RAPPORT dwar l-istandards Ewropej – implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012

9.6.2017 - (2016/2274(INI))

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Marlene Mizzi
Rapporteur għal opinjoni (*):
Hans-Olaf Henkel, Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
(*)  Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

Proċedura : 2016/2274(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0213/2017
Testi mressqa :
A8-0213/2017
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-istandards Ewropej – implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012

(2016/2274(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

-  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (id-Direttiva NIS),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-1 ta' Ġunju 2016 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 mill-2013 sal-2015 (COM(2016)0212),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ġunju 2016 bit-titolu "Analiżi tal-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1025/2012 mill-2013 sal-2015 u skedi informattivi" (SWD(2016)0126),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ġunju 2016 bit-titolu "Standards Ewropej għas-Seklu 21" (COM(2016)0358),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ġunju 2016 bit-titolu "Nilħqu l-potenzjal tal-istandards Ewropej dwar is-servizzi sabiex ngħinu lill-konsumaturi u n-negozji Ewropej" (SWD(2016)0186),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ġunju 2016 bit-titolu "Il-programm ta' ħidma annwali tal-Unjoni għall-istandardizzazzjoni Ewropea għall-2017" (COM(2016)0357),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ġunju 2016 bit-titolu "L-implimentazzjoni tal-azzjonijiet previsti fil-programm ta' ħidma tal-Unjoni 2016 għall-istandardizzazzjoni Ewropea, inklużi l-atti ta' implimentazzjoni u mandati mibgħuta lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni" (SWD(2016)0185),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' April 2016 bit-titolu "L-istandards tal-ICT bħala l-Pedament tas-Suq Uniku Diġitali" (COM(2016)0176),

–  wara li kkunsidra l-Inizjattiva Konġunta dwar l-Istandardizzazzjoni fil-qafas tal-Istrateġija għal Suq Uniku, imsemmija fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2015 bit-titolu "Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji" (COM(2015)0550),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-futur tal-istandardizzazzjoni Ewropea[1],

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bit-titolu "Standards Ewropej għas-Seklu 21",

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bit-titolu "Standardizzazzjoni Ewropea 2016",

-  wara li kkunsidra l-istrateġija tal-Kummissjoni dwar is-softwer b'sors miftuħ 2014-2017[2],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0213/2017),

A.  billi s-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni hija element ċentrali għar-realizzazzjoni tas-suq uniku; billi l-azzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi viżjoni komuni għall-istandardizzazzjoni Ewropea hija riżultat dirett tal-għaxar prijoritajiet tal-Kummissjoni Juncker u, b'mod partikolari, tal-prijoritajiet dwar is-Suq Uniku Diġitali Konness u l-Istrateġija għal Suq Uniku;

B.  billi sistema Ewropea ta' standardizzazzjoni miftuħa, inklużiva u trasparenti u prinċipalment immexxija mis-suq u bbażata fuq il-fiduċja u fuq konformità xierqa għandha rwol ewlieni biex twieġeb b'mod pożittiv għall-ħtieġa dejjem ikbar, fil-politika Ewropea industrijali, ekonomika, u soċjali, u l-politika u l-leġiżlazzjoni ambjentali, għal standards li jistgħu jikkontribwixxu għas-sikurezza tal-prodott, għall-innovazzjoni, għall-interoperabbiltà, għas-sostenibbiltà u għall-aċċessibilità għal persuni b'diżabilità, u għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini, tal-konsumaturi u tal-ħaddiema;

C.  billi sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea effiċjenti għandha tkun ibbażata fuq sħubija u kooperazzjoni mill-qrib bejn l-industrija, l-awtoritajiet pubbliċi, il-korpi ta' standardizzazzjoni u partijiet ikkonċernati oħra, bħalma huma l-organizzazzjonijiet tal-Anness III rikonoxxuti skont ir-Regolament 1025/2012;

D.  billi l-istandards Ewropej għandhom jiġu żviluppati permezz ta' sistema miftuħa, inklużiva u trasparenti, ibbażata fuq il-kunsens fost il-partijiet kollha interessati, bil-għan li jiġu ddefiniti r-rekwiżiti tekniċi jew ta' kwalità strateġiċi li prodotti attwali jew futuri, il-proċessi, is-servizzi jew il-metodi ta' produzzjoni jistgħu jikkonformaw magħhom;

E.  billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Prijoritajiet tal-Istandardizzazzjoni tal-ICT għas-Suq Uniku Diġitali tagħraf il-valur ta' standards miftuħa, iżda ma tipprovdix definizzjoni ta' standard miftuħ; billi standards miftuħa rriżultaw importanti għall-ħolqien u l-iżvilupp tal-internet u tas-servizzi tal-internet li min-naħa tagħhom rawwmu innovazzjoni, u prospetti soċjali u ekonomiċi;

F.  billi l-użu ta' soluzzjonijiet ta' liċenzjar ta' softwer u hardware b'sors miftuħ għandu u jista' jgħin lill-kumpaniji Ewropej u l-amministrazzjonijiet jiżguraw aċċess aħjar għal oġġetti u servizzi diġitali;

G.  billi sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea moderna u flessibbli hi komponent utli għal politika industrijali Ewropea ambizzjuża u mġedda u għat-tħaddim tas-suq uniku; billi l-istandards jistgħu jtejbu l-kompetittività globali tal-UE, it-tkabbir, il-kompetizzjoni ġusta u l-innovazzjoni, kif ukoll jappoġġjaw il-kwalità, in-negozji, u, b'mod partikolari, il-prestazzjoni tal-SMEs u l-protezzjoni tal-konsumaturi, tal-ħaddiema u tal-ambjent;

H.  billi fl-Ewropa jeżistu flimkien żewġ sistemi differenti ta' żvilupp ta' standards, jiġifieri wieħed ibbażat fuq il-prinċipju tad-delega nazzjonali kif implimentat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC), u ieħor ibbażat fuq is-sħubija bil-ħlas tal-partijiet ikkonċernati kif żviluppat mill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI); billi hemm il-ħtieġa li jiġu evalwati s-sistemi ta' żvilupp ta' standards relatati mar-Regolament 1025/2012 bil-ħsieb li jiġu identifikati l-isfidi eżistenti u l-prattiki tajbin;

I.  billi r-Regolament 1025/2012 wassal għal titjib fil-proċess ta' standardizzazzjoni billi integra, għall-ewwel darba, il-partijiet ikkonċernati tas-soċjetà u l-SMEs taħt il-bażi legali tas-sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea;

J.  billi l-istandards tal-ICT, li huma żviluppati b'mod predominanti f'livell globali, jippermettu l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet interoperabbli għal prodotti komplementari u għad-diversi partijiet ta' prodott partikolari, li huwa partikolarment importanti għall-iżvilupp tal-"internet tal-oġġetti" (IoT); billi l-frammentazzjoni ta' standards u ta' soluzzjonijiet proprjetarji jew nofshom magħluqa jxekkel it-tkabbir u l-adozzjoni tal-IoT, u huwa għalhekk neċessarju li jiġi żviluppat approċċ strateġiku għall-istandardizzazzjoni tal-ICT sabiex jiġi żgurat rispons ta' suċċess għall-ħtiġijiet tad-deċennju li ġej, biex b'hekk l-UE tkun tista' żżomm rwol ta' tmexxija fis-sistema ta' standardizzazzjoni globali;

K.  billi l-pubblikazzjoni ta' dokumenti u tad-data tissodisfa r-responsabbiltajiet governattivi u l-miri ta' trasparenza, inkluża r-responsabbiltà, ir-riproduċibilità, is-sostenibbiltà, u l-affidabbiltà tal-azzjoni governattiva; billi meta jiġu ppubblikati dokumenti jew data, dan irid iseħħ fuq il-bażi ta' formati miftuħa u standardizzati sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' "lock-in" fejn hemm possibbiltà li prodott ta' softwer jew bejjiegħ ma jkunx disponibbli aktar kummerċjalment, u b'tali mod li l-entitajiet indipendenti jkunu jistgħu jimplimentaw dawk il-formati taħt mudelli ta' żvilupp u kummerċjali differenti, inkluż is-sors miftuħ, sabiex jiżguraw it-tkomplija ta' proċessi governattivi u amministrattivi;

L.  billi s-settur tat-trasport sa issa kien fuq quddiem nett tal-iżvilupp u l-użu ta' standards li huma meħtieġa għall-ħolqien taż-Żona Unika Ewropea tat-Trasport;

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-pakkett ambizzjuż tal-Kummissjoni dwar l-istandardizzazzjoni, li flimkien mal-Komunikazzjoni dwar l-Istandards tal-ICT u l-Inizjattiva Konġunta dwar l-istandardizzazzjoni, jimmira li jistabbilixxi sistema sempliċi u koerenti Ewropea ta' standardizzazzjoni bil-għan li jinżamm l-għadd kbir ta' elementi ta' suċċess tiegħu, jitjiebu n-nuqqasijiet tiegħu u jintlaħaq il-bilanċ it-tajjeb bejn id-dimensjonijiet Ewropej, nazzjonali u internazzjonali; jenfasizza li kwalunkwe rieżami futur tas-Sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea (ESS) għandu jibni fuq l-aspetti pożittivi tas-sistema eżistenti, li jikkostitwixxu bażi solida għal titjib, filwaqt li joqgħod lura minn kwalunkwe bidla radikali li ddgħajjef il-valuri ċentrali tagħha;

2.  Jirrikonoxxi l-ispeċifiċità u l-importanza tal-ESS mill-perspettiva tal-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi l-industrija, l-SMEs, il-konsumaturi u l-ħaddiema, u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li s-sistema Ewropea tkompli teżisti u li jkollha riżorsi suffiċjenti biex tissodisfa l-objettivi tar-Regolament 1025/2012, u b'hekk tikkontribwixxi inter alia għall-interoperabbiltà, iċ-ċertezza legali u l-applikazzjoni ta' salvagwardji xierqa, kemm għan-negozji kif ukoll għall-konsumaturi u għall-moviment ħieles tat-teknoloġija tal-informazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi baġit sostenibbli għall-ESS fir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP);

3.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-iStandards Market Relevance Roundtable (SMARRT) taħt l-Inizjattiva Konġunta dwar l-Istandardizzazzjoni, li tippermetti d-djalogu bejn il-Kummissjoni u l-industrija bi trasparenza sħiħa għall-partijiet ikkonċernati dwar punti fuq l-aġenda tal-Kumitat tal-Istandards;

4.  Jinnota li l-istandards huma għodda volontarja, u inċentivata mis-suq, li tipprovdi r-rekwiżiti tekniċi u gwida li l-użu tagħhom jista' jiffaċilita l-konformità ta' prodotti u servizzi mal-leġiżlazzjoni Ewropea u jappoġġja politiki Ewropej meta dawn jiġu żviluppati b'mod trasparenti u inklużiv; jenfasizza, madankollu, li l-istandards ma jistgħux jitqiesu bħala liġi tal-UE, peress li l-leġiżlazzjoni u l-politiki dwar il-livell ta' protezzjoni tal-konsumaturi, is-saħħa, is-sikurezza, l-ambjent u l-protezzjoni tad-data u l-livell ta' inklużjoni soċjali huma ddeterminati mil-leġiżlatur;

5.  Jirrikonoxxi r-rwol ta' formati miftuħa u standardizzati għad-dmir ta' trasparenza tal-gvernijiet, tal-amministrazzjoni, u l-istituzzjonijiet Ewropej; jistieden lill-Istati Membri jippruvaw japplikaw standards komuni fir-rigward tal-amministrazzjoni diġitali, b'enfasi partikolari fuq il-korpi ġudizzjarji u l-awtoritajiet lokali; jenfasizza li l-istandards miftuħa huma essenzjali għall-iżvilupp ulterjuri ta' politiki ta' data tal-gvern miftuħa u ta' bliet intelliġenti, u li d-dokumenti u d-data jridu għalhekk jiġu ppubblikati f'formati miftuħa, standardizzati u li jistgħu jiġu implimentati faċilment, biex l-użu mill-ġdid tad-data jiġi ffaċilitat; jenfasizza r-rwol tal-akkwist pubbliku u ta' soluzzjonijiet ta' standards miftuħa biex jiġi evitat il-lock-in tal-bejjiegħa;

6.  Jemmen bis-sħiħ li d-data miftuħa tibqa' element essenzjali, b'mod partikulari fis-settur tat-trasport, biex jinħasdu l-benefiċċji kollha tas-Suq Uniku Diġitali, bħalma huma l-promozzjoni u l-iżvilupp tat-trasport multimodali; jenfasizza, għalhekk, li hija meħtieġa aktar ċertezza legali, prinċipalment f'dawk li huma sjieda u responsabbiltà; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tippubblika, mingħajr aktar dewmien, pjan direzzjonali għall-iżvilupp ta' standards immirati lejn l-armonizzazzjoni ta' interfaċċi tad-data u tal-ipproggrammar tat-trasport li jkunu ffinanzjati mill-istat sabiex tingħata spinta lill-innovazzjonijiet li jkunu intensivi f'dik li hi data u l-forniment ta' servizzi ġodda tat-trasport;

7.  Jenfasizza li s-sistema attwali ta' akkreditazzjoni ta' istituzzjonijiet tal-ittestjar mhux dejjem tiggarantixxi li l-prodotti u s-servizzi fis-suq li japplikaw b'mod volontarju standards Ewropej huma konformi ma' dawk l-istandards; jiddispjaċih li l-Inizjattiva Konġunta dwar l-Istandardizzazzjoni (JIS) u l-Programm ta' Ħidma Annwali tal-Unjoni għall-Istandardizzazzjoni Ewropea (AUWP) ma jagħtu l-ebda attenzjoni għall-akkreditazzjoni ta' istituzzjonijiet tal-ittestjar u tal-istandards, u jistieden lill-Kummissjoni biex tqis dan l-aspett meta tipproponi inizjattivi ġodda;

8.  Huwa tal-fehma li l-istandards miftuħa għandhom ikunu bbażati fuq it-trasparenza tal-proċess ta' standardizzazzjoni u l-iżvilupp u d-disponibilità ta' standards għall-implimentazzjoni u l-użu, f'konformità mar-Regolament 1025/2012 u l-prinċipji tad-WTO; jirrikonoxxi l-intenzjoni tal-Kummissjoni, kif espressa fil-pjan direzzjonali dwar il-Privattivi Standard Essenzjali, biex jiġu ċċarati kwistjonijiet relatati ma' liċenzjar FRAND u SEP; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, flimkien mal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni (ESOs) u l-komunitajiet b'sors miftuħ, biex jesploraw mezzi adatti ta' ħidma konġunta;

9.  Jenfasizza li s-sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea għandha tikkontribwixxi għall-innovazzjoni Ewropea, ittejjeb il-kompetittività tal-Unjoni, issaħħaħ post l-Ewropa fil-kummerċ internazzjonali u tkun ta' benefiċċju għall-benessri taċ-ċittadini tagħha; iqis li hu importanti, għalhekk, li l-Ewropa żżomm ir-rwol ewlieni tagħha fis-sistema internazzjonali ta' standardizzazzjoni, u jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni ta' standards Ewropej fuq livell globali meta tkun qed tinnegozja ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi; jenfasizza li s-sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea tista' wkoll tibbenefika minn ftehimiet ta' sħubija stabbiliti minn ESOs ma' organizzazzjonijiet ta' standardizzazzjoni ta' pajjiżi terzi, u jinnota li l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament 1025/2012 diġà jipprevedu l-involviment ta' bosta Organizzazzjonijiet tal-Iżvilupp tal-Istandards (SDOs) għall-akkwist pubbliku fil-qasam tal-ICT; jirrakkomanda li l-ESOs iqisu kooperazzjoni eqreb ma' Korpi Nazzjonali tal-Istandardizzazzjoni (NSBs) ta' pajjiżi terzi, inklużi Korpi ta' Standardizzazzjoni ta' Akkumpanjament, fejn jeżistu possibbiltajiet għal allinjament mill-qrib; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-ESOs biex ikomplu jaħdmu lejn il-ħolqien ta' standards globali, filwaqt li tingħata attenzjoni wkoll lill-kuntest reġjonali u r-rilevanza tal-istandard meta jkunu involuti f'xogħol ta' standardizzazzjoni;

10.  Jenfasizza li l-kooperazzjoni internazzjonali dwar l-istandards tgħin sabiex jiġu żgurati t-trasparenza, l-effiċjenza u l-koerenza, u toħloq kuntest favur il-kompetizzjoni għas-settur industrijali – eżempju tajjeb huwa l-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi (WP.29) tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE), li ġie stabbilit għas-settur tal-ICT;

11.  Jenfasizza li l-istandards li huma adottati minn organizzazzjonijiet internazzjonali huma normalment żviluppati barra l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament 1025/2012, u jirrakkomanda lill-ESOs biex japprovawhom biss wara proċess ta' approvazzjoni interna bl-involviment ta' rappreżentanza xierqa tal-partijiet ikkonċernati, bħall-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Anness III, speċjalment għal standards armonizzati li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea;

12.  Huwa tal-opinjoni li l-ESOs għandhom fiċ-ċirkustanzi kollha jiżviluppaw standards inklużivi, sostenibbli, sikuri u ta' kwalità għolja b'aċċess u trattament ġust għall-partijiet ikkonċernati kollha, kif ukoll l-inqas impatt fuq l-ambjent u protezzjoni adegwata tad-data personali u l-privatezza;

13.  Iqis kruċjali l-involviment tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri mal-industrija tal-UE sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta' standards globali b'marka Ewropea fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tat-teknoloġiji 5G;

14.  Jiddeplora l-fatt li d-differenzi bejn l-istandards nazzjonali, bħalma huma dawk fis-settur tat-trasport tal-merkanzija u l-loġistika, għadhom ostaklu għas-suq intern, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni u lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni jiżviluppaw standards xierqa biex jarmonizzaw il-kundizzjonijiet fil-livell nazzjonali kull meta jqisu li jkun meħtieġ, bl-għan li jitneħħew l-ostakli li jista' jkun hemm għas-suq intern; jenfasizza l-ħtieġa li ssir ħidma biex tinkiseb armonizzazzjoni transmodali tal-istandards f'dan ir-rigward;

15.  Jirrimarka, barra minn hekk, li minbarra li tipprevjeni l-frammentazzjoni tas-suq, l-istandardizzazzjoni tista' tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u l-ispejjeż tat-trasport għan-negozji kollha (eż. permezz ta' dokumenti elettroniċi) u għall-SMEs b'mod partikolari, u tista' tiffaċilita l-infurzar xieraq tal-leġiżlazzjoni tal-UE (eż. permezz tat-takografi diġitali, jew is-sistemi elettroniċi tal-pedaġġ);

16.  Jinnota li r-Regolament (KE) Nru 1025/2012 tejjeb l-inklużività tal-ESS, li jippermetti lill-SMEs, lill-konsumaturi, lill-ħaddiema u lill-organizzazzjonijiet ambjentali jipparteċipaw b'mod attiv fil-proċess ta' standardizzazzjoni, u jħeġġeġ li nkomplu f'din id-direzzjoni sabiex ilkoll ikunu rappreżentati b'mod adegwat u jkunu jistgħu jipparteċipaw fis-sistema ta' standardizzazzjoni u għaldaqstant, jisfruttaw kompletament il-benefiċċji dderivati mill-istandardizzazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni, lill-ESOs u l-NSBs jidentifikaw l-aħjar modi biex jintlaħaq dan l-għan u jindirizzaw l-isfidi, inkluż in-nuqqas ta' għarfien, assoċjati ma' involviment ulterjuri;

17.  Jilqa' l-isforzi tal-ETSI biex jingħata aċċess faċli għall-SMEs Ewropej, kif ukoll l-istrateġija fit-tul tiegħu għall-2016-2021 li tindirizza b'mod speċifiku l-kollaborazzjoni transettorjali;

18.  Jirrikonoxxi li l-pass li bih jiġu definiti l-istandards tjieb, u jfakkar l-importanza li jinstab bilanċ ġust bejn il-ħtieġa li jiġi żgurat l-iżvilupp f'waqtu u l-ħtieġa li l-istandards ikunu ta' kwalità għolja;

19.  Huwa tal-fehma li, flimkien mal-aħjar prattiki eżistenti fost il-komunitajiet ta' standardizzazzjoni, iż-żieda tas-sensibilizzazzjoni pubblika tal-istandards proposti, l-involviment xieraq u bikri tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u t-titjib fil-kwalità tat-talbiet ta' standardizzazzjoni jistgħu jżidu aktar it-trasparenza u r-responsabbiltà tas-sistema ta' standardizzazzjoni;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tagħti attenzjoni u tipprovdi assistenza lill-pajjiżi kandidati fl-isforzi tagħhom biex jarmonizzaw l-istandards tagħhom mal-istandards Ewropej, sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-ostakli eżistenti;

Standards tal-ICT

21.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-komunikazzjoni dwar il-prijoritajiet tal-istandards tal-ICT li jistabbilixxu approċċ strateġiku għall-istandardizzazzjoni għat-teknoloġiji tal-ICT, iżda jistieden lill-Kummissjoni tidentifika b'mod ċar l-allinjament bejn din il-komunikazzjoni u l-Pjan Rikorrenti tal-ICT, il-pakkett "Standards Ewropej għas-Seklu 21" u l-Programm ta' Ħidma Annwali;

22.  Jinnota li l-konverġenza tat-teknoloġiji riċenti u d-diġitalizzazzjoni tas-soċjetà, tan-negozji u s-servizzi pubbliċi qed tisfoka d-distinzjoni tradizzjonali bejn l-istandardizzazzjoni ġenerali u dik tal-ICT; iqis li l-istandardizzazzjoni tal-ICT għandha tkun parti minn strateġija diġitali Ewropea biex jinħolqu ekonomiji ta' skala, iffrankar fil-baġit u kompetittività mtejba għall-kumpaniji Ewropej, u biex tiżdied l-interoperabbiltà transsettorjali u transkonfinali ta' prodotti u servizzi permezz ta' definizzjoni aktar mgħaġġla, b'mod miftuħ u kompetittiv, ta' standards volontarji li jkunu faċilment implimentati mill-SMEs;

23.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' aktar kooperazzjoni fi ħdan il-komunità tal-istandardizzazzjoni tal-ICT, b'mod partikolari bejn l-ESOs, u jistieden lill-ESOs iħejju programmi ta' ħidma annwali komuni li jidentifikaw oqsma trażversali ta' interess komuni;

24.  Jenfasizza li proċessi ta' standardizzazzjoni miftuħa, volontarji, inklużivi u orjentati lejn il-kunsens kienu effikaċi sa fejn dawn jammontaw għal mutur tal-innovazzjoni, l-interkonnettività u l-użu ta' teknoloġiji, u jfakkar li huwa importanti wkoll li jiġi żgurat investiment xieraq u kompetenza fit-teknoloġiji avvanzati u l-iżvilupp tagħhom, u biex jiġu appoġġjati SMEs;

25.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni titlob lill-ESOs jikkontribwixxu għal standards ta' kwalità għolja, interoperabbli u miftuħa, sabiex tiġi trattata l-framentazzjoni u tiġi inkoraġġuta l-adozzjoni wiesa' tagħhom, u jirrikonoxxu l-ekosistema eżistenti u mudelli kummerċjali differenti li jappoġġjaw l-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali, peress li dan jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà soċjali, ekonomika u ambjentali tal-katini ta' valur tal-ICT u jikkonfermaw l-impenn fl-interess pubbliku li jiġu żgurati l-privatezza u l-protezzjoni tad-data;

26.  Jenfasizza l-bżonn indispensabbli li l-politika ta' standardizzazzjoni tat-teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni tiġi adattata għas-suq u għall-iżvilupp ta' politika, peress li dan iwassal biex jinkisbu miri politiċi Ewropej importanti li jirrikjedu l-interoperabbiltà, bħall-aċċessibilità, is-sigurtà, in-negozju elettroniku, il-gvern elettroniku, is-saħħa elettronika u t-trasport; jirrakkomanda li l-Kummissjoni u l-ESOs jipprijoritizzaw l-istandards fil-qasam tal-5G, tal-cloud computing, tal-IoT, tad-data u tal-oqsma taċ-ċibersigurtà, kif ukoll f'dak tal-oqsma vertikali, bħalma huma "sewqan konness u awtomatiku u sistemi ta' trasport intelliġenti", "bliet intelliġenti", "enerġija intelliġenti, manifattura avvanzata" u "postijiet ta' għajxien intelliġenti";

27.  Jenfasizza l-ħtieġa li tinħoloq ekosistema tal-ICT miftuħa u interoperabbli bbażata fuq il-ħames standards ta' prijorità tal-ICT li tħeġġeġ il-kompetizzjoni fil-ħolqien tal-valur li fuqha l-innovazzjoni tista' tirnexxi; jemmen li:

–  l-istandards tal-5G għandhom jippermettu bidla ġenerazzjonali reali f'termini ta' kapaċità, affidabbiltà u latenza, sabiex il-5G tkun tista' tlaħħaq maż-żieda mistennija fit-traffiku u r-rekwiżiti differenti tas-servizzi li jkunu ser jinbnew fuqha;

–  l-istandards taċ-ċibersigurtà għandhom jippermettu sigurtà fid-disinn u jikkonformaw mal-prinċipji ta' privatezza fid-disinn, jappoġġjaw ir-reżiljenza tan-netwerks u l-ġestjoni tar-riskju, u jkunu jistgħu jiffaċċjaw iż-żieda rapida fit-theddid ċibernetiku għall-iżviluppi kollha fl-ICT;

–  l-istandards tal-cloud għandhom jikkonverġu biex jippermettu l-interoperabbiltà fl-aspetti kollha tal-cloud, u b'hekk jippermettu l-portabbiltà tal-cloud;

–  l-istandards tad-data għandhom jappoġġjaw il-flussi ta' data transettorjali u interdixxiplinari, filwaqt li jiksbu interoperabbiltà aħjar tad-data u l-metadata, inkluża s-semantifikazzjoni, u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' arkitettura ta' referenza għall-big data;

–  l-istandards tal-IoT għandhom jindirizzaw il-frammentazzjoni attwali mingħajr ma jfixklu l-innovazzjoni f'settur li qed jiżviluppa malajr ħafna;

28.  Jirrikonoxxi li netwerks tal-komunikazzjoni tal-5G effiċjenti jiddependu b'mod essenzjali fuq standards komuni biex jiġu żgurati l-interoperabbiltà u s-sigurtà, iżda jfakkar li l-iżvilupp ta' netwerk ta' kapaċità għolja ħafna huwa s-sinsla ta' netwerk tal-5G affidabbli;

29.  Jinnota li biex tkun suċċess, ekonomija mmexxija mid-data tiddependi fuq ekosistema tal-ICT aktar wiesgħa, inklużi esperti ferm kwalifikati bħal persuni b'ħiliet sabiex jiġu terminati l-qasma diġitali u l-esklużjoni diġitali;

30.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiġbor statistika bl-għan li tivvaluta aħjar l-impatt tad-diġitalizzazzjoni u tal-ICT fuq it-trasport u t-turiżmu;

31.  Huwa konxju mill-għadd li qed jikber ta' pjattaformi, gruppi, laqgħat u mezzi relatati ma' standards tal-ICT; jitlob lill-Kummissjoni biex tirrazzjonalizza l-għadd ta' pjattaformi u mekkaniżmi ta' koordinazzjoni li jieħdu ħsieb l-istandardizzazzjoni u jinvolvu l-organizzazzjonijiet ta' standardizzazzjoni dwar inizjattivi ġodda, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi għall-partijiet ikkonċernati; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm koordinazzjoni aħjar tal-istandards tal-ICT u prijoritajiet tal-istandardizzazzjoni fost l-organizzazzjonijiet differenti, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tinforma minnufih lill-partijiet ikkonċernati dwar l-istadju milħuq fl-inizjattivi li għaddejjin bħalissa fir-rigward tal-istandards tal-ICT;

32.  Jenfasizza li d-diġitalizzazzjoni miexja b'pass mgħaġġel u hija mutur ewlieni tal-ekonomija; jissottolinja l-importanza tad-diġitalizzazzjoni effettiva tal-industriji vertikali sabiex minnha jibbenefikaw l-SMEs, u b'mod speċjali l-konsumaturi fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali u l-ħtieġa li t-tħassib tagħhom jiġi rrappreżentat b'mod xieraq fil-qafas tal-istandardizzazzjoni internazzjonali tal-ICT;

33.  Jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tesplora inizjattivi bħal sistema affidabbli ta' ċertifikazzjoni u ta' tikkettar tal-IoT, li tista' trawwem il-fiduċja fil-livelli tal-privatezza u tas-sigurtà minn tarf sa tarf ta' apparat tal-IoT billi jiġu pprovduti klassifikazzjonijiet komparabbli dwar ir-riskji possibbli assoċjati mal-operat u l-użu ta' apparat jew servizz IoT; jemmen li dawn għandhom jiġu żviluppati fejn ikun rilevanti u fejn l-apparati tal-IoT jista' jkollhom impatt fuq l-infrastruttura rilevanti abbażi tar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva NIS, li għandha sservi bħala bażi għad-definizzjoni ta' rekwiżiti ta' sigurtà; jinnota li kull tikketta minn dawn għandha tkun tista' tadatta għal bidliet teknoloġiċi futuri u tieħu kont ta' standards globali fejn xieraq;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu pożizzjoni ta' tmexxija fil-promozzjoni ta' standards intersettorjali, b'ilsna differenti u fl-appoġġ ta' servizzi favur il-privatezza, affidabbli u sikuri;

35.  Jappoġġja, f'dan is-sens, id-definizzjoni ta' rekwiżiti minimi speċifiċi u miżurabbli li jqisu s-sostenibbiltà u l-affidabbiltà ta' apparati jew servizzi tal-IoT kif ukoll ta' standards ta' sigurtà informatika ta' livell industrijali u standards ta' sostenibbiltà; din il-lista għandha tinkludi, pereżempju, l-impenn li jagħmlu l-aġġornamenti disponibbli għal perjodu minimu ta' żmien wara x-xiri, l-impenn tal-manifattur jew tal-fornitur għal perjodu ta' żmien li fih ikun se jipprovdi aġġornament wara li tiġi skoperta u notifikata xi vulnerabbiltà; għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-possibilità ta' awtoregolamentazzjoni tal-industrija, filwaqt li titqies il-ħeffa li biha l-istandards u t-teknoloġiji jevolvu fis-settur tal-ICT, u d-diversità tal-iżvilupp u l-mudelli kummerċjali, inklużi s-sors miftuħ, in-negozji ġodda u l-SMEs;

36.  Jinnota t-tħassib dwar iċ-ċibersigurtà u l-ispeċifiċitajiet tat-theddidiet fis-settur tat-trasport; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tindirizza dawn l-ispeċifiċitajiet meta tkun qed tadotta r-rakkomandazzjonijiet tagħha dwar l-istandards taċ-ċibersigurtà li huma mistennija sa tmiem l-2017, bħala l-ewwel pass lejn strateġija komprensiva dwar iċ-ċibersigurtà fis-settur tat-trasport;

37.  Jinnota li l-istandardizzazzjoni tal-ICT se tkun ta' benefiċċju għall-iżvilupp tas-servizzi marbuta mat-trasport u mat-turiżmu u ta' soluzzjonijiet tat-trasport multimodali; jistieden lill-Kummissjoni biex, flimkien mal-ESOs, tagħti importanza akbar lil dan l-iżvilupp meta tkun qed timplimenta l-pjan ta' azzjoni prijoritarju tagħha għall-istandardizzazzjoni tal-ICT, u b'mod partikolari tesplora r-rwol potenzjali tal-istandardizzazzjoni biex jingħata appoġġ lit-tibdil teknoloġiku u lill-mudelli kummerċjali ġodda li qed jitfaċċaw fis-settur tat-turiżmu; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni rapida biex tippromwovi l-iżvilupp ta' servizzi integrati għall-ħruġ tal-biljetti u għall-għoti ta' informazzjoni u kunċetti ta' mobilità ġodda bħall-Mobilità bħala Servizz;

38.  Jinnota li biż-żieda fl-użu tal-internet, tas-servizzi bankarji online, tan-netwerking soċjali u tal-inizjattivi elettroniċi tas-saħħa, in-nies qed ikollhom dejjem aktar tħassib dwar is-sigurtà u l-privatezza, u li l-istandards tal-ICT jeħtieġu li jirriflettu l-prinċipji ta' protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-integrazzjoni diġitali tal-manifattura bħala prijorità għall-istandardizzazzjoni tal-ICT u jħeġġeġ l-iżvilupp ta' standards miftuħa għall-protokolli ta' komunikazzjoni u tal-formati tad-data għall-integrazzjoni diġitali tat-tagħmir tal-manifattura sabiex tiġi żgurata interoperabbilità sħiħa bejn magni u apparati;

40.  Jirrikonoxxi xi tħassib b'mod partikolari fir-rigward tal-ICT u tal-Privattivi Standard Essenzjali (SEPs), u jirrikonoxxi li politika tal-IPR robusta, ġusta u raġonevoli tinkoraġġixxi l-investiment u l-innovazzjoni u tiffaċilita l-assorbiment tas-suq uniku diġitali u ta' teknoloġiji ġodda, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-introduzzjoni tal-5G u tal-apparati tal-IoT, billi dawn jiddependu ħafna fuq l-istandardizzazzjoni; jenfasizza li huwa essenzjali li jinżamm qafas ta' standardizzazzjoni bbilanċjat u prattiki effiċjenti ta' għoti ta' liċenzji msejsa fuq il-metodoloġija FRAND (prattiki ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji) u li jindirizzaw it-tħassib leġittimu kemm ta' min joħroġ il-liċenzji u kemm tad-detenturi ta' liċenzja tas-SEP, filwaqt li jiġi żgurat li l-proċess ta' standardizzazzjoni joffri kundizzjonijiet ekwi fejn il-kumpaniji ta' kull daqs, inklużi l-SMEs, jistgħu jikkollaboraw b'mod li jkun ta' benefiċċju reċiproku; jinkoraġġixxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiżgura li l-interoperabbiltà bejn il-komponenti diġitali tkun tista' tinkiseb permezz ta' tipi differenti ta' soluzzjonijiet ta' liċenzjar u mudelli kummerċjali;

41.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiċċara, mingħajr dewmien, l-elementi ewlenin ta' metodoloġija ta' liċenzjar ekwitabbli, effikaċi u infurzabbli mibnija madwar il-prinċipji FRAND, b'kont meħud tal-interessi kemm tad-detenturi u kemm tal-implimentaturi tal-istandards li jinkludu SEPs, redditu ġust fuq l-investiment, u d-disponibilità wiesgħa tat-teknoloġiji żviluppati fi proċess miftuħ ta' standardizzazzjoni sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni tieħu nota tad-deċiżjoni tal-QtĠ-UE C-170/13 (Huawei vs ZTE), li ssib bilanċ bejn id-detenturi tas-SEP u l-implimentaturi tal-istandards bil-għan li jingħeleb il-ksur tal-privattivi u jiġi żgurat l-operat effiċjenti tas-soluzzjoni ta' tilwim; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex ittejjeb id-definizzjoni marbuta ma' informazzjoni dwar il-portata tal-privattivi u tindirizza l-kwistjonijiet relatati mal-assimetriji ta' informazzjoni bejn l-SMEs u l-intrapriżi l-kbar, iżżid it-trasparenza tad-dikjarazzjonijiet standard tal-privattivi essenzjali, u ttejjeb il-kwalità tal-informazzjoni dwar ir-relazzjoni ta' SEPs għal prodotti; huwa tal-opinjoni li kwalunkwe kumpens lill-iżviluppaturi ta' SEPs jeħtieġ li jkun ibbażat fuq termini ġusti, proporzjonati u mhux diskriminatorji, kif ukoll fuq rati tar-royalties trasparenti, raġonevoli, prevedibbli u sostenibbli, ħlief fejn żviluppaturi jiddeċiedu li jipprovdu l-istandard disponibbli mingħajr kumpens finanzjarju; jirrikonoxxi, madankollu, li jeżistu diversi mudelli kummerċjali, bħall-implimentazzjoni ta' liċenzjar ħieles mir-royalties u ta' softwer b'sors miftuħ, u għaldaqstant il-leġiżlazzjoni u d-diskussjoni għandha tkompl tirrikonoxxi l-użu tal-mudelli kollha fuq bażi inklużi d-drittijiet kollha tas-suq u d-detenturi tal-IPR;

42.  Jinnota l-ħtieġa ta' approċċ ibbażat fuq l-evidenza għall-monitoraġġ u l-iżvilupp ulterjuri tal-qafas ta' liċenzjar sabiex tiġi żgurata ekosistema dinamika li toħloq valur miżjud u impjiegi;

43.  Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika rapporti biannwali li jixhdu dwar każijiet reali ta': (a) użu SEP mhux liċenzjat (jiġifieri ksur) li jdum 18-il xahar jew aktar; u (b) kwistjonijiet dwar aċċess għal standards minħabba nuqqas ta' konformità sistematika mal-impenji FRAND;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkonkludi d-dibattitu dwar il-"perċezzjoni ta' ħtieġa" ta' cloud tax-xjenza u tieħu azzjoni immedjata, bi ftehim mill-qrib mal-Istati Membri dwar il-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa, li għandu jintegra bla xkiel in-netwerks eżistenti, id-data u s-sistemi tal-informatika bi prestazzjoni għolja u ta' servizzi tal-infrastruttura elettronika fl-oqsma xjentifiċi kollha, f'qafas ta' politiki u standards tal-ICT komuni;

Standards Ewropej għas-seklu 21

45.  Jilqa' l-pakkett ta' "Standards Ewropej għas-Seklu 21" tal-Kummissjoni u huwa tal-fehma li s-sistema ta' standardizzazzjoni għandha ssir iktar trasparenti, miftuħa u inklużiva bil-għan li tintegra bis-sħiħ it-tħassib taċ-ċittadini, tal-konsumaturi u tal-SMEs;

46.  Jiddispjaċih li ma ġiex ikkonsultat qabel l-adozzjoni tal-pakkett, u jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej jallinjaw id-diversi inizjattivi fi programm wieħed ta' ħidma strateġiku u olistiku li jevita d-duplikazzjoni ta' azzjonijiet u politiki; jenfasizza li l-kumitat rilevanti tal-Parlament Ewropew jista' jkollu rwol importanti fl-iskrutinju pubbliku ta' standards armonizzati mitlub mill-Kummissjoni;

47.  Jappella għal aktar tisħiħ, koerenza u titjib fil-preċiżjoni tal-AUWP;

48.   Jenfasizza li l-AUWP li jmiss jeħtieġ li speċifikament jindirizza azzjonijiet li jtejbu l-koordinazzjoni bejn l-istandards ICT u mhux tal-ICT, li wasslu għat-titjib tar-regoli tal-NSBs differenti, u jippromwovu l-inklużività tal-ESOs billi tingħata attenzjoni akbar għar-rwol tal-partijiet ikkonċernati elenkati fl-Artikolu 5;

49.  Jenfasizza l-importanza tad-djalogu interistituzzjonali għat-tħejjija tal-AUWP, u jħeġġeġ li l-isforzi jinvolvu, qabel l-adozzjoni tal-AUWP, lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha f'Forum Annwali dwar l-Istandardizzazzjoni, biex jiddiskutu l-oqsma ġodda, l-isfidi eżistenti u titjib neċessarju tal-proċess ta' standardizzazzjoni;

50.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinvestu fi strateġiji nazzjonali għall-istandardizzazzjoni li jgħinu u jinkoraġġixxu lis-settur pubbliku, il-korpi ta' standardizzazzjoni, il-partijiet ikkonċernati tas-soċjetà, l-SMEs u l-akkademiċi fil-livell nazzjonali jiżviluppaw u jimplimentaw pjanijiet ta' azzjoni ta' standardizzazzjoni individwali;

51.  Jilqa' l-JIS u jirrakkomanda li l-Parlament jiġi mistieden ukoll biex jipparteċipa fi u jikkontribwixxi għaliha, u jenfasizza li r-regoli ta' tali sħubijiet pubbliċi-privati jeħtieġ jiġu rispettati mill-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi l-istituzzjonijiet tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tieħu rwol ta' tmexxija fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-JIS u tirrapporta lura lill-Parlament sa tmiem l-2017 dwar il-progress miksub;

52.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn, magħmul fil-kuntest tal-JIS, biex jiġi żviluppat studju dwar l-impatt ekonomiku u soċjali, inkluża informazzjoni dwar linji ta' politika, riskji u eżiti fir-rigward tal-kwalità tal-ħajja, aspetti soċjali u relatati mal-impjegati, tal-istandards u l-użu tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tibbaża dan l-istudju fuq data kwantitattiva u kwalitattiva u tanalizza kemm il-mudelli kummerċjali tal-proċess ta' standardizzazzjoni kif ukoll id-diversi mudelli finanzjarji – inklużi l-opportunitajiet u l-isfidi – biex jagħmlu l-aċċess għall-istandards armonizzati disponibbli faċilment;

53.  Jissottolinja l-fatt li l-istandardizzazzjoni hija dejjem aktar rikonoxxuta bħala kontributur importanti għar-riċerka u l-iżvilupp u li għandha rwol importanti fl-għeluq tad-distakk bejn ir-riċerka u s-suq, trawwem it-tixrid u l-isfruttament tar-riżultati fir-riċerka, u toħloq bażi għal aktar innovazzjoni;

54.  Jistieden lill-Kummissjoni tadotta politiki li jeliminaw l-ostakli eċċessivi f'setturi innovattivi, biex jagħtu inċentiv għall-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp u fl-istandardizzazzjoni fil-livell tal-UE; jinnota li l-industriji vertikali għandhom ifasslu l-pjan direzzjonali tagħhom għall-istandardizzazzjoni, filwaqt li jibbażaw ruħhom fuq proċessi mmexxija mill-industrija, li jekk ikollhom rieda soda sabiex jiksbu standards komuni, ikollhom il-kapaċità li jsiru standards dinjija; jemmen li l-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandu jkollhom rwol speċjali f'dan il-proċess;

55.  Iħeġġeġ lill-partijiet tal-JIS jiżguraw li r-riċerka u l-innovazzjoni jkunu allinjati aħjar mal-prijoritajiet li jiffissaw l-istandards;

56.  Iqis li għarfien u liċenzji miftuħa huma l-aħjar strument biex jiġu stimolati l-innovazzjoni u l-iżvilupp tat-teknoloġija; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet ta' riċerka li jużaw il-fondi tal-UE jużaw privattivi u liċenzji miftuħa sabiex jiksbu rwol akbar fl-iffissar ta' standards;

57.  Jappoġġja azzjonijiet immirati lejn it-titjib tas-sinerġija bejn il-komunitajiet tal-istandardizzazzjoni u dawk tar-riċerka u fil-promozzjoni tal-istandards fi stadju bikri tal-proġetti ta' riċerka; iħeġġeġ lill-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni jippromwovu l-istandardizzazzjoni fost ir-riċerkaturi u l-komunità tal-innovazzjoni, inklużi l-organizzazzjonijiet governattivi u l-aġenziji ta' finanzjament rilevanti u jirrakkomanda li jiġi żviluppat kapitolu speċifiku dwar l-istandardizzazzjoni fl-Orizzont 2020;

58.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-ESOs biex jiżguraw li l-istandards tas-servizzi rilevanti għas-suq jirriflettu s-servitizzazzjoni dejjem akbar tal-ekonomija u jiġu żviluppati bl-għanijiet li tiġi żgurata s-sikurezza u l-kwalità tas-servizzi u jiġu pprijoritizzati l-oqsma bl-ogħla detriment għall-konsumaturi mingħajr ma jiġu mittiefsa r-rekwiżiti regolatorji nazzjonali eżistenti, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-liġi tax-xogħol jew il-ftehimiet kollettivi u n-negozjar; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-istandards tas-servizzi sikwit jirrispondu għall-ispeċifiċitajiet nazzjonali u li l-iżvilupp tagħhom huwa relatat mal-bżonnijiet tas-suq, l-interessi tal-konsumatur u l-interess pubbliku; jenfasizza li l-iżvilupp tal-istandards tas-servizzi Ewropej għandu jikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq intern għas-servizzi, filwaqt li tiżdied it-trasparenza, il-kwalità u l-kompetittività u biex jiġu promossa l-kompetizzjoni, l-innovazzjoni, u l-protezzjoni tal-konsumatur;

59.  Jirrimarka li l-proċess ta' standardizzazzjoni fl-Ewropa għandu jinkludi standards li jtejbu l-aċċessibilità għat-trasport u għas-servizzi tat-trasport mingħajr ostakli għall-persuni b'diżabilità u l-anzjani;

60.  Huwa tal-opinjoni li d-dinja moderna li qiegħda tinbidel b'rata mgħaġġla, bil-kumplessità teknika miżjuda tagħha, twassal għall-iżvilupp ta' għadd dejjem akbar ta' standards u pjattaformi għall-ipproċessar ta' speċifikazzjonijiet li ma jikkorrispondux mal-korpi tal-istandardizzazzjoni rikonoxxuti taħt ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012, u li issa hemm esiġenzi akbar f'dak li jirrigwarda l-involviment ta' SMEs u ta' mikrointrapriżi; jenfasizza l-importanza li jkunu appoġġjati miżuri għat-titjib tal-aċċess tal-SMEs għall-iżvilupp u l-użu tal-istandards;

61.  Jissottolinja l-importanza tal-interkonnessjoni ta' pjattaformi u bażijiet tad-data fil-livell Ewropew li jippermettu interoperabbiltà aħjar tan-netwerks u s-sistemi;

62.  Jemmen li l-istandardizzazzjoni tal-ICT tinvolvi mhux biss l-iffissar ta' rekwiżiti tal-prodott iżda anke l-iżvilupp ta' teknoloġiji innovattivi;

63.  Jenfasizza li arranġamenti (tekniċi) unformi jgħinu fit-tnaqqis tal-ispejjeż tal-iżvilupp, tal-produzzjoni u taċ-ċertifikazzjoni u biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-kompiti;

64.  Jenfasizza li t-tixjiħ demografiku fl-Ewropa jitlob l-inkorporazzjoni sistematika tal-ħtiġijiet tal-anzjani u l-persuni b'diżabilità – kif ukoll ta' membri oħra vulnerabbli tas-soċjetà – fl-iżvilupp tal-istandards, li huma għodda xierqa li tgħin biex ikun hemm soċjetà attiva u b'saħħitha fl-Ewropa u biex tiżdied l-aċċessibilità tal-prodotti u s-servizzi għaċ-ċittadini;

65.  Jirrimarka li l-innovazzjoni fis-setturi tat-trasport u tat-turiżmu tipprovdi opportunitajiet enormi u għandha impatt pożittiv kemm fuq is-soċjetà kif ukoll fuq in-negozji tal-UE, b'mod partikolari l-SMEs u n-negozji l-ġodda, u jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati standards ġodda, u dan, fejn possibbli, billi jiġi segwit approċċ mifrux fuq diversi oqsma, u fuq il-ħtieġa li tiġi promossa l-istandardizzazzjoni sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa ta' inizjattivi tal-UE fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni, bħalma huma s-Sistemi ta' Trasport Intelliġenti Kooperattivi (C-ITS - Cooperative Intelligent Transport Systems) u l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet għat-trasport fis-Sistemi ta' Navigazzjoni bis-Satellita tal-UE (Galileo u EGNOS);

L-Organizzazzjonijiet Ewropej għall-Istandardizzazzjoni

66.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rwol tal-ESOs, iżda jinkoraġġixxi aktar inizjattivi biex jitjiebu l-ftuħ, l-aċċessibilità u t-trasparenza tagħhom, u jirrakkomanda li l-ħidma tagħhom tkun iggwidata minn interessi Ewropej;

67.  Jirrikonoxxi li l-prinċipju tad-delega nazzjonali huwa element fundamentali għas-sistema Ewropea, iżda jwissi li hemm differenzi f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi, il-kompetenza teknika u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati fil-livell nazzjonali, u jirrakkomanda li l-ħidma tad-delegazzjonijiet nazzjonali tkun ikkumplimentata;

68.  Jirrikonoxxi l-importanza tat-tfassil f'waqtu tal-istandards, kif ukoll ta' referenzi ċċitati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU) f'każ ta' standards armonizzati; huwa konxju dwar it-tnaqqis ta' ċitazzjonijiet ta' standards b'referenza msemmija fil-ĠU u jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga u tindirizza r-raġunijiet għal dan u tneħħi spejjeż jew piżijiet bla bżonn; jirrakkomanda, f'dan ir-rigward, involviment akbar tal-esperti tal-Kummissjoni u tal-Konsulenti ta' Approċċ Ġdid fil-proċess ta' standardizzazzjoni, u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa, flimkien mal-ESOs, linji gwida għall-evalwazzjoni għall-istandardizzazzjoni sabiex tgħin lid-diversi dipartimenti fi ħdan il-Kummissjoni, lill-ESOs u lill-Konsulenti ta' Approċċ Ġdid sabiex jevalwaw l-istandards b'mod koerenti;

69.  Itenni li mekkaniżmi ta' appell trasparenti u aċċessibbli jibnu fiduċja fl-ESOs, kif ukoll fil-proċessi tal-iffissar tal-istandards;

70.  Jinkoraġġixxi l-użu ta' ICTs ġodda biex jitjiebu l-aċċessibilità u t-trasparenza tal-proċessi ta' standardizzazzjoni, bħall-għodda elettronika ta' tagħlim għall-SMEs, CEN-CENELEC; jemmen li l-użu ta' għodod diġitali jista' jiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati fl-iżvilupp ta' standards u jipprovdi informazzjoni dwar xogħol ta' standardizzazzjoni imminenti, attwali jew finalizzat;

Rakkomandazzjonijiet strateġiċi

71.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb is-sinerġiji u l-koordinazzjoni bejn l-istituzzjonijiet Ewropej, l-ESOs, l-NSBs u l-organizzazzjonijiet rilevanti kollha tal-partijiet ikkonċernati permezz tal-Forum Annwali dwar l-Istandardizzazzjoni filwaqt li tirrikonoxxi wkoll il-kuntest internazzjonali tal-istandards; jirrikonoxxi li l-maġġoranza l-kbira tal-istandards jiġu żviluppati b'mod volontarju b'reazzjoni għall-ħtiġijiet tas-suq u tal-konsumatur, u jappoġġja dan;

  Jitlob li ssir applikazzjoni stretta tar-Regolament 1025/2012 fir-rigward tar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-Anness III u għall-pubblikazzjoni tar-rapporti previsti fl-Artikolu 24 tar-regolament;

73.  Iħeġġeġ bis-sħiħ lill-Kummissjoni biex tarmonizza l-kundizzjonijiet għall-organizzazzjonijiet tal-Anness III u biex tiżgura t-tneħħija ta' ostakli de facto għall-involviment effettiv tagħhom fl-istandardizzazzjoni;

  Jirrakkomanda li l-istatus, id-drittijiet u l-obbligi ta' sħubija tal-organizzazzjonijiet tal-Anness III, bħalma huma d-dritt ta' appell, setgħat konsultattivi, id-dritt għal opinjoni qabel l-adozzjoni ta' standard, u l-aċċess lill-kumitati tekniċi u l-gruppi ta' ħidma jiġu riveduti fi ħdan l-ESOs sabiex jaċċertaw jekk jissodisfawx ir-rekwiżiti tar-Regolament 1025/2012;

  Jistieden lill-ESOs jiżguraw li l-Ftehimiet ISO-CEN (Vjenna) u IEC CENELEC (Frankfurt) la jimpedixxu u lanqas jipperikolaw il-parteċipazzjoni fil-proċessi ta' standardizzazzjoni tal-Organizzazzjonijiet jew NSBs tal-Anness III;

76.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-infrastruttura meħtieġa, jiffaċilitaw il-finanzjament għaliha u jħaffu l-installazzjoni tagħha, inkluż permezz tal-modernizzazzjoni, il-konverżjoni u l-modifika, għall-aċċettazzjoni fis-suq ta' teknoloġiji ġodda appoġġjati minn standards Ewropej (eż. infrastruttura għal karburanti alternattivi), b'konformità mar-rekwiżiti tas-sikurezza, tas-saħħa u tal-ambjent; jenfasizza li l-infrastruttura hija investiment fuq terminu twil u li għalhekk jenħtieġ li l-istandardizzazzjoni tagħha tiżgura interoperabbiltà massima u tippermetti li jsiru żviluppi teknoloġiċi futuri u l-applikazzjoni tagħhom;

  Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-ESOs u mal-NSBs biex jippromwovu punti ta' kuntatt ta' aċċess, li l-użu tagħhom ikun faċli, għall-istandards li jistgħu jipprovdu għajnuna u informazzjoni lil utenti tal-istandards dwar dawk li jkunu disponibbli u l-ispeċifikazzjonijiet ġenerali tagħhom, u li jistgħu jgħinuhom isibu l-istandards li jaqblu l-aktar mal-ħtiġijiet tagħhom, kif ukoll gwida dwar l-implimentazzjoni tagħhom; jirrakkomanda, barra minn hekk, kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni fil-livell nazzjonali u tal-UE biex jippromwovu r-rwol tal-istandards u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jinkludu korsijiet ta' edukazzjoni professjonali rilevanti dwar l-istandards fis-sistemi edukattivi nazzjonali tagħhom;

78.  Jitlob ukoll lill-Kummissjoni tiżviluppa attivitajiet ta' segwitu tat-teknoloġija biex jiġu identifikati żviluppi futur tal-ICT li jistgħu jibbenefikaw mill-istandardizzazzjoni, tiffaċilita l-fluss u t-trasparenza tal-informazzjoni meħtieġa għall-penetrazzjoni tas-suq u l-funzjonament ta' dawn it-teknoloġiji, u, f'dan ir-rigward, tippromwovi mekkaniżmi ta' valutazzjoni aċċessibbli faċilment u faċli għall-utent permezz tal-internet;

79.  Jirrakkomanda li l-NSBs jeħtieġ jeżaminaw jekk huwiex possibbli li jingħata aċċess għall-istandards b'tali mod li l-utent tal-istandards ikun jista' jagħmel valutazzjoni tar-rilevanza tal-istandard; jirrakkomanda bil-qawwa li, meta jiddeterminaw il-livelli tat-tariffi li jirrigardaw l-istandards, l-NSBs u l-ESOs iqisu l-bżonnijiet tal-SMEs u tal-partijiet ikkonċernati li huma utenti mhux kummerċjali;

80.  Jistieden lill-Kummissjoni tħejji reġistru Ewropew li jelenka l-istandards Ewropej eżistenti bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, li jkun jinkludi wkoll informazzjoni dwar ix-xogħol ta' standardizzazzjoni li jkun għaddej fl-ESOs, il-mandati ta' standardizzazzjoni eżistenti, il-progress li jkun sar u d-deċiżjonijiet li jkun fihom oġġezzjonijiet formali;

  Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja l-iżviluppi fl-istandardizzazzjoni tal-ICT fil-livell internazzjonali u, jekk ikun meħtieġ, tappoġġja l-parteċipazzjoni u l-kooperazzjoni tal-partijiet ikkonċernati Ewropej fi ħdan korpi ta' standardizzazzjoni xierqa, u fi proġetti ta' standardizzazzjoni strateġikament importanti, sabiex jiġu promossi l-mudell regolatorju Ewropew u l-interessi Ewropej; iħeġġeġ l-użu tal-Pjattaforma ta' bosta Partijiet Interessati dwar l-Istandardizzazzjoni tal-ICT biex jitlaqqgħu flimkien l-ESOs u l-korpi ta' standardizzazzjoni internazzjonali tal-ICT;

82.  Iħeġġeġ l-adozzjoni mill-UE tal-Mudell tal-Arkitettura ta' Referenza għall-Industrija 4.0 għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea;

83.  Jistieden lill-Istati Membri jużaw l-istandards Ewropej tal-ICT fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku sabiex titjieb il-kwalità tas-servizzi pubbliċi u jitrawmu t-teknoloġiji innovattivi; jenfasizza, madankollu, li l-użu tal-istandards m'għandux jirriżulta f'ostakli addizzjonali, b'mod partikolari għan-negozji ż-żgħar, għall-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta' akkwist pubbliku;

  Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE, lill-gvernijiet nazzjonali u lill-ESOs jiżviluppaw linji gwida ta' taħriġ għal dawk li jfasslu l-politika biex jgħinuhom jegħlbu l-inkonsistenzi li jirriżultaw mill-użu ta' metodi ta' ħidma differenti fid-diversi dipartimenti u istituzzjonijiet, u biex tinħoloq kultura ta' standardizzazzjoni u fehim ta' kif il-proċessi tal-istandards jaħdmu u meta jkunu jistgħu jintużaw;

  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 56.
  • [2]  https://ec.europa.eu/info/european-commissions-open-source-strategy_mt

NOTA SPJEGATTIVA

1. Sfond

Fl-1 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat pakkett ta' Komunikazzjonijiet li jiddeskrivu l-viżjoni tal-Kummissjoni dwar kif l-iffissar ta' standards Ewropej għandu jevolvi fis-snin li ġejjin.

Il-pakkett jikkonsisti f'erba' Komunikazzjonijiet: Komunikazzjoni dwar "Standards Ewropej għas-Seklu 21", Gwida Ddedikata għall-istandards dwar is-servizzi: "Nilħqu l-potenzjal tal-istandards Ewropej dwar is-servizzi sabiex ngħinu lill-konsumaturi u n-negozji Ewropej", dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni dwar ir-Rapport skont l-Artikolu 24 u l-evalwazzjoni REFIT u l-programm ta' ħidma annwali tal-Unjoni għall-istandardizzazzjoni Ewropea għall-2017.

Il-pakkett jinkludi wkoll deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi l-qafas għal Inizjattiva Konġunta dwar l-Istandardizzazzjoni (JIS), li hija sħubija mill-qrib bejn l-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati sabiex jiġu indirizzati l-isfidi attwali fil-proċess tal-iżvilupp standard u li jiġi promoss hub Ewropew ta' standardizzazzjoni, fejn l-istandards jiġu żviluppati f'waqthom b'mod miftuħ, trasparenti u inklużiv.

L-Inizjattiva Konġunta dwar l-istandardizzazzjoni hija kkomplementata mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar "L-istandards tal-ICT bħala l-Pedament tas-Suq Uniku Diġitali" adottata f'April 2016. Il-Komunikazzjoni dwar l-ICT tipproponi miżuri konkreti biex jitħaffef il-proċess tal-iffissar tal-istandards tal-ICT billi tiffoka fuq ħames oqsma ta' prijorità: il-5G, il-cloud computing, l-internet tal-oġġetti, it-teknoloġiji tad-data u ċ-ċibersigurtà.

Il-pakkett ġenerali tal-Kummissjoni, flimkien mal-Komunikazzjoni dwar l-Istandards tal-ICT u l-JIS, għandu l-għan li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Standardizzazzjoni unika u koerenti li tadatta għall-ambjent li dejjem qed jinbidel, tappoġġja politiki multipli, u ġġib magħha benefiċċji għall-konsumaturi u n-negozji;

Bħalissa, il-politika Ewropea dwar l-Istandardizzazzjoni hija żviluppata permezz ta' strumenti politiċi differenti, bħalma huma l-Programm ta' Ħidma Annwali tal-Unjoni għall-Istandardizzazzjoni Ewropea (AUWP) u l-Pjan Rikorrenti tal-ICT u diversi pjattaformi bħall-Kumitat dwar l-Istandards u l-Pjattaforma Ewropea ta' bosta Partijiet Interessati dwar l-Istandardizzazzjoni tal-ICT.

Fil-pakkett tagħha, il-Kummissjoni tagħraf li hemm il-ħtieġa li dawk l-inizjattivi jiġu allinjati. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni qed tipproponi l-adozzjoni tal-AUWP f'Lulju ta' kull sena, li, mill-2017, se tkun ippreċeduta minn djalogu interistituzzjonali bl-involviment sħiħ tal-Parlament Ewropew u ta' istituzzjonijiet oħra tal-UE. Kull sena d-djalogu interistituzzjonali se jkun ibbażat fuq rapport uniku mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-inizjattivi msemmija hawn fuq.

Ir-rapport tal-Parlament Ewropew għandu l-għan li jikkontribwixxi lejn l-idea ta' politika ta' standardizzazzjoni tal-UE unika u koerenti, li jkollha post aktar importanti fl-aġenda politika, u fejn il-prijoritajiet jiġu diskussi regolarment mal-Parlament Ewropew.

L-objettivi tar-Rapporteur huma li tikkontribwixxi għad-dibattitu li għaddej attwalment u li jiġu stabbiliti l-prijoritajiet tal-Parlament Ewropew bħala rispons għall-pakkett ta' standardizzazzjoni tal-Kummissjoni, għall-Inizjattiva Konġunta dwar l-Istandardizzazzjoni u għall-Komunikazzjoni tal-ICT. Barra minn hekk, ir-rapport se jikkontribwixxi għall-ewwel Djalogu Interistituzzjonali ppjanat għar-rebbiegħa tal-2017 u għall-AWUP 2018, li se jiġi adottat mill-Kummissjoni f'Lulju 2017.

II. Kunsiderazzjonijiet ġenerali tar-Rapporteur

Dan ir-rapport huwa bbażat fuq għadd ta' punti sinifikanti li r-Rapporteur temmen li huma essenzjali li jiġu kkunsidrati meta jkun qed jiġi diskuss il-futur tas-sistema Ewropea ta' standardizzazzjoni.

Ir-Rapporteur hija tal-opinjoni li l-istandards huma għodda importanti għall-funzjonament tas-Suq Uniku, biex itejbu l-kompetittività, it-tkabbir u l-innovazzjoni Ewropea, biex jappoġġjaw il-kwalità, il-prestazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumaturi, in-negozju, il-ħaddiema u l-ambjent u biex jiżviluppaw l-interoperabbiltà tan-netwerks u tas-sistemi.

Madankollu, minħabba t-teknoloġiji l-ġodda u l-integrazzjoni progressiva tas-soluzzjonijiet diġitali fil-ktajjen tal-valur globali industrijali, kif ukoll il-kuntest internazzjonali li qiegħed jevolvi b'mod mgħaġġel, l-ambjent tal-istandardizzazzjoni qiegħed jinbidel b'mod rapidu u jinħtieġ momentum ġdid biex iwieġeb b'mod effettiv għall-bżonnijiet tal-standards tal-industrija, tal-konsumaturi, tal-ħaddiema, tal-organizzazzjonijiet ambjentali u tal-partijiet ikkonċernati l-oħra.

Ir-Rapporteur tilqa' b'sodisfazzjon il-pakkett ambizzjuż tal-Kummissjoni dwar l-istandardizzazzjoni, kif ukoll il-Komunikazzjoni dwar l-Istandards tal-ICT u l-Inizjattiva Konġunta dwar l-istandardizzazzjoni. Madankollu, ir-Rapporteur temmen li hemm numru ta' ostakli prattiċi li jridu jiġu indirizzati, b'mod partikolari għall-inklużività, il-ftuħ u t-trasparenza tas-sistema u r-rappreżentazzjonijiet tal-organizzazzjoni tal-partijiet ikkonċernati mill-Anness III.

Ir-Rapporteur temmen li l-iktar standards li rnexxew huma dawk li ġew żviluppati b'appoġġ wiesa' tal-industrija, tal-awtoritajiet pubbliċi, tal-konsumaturi, tal-ħaddiema u taċ-ċittadini. Għalhekk, ir-Rapporteur tappoġġja s-sistema Ewropea unika, li tqis mhux biss il-kontribuzzjonijiet tal-industrija kbira u tal-awtoritajiet pubbliċi, iżda ukoll tal-SMEs, tal-konsumaturi u taċ-ċittadini.

Ir-Rapporteur temmen li sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea effiċjenti teħtieġ li tkun ibbażata fuq sħubija mill-qrib u kooperazzjoni bejn l-industrija, l-awtoritajiet pubbliċi, il-korpi ta' standardizzazzjoni u partijiet ikkonċernati oħrajn, li jaħdmu flimkien f'sistema bbażata fuq l-inklużività, il-ftuħ, it-trasparenza u l-kunsens sabiex tiddefinixxi l-ħtiġijiet strateġiċi tekniċi jew ta' kwalità ta' prodotti, proċessi, servizzi jew il-metodi ta' produzzjoni attwali jew futuri.

Ir-Rapporteur tirrikonoxxi wkoll li l-istandards huma għodda volontarji u inċentivati mis-suq li jipprovdu r-rekwiżiti tekniċi u l-gwida li jistgħu jgħinu fl-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni u politiki Ewropej meta dawn jiġu żviluppati b'mod trasparenti u inklużiv, iżda tenfasizza li d-deċiżjonijiet politiċi dwar il-livell ta' protezzjoni tas-saħħa, tas-sikurezza u tal-ambjent għandhom jitħallew f'idejn il-leġiżlatur.

L-aħħar iżda mhux l-anqas, ir-rapport jagħraf l-importanza tal-promozzjoni tal-Istandards Ewropej u tas-Sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea fil-livell globali u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaħdmu f'din id-direzzjoni biex jagħtu aktar attenzjoni lir-rwol globali u lir-rilevanza ta' standards, meta jinvolvu ruħhom f'xogħol ta' standardizzazzjoni.

III. Standards tal-ICT

Ir-rapport jagħraf li kemm l-interoperabbiltà u kemm l-istandardizzazzjoni jaqdu rwol kruċjali fit-trasformazzjoni diġitali. Il-konverġenza tat-teknoloġiji u d-diġitalizzazzjoni tas-soċjetà, tan-negozji u tas-servizzi pubbliċi tisfoka d-distinzjoni tradizzjonali bejn l-istandardizzazzjoni ġenerali u l-istandardizzazzjoni tal-ICT, iżda l-Kummissjoni għadha qed tipproponi strumenti ta' politika differenti biex tippjana l-attivitajiet ta' standardizzazzjoni tal-ICT u mhux tal-ICT.

Għalhekk, ir-rapport jistieden lill-Kummissjoni biex tidentifika b'mod ċar l-allinjament bejn il-Pjan Rikorrenti u l-Pjan Prijoritarju tal-Istandards ICT, il-pakkett "Standards Ewropej għas-Seklu 21" u l-Programm ta' Ħidma Annwali u tagħmel xi suġġerimenti dwar kif jista' jittejjeb l-Internet tal-Oġġetti (IoT).

Ir-Rapporteur tenfasizza li l-Ewropa għandha tappoġġja l-proċessi ta' standardizzazzjoni miftuħa bħala mutur tal-innovazzjoni, l-interkonnettività u l-użu ta' teknoloġiji bbażati fuq termini ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji ("impenn FRAND") sabiex jiġu indirizzati l-interessi leġittimi kemm tad-detenturi SEP u tad-detenturi potenzjali u tiżgura li l-istandardizzazzjoni tipprovdi kundizzjonijiet ekwi fejn il-kumpaniji ta' kull daqs jistgħu jikkollaboraw b'mod li jibbenefikaw b'mod reċiproku.

IV. Il-bżonn ta' approċċ olistiku għall-istandards Ewropej għas-Seklu 21

Ir-Rapporteur hija tal-opinjoni li l-proċess tal-istandardizzazzjoni jmur lil hinn mill-aspetti ekonomiċi biss. Hija tenfasizza li l-partijiet ikkonċernati involuti fl-iżvilupp tal-istandards jeħtieġ jadottaw approċċ olistiku u komuni li permezz tiegħu l-għanijiet tal-konsumatur u taċ-ċittadin, b'mod partikolari dawk relatati ma' interessi ekonomiċi, soċjali, ta' saħħa u ambjentali jkunu integrati bis-sħiħ fil-proċess ta' standardizzazzjoni.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur jiddispjaċiha li l-Parlament Ewropew ma kienx ġie debitament ikkonsultat qabel ma l-Kummissjoni adottat il-pakkett u tħeġġeġ lill-Kummissjoni flimkien mal-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra, l-ESOs u l-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra jallinjaw l-inizjattivi differenti fi programm ta' ħidma strateġiku wieħed olistiku.

Ir-rapport jissuġġerixxi wkoll tisħiħ, titjib u koerenza akbar tal-AWUP b'mod partikolari l-allinjament tal-attivitajiet ta' standardizzazzjoni tal-ICT u mhux tal-ICT u l-ħolqien ta' Forum Annwali dwar l-Istandardizzazzjoni qabel l-adozzjoni AWUP għal involviment aħjar tal-partijiet ikkonċernati differenti tad-djalogu interistituzzjonali.

Ir-Rapporteur tilqa' l-Inizjattiva Konġunta dwar l-Istandardizzazzjoni (JIS) u tissuġġerixxi li l-istudju dwar l-impatt ekonomiku u soċjali jinkludi wkoll data dwar l-impatt tal-mudell kummerċjali tal-proċess ta' standardizzazzjoni, kif ukoll dwar id-diversi mudelli finanzjarji.

Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-istandards tas-servizzi, il-Kummissjoni tippromwovi l-iżvilupp ta' standards fis-settur tas-servizzi. Ir-Rapporteur tappoġġja l-approċċ tal-Kummissjoni, iżda temmen li dan għandu jsir bil-għan li l-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati jiġu mifhuma aħjar u li tingħata prijorità lil dawk l-oqsma bl-ogħla detriment għall-konsumaturi, mingħajr ma jiġu mittiefsa r-rekwiżiti regolatorji nazzjonali eżistenti u, b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tal-liġi tax-xogħol, il-ftehimiet kollettivi u n-negozjar kollettiv.

Ir-Rapporteur tenfasizza wkoll l-importanza li tiġi appoġġjata l-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-proċess tal-iżvilupp tal-istandards u fl-użu tal-istandards disponibbli.

V. L-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni (ESOs)

Ir-Rapporteur tagħmel ukoll xi suġġerimenti dwar kif jistgħu jittejbu l-aċċessibilità u t-trasparenza tal-proċeduri ta' standardizzazzjoni tas-CEN, tas-CENELEC u tal-ETSI u kif tista' tissaħħaħ is-sistema billi tissalvagwardja li l-iżvilupp tal-istandards jibqa' miftuħ, trasparenti u ggwidat minn interessi Ewropej, l-għoti ta' aċċess ugwali u b'kont meħud tal-interessi tal-partijiet ikkonċernati kollha li jixtiequ jinfluwenzaw il-proċess ta' standardizzazzjoni u biex jieħdu sehem fl-iżvilupp ta' standards.

VI. Rakkomandazzjonijiet strateġiċi

Ir-rapport jagħmel xi rakkomandazzjonijiet strateġiċi li għandhom jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni Ewropea fid-djalogu Interistituzzjonali u l-Programm ta' Ħidma annwali għall-2018.

Ir-Rapporteur tissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha ssaħħaħ is-sinerġiji u l-koordinazzjoni bejn l-SSOs u l-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati u tadotta pjan ta' azzjoni għat-tneħħija tal-ostakli de facto għal parteċipazzjoni effettiva min-naħa tal-organizzazzjonijiet tal-Anness III. Ir-rapport jissuġġerixxi li, strateġikament, l-Organizzazzjonijiet tal-Anness III jingħataw status speċifiku ta' membri bi drittijiet u obbligi speċifiċi u biex jiġu armonizzati kompletament il-kondizzjonijiet għal dawk l-organizzazzjonijiet fil-livell nazzjonali u Ewropew.

Biex ikompli jitjieb l-aċċess tal-SMEs fil-proċess ta' standardizzazzjoni, ir-Rapporteur tissuġġerixxi l-ħolqien ta' punti uniċi ta' aċċess faċli biex jipprovdu assistenza u informazzjoni għall-utenti tal-istandards.

Biex jitjieb ir-rwol ewlieni tal-ESS fil-livell globali, ir-Rapporteur tissuġġerixxi li l-Kummissjoni tissorvelja l-istandardizzazzjoni internazzjonali fl-ICT u, jekk ikun meħtieġ, tiffinanzja l-parteċipazzjoni ta' esperti Ewropej fil-livell internazzjonali biex tippromwovi l-mudell regolatorju Ewropew u l-interessi Ewropej.

Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur tissuġġerixxi żieda fis-sensibilizzazzjoni u l-għarfien dwar l-istandards permezz tal-iżvilupp ta' Linji Gwida għall-edukazzjoni u t-taħriġ ta' dawk li jfasslu l-politika li jispjegaw kif l-istandardizzazzjoni taħdem u meta din tista' tintuża.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (29.3.2017)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar l-istandards Ewropej – implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012
(2016/2274(INI))

Rapporteur għal opinjoni(*): Hans-Olaf Henkel

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza li l-istandardizzazzjoni tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) immexxija mill-industrija, volontarja u mmexxija mill-kunsens, ibbażata fuq l-onestà, it-trasparenza, l-imparzjalità, il-koerenza u l-inklużività għandha tirnexxi u tkun effettiva, sabiex tkun ta' vantaġġ għall-konsumaturi, il-ħaddiema u l-industrija Ewropej;

2.  Jenfasizza l-fatt li l-istandards tal-ICT huma essenzjali għall-ikkompletar tas-Suq Uniku Diġitali, għall-faċilitazzjoni tat-trasformazzjoni għal ekonomija diġitalizzata mmexxija mid-data u għall-appoġġ tal-kompetittività globali tal-industrija Ewropea; jenfasizza li l-istandardizzazzjoni tal-ICT trid tkun parti essenzjali tal-istrateġija industrijali Ewropea, peress li l-interoperabbiltà tippermetti l-ekonomiji ta' skala u l-innovazzjoni u tappoġġja l-aċċess għas-suq u l-ħolqien tal-impjiegi;

3.  Jirrikonoxxi l-kuntest ta' sfida attwali tad-diġitalizzazzjoni għas-setturi kollha u l-pass dejjem aktar mgħaġġel tal-bidla teknoloġika u l-proliferazzjoni ta' fora tal-iffissar ta' standards, u jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-proċessi tal-iffissar ta' standards tal-UE jiġu adattati għal dawn ir-realtajiet ġodda;

4.  Jirrikonoxxi l-importanza strateġika tal-istandardizzazzjoni tal-ICT u jitlob djalogu kontinwu bejn il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni (ESOs);

5.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' aktar kooperazzjoni fi ħdan il-komunità tal-istandardizzazzjoni tal-ICT, b'mod partikolari bejn l-ESOs, u jistieden lill-ESOs iħejju programmi ta' ħidma annwali komuni li jidentifikaw oqsma trażversali ta' interess komuni;

6.  Jirrikonoxxi l-importanza strateġika ta' preżenza tal-UE kkoordinata u ottimizzata f'fora globali tal-ICT u f'organizzazzjonijiet internazzjonali ta' standardizzazzjoni;

7.  Jitlob lill-Kummissjoni tirrazzjonalizza l-għadd ta' pjattaformi u mekkaniżmi ta' koordinazzjoni;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi b'mod attiv u fuq livell internazzjonali, standards Ewropej u tiżviluppa aġenda għal kooperazzjoni eqreb ibbażata fuq oqsma speċifiċi ta' interess komuni ma' sħab internazzjonali;

9.  Jenfasizza n-natura globali tal-istandards tal-ICT u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, u jitlob li jkun hemm impenn kontinwu fost l-ESOs biex jintroduċu standards globali fl-Ewropa, u kooperazzjoni intensifikata ma' pajjiżi terzi permezz ta' proċess trasparenti, inklużiv u orjentat lejn il-kunsens, u jitlob lill-Kummissjoni tidentifika l-aqwa standards ippruvati għall-għanijiet ta' akkwist pubbliku b'kunsiderazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni taċċellera l-proċedura tal-elenkar tal-istandards tal-ICT Ewropej fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠUUE);

10.  Jenfasizza l-fatt li ftehimiet kummerċjali ġusti bejn l-Istati tal-UE u dawk mhux tal-UE jistgħu jikkontribwixxu biex jiġu mfassla regoli ta' standardizzazzjoni internazzjonali komuni;

11.  Jenfasizza li l-kooperazzjoni internazzjonali dwar l-istandards tgħin sabiex jiġu żgurati t-trasparenza, l-effiċjenza u l-koerenza, u toħloq kuntest favur il-kompetizzjoni għas-settur industrijali - eżempju tajjeb huwa l-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi (WP.29) tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE), li ġie stabbilit għas-settur tal-ICT;

12.  Iqis kruċjali l-involviment tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri mal-industrija tal-UE sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta' standards globali b'marka Ewropea fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tat-teknoloġiji 5G;

13.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra l-konverġenza mal-pajjiżi terzi fir-rigward tal-5G, il-cloud computing, is-sigurtà tad-data u ċ-ċibersigurtà;

14.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-ESOs jipprovdu assistenza teknika lil hinn mill-UE fl-appoġġ tal-internazzjonalizzazzjoni tal-istandards Ewropej, id-disinji istituzzjonali u l-proċessi ta' standardizzazzjoni;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni tibda timplimenta l-Inizjattiva Konġunta dwar l-Istandardizzazzjoni malajr kemm jista' jkun, peress li dan huwa previst fl-istrateġija tas-suq uniku;

16.  Jissottolinja l-fatt li l-istandardizzazzjoni hija dejjem aktar rikonoxxuta bħala kontributur importanti għar-riċerka u l-iżvilupp u li għandha rwol importanti fl-għeluq tad-distakk bejn ir-riċerka u s-suq, trawwem it-tixrid u l-isfruttament tar-riżultati fir-riċerka, u toħloq bażi għal aktar innovazzjoni;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni tadotta politiki li jeliminaw l-ostakli eċċessivi f'setturi innovattivi, biex jagħtu inċentiv għall-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp, u fl-istandardizzazzjoni tal-UE; jinnota li l-industriji vertikali għandhom ifasslu l-pjan direzzjonali tagħhom għall-istandardizzazzjoni, filwaqt li jibbażaw ruħhom fuq proċessi mmexxija mill-industrija, li jekk ikollhom rieda soda sabiex jiksbu standards komuni, ikollhom il-kapaċità li jsiru standards dinjija; jemmen li l-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandu jkollhom rwol speċjali f'dan il-proċess;

18.  Iħeġġeġ lill-partijiet tal-Inizjattiva Konġunta jiżguraw li r-riċerka u l-innovazzjoni jkunu allinjati aħjar mal-prijoritajiet li jistabbilixxu l-istandards;

19.  Jistieden lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) jfittxu u jippromwovu kollaborazzjoni transsettorjali, u jiżguraw proċessi ta' standardizzazzjoni faċli, aġili, trasparenti u aċċessibbli, speċjalment għall-istandards tal-ICT li jaffettwaw l-industriji tradizzjonali, bl-involviment xieraq tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, bħalma huma l-industriji tal-manifattura, l-SMEs, il-partijiet ikkonċernati soċjali u tas-soċjetà, u l-awtoritajiet pubbliċi;

20.  Jenfasizza li d-diġitalizzazzjoni mixja b'pass mgħaġġel u hija xprunatur ewlieni tal-ekonomija; jissottolinja l-importanza tad-diġitalizzazzjoni effettiva tal-industriji vertikali sabiex jibbenefikaw l-SMEs, u b'mod speċjali l-konsumaturi fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali u l-ħtieġa li t-tħassib tagħhom jiġi rrappreżentat b'mod xieraq fl-istandardizzazzjoni internazzjonali tal-ICT;

21.  Jieħu nota tal-ostakli li għad fadal għall-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-istandardizzazzjoni u fl-adozzjoni tal-istandards, inkluż in-nuqqas ta' sensibilizzazzjoni; jitlob qafas sempliċi u aċċessibbli għall-istandardizzazzjoni bħala appoġġ għall-SMEs kollha fost l-ESOs kollha;

22.  Jilqa' l-isforzi tal-ETSI biex jiġi pprovdut aċċess faċli għall-SMEs Ewropej u l-istrateġija fit-tul tiegħu (2016-2021) li tindirizza b'mod speċifiku l-kollaborazzjoni transettorjali;

23.  Jirrimarka li l-istandardizzazzjoni fl-oqsma tal-merkanzija, tas-servizzi u tal-ICT ittejjeb l-aċċess għas-suq, b'mod partikolari għall-SMEs;

24.  Jenfasizza l-fatt li l-istandardizzazzjoni tal-ICT tirrikjedi politika bbilanċjata u effettiva għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u jenfasizza li s-sistema ta' liċenzjar FRAND (jiġifieri, l-applikazzjoni ta' termini ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji) tikkontribwixxi għal bilanċ importanti bejn l-innovaturi u l-utenti tat-teknoloġija; jilqa' s-sentenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Huawei v ZTE, u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura s-soluzzjoni effiċjenti tat-tilwim, tappoġġja r-ritorn fuq l-investiment u tiżgura aċċess wiesa' għat-teknoloġija standardizzata; jissottolinja t-tħassib li nuqqas ta' ċarezza tad-dritt jista' jimmina l-ġustizzja tas-sistema; jirrimarka li l-SMEs huma speċjalment żvantaġġati fil-proċess ta' liċenzjar u jissuġġerixxi li aktar trasparenza u gwida għall-kundizzjonijiet ta' liċenzjar jżidu l-użu tal-istandards;

25.  Jenfasizza li huwa f'idejn il-partijiet li jinnegozjaw ftehim ta' liċenzjar FRAND dwar il-portafoll tal-privattivi meħtieġa biex jiġi implimentat standard u li royalty ġust jirrifletti l-valur li t-teknoloġija bi privattiva tikkontribwixxi għall-prodott;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika rapporti biannwali li jixhdu dwar każijiet reali ta': (a) użu SEP mhux liċenzjat (jiġifieri ksur) li jdum 18-il xahar jew aktar; u (b) kwistjonijiet dwar aċċess għal standards minħabba nuqqas ta' konformità sistematika mal-impenji FRAND;

27.  Jinnota l-ħtieġa ta' approċċ ibbażat fuq l-evidenza għall-monitoraġġ u l-iżvilupp ulterjuri tal-qafas ta' liċenzjar sabiex tiġi żgurata ekosistema dinamika li toħloq il-valur miżjud u l-impjiegi;

28.  Iqis li għarfien u liċenzji miftuħa huma l-aħjar strument biex jiġu stimolati l-innovazzjoni u l-iżvilupp tat-teknoloġija; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet ta' riċerka li jużaw il-fondi tal-UE jużaw privattivi u liċenzji miftuħa sabiex ikollhom rwol akbar fl-iffissar ta' standards;

29.  Jirrikonoxxi t-titjib li sar fil-proċess ta' antiċipazzjoni tal-istandardizzazzjoni tal-ICT; jenfasizza l-fatt li l-adozzjoni u l-pubblikazzjoni rapidi u f'waqthom tal-istandards tal-ICT huma kruċjali, u jistieden lill-partijiet kollha kkonċernati jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex itejbu l-proċessi u jżidu ċ-ċertezza;

30.  Itenni li l-Kummissjoni għandha rwol kruċjali fid-determinazzjoni tar-rapidità li bija l-istandards jistgħu jkunu lesti għas-suq u jħeġġeġ lill-Kummissjoni taqbel, flimkien mal-ESOs, dwar proċess ċar biex tiġi żgurata l-pubblikazzjoni f'waqtha tal-istandards fil-ĠUUE;

31.  Jenfasizza l-fatt li t-twassil f'waqtu tal-standards huwa kruċjali, flimkien mal-kwotazzjoni tar-referenzi tagħhom fil-ĠUUE fil-każ ta' standards armonizzati;

32.  Jirrikonoxxi s-suċċess tal-Approċċ Ġdid u jitlob il-preservazzjoni tal-prinċipji tiegħu;

33.  Jilqa' l-ħames oqsma ta' prijorità tal-ICT identifikati mill-Kummissjoni: il-5G, il-cloud computing, l-internet tal-oġġetti (IoT), is-sigurtà tad-data u ċ-ċibersigurtà, li kollha huma pedamenti teknoloġiċi essenzjali li fuqhom jibbażaw oqsma daqstant importanti bħas-saħħa elettronika, l-użu intelliġenti u effiċjenti tal-enerġija, sistemi ta' trasport intelliġenti, bliet intelliġenti u manifattura avvanzata;

34.  Jenfasizza l-ħtieġa li tinħoloq ekosistema tal-ICT miftuħa u interoperabbli bbażata fuq il-ħames standards ta' prijorità tal-ICT li tħeġġeġ il-kompetizzjoni fil-ħolqien tal-valur li fuqha l-innovazzjoni tista' tirnexxi; jemmen li:

–  l-istandards tal-5G għandhom jippermettu bidla reali tal-ġenerazzjoni f'termini ta' kapaċità, affidabbiltà u latenza, sabiex din tkun tista' tlaħħaq maż-żieda mistennija fit-traffiku u r-rekwiżiti differenti ta' servizzi li jkunu ser jinbnew fuqha;

–  l-istandards taċ-ċibersigurtà għandhom jippermettu sigurtà fid-disinn u jikkonformaw mal-prinċipji ta' privatezza fid-disinn, jappoġġjaw ir-reżiljenza ta' netwerks u l-ġestjoni tar-riskju, u jkunu jistgħu jiffaċċjaw l-iżvilupp rapidu tat-theddid ċibernetiku għall-iżviluppi kollha tat-teknoloġiji tal-ICT;

–  l-istandards tal-cloud għandhom jikkonverġu biex jippermettu l-interoperabbiltà fl-aspetti kollha tal-cloud, filwaqt li jippermettu l-portabbiltà tal-cloud;

–  l-istandards tad-data għandhom jappoġġjaw il-flussi ta' data transettorjali u interdixxiplinari, filwaqt li jiksbu interoperabbiltà aħjar tad-data u l-metadata, inkluża s-semantifikazzjoni, u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' arkitettura ta' referenza tal-big data;

–  l-istandards tal-IoT għandhom jindirizzaw il-frammentazzjoni attwali mingħajr ma jfixklu l-innovazzjoni f'settur li qed jiżviluppa malajr ħafna;

35.  Jirrikonoxxi li netwerks tal-komunikazzjoni tal-5G effiċjenti jiddependu b'mod kritiku fuq standards komuni biex jiġu żgurati l-interoperabbiltà u s-sigurtà, iżda jfakkar li l-iżvilupp ta' netwerk ta' kapaċità għolja ħafna huwa s-sinsla ta' netwerk tal-5G affidabbli;

36.  Jinnota li ekonomija mmexxija mid-data tiddependi fuq ekosistema tal-ICT aktar wiesgħa biex tirnexxi, inklużi esperti ferm kwalifikati bħal persuni b'ħiliet sabiex jiġu terminati l-qasma diġitali u l-esklużjoni;

37.  Iħeġġeġ l-adozzjoni tal-UE tal-Mudell tal-Arkitettura ta' Referenza għall-Industrija 4.0 għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea;

38.  Jissottolinja l-importanza tal-interkonnessjoni ta' pjattaformi u bażijiet tad-data fil-livell Ewropew li jippermettu interoperabbiltà aħjar tan-netwerks u s-sistemi;

39.  Jissottolinja li l-interoperabbiltà u l-prestazzjoni tat-tagħmir, is-soluzzjonijiet u s-servizzi tekniċi huma fiċ-ċentru tal-istandardizzazzjoni tal-ICT;

40.  Jemmen li l-istandardizzazzjoni tal-ICT tinvolvi mhux biss l-iffissar ta' rekwiżiti tal-prodott iżda anke l-iżvilupp ta' teknoloġiji innovattivi;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi standards Ewropej li jappoġġjaw għodod ta' sors miftuħ kapaċi li jiżguraw aċċess ugwali għall-ekwitajiet żviluppati fil-livell Ewropew;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu pożizzjoni ta' tmexxija fil-promozzjoni ta' standards intersettorjali, b'ilsna differenti u fl-appoġġ ta' servizzi favur il-privatezza, affidabbli u sikuri;

43.  Jenfasizza li arranġamenti unformi (tekniċi) jgħinu fit-tnaqqis tal-ispejjeż tal-iżvilupp, tal-produzzjoni u taċ-ċertifikazzjoni u biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-kompiti;

44.  Jenfasizza li l-istandardizzazzjoni timplika wkoll l-iżvilupp ta' proċess unitarju li huwa sostenibbli u trasferibbli lill-Istati Membri kollha;

45.  Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament b'aġġornament annwali, fil-forma ta' skambju regolari u informali, dwar il-progress ta' standardizzazzjoni tal-ICT u l-kontribut tagħha għall-kompetittività u t-tkabbir fl-UE.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

22.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

61

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nikolay Barekov, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, Cristian-Silviu Buşoi, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Pilar del Castillo Vera, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, András Gyürk, Rebecca Harms, Eva Kaili, Kaja Kallas, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Nadine Morano, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Michel Reimon, Herbert Reul, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Mario Borghezio, Soledad Cabezón Ruiz, Jens Geier, Françoise Grossetête, Benedek Jávor, Olle Ludvigsson, Sofia Sakorafa, Anne Sander, Maria Spyraki, Marco Zullo

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Arndt Kohn, Maria Noichl, Pavel Poc

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

61

+

ALDE

Fredrick Federley, Kaja Kallas, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Lieve Wierinck

ECR

Nikolay Barekov, Edward Czesak, Ashley Fox, Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský

EFDD

Isabella Adinolfi, Dario Tamburrano, Marco Zullo

ENF

Mario Borghezio, Angelo Ciocca

GUE

Xabier Benito Ziluaga, Paloma López Bermejo, Sofia Sakorafa, Neoklis Sylikiotis

PPE

Bendt Bendtsen, Jerzy Buzek, Cristian-Silviu Buşoi, Françoise Grossetête, András Gyürk, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Janusz Lewandowski, Nadine Morano, Angelika Niebler, Herbert Reul, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Anne Sander, Algirdas Saudargas, Maria Spyraki, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Anna Záborská, Pilar del Castillo Vera

S&D

José Blanco López, Soledad Cabezón Ruiz, Jens Geier, Adam Gierek, Eva Kaili, Arndt Kohn, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Dan Nica, Maria Noichl, Pavel Poc, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Reinhard Bütikofer, Rebecca Harms, Benedek Jávor, Michel Reimon, Claude Turmes

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (11.4.2017)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar l-istandards Ewropej – implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012
(2016/2274(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Pavel Telička

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi s-settur tat-trasport sa issa kien fuq quddiem nett fl-iżvilupp u l-użu ta' standards li huma meħtieġa għall-ħolqien taż-Żona Unika Ewropea tat-Trasport;

1.  Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istandards tal-ICT bħala l-Pedament tas-Suq Uniku Diġitali; jemmen li l-inkoraġġiment tal-istandardizzazzjoni fl-UE kollha se jikkontribwixxi biex jitneħħew l-ostakoli fis-suq intern, jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-UE u jiġu indirizzati l-isfidi attwali fis-settur tat-trasport, bħalma huma:

a.  l-ilħuq tal-għanijiet tal-klima, tal-ambjent u tal-effiċjenza enerġetika permezz tal-iżvilupp u l-appoġġ ta' soluzzjonijiet tat-trasport u t-turiżmu, bħalma huma l-karozzi elettriċi u ibridi, fjuwils alternattivi u servizzi ta' katina intermodali minn bieb għal bieb, u billi jiġu appoġġati inizjattivi bħal "Clean Sky";

b.  it-titjib tas-sikurezza billi tiġi appoġġata ulterjorment l-awtomatizzazzjoni u tingħata spinta lill-effiċjenza tas-sistemi ta' ġestjoni tat-traffiku tat-trasport, kemm fil-livell lokali kif ukoll fil-livell internazzjonali, bħalma huma s-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS), is-sistemi Ewropej ta' navigazzjoni globali bis-satellita (EGNOS u Galileo), is-Servizzi tal-Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS), is-Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (ITS), is-Sistema għall-Monitoraġġ u l-Informazzjoni dwar it-Traffiku tal-Bastimenti (VTMIS) u s-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR);

c.  ir-realizzazzjoni ta' Żona Unika Ewropea tat-Trasport kompetittiva permezz taż-żarmar tal-ostakli, billi tiġi promossa l-integrazzjoni tas-sistemi bejn il-modi kollha tat-trasport, permezz tal-interoperabilità, l-intermodalità u l-interkonnettività msaħħa, inkluż permezz ta' soluzzjonijiet tat-trasport li qed jitfaċċaw mill-ekonomija kollaborattiva;

d.  iż-żieda tal-attraenza, l-aċċessibilità, il-kwalità u l-għażla ta' servizzi turistiċi u dawk tat-trasport għall-passiġġieri u l-konsumaturi kollha, billi jingħataw prodotti u tagħrif aktar faċli għall-utent u personalizzati;

2.  Jirrimarka li l-innovazzjoni fis-setturi tat-trasport u tat-turiżmu tipprovdi opportunitajiet enormi u għandha impatt pożittiv kemm fuq is-soċjetà kif ukoll fuq in-negozji tal-UE, b'mod partikolari l-SMEs u n-negozji l-ġodda, u jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati standards ġodda, u dan, fejn possibbli, billi jiġi segwit approċċ mifrux fuq diversi oqsma, u fuq il-ħtieġa li tiġi promossa l-istandardizzazzjoni sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa ta' inizjattivi tal-UE fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni, bħalma huma s-Sistemi ta' Trasport Intelliġenti Kooperattivi (C-ITS - Cooperative Intelligent Transport Systems) u l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet għat-trasport fis-Sistemi ta' Navigazzjoni bis-Satellita tal-UE (Galileo u EGNOS);

3.  Jinnota li l-istandardizzazzjoni tal-ICT se tkun ta' benefiċċju għall-iżvilupp tas-servizzi marbuta mat-trasport u mat-turiżmu u ta' soluzzjonijiet tat-trasport multimodali; jistieden lill-Kummissjoni biex, flimkien mal-Organizzazzjonijiet tal-Standardizzazzjoni Ewropej (ESOs), tagħti importanza akbar lil dan l-iżvilupp meta tkun qed timplimenta l-pjan ta' azzjoni ta' prijorità tagħha għall-istandardizzazzjoni tal-ICT, u b'mod partikolari tesplora r-rwol potenzjali tal-istandardizzazzjoni biex jingħata appoġġ lit-tibdil teknoloġiku u lill-mudelli ta' negozju ġodda li qed jitfaċċaw fis-settur tat-turiżmu; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni rapida biex tippromwovi l-iżvilupp ta' servizzi integrati għall-ħruġ tal-biljetti u għall-għoti tal-informazzjoni u kunċetti ta' mobilità ġodda bħall-Mobilità bħala Servizz;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-infrastruttura meħtieġa, jiffaċilitaw il-finanzjament għaliha u jħaffu l-installazzjoni tagħha, inkluż permezz tal-immodernizzar, il-konverżjoni u t-tagħmir mill-ġdid, għall-aċċettazzjoni fis-suq ta' teknoloġiji ġodda appoġġati minn standards Ewropej (eż. infrastruttura għal karburanti alternattivi), b'konformità mar-rekwiżiti tas-sikurezza, tas-saħħa u tal-ambjent; jenfasizza li l-infrastruttura hija investiment fuq terminu twil u li għalhekk jenħtieġ li l-istandardizzazzjoni tagħha tiżgura interoperabilità massima u tippermetti li jsiru żviluppi teknoloġiċi futuri u l-applikazzjoni tagħhom;

5.  Jenfasizza li minħabba l-kuntest tal-kompetizzjoni globali u n-natura internazzjonali tat-trasport, l-iżvilupp ta' standards internazzjonali huwa indispensabbli kemm biex tiġi żgurata l-interoperabilità u kemm biex jitwessgħu l-opportunitajiet tas-suq għall-industriji tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni biex b'mod attiv tkompli tippromwovi l-iżvilupp tal-istandards Ewropej fil-fora internazzjonali;

6.  Jiddispjaċih minħabba l-fatt li d-differenzi bejn l-istandards nazzjonali, bħalma huma dawk fis-settur tat-trasport tal-merkanzija u l-loġistika, jibqgħu ostaklu għas-suq intern, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni u lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni jiżviluppaw standards xierqa biex jarmonizzaw il-kundizzjonijiet fil-livell nazzjonali kull meta jqisu li jkun meħtieġ, bl-għan li jitneħħew l-ostakli li jista' jkun hemm għas-suq intern; jenfasizza l-ħtieġa li ssir ħidma biex tinkiseb l-armonizzazzjoni transmodali tal-istandards f'dan ir-rigward;

7.  Jirrimarka, barra minn hekk, li minbarra li tipprevjeni l-frammentazzjoni tas-suq, l-istandardizzazzjoni tista' tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jitnaqqsu l-piż amministrattiv u l-ispejjeż tat-trasport għan-negozji kollha (eż. dokumenti elettroniċi) u għall-SMEs b'mod partikolari, u tista' tiffaċilita l-infurzar xieraq tal-leġiżlazzjoni tal-UE (eż. it-takografi diġitali, is-sistemi elettroniċi tal-pedaġġ);

8.  Jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tagħti attenzjoni u tipprovdi assistenza lill-pajjiżi kandidati fl-isforzi tagħhom biex jarmonizzaw l-istandards tagħhom mal-istandards Ewropej, sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-ostakli eżistenti;

9.  Jemmen li 'standards miftuħa' fl-ICT jipprevjenu l-intrappolament tal-konsumaturi, inaqqsu l-ispejjeż, iħeġġu l-kompetizzjoni u l-innovazzjoni u jiggarantixxu l-interoperabilità; jenfasizza l-importanza ta' proċessi ta' standardizzazzjoni li jkunu miftuħ, trasparenti u inklużivi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni jkomplu jippromwovu l-istandards miftuħa bħala pilastru tal-arkitettura taż-Żona Unika Ewropea tat-Trasport, filwaqt li jirrispettaw b'mod sħiħ il-ħtiġijiet speċifiċi tas-settur tat-trasport;

10.  Jemmen bis-sħiħ li d-data miftuħa tibqa' element essenzjali, b'mod partikulari fis-settur tat-trasport, biex jinħasdu l-benefiċċji kollha tas-Suq Uniku Diġitali, bħalma huma l-promozzjoni u l-iżvilupp tat-trasport multimodali; Jenfasizza, għalhekk, li hija meħtieġa aktar ċertezza tad-dritt, prinċipalment f'dawk li huma sjieda u responsabilità; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tippubblika, mingħajr aktar dewmien, pjan direzzjonali għall-iżvilupp ta' standards immirati lejn l-armonizzazzjoni ta' interfaċċi tad-data u tal-ipproggrammar tat-trasport li jkunu ffinanzjati mill-istat sabiex tingħata spinta lill-innovazzjonijiet li jkunu intensivi f'dik li hi data u l-provvediment ta' servizzi ġodda tat-trasport;

11.  Jinnota t-tħassib dwar iċ-ċibersigurtà u l-ispeċifiċitajiet tat-theddidiet fis-settur tat-trasport; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tindirizza dawn l-ispeċifiċitajiet meta tkun qed tadotta r-rakkomandazzjonijiet tagħha dwar l-istandards taċ-ċibersigurtà li huma mistennija sa tmiem l-2017, bħala l-ewwel pass lejn strateġija komprensiva dwar iċ-ċibersigurtà fis-settur tat-trasport;

12.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiġbor statistika bl-għan li tivvaluta aħjar l-impatt tad-diġitalizzazzjoni u tal-ICT fit-trasport u t-turiżmu;

13.  Jirrimarka li l-proċess ta' standardizzazzjoni fl-Ewropa għandu jinkludi standards li jtejbu l-aċċessibilità għat-trasport u għas-servizzi tat-trasport mingħajr ostakli għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni mdaħħla fl-età.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

11.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Jens Nilsson, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Schmidt, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Peter van Dalen, Wim van de Camp, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Maria Grapini, Matthijs van Miltenburg, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Jiří Maštálka

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

43

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Dominique Riquet, Pavel Telička, Matthijs van Miltenburg

ECR

Jacqueline Foster, Tomasz Piotr Poręba, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Peter van Dalen

EFDD

Daniela Aiuto

GUE/NGL

Merja Kyllönen, Jiří Maštálka

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Dieter-Lebrecht Koch, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

S&D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Jens Nilsson, Gabriele Preuß, David-Maria Sassoli, Claudia Țapardel, István Ujhelyi, Janusz Zemke

Verts/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

2

-

EFDD

Peter Lundgren, John Stuart Agnew

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

30.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dita Charanzová, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Pascal Durand, Ildikó Gáll-Pelcz, Evelyne Gebhardt, Sergio Gutiérrez Prieto, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Marlene Mizzi, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Mihai Ţurcanu, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Biljana Borzan, Birgit Collin-Langen, Edward Czesak, Anna Hedh, Kaja Kallas, Franz Obermayr, Adam Szejnfeld, Marc Tarabella, Sabine Verheyen

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

34

+

ALDE

ECR

EFDD

GUE/NGL

PPE

 

 

S&D

 

 

Verts/ALE

 

 

Dita Charanzová, Kaja Kallas, Jasenko Selimovic

Edward Czesak, Daniel Dalton, Anneleen Van Bossuyt

Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Marco Zullo

Dennis de Jong

Carlos Coelho, Birgit Collin-Langen, Anna Maria Corazza Bildt, Ildikó Gáll-Pelcz, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Andreas Schwab, Ivan Štefanec, Adam Szejnfeld, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mihai Ţurcanu, Sabine Verheyen

Biljana Borzan, Nicola Danti, Evelyne Gebhardt, Sergio Gutiérrez Prieto, Anna Hedh, Liisa Jaakonsaari, Marlene Mizzi, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler, Marc Tarabella

Pascal Durand, Igor Šoltes

0

-

 

 

2

0

ENF

Franz Obermayr, Mylène Troszczynski

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni