limitat ta' fondi disponibbli għal kull proġett u l-għadd kbir ta' applikazzjonijiet li jista' jkun hemm, tenħtieġ sistema għall-amministrazzjoni tal-iskema li tiżgura deċiżjonijiet rapidi u effiċjenti. Għal dan l-iskop għandha tiġi kkunsidrata skema ta' allokazzjoni bbażata fuq vawċers.

4. Bilanċ ġeografiku

Għandu jiġi garantit il-prinċipju tal-bilanċ ġeografiku fost id-diversi Stati Membri fir-rigward tal-aċċess għar-riżorsi fil-qafas ta' din l-inizjattiva. Il-bilanċ ġeografiku f'kull Stat Membru għandu jiġi garantit permezz ta' kriterji li jiġu definiti fil-programmi ta' ħidma rispettivi.

5. Il-ġlieda kontra l-esklużjoni u l-promozzjoni tal-koeżjoni territorjali

Il-kriterji għall-approvazzjoni tal-proġetti għandhom iqisu l-prijorità mogħtija lill-promozzjoni tal-inklużjoni diġitali u l-koeżjoni territorjali.

6. Sostenibbiltà

Sabiex tkun żgurata s-sostenibbiltà tal-proġetti, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-fondi proprji jew il-Fondi Strutturali Ewropej biex jiżviluppaw servizzi u offerti komplementari.

7. Ebda trikkib ta' offerti

Proġett għandu jiġi kkunsidrat biss meta fl-istess żona ma jkunx hemm offerta pubblika jew privata b'karatteristiċi simili.

8. Monitoraġġ

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura li jkun hemm sistema ta' monitoraġġ tal-inizjattiva, li tinkludi l-pubblikazzjoni ta' rapporti dwar l-implimentazzjoni tagħha.


ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI R-RAPPORTEUR IRĊIEVA INPUT MINGĦANDHOM

Il-lista li ġejja hija magħmula fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur. Fit-tħejjija tar-rapport, ir-rapporteur irċieva input mingħand l-entitajiet jew il-persuni li ġejjin: Entità u/jew persuna

Istituzzjonali

Partijiet ikkonċernati esterni

 

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kunsill Ewropew

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-President tal-Kunsill tal-UE

Cisco Systems

ECTA

ETNO

Eutelsat

Orange

Reading & Writing Foundation

UKspace

Vodafone

 


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (4.4.2017)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 fejn tidħol il-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali

(COM(2016)0589 – C8-0378/2016 – 2016/0287(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Liadh Ní Riada

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi viżjoni Ewropea tal-konnettività tal-internet għaċ-ċittadini u għan-negozji fis-Suq Uniku Diġitali tiddeskrivi bosta miżuri possibbli li kapaċi jsaħħu l-konnettività fl-Unjoni Ewropea.

(1)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi viżjoni Ewropea tal-konnettività tal-internet għaċ-ċittadini, għall-istituzzjonijiet pubbliċi u għan-negozji fis-Suq Uniku Diġitali14 tiddeskrivi bosta miżuri possibbli li kapaċi jsaħħu l-konnettività fl-Unjoni Ewropea

__________________

__________________

14 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Konnettività għal Suq Uniku Diġitali Kompetittiv – Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits (COM(2016)587).

14 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Konnettività għal Suq Uniku Diġitali Kompetittiv – Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits (COM(2016)587).

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jsaħħu l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw id-distakki diġitali u ta' konnettività bejn ir-reġjuni, u partikolarment dawk bl-ogħla livelli ta' faqar, billi jinvestu fil-ħolqien, l-iżvilupp u t-titjib tal-aċċess għal konnettività bla fili; billi jindirizzaw b'mod partikolari oqsma li huma identifikati bħala li għadhom lura f'termini ta' konnettività u tal-promozzjoni tal-litteriżmu diġitali. L-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li jkun komplementari, permezz tal-appoġġ ta' proġetti li jiffokaw partikolarment fuq l-iżgurar ta' konnettività lokali bla fili, li għaliha tinħareġ talba għal offerta b'akkwist pubbliku, li tkun mingħajr ħlas u restrizzjonijiet, fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika lokali, inklużi spazji fil-beraħ li jkunu aċċessibbli għall-pubbliku in ġenerali.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Wara l-Komunikazzjoni li tistabbilixxi viżjoni Ewropea tal-konnettività tal-internet għas-Suq Uniku Diġitali u sabiex tippromwovi l-inklużjoni diġitali, l-Unjoni għandha tappoġġa l-forniment ta' konnettività lokali bla fili u mingħajr ħlas fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika lokali, inkluż fi spazji fil-beraħ miftuħa għall-pubbliku ġenerali, permezz ta' appoġġ immirat. Tali appoġġ għadu mhux kopert mir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014.

(3)  Wara l-Komunikazzjoni li tistabbilixxi viżjoni Ewropea tal-konnettività tal-internet għas-Suq Uniku Diġitali u sabiex tippromwovi l-inklużjoni diġitali, l-Unjoni jenħtieġ li tappoġġa l-forniment ta' konnettività lokali bla fili mingħajr ħlas u ħielsa minn restrizzjonijiet mhux ġustifikati fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika lokali, inkluż fi spazji fil-beraħ miftuħa għall-pubbliku ġenerali, permezz ta' appoġġ immirat. Tali appoġġ għadu mhux kopert mir-Regolamenti (UE) Nru 1316/201315 u (UE) Nru 283/201416.

__________________

__________________

15 Ir-Regolament (UE) Nru 1316/20136 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010, ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015, ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.

15 Ir-Regolament (UE) Nru 1316/20136 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010, ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015, ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.

16 Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar linji gwida għal netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14).

16 Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar linji gwida għal netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14).

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Appoġġ ta' dan it-tip għandu jħeġġeġ lill-entitajiet b'missjoni pubblika bħall-awtoritajiet pubbliċi u l-fornituri tas-servizzi pubbliċi biex joffru konnettività lokali bla fili mingħajr ħlas bħala servizz anċillari għall-missjoni pubblika tagħhom ħalli jiżguraw li l-komunitajiet lokali jistgħu jesperjenzaw il-benefiċċji tal-broadband b'veloċità kbira ħafna fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika. Dawn l-entitajiet jistgħu jinkludu l-muniċipalitajiet u lil awtoritajiet pubbliċi lokali oħra, lil-libreriji u lill-isptarijiet..

(4)  Appoġġ ta' dan it-tip jenħtieġ li jħeġġeġ lill-entitajiet b'missjoni pubblika bħall-korpi settorjali pubbliċi, kooperattivi, intrapriżi soċjali bbażati fil-komunità, u l-fornituri tas-servizzi pubbliċi biex joffru konnettività lokali bla fili li tkun mingħajr ħlas u ħielsa minn restrizzjonijiet mhux ġustifikati, bħala servizz anċillari għall-missjoni pubblika tagħhom ħalli jiżguraw li l-komunitajiet lokali jistgħu jesperjenzaw il-benefiċċji tal-broadband b'veloċità kbira ħafna fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika. Dawn l-entitajiet jistgħu jinkludu l-muniċipalitajiet u lil awtoritajiet pubbliċi lokali oħra, istituzzjonijiet, libreriji u ċentri komunitarji kulturali oħrajn, sptarijiet u faċilitajiet ta' kura tas-saħħa, kif ukoll spazji pubbliċi oħrajn aċċessibbli għal numru kbir ta' nies.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-konnettività lokali bla fili għandha tikkwalifika biss bħala mingħajr ħlas meta tkun qed tingħata mingħajr ħlas korrispondenti imħallas b'mod dirett jew b'xi tip ieħor ta' ħlas korrispondenti, inkluż ir-reklamar u l-għoti tad-dejta personali, iżda mhux limitat għalihom.

(5)  Il-konnettività lokali bla fili jenħtieġ li tikkwalifika biss bħala mingħajr ħlas u ħielsa minn restrizzjonijiet mhux ġustifikati meta tkun qed tingħata mingħajr ħlas korrispondenti imħallas b'mod dirett jew b'xi tip ieħor ta' ħlas korrispondenti, inkluż ir-reklamar u l-għoti tad-data personali, u l-konnessjonijiet bl-użu tan-netwerks soċjali, iżda mhux limitat għalihom; l-aċċess għal konnessjoni lokali bla fili mingħajr ħlas jenħtieġ li jintegra l-qbil tal-utenti mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-użu, kif ukoll dikjarazzjoni ta' ċaħda tar-responsabbiltà li tispjega l-iskop tas-servizz, filwaqt li tiżgura ukoll il-protezzjoni adegwata tad-data personali, b'kunsiderazzjoni tal-fatt li r-riskji għas-sigurtà jiżdiedu meta tiġi estiża l-konnettività bla fili.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Il-valuri u l-benefiċċji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu promossi permezz tad-dikjarazzjoni ta' ċaħda tar-responsabbiltà tal-konnessjoni lokali bla fili mingħajr ħlas.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  L-għodod tal-edukazzjoni diġitali li jipprovdu lill-utenti b'għarfien dwar kif jiksbu aċċess għall-internet u kif jipproteġu lilhom infushom online, u informazzjoni dwar il-benefiċċji u r-riskji tal-internet, jenħtieġ li jiġu integrati fis-servizz.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li l-awtoritajiet pubbliċi, il-kooperattivi, l-impriżi soċjali li s-sidien tagħhom ikunu l-komunitajiet, il-fornituri ta' servizzi pubbliċi u l-benefiċjarji aħħarija, jiġifieri l-komunitajiet lokali u l-utenti ta' dan is-servizz tal-wifi bla ħlas, jiġu informati kif xieraq u minnufih dwar l-eżistenza ta' dan il-programm u dan l-appoġġ, sabiex tissaħħaħ il-viżibbiltà tal-finanzjament mogħti mill-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-programmi tal-UE u l-appoġġ finanzjarju mogħti għandhom jiġu promossi mill-Kummissjoni f'viċinanza mal-awtoritajiet pubbliċi, fis-sens wiesa' tal-kelma, u l-benefiċjarji aħħarija għandhom jiġu informati.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Biex ikun żgurat li l-konnettività skont dan ir-Regolament tingħata malajr, l-għajnuna finanzjarja għandha tiġi implimentata kemm jista' jkun b'għodod online ħalli l-applikazzjonijiet jkunu jistgħu jitressqu u jiġu pproċessati malajr filwaqt dawn jappoġġaw l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-awditjar tal-punti tal-aċċess lokali bla fili installati.

(10)  Biex ikun żgurat li l-konnettività skont dan ir-Regolament tingħata malajr, l-għajnuna finanzjarja jenħtieġ li tiġi implimentata sal-massimu possibbli kemm b'għodod online u kemm b'oħrajn konvenzjonali, li jippermettu li l-applikazzjonijiet jitressqu u jiġu pproċessati malajr u li jappoġġaw l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, il-manutenzjoni kontinwa, l-aġġornament regolari u l-awditjar tal-punti tal-aċċess lokali bla fili installati.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Minħabba l-ħtiġijiet tal-konnettività tal-internet fl-Unjoni u l-urġenza li jiġu promossi netwerks tal-aċċess li jistgħu jwasslu esperjenza tal-internet ta' kwalità kbira mal-UE kollha bbażati fuq servizzi tal-broadband b'veloċità kbira ħafna, l-għajnuna finanzjarja għandha tara li tikseb distribuzzjoni bilanċjata ġeografikament.

(11)  Minħabba l-ħtiġijiet tal-konnettività tal-internet fl-Unjoni u l-urġenza li jiġu promossi netwerks tal-aċċess li jistgħu jwasslu esperjenza tal-internet ta' kwalità kbira mal-UE kollha li toffri veloċità tad-download ta' mill-inqas 100Mbps bbażati fuq servizzi tal-broadband b'veloċità kbira ħafna, sinerġiji ma' fondi u programmi oħrajn tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati partikolarment fil-forniment ta' għajnuna finanzjarja addizzjonali, peress li din jenħtieġ ukoll li tiffoka fuq ir-reġjuni anqas żviluppati u fi tranżizzjoni li jkunu mbiegħda iżda popolati, sabiex tara li tikseb distribuzzjoni bilanċjata ġeografikament, tippromwovi l-aċċess taċ-ċittadini għall-benefiċċji tas-soċjetà tal-informazzjoni, sabiex jinkiseb l-istess sehem medju ta' konnessjoni għall-internet fl-Istati Membri kollha, b'kunsiderazzjoni tal-fatt li, bħala medja, 97 % taċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom aċċess għall-internet f'xi Stati Membri, filwaqt li 68 % biss għandhom dan f'oħrajn.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  L-azzjonijiet iffinanzjati jenħtieġ li jkunu vijabbli u sostenibbli fit-tul. Dan jenħtieġ li jinkiseb billi jiġu pprovduti għodod tekniċi li jiżguraw effiċjenza fit-tul bl-użu ta' teknoloġija li tinżamm aġġornata u sikura għall-utenti mill-benefiċjarji u l-fornituri tas-servizzi.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Regolament (UE) Nru 1316/2013

Artikolu 7 – paragrafu 4 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-azzjonijiet fil-qasam tal-forniment tal-konnettività lokali bla fili mingħajr ħlas fil-komunitajiet lokali għandhom jiġu ffinanzjati b'għotjiet jew b'forom oħra ta' għajnuna finanzjarja mill-istrumenti finanzjarji.

(c)  l-azzjonijiet fil-qasam tal-forniment tal-konnettività lokali bla fili mingħajr ħlas u ħielsa minn restrizzjonijiet mhux ġustifikati fil-komunitajiet lokali għandhom jiġu ffinanzjati b'għotjiet jew b'forom oħra ta' għajnuna finanzjarja mill-istrumenti finanzjarji.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) Nru 283/2014

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  "punt tal-aċċess lokali bla fili" tfisser tagħmir b'potenza baxxa li jaħdem fuq firxa żgħira, li juża spettru tar-radju fuq bażi mhux esklussiva li l-kundizzjonijiet għad-disponibbiltà tiegħu u l-użu effiċjenti għal dan il-għan huma armonizzati fil-livell tal-Unjoni, u li permezz tiegħu l-utenti jkunu jistgħu jiksbu aċċess bla fili għal netwerk tal-komunikazzjoni elettronika.

(h)  "punt tal-aċċess lokali bla fili" tfisser tagħmir b'potenza baxxa li jaħdem fuq distanza qasira, li juża spettru tar-radju fuq bażi mhux esklussiva li l-kundizzjonijiet għad-disponibbiltà tiegħu u l-użu effiċjenti għal dan il-għan ikunu armonizzati fil-livell tal-Unjoni, u li permezz tiegħu l-utenti jkunu jistgħu jiksbu aċċess bla fili għal netwerk tal-komunikazzjoni elettronika permezz ta' broadband b'veloċità kbira.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) Nru 283/2014

Anness – taqsima 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għajnuna finanzjarja għandha tkun disponibbli għall-entitajiet b'missjoni pubblika bħalma huma l-awtoritajiet lokali u l-fornituri tas-servizzi pubbliċi li jipprovdu konnettività lokali bla fili u mingħajr bl-installazzjoni ta' punti tal-aċċess lokali bla fili.

L-għajnuna finanzjarja għandha tkun disponibbli għall-entitajiet b'missjoni pubblika bħalma huma l-awtoritajiet lokali, il-kooperattivi, l-impriżi soċjali li jkollhom bħala sidien tagħhom il-komunità u l-fornituri tas-servizzi pubbliċi li jipprovdu konnettività lokali bla fili u mingħajr ħlas bl-installazzjoni ta' punti tal-aċċess lokali bla fili.

Ġustifikazzjoni

Il-kooperattivi u l-impriżi soċjali bbażati fil-komunità għandhom jiġu nklużi f'dan il-programm peress li min-natura tagħhom stess huma fornituri naturali ta' servizzi pubbliċi filwaqt li jiżviluppaw rwol importanti fil-komunitajiet lokali.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) Nru 283/2014

Anness – taqsima 4 – paragrafu 3 – punt 2 – formulazzjoni introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2)  jissejsu fuq konnettività tal-broadband b'veloċità kbira ħafna ħalli l-utenti jkunu jistgħu jesperjenzaw internet ta' kwalità kbira u:

2)  jissejsu fuq konnettività tal-broadband b'veloċità kbira ħafna ħalli l-utenti jkunu jistgħu jesperjenzaw internet ta' kwalità kbira , li toffri veloċità tad-download ta' mill-inqas 100 Mbps għall-utenti, u li:

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) Nru 283/2014

Anness – taqsima 4 – paragrafu 3 – punt 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a)  jikkontribwixxu biex jitnaqqas id-distakk diġitali u biex jitjieb il-litteriżmu diġitali;

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' dan il-programm għandu jkun li jnaqqas is-distakk diġitali ġeografiku u għandu jikkontribwixxi biex jagħti spinta lil-litteriżmu diġitali.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) Nru 283/2014

Anness – taqsima 4 – paragrafu 3 – punt 2 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ba)  li jkollha stabbiliti sistemi ta' protezzjoni xierqa tad-data personali tal-utenti;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) Nru 283/2014

Anness – taqsima 4 – paragrafu 3 – punt 2 – punt bb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

bb)  tkun imfassla biex tnaqqas id-distakk diġitali;

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) Nru 283/2014

Anness – taqsima 4 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-baġit disponibbli għandu jiġi allokat b'mod bilanċjat ġeografikament għall-proġetti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' hawn fuq fid-dawl tal-proposti li jaslu u, fil-prinċipju, skont min japplika l-ewwel.

Il-baġit disponibbli għandu jiġi allokat b'mod bilanċjat ġeografikament. Il-proġetti jenħtieġ li jiġu ffinanzjati fid-dawl tal-proposti li jaslu permezz ta' akkwisti pubbliċi filwaqt li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' hawn fuq u, fil-prinċipju, fuq il-bażi ta' 'min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel'. Dan għandu jiggarantixxi l-integrazzjoni tar-reġjuni anqas żviluppati u r-reġjuni ta' tranżizzjoni billi jagħti prijorità lill-proġetti li jinsabu f'żoni li għadhom lura f'termini ta' konnettività u litteriżmu diġitali. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jidentifika dawk iż-żoni ġeografiċi abbażi ta' informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali

Referenzi

COM(2016)0589 – C8-0378/2016 – 2016/0287(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

6.10.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

6.10.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Liadh Ní Riada

10.10.2016

Data tal-adozzjoni

3.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Pina Picierno, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Marco Valli, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Othmar Karas, Bernd Lucke

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

33

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Bernd Lucke

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Liadh Ní Riada, Younous Omarjee

NI

Eleftherios Synadinos

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Othmar Karas, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Tomáš Zdechovský

S&D

Nicola Caputo, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, Clare Moody, Victor Negrescu, Pina Picierno, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Manuel dos Santos

Verts/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand, Monika Vana

2

-

ECR

Bernd Kölmel

ENF

Stanisław Żółtek

1

0

ENF

Marco Zanni

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (10.4.2017)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 fejn tidħol il-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali

(COM(2016)0589 – C8-0378/2016 – 2016/0287(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Claudia Țapardel

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Hekk kif it-trasport jidħol f'era ġdida, l-isfida reali għall-awtoritajiet lokali mhux se tkun li jerġgħu jivvintaw dak li diġà jeżisti, iżda li jinstabu modi biex itejbu s-servizzi fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-mobbiltà taċ-ċittadini fil-ħin reali. Id-diġitalizzazzjoni qed iġġib magħha bidliet strutturali sinifikanti għas-sistemi tat-trasport, u l-komunitajiet issa qed iħarsu lejn aspetti differenti, bħalma huma d-data u l-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar, l-ippjanar tan-netwerks, il-ħruġ tal-biljetti jew il-kwalità tas-servizz, abbażi ta' filosofija ġdida ffukata fuq l-utent.

F'dan il-kuntest, il-proposta tal-Kummissjoni għal konnettività bla fili lokali u mingħajr ħlas fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika hi proposta f'waqtha u meħtieġa, li toffri opportunitajiet ġodda għall-fornituri biex itejbu s-servizzi tagħhom. Fl-istess ħin, il-proposta toffri l-mekkaniżmu li bih is-settur privat u s-settur pubbliku jistgħu jikkooperaw b'mod miftuħ u effiċjenti, f'konformità ma' prinċipji kollaborattivi u bl-għan aħħari li jittejbu s-servizzi.

Għal dawk responsabbli mill-ippjanar tal-bliet u l-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għat-trasport, il-faċilità ta' punti tal-WiFi mingħajr ħlas se tgħin biex tinkiseb kuntestwalizzazzjoni aqwa tax-xejriet tal-mobbiltà attwali, speċjalment fejn l-għodod tradizzjonali bħall-istatistiki jaf ikunu insuffiċjenti. Id-data li se tinġabar ser tintuża għall-valutazzjoni tal-politiki u s-servizzi eżistenti, l-iżgurar ta' feedback fil-ħin reali dwar l-għażliet tal-ivvjaġġar tal-passiġġieri, iżda wkoll biex tappoġġa investimenti mmirati. B'mod ġenerali, l-awtoritajiet se jkunu jistgħu joħolqu toroq aktar sikuri, jottimizzaw ir-rotot tat-trasport, inaqqsu l-ispejjeż tal-infrastruttura, u jtaffu l-inkonvenjent iġġenerat mill-konġestjoni u t-tniġġis.

Għall-konsumaturi, il-punti tal-WiFi mingħajr ħlas se jissarrfu f'livell ogħla ta' konnettività u flessibbiltà, peress li huma ser jibbenefikaw mhux biss minn użu aqwa ta' ħinhom, iżda wkoll minn firxa aqwa ta' servizzi tat-trasport pubbliku. Fl-istess ħin, għat-turisti, Wifi4EU tfisser aċċess akbar u informazzjoni aqwa fid-destinazzjoni.

Madankollu, il-proposta ambizzjuża mressqa mill-Kummissjoni Ewropea jeħtieġ li tkun appoġġata minn dispożizzjonijiet li jiżguraw kemm kriterji ċari għall-għażla tal-benefiċjarji, kif ukoll kontinwità lil hinn miċ-ċiklu ta' ħajja propost tal-proġetti. Barra minn hekk, huwa importanti li l-fondi allokati għall-punti tal-WiFi jmorru lil hinn mit-titjib tal-profil tal-UE, u jikkontribwixxu biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet reali tal-konnettività.

B'mod ġenerali, ir-rapporteur għal opinjoni jagħżel li jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni, bl-emenda li l-inizjattiva għandha tkun estiża biex tkopri s-servizzi tat-trasport lokali u s-siti turistiċi. Dan itejjeb l-effiċjenza tat-trasport fil-komunitajiet filwaqt li joffri servizzi b'livell ta' kwalità għoli lill-konsumaturi. Madankollu, fin-nuqqas ta' studju dwar l-impatt u b'kont meħud tal-ammont żgħir ta' fondi disponibbli, ir-rapporteur għal opinjoni jirrakkomanda li l-Kummissjoni tistabbilixxi kriterji ċari għall-għażla tal-komunitajiet li se jibbenefikaw mill-inizjattiva, u jiżguraw skrutinju bir-reqqa tal-proġetti kollha ppreżentati għal finanzjament.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda     1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Fost il-miżuri li jappoġġaw il-viżjoni tal-konnettività Ewropea, din tippromwovi l-introduzzjoni ta' punti tal-aċċess lokali bla fili permezz ta' proċeduri simplifikati tal-ippjanar u b'inqas ostakli regolatorji. Dawn il-punti tal-aċċess, inklużi dawk anċillari għall-forniment ta' servizzi pubbliċi oħrajn jew b'natura mhux kummerċjali, jistgħu jagħtu kontribut importanti biex jitjiebu n-netwerks attwali tal-komunikazzjoni bla fili u biex jiġu introdotti l-ġenerazzjonijiet futuri ta' dawn in-netwerks, billi jiffaċilitaw kopertura aktar granulari skont il-ħtiġijiet li qed jinbidlu.

(2)  Fost il-miżuri li jappoġġaw il-viżjoni tal-konnettività Ewropea, din tippromwovi l-introduzzjoni ta' punti tal-aċċess lokali bla fili permezz ta' proċeduri simplifikati tal-ippjanar u b'inqas ostakli regolatorji. Dawn il-punti tal-aċċess inklużi dawk anċillari għall-forniment ta' servizzi pubbliċi oħrajn jew ta' natura mhux kummerċjali, jistgħu jagħtu kontribut importanti biex jittejbu n-netwerks attwali tal-komunikazzjoni bla fili u biex jiġu introdotti l-ġenerazzjonijiet futuri ta' dawn in-netwerks, billi jiffaċilitaw kopertura aktar granulari skont il-ħtiġijiet li qed jinbidlu. Dawk il-punti ta' aċċess jistgħu jiġu integrati f'netwerk Ewropew b'sistema unika ta' awtentikazzjoni f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a..

 

_________________

 

1a. Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Il-politiki tal-UE li jfittxu li jippromwovu l-infrastruttura tal-internet u l-użu effiċjenti tal-ispettru bla fili u li jżidu l-konnettività taċ-ċittadini Ewropej billi jippermettu aċċess aktar faċli għall-internet għandhom jippromwovu l-kunċett ta' "internet tal-oġġetti" (IoT), b'kunsiderazzjoni partikolari għall-potenzjal li dan għandu f'dak li jikkonċerna t-tkabbir, l-innovazzjoni, applikazzjonijiet imtejba u servizzi relatati mas-sistemi tat-trasport pubbliku.

Emenda     3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Wara l-Komunikazzjoni li tistabbilixxi viżjoni Ewropea tal-konnettività tal-internet għas-Suq Uniku Diġitali u sabiex tippromwovi l-inklużjoni diġitali, l-Unjoni għandha tappoġġa l-forniment ta' konnettività lokali bla fili u mingħajr ħlas fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika lokali, inkluż fi spazji fil-beraħ miftuħa għall-pubbliku ġenerali, permezz ta' appoġġ immirat. Dan l-appoġġ għadu mhux kopert bir-Regolamenti (UE) Nru 1316/201315 u (UE) Nru 283/201416.

(3)  Wara l-Komunikazzjoni li tistabbilixxi viżjoni Ewropea tal-konnettività tal-internet għas-Suq Uniku Diġitali u sabiex tippromwovi l-inklużjoni diġitali, l-Unjoni għandha tappoġġa l-forniment ta' konnettività lokali bla fili sikura, u mingħajr ħlas u ħielsa minn restrizzjonijiet fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika lokali, inkluż fi spazji fil-beraħ miftuħa għall-pubbliku ġenerali, kif ukoll fil-faċilitajiet u l-vetturi ta' trasport pubbliku permezz ta' appoġġ immirat. Dan l-appoġġ għadu mhux kopert bir-Regolamenti (UE) Nru 1316/201315 u (UE) Nru 283/201416.

_________________

___

15 Ir-Regolament (UE) Nru 1316/20136 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010, ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015, ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.

15 Ir-Regolament (UE) Nru 1316/20136 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010, ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015, ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.

16 Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar linji gwida għal netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE, ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14.

16 Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar linji gwida għal netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE, ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Appoġġ ta' dan it-tip għandu jħeġġeġ lill-entitajiet b'missjoni pubblika bħall-awtoritajiet pubbliċi u l-fornituri tas-servizzi pubbliċi biex joffru konnettività lokali bla fili mingħajr ħlas bħala servizz anċillari għall-missjoni pubblika tagħhom ħalli jiżguraw li l-komunitajiet lokali jistgħu jesperjenzaw il-benefiċċji tal-broadband b'veloċità kbira ħafna fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika. Dawn l-entitajiet jistgħu jinkludu l-muniċipalitajiet u lil awtoritajiet pubbliċi lokali oħra, lil-libreriji u lill-isptarijiet..

(4)  Appoġġ ta' dan it-tip iħeġġeġ lill-entitajiet b'missjoni pubblika, b'mod partikolari lokali u reġjonali, bħall-awtoritajiet pubbliċi u l-fornituri tas-servizzi pubbliċi biex joffru konnettività lokali bla fili u mingħajr ħlas u restrizzjonijiet bħala servizz anċillari għall-missjoni pubblika tagħhom ħalli jiżguraw li l-komunitajiet lokali jistgħu jesperjenzaw il-benefiċċji tal-broadband b'veloċità kbira ħafna fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika. Dawn l-entitajiet jistgħu jinkludu l-muniċipalitajiet u lil awtoritajiet pubbliċi lokali oħra, lil-libreriji u lill-isptarijiet, iċ-ċentri tas-saħħa, l-iskejjel, id-djar għall-anzjani, l-orfanatrofji, is-servizzi u l-infrastrutturi tat-trasport pubbliku - bħall-istazzjonijiet jew it-terminals -, is-servizzi relatati mat-turisti u entitajiet oħra ta' interess partikolari għall-komunità lokali u n-nies tagħha.

Emenda   5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-konnettività lokali bla fili għandha tikkwalifika biss bħala mingħajr ħlas meta tkun qed tingħata mingħajr ħlas korrispondenti imħallas b'mod dirett jew b'xi tip ieħor ta' ħlas korrispondenti, inkluż ir-reklamar u l-għoti tad-dejta personali, iżda mhux limitat għalihom.

(5)   Il-konnettività lokali bla fili għandha titqies biss bħala mingħajr ħlas u mingħajr restrizzjonijiet meta tkun qed tingħata mingħajr ħlas korrispondenti imħallas b'mod dirett jew b'xi tip ieħor ta' ħlas korrispondenti, inkluż ir-reklamar u l-għoti tad-data personali, iżda mhux limitat għalihom.

Emenda     6

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Sabiex tiggarantixxi s-suċċess tal-inizjattiva u tagħti viżibbiltà lill-azzjoni tal-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam, il-Kummissjoni jeħtiġilha tiżgura li l-entitajiet, li qed iwettqu proġetti permezz ta' din l-inizjattiva, kif ukoll l-utenti, ikunu infurmati korrettament dwar id-disponibbiltà tas-servizzi u jisħqu fuq il-fatt li l-UE tat il-finanzjament.

Emenda     7

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Jekk jitqiesu l-għan speċifiku tal-intervent u n-natura mmirata tiegħu lejn il-ħtiġijiet lokali, dan għandu jiġi identifikat bħala proġett distint ta' interess komuni fis-settur tat-telekomunikazzjoni skont it-tifsira tar-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014.

(6)  Jekk jitqiesu l-għan speċifiku tal-intervent u n-natura mmirata tiegħu lejn il-ħtiġijiet lokali, speċjalment żoni anqas żviluppati bi ħtieġa akbar għall-konnettività, dan għandu jiġi identifikat bħala proġett distint ta' interess komuni fis-settur tat-telekomunikazzjoni skont it-tifsira tar-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014.

Emenda     8

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Billi dan l-intervent għandu natura mhux kummerċjali u l-proġetti individwali previsti huma żgħar, il-piż amministrattiv għandu jkun l-inqas possibbli. Għalhekk l-intervent għandu jitwettaq bl-aktar forom xierqa ta' għajnuna finanzjarja, l-aktar b'għotjiet, disponibbli skont ir-Regolament Finanzjarju, issa jew fil-futur. L-intervent ma għandux jistrieħ fuq l-istrumenti finanzjarji.

(8)  Billi dan l-intervent għandu natura mhux kummerċjali u l-proġetti individwali previsti huma żgħar, il-piż amministrattiv għandu jkun l-inqas possibbli. Dan għandu jsir billi tiġi ssimplifikata l-proċedura ta' ppjanar u permezz ta' obbligi regolatorji anqas riġidi. Għalhekk l-intervent għandu jitwettaq bl-aktar forom xierqa ta' għajnuna finanzjarja, l-aktar b'għotjiet, disponibbli skont ir-Regolament Finanzjarju, issa jew fil-futur. L-intervent ma għandux jistrieħ fuq l-istrumenti finanzjarji.

Emenda     9

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Billi punt tal-aċċess lokali bla fili partikolari għandu lħuq limitat u l-valur tal-proġetti individwali koperti hu żgħir, il-punti tal-aċċess li se jibbenefikaw mill-għajnuna finanzjarja skont dan ir-Regolament mhumiex mistennija jikkontestaw l-offerti kummerċjali. Biex ikun żgurat aktar li din l-għajnuna finanzjarja ma xxekkilx il-kompetizzjoni, ma tgerrixx l-investimenti privati jew ma tiddiżinċentivax lill-operaturi privati milli jinvestu, l-intervent għandu jkun limitat għall-proġetti li ma jidduplikawx l-offerti privati jew pubbliċi eżistenti b'karatteristiċi simili fl-istess żona. Dan ma għandux jeskludi appoġġ addizzjonali għal introduzzjonijiet b'din l-inizjattiva minn sorsi pubbliċi u privati ta' finanzjament.

(9)  Billi punt tal-aċċess lokali bla fili partikolari għandu lħuq limitat u l-valur tal-proġetti individwali koperti hu żgħir, il-punti tal-aċċess li se jibbenefikaw mill-għajnuna finanzjarja skont dan ir-Regolament mhumiex mistennija jikkontestaw l-offerti kummerċjali. Biex ikun żgurat aktar li din l-għajnuna finanzjarja ma xxekkilx il-kompetizzjoni, ma tgerrixx l-investimenti privati jew ma tiddiżinċentivax lill-operaturi privati milli jinvestu, l-intervent għandu jkun limitat għall-proġetti li ma jidduplikawx l-offerti privati jew pubbliċi eżistenti fl-istess żona. Dan ma għandux jeskludi appoġġ addizzjonali għal introduzzjonijiet b'din l-inizjattiva minn sorsi pubbliċi u privati ta' finanzjament. Dan il-programm għandu jkun kompatibbli u addizzjonali mal-Programmi Operattivi Nazzjonali u Reġjonali, b'mod speċjali dawk iffinanzjati mill-FEŻR, biex b'hekk tinħoloq sinerġija bejniethom.

Emenda     10

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Biex ikun żgurat li l-konnettività skont dan ir-Regolament tingħata malajr, l-għajnuna finanzjarja għandha tiġi implimentata kemm jista' jkun b'għodod online ħalli l-applikazzjonijiet jkunu jistgħu jitressqu u jiġu pproċessati malajr filwaqt dawn jappoġġaw l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-awditjar tal-punti tal-aċċess lokali bla fili installati.

(10)  Biex ikun żgurat li l-konnettività skont dan ir-Regolament tingħata malajr, l-għajnuna finanzjarja għandha tiġi implimentata permezz ta' proċedura amministrattiva simplifikata, kemm jista' jkun bl-użu ta' dokumentazzjoni standarizzata u ta' għodod konvenzjonali kemm online u oħrajn, ħalli l-applikazzjonijiet jkunu jistgħu jitressqu u jiġu pproċessati malajr filwaqt dawn jappoġġaw l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-awditjar tal-punti tal-aċċess lokali bla fili installati.

Emenda     11

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Minħabba l-ħtiġijiet tal-konnettività tal-internet fl-Unjoni u l-urġenza li jiġu promossi netwerks tal-aċċess li jistgħu jwasslu esperjenza tal-internet ta' kwalità kbira mal-UE kollha bbażati fuq servizzi tal-broadband b'veloċità kbira ħafna, l-għajnuna finanzjarja għandha tara li tikseb distribuzzjoni bilanċjata ġeografikament.

(11)  Minħabba l-ħtiġijiet tal-konnettività tal-internet fl-Unjoni u l-urġenza li jiġu promossi netwerks tal-aċċess li jistgħu jwasslu esperjenza tal-internet ta' kwalità kbira mal-UE kollha bbażati fuq servizzi tal-broadband b'veloċità kbira ħafna, kif definit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 bit-titolu "Konnettività għal Suq Uniku Diġitali Kompetittiv - Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits", li tistabbilixxi objettiv għall-2025 biex jiġi żgurat li l-unitajiet domestiċi Ewropej kollha jkollhom veloċità tal-konnessjoni tal-internet ta' minn tal-anqas 100 Mbps, l-għajnuna finanzjarja għandha tara li tikseb distribuzzjoni bilanċjata fil-livell reġjonali, inkluż f'żoni remoti u transfruntiera, fejn spiss ikun hemm nuqqas ta' kopertura tan-netwerk, biex b'hekk jiġi promoss il-prinċipju ta' aċċess universali għaċ-ċittadini għall-benefiċċji tas-soċjetà tal-informazzjoni, b'attenzjoni partikolari għaż-żoni rurali, ultraperiferiċi, il-ġżejjer u ż-żoni tal-fruntiera u tal-muntanja.

Emenda     12

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  F'konformità mal-Artikolu 349 tat-TFUE, għandhom jitqiesu, f'dak li jikkonċerna distribuzzjoni ġeografikament ibbilanċjata, miżuri speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi, minħabba l-periferiċità tagħhom u l-ispejjeż assoċjati mal-aċċess għall-internet u s-servizzi ta' broadband b'veloċità kbira.

Emenda     13

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b)  Minħabba l-importanza tal-ħtiġijiet tal-konnettività fl-Unjoni Ewropea, huwa importanti li l-Kummissjoni tiżviluppa strateġija fit-tul għall-mobilizzazzjoni ta' punti tal-WiFi li jiggarantixxi l-kontinwità tal-programm anke wara t-tliet snin proposti, filwaqt li jiġi żgurat li ma jsir l-ebda użu kummerċjali mill-infrastrutturi stabbiliti, fi tmiem il-perjodu ta' finanzjament u mhux se jiġu aċċettati proġetti għal perjodu ta' anqas minn tliet snin.

Emenda     14

Proposta għal regolament

Premessa 11c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11c)  B'mod simili, minħabba n-natura mhux kummerċjali tal-intervent, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li l-infrastruttura żviluppata ma tintużax b'mod kummerċjali ladarba l-perjodu ta' finanzjament jiġi fi tmiemu.

Emenda     15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Regolament (UE) Nru 1316/2013

Artikolu 7 – paragrafu 4 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  (ċ) l-azzjonijiet fil-qasam tal-forniment tal-konnettività lokali bla fili mingħajr ħlas fil-komunitajiet lokali għandhom jiġu ffinanzjati b'għotjiet jew b'forom oħra ta' għajnuna finanzjarja mill-istrumenti finanzjarji.”

(c)  l-azzjonijiet fil-qasam tal-forniment tal-konnettività lokali bla fili mingħajr ħlas, mingħajr restrizzjonijiet u sikura fil-komunitajiet lokali għandhom jiġu ffinanzjati b'għotjiet jew b'forom oħra ta' għajnuna finanzjarja mill-istrumenti finanzjarji.”

Emenda     16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1316/2013

Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"L-azzjonijiet fil-qasam tal-forniment tal-konnettività lokali bla fili mingħajr ħlas fil-komunitajiet lokali għandhom jiġu ffinanzjati b'għajnuna finanzjarja tal-Unjoni sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-kofinanzjament."

"L-azzjonijiet fil-qasam tal-forniment tal-konnettività lokali bla fili mingħajr ħlas u sikura fil-komunitajiet lokali għandhom jiġu ffinanzjati b'għajnuna finanzjarja tal-Unjoni sa 100% tal-ispejjeż eliġibbli, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-kofinanzjament."

(Il-protezzjoni tad-data hija essenzjali, u għaldaqstant, jeħtieġ li l-konnessjoni tal-internet tkun kemm mingħajr ħlas kif ukoll sikura)

Emenda     17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) Nru 283/2014

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  "(h) "punt tal-aċċess lokali bla fili" tfisser tagħmir b'potenza baxxa li jaħdem fuq firxa żgħira, li juża spettru tar-radju fuq bażi mhux esklussiva li l-kundizzjonijiet għad-disponibbiltà tiegħu u l-użu effiċjenti għal dan il-għan huma armonizzati fil-livell tal-Unjoni, u li permezz tiegħu l-utenti jkunu jistgħu jiksbu aċċess bla fili għal netwerk tal-komunikazzjoni elettronika."

(h)  "punt tal-aċċess lokali bla fili" tfisser tagħmir b'potenza baxxa li jaħdem fuq firxa żgħira, li juża spettru tar-radju fuq bażi mhux esklussiva li l-kundizzjonijiet għad-disponibbiltà tiegħu u l-użu effiċjenti għal dan il-għan huma armonizzati fil-livell tal-Unjoni, u li permezz tiegħu l-utenti jkunu jistgħu jiksbu aċċess lokali bla fili u mingħajr ħlas għal netwerk tal-komunikazzjoni elettronika.

Emenda     18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 283/2014

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jappoġġaw il-forniment ta' konnettività lokali bla fili u mingħajr ħlas fil-komunitajiet lokali."

(c)  jappoġġaw il-forniment ta' konnettività lokali bla fili, mingħajr ħlas u sikura fil-komunitajiet lokali, li jiggarantixxi konnessjoni minima ta' 100 Mbps jew, jekk din ma tkunx disponibbli, il-veloċità massima disponibbli fis-suq, u li s-servizzi assoċjati ma' mobbiltà sostenibbli jkunu inklużi wkoll.

Emenda     19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (UE) Nru 283/2014

Artikolu 5 – paragrafu 5a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a.  L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-proġetti ta' interess komuni fil-qasam tal-forniment tal-konnettività lokali bla fili u mingħajr ħlas fil-komunitajiet lokali għandhom jiġu appoġġati permezz ta':

5a.  L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-proġetti ta' interess komuni fil-qasam tal-forniment tal-konnettività lokali bla fili, mingħajr ħlas u sikura fil-komunitajiet lokali għandhom jiġu appoġġati permezz ta':

Emenda     20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 283/2014

Artikolu 6 – paragrafu 8a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8a.  L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-proġetti ta' interess komuni fil-qasam tal-forniment tal-konnettività lokali bla fili u mingħajr ħlas fil-komunitajiet lokali għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Anness.

8a.  L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-proġetti ta' interess komuni fil-qasam tal-forniment tal-konnettività lokali bla fili, mingħajr ħlas u sikura fil-komunitajiet lokali għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Anness.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) Nru 283/2014

Anness – taqsima 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-azzjonijiet immirati għall-forniment tal-konnettività lokali bla fili u mingħajr ħlas fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika lokali, inkluż fi spazji fil-beraħ miftuħa għall-pubbliku ġenerali, u li jaqdu rwol ewlieni fil-ħajja pubblika tal-komunitajiet lokali, għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja.

L-azzjonijiet immirati għall-forniment tal-konnettività lokali bla fili, mingħajr ħlas, u sikura fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika lokali, inkluż fi spazji fil-beraħ miftuħa għall-pubbliku ġenerali, u li jaqdu rwol ewlieni fil-ħajja pubblika tal-komunitajiet lokali, għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja, inklużi s-servizzi tat-trasport pubbliku u s-siti turistiċi.

Emenda     22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) Nru 283/2014

Anness – taqsima 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għajnuna finanzjarja għandha tkun disponibbli għall-entitajiet b'missjoni pubblika bħalma huma l-awtoritajiet lokali u l-fornituri tas-servizzi pubbliċi li jipprovdu konnettività lokali bla fili u mingħajr bl-installazzjoni ta' punti tal-aċċess lokali bla fili.

L-għajnuna finanzjarja għandha tkun disponibbli għall-entitajiet b'missjoni pubblika bħalma huma l-awtoritajiet lokali u l-fornituri tas-servizzi pubbliċi li jipprovdu konnettività lokali bla fili, mingħajr ħlas, u sikura bl-installazzjoni ta' punti tal-aċċess lokali bla fili jew ikkombinata mal-implimentazzjoni tas-servizzi tat-trasport pubbliku.

Emenda     23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) Nru 283/2014

Anness – taqsima 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a.  mingħajr ħlas, faċli li jiġi aċċessat, u li juża tagħmir avvanzat ħafna, u

a.  mingħajr ħlas, sikur, faċli li jiġi aċċessat, u li juża tagħmir avvanzat ħafna, u

Emenda     24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) Nru 283/2014

Anness – taqsima 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  tiġi mħeġġa integrazzjoni aħjar tal-komunitajiet lokali fis-Suq Uniku Diġitali u tingħata spinta lill-iżvilupp ta' servizzi u applikazzjonijiet diġitali innovattivi - offruti minn SMEs u negozji lokali fil-qasam tat-trasport u t-turiżmu;

Emenda     25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) Nru 283/2014

Anness – taqsima 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ma għandhomx jiġu koperti proġetti li jidduplikaw offerti privati jew pubbliċi eżistenti b'karatteristiċi simili, inkluż il-kwalità, fl-istess żona.

Ma għandhomx jiġu koperti proġetti li jidduplikaw jew jissovrapponu offerti privati jew pubbliċi eżistenti b'karatteristiċi simili, inkluż il-kwalità, fl-istess żona. Il-punti ta' aċċess lokali u bla fili ffinanzjati taħt dan ir-Regolament għandhom ikopru primarjament l-ispazji pubbliċi.

Emenda     26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) Nru 283/2014

Anness – taqsima 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-baġit disponibbli għandu jiġi allokat b'mod bilanċjat ġeografikament għall-proġetti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' hawn fuq fid-dawl tal-proposti li jaslu u, fil-prinċipju, skont min japplika l-ewwel.”

Il-baġit disponibbli għandu jiġi allokat fl-Istati Membri kollha b'mod bilanċjat ġeografikament b'attenzjoni speċjali għall-gżejjer, għar-reġjuni ultraperiferiċi (kif imsemmi fl-Artikolu 349 tat-TFUE), muntanjużi, transfruntiera u komunitajiet lokali iżgħar u li għadhom lura għall-proġetti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' hawn fuq fid-dawl tal-proposti li jaslu.

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali

Referenzi

COM(2016)0589 – C8-0378/2016 – 2016/0287(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

6.10.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

6.10.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Claudia Țapardel

8.11.2016

Eżami fil-kumitat

28.2.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

11.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Jens Nilsson, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Schmidt, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Peter van Dalen, Wim van de Camp, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Kateřina Konečná, Matthijs van Miltenburg, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jiří Maštálka

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

44

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Dominique Riquet, Pavel Telička, Matthijs van Miltenburg,

ECR

Jacqueline Foster, Tomasz Piotr Poręba, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Peter van Dalen

EFDD

Daniela Aiuto

GUE/NGL

Kateřina Konečná, Merja Kyllönen, Jiří Maštálka

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Dieter-Lebrecht Koch, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

S & D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Jens Nilsson, Gabriele Preuß, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, David-Maria Sassoli, Claudia Țapardel, István Ujhelyi, Janusz Zemke

VERTS/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

1

-

EFDD

Peter Lundgren

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (29.3.2017)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 fejn tidħol il-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali

(COM(2016)0589 – C8-0378/2016 – 2016/0287(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Rosa D'Amato

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

F'Settembru tal-2016, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet reviżjoni ambizzjuża tar-regoli tal-UE dwar it-telekomunikazzjoni b'inizjattivi ġodda sabiex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet li qed jikbru tal-konnettività tal-Ewropej u sabiex tingħata spinta lill-kompetittività Ewropea.

Fost il-miżuri li jappoġġjaw dan l-għan, il-pakkett il-ġdid se jippromwovi it-tnedija ta' punti ta' aċċess lokali bla fili permezz ta' proċeduri simplifikati ta' ppjanar u obbligi regolatorji ħfief, fost l-oħrajn meta tali aċċess jiġi pprovdut fuq bażi mhux kummerċjali jew ikun anċillari għall-forniment ta' servizzi pubbliċi oħrajn.

Is-suġġett ta' din l-opinjoni leġiżlattiva, għalhekk, hu l-analiżi tal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li fiha emendi għall-qafas ġuridiku għat-telekomunikazzjoni fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 (minn hawn 'il quddiem "ir-Regolament CEF") u fir-Regolament (UE) Nru 283/2014, sabiex jiġi promoss internet mingħajr ħlas fil-komunitajiet lokali permezz ta' skema ffinanzjata mill-UE, il-'WiFi4EU'.

Il-proposta tal-Kummissjoni talloka EUR 120 miljun bejn l-2017–2019 għall-iskema WiFi4EU, li għandha tappoġġja l-istallazzjoni ta' tagħmir avvanzat ħafna tal-WiFi fiċ-ċentri tal-ħajja komunitarja. F'dan ir-rigward, huwa essenzjali li t-tagħmir u t-teknoloġija pprovduti jkunu konsistenti mal-ogħla standards disponibbli fis-suq u li s-servizzi pprovduti jkunu faċli biex l-utent jużahom u aċċessibbli għall-persuni b'ħiliet diġitali baxxi.

Ir-rapporteur tqis li huwa essenzjali li din l-inizjattiva tiffoka partikolarment fuq iż-żoni rurali u ż-żoni kollha li jiffaċċjaw ir-riskju ta' depopolazzjoni u abbandun.

L-iskema WiFi4EU se titwassal permezz ta' proċeduri sempliċi u mhux burokratiċi bħalma huma applikazzjonijiet online, pagamenti permezz ta' vawċers u rekwiżiti ta' monitoraġġ li ma jkunux daqstant tassattivi. Ir-rapporteur, madankollu, tisħaq fuq l-importanza ta' awditjar xieraq tal-prestazzjoni tas-servizzi pprovduti matul il-ħajja kollha tal-proġett, filwaqt li jiġi żgurat bilanċ xieraq bejn is-simplifikazzjoni u l-kontroll.

Huwa mistenni li l-intervent se jkollu wkoll diversi effetti pożittivi li jvarjaw mill-involviment ta' operaturi lokali żgħar u ta' daqs medju fis-settur tal-ICT għall-parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika, inkluż għall-gruppi demografiċi li inkella jiffaċċjaw diffikultajiet biex jaċċessaw il-konnettività, u se jippromwovi wkoll il-kunċett ta' "internet tal-oġġetti u tas-servizzi".

Sabiex jiġu evitati d-duplikazzjoni tal-proġetti u t-tixrid tal-fondi, ir-rapporteur tinsisti wkoll fuq il-ħtieġa ta' sinerġiji mal-fondi tal-FEŻR, filwaqt li jitqiesu wkoll l-investimenti enormi fl-Objettiv Tematiku Nru 2 (it-tisħiħ tal-aċċess għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-użu u l-kwalità tagħhom) għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014–2020.

Ir-rapporteur taqbel mal-prinċipju tal-bilanċ ġeografiku propost mill-Kummissjoni imma tqis li l-prinċipju tal-koeżjoni soċjali u territorjali ekonomika stabbilit fit-Trattati għandu jitqies kif xieraq fl-implimentazzjoni tal-WiFi4EU u fid-definizzjoni tal-kriterji tal-għażla tal-applikazzjonijiet ippreżentati mill-awtoritajiet lokali. Il-proġetti li japplikaw għall-iskema għandhom jipproponu li jgħammru żoni fejn tkun għadha ma teżistix offerta pubblika jew privata ta' WiFi li toffri karatteristiċi simili.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Awwissu 2010 bit-titolu "Aġenda Diġitali għall-Ewropa", il-Kummissjoni tosserva li l-Istrateġija Ewropa 2020 enfasizzat l-importanza tal-introduzzjoni tal-broadband għall-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjali u l-kompetittività fl-Unjoni u ddikjarat mill-ġdid l-objettiv li sal-2013 iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jkollhom broadband bażiku u li jkun żgurat li, sal-2020, iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jkollhom aċċess għal internet b'veloċitajiet ħafna ogħla ta' aktar minn 30 Mbps u li 50 % jew aktar tad-djar Ewropej jabbonaw għal konnessjonijiet tal-internet ta' 'l fuq minn 100 Mbps.

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Fost il-miżuri li jappoġġaw il-viżjoni tal-konnettività Ewropea, din tippromwovi l-introduzzjoni ta' punti tal-aċċess lokali bla fili permezz ta' proċeduri simplifikati tal-ippjanar u b'inqas ostakli regolatorji. Dawn il-punti tal-aċċess, inklużi dawk anċillari għall-forniment ta' servizzi pubbliċi oħrajn jew b'natura mhux kummerċjali, jistgħu jagħtu kontribut importanti biex jitjiebu n-netwerks attwali tal-komunikazzjoni bla fili u biex jiġu introdotti l-ġenerazzjonijiet futuri ta' dawn in-netwerks, billi jiffaċilitaw kopertura aktar granulari skont il-ħtiġijiet li qed jinbidlu.

(2)  Fost il-miżuri li jappoġġjaw il-viżjoni tal-konnettività Ewropea, din tippromwovi l-introduzzjoni ta' punti tal-aċċess lokali bla fili permezz ta' proċeduri simplifikati tal-ippjanar u b'inqas ostakli regolatorji. Dawn il-punti tal-aċċess, inklużi dawk anċillari għall-forniment ta' servizzi pubbliċi oħrajn jew b'natura mhux kummerċjali, jistgħu jagħtu kontribut importanti biex jitjiebu n-netwerks attwali tal-komunikazzjoni bla fili u biex jiġu introdotti l-ġenerazzjonijiet futuri ta' dawn in-netwerks, billi jiffaċilitaw kopertura aktar granulari tat-territorju tal-Unjoni skont il-ħtiġijiet kurrenti uli qed jinbidlu. Minħabba l-progress rapidu tat-teknoloġija diġitali, jenħtieġ li jsiru kontrolli regolari u kontrolli tal-kwalità sabiex ikunu żgurati l-kwalità għolja u l-funzjonament xieraq tal-punti lokali tal-aċċess bla fili, bil-għan li din issir aktar sostenibbli u dejjiema.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Jenħtieġ li miżura ulterjuri tal-Unjoni sabiex tiġi appoġġjata l-viżjoni tal-konnettività fl-Unjoni tiżgura li l-konnettività dar b'dar tippermetti liċ-ċittadini tal-Unjoni jagħmlu użu aktar faċli mill-internet u tippromwovi l-kunċett ta' "internet tal-oġġetti u tas-servizzi".

Emenda     4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Wara l-Komunikazzjoni li tistabbilixxi viżjoni Ewropea tal-konnettività tal-internet għas-Suq Uniku Diġitali u sabiex tippromwovi l-inklużjoni diġitali, l-Unjoni għandha tappoġġa l-forniment ta' konnettività lokali bla fili u mingħajr ħlas fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika lokali, inkluż fi spazji fil-beraħ miftuħa għall-pubbliku ġenerali, permezz ta' appoġġ immirat. Dan l-appoġġ għadu mhux kopert bir-Regolamenti (UE) Nru 1316/201315 u (UE) Nru 283/201416 .

(3)  Wara l-Komunikazzjoni li tistabbilixxi viżjoni Ewropea tal-konnettività tal-internet għas-Suq Uniku Diġitali u sabiex tippromwovi l-inklużjoni u l-litteriżmu diġitali, l-Unjoni għandha tappoġġja l-forniment ta' konnettività lokali bla fili b'veloċità għolja, ta' kwalità għolja u mingħajr ħlas fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika lokali, inkluż fi spazji fil-beraħ miftuħa għall-pubbliku ġenerali, permezz ta' appoġġ immirat, b'veloċità minima ta' konnessjoni ta' 100 megabit kull sekonda biex b'hekk jintlaħqu l-miri relatati mas-soċjetà tal-gigabits, li għandhom l-għan li jimplimentaw broadband ultraveloċi sal-2025. Dan l-appoġġ għadu mhux kopert bir-Regolamenti (UE) Nru 1316/201315 u (UE) Nru 283/201416. Jenħtieġ li l-inklużjoni diġitali ma tiddiskriminax lill-postijiet remoti u ż-żoni rurali. Jenħtieġ li konnettività aħjar tal-internet twassal għal aċċess aħjar għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni u, għalhekk, ikollhom impatt pożittiv fuq l-Indiċi ta' Progress Soċjali (SPI) tar-reġjuni.

_________________

_________________

15Ir-Regolament (UE) Nru 1316/20136 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010, ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015, ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.

15Ir-Regolament (UE) Nru 1316/20136 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010, ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015, ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.

16Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar linji gwida għal netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE, ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14.

16Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar linji gwida għal netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE, ĠUL 86, 21.3.2014, p. 14.

Emenda     5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Appoġġ ta' dan it-tip għandu jħeġġeġ lill-entitajiet b'missjoni pubblika bħall-awtoritajiet pubbliċi u l-fornituri tas-servizzi pubbliċi biex joffru konnettività lokali bla fili mingħajr ħlas bħala servizz anċillari għall-missjoni pubblika tagħhom ħalli jiżguraw li l-komunitajiet lokali jistgħu jesperjenzaw il-benefiċċji tal-broadband b'veloċità kbira ħafna fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika. Dawn l-entitajiet jistgħu jinkludu l-muniċipalitajiet u lil awtoritajiet pubbliċi lokali oħra, lil-libreriji u lill-isptarijiet..

(4)  Jenħtieġ li appoġġ ta' dan it-tip iħeġġeġ lill-entitajiet b'missjoni pubblika bħall-awtoritajiet pubbliċi lokali joffru konnettività lokali bla fili mingħajr ħlas, filwaqt li jiggarantixxu livelli għolja ta' ċibersigurtà, bħala servizz anċillari għall-missjoni pubblika tagħhom; f'dan ir-rigward, jenħtieġ li tali appoġġ għalhekk jgħin biex ikun żgurat li l-komunitajiet lokali jkunu garantiti aċċess għall-informazzjoni u l-parteċipazzjoni fil-ħajja pubblika (diġitali), jistgħu jtejbu l-ħiliet diġitali tagħhom u jistgħu jesperjenzaw il-benefiċċji ta' broadband b'veloċità għolja ħafna, fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika. Dawn l-entitajiet jistgħu jinkludu l-postijiet tax-xogħol tal-amministrazzjonijiet muniċipali u ta' awtoritajiet pubbliċi lokali oħra u l-viċinanzi immedjati tagħhom kif ukoll libreriji pubbliċi, mużewijiet, skejjel u universitajiet, ċentri tal-komunità, spazji għal skopijiet multipli, l-istabbilimenti kulturali, tal-isport u dawk taż-żgħażagħ, pjazez u parks muniċipali kif ukoll faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, filwaqt li jiġi żgurat ukoll li l-interazzjonijiet bejn dawk il-korpi u l-fornituri ta' servizzi lokali jkunu anqas ta' piż u aktar rapidi għall-SMEs u li l-proċess kollu jkun anqas burokratiku. L-offerta ta' konnettività bla fili b'veloċità għolja mingħajr ħlas tista' wkoll tiġi pprovduta fi spazji aċċessibbli mingħajr ħlas tat-trasport pubbliku, bħaż-żoni għall-istennija. It-titjib tal-aċċess għal broadband veloċi u ultraveloċi u għas-servizzi tal-ICT, speċjalment fiż-żoni remoti, jista' jżid il-kwalità tal-ħajja tal-individwi billi jiffaċilita l-aċċess għas-servizzi (eż. is-saħħa elettronika u l-gvern elettroniku) u l-possibilitajiet ekonomiċi għall-intrapriżi lokali u n-negozji ġodda, u fl-aħħar mill-aħħar se jtejjeb l-inklużjoni soċjali, it-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività. Jenħtieġ, għalhekk, li l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li ħadd ma jitħalla lura u li l-kontenut tal-internet u s-servizzi online ikunu aċċessibbli għal kulħadd, inklużi ċ-ċittadini li mhumiex diġitalment litterati u l-persuni b'diżabilità.

Emenda     6

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Jenħtieġ li l-inizjattiva tal-Unjoni li ddaħħal punti ta' aċċess lokali bla fili twitti t-triq għall-ħolqien ta' netwerk komuni pan-Ewropew permezz tal-WiFi4EU (SSID) li għandu wkoll ikun trade mark għal WiFi pan-Unjoni rapidu u sigur.

Emenda     7

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-konnettività lokali bla fili għandha tikkwalifika biss bħala mingħajr ħlas meta tkun qed tingħata mingħajr ħlas korrispondenti imħallas b'mod dirett jew b'xi tip ieħor ta' ħlas korrispondenti, inkluż ir-reklamar u l-għoti tad-dejta personali, iżda mhux limitat għalihom.

(5)  Jenħtieġ li l-konnettività lokali bla fili tikkwalifika bħala mingħajr ħlas biss meta tkun qed tingħata mingħajr ħlas korrispondenti imħallas b'mod dirett jew b'xi tip ieħor ta' ħlas korrispondenti, inklużi r-reklamar, il-limiti ta' żmien, u l-għoti ta' data personali, iżda mhux limitat għalihom, bi qbil mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Jenħtieġ li fl-ebda ċirkustanza l-internet bla fili kkofinanzjat mill-Unjoni ma jsir dipendenti fuq ix-xiri ta' beni jew servizzi.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Jekk jitqiesu l-għan speċifiku tal-intervent u n-natura mmirata tiegħu lejn il-ħtiġijiet lokali, dan għandu jiġi identifikat bħala proġett distint ta' interess komuni fis-settur tat-telekomunikazzjoni skont it-tifsira tar-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014.

(6)  Jekk jitqiesu l-għan speċifiku tal-intervent u n-natura mmirata tiegħu lejn il-ħtiġijiet lokali u l-ħtieġa li jinħoloq standard komuni Ewropew tal-immappjar, li jippermetti li jiġu identifikati r-reġjuni li huma l-aktar fil-bżonn u l-effett multiplikatur potenzjali, l-intervent għandu jiġi identifikat bħala proġett distint ta' interess komuni fis-settur tat-telekomunikazzjoni skont it-tifsira tar-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Billi dan l-intervent għandu natura mhux kummerċjali u l-proġetti individwali previsti huma żgħar, il-piż amministrattiv għandu jkun l-inqas possibbli. Għalhekk l-intervent għandu jitwettaq bl-aktar forom xierqa ta' għajnuna finanzjarja, l-aktar b'għotjiet, disponibbli skont ir-Regolament Finanzjarju, issa jew fil-futur. L-intervent ma għandux jistrieħ fuq l-istrumenti finanzjarji.

(8)  Billi dan l-intervent għandu natura mhux kummerċjali u l-proġetti individwali previsti huma żgħar, jenħtieġ li l-piż amministrattiv ikun l-inqas possibbli b'kunsiderazzjoni tal-ħtieġa ta' responsabilizzazzjoni u ta' bilanċ xieraq bejn is-simplifikazzjoni u l-kontroll. Għalhekk jenħtieġ li l-intervent jitwettaq bl-aktar forom xierqa ta' għajnuna finanzjarja, l-aktar b'għotjiet, disponibbli skont ir-Regolament Finanzjarju, issa jew fil-futur. L-intervent ma għandux jistrieħ fuq l-istrumenti finanzjarji. Jenħtieġ li jiġi applikat il-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba.

Emenda     10

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta' din l-inizjattiva tqis is-sinerġija possibbli ma' programmi u fondi eżistenti oħra tal-Unjoni.

Emenda     11

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Billi punt tal-aċċess lokali bla fili partikolari għandu lħuq limitat u l-valur tal-proġetti individwali koperti hu żgħir, il-punti tal-aċċess li se jibbenefikaw mill-għajnuna finanzjarja skont dan ir-Regolament mhumiex mistennija jikkontestaw l-offerti kummerċjali. Biex ikun żgurat aktar li din l-għajnuna finanzjarja ma xxekkilx il-kompetizzjoni, ma tgerrixx l-investimenti privati jew ma tiddiżinċentivax lill-operaturi privati milli jinvestu, l-intervent għandu jkun limitat għall-proġetti li ma jidduplikawx l-offerti privati jew pubbliċi eżistenti b'karatteristiċi simili fl-istess żona. Dan ma għandux jeskludi appoġġ addizzjonali għal introduzzjonijiet b'din l-inizjattiva minn sorsi pubbliċi u privati ta' finanzjament.

(9)  Billi punt tal-aċċess lokali bla fili partikolari għandu lħuq limitat u l-valur tal-proġetti individwali koperti hu żgħir, il-punti tal-aċċess li se jibbenefikaw mill-għajnuna finanzjarja skont dan ir-Regolament mhumiex mistennija jikkontestaw l-offerti kummerċjali. Biex ikun żgurat aktar li din l-għajnuna finanzjarja ma xxekkilx il-kompetizzjoni, ma tgerrixx l-investimenti privati jew ma tiddiżinċentivax lill-operaturi privati milli jinvestu, jenħtieġ li l-intervent ikun limitat għall-proġetti li ma jidduplikawx l-offerti eżistenti b'karatteristiċi simili disponibbli mingħajr ħlas b'termini simili fl-istess żona servuti minn routers WLAN pubbliċi eżistenti. Jenħtieġ li dan ma jeskludix appoġġ addizzjonali għal introduzzjonijiet b'din l-inizjattiva minn sorsi pubbliċi u privati ta' finanzjament. Jenħtieġ li l-finanzjament doppju jiġi eskluż iżda l-muniċipalitajiet li diġà joffru aċċess b'veloċitajiet aktar baxxi jenħtieġ li jkomplu jkunu eliġibbli għal appoġġ bil-ħsieb li tiġi promossa d-disponibilità ġenerali ta' aċċess rapidu għall-internet.

Emenda     12

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Jenħtieġ li l-baġit disponibbli jiġi allokat b'mod ġeografikament ibbilanċjat għal proġetti fl-Istati Membri u ddedikati għal żoni f'riskju ta' qasma diġitali fit-tul , b'numru minimu adegwat ta' vawċers għal kull Stat Membru. L-għoti ta' prijorità lill-SMEs lokali fil-kuntest tax-xiri u tal-installazzjoni tat-tagħmir bil-għan li jiġi fornit WLAN f'konformità ma' dan ir-Regolament għandu jissalvagwardja l-potenzjal għal innovazzjoni u l-ħolqien ta' impjiegi fil-muniċipalitajiet. Jenħtieġ li l-għan prinċipali biex jiġi żgurat il-bilanċ ġeografiku jiddaħħal fil-programmi ta' ħidma rilevanti adottati skont ir-Regolament (UE) 1316/2013 u jenħtieġ li jiġi speċifikat aktar fis-sejħiet għal proposti.

Emenda     13

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Biex ikun żgurat li l-konnettività skont dan ir-Regolament tingħata malajr, l-għajnuna finanzjarja għandha tiġi implimentata kemm jista' jkun b'għodod online ħalli l-applikazzjonijiet jkunu jistgħu jitressqu u jiġu pproċessati malajr filwaqt dawn jappoġġaw l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-awditjar tal-punti tal-aċċess lokali bla fili installati.

(10)  Sabiex ikun żgurat li l-konnettività skont dan ir-Regolament tingħata malajr, huwa essenzjali li l-awtoritajiet lokali u reġjonali u dawk li jipprovdu t-tagħmir tal-WiFi, b'mod partikolari l-SMEs ibbażati fil-komunitajiet lokali, jiġu infurmati fil-pront u b'mod effettiv dwar id-disponibilità ta' konnettività mtejba mill-Uffiċjali Kompetenti tal-Broadband u, meta jkun meħtieġ, jingħataw l-għajnuna biex japplikaw għaliha. Jenħtieġ lil-għajnuna finanzjarja tiġi implimentata kemm jista' jkun b'għodod online li jagħmlu possibbli s-sottomissjoni u l-ipproċessar tal-applikazzjonjiet u jappoġġjaw l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-awditjar effettiv tal-punti tal-aċċess lokali bla fili installati, b'awditjar xieraq tal-prestazzjoni tas-servizzi pprovduti matul il-ħajja tal-proġett b'mod partikulari minħabba l-proċeduri amministrattivi l-ġodda adottati (permezz ta' skema ta' vawċers). B'konsiderazzjoni tal-isfidi komuni li jiffaċċjaw iż-żoni rurali, remoti u b'popolazzjoni baxxa, meta mqabbla maż-żoni urbani, fir-rigward tal-broadband, bħalma huma talba strutturalment aktar baxxa u frammentata kif ukoll spejjeż ogħla għal kull unità (jiġifieri għal kull utent aħħari) għall-introduzzjoni u l-manutenzjoni tal-infrastruttura, jenħtieġ li jittieħdu miżuri biex dawk iż-żoni jibbenefikaw minn konnettività b'veloċità għolja bla fili lokali mingħajr ħlas u ta' kwalità għolja. Jenħtieġ li l-punti lokali ta' konnettività bla fili jkunu viżibbli u ppubbliċizzati mill-awtoritajiet lokali permezz ta' kampanji ta' informazzjoni mmirati lejn il-pubbliku ġenerali. Barra minn hekk, sabiex jiżdied l-għarfien dwar l-importanza tal-promozzjoni tal-konnettività, anke l-proġetti li ma jirċievux għajnuna taħt l-iskema WiFi4EU u li jkunu evalwati b'mod pożittiv jistgħu jingħataw tikketta ta' kwalità bħal fis-'Siġill ta' Eċċellenza', ħaġa li tista' twassal għal sistema mgħaġġla ta' sejħiet taħt sorsi oħra ta' finanzjament, meta jkun xieraq.

Emenda     14

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Minħabba l-ħtiġijiet tal-konnettività tal-internet fl-Unjoni u l-urġenza li jiġu promossi netwerks tal-aċċess li jistgħu jwasslu esperjenza tal-internet ta' kwalità kbira mal-UE kollha bbażati fuq servizzi tal-broadband b'veloċità kbira ħafna, l-għajnuna finanzjarja għandha tara li tikseb distribuzzjoni bilanċjata ġeografikament.

(11)  Minħabba l-ħtiġijiet tal-konnettività tal-internet fl-Unjoni,u b'kunsiderazzjoni kemm tal-evoluzzjoni tal-qasma diġitali bejn iż-żoni urbani u dawk rurali li qed titwessa' bl-iżviluppi teknoloġiċi l-ġodda kif ukoll tal-urġenza sussegwenti li jiġu promossi netwerks tal-aċċess li jistgħu jwasslu, fl-UE kollha, (inkluż fir-reġjuni iżolati, iż-żoni b'aċċess limitat, il-ġżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi) esperjenza tal-internet ta' kwalità għolja bbażati fuq servizzi tal-broadband b'veloċità għolja ħafna u fuq l-użu ta' paġni ta' aċċess multilingwi, jenħtieġ li l-għajnuna finanzjarja tara li tikseb distribuzzjoni bilanċjata ġeografikament, b'kunsiderazzjoni tal-prinċipju tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u tal-livelli differenti ta' żvilupp tal-infrastruttura tal-ICT.

Fil-każ ta' diżastri naturali (bħal għargħar jew terremoti) jenħtieġ li n-netwerk tal-WiFi bla ħlas ikun bla limiti, sikur u b'veloċità għolja sabiex jappoġġja l-komunikazzjoni rapida bejn is-servizzi ta' emerġenza u ċ-ċittadini.

Emenda     15

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Jenħtieġ li d-distribuzzjoni tal-interventi tieħu in kunsiderazzjoni d-differenzi soċjoekonomiċi tar-reġjuni tal-Unjoni u jenħtieġ li timmira li ttejjeb il-kundizzjoni tal-ħajja, billi toħloq ambjent tax-xogħol aħjar u tnaqqas ir-riskji tal-qgħad u d-depopolazzjoni. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni rurali, iż-żoni affettwati minn tranżizzjoni industrijali u r-reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi serji u permanenti. B'kunsiderazzjoni tal-benefiċċji tal-programm għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali għall-komunitajiet lokali, u abbażi ta' rapport ta' evalwazzjoni preliminari tal-ewwel fażi tal-implimentazzjoni ta' din il-miżura li jenħtieġ li jkun disponibbli għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill, din l-inizjattiva tista' sservi biex titħejja l-estensjoni sostenibbli futura tal-programm.

Emenda     16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 283/2014

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jappoġġaw il-forniment ta' konnettività lokali bla fili u mingħajr ħlas fil-komunitajiet lokali.

(c)  jappoġġjaw il-forniment ta' konnettività lokali bla fili u mingħajr ħlas, bla limitu, sikura u b'veloċità għolja fil-komunitajiet lokalili għandha tkun qrib l-ogħla standards disponibbli fis-suq.

Emenda     17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 283/2014

Artikolu 6 − paragrafu 8a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8 a.  L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-proġetti ta' interess komuni fil-qasam tal-forniment tal-konnettività lokali bla fili u mingħajr ħlas fil-komunitajiet lokali għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Anness.

8 a.  L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-proġetti ta' interess komuni fil-qasam tal-forniment tal-konnettività lokali bla fili, mingħajr ħlas u b'veloċità għolja fil-komunitajiet lokali għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Anness.

Emenda     18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) Nru 283/2014

Anness – taqsima 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-azzjonijiet immirati għall-forniment tal-konnettività lokali bla fili u mingħajr ħlas fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika lokali, inkluż fi spazji fil-beraħ miftuħa għall-pubbliku ġenerali, u li jaqdu rwol ewlieni fil-ħajja pubblika tal-komunitajiet lokali, għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja.

L-azzjonijiet immirati għall-forniment tal-konnettività lokali bla fili ,mingħajr ħlas u b'veloċità għolja fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika lokali, inkluż fi spazji fil-beraħ miftuħa għall-pubbliku ġenerali, u li jaqdu rwol ewlieni fil-ħajja pubblika tal-komunitajiet lokali u trasport pubbliku lokali meta jkun aċċessibbli b'mod liberu, għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja. Sabiex jiġu użati b'mod sħiħ mill-pubbliku ġenerali, l-ostakoli lingwistiċi potenzjali għandhom jiġu evitati. Dan ifisser li huwa rrakkomandat li s-sistema kollha ta' konnessjoni tkun multilingwi.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) Nru 283/2014

Anness – taqsima 4 – paragrafu 3 – punt -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1)  kienu s-suġġett ta':

 

(a)   valutazzjoni dwar il-kost-benefiċċju li tiffoka fuq iż-żoni rurali u ż-żoni f'riskju ta' depopolazzjoni u abbandun u fuq il-valur miżjud soċjali tal-konnettività bla fili f'dawk iż-żoni, li twassal għal standard Ewropew tal-immappjar li jagħmilha possibbli li jiġu identifikati r-reġjuni fl-akbar ħtieġa u l-effett multiplikatur potenzjali; kif ukoll

 

(b)   sejħa għal offerti;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) Nru 283/2014

Anness – taqsima 4 – paragrafu 3 – punt 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1)  timplimentahom entità b'missjoni pubblika li tkun kapaċi tippjana u tissorvelja l-installazzjoni tal-punti tal-aċċess lokali bla fili interni u esterni fl-ispazji pubbliċi;

1)  timplimentahom entità b'missjoni pubblika li tkun kapaċi tippjana u tissorvelja l-installazzjoni tal-punti tal-aċċess lokali bla fili interni u esterni fl-ispazji pubbliċi billi twettaq kontroll apposta tal-kwalità;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) Nru 283/2014

Anness – taqsima 4 – paragrafu 3 – punt 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a.  mingħajr ħlas, faċli li jiġi aċċessat, u li juża tagħmir avvanzat ħafna, u

a.  mingħajr ħlas, sikur, faċli li jiġi aċċessat, li juża tagħmir avvanzat ħafna u li jinkludi l-possibilità li tintuża l-bażi transfruntiera kollha tal-internet sabiex tiġi evitata s-segmentazzjoni tas-suq fil-livell tal-Unjoni u l-monopolju tal-kumpaniji kbar;

Emenda     22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) Nru 283/2014

Anness – taqsima 4 – paragrafu 3 – punt 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b.  li jappoġġja l-aċċess għal servizzi diġitali innovattivi, bħal dawk offruti permezz ta' infrastrutturi tas-servizzi diġitali;

b.  li jappoġġja l-aċċess għal servizzi diġitali innovattivi, bħal dawk offruti permezz ta' infrastrutturi tas-servizzi diġitali, kif ukoll il-komunikazzjonijiet ta' emerġenza u ta' kriżi;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) Nru 283/2014

Anness – taqsima 4 – paragrafu 3 – punt 2 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ba.  li ma jaqax taħt livell partikolari ta' veloċità tal-konnessjoni minħabba numru eċċessiv ta' utenti fl-istess ħin;

Emenda     24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) Nru 1234/2014

Anness – taqsima 4 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ma għandhomx jiġu koperti proġetti li jidduplikaw offerti privati jew pubbliċi eżistenti b'karatteristiċi simili, inkluż il-kwalità, fl-istess żona.

Ma għandhomx jiġu koperti proġetti li jidduplikaw offerti privati jew pubbliċi eżistenti b'karatteristiċi simili, inkluża l-kwalità, disponibbli bla ħlas bl-istess termini fl-istess żona moqdija b'routers WLAN pubbliċi eżistenti, filwaqt li tiġi żgurata aktar integrazzjoni bejn is-servizzi tal-WiFi pubbliċi eżistenti kollha u jiġi evitat l-infiq ħażin. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-proġetti (li jirċievu appoġġ) jiġu kkoordinati ma' proġetti simili ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Il-muniċipalitajiet li diġà joffru aċċess b'veloċitajiet aktar baxxi jistgħu jkunu eliġibbli għal appoġġ bil-ħsieb li jippromwovu d-disponibilità ġenerali ta' aċċess rapidu tal-internet; is-servizzi tal-internet mobbli, aċċessibbli bi ħlas fil-post tal-proġett propost ta' konnettività lokali, ma għandhomx jitqiesu bħala duplikazzjoni ta' offerta.

Emenda     25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) Nru 283/2014

Anness – taqsima 4 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-baġit disponibbli għandu jiġi allokat b'mod bilanċjat ġeografikament għall-proġetti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' hawn fuq fid-dawl tal-proposti li jaslu u, fil-prinċipju, skont min japplika l-ewwel.

Il-baġit disponibbli għandu jiġi allokat b'mod bilanċjat ġeografikament b'kont meħud tal-prinċipji ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali stabbiliti fl-Artikolu 174 tat-TFUE u d-differenzi reġjonali rigward il-provvista ta' aċċess għall-internet veloċi fl-Unjoni kollha għall-proġetti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' hawn fuq fuq il-bażi tal-proposti li jaslu. Jenħtieġ li parti adegwata tal-baġit tiġi allokata għaż-żoni li huma inqas żviluppati ekonomikament u diġitalment inklużi r-reġjuni iżolati, il-gżejjer u ż-żoni muntanjużi, konfinali u periferiċi, kif ukoll żoni li ġew esposti għal diżastri naturali, sabiex ir-riżorsi jiġu investiti fejn huma l-aktar meħtieġa.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali

Referenzi

COM(2016)0589 – C8-0378/2016 – 2016/0287(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

6.10.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

6.10.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Rosa D’Amato

11.10.2016

Data tal-adozzjoni

21.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Franc Bogovič, Andrea Cozzolino, Rosa D’Amato, Krzysztof Hetman, Marc Joulaud, Constanze Krehl, Andrew Lewer, Louis-Joseph Manscour, Martina Michels, Iskra Mihaylova, Jens Nilsson, Andrey Novakov, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Liliana Rodrigues, Fernando Ruas, Monika Smolková, Ruža Tomašić, Ramón Luis Valcárcel Siso, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan, Kerstin Westphal

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andor Deli, Josu Juaristi Abaunz, Ivana Maletić, Demetris Papadakis, Tomasz Piotr Poręba, Julia Reid, Davor Škrlec, Damiano Zoffoli, Milan Zver

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Luigi Morgano

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

32

+

ALDE

Iskra Mihaylova, Matthijs van Miltenburg

ECR

Andrew Lewer, Mirosław Piotrowski, Tomasz Piotr Poręba, Ruža Tomašić

EFDD

Rosa D'Amato

GUE/NGL Group

Josu Juaristi Abaunz, Martina Michels

PPE

Franc Bogovič, Andor Deli, Krzysztof Hetman, Marc Joulaud, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Ramón Luis Valcárcel Siso, Milan Zver, Lambert van Nistelrooij

S&D

Andrea Cozzolino, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour, Luigi Morgano, Jens Nilsson, Demetris Papadakis, Liliana Rodrigues, Monika Smolková, Derek Vaughan, Kerstin Westphal, Damiano Zoffoli

Verts/ALE

Davor Škrlec

1

-

EFDD

Julia Reid

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali

Referenzi

COM(2016)0589 – C8-0378/2016 – 2016/0287(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

14.9.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

6.10.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

6.10.2016

ENVI

6.10.2016

IMCO

6.10.2016

TRAN

6.10.2016

 

REGI

6.10.2016

CULT

6.10.2016

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

29.9.2016

IMCO

11.10.2016

CULT

11.10.2016

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Carlos Zorrinho

16.11.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

6.2.2017

27.2.2017

23.3.2017

 

Data tal-adozzjoni

25.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

52

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, David Borrelli, Cristian-Silviu Buşoi, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Ashley Fox, Adam Gierek, Rebecca Harms, Roger Helmer, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jeppe Kofod, Jaromír Kohlíček, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Angelika Mlinar, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Carolina Punset, Michel Reimon, Herbert Reul, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Jean-Luc Schaffhauser, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Anna Záborská, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Amjad Bashir, Isabella De Monte, Francesc Gambús, Werner Langen, Olle Ludvigsson, Gesine Meissner, Clare Moody, Anne Sander, Theodor Dumitru Stolojan, Pavel Telička

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Georgi Pirinski

Data tat-tressiq

4.5.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

52

+

ALDE

Gesine Meissner, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Carolina Punset, Pavel Telička, Lieve Wierinck

EFDD

David Borrelli, Dario Tamburrano

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Jaromír Kohlíček, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis

PPE

Bendt Bendtsen, Jerzy Buzek, Cristian-Silviu Buşoi, Christian Ehler, Francesc Gambús, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Werner Langen, Janusz Lewandowski, Angelika Niebler, Herbert Reul, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Anne Sander, Algirdas Saudargas, Theodor Dumitru Stolojan, Vladimir Urutchev, Hermann Winkler, Anna Záborská, Pilar del Castillo Vera

S&D

José Blanco López, Isabella De Monte, Adam Gierek, Eva Kaili, Jeppe Kofod, Miapetra Kumpula-Natri, Olle Ludvigsson, Clare Moody, Dan Nica, Georgi Pirinski, Miroslav Poche, Patrizia Toia, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Carlos Zorrinho

Greens

Reinhard Bütikofer, Jakop Dalunde, Rebecca Harms, Michel Reimon, Claude Turmes

7

-

ECR

Amjad Bashir, Edward Czesak, Ashley Fox, Hans-Olaf Henkel, Evžen Tošenovský

EFDD

Roger Helmer

ENF

Jean-Luc Schaffhauser

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Mejju 2017Avviż legali