RAPPORT     ***I
PDF 1368kWORD 189k
28 ta' Ġunju 2017
PE 599.799v01-00 A8-0245/2017

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul

(COM(2016)0466 – C8-0324/2016 – 2016/0223(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Tanja Fajon

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul

(COM(2016)0466 – C8-0324/2016 – 2016/0223(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0466),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 78(2)(a) u (b) u 79(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0324/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Frar 2017(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0245/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Se jsir tibdil sostantiv għad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija31 (riformulazzjoni). Biex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni u aktar konverġenza fid-deċiżjonijiet dwar l-asil u fir-rigward tal-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali sabiex jitnaqqsu inċentivi biex wieħed jiċċaqlaq fi ħdan l-Unjoni Ewropea u tiġi żgurata ugwaljanza tat-trattament tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, dik id-Direttiva jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita minn Regolament.

(1)  Se jsir tibdil sostantiv għad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija31 (riformulazzjoni). Biex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni u aktar konverġenza fid-deċiżjonijiet dwar l-asil, biex jinkisbu standards komuni ta' protezzjoni madwar l-Istati Membri, u, fir-rigward tal-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali, biex il-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jitħeġġu jibqgħu fl-Istat Membru li tahom protezzjoni u biex tiġi żgurata ugwaljanza tat-trattament tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, dik id-Direttiva jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita minn Regolament.

__________________

__________________

31 ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9.

31 ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Politika komuni dwar l-asil, inkluża Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) li hija bbażata fuq l-applikazzjoni sħiħa u inklużiva tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatut tar-Rifuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif emendata mill-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967 (il-Konvenzjoni ta' Ġinevra), hija parti kostitwenti mill-objettiv tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi progressivament spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja miftuħa għal dawk li, sfurzati miċ-ċirkostanzi, ifittxu b'mod leġittimu l-protezzjoni fl-Unjoni. Tali politika jenħtieġ li tkun regolata mill-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji tiegħu, bejn l-Istati Membri.

(2)  Politika komuni dwar l-asil, inkluża Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) li hija bbażata fuq l-applikazzjoni sħiħa u inklużiva tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatut tar-Rifuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif emendata mill-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967 (il-Konvenzjoni ta' Ġinevra), hija parti kostitwenti mill-objettiv tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi progressivament spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja miftuħa għal dawk li, sfurzati miċ-ċirkostanzi, ifittxu b'mod leġittimu l-protezzjoni fl-Unjoni. Tali politika jenħtieġ li tkun regolata mill-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri. Il-Konvenzjoni ta' Ġinevra hija pedament tar-reġim ġuridiku internazzjonali għall-protezzjoni tar-rifuġjati.

Emenda     3

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Is-SEKA hija bbażata fuq standards komuni għal proċeduri tal-asil, rikonoxximent u protezzjoni offruti fil-livell tal-Unjoni, kundizzjonijiet ta' akkoljenza u sistema għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għal persuni li jfittxu l-asil. Minkejja l-progress li nkiseb sa issa fl-iżvilupp progressiv tas-SEKA, għad hemm xi differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fit-tipi ta' proċeduri użati, ir-rati ta' rikonoxximent, it-tip ta' protezzjoni mogħtija, il-livell ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali u l-benefiċċji mogħtija lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali u l-benefiċjarji tagħha. Dawn id-diverġenzi huma motivaturi importanti ta' movimenti sekondarji u jimminaw l-objettiv tal-iżgurar li l-applikanti kollha huma trattati ugwalment kull fejn japplikaw fl-Unjoni.

(3)  Is-SEKA hija bbażata fuq standards komuni għal proċeduri tal-asil, rikonoxximent u protezzjoni offruti fil-livell tal-Unjoni, kundizzjonijiet ta' akkoljenza u sistema għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għal persuni li jfittxu l-asil. Minkejja l-progress li nkiseb sa issa fl-iżvilupp progressiv tas-SEKA, għad hemm xi differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fit-tipi ta' proċeduri użati, ir-rati ta' rikonoxximent, it-tip ta' protezzjoni mogħtija, il-livell ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza materjali u l-benefiċċji mogħtija lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali u l-benefiċjarji tagħha. Dawn id-diverġenzi jimminaw l-objettiv tal-iżgurar li l-applikanti kollha huma trattati ugwalment kull fejn japplikaw fl-Unjoni.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Fil-preżent, l-Istati Membri biss jirrikonoxxu d-deċiżjonijiet dwar l-asil maħruġa minn Stati Membri oħrajn li d-deċiżjonijiet tagħhom jirrifjutaw li jagħtu protezzjoni internazzjonali. Azzjoni minn Stati Membri lejn ir-rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet dwar l-asil maħruġa minn Stati Membri oħra li jagħtu protezzjoni internazzjonali lil persuni fil-bżonn ser tiżgura l-implimentazzjoni tajba tal-Artikolu 78(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jitlob li jkun hemm status uniformi tal-asil, validu fl-Unjoni kollha.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' April 201632, il-Kummissjoni stabbiliet l-opzjonijiet tagħha għat-titjib tas-SEKA, b'mod partikolari biex tiġi stabbilita sistema sostenibbli u ġusta għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-persuni li jfittxu l-asil, biex tiġi msaħħa s-sistema Eurodac, biex tinkiseb aktar konverġenza fis-sistema tal-asil tal-UE, biex jiġu evitati movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea u mandat ġdid għall-aġenzija tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Din il-Komunikazzjoni hija konformi ma' talbiet mill-Kunsill Ewropew fit-18-19 ta' Frar 201633 biex isir progress lejn ir-riforma tal-qafas eżistenti tal-UE sabiex tiġi żgurata politika dwar l-asil umana u effiċjenti. Tipproponi wkoll triq 'il quddiem f'konformità mal-approċċ olistiku għall-migrazzjoni stabbilit mill-Parlament Ewropew fir-rapport fuq inizjattiva proprja tiegħu tat-12 ta' April 2016.

(4)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' April 201632, il-Kummissjoni stabbiliet l-opzjonijiet tagħha għat-titjib tas-SEKA, b'mod partikolari biex tiġi stabbilita sistema sostenibbli u ġusta għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-persuni li jfittxu l-asil, biex tiġi msaħħa s-sistema Eurodac, biex tinkiseb aktar konverġenza fis-sistema tal-asil tal-UE, biex jiġu evitati movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea u mandat ġdid għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil (l-Aġenzija). Din il-Komunikazzjoni hija konformi ma' talbiet mill-Kunsill Ewropew fit-18-19 ta' Frar 201633 biex isir progress lejn ir-riforma tal-qafas eżistenti tal-UE sabiex tiġi żgurata politika dwar l-asil umana u effiċjenti. Madankollu, il-Komunikazzjoni tonqos milli tipproponi triq 'il quddiem f'konformità mal-approċċ olistiku għall-migrazzjoni stabbilit mill-Parlament Ewropew fir-rapport fuq inizjattiva proprja tiegħu tat-12 ta' April 2016.

__________________

__________________

32 COM (2016) 197 final.

32 COM (2016) 197 final.

33 EUCO 19.02.2016, SN 1/16.

33 EUCO 19.02.2016, SN 1/16.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Għal SEKA li tiffunzjona sew, inkluża s-sistema ta' Dublin, jenħtieġ li jsir progress sostanzjali fir-rigward tal-konverġenza tas-sistema nazzjonali tal-asil b'kunsiderazzjoni speċjali għad-differenzi fir-rati ta' rikonoxximent u t-tip ta' status ta' protezzjoni fl-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jissaħħu r-regoli dwar ir-rieżami tal-istatus biex jiġi żgurat li l-protezzjoni tingħata biss lil dawk li jeħtiġuha u għat-tul ta' żmien li tkun meħtieġa. Barra minn hekk, prattiki diverġenti rigward it-tul ta' permessi ta' residenza jenħtieġ li jiġu evitati, u jenħtieġ li jiġu ċċarati u armonizzati aktar id-drittijiet mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

(5)  Politika tal-Unjoni komuni dwar protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li tiġi bbażata fuq stat uniformi. Sabiex nimxu lejn SEKA li tiffunzjona sew, jenħtieġ li jsir progress sostanzjali fir-rigward tal-konverġenza tas-sistemi nazzjonali tal-asil b'kunsiderazzjoni speċjali għad-differenzi fir-rati ta' rikonoxximent u t-tip ta' status ta' protezzjoni fl-Istati Membri. Fl-istess ħin, huwa importanti li l-awtoritajiet tal-Istati Membri ma jingħatawx piż amministrattiv eċċessiv. Għaldaqstant, jenħtieġ li jissaħħu r-regoli biex jiġi żgurat li l-protezzjoni tingħata lil dawk li jeħtiġuha. Filwaqt li jagħraf id-differenzi ġuridiċi bejn l-istatus ta' rifuġjat u dak ta' protezzjoni sussidjarja, tul ta' żmien armonizzat għall-permessi ta' residenza għandu jiġi stabbilit, li għandu jkun iqis bis-sħiħ l-aħjar prattika kurrenti fl-Istati Membri. Sabiex jiġi żgurat li standards għolja ugwali ta' protezzjoni jinkisbu fl-Istati Membri kollha, jenħtieġ li jiġu ċċarati u armonizzati aktar id-drittijiet mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Huwa għalhekk meħtieġ Regolament sabiex ikun żgurat livell aktar konsistenti ta' armonizzazzjoni madwar l-Unjoni u biex jiġi provdut grad ogħla ta' ċertezza legali u trasparenza.

(6)  Huwa għalhekk meħtieġ Regolament sabiex ikun żgurat livell aktar mgħaġġel u konsistenti ta' armonizzazzjoni madwar l-Unjoni u biex jiġi provdut grad ogħla ta' ċertezza legali u trasparenza.

Emenda     8

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-objettiv ewlieni ta' dan ir-Regolament huwa, min-naħa waħda, li jiżgura li l-Istati Membri japplikaw kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta' persuni ġenwinament fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, u, min-naħa l-oħra, li jiżgura li sett komuni ta' drittijiet huwa disponibbli għal dawk il-persuni fl-Istati Membri kollha.

(7)  L-objettiv ewlieni ta' dan ir-Regolament huwa, min-naħa waħda, li jiżgura li l-Istati Membri japplikaw kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta' persuni ġenwinament fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, u, min-naħa l-oħra, li jiżgura li sett komuni ta' drittijiet huwa disponibbli lir-rifuġjati u l-benefiċjarji ta' protezzjoni sussidjarja fl-Istati Membri kollha.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Tenħtieġ madankollu aktar approssimazzjoni tar-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-kontenut tal-istatus tar-rifuġjat u tal-protezzjoni sussidjarja, li tgħin biex jiġi limitat il-moviment sekondarju ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali u benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali bejn Stati Membri, fejn dan il-movimenti seta' ġie kkawżat minn kwalunkwe differenza fil-miżuri nazzjonali legali meħuda għat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalifika sostitwita minn dan ir-Regolament.

(8)  Tenħtieġ madankollu aktar approssimazzjoni tar-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-kontenut tal-istatus tar-rifuġjat u tal-protezzjoni sussidjarja, li tgħin biex jiġi limitat il-moviment sekondarju ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali u benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali bejn Stati Membri.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Dan ir-Regolament ma japplikax għal status umanitarju nazzjonali ieħor mogħti mill-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali tagħhom lil dawk li ma jikkwalifikawx għall-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus tal-protezzjoni sussidjarja. Jekk jinħareġ xi status minn dawn, għandu jinħareġ b'tali mod li ma jinvolvix riskju ta' konfużjoni mal-protezzjoni internazzjonali.

(9)  Dan ir-Regolament ma japplikax għal status umanitarju nazzjonali ieħor mogħti mill-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali tagħhom lil dawk li ma jikkwalifikawx għall-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus tal-protezzjoni sussidjarja.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Kandidati ta' risistemazzjoni li jirnexxu jenħtieġ li jingħataw protezzjoni internazzjonali. Bl-istess mod, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali, inklużi r-regoli biex jiġi skoraġġit il-moviment sekondarju.

(10)  Kandidati ta' risistemazzjoni li jirnexxu jenħtieġ li jingħataw protezzjoni internazzjonali. Bl-istess mod, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali, u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta). B'mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u d-dritt għall-asil tal-applikanti għall-asil u l-membri tal-familja li jakkumpanjawhom u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli tal-Karta relatati mad-dinjità tal-bniedem, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, id-dritt għall-edukazzjoni, il-libertà professjonali u d-dritt tax-xogħol, il-libertà ta' intrapriża, id-dritt għall-asil, nondiskriminazzjoni, id-drittijiet tat-tfal, sigurtà soċjali u assistenza soċjali, il-protezzjoni tas-saħħa, u għandhom għalhekk jiġu implimentati kif mistħoqq.

(11)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali, u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta), il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (il-KEDB) u l-Karta Soċjali Ewropea. B'mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u d-dritt għall-asil tal-applikanti għall-asil u l-membri tal-familja li jakkumpanjawhom u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli tal-Karta relatati mad-dinjità tal-bniedem, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, id-dritt għall-edukazzjoni, il-libertà professjonali u d-dritt tax-xogħol, il-libertà ta' intrapriża, id-dritt għall-asil, protezzjoni f'każ ta' tkeċċija, espulsjoni jew estradizzjoni, ugwaljanza quddiem il-liġi, nondiskriminazzjoni, id-drittijiet tat-tfal, sigurtà soċjali u assistenza soċjali, il-protezzjoni tas-saħħa, u għandhom għalhekk jiġu implimentati kif mistħoqq.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Ir-riżorsi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u r-Rifuġjati għandhom jintużaw biex jipprovdu appoġġ adegwat għall-isforzi ta' Stati Membri fl-implimentazzjoni tal-istandards stabbiliti mir-Regolament, b'mod partikolari għal dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati fuq is-sistemi tal-asil tagħhom, b'mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom.

(13)  Ir-riżorsi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għandhom jintużaw biex jipprovdu appoġġ adegwat għall-isforzi ta' Stati Membri fl-implimentazzjoni tal-istandards għoljin stabbiliti mir-Regolament, bi prijorità għal dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati fuq is-sistemi tal-asil tagħhom, b'mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom. Filwaqt li l-prinċipju ġenerali tal-projbizzjoni tal-iffinanzjar doppju għandu jiġi rispettat, l-Istati Membri għandhom jisfruttaw fis-sħiħ, fil-livelli kollha ta' governanza, il-possibilitajiet offruti minn fondi li mhumiex direttament relatati mal-politika tal-asil u tal-migrazzjoni iżda li jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw azzjonijiet f'dan il-qasam, pereżempju l-azzjonijiet ta' integrazzjoni, bħall-fondi disponibbli fil-qafas tal-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, Orizzont 2020, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Programm tad-Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Ċittadinanza. Dawk il-fondi għandhom ikunu direttament aċċessibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-azzjonijiet li jaqgħu direttament taħt ir-responsabbiltajiet tagħhom.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropew għall-Asil jenħtieġ li tipprovdi appoġġ adegwat fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari billi tipprovdi esperti biex jassistu lill-awtoritajiet tal-Istat Membri biex jirċievu, jirreġistraw u jeżaminaw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar pajjiżi terzi, inkluża Informazzjoni dwar il-Pajjiż ta' Oriġini, u linji gwida u għodod rilevanti oħra. Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jqisu standards operazzjonali, linji gwida indikattivi, u l-aħjar prattiki żviluppati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil [l-Aġenzija]. Fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jqisu b'mod partikolari l-informazzjoni, ir-rapporti, l-analiżi komuni u l-gwida dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi ta' oriġini żviluppati fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament

(14)  L-Aġenzija jenħtieġ li tipprovdi appoġġ adegwat fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari billi tipprovdi esperti biex jassistu lill-awtoritajiet tal-Istat Membri biex jirċievu, jirreġistraw u jeżaminaw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar pajjiżi terzi, inkluża Informazzjoni dwar il-Pajjiż ta' Oriġini, u linji gwida u għodod rilevanti oħra. Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jqisu standards operazzjonali, linji gwida indikattivi, u l-aħjar prattiki żviluppati mill-Aġenzija. Fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-informazzjoni, ir-rapporti, l-analiżi komuni u l-gwida dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi ta' oriġini żviluppati fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament34. Barra minn hekk, fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-informazzjoni kollha rilevanti mill-UNHCR u mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-prattika.

__________________

__________________

34 COM(2016)271 final.

34 COM(2016)271 final.

Emenda     15

Proposta għal regolament

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  L-“aħjar interessi tat-tfal” jenħtieġ li jkunu kunsiderazzjoni primarja meta jiġi applikat dan ir-Regolament, f'konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Fil-valutazzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ partikolarment li jikkunsidraw b'mod xieraq il-prinċipju tal-unità tal-familja, il-benesseri tal-minorenni u l-iżvilupp soċjali, il-kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza u tas-sigurtà u l-opinjonijiet tal-minorenni skont l-età u l-maturità tiegħu jew tagħha.

(15)  L-"aħjar interessi tat-tfal" jenħtieġ li jkunu kunsiderazzjoni primarja meta jiġi applikat dan ir-Regolament, f'konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Fil-valutazzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ partikolarment li jikkunsidraw b'mod xieraq il-prinċipju tal-unità tal-familja, il-benesseri tal-minorenni u l-iżvilupp soċjali, l-oriġini kulturali u l-ħiliet lingwistiċi tal-minorenni, il-kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza u tas-sigurtà u l-opinjonijiet tal-minorenni skont l-età u l-maturità tiegħu jew tagħha. L-applikanti tfal li mbagħad jagħlqu 18-il sena qabel tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom għalhekk xorta jibbenefikaw minn unità tal-familja.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-kunċett ta' membri tal-familja jenħtieġ li jikkunsidra ċ-ċirkostanzi partikolari differenti tad-dipendenza u l-attenzjoni speċjali li għandha tingħata fl-aħjar interessi tat-tfal. Jenħtieġ li jirrifletti wkoll ir-realtà tax-xejriet migratorji attwali, skont liema l-applikanti ħafna drabi jaslu fit-territorju tal-Istati Membri wara perjodu ta' żmien twil fi tranżitu. Il-kunċett jenħtieġ għalhekk li jinkludi familji ffurmati barra mill-pajjiż ta' oriġini, iżda qabel il-wasla tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru.

(16)  Il-kunċett ta' membri tal-familja jenħtieġ li jikkunsidra d-diversità familjari, iċ-ċirkostanzi partikolari differenti tad-dipendenza u l-attenzjoni speċjali li għandha tingħata fl-aħjar interessi tat-tfal. Jenħtieġ li jirrifletti wkoll ir-realtà tax-xejriet migratorji attwali, skont liema l-applikanti ħafna drabi jaslu fit-territorju tal-Istati Membri wara perjodu ta' żmien twil fi tranżitu. Il-kunċett jenħtieġ għalhekk li jinkludi familji ffurmati barra mill-pajjiż ta' oriġini iżda wara l-wasla tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru, bl-esklużjoni, fil-każijiet kollha, taż-żwiġijiet furzati. Jeħtieġ li l-kunċett ta' konjugi u sieħba ma jagħmilx distinzjoni bejn konjuġi jew sħab bħal dawn fuq il-bażi tas-sess tagħhom.

Emenda     17

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  Filwaqt li, bi prinċipju, l-oneru tal-provi huwa fuq l-applikanti biex jissostanzjaw l-applikazzjoni tagħhom, id-dmir li jaċċertaw u jevalwaw il-fatti kollha rilevanti huwa kondiviż bejn l-applikant u l-awtorità determinanti. Fejn aspetti tad-dikjarazzjonijiet tal-applikanti ma jkunux appoġġjati minn evidenza dokumentarja jew evidenza oħra, dawn jenħtieġ li jingħataw il-benefiċċju tad-dubju jekk huma jkunu għamlu sforz ġenwin biex jissostanzjaw l-applikazzjoni tagħhom u jkunu ssottomettew l-elementi rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tagħhom, u d-dikjarazzjonijiet tagħhom ikunu nstabu li huma koerenti u plawżibbli.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  B'mod partikolari, hu meħtieġ li wieħed jintroduċi aspetti komuni tal-bżonnijiet għall-protezzjoni li jinħolqu sur place, sorsi ta' dannu u protezzjoni, protezzjoni interna u persekuzzjoni, inklużi r-raġunijiet għall-persekuzzjoni.

(22)  B'mod partikolari, hu meħtieġ li wieħed jintroduċi aspetti komuni tal-bżonnijiet għall-protezzjoni li jinħolqu fuq il-post, sorsi ta' dannu u protezzjoni, u persekuzzjoni, inklużi r-raġunijiet għall-persekuzzjoni.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 23

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-protezzjoni tista' tiġi provduta, fejn ikun hemm ir-rieda u l-kapaċità li joffru protezzjoni, jew mill-Istat jew minn partijiet jew organizzazzjonijiet, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, li jikkontrollaw reġjun jew żona akbar fit-territorju tal-Istat. Protezzjoni bħal din jenħtieġ li tkun effettiva u ta' natura mhux temporanja.

(23)  Il-protezzjoni tista' tiġi provduta, fejn ikun hemm ir-rieda u l-kapaċità li joffru protezzjoni, jew mill-Istat jew minn partijiet jew organizzazzjonijiet, inkarigati mill-Istat, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, li jikkontrollaw reġjun jew żona akbar fit-territorju tal-Istat. Protezzjoni bħal din jenħtieġ li tkun effettiva u ta' natura mhux temporanja.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Protezzjoni interna mill-persekuzzjoni jew dannu serju jenħtieġ li tkun disponibbli b'mod effettiv għall-applikant f'parti mill-pajjiż ta' oriġini fejn dan jista' jivvjaġġa b'mod sikur u legali għalih, jikseb dħul għalih u b'mod raġonevoli huwa mistenni li jissetilja. Il-valutazzjoni ta' jekk teżistix din il-protezzjoni interna jenħtieġ li tkun parti inerenti mill-valutazzjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u jenħtieġ li titwettaq ladarba jkun ġie stabbilit mill-awtorità determinanti li altrimenti japplikaw il-kriterji dwar il-kwalifika. L-oneru tal-prova tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna jenħtieġ li jaqa' fuq l-awtorità determinanti.

(24)  Protezzjoni interna mill-persekuzzjoni jew dannu serju tista' tkun disponibbli b'mod effettiv għall-applikant f'parti mill-pajjiż ta' oriġini fejn dan jista' jivvjaġġa b'mod sikur u legali għalih, jikseb dħul għalih u b'mod raġonevoli huwa mistenni li jissetilja. Għandu jkun possibbli li l-valutazzjoni ta' jekk teżistix din il-protezzjoni interna tifforma parti mill-valutazzjoni mill-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, sakemm l-Istat jew l-aġenti tal-Istat mhumiex l-atturi tal-persekuzzjoni jew dannu serju. Minkejja l-obbligu tal-applikant li jikkoopera matul il-proċedura, l-oneru tal-prova tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna jenħtieġ li jaqa' fuq l-awtorità determinanti. Madankollu, dak m'għandux jipprekludi lill-applikant milli jippreżenta xi provi biex jikkonfuta kwalunkwe konstatazzjoni mill-awtorità determinanti li protezzjoni interna hija disponibbli.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Fejn l-Istat jew l-aġenti tal-Istat huma l-atturi ta' persekuzzjoni jew dannu serju, jenħtieġ li jkun hemm preżunzjoni li l-protezzjoni effettiva mhijiex disponibbli għall-applikant. Fejn l-applikant ikun minorenni mhux akkumpanjat, id-disponibbiltà ta' arranġamenti ta' kura u kustodja xierqa, li jkunu fl-aħjar interessi tal-minorenni mhux akkumpanjat, jenħtieġ li tifforma parti mill-valutazzjoni dwar jekk dik il-protezzjoni hijiex effettivament disponibbli.

(25)  Fejn l-Istat jew l-aġenti tal-Istat huma l-atturi ta' persekuzzjoni jew dannu serju, jenħtieġ li jkun hemm preżunzjoni li l-protezzjoni effettiva mhijiex disponibbli għall-applikant u d-dispożizzjoni relatata mal-protezzjoni interna jenħtiġx li ma tapplikax. Il-valutazzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal jenħtieġ li tkun il-kunsiderazzjoni primarja tal-awtoritajiet rilevanti meta jivvalutaw il-kundizzjonijiet għal protezzjoni interna f'każ ta' minorenni, inkluża d-disponibbiltà ta' arranġamenti ta' kura u kustodja xierqa meta l-applikant ikun minorenni mhux akkumpanjat.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 26

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Jenħtieġ, meta jiġu eżaminati applikazzjonijiet minn minorenni għal protezzjoni internazzjonali, li l-awtoritajiet determinanti jqisu l-forom ta' persekuzzjoni speċifiċi għat-tfal.

(26)  Jenħtieġ, meta jiġu eżaminati applikazzjonijiet minn minorenni għal protezzjoni internazzjonali, li l-awtoritajiet determinanti jqisu l-forom ta' kwalunkwe tip ta' persekuzzjoni, ta' traffikar u ta' sfruttament speċifiċi għat-tfal jew in-nuqqas ta' protezzjoni kontra atti bħal dawn ta' persekuzzjoni.

Emenda     23

Proposta għal regolament

Premessa 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Waħda mill-kundizzjonijiet sabiex wieħed jikkwalifika għal status ta' rifuġjat fis-sens tal-Artikolu 1(A) tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra hi l-eżistenza ta' konnessjoni każwali bejn raġunijiet għall-persekuzzjoni, jiġifieri razza, reliġjon, nazzjonalità, opinjoni politika jew sħubija fi grupp soċjali partikolari, u l-atti ta' persekuzzjoni jew l-assenza ta' protezzjoni minn tali atti.

(27)  Waħda mill-kundizzjonijiet sabiex wieħed jikkwalifika għal status ta' rifuġjat fis-sens tal-Artikolu 1(A) tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra hi l-eżistenza ta' konnessjoni każwali bejn raġunijiet għall-persekuzzjoni, jiġifieri razza, reliġjon jew twemmin, nazzjonalità, opinjoni politika jew sħubija fi grupp soċjali partikolari, u l-atti ta' persekuzzjoni jew l-assenza ta' protezzjoni minn tali atti.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 28

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Hu ugwalment meħtieġ li jiġi introdott kunċett komuni tal-bażi ta' persekuzzjoni “sħubija fi grupp soċjali partikolari”. Minħabba l-bżonn li tingħata tifsira ta' grupp soċjali partikolari, kwistjonijiet li jinħolqu mis-sess ta' applikant, inkluża l-identità sesswali u l-orjentazzjoni sesswali, li jistgħu jkunu relatati ma' ċerti tradizzjonijiet u drawwiet legali, li jirriżultaw pereżempju f'mutilazzjoni ġenitali, sterilizzazzjoni furzata, jew abort furzat, jenħtieġ li jingħataw il-kunsiderazzjoni li jixirqilhom, sa fejn ikunu relatati mal-biża' ġustifikata tal-applikant minn persekuzzjoni.

(28)  Hu ugwalment meħtieġ li jiġi introdott kunċett komuni tal-bażi ta' persekuzzjoni "sħubija fi grupp soċjali partikolari". Minħabba l-bżonn li tingħata tifsira ta' grupp soċjali partikolari, kwistjonijiet li jinħolqu mis-sess ta' applikant, inkluża l-identità sesswali, l-espressjoni tal-ġeneru, il-karatteristiċi tas-sess u l-orjentazzjoni sesswali, u l-fatt li wieħed kien vittma ta' sfruttament sesswali, li jistgħu jkunu relatati ma' traffikar għal sfruttament sesswali, ċerti tradizzjonijiet u drawwiet legali, li jirriżultaw pereżempju f'mutilazzjoni ġenitali, sterilizzazzjoni furzata, jew abort furzat, jenħtieġ li jingħataw il-kunsiderazzjoni li jixirqilhom, sa fejn ikunu relatati mal-biża' ġustifikata tal-applikant minn persekuzzjoni. Il-biża' bir-raġun ta' persekuzzjoni min-naħa tal-applikant tista' tirriżulta fil-perċezzjoni li hu jappartjeni għal grupp soċjali partikolari.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 29

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  F'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fil-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jenħtieġ li jużaw metodi għall-valutazzjoni tal-kredibbiltà tal-applikant b'mod li jirrispetta d-drittijiet tal-individwu kif garantiti mill-Karta, b'mod partikolari d-dritt għad-dinjità tal-bniedem u r-rispett għall-ħajja privata u tal-familja. Fir-rigward tal-omosesswalità b'mod speċifiku, il-valutazzjoni individwali tal-kredibbiltà tal-applikant jenħtieġ li ma tkunx ibbażata fuq kunċetti sterjotipati li jikkonċernaw lill-omosesswali u jenħtieġ li l-applikant ma jiġix sottomess għal interrogazzjoni dettaljata jew testijiet fir-rigward tal-prattiki sesswali tiegħu jew tagħha.

(29)  F'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fil-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jenħtieġ li jużaw metodi għall-valutazzjoni tal-kredibbiltà tal-applikant b'mod li jirrispetta d-drittijiet tal-individwu kif garantiti mill-Karta u mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, b'mod partikolari d-dritt għad-dinjità tal-bniedem u r-rispett għall-ħajja privata u tal-familja. Fir-rigward tal-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru, il-valutazzjoni individwali tal-kredibbiltà tal-applikant jenħtieġ li ma tkunx ibbażata fuq kunċetti sterjotipati li jikkonċernaw l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru u jenħtieġ li l-applikant ma jiġix sottomess għal interrogazzjoni dettaljata jew testijiet fir-rigward tal-prattiki sesswali tiegħu jew tagħha. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jqisux li d-dikjarazzjonijiet tal-applikant fihom nuqqas ta' kredibbiltà għall-unika raġuni li l-applikant ma invokax l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru jew il-karatteristiċi tas-sess tiegħu jew tagħha meta hu jew hi l-ewwel stabbilixxa jew stabbilixxiet id-dettalji tal-persekuzzjoni tiegħu jew tagħha.

Emenda     26

Proposta għal regolament

Premessa 30

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Atti kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti huma stabbiliti fil-Preambolu u fl-Artikoli 1 u 2 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u huma, fost l-oħrajn, inkorporati fir-riżoluzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar miżuri li jiġġieldu kontra t-terroriżmu, li jiddikjaraw li “atti, metodi u prattiki tat-terroriżmu huma kuntrarji għall-għanijiet u prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti” u li “l-finanzjament, l-ippjanar u t-tqanqil ta' atti terroristiċi apposta huma wkoll kuntrarji għall-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti”.

(30)  Atti kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti huma stabbiliti fil-Preambolu u fl-Artikoli 1 u 2 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u huma, fost l-oħrajn, inkorporati fir-riżoluzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar miżuri li jiġġieldu kontra t-terroriżmu, li jiddikjaraw li "atti, metodi u prattiki tat-terroriżmu huma kuntrarji għall-għanijiet u prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti" u li "l-finanzjament, l-ippjanar u t-tqanqil ta' atti terroristiċi apposta huma wkoll kuntrarji għall-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti". Is-sħubija ta' grupp terroristiku jew il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' grupp terroristiku huma wkoll kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti.

Emenda     27

Proposta għal regolament

Premessa 31

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  It-twettiq ta' reat politiku mhuwiex fi prinċipju raġuni li tiġġustifika esklużjoni minn status ta' rifuġjat. Madankollu, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, azzjonijiet partikolarment krudili, fejn l-att inkwistjoni huwa sproporzjonat mal-allegat objettiv politiku, u atti terroristiċi li huma karatterizzati mill-vjolenza tagħhom lejn popolazzjonijiet ċivili, anke jekk imwettqa b'objettiv allegatament politiku, jenħtieġ li jitqiesu bħala reati mhux politiċi u għalhekk jistgħu joħolqu esklużjoni minn status ta' rifuġjat.

(31)  It-twettiq ta' reat politiku mhuwiex fi prinċipju raġuni li tiġġustifika esklużjoni minn protezzjoni internazzjonali. Madankollu, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, azzjonijiet partikolarment krudili, fejn l-att inkwistjoni huwa sproporzjonat mal-allegat objettiv politiku, u atti terroristiċi li huma karatterizzati mill-vjolenza tagħhom lejn popolazzjonijiet ċivili, anke jekk imwettqa b'objettiv allegatament politiku, jenħtieġ li jitqiesu bħala reati mhux politiċi u għalhekk jistgħu joħolqu esklużjoni minn protezzjoni internazzjonali.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 31a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(31a)  Ir-rikonoxximent ta' status ta' protezzjoni sussidjarja huwa att dikjaratorju.

Emenda     29

Proposta għal regolament

Premessa 32

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Standards għad-definizzjoni u l-kontenut tal-istatus ta' protezzjoni sussidjarja jenħtieġ li jiġu stipulati wkoll. Il-protezzjoni sussidjarja jenħtieġ li tkun kumplimentari u addizzjonali għall-protezzjoni tar-rifuġjati minquxa fil-Konvenzjoni ta' Ġinevra.

(32)  Standards għad-definizzjoni u l-kontenut tal-istatus ta' protezzjoni sussidjarja jenħtieġ li jiġu stipulati wkoll. Il-protezzjoni sussidjarja jenħtieġ li tkun kumplimentari u addizzjonali għall-protezzjoni tar-rifuġjati minquxa fil-Konvenzjoni ta' Ġinevra. Filwaqt li r-raġunijiet għal protezzjoni huma differenti bejn protezzjoni ta' rifuġjat u protezzjoni sussidjarja, il-bżonn kontinwu għal protezzjoni jista' jkun simili fit-tul tiegħu.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 34

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Bil-għan li jiġi valutat dannu serju li jista' jikkwalifika lill-applikanti bħala eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, il-kunċett ta' vjolenza mingħajr distinzjoni, f'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li jinkludu vjolenza li tista' tiġi estiża għal persuni irrispettivament miċ-ċirkostanza personali tagħhom.

(34)  Bil-għan li jiġi valutat dannu serju li jista' jikkwalifika lill-applikanti bħala eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, il-kunċett ta' vjolenza mingħajr distinzjoni, f'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, jenħtieġ li jinkludu vjolenza li tista' tiġi estiża għal persuni irrispettivament miċ-ċirkostanza personali tagħhom. Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni meta jiġi ddeterminat jekk teżistix vjolenza indiskriminata jistgħu jinkludu aggressjoni esterna, okkupazzjoni, ħakma barranija, kunflitti interni, ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem jew avvenimenti li serjament jiddisturbaw l-ordni pubblika fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom, jew f'parti minnu.

Emenda     31

Proposta għal regolament

Premessa 36

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Fir-rigward tal-prova meħtieġa relatata mal-eżistenza ta' theddida serja u individwali għall-ħajja jew il-persuna ta' applikant, f'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea36, awtoritajiet determinanti m'għandhomx jitolbu lill-applikant iressaq evidenza li huwa speċifikament effettwat speċifiku minħabba fatturi partikolari għaċ-ċirkostanzi personali tiegħu. Madankollu, il-livell ta' vjolenza mingħajr distinzjoni meħtieġa biex tiġi sostanzjata l-applikazzjoni huwa aktar baxx jekk l-applikant ikun jista' juri li huwa affettwat speċifikament minħabba fatturi partikolari għaċ-ċirkostanza personali tiegħu. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' theddida serja u individwali jenħtieġ li tiġi stabbilita b'mod eċċezzjonali mill-awtoritajiet determinanti minħabba biss il-preżenza tal-applikant fuq it-territorju jew f'parti mit-territorju rilevanti tal-pajjiż ta' oriġini sakemm il-grad ta' vjolenza mingħajr distinzjoni li jikkaratterizza l-konflitt armat li qed iseħħ jilħaq livell tant għoli li jkun hemm raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li persuna ċivili, ritornata lejn il-pajjiż ta' oriġini jew il-parti rilevanti tal-pajjiż ta' oriġini, minħabba biss il-preżenza tagħha fit-territorju ta' dak il-pajjiż jew reġjun, tiffaċċja riskju reali li tkun soġġetta għat-theddida serja.

(36)  Fir-rigward tal-prova meħtieġa relatata mal-eżistenza ta' theddida serja għall-ħajja jew il-persuna ta' applikant, f'konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea36 u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-livell ta' dannu meħtieġ m'hemmx għalfejn ikun ekwivalenti għal tortura jew trattament jew kastig inuman jew degradanti. Madankollu, il-livell ta' vjolenza mingħajr distinzjoni meħtieġa biex tiġi sostanzjata l-applikazzjoni huwa aktar baxx jekk l-applikant ikun jista' juri li huwa affettwat speċifikament minħabba fatturi partikolari għaċ-ċirkostanza personali tiegħu. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' theddida serja u individwali jenħtieġ li tiġi stabbilita b'mod eċċezzjonali mill-awtoritajiet determinanti minħabba biss il-preżenza tal-applikant fuq it-territorju jew f'parti mit-territorju rilevanti tal-pajjiż ta' oriġini sakemm il-grad ta' vjolenza mingħajr distinzjoni li jikkaratterizza l-konflitt armat li qed iseħħ jilħaq livell tant għoli li jkun hemm raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li persuna ċivili, ritornata lejn il-pajjiż ta' oriġini jew il-parti rilevanti tal-pajjiż ta' oriġini, minħabba biss il-preżenza tagħha fit-territorju ta' dak il-pajjiż jew reġjun, tiffaċċja riskju reali li tkun soġġetta għat-theddida serja.

_________________

_________________

36 C-465/07.

36 C-465/07.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 37

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Il-permess ta' residenza u d-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa lil benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għall-ewwel darba jew li jiġġedded wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonforma mar-regoli stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 rispettivament.

(37)  Il-permess ta' residenza u d-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa lil benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonforma mar-regoli stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 rispettivament.

Emenda     33

Proposta għal regolament

Premessa 38

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Membri tal-familja, minħabba r-relazzjoni mill-qrib tagħhom mar-rifuġjat, normalment ikunu vulnerabbli għal atti ta' persekuzzjoni f'manjiera li tista' tkun il-bażi ta' protezzjoni internazzjonali. Sakemm ma jikkwalifikawx għal protezzjoni internazzjonali, bil-għan li tinżamm l-unità tal-familja, għandhom ikunu intitolati li jitolbu permess ta' residenza u l-istess drittijiet mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet relatati maż-żamma tal-unità tal-familja f'dan ir-Regolament, fejn is-sitwazzjoni taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/86/KE dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja u l-kundizzjonijiet għar-riunifikazzjoni stabbiliti fiha huma sodisfatti, il-membri tal-familja tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali li ma jikkwalifikawx individwalment għal din il-protezzjoni għandhom jingħataw permessi ta' residenza u drittijiet f'konformità ma' dik id-Direttiva. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/38/KE.

(38)  Membri tal-familja, minħabba r-relazzjoni mill-qrib tagħhom mar-rifuġjat, normalment ikunu vulnerabbli għal atti ta' persekuzzjoni f'manjiera li tista' tkun il-bażi ta' protezzjoni internazzjonali. Sakemm ma jikkwalifikawx għal protezzjoni internazzjonali, bil-għan li tinżamm l-unità tal-familja, il-membri tal-familja, inklużi l-aħwa, li jkunu preżenti fl-istess Stat Membru b'rabta mal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, għandhom ikunu intitolati li jitolbu permess ta' residenza u l-istess drittijiet mogħtija lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet relatati maż-żamma tal-unità tal-familja f'dan ir-Regolament, fejn is-sitwazzjoni taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/86/KE dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja u l-kundizzjonijiet għar-riunifikazzjoni stabbiliti fiha huma sodisfatti, il-membri tal-familja tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali li ma jikkwalifikawx individwalment għal din il-protezzjoni għandhom jingħataw permessi ta' residenza u drittijiet f'konformità ma' dik id-Direttiva. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/38/KE.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 39

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Bil-għan li jiġi aċċertat jekk benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għadhomx fil-bżonn ta' dik il-protezzjoni, awtoritajiet determinanti jenħtieġ li jeżaminaw mill-ġdid l-istatus mogħti meta jiġi biex jiġġedded il-permess ta' residenza, għall-ewwel darba fil-każ ta' rifuġjati, u għall-ewwel u t-tieni darba fil-każ ta' benefiċjarji ta' protezzjoni sussidjarja, kif ukoll meta tibdil rilevanti sinifikanti fil-pajjiż ta' oriġini tal-benefiċjarji jseħħ kif indikat minn analiżi komuni u gwida dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini provduti fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament37.

(39)  Bil-għan li jiġi aċċertat jekk benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għadhomx fil-bżonn ta' dik il-protezzjoni, awtoritajiet determinanti jenħtieġ li b'mod partikolari jeżaminaw mill-ġdid l-istatus mogħti meta tibdil rilevanti sinifikanti fil-pajjiż ta' oriġini tal-benefiċjarji jseħħ kif indikat minn analiżi komuni u gwida dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini provduti fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini f'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament37.

__________________

__________________

37  COM(2016)271 final.

37  COM(2016)271 final.

Emenda     35

Proposta għal regolament

Premessa 40

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Fil-valutazzjoni ta' bidla fiċ-ċirkostanzi fil-pajjiż terz ikkonċernat, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw, wara li jikkunsidraw is-sitwazzjoni individwali tar-rifuġjat, li l-attur jew l-atturi ta' protezzjoni f'dak il-pajjiż ikunu ħadu passi raġonevoli biex jipprevjenu l-persekuzzjoni, li għalhekk jistgħu joperaw, fost l-oħrajn, sistema legali effettiva għall-kxif, il-prosekuzzjoni u l-kastig ta' atti li jikkostitwixxu l-persekuzzjoni u li ċ-ċittadin ikkonċernat ikollu aċċess għal din il-protezzjoni jekk l-istatus ta' rifuġjat ma jibqax jeżisti.

(40)  Fil-valutazzjoni ta' bidla fiċ-ċirkostanzi fil-pajjiż terz ikkonċernat, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw, wara li jikkunsidraw is-sitwazzjoni individwali tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali, li l-attur jew l-atturi ta' protezzjoni f'dak il-pajjiż ikunu ħadu passi meħtieġa biex jipprevjenu l-persekuzzjoni, li għalhekk jistgħu joperaw, fost l-oħrajn, sistema legali effettiva għall-kxif, il-prosekuzzjoni u l-kastig ta' atti li jikkostitwixxu l-persekuzzjoni u li ċ-ċittadin ikkonċernat ikollu aċċess għal din il-protezzjoni, ikun jista' jikseb dħul fil-pajjiż b'mod sikur u b'mod raġonevoli huwa mistenni li jirrisjedi hemm jekk l-istatus ta' rifuġjat ma jibqax jeżisti.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 41

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Meta l-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja ma jibqgħux jeżistu, l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-awtorità determinanti ta' Stat Membru tirrevoka, ittemm jew ma ġġeddidx l-istatus jenħtieġ li tiġi diferita għal perjodu raġonevoli ta' żmien wara l-adozzjoni, sabiex iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat ikkonċernata jingħataw il-possibbiltà li japplikaw għal residenza abbażi ta' raġunijiet oħra għajr dawk li ġġustifikaw l-għoti tal-protezzjoni internazzjonali, bħal raġunijiet ta' familja, jew raġunijiet relatati mal-impjieg jew mal-edukazzjoni, f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali.

(41)  Meta l-istatus ta' benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali ma jibqax jeżisti, l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-awtorità determinanti ta' Stat Membru tirtira l-istatus jenħtieġ li tiġi diferita għal perjodu raġonevoli ta' żmien wara l-adozzjoni, sabiex iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat ikkonċernata jingħataw il-possibbiltà li japplikaw għal residenza abbażi ta' raġunijiet oħra għajr dawk li ġġustifikaw l-għoti tal-protezzjoni internazzjonali, bħal raġunijiet ta' familja, jew raġunijiet relatati mal-impjieg jew mal-edukazzjoni, f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali.

Emenda     37

Proposta għal regolament

Premessa 41a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(41a)  Il-prinċipju tal-benefiċċju tad-dubju jirrifletti r-rikonoxximent ta' diffikultajiet konsiderevoli li l-applikanti jiffaċċjaw fil-ksib u fl-għoti tal-evidenza biex isostnu t-talba tagħhom. Il-prinċipju legali ġenerali huwa li l-oneru tal-provi jinsab f'idejn l-applikant għal protezzjoni internazzjonali u li d-dmir li jiġu aċċertati u evalwati l-fatti rilevanti kollha huwa kondiviż bejn l-applikant u l-awtorità determinanti. Madankollu, l-applikant jenħtieġ li jingħata l-benefiċċju tad-dubju fejn aspetti tad-dikjarazzjonijiet tiegħu jew tagħha ma jkunux sostnuti minn evidenza dokumentarja jew evidenza oħra, fejn huwa jew hija jkunu għamlu sforz ġenwin biex jissostanzaw l-applikazzjoni tiegħu jew tagħha u jkunu issottomettew l-elementi rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tiegħu jew tagħha, u fejn id-dikjarazzjonijiet tiegħu jew tagħha jinstabu li huma koerenti u plawżibbli.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 42

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jirrisjedu fl-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni. Dawk il-benefiċjarji li huma fil-pussess ta' dokument tal-ivvjaġġar validu u permess ta' residenza maħruġ minn Stat Membru li japplika l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, jenħtieġ li jitħallew jidħlu u jiċċaqalqu b'mod liberu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, għal perjodu ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum f'konformità mal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen38 u mal-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen39. Benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jistgħu japplikaw bl-istess mod biex jirrisjedu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li ta l-protezzjoni, f'konformità mar-regoli rilevanti tal-UE, b'mod partikolari fuq il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' impjieg bi kwalifiki għoljin40 u regoli nazzjonali; madankollu, dan ma jimplikax kwalunkwe trasferiment tal-protezzjoni internazzjonali u drittijiet relatati.

(42)  Benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jirrisjedu fl-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni. Dawk il-benefiċjarji li huma fil-pussess ta' dokument tal-ivvjaġġar validu u permess ta' residenza maħruġ minn Stat Membru li japplika l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, jenħtieġ li jitħallew jidħlu u jiċċaqalqu b'mod liberu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, matul il-perjodu ta' permanenza awtorizzat f'konformità mal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen38 u mal-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen39. Benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jistgħu japplikaw bl-istess mod biex jirrisjedu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li ta l-protezzjoni, f'konformità mar-regoli rilevanti tal-UE, b'mod partikolari fuq il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' impjieg bi kwalifiki għoljin40 u regoli nazzjonali; madankollu, dan ma jimplikax kwalunkwe trasferiment tal-protezzjoni internazzjonali u drittijiet relatati.

__________________

__________________

38  Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera.

38  Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera.

39  Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom.

39  Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom.

40  COM (2016) 378 final.

40  COM (2016) 378 final.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 43

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Sabiex jiġu evitati movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, jekk jinstabu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' permanenza jew residenza, jenħtieġ li jittieħdu lura mill-Istat Membru responsabbli f'konformità mal-proċedura stabbilita mir-Regolament41

(43)  Benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, jekk jinstabu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' permanenza jew residenza, jenħtieġ li jittieħdu lura mill-Istat Membru responsabbli f'konformità mal-proċedura stabbilita mir-Regolament41. Minorenni mhux akkumpanjati li huma benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jistgħu biss jittieħdu lura mill-Istat Membru responsabbli f'konformità mal-proċedura stabbilita mir-Regolament [ir-Regolament ta' Dublin].

__________________

__________________

41 (UE) Nru [xxx/xxxx Ir-Regolament ta' Dublin il-Ġdid].

41 (UE) Nru [xxx/xxxx Ir-Regolament ta' Dublin il-Ġdid].

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 44

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  Sabiex jiġu skoraġġiti movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea, id-Direttiva dwar ir-Residenza fit-Tul 2003/109/KE jenħtieġ li tiġi emendata biex tipprevedi li l-perjodu ta' ħames (5) snin wara liema l-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jkunu eliġibbli għall-istatus ta' Resident fit-Tul jenħtieġ li jerġa' jinbeda kull darba li l-persuna tinstab fi Stat Membru ieħor għajr dak li jkun ta l-protezzjoni internazzjonali, mingħajr id-dritt ta' permanenza jew residenza f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali.

(44)  Sabiex il-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jitħeġġu jibqgħu fl-Istat Membru li tahom din il-protezzjoni, it-tul ta' żmien tal-permessi ta' residenza mogħtija lilhom għandu jkun armonizzat għal perjodu xieraq ta' żmien.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 45

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45)  Il-kunċett ta' sigurtà nazzjonali u ordni pubbliku jkopri wkoll każijiet li fihom ċittadin ta' pajjiż terz jappartjeni għal assoċjazzjoni li tappoġġja terroriżmu internazzjonali jew tappoġġja din l-assoċjazzjoni.

(45)  Il-kunċett ta' sigurtà nazzjonali u ordni pubbliku jkopri każijiet li fihom ċittadin ta' pajjiż terz jappartjeni għal assoċjazzjoni li tappoġġja terroriżmu internazzjonali. Il-kunċett ta' reati partikolarment serji jinkludi reati bħalma huma l-parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali, it-terroriżmu, it-traffikar tal-bnedmin, l-isfruttament sesswali tat-tfal, l-omiċidju, offiża gravi fuq il-persuna, it-traffikar illeċitu f'armi, munizzjonijiet u splussivi, il-korruzzjoni, stupri u delitti li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali.

Emenda     42

Proposta għal regolament

Premessa 47

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  Fil-limiti stabbiliti minn obbligi internazzjonali, l-għoti ta' benefiċċji rigward aċċess għall-impjiegi u sigurtà soċjali jeħtieġ il-ħruġ minn qabel ta' permess ta' residenza.

imħassar

Emenda     43

Proposta għal regolament

Premessa 48

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jillimitaw l-aċċess għal attivitajiet ta' xogħol bħala impjegati jew xogħol għal rashom fir-rigward ta' karigi li jinvolvu l-eżerċizzju ta' awtorità pubblika, u responsabbiltà għas-salvagwardja tal-interess ġenerali tal-Istat jew awtoritajiet pubbliċi oħra Fil-kuntest tal-eżerċizzju tad-dritt għat-trattament ugwali tagħhom fir-rigward tas-sħubija ta' organizzazzjoni li tirrappreżenta ħaddiema jew li hija involuta f'okkupazzjoni speċifika, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali tistgħu jiġu esklużi bl-istess mod milli jipparteċipaw fil-ġestjoni ta' korpi rregolati mil-liġi pubblika u milli jkollhom kariga rregolata mil-liġi pubblika.

(48)  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jillimitaw l-aċċess għal attivitajiet ta' xogħol bħala impjegati jew xogħol għal rashom fir-rigward ta' karigi li jinvolvu l-eżerċizzju ta' awtorità pubblika, u responsabbiltà għas-salvagwardja tal-interess ġenerali tal-Istat jew awtoritajiet pubbliċi oħra

Emenda     44

Proposta għal regolament

Premessa 49

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49)  Sabiex jissaħħaħ l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet u l-benefiċċji stabbiliti f'dan ir-Regolament mill-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, huwa meħtieġ li jitqiesu l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom u l-isfidi ta' integrazzjoni partikolari li se jiffaċċjaw, u li jiġi faċilitat l-aċċess tagħhom għal drittijiet relatati ta' integrazzjoni b'mod partikolari fir-rigward tal-opportunitajiet edukattivi relatati mal-impjieg u taħriġ vokazzjonali u aċċess għal proċeduri ta' rikonoxximent għal diplomi u ċertifikati barranin u evidenza oħra ta' kwalifiki formali minħabba b'mod partikolari n-nuqqas ta' evidenza dokumentarja u l-inabbiltà tagħhom li jlaħħqu mal-ispejjeż relatati mal-proċeduri ta' rikonoxximent.

(49)  Sabiex jissaħħaħ l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet u l-benefiċċji stabbiliti f'dan ir-Regolament mill-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, huwa meħtieġ li jitqiesu l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom u l-isfidi ta' integrazzjoni partikolari li se jiffaċċjaw, u li jiġi faċilitat l-aċċess tagħhom għal drittijiet relatati ta' integrazzjoni b'mod partikolari fir-rigward tal-opportunitajiet edukattivi relatati mal-impjieg u taħriġ vokazzjonali u aċċess għal proċeduri ta' rikonoxximent u ta' awtentifikazzjoni għal diplomi u ċertifikati barranin u evidenza oħra ta' kwalifiki formali minħabba b'mod partikolari n-nuqqas ta' evidenza dokumentarja u l-inabbiltà tagħhom li jlaħħqu mal-ispejjeż relatati mal-proċeduri ta' rikonoxximent.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Premessa 49a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(49a)  Fid-dawl tal-fatt li l-integrazzjoni hija proċess bidirezzjonali, ir-rispett lejn il-valuri li fuqhom ġiet stabbilita l-Unjoni u r-rispett lejn id-drittijiet fundamentali tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkun parti integrali mill-proċess ta' integrazzjoni. Jenħtieġ li l-integrazzjoni tippromwovi l-inklużjoni, minflok l-iżolament, u l-parteċipazzjoni tal-atturi kollha involuti hija kruċjali għas-suċċess tagħha. Jenħtieġ li l-Istati Membri, li qed jaġixxu fuq il-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, joffru lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali appoġġ u opportunitajiet biex jintegraw u jibnu ħajja fis-soċjetà l-ġdida tagħhom, li jinkludi akkomodazzjoni, korsijiet tal-litteriżmu u tal-lingwa, djalogu interkulturali, edukazzjoni u taħriġ professjonali, kif ukoll aċċess effettiv għall-istrutturi demokratiċi fis-soċjetà.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Premessa 51

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51)  Barra minn hekk, b'mod speċjali biex tiġi evitata t-tbatija soċjali, huwa xieraq li l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali jiġu provduti b'assistenza soċjali mingħajr diskriminazzjoni. Madankollu, fir-rigward tal-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw xi flessibbiltà biex dawk id-drittijiet jiġu llimitati għal benefiċċji bażiċi, li għandu jinftiehem li jkopru mill-inqas is-sostenn ta' dħul minimu, għajnuna fil-każ ta' mard, jew tqala, u assistenza lill-ġenituri, sa fejn dawk il-benefiċċji jingħataw liċ-ċittadini skont il-liġi nazzjonali. Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jipprovdu l-aċċess għal ċerti tipi ta' assistenzi soċjali speċifikati fil-liġi nazzjonali, kemm għar-rifuġjati kif ukoll għall-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja, bil-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali f'miżuri ta' integrazzjoni.

(51)  Barra minn hekk, b'mod speċjali biex tiġi evitata t-tbatija soċjali, huwa xieraq li l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali jiġu provduti b'assistenza soċjali mingħajr diskriminazzjoni. Filwaqt li l-bażi tal-protezzjoni tista' tirriżulta f'determinazzjoni differenti tal-istatus, m'hemm l-ebda differenza fil-bżonnijiet materjali tal-individwu protett. Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jipprovdu l-aċċess għal ċerti tipi ta' assistenzi soċjali speċifikati fil-liġi nazzjonali, bil-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali f'miżuri ta' integrazzjoni.

Emenda     47

Proposta għal regolament

Premessa 52

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52)  Aċċess għall-kura tas-saħħa, inklużi l-kura tas-saħħa fiżika u mentali, jenħtieġ li jiġu żgurati lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

(52)  Aċċess għall-kura tas-saħħa, inklużi l-kura tas-saħħa fiżika u mentali, kif ukoll kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva, jenħtieġ li jiġu żgurati lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Premessa 52a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(52a)  Il-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jgawdu minn aċċess għal oġġetti u servizzi u l-provvista ta' oġġetti u servizzi li tkun disponibbli għall-pubbliku, inklużi servizzi ta' informazzjoni u ta' pariri pprovduti minn uffiċċji tal-impjieg.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Premessa 53

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53)  Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkollhom aċċess għal miżuri ta' integrazzjoni, fejn dawn il-modalitajiet jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni f'dawn il-miżuri ta' integrazzjoni, bħal korsijiet lingwistiċi, korsijiet ta' integrazzjoni ċivika, taħriġ vokazzjonali u korsijiet oħra relatati mal-impjieg obbligatorja.

(53)  Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkollhom aċċess għal miżuri ta' integrazzjoni, fejn dawn il-modalitajiet jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni f'dawn il-miżuri ta' integrazzjoni, bħal korsijiet lingwistiċi, korsijiet ta' integrazzjoni ċivika, taħriġ vokazzjonali u korsijiet oħra relatati mal-impjieg obbligatorja, sakemm dawk il-miżuri ta' integrazzjoni jkunu faċilment aċċessibbli, disponibbli u mingħajr ħlas u li jqisu l-bżonnijiet partikolari tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, inkluża l-kura tat-tfal.

Emenda     50

Proposta għal regolament

Premessa 55

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-forma u l-kontenut tal-informazzjoni li trid tiġi pprovduta, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni42.

(55)  Sabiex jiġi issupplimentat dan ir-Regolament billi jiġu speċifikati l-forma u l-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali dwar id-drittijiet u l-obbligi relatati mal-istatus tagħhom, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet*. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

_________________

 

42 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

 

Emenda     51

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  “rifuġjat” tfisser ċittadin ta' pajjiż terz li, minħabba f'biża' ġustifikata li jiġi ppersegwitat għar-raġunijiet ta' razza, reliġjon, nazzjonalità, opinjoni politika jew sħubija ta' grupp soċjali partikolari, huwa barra mill-pajjiż ta' nazzjonalità u ma jistax, jew minħabba din il-biża', ma jixtieqx japprofitta ruħu mill-protezzjoni ta' dak il-pajjiż, jew persuna mingħajr stat, li, minħabba li qiegħda barra mill-pajjiż tar-residenza abitwali ta' qabel għall-istess raġunijiet kif imsemmija hawn fuq, ma tistax jew, minħabba din il-biża', ma tixtieqx tirritorna lejh, u li l-Artikolu 12 ma japplikax għaliha;

(3)  "rifuġjat" tfisser ċittadin ta' pajjiż terz li, minħabba f'biża' ġustifikata li jiġi ppersegwitat għar-raġunijiet ta' razza, reliġjon, nazzjonalità, opinjoni politika, ġeneru, orjentazzjoni sesswali, identità tal-ġeneru, diżabbiltà jew sħubija ta' grupp soċjali partikolari, huwa barra mill-pajjiż ta' nazzjonalità u ma jistax, jew minħabba din il-biża', ma jixtieqx japprofitta ruħu mill-protezzjoni ta' dak il-pajjiż, jew persuna mingħajr stat, li, minħabba li qiegħda barra mill-pajjiż tar-residenza abitwali ta' qabel għall-istess raġunijiet kif imsemmija hawn fuq, ma tistax jew, minħabba din il-biża', ma tixtieqx tirritorna lejh, u li l-Artikolu 12 ma japplikax għaliha;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-konjuġi tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali jew is-sieħeb/sieħba tiegħu f'relazzjoni stabbli, fejn il-liġi jew il-prattiki tal-Istat Membru interessat tittratta koppji mhux miżżewġa b'mod paragunabbli għal koppji miżżewġa skont il-liġi li tirrigwarda ċittadini ta' pajjiż terz;

(a)  il-konjuġi tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali jew is-sieħeb/sieħba tiegħu f'relazzjoni stabbli, fejn il-liġi jew il-prattiki tal-Istat Membru interessat tittratta koppji mhux miżżewġa b'mod paragunabbli għal koppji miżżewġa skont il-liġi nazzjonali rilevanti;

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – sottopunt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-tfal minorenni tal-koppji msemmija fil-punt (a) jew tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali, fuq kundizzjoni li mhumiex miżżewġin u indipendentement mill-fatt jekk twildux fiż-żwieġ jew barra ż-żwieġ jew ġewx adottati kif definit skont liġi nazzjonali;

(b)  it-tfal minorenni tal-koppji msemmija fil-punt (a) jew tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali, l-ulied adulti li huma inkarigati minnhom, indipendentement mill-fatt jekk twildux fiż-żwieġ jew barra ż-żwieġ jew ġewx adottati kif definit jew rikonoxxut skont liġi nazzjonali, kif ukoll it-tfal li għalihom huma għandhom responsabbiltà tal-ġenituri;

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9 – sottopunt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għall-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali sew jekk bil-liġi jew bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat, meta dak il-benefiċjarju hu minorenni jew mhux miżżewweġ;

(c)  fejn il-benefiċjarju hu minorenni, il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għal dak il-benefiċjarju, sew jekk bil-liġi jew bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat;

Emenda     55

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  “minorenni” tfisser ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat taħt l-età ta' 18-il sena;

(10)  "minorenni" tfisser ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat taħt l-età ta' 18-il sena; Dan għandu jiġi stmat, fejn applikabbli, fil-mument tal-applikazzjoni tiegħu jew tagħha għall-protezzjoni internazzjonali;

Emenda     56

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  “applikazzjoni sussegwenti” tfisser applikazzjoni oħra għall-protezzjoni internazzjonali li ssir fi kwalunkwe Stat Membru wara li tkun ittieħdet deċiżjoni finali dwar applikazzjoni preċedenti, inkluż fejn l-applikant ikun irtira b'mod espliċitu l-applikazzjoni tiegħu jew tagħha jew fejn l-awtorità determinanti tkun ċaħdet applikazzjoni bħala abbandunata wara l-irtirar impliċitu tagħha;

imħassar

Emenda     57

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  “awtorità determinanti” tfisser kwalunkwe korp kważi-ġudizzjarju jew amministrattiv fi Stat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali u kompetenti sabiex jieħu deċiżjonijiet fl-ewwel istanza f'tali każijiet;

(16)  "awtorità determinanti" tfisser kwalunkwe korp ġudizzjarju, kważi-ġudizzjarju jew amministrattiv fi Stat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali u kompetenti sabiex jieħu deċiżjonijiet fl-ewwel istanza f'tali każijiet;

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  “gwardjan” tfisser persuna jew organizzazzjoni maħtura mill-korpi kompetenti sabiex tgħin u tirrappreżenta lill-minorenni mhux akkumpanjat fil-proċeduri previsti f'dan ir-Regolament bil-ħsieb li jiġu żgurati l-aħjar interessi tat-tifel/tifla u li tiġi eżerċitata l-kapaċità legali għall-minorenni fejn meħtieġ.

(19)  "gwardjan" tfisser persuna jew organizzazzjoni maħtura mill-korpi kompetenti sabiex tgħin u tirrappreżenta lill-minorenni mhux akkumpanjat fil-proċeduri previsti f'dan ir-Regolament bil-ħsieb li jiġu salvagwardjati l-aħjar interessi tat-tifel/tifla u l-benesseri tiegħu jew tagħha u li tiġi eżerċitata l-kapaċità legali għall-minorenni fejn meħtieġ.

Emenda     59

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom iżommu l-possibbiltà li jagħtu lill-membri tal-familja l-istatus ta' rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja f'konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom, irrispettivament minn jekk dawn humiex soġġetti għal riskju ta' persekuzzjoni jew dannu serju, sabiex jiġi stabbilit status legali uniformi fi ħdan il-familja.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-applikant għandu jippreżenta l-elementi kollha disponibbli lilu li jissostanzjaw l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. Għandu jikkoopera mal-awtorità determinanti u għandu jibqa' preżenti u disponibbli matul il-proċedura.

1.  L-applikant għandu jippreżenta l-elementi kollha disponibbli lilu li jissostanzjaw l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. L-applikant għandu jikkoopera mal-awtorità determinanti matul il-proċedura, inkluż waqt il-valutazzjoni tal-elementi rilevanti tal-applikazzjoni. L-applikant għandu jibqa' preżenti u disponibbli matul il-proċedura. Fejn, minħabba ċirkustanzi attenwanti, ir-rikorrent ma jkunx disponibbli fi kwalunkwe punt matul il-proċedura, l-imsemmija ċirkustanzi attenwanti għandhom jitqiesu meta tittieħed kwalunkwe deċiżjoni rigward l-applikant jew l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali.

Emenda     61

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-elementi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonsistu mid-dikjarazzjonijiet tal-applikant u d-dokumentazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tal-applikant rigward l-età tal-applikant, l-isfond, inkluż dak ta' qraba rilevanti, l-identità, in-nazzjonalità(nazzjonalitajiet), il-pajjiż(i) u l-post(ijiet) ta' residenza ta' qabel, l-applikazzjonijiet preċedenti [għal protezzjoni internazzjonali u r-riżultati ta' kwalunkwe proċedura ta' risistemazzjoni mħaffa kif definita mir-Regolament (UE) Nru XXX/XX [ir-Regolament dwar ir-risistemazzjoni]], ir-rotot tal-ivvjaġġar, id-dokumenti tal-ivvjaġġar u r-raġunijiet għall-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali.

2.  L-elementi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonsistu mid-dikjarazzjonijiet tal-applikant u d-dokumentazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tal-applikant rigward l-età tal-applikant, l-isfond, inkluż dak ta' qraba rilevanti, l-identità, in-nazzjonalità(nazzjonalitajiet), il-pajjiż(i) u l-post(ijiet) ta' residenza ta' qabel, l-applikazzjonijiet preċedenti [għal protezzjoni internazzjonali u r-riżultati ta' kwalunkwe proċedura ta' risistemazzjoni, ir-rotot tal-ivvjaġġar, id-dokumenti tal-ivvjaġġar u r-raġunijiet għall-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtorità determinanti għandha tivvaluta l-elementi rilevanti tal-applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE)XXX/XXX [Ir-Regolament dwar il-proċeduri.]

3.  L-awtorità determinanti għandha tivvaluta l-elementi rilevanti tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali f'konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE)XXX/XXX [Ir-Regolament dwar il-proċeduri.]

Emenda     63

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-fatt li applikant diġà kien suġġett għal persekuzzjoni jew dannu serju, jew għal theddid dirett għal din il-persekuzzjoni jew dan id-dannu, għandu jitqies bħala indikazzjoni serja tal-biża' ġustifikata ta' persekuzzjoni jew ir-riskju reali li jsofri dannu serju, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet tajbin biex jitqies li din il-persekuzzjoni jew dan id-dannu serju ma jiġix ripetut.

4.  Il-fatt li applikant diġà kien suġġett għal persekuzzjoni jew dannu serju, jew għal theddid dirett għal din il-persekuzzjoni jew dan id-dannu, għandu jitqies bħala indikazzjoni serja tal-biża' ġustifikata ta' persekuzzjoni jew ir-riskju reali li jsofri dannu serju.

Emenda     64

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fejn aspetti tad-dikjarazzjonijiet tal-applikant mhumiex appoġġati minn evidenza dokumentarja jew xi evidenza oħra, l-ebda evidenza addizzjonali m'għandha tkun meħtieġa fir-rigward ta' dawk l-aspetti fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

5.  Fejn aspetti tad-dikjarazzjonijiet tal-applikant mhumiex appoġġati minn evidenza dokumentarja jew xi evidenza oħra, l-ebda evidenza addizzjonali m'għandha tkun meħtieġa fir-rigward ta' dawk l-aspetti u l-applikant għandu jingħata l-benefiċċju tad-dubju fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-applikant ikun għamel sforz ġenwin sabiex jissostanzja l-applikazzjoni tiegħu jew tagħha;

(a)  l-applikant ikun għamel sforz ġenwin sabiex jissostanzja l-applikazzjoni tiegħu jew tagħha għal protezzjoni internazzjonali;

Emenda     66

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-elementi rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tal-applikant ikunu ġew ippreżentati, u spjegazzjoni sodisfaċenti li tirrigwarda nuqqas ta' elementi rilevanti oħra tkun ingħatat;

(b)  l-elementi rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tal-applikant ikunu ġew ippreżentati

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-applikant ikun applika għal protezzjoni internazzjonali fil-ħin l-aktar kmieni possibbli, sakemm l-applikant ma jkunx jista' jagħti raġuni tajba għaliex ma jkunx għamel dan;

imħassar

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Konvenzjoni ta' Ġinevra u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, applikant li jiddepożita applikazzjoni sussegwenti skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE)XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] normalment m'għandux jingħata status ta' rifuġjat jekk ir-riskju ta' persekuzzjoni jew id-dannu serju jkun ibbażat fuq ċirkostanzi li l-applikant ikun ħoloq bid-deċiżjoni tiegħu stess minn meta jkun telaq mill-pajjiż ta' oriġini.

3.  Sakemm kwalunkwe deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tittieħed f'konformità sħiħa mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra, il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, applikant li jiddepożita applikazzjoni sussegwenti skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE)XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri] jista' jiġi rifjutat status ta' rifuġjat jekk ir-riskju ta' persekuzzjoni jew id-dannu serju jkun ibbażat fuq ċirkostanzi li l-applikant ikun ħoloq bid-deċiżjoni tiegħu stess minn meta jkun telaq mill-pajjiż ta' oriġini għall-iskop waħdieni li jingħata protezzjoni internazzjonali. Dan jeskludi kwalunkwe ċirkostanza indipendenti mir-rieda tal-applikant, inkluż iżda mhux limitat għall-orjentazzjoni sesswali, u t-twemmin reliġjuż tiegħu, li huwa seta' ħeba f'diversi gradi waqt li kien fil-pajjiż ta' oriġini.

Emenda     69

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Atturi ta' persekuzzjoni jew dannu serju jistgħu jkunu biss:

Atturi ta' persekuzzjoni jew dannu serju jistgħu jkunu:

Emenda     70

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Protezzjoni minn persekuzzjoni jew dannu serju tista' tiġi pprovduta biss minn dawn l-atturi li ġejjin:

1.  Protezzjoni minn persekuzzjoni jew dannu serju tista' tiġi pprovduta biss minn:

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  partijiet jew organizzazzjonijiet, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, li jikkontrollaw l-Istat jew parti sostanzjali tat-territorju tal-Istat

(b)  partijiet jew organizzazzjonijiet li jingħataw il-mandat mill-Istat u jikkontrollaw l-Istat jew parti sostanzjali tat-territorju tal-Istat

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

sakemm dawn iridu u jistgħu joffru protezzjoni skont il-paragrafu 2.

sakemm ikunu jridu u jistgħu jipprovdu protezzjoni sħiħa, effettiva u dejjiema minn persekuzzjoni jew dannu serju.

Emenda     73

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Protezzjoni minn persekuzzjoni jew dannu serju għandha tkun effettiva u ta' natura mhux temporanja. Dik il-protezzjoni għandha titqies li tkun ġiet ipprovduta meta l-atturi msemmija fil-paragrafu 1 jieħdu passi raġonevoli sabiex jipprevjenu l-persekuzzjoni jew il-konsegwenzi ta' dannu serju, fost l-oħrajn, billi joperaw sistema legali effettiva għall-kxif, il-prosekuzzjoni u l-kastig ta' atti li jikkostitwixxu persekuzzjoni jew dannu serju, u meta l-applikant ikollu aċċess għal dik il-protezzjoni.

imħassar

Emenda     74

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta jiġi valutat jekk organizzazzjoni internazzjonali tikkontrollax Stat jew parti sostanzjali tat-territorju tiegħu u tipprovdix protezzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet determinanti għandhom iqisu kull gwida pprovduta fil-liġi rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini disponibbli fil-livell tal-Unjoni u l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini msemmija fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [ Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil ].

3.  Meta jiġi valutat jekk organizzazzjoni internazzjonali tikkontrollax Stat jew parti sostanzjali tat-territorju tiegħu u tipprovdix protezzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet determinanti jistgħu jqisu kull gwida pprovduta fil-liġi rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini disponibbli fil-livell tal-Unjoni u l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini msemmija fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [ Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil ].

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bħala parti mill-valutazzjoni tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, l-awtorità determinanti għandha tiddetermina li applikant mhuwiex fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali jekk ikun jista' jivvjaġġa b'mod sikur u legali lejn parti mill-pajjiż ta' oriġini u jkun jista' jikseb dħul għalih u jkun mistenni b'mod raġonevoli li jissetilja fih u jekk f'dik il-parti mill-pajjiż, hu:

1.  Bħala parti mill-valutazzjoni tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, u sakemm l-Istat jew l-aġenti tal-Istat ma jkunux l-atturi ta' persekuzzjoni jew dannu serju, l-awtorità determinanti tista' tiddetermina li applikant mhuwiex fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali jekk ikun jista' jivvjaġġa b'mod sikur u legali lejn parti mill-pajjiż ta' oriġini u jkun jista' jikseb dħul għalih u jkun mistenni b'mod raġonevoli li jissetilja fih u jekk f'dik il-parti mill-pajjiż, hu:

Emenda     76

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  għandu aċċess għall-protezzjoni minn persekuzzjoni jew dannu serju.

(b)  għandu aċċess għall-protezzjoni sħiħa, effettiva u dejjiema minn persekuzzjoni jew dannu serju.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-valutazzjoni tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna għandha titwettaq ladarba jkun ġie stabbilit mill-awtorità determinanti li altrimenti japplikaw il-kriterji dwar il-kwalifika. L-oneru tal-prova tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna għandu jaqa' fuq l-awtorità determinanti. L-applikant m'għandux ikun meħtieġ jipprova li, qabel ma jfittex il-protezzjoni internazzjonali, ikun eżawrixxa l-possibbiltajiet kollha biex tinkiseb protezzjoni fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu jew tagħha.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(1), l-oneru tal-prova tad-disponibbiltà tal-protezzjoni interna għandu jaqa' fuq l-awtorità determinanti. Dak m'għandux jipprekludi lill-applikant milli jippreżenta xi provi biex jikkonfuta kwalunkwe konstatazzjoni mill-awtorità determinanti li protezzjoni interna hija disponibbli. L-applikant m'għandux ikun meħtieġ jipprova li, qabel ma jfittex il-protezzjoni internazzjonali, ikun eżawrixxa l-possibbiltajiet kollha biex tinkiseb protezzjoni fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu jew tagħha.

Emenda     78

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi ġenerali prevalenti f'dik il-parti tal-pajjiż li hija s-sors tal-protezzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 7, għandhom jitqiesu l-aċċessibbiltà, l-effikaċja u d-durabilità ta' dik il-protezzjoni. Meta jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi personali tal-applikant, għandhom jitqiesu b'mod partikolari s-saħħa, l-età, il-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità sesswali u l-istatus soċjali flimkien ma' valutazzjoni ta' jekk l-għajxien fil-parti tal-pajjiż ta' oriġini meqjus bħala sikur jimponix tbatija mhux dovuta fuq l-applikant.

4.  Meta jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi ġenerali prevalenti f'dik il-parti tal-pajjiż li hija s-sors tal-protezzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 7, għandhom jitqiesu l-aċċessibbiltà, l-effikaċja u d-durabbiltà ta' dik il-protezzjoni. Meta jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi personali tal-applikant, għandhom jitqiesu b'mod partikolari s-saħħa, l-età, il-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità sesswali, l-oriġini etnika, is-sħubija f'minoranza nazzjonali u l-istatus soċjali flimkien ma' valutazzjoni ta' jekk l-għajxien fil-parti tal-pajjiż ta' oriġini meqjus bħala sikur jimponix tbatija mhux dovuta fuq l-applikant.

Emenda     79

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Kwalunkwe deċiżjoni li ma tiġix ipprovduta protezzjoni internazzjonali lil minorenni, kemm jekk akkumpanjat jew le, abbażi tad-disponibbiltà ta' protezzjoni interna, għandha tkun preċeduta minn proċedura formali li tiddetermina l-aħjar interessi tal-minorenni. Meta l-applikant ikun minorenni mhux akkumpanjat, id-disponibbiltà ta' kura xierqa, l-arranġamenti kustodjali u soluzzjonijiet dejjiema għall-iżvilupp tiegħu jew tagħha jenħtieġ li jkunu parti mill-valutazzjoni dwar jekk il-protezzjoni hijiex garantita b'mod effettiv fil-qasam fejn il-protezzjoni interna hija meqjusa li teżisti.

Emenda     80

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ikun serju biżżejjed fin-natura jew ir-ripetizzjoni tiegħu li jikkostitwixxi vjolazzjoni serja ta' drittijiet bażiċi tal-bniedem, partikolarment id-drittijiet li ma tistax issir deroga minnhom skont l-Artikolu 15(2) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali; jew

(a)  ikun serju biżżejjed fin-natura jew ir-ripetizzjoni tiegħu li jikkostitwixxi vjolazzjoni serja ta' drittijiet tal-bniedem, partikolarment id-drittijiet li ma tistax issir deroga minnhom skont l-Artikolu 15(2) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali; jew

Emenda     81

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  atti ta' vjolenza fiżika jew mentali, inkluż atti ta' vjolenza sesswali;

(a)  atti ta' vjolenza fiżika jew mentali, inkluż atti ta' vjolenza sesswali jew traffikar għal sfruttament sesswali;

Emenda     82

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  prosekuzzjoni jew kastig għar-rifjut li wieħed iwettaq servizz militari f'konflitt, fejn it-twettiq ta' servizz militari jkun jinkludi delitti jew atti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-raġunijiet għall-esklużjonijiet kif dikjarat fl-Artikolu 12(2);

(e)  prosekuzzjoni jew kastig għar-rifjut li wieħed iwettaq servizz militari għal raġunijiet morali, reliġjużi jew politiċi jew minħabba appartenenza għal grupp etniku partikolari jew pussess ta' ċittadinanza partikolari u, b'mod partikolari, fejn it-twettiq ta' servizz militari jkun jinkludi delitti jew atti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-raġunijiet għall-esklużjonijiet kif dikjarat fl-Artikolu 12(2);

Emenda     83

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  atti ta' natura speċifika għas-sess jew għat-tfal.

(f)  atti ta' natura speċifika għas-sess jew għat-tfal, bħal reklutaġġ taħt l-età, mutilazzjoni ġenitali, żwieġ sfurzat, traffikar tat-tfal u tħaddim tat-tfal, vjolenza domestika, traffikar għal sfruttament sesswali u ksur ta' drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt d – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-kunċett ta' grupp soċjali partikolari għandu jinkludi, partikolarment, grupp fejn:

(d)  il-kunċett ta' sħubija fi grupp soċjali partikolari għandu jinkludi, partikolarment, grupp fejn:

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt d – inċiż 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  membri jaqsmu karatteristika innata, jew sfond komuni li ma jistax jinbidel, jew jaqsmu karatteristika jew twemmin li tant huwa fundamentali għall-identità jew il-kuxjenza li persuna m'għandhiex tiġi sfurzata li tirrinunzja għalih, u

-  membri jaqsmu karatteristika innata, jew sfond komuni li ma jistax jinbidel, jew jaqsmu karatteristika jew twemmin li tant huwa fundamentali għall-identità jew il-kuxjenza li persuna m'għandhiex tiġi sfurzata li tirrinunzja għalih, jew

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt d – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

skont iċ-ċirkostanzi fil-pajjiż ta' oriġini, il-kunċett jista' jinkludi grupp ibbażat fuq karatteristika komuni ta' orjentazzjoni sesswali (terminu li jista' jinftiehem li jinkludi atti kkunsidrati bħala kriminali skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri); aspetti relatati mas-sess, inkluża l-identità sesswali, għandhom jingħataw il-kunsiderazzjoni li jixirqilhom sabiex tiġi determinata sħubija fi grupp soċjali partikolari jew identifikata karatteristika ta' grupp bħal dan;

skont iċ-ċirkostanzi fil-pajjiż ta' oriġini, il-kunċett għandu jinkludi grupp ibbażat fuq karatteristika komuni ta' orjentament sesswali u aspetti relatati mas-sess, inkluża l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess, u l-fatt li wieħed kien vittma tat-traffikar għal sfruttament sesswali. Dawn l-aspetti għandhom jingħataw il-kunsiderazzjoni li jixirqilhom sabiex tiġi determinata sħubija fi grupp soċjali partikolari jew identifikata karatteristika ta' grupp bħal dan;

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fil-valutazzjoni jekk applikant għandux biża' ġustifikata li jiġi ppersegwitat, l-awtorità determinanti ma tistax tistenna raġonevolment lil applikant iġib ruħu b'mod diskret jew jastjeni minn ċerti prattiki, fejn din l-imġiba jew dawn il-prattiki jkunu inerenti għall-identità tiegħu jew tagħha, biex jiġi evitat ir-riskju ta' persekuzzjoni fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu jew tagħha.

3.  Fil-valutazzjoni jekk applikant għandux biża' ġustifikata li jiġi ppersegwitat, l-awtorità determinanti ma tistax tistenna raġonevolment lil applikant iġib ruħu b'mod diskret jew jastjeni minn ċerti prattiki, fejn din l-imġiba jew dawn il-prattiki jkunu inerenti għall-identità tiegħu jew tagħha jew biex jiġi evitat ir-riskju ta' persekuzzjoni fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu jew tagħha.

Emenda     88

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  għandha tibbaża lilha nnifisha fuq informazzjoni preċiża u aġġornata miksuba mis-sorsi rilevanti kollha, inkluża informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini fil-livell tal-Unjoni u analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini msemmija fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] jew informazzjoni u gwida maħruġa mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati.

(b)  għandha tqis informazzjoni preċiża u aġġornata miksuba mis-sorsi rilevanti kollha, inkluża informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini fil-livell tal-Unjoni u analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini msemmija fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] jew informazzjoni u gwida maħruġa mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Persuna li tkun ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat għandha tiġi eskluża milli tkun rifuġjat jekk:

1.  Persuna li tkun ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat għandha tiġi eskluża milli tkun rifuġjat skont dan ir-Regolament jekk:

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  hija tkun instabet ħatja ta' atti kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti kif stabbilit fil-Preambolu u l-Artikoli 1 u 2 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

(c)  hija tkun instabet ħatja ta' atti kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti kif dikjarat fil-Preambolu u fl-Artikoli 1 u 2 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, inklużi sentenzi abbażi tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' grupp terroristiku.

Emenda     91

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtorità determinanti tista' tapplika dan il-paragrafu unikament wara li, għal kull każ individwali, tkun wettqet valutazzjoni tal-fatti speċifiċi miġjuba għall-attenzjoni tagħhom bl-għan li jiġi determinat jekk hemmx raġunijiet serji biex jitqies li l-atti mwettqa mill-persuna inkwistjoni, li inkella tissodisfa l-kundizzjonijiet kwalifikanti għall-istatus ta' rifuġjat, jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-punti (a), (b) jew (c) tal-ewwel subparagrafu.

Emenda     92

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-paragrafu 2 mhux se japplika għal minorenni.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Għall-finijiet tal-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2, l-atti li ġejjin għandhom jiġu klassifikati bħala atti serji mhux politiċi:

imħassar

(a)   azzjonijiet partikolarment krudili meta l-att inkwistjoni jkun sproporzjonat għall-allegat objettiv politiku,

 

(b)   atti terroristiċi, li huma karatterizzati mill-vjolenza tagħhom lejn popolazzjonijiet ċivili, anke jekk jitwettqu b'objettiv allegatament politiku.

 

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-esklużjoni ta' persuna minn status ta' rifuġjat għandha tiddependi esklussivament fuq jekk ġewx issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi (1) sa (5) u m'għandhiex tkun soġġetta għal kwalunkwe valutazzjoni ta' proporzjonalità addizzjonali fir-rigward tal-każ partikolari.

imħassar

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Revoka ta', tmiem ta' jew rifjut għat-tiġdid ta' status ta' rifuġjat

Irtirar ta' status ta' rifuġjat

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. l-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità determinanti għandha tirrevoka, ittemm jew tirrifjuta li ġġedded l-istatus ta' rifuġjat ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat meta:

1.  L-awtorità determinanti għandha tirtira l-istatus ta' rifuġjat ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat meta:

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  ikun hemm bażi raġonevoli sabiex il-persuna titqies bħala periklu għas-sigurtà tal-Istat Membru li fih hija tkun preżenti;

(d)  ikun hemm bażi raġonevoli sabiex il-persuna, wara li tkun instabet ħatja b'sentenza finali ta' delitt partikolarment serju, titqies bħala periklu għas-sigurtà tal-Istat Membru li fih hija tkun preżenti;

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  il-persuna, wara li tkun instabet ħatja b'sentenza finali ta' delitt partikolarment serju, tikkostitwixxi periklu għall-komunità tal-Istat Membru li fih hija preżenti;

imħassar

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  L-Artikolu 23(2) jiġi applikat.

imħassar

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  F'sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (d) sa (f) tal-paragrafu 1, l-awtorità determinanti tista' tiddeċiedi li ma tagħtix status lil rifuġjat, fejn din id-deċiżjoni tkun għadha ma tteħditx.

2.  Fis-sitwazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1, l-awtorità determinanti tista' tiddeċiedi li ma tagħtix status lil rifuġjat, fejn din id-deċiżjoni tkun għadha ma tteħditx.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Persuni li għalihom japplikaw il-punti (d) sa (f) tal-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 għandhom ikunu intitolati għal drittijiet stabbiliti jew simili għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 3, 4, 16, 22, 31, 32 u 33 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra sa fejn huma preżenti fl-Istat Membru.

3.  Persuni li għalihom japplika l-punt (d) tal-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 għandhom ikunu intitolati għal drittijiet stabbiliti jew simili għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 3, 4, 16, 22, 31, 32 u 33 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra sa fejn huma preżenti fl-Istat Membru.

Emenda     102

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Mingħajr preġudizzju għad-dmir tar-rifuġjat skont l-Artikolu 4(1) li jiżvela l-fatti rilevanti kollha u jipprovdi d-dokumentazzjoni rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tiegħu, l-awtorità determinanti, li tkun tat l-istatus ta' rifuġjat għandha, fuq bażi individwali, turi li l-persuna interessata tkun waqfet milli tkun jew qatt ma kienet rifuġjat għar-raġunijiet dikjarati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

4.  Mingħajr preġudizzju għad-dmir tar-rifuġjat skont l-Artikolu 4(1) li jiżvela l-elementi kollha disponibbli lilu li jissostanzjaw l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, l-awtorità determinanti, li tkun tat l-istatus ta' rifuġjat għandha, fuq bażi individwali, turi li l-persuna interessata tkun waqfet milli tkun jew qatt ma kienet rifuġjat għar-raġunijiet dikjarati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Deċiżjonijiet tal-awtorità determinanti li tirrevoka, ittemm jew tirrifjuta li ġġedded status ta' rifuġjat skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jidħlu fis-seħħ tliet xhur biss wara li tkun ġiet adottata d-deċiżjoni, sabiex iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat jingħataw l-opportunità li japplikaw għal residenza fl-Istat Membru għal raġunijiet oħra f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali.

5.  Deċiżjonijiet tal-awtorità determinanti li jirtiraw status ta' rifuġjat skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jidħlu fis-seħħ tliet xhur biss wara li tkun ġiet adottata d-deċiżjoni, sabiex iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat jingħataw l-opportunità li japplikaw għal residenza fl-Istat Membru għal raġunijiet oħra f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jiġi applikat l-Artikolu 14(1), l-awtorità determinanti għandha teżamina mill-ġdid l-istatus ta' rifuġjat, b'mod partikolari:

Fl-applikazzjoni tal-Artikolu 14(1), l-awtorità determinanti tista' teżamina mill-ġdid l-istatus ta' rifuġjat, b'mod partikolari meta informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] u l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini kif imsemmija fl-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament tindika bidla sinifikanti fil-pajjiż ta' oriġini li tkun rilevanti għall-bżonnijiet tal-protezzjoni tal-benefiċjarju.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fejn l-informazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini fil-livell tal-Unjoni u analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini kif imsemmija fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] tindika bidla sinifikanti fil-pajjiż ta' oriġini li tkun rilevanti għall-bżonnijiet tal-protezzjoni tal-applikant;

imħassar

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  meta jiġi mġedded, għall-ewwel darba, il-permess ta' residenza maħruġ lil rifuġjat.

imħassar

Emenda     107

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-paragrafu 1m'għandux japplika għal minorenni mhux akkumpanjati, sakemm ma jkunx fl-aħjar interessi tagħhom.

Emenda     108

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dannu serju kif imsemmi fl-Artikolu 2(5), jikkonsisti:

Dannu serju kif imsemmi fl-Artikolu 2(5), jikkonsisti biss:

Emenda     109

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  mit-tortura jew it-trattament inuman jew degradanti jew il-kastig ta' applikant fil-pajjiż ta' oriġini; jew

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda     110

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  minn theddida serja u individwali għall-ħajja jew għall-persuna ċivili minħabba vjolenza mingħajr distinzjoni f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat internazzjonali jew intern.

(c)  minn theddida serja għall-ħajja jew għall-persuna ċivili minħabba vjolenza mingħajr distinzjoni f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat internazzjonali jew intern.

Emenda     111

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  għandha tibbaża ruħha fuq informazzjoni preċiża u aġġornata miksuba mis-sorsi rilevanti kollha, inkluż informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini fil-livell tal-Unjoni u l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini msemmija fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] kif ukoll informazzjoni u gwida maħruġa mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati.

(b)  għandha tqis informazzjoni preċiża u aġġornata miksuba mis-sorsi rilevanti kollha, inkluż informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini fil-livell tal-Unjoni u l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini msemmija fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] kif ukoll informazzjoni u gwida maħruġa mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati.

Emenda     112

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat għandha tiġi eskluża milli tkun eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja jekk hija tkun rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li fih hija tkun ħadet ir-residenza tagħha bħala li għandha d-drittijiet u l-obbligi li huma marbuta mal-pussess tan-nazzjonalità ta' dak il-pajjiż, jew drittijiet u obbligi ekwivalenti għalihom.

Emenda     113

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  hija tkun ikkommettiet delitt serju;

(b)  hija tkun ikkommettiet delitt serju mhux politiku barra mill-pajjiż tal-protezzjoni qabel l-ammissjoni tagħha bħala benefiċjarju ta' protezzjoni sussidjarja;

Emenda     114

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  hija tkun instabet ħatja ta' atti kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti kif dikjarat fil-Preambolu u fl-Artikoli 1 u 2 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti;

(c)  hija tkun instabet ħatja ta' atti kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti kif dikjarat fil-Preambolu u fl-Artikoli 1 u 2 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż sentenzi abbażi ta' parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' grupp terroristiku;

Emenda     115

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtorità determinanti tista' tapplika dan il-paragrafu unikament wara li, għal kull każ individwali, tkun wettqet valutazzjoni tal-fatti speċifiċi miġjuba għall-attenzjoni tagħhom bl-għan li jiġi determinat jekk hemmx raġunijiet serji biex jitqies li l-atti mwettqa mill-persuna inkwistjoni, li inkella tissodisfa l-kundizzjonijiet kwalifikanti għall-istatus ta' rifuġjat, jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-punti (a), (b). (c), (d) jew (e) tal-ewwel subparagrafu:

Emenda     116

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-paragrafu 2 mhux se japplika għal minorenni.

Emenda     117

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 japplikaw għal persuni li jinċitaw jew inkella jipparteċipaw fit-twettiq tad-delitti jew l-atti msemmija fih.

2.  Il-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2 japplikaw għal persuni li jinċitaw jew inkella jipparteċipaw fit-twettiq tad-delitti jew l-atti msemmija fih.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Revoka ta', tmiem ta' jew rifjut għat-tiġdid ta' status ta' protezzjoni sussidjarja

L-irtirar ta' status ta' protezzjoni sussidjarja

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. l-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità determinanti għandha tirrevoka, ittemm jew tirrifjuta li ġġedded l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat, fejn:

1.  L-awtorità determinanti għandha tirtira l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat, fejn:

Emenda     120

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-preżentazzjoni qarrieqa ta' fatti jew l-ommissjoni tagħhom, inkluż l-użu ta' dokumenti foloz, kienu deċiżivi għall-għoti tal-istatus ta' protezzjoni sussidjarja;

(c)  il-preżentazzjoni qarrieqa ta' fatti jew l-ommissjoni tagħhom rilevanti għall-merti tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali kienu deċiżivi għall-għoti tal-istatus ta' protezzjoni sussidjarja;

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  L-Artikolu 23(2) jiġi applikat.

imħassar

Emenda     122

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Mingħajr preġudizzju għad-dmir taċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat skont l-Artikolu 4(1) li tiżvela l-fatti rilevanti kollha u li tipprovdi d-dokumentazzjoni rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tagħha, l-Istat Membru, li jkun ta l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja għandu, fuq bażi individwali, juri li l-persuna kkonċernata tkun waqfet milli tkun jew qatt ma kienet eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

2.  Mingħajr preġudizzju għad-dmir taċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat skont l-Artikolu 4(1) li tiżvela l-elementi kollha disponibbli lilu jew lilha li jissostanzjaw l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, l-Istat Membru, li jkun ta l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja għandu, fuq bażi individwali, juri li l-persuna kkonċernata tkun waqfet milli tkun jew qatt ma kienet eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Deċiżjonijiet tal-awtorità determinanti li tirrevoka, ittemm jew tirrifjuta li ġġedded status ta' protezzjoni sussidjarja skont il-paragrafu 1(a) għandhom jidħlu fis-seħħ tliet xhur biss wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni, sabiex iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat jingħataw l-opportunità li japplikaw għal residenza fl-Istati Membru għal raġunijiet oħra f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali.

3.  Deċiżjonijiet tal-awtorità determinanti li tirtira status ta' protezzjoni sussidjarja skont il-paragrafu 1(a) għandhom jidħlu fis-seħħ tliet xhur biss wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni, sabiex iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat jingħataw l-opportunità li japplikaw għal residenza fl-Istati Membru għal raġunijiet oħra f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali.

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jiġi applikat l-Artikolu 20(1), l-awtorità determinanti għandha teżamina mill-ġdid l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja, b'mod partikolari:

Fl-applikazzjoni tal-Artikolu 20(1), l-awtorità determinanti tista' teżamina mill-ġdid l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja, b'mod partikolari meta informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [Ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] u l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini kif imsemmija fl-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament tindika bidla sinifikanti fil-pajjiż ta' oriġini li tkun rilevanti għall-bżonnijiet tal-protezzjoni tal-benefiċjarju.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fejn l-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini fil-livell tal-Unjoni u l-analiżi komuni tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini kif imsemmija fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XX [ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil ] jindikaw bidla sinifikanti fil-pajjiż ta' oriġini li tkun rilevanti għall-bżonnijiet tal-protezzjoni tal-applikant,

imħassar

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  meta jiġi mġedded, għall-ewwel u t-tieni darba, il-permess ta' residenza maħruġ lil benefiċjarju ta' protezzjoni sussidjarja.

imħassar

Emenda     127

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-paragrafu 1m'għandux japplika għal minorenni mhux akkumpanjati, sakemm ma jkunx fl-aħjar interessi tagħhom.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-rifuġjati u l-persuni li jkunu ngħataw l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja għandu jkollhom id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti f'dan il-Kapitolu. Dan il-Kapitolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fil-Konvenzjoni ta' Ġinevra.

1.  Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fil-Konvenzjoni ta' Ġinevra, il-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għandu jkollhom id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

Emenda     129

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fi ħdan il-limiti stabbiliti mill-obbligi internazzjonali, l-għoti ta' benefiċċji fir-rigward tal-aċċess għall-impjiegi u s-sigurtà soċjali għandu jirrikjedi l-ħruġ minn qabel ta' permess ta' residenza.

imħassar

Emenda     130

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, għandha titqies is-sitwazzjoni speċifika ta' persuni bi bżonnijiet speċjali, bħal minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri li jrabbu waħedhom bi tfal minorenni, vittmi tat-traffikar tal-bniedem, persuni b'mard mentali u persuni li jkunu ġew soġġetti għal tortura, stupru jew forom oħra serji ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, sakemm evalwazzjoni individwali tas-sitwazzjoni tagħhom tistabbilixxi li għandhom bżonnijiet speċjali.

4.  Meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, għandha titqies is-sitwazzjoni speċifika ta' persuni bi bżonnijiet speċjali, bħal minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabbiltà, anzjani, nisa tqal, ġenituri li jrabbu tfal waħedhom, vittmi tat-traffikar tal-bniedem, persuni b'mard mentali u persuni li jkunu ġew soġġetti għal tortura, stupru jew forom oħra serji ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, sakemm evalwazzjoni individwali tas-sitwazzjoni tagħhom tistabbilixxi li għandhom bżonnijiet speċjali.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu li jinvolvu l-minorenni, l-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu kunsiderazzjoni primarja għall-awtoritajiet rilevanti.

5.  Meta jiġi applikat dan ir-Regolament, l-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu kunsiderazzjoni primarja għall-Istati Membri.

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 22a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 22a

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-awtorità determinanti skont il-Kapitoli II, III, IV, V u VI ta' dan ir-Regolament tista' tkun suġġetta għal appell taħt il-proċedura preskritta fil-liġi nazzjonali. Għall-inqas fl-aħħar istanza għandha tingħata l-possibbiltà ta' appell jew rieżami, de jure u de facto, quddiem awtorità ġudizzjarja.

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn mhux ipprojbit mill-obbligi internazzjonali msemmija fil-paragrafu 1, rifuġjat jew benefiċjarju ta' protezzjoni sussidjarja jista' jiġi ripatrijat, sewwa jekk rikonoxxut formalment u sewwa jekk le, meta:

imħassar

(a)   jkun hemm bażi raġonevoli sabiex jitqies bħala periklu għas-sigurtà tal-Istat Membru li fih huwa preżenti;

 

(b)   l-persuna, wara li tkun instabet ħatja b'sentenza finali ta' delitt partikolarment serju tikkostitwixxi periklu għall-komunità ta' dak l-Istat Membru.

 

F'dawk il-każijiet, l-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja għandu jiġu rtirat ukoll f'konformità mal-Artikolu 14 jew l-Artikolu 20 rispettivament.

 

Emenda     134

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali b'informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi relatati mal-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja, kemm jista' jkun malajr wara li jkun ingħata. Dik l-informazzjoni għandha tingħata f'lingwa li l-benefiċjarju jista' jifhem jew suppost jifhem b'mod raġonevoli u għandha tagħmel referenzi espliċiti għall-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi deskritti fl-Artikolu 28 dwar il-moviment fi ħdan l-Unjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali b'informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi relatati mal-istatus ta' rifuġjat jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja, kemm jista' jkun malajr wara li jkun ingħata. Dik l-informazzjoni għandha tingħata f'lingwa li l-benefiċjarju jista' jifhem u għandha tagħmel referenzi espliċiti għall-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi deskritti fl-Artikolu 28 dwar il-moviment fi ħdan l-Unjoni u għad-drittijiet kollha marbuta mal-integrazzjoni previsti fit-Taqsima III ta' dan ir-Regolament.

Emenda     135

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-forma u l-kontenut ta' dik l-informazzjoni għandha tkun determinata mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati f'konformità mal-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE)XXX/XXX [Ir-Regolament dwar il-Proċeduri.].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 42 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi jispeċifika l-forma u l-kontenut tal-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta skont l-ewwel subparagrafu.

Emenda     136

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-membri tal-familja tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali li ma jikkwalifikawx individwalment għal tali protezzjoni għandhom ikunu intitolati li jitolbu permess ta' residenza f'konformità mal-proċeduri nazzjonali u sa fejn dan huwa kompatibbli mal-istatus legali personali tal-membru tal-familja.

1.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tiegħu, il-membri tal-familja, kif iddefinit fl-Artikolu 2(9), għandhom jinkludu wkoll tfal tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali. Dawk il-membri tal-familja tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali li ma jikkwalifikawx individwalment għal tali protezzjoni għandhom ikunu intitolati li jitolbu permess ta' residenza f'konformità mal-proċeduri nazzjonali u sa fejn dan huwa kompatibbli mal-istatus legali personali tal-membru tal-familja.

Emenda     137

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li joħorġu permess ta' residenza għall-konjuġi jew is-sieħeb mhux miżżewweġ f'relazzjoni stabbli, fejn jintwera li żwieġ jew sħubija kienu kkontrattati biss għall-għan li jkun possibbli għall-persuna kkonċernata li tidħol jew toqgħod fi Stat Membru.

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li dan l-Artikolu japplika wkoll għal qraba oħra stretti li kienu jgħixu flimkien bħala parti mill-familja fiż-żmien meta telqu mill-pajjiż ta' oriġini jew qabel ma l-applikant wasal fit-territorju tal-Istati Membri, u li kienu dipendenti għalkollox jew prinċipalment fuq il-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali f'dak iż-żmien.

6.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li dan l-Artikolu japplika wkoll għal qraba oħra stretti li kienu jgħixu flimkien bħala parti mill-familja fiż-żmien meta telqu mill-pajjiż ta' oriġini jew qabel ma l-applikant wasal fit-territorju tal-Istati Membri.

Emenda     139

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mhux aktar minn 30 jum wara li tkun ingħatat protezzjoni internazzjonali, għandu jinħareġ permess ta' residenza permezz tal-format uniformi kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1030/2002.

1.  Malajr kemm jista' jkun, u fi kwalunkwe każ mhux aktar minn 15-il jum wara li tkun ingħatat protezzjoni internazzjonali, għandu jinħareġ permess ta' residenza permezz tal-format uniformi kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1030/2002.

(a)  Għal benefiċjarji ta' status ta' rifuġjat, il-permess ta' residenza għandu jkollu perjodu ta' validità ta' tliet snin u għandu jkun jista' jiġġedded wara dan għal perjodi ta' tliet snin.

Il-permess ta' residenza għal benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għandu jkollu perjodu ta' validità ta' ħames snin u għandu jkun jista' jiġġedded wara dan għal perjodi ta' ħames snin.

(b)  Għal benefiċjarji ta' status ta' protezzjoni sussidjarja, il-permess ta' residenza għandu jkollha perjodu ta' validità ta' sena u għandu jkun jista' jiġġedded wara dan għal perjodi ta' sentejn.

 

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Permess ta' residenza m'għandux jiġġedded jew għandu jiġi revokat fil-każijiet li ġejjin:

2.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, permess ta' residenza m'għandux jiġġedded jew għandu jiġi revokat fil-każijiet li ġejjin:

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fejn awtoritajiet kompetenti jirrevokaw, itemmu jew jirrifjutaw li jġeddu l-istatus ta' rifuġjat ta' ċittadin ta' pajjiż terz f'konformità mal-Artikolu 14 u l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja f'konformità mal-Artikolu 20;

(a)  fejn awtoritajiet kompetenti jirtiraw l-istatus ta' rifuġjat ta' ċittadin ta' pajjiż terz f'konformità mal-Artikolu 14 jew l-istatus ta' protezzjoni sussidjarja f'konformità mal-Artikolu 20;

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fejn japplika l-Artikolu 23(2);

imħassar

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fejn ir-raġunijiet tas-sigurtà nazzjonali jew l-ordni pubbliku jeħtieġu hekk.

(c)  fejn ir-raġunijiet konvinċenti tas-sigurtà nazzjonali jew l-ordni pubbliku jeħtieġu hekk.

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu dokumenti tal-ivvjaġġar lil benefiċjarji ta' status ta' rifuġjat, fil-forma stabbilita fl-Iskeda għall-Konvenzjoni ta' Ġinevra u bil-karatteristiċi minimi ta' sigurtà u l-bijometriċi deskritti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/200445. Dawn id-dokumenti tal-ivvjaġġar għandhom ikunu validi għal tal-inqas sena.

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu dokumenti tal-ivvjaġġar lil benefiċjarji ta' status ta' rifuġjat, fil-forma stabbilita fl-Iskeda għall-Konvenzjoni ta' Ġinevra u bil-karatteristiċi minimi ta' sigurtà u l-bijometriċi deskritti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/200445. Dawn id-dokumenti tal-ivvjaġġar għandhom ikunu validi għal tal-inqas ħames snin.

__________________

__________________

45Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u għall-bijometriċi f'passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1)

45Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u għall-bijometriċi f'passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1)

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu dokumenti tal-ivvjaġġar bil-karatteristiċi minimi ta' sigurtà u l-bijometriċi deskritti fir-Regolament (KE) Nru 2252/2004 lill-benefiċjarji tal-istatus tal-protezzjoni sussidjarja li ma jistgħux jiksbu passaport nazzjonali. Dawn id-dokumenti għandhom ikunu validi għal tal-inqas sena.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu dokumenti tal-ivvjaġġar bil-karatteristiċi minimi ta' sigurtà u l-bijometriċi deskritti fir-Regolament (KE) Nru 2252/2004 lill-benefiċjarji tal-istatus tal-protezzjoni sussidjarja li ma jistgħux jiksbu passaport nazzjonali. Dawn id-dokumenti għandhom ikunu validi għal tal-inqas ħames snin.

Emenda     146

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-dokumenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx jinħarġu fejn raġunijiet konvinċenti ta' sigurtà nazzjonali jew ordni pubbliku jitolbu dan.

3.  Id-dokumenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx jinħarġu fejn raġunijiet konvinċenti ta' sigurtà nazzjonali jitolbu dan.

Emenda     147

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali għandhom igawdu mil-libertà ta' moviment fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru li jkun ta l-protezzjoni internazzjonali, inkluż id-dritt li jagħżlu l-post ta' residenza tagħhom f'dak it-territorju, taħt l-istess kundizzjonijiet u restrizzjonijiet bħal dawk provduti għal ċittadini ta' pajjiż terz residenti legalment fit-territorji tagħhom li huma f'sitwazzjoni paragunabbli.

1.  Benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali għandhom igawdu mil-libertà ta' moviment fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru li jkun ta l-protezzjoni internazzjonali, inkluż id-dritt li jagħżlu l-post ta' residenza tagħhom f'dak it-territorju, taħt l-istess kundizzjonijiet u restrizzjonijiet bħal dawk provduti għal ċittadini ta' pajjiż terz residenti legalment fit-territorji tagħhom.

Emenda     148

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fi ħdan il-limiti stabbiliti minn obbligi internazzjonali, kundizzjonijiet ta' residenza jistgħu jiġu imposti fuq benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali li jirċievi benefiċċji speċifiċi ta' sigurtà soċjali jew ta' assistenza soċjali biss fejn dawk il-kundizzjonijiet ta' residenza jkunu meħtieġa biex tiġi faċilitata l-integrazzjoni tal-benefiċjarju fl-Istat Membru li jkun ta dik il-protezzjoni.

imħassar

Emenda     149

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali m'għandux ikollhom id-dritt li jgħixu fi Stati Membri oħra għajr dak li jkun ta l-protezzjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tagħhom li japplikaw u jkunu ammessi biex jirrisjedu fi Stati Membri oħra skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali u d-dritt tagħhom li jiċċaqalqu b'mod liberu skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta' Schengen.

1.  Benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali m'għandux ikollhom id-dritt li jgħixu fi Stati Membri oħra għajr dak li jkun ta l-protezzjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tagħhom li japplikaw u jkunu ammessi biex jirrisjedu fi Stati Membri oħra skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni, inkluża d-Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE1a, u l-liġi nazzjonali u d-dritt tagħhom li jiċċaqalqu b'mod liberu skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta' Schengen.

 

_________________

 

1aDirettiva tal-Kunsill 2009/50/KE tal-25 ta' Mejju 2009 dwar il-kondizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' impjieg bi kwalifiki għoljin, ĠU L 155, 18.6.2009, p. 17–29.

 

 

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi l-paga u tkeċċija, sigħat tax-xogħol, liv u vaganzi kif ukoll rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

(a)  kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi l-paga u tkeċċija, sigħat tax-xogħol, liv u vaganzi, liv tal-ġenituri kif ukoll rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni, u sħubija ta' organizzazzjoni li tirrappreżenta ħaddiema jew impjegati ta' kwalunkwe organizzazzjoni li l-membri tagħhom huma involuti f'okkupazzjoni speċifika, inklużi l-benefiċċji mogħtija minn dawn l-organizzazzjonijiet;

(b)  libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni, u sħubija ta' organizzazzjoni li tirrappreżenta ħaddiema jew impjegati ta' kwalunkwe organizzazzjoni li l-membri tagħhom huma involuti f'okkupazzjoni speċifika, inklużi d-drittijiet u l-benefiċċji mogħtija minn dawn l-organizzazzjonijiet;

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  opportunitajiet ta' edukazzjoni relatata mal-impjieg għal adulti, taħriġ vokazzjonali, inklużi korsijiet ta' taħriġ għall-aġġornament ta' ħiliet, esperjenza prattika fuq il-post tax-xogħol;

(c)  edukazzjoni u opportunitajiet ta' edukazzjoni relatati mal-impjieg, taħriġ vokazzjonali, inklużi korsijiet ta' taħriġ għall-aġġornament ta' ħiliet, esperjenza prattika fuq il-post tax-xogħol;

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  is-servizzi ta' parir offruti minn uffiċċji tal-impjiegi.

(d)  is-servizzi ta' parir u ta' monitoraġġ offruti minn uffiċċji tal-impjiegi.

Emenda     154

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Awtoritajiet kompetenti, fejn meħtieġ, għandhom jiffaċilitaw l-aċċess sħiħ għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2(c) u (d).

3.  Awtoritajiet kompetenti għandhom jiffaċilitaw aċċess sħiħ għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2(c) u (d).

Emenda     155

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Adulti li jingħataw protezzjoni internazzjonali għandu jkollhom aċċess għas-sistema ġenerali tal-edukazzjoni, aktar taħriġ jew taħriġ mill-ġdid, taħt l-istess kundizzjonijiet bħal ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti legalment f'dak l-Istat Membru li jkunu f'sitwazzjoni paragunabbli.

2.  Adulti li jingħataw protezzjoni internazzjonali għandu jkollhom aċċess għas-sistema ġenerali tal-edukazzjoni, aktar taħriġ jew taħriġ mill-ġdid, taħt l-istess kundizzjonijiet bħal ċittadini tal-Istat Membru li jkun ta l-protezzjoni.

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Aċċess għal ċerta assistenza soċjali speċifikata fil-liġi nazzjonali jista' jingħata bil-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali f'miżuri ta' integrazzjoni.

Aċċess għal ċerta assistenza soċjali speċifikata fil-liġi nazzjonali jista' jingħata bil-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali f'miżuri ta' integrazzjoni, sakemm il-miżuri ta' integrazzjoni inkwistjoni jkunu faċilment aċċessibbli, bla ħlas u jieħdu kont tal-bżonnijiet speċifiċi tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali inkwistjoni.

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għal benefiċjarji ta' status ta' protezzjoni sussidjarja, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-assistenza soċjali għal benefiċċji bażiċi.

imħassar

Emenda     158

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali li għandhom bżonnijiet speċjali, bħal nisa tqal, persuni b'diżabilità, persuni li jkunu għaddew minn tortura, stupru jew forom oħra serji ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali jew minorenni li kienu l-vittmi ta' kwalunkwe forma ta' abbuż, negliġenza, sfruttament, tortura, trattament krudili, inuman u degradanti jew li jkunu sofrew minn konflitt armat għandhom jiġu provduti b'kura tas-saħħa adegwata, inkluż it-trattament ta' mard mentali meta jkun meħtieġ, taħt l-istess kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà bħal ċittadini tal-Istat Membru li jkun ta l-protezzjoni.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  Benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali li għandhom bżonnijiet speċjali, bħal nisa tqal, persuni b'diżabbiltà, persuni li jkunu għaddew minn tortura, stupru jew forom oħra serji ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali jew minorenni li kienu l-vittmi ta' kwalunkwe forma ta' abbuż, negliġenza, sfruttament, tortura, trattament krudili, inuman u degradanti jew li jkunu sofrew minn konflitt armat għandhom jiġu provduti b'kura tas-saħħa adegwata, inkluż it-trattament ta' mard mentali meta jkun meħtieġ, taħt l-istess kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà bħal ċittadini tal-Istat Membru li jkun ta l-protezzjoni.

Emenda     159

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kemm jista' jkun malajr wara li tingħata protezzjoni internazzjonali u fi żmien mhux aktar minn ħamest ijiem tax-xogħol, kif deskritt fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament UE Nru xxx/xxx[Ir-Regolament dwar il-Proċeduri], l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw ir-rappreżentanza ta' minorenni mhux akkumpanjati minn kustodja legali, jew fejn meħtieġ, minn organizzazzjoni responsabbli għall-kura u l-benesseri tal-minorenni, jew b'kull rappreżentanza oħra xierqa inkluż dik ibbażata fuq il-leġiżlazzjoni jew ordni tal-qorti.

Meta ma jkunx hemm il-possibbiltà li jinżamm l-istess gwardjan maħtur wara li minorenni mhux akkumpanjat jasal fit-territorju tal-Unjoni, kemm jista' jkun malajr wara li tingħata protezzjoni internazzjonali u fi kwalunkwe każ mhux iktar tard minn ħamest ijiem wara, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw ir-rappreżentanza ta' minorenni mhux akkumpanjati minn kustodja legali, jew fejn meħtieġ, minn organizzazzjoni responsabbli għall-kura u l-benesseri tal-minorenni, jew b'kull rappreżentanza oħra xierqa inkluż dik ibbażata fuq il-leġiżlazzjoni jew ordni tal-qorti.

Emenda     160

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li gwardjan ma jitpoġġiex responsabbli ta' għadd sporporzjonat ta' minorenni mhux akkumpanjati fl-istess ħin li ma jħalluhx kapaċi jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv, u fi kwalunkwe każ mhux iktar minn 20. L-Istati Membri għandhom jaħtru entitajiet jew persuni responsabbli biex jagħmlu monitoraġġ f'intervalli regolari biex jiżguraw li l-gwardjani jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod sodisfaċenti. Dawk l-entitajiet jew il-persuni għandu jkollhom ukoll il-kompetenza li jeżaminaw l-ilmenti ppreżentati mill-minorenni mhux akkumpanjati kontra l-gwardjan tagħhom. Għal dan l-għan, il-minorenni mhux akkumpanjati għandhom jingħataw informazzjoin b'mod konċiż, trasparenti, li jinftiehem u li jkun faċilment aċċessibbli, permezz ta' lingwaġġ ċar u ħafif, kemm oralment u kemm f'forma viżiva, b'mod li jifhmuh it-tfal u f'lingwa li huma jifhmu, dwar min huma dawn l-entitajiet jew persuni u kif jistgħu jressqu lmenti kontra l-gwardjani tagħhom b'fiduċja u sigurtà.

Emenda     161

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-gwardjan maħtur għandu jkollu d-dmir li jiżgura li l-minorenni jista' jkollu aċċess għad-drittijiet kollha li jirriżultaw minn dan ir-Regolament. L-awtoritajiet xierqa għandhom jivvalutaw b'mod regolari l-prestazzjoni tal-kustodja maħtur.

2.  Il-gwardjan maħtur għandu jkollu d-dmir li jiżgura li l-minorenni jista' jkollu aċċess għad-drittijiet kollha li jirriżultaw minn dan ir-Regolament. L-entitajiet jew persuni responsabbli għandhom jivvalutaw il-prestazzjoni tal-gwardjan fl-ewwel xahar wara l-ħatra tiegħu, u mbagħad b'mod regolari.

Emenda     162

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  f'ċentri speċjalizzati f'akkomodazzjoni għal minorenni;

(c)  f'ċentri miftuħa speċjalizzati f'akkomodazzjoni għal minorenni, li jqisu l-vulnerabbiltà tagħhom u jiżguraw is-sigurtà tagħhom;

Emenda     163

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  f'akkomodazzjoni oħra adattata għall-minorenni.

(d)  f'akkomodazzjoni oħra miftuħa adattata għall-minorenni li tqis il-vulnerabbiltà tagħhom u tiżgura s-sigurtà tagħhom.

Emenda     164

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Jekk minorenni mhux akkumpanjat ikun ingħata protezzjoni internazzjonali u t-traċċar tal-membri tal-familja tiegħu ma jkunx għadu beda, l-Istati Membri għandhom jibdew jittraċċawhom kemm jista' jkun malajr wara l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali, filwaqt li jiġu protetti l-aħjar interessi tal-minorenni. Jekk it-traċċar ikun diġà beda, għandu jitkompla fejn ikun xieraq. F'każijiet fejn jista' jkun hemm theddida għall-ħajja jew l-integrità tal-minorenni jew il-qraba viċini tiegħu, partikolarment jekk ikunu baqgħu fil-pajjiż ta' oriġini, għandha tingħata attenzjoni sabiex jiġi żgurat li l-ġbir, l-ipproċessar u ċ-ċirkolazzjoni ta' informazzjoni rigward dawk il-persuni jsiru fuq bażi kunfidenzjali.

5.  It-traċċar tal-membri tal-familja ta' minorenni mhux akkumpanjati għandu jibda hekk kif huma jagħmlu talba għal protezzjoni internazzjonali. F'każijiet fejn jista' jkun hemm theddida għall-ħajja jew l-integrità tal-minorenni jew il-qraba viċini tiegħu, partikolarment jekk ikunu baqgħu fil-pajjiż ta' oriġini, għandha tingħata attenzjoni sabiex jiġi żgurat li l-ġbir, l-ipproċessar u ċ-ċirkolazzjoni ta' informazzjoni rigward dawk il-persuni jsiru fuq bażi kunfidenzjali, biex ikun evitat li s-sigurta tagħhom titqiegħed fil-periklu.

Emenda     165

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-persuni u l-organizzazzjonijiet li jaħdmu mal-minorenni mhux akkumpanjati għandhom jirċievu taħriġ xieraq kontinwu dwar id-drittijiet u l-bżonnijiet tal-minorenni u l-istandards tas-salvagwardja tat-tfal għandhom jiġu rispettati kif imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament UE Nru xxx/xxx[Ir-Regolament dwar il-Proċeduri].

6.  Il-persuni u l-organizzazzjonijiet li jaħdmu mal-minorenni mhux akkumpanjati għandhom jirċievu taħriġ xieraq kontinwu dwar id-drittijiet u l-bżonnijiet tal-minorenni u l-istandards tas-salvagwardja tat-tfal għandhom jiġu rispettati kif imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament UE Nru xxx/xxx[Ir-Regolament dwar il-Proċeduri]. Meta organizzazzjoni tinħatar bħala gwardjan, hija għandha taħtar persuna responsabbli biex twettaq id-dmirijiet tal-gwardjan fir-rigward tal-minorenni mhux akkumpanjati, skont dan ir-Regolament. Il-gwardjan għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu skont il-prinċipju tal-aħjar interessi tat-tfal, għal dan l-għan għandu jkollu l-kwalifiki u l-kompetenzi meħtieġa u m'għandux ikollu reġistru verifikat ta' reati kriminali, partikolarment fir-rigward ta' reati kriminali relatati mat-tfal. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu b'mod regolari r-rekords kriminali ta' gwardjani maħturin sabiex jidentifikaw inkompatibilitajiet potenzjali mar-rwol tagħhom. Sabiex jiġi żgurati l-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni, il-persuna li taġixxi bħala gwardjan għandha tinbidel biss meta meħtieġ. Organizzazzjonijiet jew individwi li l-interessi tagħhom joħolqu kunflitt jew jistgħu possibbilment joħolqu kunflitt ma' dawk tal-minorenni mhux akkumpanjati m'għandhomx jinħatru bħala gwardjani.

Emenda     166

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għandu jkollhom aċċess għall-akkomodazzjoni taħt kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk applikabbli għal ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti legalment fit-territorji tal-Istati Membri li huma f'sitwazzjoni paragunabbli.

1.  Benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għandu jkollhom aċċess għall-akkomodazzjoni taħt kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk applikabbli għal ċittadini tal-Istat Membru li jkun ta din il-protezzjoni.

Emenda     167

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Prattiki ta' tixrid nazzjonali ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għandhom jitwettqu sal-punt possibbli mingħajr diskriminazzjoni tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali u għandhom jiżguraw opportunitajiet ugwali fir-rigward tal-aċċess għall-akkomodazzjoni.

2.  Prattiki ta' tixrid nazzjonali ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għandhom jitwettqu mingħajr diskriminazzjoni tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali u għandhom jiżguraw opportunitajiet ugwali fir-rigward tal-aċċess għall-akkomodazzjoni.

Emenda    168

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, il-benefiċjarji għandu jkollhom aċċess għal miżuri ta' integrazzjoni provduti mill-Istati Membri, b'mod partikolari korsijiet tal-lingwa, programmi ta' orjentazzjoni ċivika u ta' integrazzjoni u taħriġ vokazzjonali li jqisu l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom.

1.  Sabiex tiġi promossa u ffaċilitata l-integrazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, il-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali għandu jkollhom aċċess għal miżuri ta' integrazzjoni provduti mill-Istati Membri, b'mod partikolari programmi ta' orjentazzjoni ċivika u ta' integrazzjoni u taħriġ vokazzjonali, li għandhom ikunu mingħajr ħlas u faċilment aċċessibbli u għandhom iqisu l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom.

Emenda    169

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali b'aċċess effettiv għall-korsijiet tal-lingwa, li għandhom ikunu mingħajr ħlas, mid-data li fiha tkun ingħatat protezzjoni internazzjonali.

Emenda    170

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni fil-miżuri ta' integrazzjoni obbligatorja.

2.  L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni fil-miżuri ta' integrazzjoni obbligatorja, sakemm il-miżuri ta' integrazzjoni inkwistjoni jkunu faċilment aċċessibbli, bla ħlas u jieħdu kont tal-bżonnijiet speċifiċi tal-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali inkwistjoni.

Emenda    171

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri m'għandhomx japplikaw miżuri punittivi kontra l-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali meta dawn ma jkunux jistgħu jipparteċipaw f'miżuri ta' integrazzjoni minħabba ċirkustanzi lil hinn mill-kontroll tagħhom jew minħabba n-natura mhux xierqa tal-miżuri ta' integrazzjoni inkwistjoni.

Emenda    172

Proposta għal regolament

Artikolu 42

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 42

imħassar

Il-Proċedura tal-Kumitat

 

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat [stabbilit mill-Artikolu 58 ta' xxx tar-Regolament (UE)XXX/XXX [Ir-Regolament dwar il-Proċeduri]]. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

 

 

 

 

 

 

 

Emenda    173

Proposta għal regolament

Artikolu 42a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 42a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2.  Is-setgħa biex jiġu adottati atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 24 għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta' sentejn mid-[data tad-dħul fis-seħħ tal-att bażiku leġislattiv]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta' sentejn. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 24 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4.  Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

 

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 24 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b'[xahrejn] fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    174

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu -1 (ġdid)

Direttiva 2003/109/KE

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/109/KE, it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

 

"Fir-rigward ta' persuni li lilhom tkun ingħatat protezzjoni internazzjonali, il-perjodu bejn id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali li fuq il-bażi tagħha tkun ingħatat dik il-protezzjoni internazzjonali u d-data tal-għoti tal-permess ta' residenza msemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (KE).../... [Ir-Regolament dwar il-Kwalifiki] għandu jitqies fil-kalkolu tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1."

Emenda     175

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1

Direttiva 2003/109/KE

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.   Fejn benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali jinstab fi Stat Membru, ieħor għajr dak li ta l-protezzjoni internazzjonali, mingħajr id-dritt ta' permanenza jew ta' residenza f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali, il-perjodu ta' permanenza legali li jippreċedi din is-sitwazzjoni m'għandux jitqies fil-kalkolu tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1.

3a.  Fejn benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali jinstab fi Stat Membru, ieħor għajr dak li ta l-protezzjoni internazzjonali, u l-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru jkunu stabbilew li l-benefiċjarju ma jkunx qagħad jew irrisjeda hemmhekk mingħajr id-dritt ta' permanenza jew ta' residenza f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali għal aktar minn ġimagħtejn u mingħajr ġustifikazzjoni serja jew urġenti, il-perjodu ta' permanenza legali li jippreċedi din is-sitwazzjoni m'għandux jitqies fil-kalkolu tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, sakemm il-benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali juri li r-raġuni għall-moviment kienet minħabba ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tiegħu.

 

L-ewwel subparagrafu m' għandux japplika għal minorenni mhux akkumpanjati.

Emenda     176

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2

Direttiva 2003/109/KE

Artikolu 26a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolament u id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 4(3a) ta' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolament u id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 4(3a) ta' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [30 jum wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Emenda    177

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jibda japplika minn [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tiegħu].

Dan ir-Regolament għandu jibda japplika minn [tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ tiegħu].

NOTA SPJEGATTIVA

Ir-reviżjoni proposta tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) għandha l-għan li twieġeb għax-xejriet ta' migrazzjoni ta' dawn l-aħħar snin u l-wasla ta' numri kbar ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-Unjoni Ewropea, u li ħafna minnhom huma persuni fi bżonn ta' protezzjoni internazzjonali. Li jiġi propost li terġa' tiġi riveduta s-SEKA daqshekk malajr wara l-adozzjoni tal-aħħar riforma jista' ma jkunx l-aħjar mod biex ikun żgurat li s-sistema taħdem b'mod sħiħ u tistabbilixxi ruħha fil-politika u prattiki nazzjonali. Madankollu, l-opportunità li tiġi riformata s-SEKA għandha tinħataf sabiex titjieb il-politika komuni dwar l-asil tal-Unjoni, li għandha tkun ibbażata fuq solidarjetà reali u kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà, li tersaq bil-mod il-mod lejn status ta' protezzjoni internazzjonali uniformi validu fl-Unjoni kollha kif minqux fl-Artikolu 78(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Għalhekk, ir-Rapporteur hija tal-fehma li l-proposta li d-Direttiva dwar il-Kwalifika tinbidel f'Regolament hija opportunità biex isir aktar progress lejn armonizzazzjoni ta' standards progressiva, pożittiva u lejn ‘l fuq biex jiġi ddeterminat jekk persuni humiex fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali u jiġu definiti d-drittijiet li għandhom igawdu minnhom dawn il-persuni. Filwaqt li s-sistema hija taħt pressjoni, huwa essenzjali li jiġi affermat mill-ġdid it-tradizzjoni Ewropea tal-asil ibbażata fuq il-Konvenzjoni ta' Ġinevra u li jissaħħu l-protezzjonijiet addizzjonali li l-Unjoni żviluppat progressivament fuq il-bażi tal-valuri komuni tagħha.

Fid-dawl ta' dan, ir-Rapporteur tat attenzjoni partikolari fl-iżgurar li l-ġurisprudenza żviluppata miż-żewġ qrati Ewropej, fil-Lussemburgu u Strasburgu, kienet integrata sew fil-leġiżlazzjoni riveduta, bħad-drittijiet fundamentali u l-acquis kontra d-diskriminazzjoni. Ir-Rapporteur ħadet inkunsiderazzjoni l-politiki u l-prattiki żviluppati s'issa mill-Istati Membri fuq il-bażi tad-Direttiva dwar il-Kwalifika, u pprovat ttejjibha.

Il-loġika tal-approssimazzjoni ta' żewġ status ta' protezzjoni u aktar armonizzazzjoni mexxiet l-għażla tal-politika tar-Rapporteur f'dan ir-rapport. Il-prattika attwali fl-Istati Membri u l-kunċett ta' protezzjoni stess ma jipprovdux motivi effikaċi għad-distinzjoni bejn iż-żewġ statuses. B'mod partikolari, ir-realtà turi li l-protezzjoni sussidjarja hija bbażata fuq preżunzjoni mhux ġustifikata ta' natura aktar temporanja ta' protezzjoni limitata fl-effikaċja tagħha.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur ipprovat torbot il-protezzjoni mal-integrazzjoni iktar milli ma' miżuri punittivi, u dan jiffavorixxi b'hekk koeżjoni soċjali u s-sigurtà fit-tul għal kulħadd, u jiskoraġġixxi movimenti sekondarji. Tħassib ġenerali għall-futur tat-tħaddim prattiku tar-Regolament dwar li jiġi evitat li dan jitfa' piż żejjed fuq l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri, mexxa l-emendi proposti.

Fuq l-istess linja, ir-Rapporteur tixtieq temenda l-eżami mill-ġdid obbligatorju propost tal-istatus mogħti ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, kemm f'każ ta' bidla fiċ-ċirkostanzi fil-pajjiż ta' oriġini u fil-mument tat-tiġdid. Għalkemm ir-Rapporteur taqbel li l-iżviluppi fil-pajjiż ta' oriġini, evalwati b'mod armonizzat mill-Aġenzija tal-UE għall-Asil, jistgħu jaffettwaw il-ħtiġijiet ta' protezzjoni, l-eżami mill-ġdid sistematiku jista' jirriżulta fl-użu ta' ħafna riżorsi għall-awtoritajiet determinanti fl-Istati Membri. Barra minn hekk, li l-fatt l-benefiċjarju jkun kontinwament u potenzjalment suġġett għal eżami mill-ġdid ta' dan it-tip, jista' jimmina l-prospetti ta' integrazzjoni tal-benefiċjarju fis-soċjetà ospitanti tiegħu. Għaldaqstant ir-Rapporteur tipproponi li tħalli l-eżami mill-ġdid bħala għażla għall-Istati Membri iktar milli timponiha bħala parti awtomatika u obbligatorja tal-istatus ta' asil.

Bl-istess mod, ir-Rapporteur ma tixtieqx li l-leġislazzjoni riveduta tal-UE twassal għal tnaqqis tat-tul tal-permessi ta' residenza attwalment mogħtija mill-Istati Membri lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali li jkunu qegħdin jirrisjedu fit-territorju tagħhom. Għalhekk hija tipproponi li jiġi emendat il-perjodu standard ta' validità tal-UE l-ġdid tal-permessi ta' residenza kemm għar-rifuġjati u kemm għall-benefiċjarji ta' protezzjoni sussidjarja sabiex tiġi riflessa aħjar il-prattika fil-preżent fuq livell nazzjonali u l-benefiċjarji jiġu pprovduti b'aktar sigurtà legali. Dan, għal darb' oħra, għandu l-għan li jinkoraġġixxi l-benefiċjarji biex jinvestu f'ħajjithom u b'hekk jikkontribwixxu għall-komunitajiet ospitanti tagħhom.

Barra minn hekk, l-emendi dwar dan il-punt għandhom it-tendenza li jallinjaw it-tul tal-permess ta' residenza għar-rifuġjati u l-benefiċjarji ta' protezzjoni sussidjarja. Tabilħaqq, għal dan l-aħħar status m'hemmx bżonn ta' protezzjoni li tkun aktar temporanja, iżda sempliċement differenti minħabba l-fatt li dan ma jidħolx fid-definizzjoni legali u l-istatus ta' rifuġjat. Għalkemm mhux "rifuġjatġjati" stricto sensu, dawn il-persuni jiffaċċjaw riskji kbar ukoll fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom, ma jistgħux jirritornaw b'mod sikur u jridu jerġgħu jibnu ħajjithom f'pajjiż li jipprovdilhom "refuġju". Huwa għalhekk essenzjali għalihom bħalma huwa għal rifuġjat li tipprova tibni qafas legali li jinkoraġġixxi l-integrazzjoni tagħhom. Lil hinn mill-perjodu ta' validità tal-permess ta' residenza, din il-loġika tal-approssimazzjoni ta' żewġ status ta' protezzjoni ispirat għadd ta' emendi mressqa mir-rapporteur.

Madankollu l-protezzjoni kontra atti ta' persekuzzjoni mhux dejjem tinvolvi t-tluq mill-pajjiż. Ir-Rapporteur tirrikonoxxi li l-każijiet individwali jista' jinsab "rifuġju" fil-pajjiż ta' oriġini stess, f'ċirkostanzi fejn il-persekuzzjoni jew dannu serju ġej mill-Istat jew aġenti assoċjati mal-Istat. Li tobbliga lill-Istati Membri biex jeżaminaw l-alternattiva tal-protezzjoni interna wara li l-awtorità determinanti tkun diġà ddeċidiet li l-applikant kieku kien ikun fil-bżonn ta' protezzjoni, se tkun pass żejjed. L-alternattiva tal-protezzjoni interna għandha tibqa', f'każijiet limitati, bħala għażla għall-Istati Membri u mhux obbligu.

Bħala konklużjoni, l-emendi proposti mir-Rapporteur huma intiżi għall-ksib tal-għan ġenerali li jiġi żgurat li dawk li jeħtieġu l-protezzjoni huma rikonoxxuti sew u jibbenefikaw mid-drittijiet li ser jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom, indipendentement minn fejn jgħixu fl-Unjoni. Ir-Rapporteur tixtieq tenfasizza li r-riforma tas-SEKA għandha x'taqsam mat-titjib tal-protezzjoni mogħtija lil ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-bżonn, skont it-tradizzjoni u l-valuri tal-UE. L-UE trid tipprovdi għas-sigurtà tagħha stess iżda dawn it-tnejn jimxu flimkien - l-UE għandha tibqa' sikura jekk trid tibqa' kenn għal dawk li jaħarbu minn kunflitti u l-barbariżmu u jfittxu protezzjoni. It-tqiegħid tal-enfasi fuq sanzjonijiet u l-abbuż possibbli ta' din is-sistema x'aktarx se jsaħħaħ biss is-sens ġenerali ta' insigurtà, kemm min-naħa tal-persuni fil-bżonn ta' protezzjoni u min-naħa taċ-ċittadini tal-UE. Messaġġ pożittiv għandu jintbagħat fiż-żewġ direzzjonijiet b'tali mod li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li mhux neċessarjament għażlu li jiġu fl-UE, ikunu jistgħu jħossuhom malajr parti minn soċjetà fejn il-protezzjoni u s-sigurtà huma rikonċiljati — dan huwa dak li qed tipprova tikseb ir-Rapporteur bil-proposti tagħha.

ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI R-RAPPORTEUR IRĊIEVA INPUT MINGĦANDHOM

Il-lista li ġejja hija kkompilata fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklussiva tar-rapporteur. Ir-rapporteur irċieva input mill-entitajiet jew il-persuni li ġejjin fit-tħejjija tal-abbozz ta' rapport:

Entità u/jew persuna

Save the Children

Il-Kunsill Ewropew għar-Rifuġjati u l-Eżiljati (ECRE)

Il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati

Il-Kumitat Meijers

EUROCITIES, in-netwerk tal-bliet Ewropew ewlenin

ILGA-Europe

Migration Policy Group (Grupp għall-Politika ta' Migrazzjoni)

Is-Servizz għar-Rifuġjati tal-Ġeżwiti Fl-Ewropa

Ajda Mihelčič, Brussels

(1)

ĠU C 75, 10.3.2017, p. 97.

(2)

Għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (8.5.2017)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul

(COM(2016)0466 – C8-0324/2016 – 2016/0223(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Brando Benifei

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-riforma proposta tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil għandha l-għan li ssawwar politika tal-UE dwar il-migrazzjoni aktar sostenibbli, ġusta u olistika, ibbażata fuq il-prinċipji tal-qsim ġust tar-responsabbiltà u s-solidarjetà fost l-Istati Membri.

Minkejja l-isforz leġiżlattiv u politiku li twettaq f’dawn l-aħħar snin fil-livell Ewropew u tal-Istati Membri, sabiex ikun hemm reazzjoni effettiva għall-kriżi tar-rifuġjati, diversi aspetti li jirrigwardaw il-funzjonament tajjeb tas-sistema tal-asil għadhom iridu jiġu indirizzati. B’mod partikolari, għad hemm differenzi dwar ir-regoli u l-kriterji għall-għoti ta’ status ta’ rifuġjat u ta’ protezzjoni sussidjarja; dwar ir-rati ta’ għarfien fost l-Istati Membri kif ukoll dwar is-sett ta’ drittijiet u obbligi mogħtija lill-benefiċjarji. Il-Kummissjoni tipproponi li tirrevoka Riformulazzjoni tad-Direttiva preċedenti dwar il-Kwalifiki b’Regolament, u b'hekk jikber il-potenzjal ta’ armonizzazzjoni ta' strumenti komuni Ewropej ġodda. Ir-rapporteur għal opinjoni jemmen li huwa essenzjali li r-riformi f’dan il-qasam jiksbu l-għan globali li tittejjeb is-sitwazzjoni attwali, li għandha tkun maħsuba bħala pass 'il quddiem lejn drittijiet effettivi pprovduti lil persuni li huma fil-bżonn ta’ protezzjoni, u mhux biss bħala riorganizzazzjoni jew razzjonalizzazzjoni amministrattiva funzjonali tar-regoli, il-prattiki u l-proċeduri.

Bil-ħsieb ta’ dan, il-possibbiltà tal-inklużjoni soċjali u l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà hija kruċjali.

Fl-abbozz ta’ opinjoni tiegħu, għalhekk, ir-rapporteur għal opinjoni qed iressaq emendi bl-għan li jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tal-UE tippermetti li jiġi sfruttat il-potenzjal massimu ta’ tali prospetti ta’ integrazzjoni. Fl-ewwel stadju, dan ifisser allinjament tad-drittijiet mogħtija lir-rifuġjati, minn naħa waħda, u lil benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja min-naħa l-oħra, kif diġà huwa l-każ f'uħud mill-Istati Membri, peress li distinzjoni bħal din ta’ spiss hija bbażata fuq is-suppożizzjoni diskutibbli ta’ natura aktar temporanja tal-protezzjoni meħtieġa. Dan fil-prattika joħloq mhux biss kumplessità amministrattiva bla bżonn, iżda jirriskja direttament li jipperikola ċ-ċansijiet tagħhom ta’ integrazzjoni, pereżempju minħabba ż-żmien qasir wisq tal-permessi ta' residenza jew tax-xogħol tagħhom - li t-tnejn huma spiss intrinsikament konnessi - jew billi jorbot it-tiġdid ta’ tali permess ta’ residenza ma' rieżami tal-istatus ta’ protezzjoni, li jidher ukoll li hu għali u bla bżonn. Għal raġunijiet simili, ir-rapporteur għal opinjoni jipproponi t-tħassir mit-test tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jillimitaw l-għajnuna soċjali tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja għal benefiċċji essenzjali.

Il-Kummissjoni tippermetti lill-Istati Membri jagħmlu l-parteċipazzjoni fil-miżuri ta’ integrazzjoni, bħal korsijiet tal-lingwa, it-taħriġ vokazzjonali u tipi oħra ta’ miżuri relatati mal-impjieg obbligatorji għal benefiċjarji ta’ protezzjoni, sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà. Filwaqt li dan jista’ jiġi aċċettat bħala għodda importanti sabiex l-isfidi ta' integrazzjoni fuq żmien qasir jinbidlu f'opportunità għas-soċjetà kollha kemm hi, fl-istess ħin jeħtieġ li jiġi speċifikat li miżuri ta’ dan it-tip iridu jkunu bla ħlas, disponibbli, faċilment aċċessibbli u dejjem iqisu d-drittijiet u l-valuri tal-benefiċjarju ta’ protezzjoni. Huwa wkoll meħtieġ li jiġi żgurat li nuqqas ta' parteċipazzjoni jew parteċipazzjoni parzjali f'dawn il-miżuri qatt ma jipperikolaw l-istatus ta’ protezzjoni tal-persuna, peress li dawn jikkostitwixxu ksur tad-dritt internazzjonali dwar ir-rifuġjati.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur ma jaqbilx mal-approċċ punittiv magħżul mill-Kummissjoni li tirregola movimenti sekondarji, filwaqt li min-naħa l-oħra tikkunsidra aktar xierqa sistema ta’ inċentivi possibbli biex wieħed jibqa' fl-Istat li ta l-protezzjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Se jsir tibdil sostantiv għad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni). Biex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni u aktar konverġenza fid-deċiżjonijiet dwar l-asil u fir-rigward tal-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali sabiex jitnaqqsu inċentivi biex wieħed jiċċaqlaq fi ħdan l-Unjoni Ewropea u tiġi żgurata ugwaljanza tat-trattament tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, dik id-Direttiva jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita minn Regolament.

(1)  Se jsir tibdil sostantiv għad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni). Biex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni u aktar konverġenza fid-deċiżjonijiet dwar l-asil u fir-rigward tal-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali sabiex il-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jitħeġġu jibqgħu fl-Istat Membru li tahom protezzjoni u biex tiġi żgurata ugwaljanza tat-trattament tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, dik id-Direttiva jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita minn Regolament.

__________________

__________________

31 ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9.

31 ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Is-SEKA hija bbażata fuq standards komuni għal proċeduri tal-asil, rikonoxximent u protezzjoni offruti fil-livell tal-Unjoni, kundizzjonijiet ta’ akkoljenza u sistema għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għal persuni li jfittxu l-asil. Minkejja l-progress li nkiseb sa issa fl-iżvilupp progressiv tas-SEKA, għad hemm xi differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fit-tipi ta’ proċeduri użati, ir-rati ta’ rikonoxximent, it-tip ta’ protezzjoni mogħtija, il-livell ta’ kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali u l-benefiċċji mogħtija lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali u l-benefiċjarji tagħha. Dawn id-diverġenzi huma motivaturi importanti ta’ movimenti sekondarji u jimminaw l-objettiv tal-iżgurar li l-applikanti kollha huma trattati ugwalment kull fejn japplikaw fl-Unjoni.

(3)  Is-SEKA hija bbażata fuq standards komuni għal proċeduri tal-asil, rikonoxximent u protezzjoni offruti fil-livell tal-Unjoni, kundizzjonijiet ta’ akkoljenza u sistema għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għal persuni li jfittxu l-asil. Minkejja l-progress li nkiseb sa issa fl-iżvilupp progressiv tas-SEKA, għad hemm xi differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fit-tipi ta’ proċeduri użati, ir-rati ta’ rikonoxximent, it-tip ta’ protezzjoni mogħtija, il-livell ta’ kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali u l-benefiċċji mogħtija lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali u l-benefiċjarji tagħha. Dawn id-diverġenzi, flimkien ma' sitwazzjonijiet makroekonomiċi u tas-suq tax-xogħol li huma differenti ħafna fl-Istati Membri, jimminaw l-objettiv ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza standardizzati għall-applikanti kollha, irrispettivament minn fejn japplikaw fl-Unjoni.

Emenda     3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Għal SEKA li tiffunzjona sew, inkluża s-sistema ta’ Dublin, jenħtieġ li jsir progress sostanzjali fir-rigward tal-konverġenza tas-sistema nazzjonali tal-asil b’kunsiderazzjoni speċjali għad-differenzi fir-rati ta’ rikonoxximent u t-tip ta’ status ta’ protezzjoni fl-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jissaħħu r-regoli dwar ir-rieżami tal-istatus biex jiġi żgurat li l-protezzjoni tingħata biss lil dawk li jeħtiġuha u għat-tul ta’ żmien li tkun meħtieġa. Barra minn hekk, prattiki diverġenti rigward it-tul ta’ permessi ta’ residenza jenħtieġ li jiġu evitati, u jenħtieġ li jiġu ċċarati u armonizzati aktar id-drittijiet mogħtija lill-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali.

(5)  Għal SEKA li tiffunzjona sew, inkluża s-sistema ta’ Dublin, jenħtieġ li jsir progress sostanzjali fir-rigward tal-konverġenza tas-sistema nazzjonali tal-asil, partikolarment fir-rigward tad-differenzi fir-rati ta’ rikonoxximent u t-tip ta’ status ta’ protezzjoni fl-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jissaħħu r-regoli dwar ir-rieżami tal-istatus biex jiġi żgurat li l-protezzjoni tingħata biss lil dawk li jeħtiġuha u għat-tul ta’ żmien li tkun meħtieġa. Barra minn hekk, prattiki diverġenti rigward it-tul ta’ permessi ta’ residenza jenħtieġ li jiġu evitati, u jenħtieġ li jiġu ċċarati u armonizzati aktar id-drittijiet mogħtija lill-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali.

Emenda     4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Huwa għalhekk meħtieġ Regolament sabiex ikun żgurat livell aktar konsistenti ta’ armonizzazzjoni madwar l-Unjoni u biex jiġi provdut grad ogħla ta’ ċertezza legali u trasparenza.

(6)  Huwa għalhekk meħtieġ Regolament sabiex ikun żgurat livell aktar rapidu u konsistenti ta’ armonizzazzjoni madwar l-Unjoni u biex jiġi provdut grad ogħla ta’ ċertezza legali u trasparenza.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Tenħtieġ madankollu aktar approssimazzjoni tar-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-kontenut tal-istatus tar-rifuġjat u tal-protezzjoni sussidjarja, li tgħin biex jiġi limitat il-moviment sekondarju ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali u benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali bejn Stati Membri, fejn dan il-movimenti seta’ ġie kkawżat minn kwalunkwe differenza fil-miżuri nazzjonali legali meħuda għat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalifika sostitwita minn dan ir-Regolament.

(8)  Aktar approssimazzjoni tar-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-kontenut tal-istatus tar-rifuġjat u tal-protezzjoni sussidjarja tgħin biex jiġi limitat il-moviment sekondarju ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali u benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali bejn Stati Membri, u biex jinkisbu standards ta' protezzjoni għolja madwar l-Unjoni.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Kandidati ta’ risistemazzjoni li jirnexxu jenħtieġ li jingħataw protezzjoni internazzjonali. Bl-istess mod, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali, inklużi r-regoli biex jiġi skoraġġit il-moviment sekondarju.

(10)  Kandidati ta’ risistemazzjoni li jirnexxu jenħtieġ li jingħataw protezzjoni internazzjonali. Bl-istess mod, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali.

Emenda     7

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali, u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta). B’mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u d-dritt għall-asil tal-applikanti għall-asil u l-membri tal-familja li jakkumpanjawhom u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli tal-Karta relatati mad-dinjità tal-bniedem, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, id-dritt għall-edukazzjoni, il-libertà professjonali u d-dritt tax-xogħol, il-libertà ta’ intrapriża, id-dritt għall-asil, nondiskriminazzjoni, id-drittijiet tat-tfal, sigurtà soċjali u assistenza soċjali, il-protezzjoni tas-saħħa, u għandhom għalhekk jiġu implimentati kif mistħoqq.

(11)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali, u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta), il-Konvenzjoni Ewropea tal-1950 għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-Karta Soċjali Ewropea tal-1961, id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, u l-Konvenzjoni tar-Rifuġjati tal-1951 u l-protokoll addizzjonali tagħha tal-1967. B'mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u d-dritt għall-asil tal-applikanti għall-asil u l-membri tal-familja li jakkumpanjawhom u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli tal-Karta relatati mad-dinjità tal-bniedem, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, id-dritt għall-edukazzjoni, il-libertà professjonali u d-dritt tax-xogħol, il-libertà ta’ intrapriża, id-dritt għall-asil, nondiskriminazzjoni, id-drittijiet tat-tfal, it-tgawdija tad-drittijiet soċjali, inklużi s-sigurtà soċjali u l-assistenza soċjali u l-protezzjoni tas-saħħa, u għandhom għalhekk jiġu implimentati kif mistħoqq.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Ir-riżorsi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u r-Rifuġjati għandhom jintużaw biex jipprovdu appoġġ adegwat għall-isforzi ta’ Stati Membri fl-implimentazzjoni tal-istandards stabbiliti mir-Regolament, b’mod partikolari għal dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati fuq is-sistemi tal-asil tagħhom, b’mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom.

(13)  Ir-riżorsi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għandhom jintużaw biex jipprovdu appoġġ adegwat għall-isforzi ta’ Stati Membri fl-implimentazzjoni tal-istandards stabbiliti minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-promozzjoni ta’ integrazzjoni sostenibbli tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali u biex jiġi pprovdut appoġġ lil dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw sfidi bħala parti mis-sistemi tal-asil tagħhom, b’mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni soċjali, ġeografika jew demografika tagħhom. Għal dan il-għan, għandu jkun disponibbli finanzjament adegwat għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali u tas-soċjetà ċivili, inkluż permezz tal-possibbiltà li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom aċċess għall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u fondi oħra għal azzjonijiet li jaqgħu direttament taħt ir-responsabbiltajiet tagħhom b’mod aktar dirett u b’mod effiċjenti.

Emenda     9

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  L-“aħjar interessi tat-tfal” jenħtieġ li jkunu kunsiderazzjoni primarja meta jiġi applikat dan ir-Regolament, f’konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Fil-valutazzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ partikolarment li jikkunsidraw b’mod xieraq il-prinċipju tal-unità tal-familja, il-benesseri tal-minorenni u l-iżvilupp soċjali, il-kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza u tas-sigurtà u l-opinjonijiet tal-minorenni skont l-età u l-maturità tiegħu jew tagħha.

(15)  L-“aħjar interessi tat-tfal” jenħtieġ li jkunu kunsiderazzjoni primarja meta jiġi applikat dan ir-Regolament, f’konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Fil-valutazzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ partikolarment li jikkunsidraw b’mod xieraq il-prinċipju tal-unità tal-familja, il-benesseri tal-minorenni u l-iżvilupp soċjali, l-oriġini kulturali u l-ħiliet lingwistiċi tal-minorenni, il-kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza u tas-sigurtà u l-opinjonijiet tal-minorenni skont l-età u l-maturità tiegħu jew tagħha.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  F’konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fil-valutazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jenħtieġ li jużaw metodi għall-valutazzjoni tal-kredibbiltà tal-applikant b’mod li jirrispetta d-drittijiet tal-individwu kif garantiti mill-Karta, b’mod partikolari d-dritt għad-dinjità tal-bniedem u r-rispett għall-ħajja privata u tal-familja. Fir-rigward tal-omosesswalità b’mod speċifiku, il-valutazzjoni individwali tal-kredibbiltà tal-applikant jenħtieġ li ma tkunx ibbażata fuq kunċetti sterjotipati li jikkonċernaw lill-omosesswali u jenħtieġ li l-applikant ma jiġix sottomess għal interrogazzjoni dettaljata jew testijiet fir-rigward tal-prattiki sesswali tiegħu jew tagħha.

(29)  F’konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fil-valutazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, jenħtieġ li jużaw metodi għall-valutazzjoni tal-kredibbiltà tal-applikant b’mod li jirrispetta d-drittijiet tal-individwu kif garantiti mill-Karta, b’mod partikolari d-dritt għad-dinjità tal-bniedem u r-rispett għall-ħajja privata u tal-familja. Fir-rigward tal-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru b’mod speċifiku, il-valutazzjoni individwali tal-kredibbiltà tal-applikant jenħtieġ li ma tkunx ibbażata fuq kunċetti sterjotipati li jikkonċernaw l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru u jenħtieġ li l-applikant ma jiġix sottomess għal interrogazzjoni dettaljata jew testijiet fir-rigward tal-prattiki sesswali tiegħu jew tagħha. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jqisux li jkun hemm nuqqas ta' kredibilità fid-dikjarazzjonijiet tal-applikant għall-unika raġuni li l-applikant ma invokax l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru jew il-karatteristiċi tas-sess tiegħu jew tagħha meta hu jew hi l-ewwel stabbilixxa jew stabbilixxiet id-dettalji tal-persekuzzjoni tiegħu jew tagħha.

Emenda     11

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Bil-għan li jiġi valutat dannu serju li jista’ jikkwalifika lill-applikanti bħala eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, il-kunċett ta’ vjolenza mingħajr distinzjoni, f’konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li jinkludu vjolenza li tista’ tiġi estiża għal persuni irrispettivament miċ-ċirkostanza personali tagħhom.

(34)  Bil-għan li jiġi valutat dannu serju li jista’ jikkwalifika lill-applikanti bħala eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, il-kunċett ta’ vjolenza mingħajr distinzjoni, f’konformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, jenħtieġ li jinkludu vjolenza li tista’ tiġi estiża għal persuni irrispettivament miċ-ċirkostanzi personali tagħhom. Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni meta jiġi ddeterminat jekk teżistix vjolenza indiskriminata jistgħu jinkludu aggressjoni esterna, okkupazzjoni, ħakma barranija, kunflitti interni, ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem jew avvenimenti li serjament jiddisturbaw l-ordni pubbliku fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom, jew f'parti minnu.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Il-permess ta’ residenza u d-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa lil benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għall-ewwel darba jew li jiġġedded wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonforma mar-regoli stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 rispettivament.

(37)  Il-permess ta’ residenza u d-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa lil benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonforma mar-regoli stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 rispettivament.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 39

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Bil-għan li jiġi aċċertat jekk benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għadhomx fil-bżonn ta’ dik il-protezzjoni, awtoritajiet determinanti jenħtieġ li jeżaminaw mill-ġdid l-istatus mogħti meta jiġi biex jiġġedded il-permess ta’ residenza, għall-ewwel darba fil-każ ta’ rifuġjati, u għall-ewwel u t-tieni darba fil-każ ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja, kif ukoll meta tibdil rilevanti sinifikanti fil-pajjiż ta’ oriġini tal-benefiċjarji jseħħ kif indikat minn analiżi komuni u gwida dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini provduti fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini f’konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament37.

(39)  Bil-għan li jiġi aċċertat jekk benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għadhomx fil-bżonn ta’ dik il-protezzjoni, awtoritajiet determinanti jistgħu jeżaminaw mill-ġdid l-istatus mogħti meta tibdil rilevanti sinifikanti fil-pajjiż ta’ oriġini tal-benefiċjarji jseħħ kif indikat minn analiżi komuni u gwida dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini provduti fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija u n-netwerks Ewropej dwar l-informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini f’konformità mal-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament37.

_________________

_________________

37 COM(2016)271 final.

37 COM(2016)271 final.

Emenda     14

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Meta l-istatus ta’ rifuġjat jew l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja ma jibqgħux jeżistu, l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-awtorità determinanti ta’ Stat Membru tirrevoka, ittemm jew ma ġġeddidx l-istatus jenħtieġ li tiġi diferita għal perjodu raġonevoli ta’ żmien wara l-adozzjoni, sabiex iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat ikkonċernata jingħataw il-possibbiltà li japplikaw għal residenza abbażi ta’ raġunijiet oħra għajr dawk li ġġustifikaw l-għoti tal-protezzjoni internazzjonali, bħal raġunijiet ta’ familja, jew raġunijiet relatati mal-impjieg jew mal-edukazzjoni, f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali.

(41)  Meta l-istatus ta’ rifuġjat jew l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja ma jibqgħux jeżistu, l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-awtorità determinanti ta’ Stat Membru tirrevoka, ittemm jew ma ġġeddidx l-istatus jenħtieġ li tiġi diferita għal perjodu raġonevoli ta’ żmien wara l-adozzjoni, sabiex iċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat ikkonċernata jingħataw il-possibbiltà li japplikaw għal residenza abbażi ta’ raġunijiet oħra għajr dawk li ġġustifikaw l-għoti tal-protezzjoni internazzjonali, bħal raġunijiet ta’ familja jew ta’ saħħa jew raġunijiet relatati mal-impjieg jew mal-edukazzjoni, f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali.

Emenda     15

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Sabiex jiġu evitati movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea, benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, jekk jinstabu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ permanenza jew residenza, jenħtieġ li jittieħdu lura mill-Istat Membru responsabbli f’konformità mal-proċedura stabbilita mir-Regolament41.

(43)  Sabiex jiġu skuraġġiti movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea, benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, jekk jinstabu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ permanenza jew residenza, jenħtieġ li jittieħdu lura mill-Istat Membru responsabbli f’konformità mal-proċedura stabbilita mir-Regolament41.

_________________

_________________

41 (UE) Nru [xxx/xxxx Ir-Regolament ta' Dublin il-Ġdid].

41 (UE) Nru [xxx/xxxx Ir-Regolament ta' Dublin il-Ġdid].

Emenda     16

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  Sabiex jiġu skoraġġiti movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea, id-Direttiva dwar ir-Residenza fit-Tul 2003/109/KE jenħtieġ li tiġi emendata biex tipprevedi li l-perjodu ta’ ħames (5) snin wara liema l-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jkunu eliġibbli għall-istatus ta’ Resident fit-Tul jenħtieġ li jerġa’ jinbeda kull darba li l-persuna tinstab fi Stat Membru ieħor għajr dak li jkun ta l-protezzjoni internazzjonali, mingħajr id-dritt ta’ permanenza jew residenza f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali.

imħassar

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  Fil-limiti stabbiliti minn obbligi internazzjonali, l-għoti ta’ benefiċċji rigward aċċess għall-impjiegi u sigurtà soċjali jeħtieġ il-ħruġ minn qabel ta’ permess ta’ residenza.

(47)  Fil-limiti stabbiliti minn obbligi internazzjonali, l-għoti ta’ benefiċċji rigward aċċess għall-impjiegi u sigurtà soċjali jista’ jirrikjedi l-ħruġ minn qabel ta’ permess ta’ residenza.

Emenda     18

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jillimitaw l-aċċess għal attivitajiet ta’ xogħol bħala impjegati jew xogħol għal rashom fir-rigward ta’ karigi li jinvolvu l-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika, u responsabbiltà għas-salvagwardja tal-interess ġenerali tal-Istat jew awtoritajiet pubbliċi oħra Fil-kuntest tal-eżerċizzju tad-dritt għat-trattament ugwali tagħhom fir-rigward tas-sħubija ta’ organizzazzjoni li tirrappreżenta ħaddiema jew li hija involuta f’okkupazzjoni speċifika, benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali tistgħu jiġu esklużi bl-istess mod milli jipparteċipaw fil-ġestjoni ta’ korpi rregolati mil-liġi pubblika u milli jkollhom kariga rregolata mil-liġi pubblika.

(48)  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jillimitaw l-aċċess għal attivitajiet ta’ xogħol bħala impjegati jew xogħol għal rashom fir-rigward ta’ karigi li jinvolvu l-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika, u responsabbiltà għas-salvagwardja tal-interess ġenerali tal-Istat jew awtoritajiet pubbliċi oħra

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49)  Sabiex jissaħħaħ l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet u l-benefiċċji stabbiliti f’dan ir-Regolament mill-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, huwa meħtieġ li jitqiesu l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom u l-isfidi ta’ integrazzjoni partikolari li se jiffaċċjaw, u li jiġi faċilitat l-aċċess tagħhom għal drittijiet relatati ta’ integrazzjoni b’mod partikolari fir-rigward tal-opportunitajiet edukattivi relatati mal-impjieg u taħriġ vokazzjonali u aċċess għal proċeduri ta’ rikonoxximent għal diplomi u ċertifikati barranin u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali minħabba b’mod partikolari n-nuqqas ta’ evidenza dokumentarja u l-inabbiltà tagħhom li jlaħħqu mal-ispejjeż relatati mal-proċeduri ta’ rikonoxximent.

(49)  Sabiex jissaħħaħ l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet u l-benefiċċji stabbiliti f’dan ir-Regolament mill-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, huwa meħtieġ li jitqiesu l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom u l-isfidi ta’ integrazzjoni partikolari li se jiffaċċjaw, u li jiġi faċilitat l-aċċess tagħhom għal drittijiet relatati u miżuri ta’ integrazzjoni b’mod partikolari fir-rigward tal-opportunitajiet edukattivi relatati mal-edukazzjoni u mal-impjieg, it-taħriġ vokazzjonali u aċċess għal proċeduri ta’ rikonoxximent għal diplomi u ċertifikati barranin u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali minħabba b’mod partikolari n-nuqqas ta’ evidenza dokumentarja u l-inabbiltà tagħhom li jlaħħqu mal-ispejjeż relatati mal-proċeduri ta’ rikonoxximent.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 50

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50)  Jenħtieġ li jiġi provdut trattament ugwali għal benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fejn ċittadini tal-Istat Membru jingħataw protezzjoni fir-rigward tas-sigurtà soċjali.

(50)  Jenħtieġ li jiġu applikati trattament ugwali u l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni għal benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fejn ċittadini tal-Istat Membru jingħataw protezzjoni fir-rigward tas-sigurtà soċjali.

Emenda     21

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51)  Barra minn hekk, b’mod speċjali biex tiġi evitata t-tbatija soċjali, huwa xieraq li l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali jiġu provduti b’assistenza soċjali mingħajr diskriminazzjoni. Madankollu, fir-rigward tal-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw xi flessibbiltà biex dawk id-drittijiet jiġu llimitati għal benefiċċji bażiċi, li għandu jinftiehem li jkopru mill-inqas is-sostenn ta’ dħul minimu, għajnuna fil-każ ta’ mard, jew tqala, u assistenza lill-ġenituri, sa fejn dawk il-benefiċċji jingħataw liċ-ċittadini skont il-liġi nazzjonali. Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jipprovdu l-aċċess għal ċerti tipi ta’ assistenzi soċjali speċifikati fil-liġi nazzjonali, kemm għar-rifuġjati kif ukoll għall-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja, bil-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali f’miżuri ta’ integrazzjoni.

(51)  Barra minn hekk, b’mod speċjali biex tiġi evitata t-tbatija soċjali u biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali u ta’ protezzjoni sussidjarja, huwa xieraq li jingħataw assistenza soċjali u legali mingħajr diskriminazzjoni.

Emenda     22

Proposta għal regolament

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52)  Aċċess għall-kura tas-saħħa, inklużi l-kura tas-saħħa fiżika u mentali, jenħtieġ li jiġu żgurati lill-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali.

(52)  Aċċess għall-kura tas-saħħa, inklużi l-kura tas-saħħa fiżika u mentali, u l-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva, jenħtieġ li jiġu żgurati lill-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali.

Emenda     23

Proposta għal regolament

Premessa 52a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

52a.  Jenħtieġ li l-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali jgawdu wkoll aċċess għal oġġetti u servizzi u l-provvista ta' oġġetti u servizzi li jkunu disponibbli għall-pubbliku, inklużi informazzjoni u servizzi ta' konsulenza pprovduti minn uffiċċji tal-impjieg.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 53

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53)  Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkollhom aċċess għal miżuri ta’ integrazzjoni, fejn dawn il-modalitajiet jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni f’dawn il-miżuri ta’ integrazzjoni, bħal korsijiet lingwistiċi, korsijiet ta’ integrazzjoni ċivika, taħriġ vokazzjonali u korsijiet oħra relatati mal-impjieg obbligatorja.

(53)  Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkollhom aċċess ħieles u effettiv għal miżuri ta’ integrazzjoni, fejn dawn il-modalitajiet jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni f’dawn il-miżuri ta’ integrazzjoni, bħal korsijiet lingwistiċi, korsijiet ta’ integrazzjoni ċivika, taħriġ vokazzjonali u korsijiet oħra relatati mal-impjieg obbligatorja, sakemm dawk il-miżuri ta’ integrazzjoni jkunu faċilment aċċessibbli u bla ħlas. Il-parteċipazzjoni fil-miżuri inkwistjoni dejjem jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti b’dan ir-Regolament u fl-ebda każ ma tikkostitwixxi raġunijiet għal rieżami, revoka, tmiem, rifjut jew nuqqas ta’ tiġdid ta’ status ta’ rifuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarja. Kwalunkwe sanzjoni stabbilita mill-Istati Membri fid-dritt nazzjonali, li tikkonċerna n-nuqqas li wieħed jattendi skont miżuri ta’ integrazzjoni obbligatorji, jenħtieġ li dejjem ikunu proporzjonali.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  meta jiġi mġedded, għall-ewwel darba, il-permess ta’ residenza maħruġ lil rifuġjat.

imħassar

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  meta jiġi mġedded, għall-ewwel u t-tieni darba, il-permess ta’ residenza maħruġ lil benefiċjarju ta’ protezzjoni sussidjarja.

imħassar

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fi ħdan il-limiti stabbiliti mill-obbligi internazzjonali, l-għoti ta’ benefiċċji fir-rigward tal-aċċess għall-impjiegi u s-sigurtà soċjali għandu jirrikjedi l-ħruġ minn qabel ta’ permess ta’ residenza.

3.  Fi ħdan il-limiti stabbiliti mill-obbligi internazzjonali, l-għoti ta’ benefiċċji fir-rigward tal-aċċess għall-impjiegi u s-sigurtà soċjali jista’ jirrikjedi l-ħruġ minn qabel ta’ permess ta’ residenza.

Emenda     28

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandha titqies is-sitwazzjoni speċifika ta’ persuni bi bżonnijiet speċjali, bħal minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b’diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri li jrabbu waħedhom bi tfal minorenni, vittmi tat-traffikar tal-bniedem, persuni b’mard mentali u persuni li jkunu ġew soġġetti għal tortura, stupru jew forom oħra serji ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, sakemm evalwazzjoni individwali tas-sitwazzjoni tagħhom tistabbilixxi li għandhom bżonnijiet speċjali.

4.  Meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandha titqies is-sitwazzjoni speċifika ta’ persuni bi bżonnijiet speċjali, bħal minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b’diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri li jrabbu waħedhom, vittmi tat-traffikar tal-bniedem, persuni b’mard mentali u persuni li jkunu ġew soġġetti għal tortura, stupru jew forom oħra serji ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, sakemm evalwazzjoni individwali tas-sitwazzjoni tagħhom tistabbilixxi li għandhom bżonnijiet speċjali.

Emenda     29

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali b’informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi relatati mal-istatus ta’ rifuġjat jew l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja, kemm jista’ jkun malajr wara li jkun ingħata. Dik l-informazzjoni għandha tingħata f’lingwa li l-benefiċjarju jista’ jifhem jew suppost jifhem b’mod raġonevoli u għandha tagħmel referenzi espliċiti għall-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi deskritti fl-Artikolu 28 dwar il-moviment fi ħdan l-Unjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali b’informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi relatati mal-istatus ta’ rifuġjat jew l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja, kemm jista’ jkun malajr wara li jkun ingħata. Dik l-informazzjoni għandha tingħata bil-kitba f’lingwa li l-benefiċjarju jista’ jifhem u għandha tagħmel referenzi espliċiti għall-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi deskritti fl-Artikolu 29 dwar il-moviment fi ħdan l-Unjoni.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Għal benefiċjarji ta’ status ta’ rifuġjat, il-permess ta’ residenza għandu jkollu perjodu ta’ validità ta’ tliet snin u għandu jkun jista’ jiġġedded wara dan għal perjodi ta’ tliet snin.

(a)  Għal benefiċjarji ta’ status ta’ rifuġjat, il-permess ta’ residenza għandu jkollu perjodu ta’ validità ta’ ħames snin u għandu jkun jista’ jiġġedded wara dan għal perjodi ta’ ħames snin.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Għal benefiċjarji ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja, il-permess ta’ residenza għandu jkollha perjodu ta’ validità ta’ sena u għandu jkun jista’ jiġġedded wara dan għal perjodi ta’ sentejn.

(b)  Għal benefiċjarji ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja, il-permess ta’ residenza għandu jkollha perjodu ta’ validità ta’ ħames snin u għandu jkun jista’ jiġġedded wara dan għal perjodi ta’ ħames snin.

Emenda     32

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali għandhom igawdu mil-libertà ta’ moviment fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru li jkun ta l-protezzjoni internazzjonali, inkluż id-dritt li jagħżlu l-post ta’ residenza tagħhom f’dak it-territorju, taħt l-istess kundizzjonijiet u restrizzjonijiet bħal dawk provduti għal ċittadini ta’ pajjiż terz residenti legalment fit-territorji tagħhom li huma f’sitwazzjoni paragunabbli.

1.  Benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali għandhom igawdu mil-libertà ta’ moviment fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru li jkun ta l-protezzjoni internazzjonali, inkluż id-dritt li jagħżlu l-post ta’ residenza tagħhom f’dak it-territorju, taħt l-istess kundizzjonijiet u restrizzjonijiet bħal dawk provduti għal ċittadini ta’ pajjiż terz residenti legalment fit-territorji tagħhom.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi l-paga u tkeċċija, sigħat tax-xogħol, liv u vaganzi kif ukoll rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

(a)  kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi l-paga u tkeċċija, sigħat tax-xogħol, liv u vaganzi, liv tal-familja kif ukoll rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  libertà ta’ assoċjazzjoni u affiljazzjoni, u sħubija ta’ organizzazzjoni li tirrappreżenta ħaddiema jew impjegati ta’ kwalunkwe organizzazzjoni li l-membri tagħhom huma involuti f’okkupazzjoni speċifika, inklużi l-benefiċċji mogħtija minn dawn l-organizzazzjonijiet;

(b)  libertà ta’ assoċjazzjoni u affiljazzjoni, u sħubija ta’ organizzazzjoni li tirrappreżenta ħaddiema jew impjegati ta’ kwalunkwe organizzazzjoni li l-membri tagħhom huma involuti f’okkupazzjoni speċifika, inklużi d-drittijiet u l-benefiċċji mogħtija minn dawn l-organizzazzjonijiet;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  opportunitajiet ta’ edukazzjoni relatata mal-impjieg għal adulti, taħriġ vokazzjonali, inklużi korsijiet ta’ taħriġ għall-aġġornament ta’ ħiliet, esperjenza prattika fuq il-post tax-xogħol;

(c)  edukazzjoni u opportunitajiet ta’ edukazzjoni relatati mal-impjieg, taħriġ vokazzjonali, inklużi korsijiet ta’ taħriġ għall-aġġornament ta’ ħiliet, esperjenza prattika fuq il-post tax-xogħol;

Emenda     36

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  is-servizzi ta’ parir offruti minn uffiċċji tal-impjiegi.

(d)  is-servizzi ta’ parir u ta’ segwitu offruti minn uffiċċji tal-impjiegi.

Emenda     37

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Awtoritajiet kompetenti, fejn meħtieġ, għandhom jiffaċilitaw l-aċċess sħiħ għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2(c) u (d).

3.  Awtoritajiet kompetenti, għandhom jiffaċilitaw l-aċċess sħiħ għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2(c) u (d).

Emenda     38

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Adulti li jingħataw protezzjoni internazzjonali għandu jkollhom aċċess għas-sistema ġenerali tal-edukazzjoni, aktar taħriġ jew taħriġ mill-ġdid, taħt l-istess kundizzjonijiet bħal ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti legalment f’dak l-Istat Membru li jkunu f’sitwazzjoni paragunabbli.

2.  Adulti li jingħataw protezzjoni internazzjonali għandu jkollhom aċċess għas-sistema ġenerali tal-edukazzjoni, aktar taħriġ jew taħriġ mill-ġdid, taħt l-istess kundizzjonijiet bħal ċittadini.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Aċċess għal ċerta assistenza soċjali speċifikata fil-liġi nazzjonali jista’ jingħata bil-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali f’miżuri ta’ integrazzjoni.

Aċċess għal ċerta assistenza soċjali speċifikata fil-liġi nazzjonali jista’ jingħata bil-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali f’miżuri ta’ integrazzjoni, li għandhom ikunu bla ħlas, disponibbli u faċilment aċċessibbli.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għal benefiċjarji ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-assistenza soċjali għal benefiċċji bażiċi.

imħassar

Emenda     41

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali li għandhom bżonnijiet speċjali, bħal nisa tqal, persuni b’diżabilità, persuni li jkunu għaddew minn tortura, stupru jew forom oħra serji ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali jew minorenni li kienu l-vittmi ta’ kwalunkwe forma ta’ abbuż, negliġenza, sfruttament, tortura, trattament krudili, inuman u degradanti jew li jkunu sofrew minn konflitt armat għandhom jiġu provduti b’kura tas-saħħa adegwata, inkluż it-trattament ta’ mard mentali meta jkun meħtieġ, taħt l-istess kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà bħal ċittadini tal-Istat Membru li jkun ta l-protezzjoni.

2.  (Ma tapplikax għall-verżjoni Maltija)

Emenda     42

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kemm jista’ jkun malajr wara li tingħata protezzjoni internazzjonali u fi żmien mhux aktar minn ħamest ijiem tax-xogħol, kif deskritt fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament UE Nru xxx/xxx[Ir-Regolament dwar il-Proċeduri], l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw ir-rappreżentanza ta’ minorenni mhux akkumpanjati minn kustodja legali, jew fejn meħtieġ, minn organizzazzjoni responsabbli għall-kura u l-benesseri tal-minorenni, jew b’kull rappreżentanza oħra xierqa inkluż dik ibbażata fuq il-leġiżlazzjoni jew ordni tal-qorti.

Kemm jista’ jkun malajr u fi żmien mhux aktar minn ħamest ijiem, kif deskritt fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament UE Nru xxx/xxx[Ir-Regolament dwar il-Proċeduri], l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw ir-rappreżentanza ta’ minorenni mhux akkumpanjati minn kustodja legali, jew fejn meħtieġ, minn organizzazzjoni responsabbli għall-kura u l-benesseri tal-minorenni, jew b’kull rappreżentanza oħra xierqa inkluż dik ibbażata fuq il-leġiżlazzjoni jew ordni tal-qorti.

Emenda     43

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  f’akkomodazzjoni oħra adattata għall-minorenni.

imħassar

Emenda     44

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Sa fejn ikun possibbli, aħwa għandhom jinżammu flimkien, filwaqt li jitqiesu l-aħjar interessi tal-minorenni kkonċernat u, b’mod partikolari, l-età u l-grad ta’ maturità tagħhom. Tibdil ta’ residenza ta’ minorenni mhux akkumpanjati għandu jinżamm limitat għall-minimu.

4.  Sa fejn ikun possibbli, aħwa għandhom jinżammu flimkien, filwaqt li jitqiesu l-aħjar interessi tal-minorenni kkonċernat u, b’mod partikolari, l-età u l-grad ta’ maturità tagħhom. Tibdil ta’ residenza ta’ minorenni mhux akkumpanjati għandu jinżamm limitat għall-minimu u t-tqegħid f’detenzjoni amministrattiva għandu jiġi evitat.

Emenda     45

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għandu jkollhom aċċess għall-akkomodazzjoni taħt kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk applikabbli għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fit-territorji tal-Istati Membri li huma f’sitwazzjoni paragunabbli.

1.  Benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għandu jkollhom aċċess għall-akkomodazzjoni taħt kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk applikabbli għaċ-ċittadini.

Emenda     46

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Prattiki ta’ tixrid nazzjonali ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għandhom jitwettqu sal-punt possibbli mingħajr diskriminazzjoni tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali u għandhom jiżguraw opportunitajiet ugwali fir-rigward tal-aċċess għall-akkomodazzjoni.

2.  Prattiki ta’ tixrid nazzjonali ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għandhom jitwettqu mingħajr diskriminazzjoni tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali u għandhom jiżguraw opportunitajiet ugwali fir-rigward tal-aċċess għall-akkomodazzjoni.

Emenda     47

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, il-benefiċjarji għandu jkollhom aċċess għal miżuri ta’ integrazzjoni provduti mill-Istati Membri, b’mod partikolari korsijiet tal-lingwa, programmi ta’ orjentazzjoni ċivika u ta’ integrazzjoni u taħriġ vokazzjonali li jqisu l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom.

1.  Sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, il-benefiċjarji għandu jkollhom aċċess għal miżuri ta’ integrazzjoni provduti mill-Istati Membri, b’mod partikolari korsijiet tal-lingwa, programmi ta’ orjentazzjoni ċivika u ta’ integrazzjoni u taħriġ vokazzjonali li għandhom ikunu mingħajr ħlas u faċilment aċċessibbli u għandhom iqisu l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni fil-miżuri ta’ integrazzjoni obbligatorja.

2.  L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni fil-miżuri ta’ integrazzjoni obbligatorja, sakemm il-miżuri ta’ integrazzjoni inkwistjoni jkunu bla ħlas u faċilment aċċessibbli, u jieħdu kont tal-bżonnijiet speċifiċi tal-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali. Il-parteċipazzjoni f’miżuri ta’ integrazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti b’dan ir-Regolament u m’għandhiex tikkostitwixxi raġuni għal rieżami, revoka, tmiem, rifjut jew nuqqas ta’ tiġdid tal-istatus ta’ rifuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarja u d-drittijiet u obbligi relatati magħhom.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Standards għall-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul

Referenzi

COM(2016)0466 – C8-0324/2016 – 2016/0223(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

12.9.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

12.9.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Brando Benifei

9.9.2016

Eżami fil-kumitat

22.3.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

3.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

7

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Brando Benifei, Mara Bizzotto, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, Ole Christensen, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Kostadinka Kuneva, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Maria João Rodrigues, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Heinz K. Becker, Lynn Boylan, Rosa D’Amato, Tania González Peñas, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Tamás Meszerics, Flavio Zanonato

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

41

+

ALDE

EPP

Green/EFA

GUE/NGL

S&D

Enrique Calvet Chambon, Marian Harkin, Robert Rochefort, Yana Toom, Renate Weber

Georges Bach, Heinz K. Becker, Danuta Jazłowiecka, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Romana Tomc

Jean Lambert, Tamás Meszerics, Tatjana Ždanoka

Lynn Boylan, Tania González Peñas, Rina Ronja Kari, Kostadinka Kuneva, Paloma López Bermejo

Guillaume Balas, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Ole Christensen, Elena Gentile, Agnes Jongerius, Petra Kammerevert, Jan Keller, Javi López, Edouard Martin, Emilian Pavel, Maria João Rodrigues, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato

7

-

ECR

ENF

NI

Arne Gericke, Czesław Hoc, Anthea McIntyre, Ulrike Trebesius, Jana Žitňanská

Mara Bizzotto

Lampros Fountoulis

4

0

EFDD

ENF

EPP

Laura Agea

Mireille D'Ornano, Dominique Martin

Ádám Kósa

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI ()

Titolu

Standards għall-kwalifika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul

Referenzi

COM(2016)0466 – C8-0324/2016 – 2016/0223(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.7.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

12.9.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

12.9.2016

EMPL

12.9.2016

JURI

12.9.2016

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

26.1.2017

JURI

5.9.2016

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Tanja Fajon

31.8.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

31.8.2016

9.3.2017

25.4.2017

15.6.2017

Data tal-adozzjoni

15.6.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

13

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Gerard Batten, Heinz K. Becker, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Daniel Dalton, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Nathalie Griesbeck, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Barbara Matera, Roberta Metsola, Louis Michel, Claude Moraes, Alessandra Mussolini, József Nagy, Péter Niedermüller, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Harald Vilimsky, Beatrix von Storch, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Vilija Blinkevičiūtė, Carlos Coelho, Ignazio Corrao, Maria Grapini, Anna Hedh, Andrejs Mamikins, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Emilian Pavel, Salvatore Domenico Pogliese, John Procter, Emil Radev, Barbara Spinelli

Data tat-tressiq

28.6.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

40

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Sophia in 't Veld, Louis Michel, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

EFDD

Ignazio Corrao, Laura Ferrara

GUE/NGL

Cornelia Ernst, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

PPE

Michał Boni, Carlos Coelho, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Brice Hortefeux, Barbara Matera, Roberta Metsola, Alessandra Mussolini, József Nagy, Salvatore Domenico Pogliese

S&D

Vilija Blinkevičiūtė, Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Monika Flašíková Beňová, Maria Grapini, Anna Hedh, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Emilian Pavel, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

Verts/ALE

Jan Philipp Albrecht, Eva Joly, Judith Sargentini, Bodil Valero

13

-

ECR

Branislav Škripek, Helga Stevens

EFDD

Gerard Batten, Beatrix von Storch, Kristina Winberg

ENF

Lorenzo Fontana, Harald Vilimsky, Auke Zijlstra

PPE

Heinz K. Becker, Monika Hohlmeier, Barbara Kudrycka, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský

4

0

ECR

Daniel Dalton, John Procter

GUE/NGL

Malin Björk

PPE

Emil Radev

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Lulju 2017Avviż legali